Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/0129(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0023/2011

Testi mressqa :

A7-0023/2011

Dibattiti :

PV 07/03/2011 - 18
CRE 07/03/2011 - 18

Votazzjonijiet :

PV 08/03/2011 - 9.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0079

Testi adottati
PDF 826kWORD 943k
It-Tlieta, 8 ta' Marzu 2011 - Strasburgu
Żona koperta mill-Ftehim tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran ***I
P7_TA(2011)0079A7-0023/2011
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat
 Anness
 Anness
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Marzu 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-Żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) (COM(2009)0477 – C7-0204/2009 – 2009/0129(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0477),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0204/2009),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Marzu 2010(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0023/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif imniżżel hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa“ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 354, 28.12.2010, p. 71.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Marzu 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament(UE) nru .../2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-Żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) [Emenda 1]
P7_TC1-COD(2009)0129

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu, [Emenda 2]

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

[Emenda 3]

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1), [Emenda 4]

Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja(2), [Emenda 5]

Billi:

(1)  Il-Ftehim għall-istabbiliment tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran (“GFCM”), minn issa “l quddiem ”il-Ftehim tal-GFCM“, kien approvat mill-Kunsill bid-Deċiżjoni 98/416/KE tas-16 ta' Ġunju 1998 dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-GFCM(3).

(2)  Il-Ftehim tal-GFCM jipprovdi qafas xieraq għal kooperazzjoni multilaterali sabiex jippromwovi l-iżvilupp, il-konservazzjoni, il-ġestjoni razzjonali u l-aqwa utilizzazzjoni tal-istokkijiet tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed f'livelli li huma kkunsidrati sostenibbli u b'riskju baxx ta' kollass.

(3)  L-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-Bulgarija, l-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, Malta, r-Rumanija u s-Slovenja u huma Partijiet Kontraenti mal-GFCM. [Emenda 6]

(4)  Ir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-GFCM huwa vinkolanti għall-Partijiet Kontraenti. Peress li l-Unjoni hija parti kontraenti mal-GFCM, dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma vinkolanti għall-Unjoni u għalhekk għandhom jiġu trasposti fil-liġi tal-Unjoni, fejn il-kontenut tagħhom mhuwiex diġà kopert. [Emenda 7]

(5)  Fis-Sessjonijiet Annwali tagħha fl-2005, l-2006, l-2007 u l-2008 l-GFCM adottat għadd ta' rakkomandazzjonijiet u riżoluzzjonijiet għal ċertu sajd fiż-Żona tal-Ftehim tal-GFCM li ġew trasposti fil-liġi tal-Unjoni fuq bażi temporanja permezz ta' regolamenti annwali dwar l-opportunitajiet tas-sajd(4) jew fil-każ tar-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM 2005/1 u 2005/2, mill-Artikoli 4(3) u 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal- 21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (5). [Emenda 8]

(6)  Għal raġunijiet ta' ċarezza, simplifikazzjoni u ċertezza legali, u peress li l-karattru permanenti tar-rakkomandazzjonijiet jitlob ukoll strument legali permanenti għat-traspożizzjoni tagħhom fil-liġi tal-Unjoni, huwa xieraq li dawn ir-rakkomandazzjonijiet jiġu trasposti permezz ta' att leġiżlattiv wieħed li miegħu jistgħu jiżdiedu rakkomandazzjonijiet futuri permezz ta' emendi. [Emenda 9]

(7)  Ir-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM japplikaw għaż-żona sħiħa ta' Ftehim tal-GFCM, b'mod partikolari l-Mediterran, il-Baħar l-Iswed u l-ilmijiet konnessi, kif imsemmi fl-Anness II tad-Deċiżjoni 98/416/KE, u għalhekk, sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, huma għandhom jiġu trasposti f'regolament separat aktar milli permezz ta' emendi għar-Regolament (KE) 1967/2006, li jkopri biss il-Baħar Mediterran. [Emenda 10]

(8)  Ċerti dispożizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 għandhom japplikaw mhux biss fil-Baħar Mediterran imma fiż-żona sħiħa tal-Ftehim tal-GFCM. Għalhekk dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jitħassru mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 u jiġu inklużi f'dan ir-Regolament.

(9)  Iż-“Żoni tas-Sajd Ristretti” stabbiliti mir-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM għal miżuri spazjali ta' ġestjoni huma effettivament ekwivalenti għaż-“Żoni tas-Sajd Protetti” kif użati fir-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

(10)  Fis-Sessjoni Annwali tagħha mit-23 sas-27 ta' Marzu 2009, il-GFCM adottat rakkomandazzjoni dwar l-istabbiliment ta' żona tas-sajd ristretta fil-Golf tal-Iljuni, fuq il-bażi tal-parir xjentifiku tal-Kumitati Xjentifiku Konsultattiv (SAC), kif misjub fir-rapport tal-11-il sessjoni tiegħu (rapport tal-FAO nru 890). Huwa xieraq li din il-miżura tiġi implimentata permezz ta' sistema tal-ġestjoni tal-isforzi.

(11)  Is-selettività ta' ċerti tipi ta' rkaptu tas-sajd ma tistax tilħaq aktar minn ċertu livell fis-sajd imħallat tal-Mediterran u, flimkien mal-kontroll u l-limitazzjoni tal-isforz tas-sajd, huwa fundamentali li jiġi limitat l-isforz tas-sajd f'żoni fejn l-adulti ta' stokkijiet importanti jiltaqgħu sabiex ikollhom riskju baxx ta' tfixkil fir-riproduzzjoni, u b'hekk jiġi permess l-isfruttament sostenibbli tagħhom. Għalhekk, ta' min wieħed jirrikkmanda li l-ewwel ikun limitat l-isforz tas-sajd magħmul fiż-żona eżaminata mis-SAC għal livelli preċedenti u ma tkun permessa l-ebda żieda għal dak il-livell.

(12)  Il-parir li fuqu jkunu bbażati l-miżuri ta' ġestjoni għandu jkun ibbażat fuq l-użu xjentifiku ta' data rilevanti dwar il-kapaċità u l-attività tal-flotta, dwar l-istatus bijoloġiku ta' riżorsi sfruttati u dwar is-sitwazzjoni soċjali u ekonomika tas-sajd; din id-data għandha tinġabar u tiġi ppreżentata fil-ħin sabiex il-korpi sussidjarji tal-GFCM jippreparaw il-parir tagħhom.

