Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Marzu 2011 dwar il-ħatra proposta ta' Harald Wögerbauer bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0029/2011 – 2011/0801(NLE))
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta mal-Parlament (C7-0029/2011),
– wara li kkunsidra l-fatt li, fil-laqgħa tiegħu tat-3 ta' Marzu 2011, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema“ lill-persuna nnomitata mill-Kunsill għall-kariga ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0048/2011),
A. billi Harald Wögerbauer Galea jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,
1. Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta għall-ħatra ta' Harald Wögerbauer bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta' verifika tal-Istati Membri.