Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/0222(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0010/2011

Testi mressqa :

A7-0010/2011

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 15/02/2011 - 9.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0050

Testi adottati
PDF 200kWORD 32k
It-Tlieta, 15 ta' Frar 2011 - Strasburgu
Ftehim bejn l-UE u l-Brażil dwar l-eżenzjoni mill-ħtieġa ta' viża għal permanenzi qosra għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi, ta' servizz jew uffiċjali ***
P7_TA(2011)0050A7-0010/2011

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar eżenzjoni mill-viża għal permanenzi qosra għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi, ta' servizz jew uffiċjali (16362/2010 – C7-0399/2010 – 2010/0222(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (16362/2010),

  wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar eżenzjoni mill-viża għal permanenzi qosra għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi, ta' servizz jew uffiċjali (13708/2010),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2)(a) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0399/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0010/2011),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil.

Avviż legali - Politika tal-privatezza