(13)  Fis-Sessjoni Annwali tal-2008, il-GFCM adottat rakkomandazzjoni dwar skema reġjonali ta' miżuri tal-Istat tal-Port biex jiġġieldu s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (IUU) fiż-Żona tal-Ftehim tal-GFCM. Filwaqt li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat(6) jkopri b'mod ġenerali l-kontenut ta' din ir-rakkomandazzjoni u japplika mill-1 ta' Jannar 2010, madankollu hemm xi aspetti bħall-frekwenza, il-kopertura u l-proċedura għall-ispezzjonijiet fil-port li għandhom bżonn ikunu msemmija f'dan ir-Regolament sabiex il-miżura tkun adattata għall-ispeċifikazzjonijiet taż-żona tal-Ftehim tal-GFCM. [Emenda 11]

(14)  Sabiex ikunu żgurati l-istess kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom ikunu kkonferiti fuq il-Kummissjoni setgħat tal-implimentazzjoni. Dawk is-setgħat, li għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament marbuta ma' atti ddelegati u li ma għandhomx japplikaw għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar il-miżuri tal-Istat tal-Port u l-proċeduri ta' spezzjoni fl-Istat tal-Port , għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(7). [Emenda 12]

(15)  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-inkorporazzjoni fil-liġi tal-Unjoni ta' emendi ġejjienin għal dawk il-miżuri tal-GFCM għall-konservazzjoni, l-kontroll jew l-infurzar, kif diġà trasposti fil-liġi tal-Unjoni, li huma s-suġġett ta' ċerti elementi mhux essenzjali ddefiniti espliċitament ta' dan ir-Regolament u li saru jorbtu fuq l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha skont it-termini tal-Ftehima GFCM. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa tul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell espert. [Emenda 13]

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli għall-applikazzjoni mill-Unjoni tal-miżuri ta' konservazzjoni, ġestjoni, sfruttament, monitoraġġ, kummerċjalizzazzjoni u infurzar għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura kif stabbilit mill-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran (“GFCM”). [Emenda 14]

Artikolu 2

Ambitu

1.  Dan ir-Regolament japplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd u l-akkwakultura kummerċjali tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u taċ-ċittadini tal-Istati Membri fiż-żona ta' Ftehim tal-GFCM. [Emenda 15]

Għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal operazzjonijiet tas-sajd imwettqa biss għal skopijiet ta' investigazzjonijiet xjentifiċi u li jsiru bil-permess u taħt l-awtorità tal-Istat Membru li l-bastiment itajjar il-bandiera tiegħu u li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jkunu infurmati bil-quddiem li fl-ilmijiet tagħhom tkun qed titwettaq ir-riċerka. L-Istati Membri li jwettqu operazzjonijiet tas-sajd għall-finijiet ta' investigazzjonijiet xjentifiċi għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri li fl-ilmijiet tagħhom tkun qed titwettaq ir-riċerka u lill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku dwar is-Sajd dwar il-qabdiet kollha minn operazzjonijiet tas-sajd bħal dawn.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin flimkien mad-definizzjonijiet stipulati mill-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd(8) u mill-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006:

   (a) “Żona ta' Ftehim tal-GFCM” tfisser il-Mediterran, il-Baħar l-Iswed u l-ilmijiet li jgħaqqduhom, kif imsemmija fl-Anness II tad-Deċiżjoni 98/416/KE;
   (b) “Sforz tas-sajd” tfisser il-prodott tal-kapaċità tal-bastiment tas-sajd, kemm f'kW kif ukoll f'TG, u l-jiem fuq il-baħar;
   (c) “jum fuq il-baħar” tfisser kwalunkwe jum tal-kalendarju li l-bastiment huwa assenti mill-port, irrispettivament mill-ammont ta' ħin fil-jum li l-bastiment huwa prezenti f'żona.

TITOLU II

MIŻURI TEKNIĊI

Kapitolu I

Żoni ta' sajd ristretti

Taqsima I

Żona ta' sajd ristretta fil-Golf tal-Iljuni

Artikolu 4

Stabbiliment ta' żona ta' sajd ristretta

Żona ta' sajd ristretta hija stabbilita fil-Lvant tal-Golf tal-Iljuni, konfinata permezz ta' linji li jgħaqdu l-koordinati ġeografiċi li ġejjin:

42°40“N, 4°20” E;

42°40“N, 5°00” E;

43°00“N, 4°20” E;

43°00“N, 5°00” E.

Artikolu 5

Sforz tas-sajd

L-isforz tas-sajd għall-istokkijiet demersali tal-bastimenti li jużaw xbieki rmunkati, konzijiet tal-qiegħ u ta' nofs il-baħar u xbieki tal-qiegħ fiż-żona ta' sajd ristretta msemmija fl-Artikolu 4 ma għandux ikun aktar mil-livell tal-isforz tas-sajd applikat fl-2008 minn kull Stat Membru f'dik iż-żona.

Artikolu 6

Sajd passat

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni f'format elettroniku, sa mhux aktar tard minn ...(9), lista tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li matul l-2008 kienu jistadu fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4 u fis-Subżona Ġeografika 7 tal-GFCM kif imsemmija fl-Anness I. Il-lista għandu jkollha l-isem tal-bastiment, in-numru tiegħu fir-Reġistru tal-Flotta tal-UE, imsemmi fl-anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 tat-30 ta' Diċembru 2003 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità(10), il-perjodu li matulu l-bastiment kien awtorizzat jistad fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4 u l-għadd ta' jiem li kull bastiment għamel fis-Subżona Ġeografika 7 fis-sena 2008 u aktar speċifikament fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4. [Emenda 16]

Artikolu 7

Bastimenti awtorizzati

1.  Il-bastimenti awtorizzati biex jistadu fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4 għandhom jingħataw Permess Speċjali tas-Sajd mill-Istat Membru tagħhom skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1627/94 tas-27 ta' Ġunju 1994 li jniżżel ċerti dispożizzjonijiet rigward permessi speċjali tas-sajd(11).

2.  Il-bastimenti tas-sajd li fil-passat ma stadux fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4 qabel il-31 ta' Diċembru 2008 ma għandhomx ikunu awtorizzati biex jistadu hemmhekk.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn ...(12), il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2008 dwar: [Emenda 17]

   (a) il-ħin massimu ta' attività ta' sajd kuljum permess lil kull bastiment,
   (b) l-għadd massimu ta' jiem fil-ġimgħa li bastiment jista“ joqgħod fuq il-baħar u jkun assenti mill-port u
   (c) l-iskedar obbligatorju ta' ħruġ u ritorn lejn il-port reġistrat tal-bastimenti tas-sajd tagħhom.

Artikolu 8

Ħarsien ta' ħabitats sensittivi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żona msemmija fl-Artikolu 4 hija protetta mill-impatti ta' kwalunkwe attività tal-bniedem oħra li tipperikola l-konservazzjoni tal-karatteristiċi partikolari ta' dik iż-żona bħala żona fejn jinġabar il-ħut li jista“ jirriproduċi.

Artikolu 9

Informazzjoni

Qabel il-31 ta' Jannar ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport f'format elettroniku dwar l-attivitajiet tas-sajd imwettqa fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4.

Taqsima II

Żoni ta' sajd ristretti sabiex jiġu mħarsa ħabitats sensittivi tal-baħar fond

Artikolu 10

Stabbiliment ta' żoni ta' sajd ristretti

Is-sajd bil-gangmu rmunkat u bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ għandu jkun ipprojbit fiż-żoni li ġejjin:

  (a) Iż-żona tal-baħar fond ristretta għas-sajd “Lophelia reef off Capo Santa Maria di Leuca” konfinata permezz ta' linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:
   39° 27.72“ N, 18° 10.74” E
   39° 27.80“ N, 18° 26.68” E
   39° 11.16“ N, 18° 32.58” E
   39° 11.16“ N, 18° 04.28” E;
  (b) Iż-żona tal-baħar fond ristretta għas-sajd “The Nile delta area cold hydrocarbon seeps” konfinata permezz ta' linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:
   31° 30.00“ N, 33° 10.00” E
   31° 30.00“ N, 34° 00.00” E
   32° 00.00“ N, 34° 00.00” E
   32° 00.00“ N, 33° 10.00” E;
  (c) Iż-żona tal-baħar fond ristretta għas-sajd “The Eratosthemes Seamount” konfinata permezz ta' linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:
   33° 00.00“ N, 32° 00.00” E
   33° 00.00“ N, 33° 00.00” E
   34° 00.00“ N, 33° 00.00” E
   34° 00.00“ N, 32° 00.00” E.

Artikolu 11

Ħarsien ta' ħabitats sensittivi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikollhom il-kompitu tal-ħarsien tal-ħabitats sensittivi tal-baħar fond fiż-żoni msemmija fl-Artikolu 10 u b'mod partikolari ▌mill-impatti ta' kwalunkwe attività oħra ▌li thedded il-konservazzjoni tal-karatteristiċi partikolari ta' dawk il-ħabitats speċifiċi. [Emenda 18]

Kapitolu II

L-istabbiliment ta' staġun magħluq għas-sajd tal-lampuki permezz ta' tagħmir biex jinġema“ l-ħut (FADs)

Artikolu 12

Staġun magħluq

1.  Is-sajd għal-lampuki (Coryphaena hippurus) permezz ta' tagħmir biex jinġema“ l-ħut (FADs) għandu jkun ipprojbit mill-1 ta' Jannar sal-14 ta' Awwissu ta' kull sena.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, jekk Stat Membru jista“ juri li, minħabba kundizzjonijiet ta' maltemp, il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu ma setgħux jutilizzaw il-jiem normali tas-sajd tagħhom dak l-Istat Membru jista” jgħaddi jiem mitlufa mill-bastimenti tiegħu fis-sajd bil-FAD sal-31 ta' Jannar tas-sena ta' wara. F'dak il-każ, qabel għeluq is-sena, l-Istat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni applikazzjoni għall-għadd ta' jiem li jixtieq jgħaddi għas-sena ta' wara.

3.  Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll fiż-żona ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

4.  L-applikazzjoni li tissemma fil-paragrafu 2 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

   (a) rapport bid-dettalji tal-waqfien mill-attivitajiet tas-sajd rilevanti, inkluża informazzjoni meterjoloġika xierqa bħala evidenza;
   (b) l-isem tal-bastiment u n-numru ta' Reġistrazzjoni tal-Flotta tal-UE. [Emenda 19]

5.  Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 fi żmien 6 ġimgħat mid-data li fiha tirċievi l-applikazzjoni, u tinforma b'dan lill-Istat Membru bil-miktub.

6.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM dwar id-deċiżjonijiet meħuda skont il-paragrafu 5. Qabel l-1 ta' Novembru ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport dwar il-jiem mitlufa fis-sena ta' qabel, li jixtiequ jgħaddu għas-sena ta' wara skont il-paragrafu 2.

Artikolu 13

Permess speċjali tas-sajd

Il-bastimenti tas-sajd awtorizzati jipparteċipaw fis-sajd tal-lampuki għandhom jingħataw permess speċjali tas-sajd skont ir-Regolament (KE) Nru 1627/94 u għandhom ikunu inklużi f'lista li jkollha l-isem tal-bastiment u n-numru ta' Reġistrazzjoni tal-Flotta tal-UE, li għandu jingħata lill-Kummissjoni mill-Istat Membru konċernat. Irrispettivament mill-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1627/94, il-bastimenti b'anqas minn 10 metri tul totali għandu jkollhom permess speċjali tas-sajd. [Emenda 20]

Dan ir-rekwiżit għandu japplika wkoll għaż-żona ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu (26)1 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

Artikolu 14

Ġbir tad-data

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal- 25 ta“ Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta' qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd(13) l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema xierqa ta' ġbir u trattament ta' data tal-qbid u l-isforz tas-sajd.

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni sal-15 ta' Jannar ta' kull sena, l-għadd ta' bastimenti involuti fis-sajd, it-total tal-qabdiet li jinħattu l-art u ta' trażbordi ta' lampuki mwettqa fis-sena preċedenti mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom f'kull subżona ġeoġrafika taż-żona ta' Ftehim GFCM kif determinat fl-Anness I.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni li tirċievi mill-Istati Membri lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM.“

Kapitolu III

Irkaptu tas-sajd

[Emendi 21, 22, 23, 24 u 25]

Artikolu 15

Daqs minimu tal-malji fil-Baħar l-Iswed

1.  Id-daqs minimu tal-malja għax-xbieki użati għal attivitajiet tat-tkarkir li jisfruttaw l-istokkijiet demersali fil-Baħar l-Iswed għandu jkun ta' 40 mm; pannelli ta' xbieki b'malji iżgħar minn 40 mm ma għandhomx ikunu użati jew miżmuma abbord.

2.  Sal-31 ta' Jannar 2012, ix-xibka msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinbidel minn xibka b'malja kwadra tal-manka ta' 40 mm jew, fuq talba ġustifikata kif suppost ta' sid il-bastiment, għal xibka b'malja djamant ta' 50 mm li għandu jkollha selettività ta' daqs rikonoxxut li tkun ekwivalenti għal jew ogħla minn dak tax-xbieki b'malja kwadra tal-manka ta' 40 mm.

3.  L-Istati Membri li l-bastimenti tas-sajd tagħhom ikunu involuti f'attivitajiet tat-tkarkir li jisfrutta l-istokkijiet demersali fil-Baħar l-Iswed għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, għall-ewwel darba sal-1 ta' Ottubru 2011 u sussegwentement kull 6 xhur, il-lista ta' bastimenti tas-sajd, u l-perċentwali mill-flotta kollha nazzjonali demersali tat-tkarkir b'xibka bil-malja kwadra tal-manka ta' 40 mm jew aktar jew xbieki bil-malja djamant ta' mill-anqas 50 mm. [Emenda 26]

4.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM.

Artikolu 16

Użu ta' gangmu rmunkat u sajd bix-xbieki tat-tkarkir

L-użu ta' gangmu rmunkat u xbieki tat-tkarkir f'fond ta' aktar minn 1000m għandu jkun ipprojbit.

TITOLU III

MIŻURI TA' KONTROLL

KAPITOLU I

REĠISTRU TAL-BASTIMENTI

Artikolu 17

Reġistru ta' bastimenti awtorizzati

1.  Qabel l-1 ta' Diċembru ta“ kull sena kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni, permezz tal-kanali normali għall-ipproċessar tad-data, lista aġġornata tal-bastimenti ta' aktar minn 15-il metru tul totali li jtajru l-bandiera tiegħu u li huma rreġistrati fit-territorju tiegħu li huma awtorizzati minnu li jistadu fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM bil-ħruġ ta' awtorizzazzjoni għas-sajd. [Emenda 27]

2.  Il-lista indikata fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

   (a) in-numru tal-bastiment fir-reġistru tal-flotta tal-UE , u l-marki esterni kif definiti fl-Anness I għar- Regolament (KE) Nru 26/2004; [Emenda 28]
   (b) il-perjodu li għalih huwa awtorizzat għas-sajd u/jew trażbord,
   (c) l-irkaptu tas-sajd użat.

3.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat lista aġġornata lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM qabel l-1 ta' Jannar ta“ kull sena biex dawn il-bastimenti jkunu jistgħu jiddaħħlu fir-reġistru tal-GFCM ta' bastimenti ta' aktar minn 15-il metru tul totali awtorizzati biex jistadu fiż-żona tal-Ftehim GFCM (”Reġistru tal-GFCM“). [Emenda 29]

4.  Kull bidla li tkun se ssir fil-lista indikata fil-paragrafu 1 għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni għat-trażmissjoni lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM u l-istess proċedura għandha tapplika minn tal-anqas 10 ijiem tax-xogħol qabel ma l-bastiment jibda l-attività tas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM.

5.  Il-bastimenti tas-sajd tal-UE b'tul totali ta' aktar minn 15-il metru, li ma jkunux imdaħħla fil-lista indikata fil-paragrafu 1 ma għandhomx jistadu, iżommu abbord, jittrażbordaw jew iħottu l-art kwalunkwe tip ta' ħut jew frott tal-baħar fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM. [Emenda 30]

6.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li:

   (a) jkunu biss il-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li huma inklużi fil-lista indikata fil-paragrafu 1 u li jkollhom abbord awtorizzazzjoni għas-sajd maħruġa minnhom li jkunu awtorizzati, skont it-termini tal-awtorizzazzjoni, li jwettqu attivitajiet ta' sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM; [Emenda 31]
   (b) l-ebda permess awtorizzazzjoni għas-sajd ma għandha tinħareġ lil bastimenti li jkunu wettqu sajd IUU fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM jew band'oħra, sakemm is-sidien il-ġodda ma jipprovdux evidenza dokumentarja adegwata li s-sidien u l-operaturi preċedenti ma għad għandhom l-ebda interess legali, benefiċjarju jew finanzjarju fi, u ma jeżerċitaw l-ebda kontroll fuq, il-bastimenti tagħhom, u li l-bastimenti tagħhom la jieħdu sehem u lanqas ma huma assoċjati ma' sajd IUU; [Emenda 32]
   (c) safejn huwa possibbli, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom tipprojbixxi lis-sidien u l-operaturi tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li huma inklużi fil-lista indikata fil-paragrafu 1 milli jieħdu sehem jew ikunu assoċjati ma' attivitajiet ta' sajd fiż-żona tal-Ftehim GFCM minn bastimenti li mhumiex fir-reġistru tal-GFCM;
   (d) safejn huwa possibbli, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tkun teħtieġ li s-sidien tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li huma inklużi fil-lista indikata fil-paragrafu 1 ikunu ta' nazzjonalità jew entitajiet legali tal-Istat Membru tal-bandiera;
   (e) il-bastimenti tagħhom jikkonformaw mal-miżuri kollha rilevanti tal-GFCM dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni.

7.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipprojbixxu s-sajd, iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut u frott tal-baħar maqbuda fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM minn bastimenti ta' aktar minn 15-il metru tul totali li mhumiex fir-Reġistru tal-GFCM.

8.  L-Istati Membri għandhom mingħajr dewmien jgħaddu lill-Kummissjoni kull informazzjoni li turi li jkun hemm raġunijiet sodi ta' suspett li xi bastimenti ta' aktar minn 15-il metru tul totali li mhumiex fir-reġistru tal-GFCM ikunu qed jistadu jew jittrażbordaw ħut u frott tal-baħar fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM.

KAPITOLU II

MIŻURI TAL-ISTAT TAL-PORT

Artikolu 18

Ambitu

Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi.

Artikolu 19

Notifika minn qabel

B'deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 ▌l-perjodu għal notifika minn qabel għandu jkun ta' mill-anqas 72 siegħa qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port. [Emenda 33]

Artikolu 20

Spezzjonijiet fil-Port

1.  Irrispettivament mill-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 l-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjonijiet fil-portijiet deżinjati tagħhom ta' mill-anqas 15 % tal-operazzjonijiet tal-ħatt l-art u tat-trażbord kull sena.

2.  Irrispettivament mill-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, il-bastimenti tas-sajd li jidħlu f'port ta' Stat Membru mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel għandhom ikunu spezzjonati fil-każijiet kollha.

Artikolu 21

Proċedura ta' spezzjoni

Flimkien mar-rekwiżiti provduti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 l-ispezzjonijiet fil-port għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 22

Ċħid mill-użu tal-port

1.  L-Istati Membri ma għandhomx jippermettu li bastiment ta' pajjiż terz juża l-portijiet tagħhom għall-ħatt tal-ħut, it-trażbord jew l-ipproċessar ta' prodotti tal-ħut li nqabad fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM u għandhom jiċħdu l-aċċess għas-servizzi tal-port, inkluż, inter alia, servizzi ta' forniment ta' karburant jew ta' provvisti, bl-eċċezzjoni ta' każijiet ta' force majeure jew ta' periklu skont it-tifsira fl-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar għas-servizzi strettament meħtieġa biex jirrimedjaw dawk is-sitwazzjonjiet, jekk: [Emenda 34]

   (a) il-bastiment ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament; jew [Emenda 35]
   (b) il-bastiment ikun inkluż minn organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd f'lista ta' bastimenti li kienu involuti fi, inkella li appoġġaw, sajd IUU; jew
   (c) il-bastiment ma jkollux awtorizzazzjoni valida sabiex jinvolvi ruħu fis-sajd jew f'attivitajiet relatati mas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM.

2.  Il-paragrafu 1 għandu japplika flimkien mad-dispożizzjonijiet dwar iċ-ċħid tal-użu tal-port pprovduti mill-Artikoli 4(2) u 37(5) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.

3.  Fejn Stat Membru iċaħħad l-użu tal-portijiet tiegħu skont il-paragrafi 1 u 2, għandu jinnotifika mill-ewwel lill-kaptan tal-bastiment, lill-Istat li tiegħu itajjar il-bandiera, lill-Kummissjoni u lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM b'azzjoni bħal din.

4.  Meta r-raġunijiet għaċ-ċħid imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ma jibqgħux japplikaw, l-Istat Membru għandu jirtira ċ-ċħid u jgħarraf b'dan lill-persuni nnotifikati skont il-paragrafu 3.

TITOLU IV

KOOPERAZZJONI, INFORMAZZJONI U RAPPURTAR

Artikolu 23

Koperazzjoni u informazzjoni

1.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw u jaqsmu l-informazzjoni mas-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM, b'mod partikolari billi:

   (a) jitolbu informazzjoni minn u jipprovdu informazzjoni lid-databases rilevanti;
   (b) jitolbu u jipprovdu kooperazzjoni biex jippromwovu l-implimentazzjoni effikaċi ta' dan ir-Regolament.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi nazzjonali tagħhom għall-informazzjoni marbuta mas-sajd jippermettu l-iskambju elettroniku dirett tal-informazzjoni dwar l-ispezzjonijiet mill-Istat tal-port kif jissemmew fit-Titolu III, bejniethom u s-Segretarjat tal-GFCM, billi jqisu kif xieraq ir-rekwiżiti rilevanti ta' kunfidenzjalità.

3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jaqsmu mal-aġenziji nazzjonali rilevanti l-informazzjoni b'mezzi elettroniċi u biex jikkoordinaw l-attivitajiet ta' aġenziji bħal dawn fl-implimentazzjoni tal-miżuri tal-Kapitolu II tat-Titolu III. [Emenda 36]

4.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta' punti ta' kuntatt għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, li għandhom jiġu trażmessi elettronikament, mingħajr dewmien, lill-Kummissjoni, lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM u lill-Partijiet Kontraenti tal-GFCM.

Artikolu 24

Rappurtar ta' matriċi tal-istatistika

1.  L-Istati Membri għandhom jippreżentaw qabel l-1 ta' Mejju ta' kull sena lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM id-data tal-Kompitu 1.1, 1.2, 1.3, 1.4 u 1.5 tal-matriċi tal-istatistika tal-GFCM kif stipulat fl-Anness III.

▌ [Emenda 37]

2.  L-ewwel preżentazzjoni tad-data tal-Kompitu 1.3 u 1.5 għandha ssir qabel l-1 ta' Frar 2011.

3.  Għall-preżentazzjoni tad-data msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jużaw is-sistema tad-dħul tad-data tal-GFCM jew kwalunkwe standard jew protokoll ieħor xieraq ta' preżentazzjoni tad-data mis-Segretarjat tal-GFCM u disponibbli fis-sit tal-internet li ġej: http://www.gfcm.org/gfcm/topic/16164.

4.  L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar id-data ppreżentata abbażi ta' dan l-Artikolu.

TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 25

Atti ta' implimentazzjoni[Emenda 48]

Il-Kummissjoni tista“ tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tiżgura l-istess kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta” dan ir-Regolament. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni, li għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27 ta' dan ir-Regolament u li ma għandhomx japplikaw għad-dispożizzjonijiet ta“ dan ir-Regolament dwar miżuri tal-Istat tal-Port u l-proċeduri ta' spezzjoni fl-istat tal-port fl-Anness II, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta” eżami li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 26(2). [Emenda 49]

Artikolu 26

Il-proċedura tal-Kumitat[Emenda 50]

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura stabbilit mill-Artikolu 30(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002. Dak il-kumitat huwa kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.[Emenda 51]

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5 tar-Regolament 182/2011/UE għandu japplika. [Emenda 52]

[Emenda 40]

Artikolu 27

Proċeduri għall-emendi

Sa fejn ikun meħtieġ, għat-traspożizzjoni fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ta' emendi għad-dispożizzjonijiet eżistenti tal-Iskema li jsiru obbligatorji għall-Unjoni, il-Kummissjoni tista“ temenda d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament permezz ta' atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 28 u suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 29 u 30, dwar:

     iż-żona b'restrizzjonijiet fuq is-sajd fil-Golf tal-Iljuni kif stipulat fl-Artikoli 4, 5, 6, 7, 8 u 9;
     iż-żoni b'restrizzjonijiet fuq is-sajd għall-protezzjoni tal-ħabitats sensittivi tal-baħar fond kif stipulat fit-Titolu II, Kapitolu I, Taqsima II, Artikoli 10 u 11;
     l-istabbiliment ta' staġun magħluq għas-sajd tal-lampuki permezz ta' FADs kif stipulat fit-Titolu II, Kapitolu II, Artikoli 12, 13 u 14;
     l-għoti ta' informazzjoni lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM kif stipulat fl-Artikolu 15(4);
     ir-reġistru ta' bastimenti awtorizzati kif stipulat fl-Artikolu 17;
     il-kooperazzjoni, l-informazzjoni u r-rappurtar kif stipulat fl-Artikoli 23 u 24;
     il-koordinati tat-tabelli, tal-mapep u koordinati ġeografiċi tas-Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM kif stipulati fl-Anness I;
     il-matriċi tal-istatistika tal-GFCM kif stipulat fl-Anness III.
  

[Emenda 41]

Artikolu 28

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa li tadotta l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 27 għandha tkun mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' tliet snin...(14). Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport dwar is-setgħa ddelegata sa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' tliet snin. Id-delega tas-setgħa għandha tkun awtomatikament imtawla għal perjodi ta' tul identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jirrevokawha skont l-Artikolu 29.

2.   Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tibgħat notifika dwaru lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess waqt.

3.   Is-setgħa li tadotta atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 29 u 30.

[Emenda 42]

Artikolu 29

Revoka tad-delega

1.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 27 tista“ tkun irrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.   L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega ta' setgħa għandha tagħmel ħilitha sabiex tgħarraf lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni aħħarija, filwaqt li tindika s-setgħa ddelegata li tista“ tkun suġġetta għar-revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka.

3.   Id-deċiżjoni ta' revoka ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ minnufih jew f'data aktar tard li tkun speċifikata fiha. M'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. Għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

[Emenda 43]

Artikolu 30

Oġġezzjonijiet għal atti ddelegati

1.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika.

B'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn.

2.   Jekk, meta jiskadi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat, dan għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data msemmija fih.

L-att iddelegat jista“ jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel ma jiskadi dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħhom li ma joġġezzjonawx.

3.   Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għall-att iddelegat fi żmien il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, dan ma jidħolx fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet tal-oġġezzjoni għall-att iddelegat.

[Emenda 44]

Artikolu 31

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1967/2006

Ir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 huwa emendat kif ġej:

   (a) fl-Artikolu 4, il-paragrafu 3 għandu jitħassar;
   ( b) fl-Artikolu 9, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:"
3.  Għal xbieki rmunkati għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 4, id-daqs minimu tal-malji għandu jkun tal-inqas:
   (a) xibka b'malja kwadra tal-manka ta' 40 mm, jew
   ( b) fuq talba ġġustifikata kif suppost ta' sid il-bastiment, xibka b'malja djamant ta' 50 mm ta' selettività skont id-daqs rikonoxxuta li tkun ekwivalenti għal jew ogħla minn dik tax-xbieki msemmija fil-punt (a).

Il-bastimenti tas-sajd għandhom ikunu awtorizzati jużaw u jżommu abbord biss waħda miż-żewġ tipi ta' xbieki.
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta' Ġunju 2012, u fuq il-bażi tiegħu kif ukoll tat-tagħrif ipprovduta mill-Istati Membri qabel il-31 ta' Diċembru 2011, għandha tipproponi emendi adattati fejn ikunu xierqa"
  

[Emenda 45]

   (c) l-Artikolu 24 għandu jitħassar;
   (d) fl-Artikolu 27, il-paragrafi 1 u 4 għandhom jitħassru.
  

[Emenda 46]

Artikolu 32

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ,

Għall-Parlament Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 354, 28.12.2010, p. 71.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Marzu 2011.
(3) ĠU L 190, 4.7.1998, p. 34.
(4) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 Artikoli 28-31, Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 Artikoli 29-31, Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 Artikoli 26-27, Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 51/2006 l-Anness III.
(5) ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11.
(6) ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1;
(7) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(8) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(9)* 20 jum tax-xogħol wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(10) ĠU L 5. 9.1.2004, p. 25.
(11) ĠU L 171, 6.7.1994, p. 7-13
(12)* 20 jum tax-xogħol wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(13) ĠU L 60, 5.3.2008, p. 1.
(14)* Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.


ANNESS I

A)  Mappa ta' Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM (GSAs)

SUBŻONA FAO

TAQSIMIET STATISTIĊI TAL-FAO

GSAs

TAL-PUNENT

1.1

IL-BALEARIĊI

1

It-Tramuntana tal-Baħar Alboran-

2

Il-Gżira Alboran

3

In-Nofsinhar tal-Baħar Alboran

4

L-Alġerija

5

Il-Gżejjer Baleariċi

6

It-Tramuntana ta' Spanja

11.1

Sardinja (il-Punent)

1.2

Il-GOLF TAL-ILJUNI

7

Il-Golf tal-Iljuni

1.3

SARDINJA

8

Il-Gżira ta' Korsika

9

Il-Baħar Ligurjan u t-Tramuntana tal-Baħar Tirrenjan

10

In-Nofsinhar tal-Baħar Tirrenjan

11.2

Sardinja (il-Lvant)

12

It-Tramuntana tat-Tuneżija

ĊENTRALI

2.1

L-ADRIJATIKU

17

It-Tramuntana tal-Adrijatiku

18

In-Nofsinhar tal-Baħar Adrijatiku (parti)

2.2

IL-JONJU

13

Il-Golf ta' Hamamet

14

Il-Golf ta' Gabes

15

Il-Gżira ta' Malta

16

In-Nofsinhar ta' Sqallija

18

In-Nofsinhar tal-Baħar Adrijatiku (parti)

19

Il-Punent tal-Baħar Joniku

20

Il-Lvant tal-Baħar Joniku

21

In-Nofsinhar tal-Baħar Joniku

TAL-LVANT

3.1

L-EĠEW

22

Il-Baħar Eġew

23

Il-Gżira ta' Kreta

3.2

IL-LEVANT

24

It-Tramuntana tal-Levant

25

Il-Gżira ta' Ċipru

26

In-Nofsinhar tal-Levant

27

Il-Levant

IL-BAĦAR L-ISWED

4.1

IL-MARMARA

28

Il-Baħar ta' Marmara

4.2

IL-BAĦAR L-ISWED

29

Il-Baħar l-Iswed

4.3

IL-BAĦAR AZOV

30

Il-Baħar Azov

B)  Mappa ta' GSA tal-GFCM (GFCM, 2009)

20110308-P7_TA(2011)0079_MT-p0000001.jpg

─ Taqsimiet Statistiċi tal-FAO (ħomor) – GSA tal-GFCM (suwed)

01 – It-Tramuntana tal-Baħar Alboran

07 – Il-Golf tal-Iljuni

13 – Il-Golf ta' Hamamet

19 – Il-Punent tal-Baħar Joniku

25 – Il-Gżira ta' Ċipru

02 – Il-Gżira Alboran

08 – Il-Gżira ta' Korsika

14 – Il-Golf ta' Gabes

20 – Il-Lvant tal-Baħar Joniku

26 – In-Nofsinhar tal-Levant

03 – In-Nofsinhar tal-Baħar Alboran

09 – Il-Baħar Ligurjan u t-Tramuntana tal-Baħar Tirrenjan

15 – Il-Gżira ta' Malta

21 – In-Nofsinhar tal-Baħar Joniku

27 – Il-Levant

04 – L-Alġerija

10 – In-Nofsinhar tal-Baħar Tirrenjan u l-Baħar Tirrenjan Ċentrali

16 – In-Nofsinhar ta' Sqallija

22 – Il-Baħar Eġew

28 – Il-Baħar ta' Marmara

05 – Il-Gżejjer Balaeriċi

11.1 – Sardinja (il-Punent) 11.2 – Sardinja (il-Lvant)

17 – It-Tramuntana tal-Adrijatiku

23 – IL-Gżira ta' Kreta

29 – Il-Baħar l-Iswed

06 – It-Tramuntana ta' Spanja

12 – It-Tramuntana tat-Tuneżija

18 – In-Nofsinhar tal-Baħar Adrijatiku

24 – It-Tramuntana tal-Levant

30 –Il-Baħar Azov

C)Koordinati ġeografiċi għas-Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM (GSAs) (GFCM, 2009)

GSAs

LIMITI

GSAs

LIMITI

GSAs

LIMITI

GSAs

LIMITI

1

Il-linja tal-Kosta

36º N 5º 36“ W

36º N 3º 20“ W

36º 05“ N 3º 20” W

36º 05“ N 2º 40” W

36º N 2º 40“ W

36º N 1º 30“ W

36º 30“ N 1º 30” W

36º 30“ N 1º W

37º 36“ N 1º W

4

Il-linja tal-Kosta

36º N 2º 13“ W

36º N 1º 30“ W

36º 30“ N 1º 30” W

36º 30“ N 1º W

37º N 1º W

37º N 0º 30“ E

38º N 0º 30“ E

38º N 8º 35“ E

Il-fruntiera Alġerija-Tuneżija

Il-fruntiera Marokk-Alġerija

7

Il-linja tal-Kosta

42º 26“ N 3º 09” E

41º 20“ N 8º E

Il-fruntiera Franza-l-Italja

10

Il-linja tal-Kosta (inkluża it-Tramuntana ta' Sqallija)

41º 18“ N 13º E

41º 18“ N 11º E

38º N 11º E

38º N 12º 30“ E

2

36º 05“ N 3º 20” W

36º 05“ N 2º 40” W

35º 45“ N 3º 20” W

35º 45“ N 2º 40” W

5

38º N 0º 30“ E

39º 30“ N 0º 30” E

39º 30“ N 1º 30” W

40º N 1º 30“ E

40º N 2º E

40º 30“ N 2º E

40º 30“ N 6º E

38º N 6º E

8

43º 15“ N 7º 38” E

43º 15“ N 9º 45” E

41º 18“ N 9º 45” E

41º 20“ N 8º E

41° 18“ N 8° E

11

41º 47“ N 6º E

41° 18“ N 6° E

41º 18“ N 11º E

38º 30“ N 11º E

38º 30“ N 8º 30” E

38º N 8º 30“ E

38º N 6º E

3

Il-linja tal-Kosta

36º N 5º 36“ W

35º 49“ N 5º 36” W

36º N 3º 20“ W

35º 45“ N 3º 20” W

35º 45“ N 2º 40” W

36º N 2º 40“ W

36º N 1º 13“ W

Il-fruntiera Marokk-Alġerija

6

Il-linja tal-Kosta

37º 36“ N 1º W

37º N 1º W

37º N 0º 30“ E

39º 30“ N 0º 30” E

39º 30“ N 1º 30” W

40º N 1º 30“ E

40º N 2º E

40º 30“ N 2º E

40º 30“ N 6º E

41º 47“ N 6º E

42º 26“ N 3º 09” E

9

Il-linja tal-Kosta

Il-fruntiera Franza-l-Italja

43º 15“ N 7º 38” E

43º 15“ N 9º 45” E

41º 18“ N 9º 45” E

41º 18“ N 13º E

12

Il-linja tal-Kosta

Il-fruntiera Alġerija-Tuneżija

38º N 8º 30“ E

38º 30“ N 8º 30” E

38º 30“ N 11º E

38º N 11º E

37º N 12º E

37º N 11º 04“E

GSAs

LIMITI

GSAs

LIMITI

GSAs

LIMITI

13

Il-linja tal-Kosta

37º N 11º 04“E

37º N 12º E

35º N 13º 30“ E

35º N 11º E

19

Il-linja tal-Kosta (inkluż il-Lvant ta' Sqallija)

40º 04“ N 18º 29” E

37º N 15º 18“ E

35º N 15º 18“ E

35º N 19º 10“ E

39º 58“ N 19º 10” E

25

35º 47“ N 32º E

34º N 32º E

34º N 35º E

35º 47“ N 35º E

14

Il-linja tal-Kosta

35º N 11º E

35º N 15º 18“ E

Il-fruntiera Tuneżija-Libja

20

Il-linja tal-Kosta

Il-fruntiera Alġerija-Greċja

39º 58“ N 19º 10” E

35º N 19º 10“ E

35º N 23º E

36º 30“ N 23º E

26

Il-linja tal-Kosta

Il-fruntiera Libja-Eġittu

34º N 25º 09“ E

34º N 34º 13“ E

Il-fruntiera Eġittu-Stretta ta' Gaża

15

36º 30“ N 13º 30” E

35º N 13º 30“ E

35º N 15º 18“ E

36º 30“ N 15º 18” E

21

Il-linja tal-Kosta

Il-fruntiera Tuneżija-Libja

35º N 15º 18“ E

35º N 23º E

34º N 23º E

34º N 25º 09“ E

Il-fruntiera Libja-Eġittu

27

Il-linja tal-Kosta

Il-fruntiera Eġittu-Stretta ta' Gaża

34º N 34º 13“ E

34º N 35º E

35º 47“ N 35º E

Il-fruntiera Turkija-Sirja

16

Il-linja tal-Kosta

38º N 12º 30“ E

38º N 11º E

37º N 12º E

35º N 13º 30“ E

36º 30“ N 13º 30” E

36º 30“ N 15º 18” E

37º N 15º 18“ E

22

Il-linja tal-Kosta

36º 30“ N 23º E

36º N 23º E

36º N 26º 30“ E

34º N 26º 30“ E

34º N 29º E

36º 43“ N 29º E

28

17

Il-linja tal-Kosta

41º 55“ N 15º 08” E

Il-fruntiera Kroazja-Montenegro

23

36º N 23º E

36º N 26º 30“ E

34º N 26º 30“ E

34º N 23º E

29

18

Il-linji tal-kosta (iż-żewġ naħat)

41º 55“ N 15º 08” E

40º 04“ N 18º 29” E

Il-fruntiera Kroazja-Montenegro

Il-fruntiera Alġerija-Greċja

24

Il-linja tal-Kosta

36º 43“ N 29º E

34º N 29º E

34º N 32º E

35º 47“ N 32º E

35º 47“ N 35º E

Il-fruntiera Turkija-Sirja

30


ANNESS II

Proċeduri ta' spezzjoni fl-istat tal-port għall-bastimenti

(1)  Identifikazzjoni tal-bastiment

L-ispettur(i) tal-port għandu/għandhom:

   a) jivverifika(w) li d-dokumentazzjoni uffiċjali abbord tkun valida, jekk meħtieġ, permezz ta' kuntatti xierqa mal-Istat li tiegħu qed itajjar il-bandiera jew mar-reġistrazzjonijiet internazzjonali tal-bastimenti;
   b) fejn hu meħtieġ, jirranġa(w) għal traduzzjoni uffiċjali tad-dokumentazzjoni;
   c) jiżgura(w) ruħu/rwieħhom li l-isem, il-bandiera, kull numbru ta' identifikazzjoni estern u l-immarkar tal-bastiment (u fejn huwa disponibbli n-numru ta' identifikazzjoni tal-bastiment tal-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima) u kodiċi internazzjonali tar-radju huma korretti;
   d) safejn huwa possibbli, jeżamina(w) jekk il-bastiment biddilx l-isem u/jew il-bandiera u, jekk iva, jagħmel/jagħmlu nota tal-isem/ismijiet u l-bandiera/bnadar preċedenti;
   e) jagħmel/jagħmlu nota tal-port ta' reġistrazzjoni, l-isem u l-indirizz tas-sid (u l-operatur u s-sid benefiċjarju jekk huwa different mis-sid), l-aġent, u l-kaptan tal-bastiment, inkluż l-ID uniku tal-kumpanija u tas-sid reġistrat jekk huma disponibbli. kif ukoll;
   f) jagħmel/jagħmlu nota tal-isem/ismijiet u l-indirizz(i) tas-sid(ien) preċedenti, jekk ikun hemm, matul l-aħħar ħames snin.

(2)  L-awtorizzazzjoni(jiet)

L-ispettur(i) tal-port għandu/għandhom jivverfika(w) li l-awtorizzazzjoni(jiet) biex jistad jew iġorr il-ħut u l-prodotti tal-ħut huwa/huma kompatibbli mal-informazzjoni miksuba skont il-paragrafu 1 u jeżamina(w) it-tul tal-awtorizzazzjoni(jiet) u l-applikazzjoni tagħha/tagħhom għaż-żoni, l-ispeċijiet u l-irkaptu tas-sajd.

(3)  Dokumenti oħra

L-ispettur(i) tal-port għandu/għandhom jeżamina(w) id-dokumentazzjoni rilevanti kollha, inklużi d-dokumenti f'format elettroniku. Id-dokumentazzjoni rilevanti tista“ tinkludi ġurnali ta' abbord, b'mod partikolari l-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd, kif ukoll lista tal-ekwipaġġ, pjanijiet ta' stivar u diżinji jew deskrizzjonijiet tal-istivi tal-ħut jekk ikunu disponibbli. Stivi jew postijiet bħal dawn jistgħu jiġu spezzjonati sabiex issir il-verifika ta' jekk id-daqs u l-kompożizzjoni tagħhom jikkorrispondux ma' dawn id-diżinji u jekk l-istivar huwiex skont il-pjanijiet ta' stivar. Fejn ikun xieraq, din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi d-dokumenti tal-qbid jew id-dokumenti tal-kummerċ maħruġa minn kwalunkwe organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd.

(4)  Irkaptu tas-sajd

a)  L-ispettur(i) tal-port għandu/għandhom jivverifika(w) li l-irkaptu tas-sajd abbord huwa f'konformità mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni(jiet). L-irkaptu jista“ wkoll jiġi ċċekjat sabiex ikun żgurat li l-karatteristiċi bħal, inter alia, id-daqs(ijiet) tal-malja (u strumenti possibbli), it-tul tax-xbieki, id-daqsijiet tas-snanar ikunu konformi mar-regolamenti applikabbli u li l-marki ta' identifikazzjoni tal-irkaptu jikkorrispondu ma' dawk awtorizzati għall-bastiment.

b)  L-ispettur(i) tal-port jista“/jistgħu wkoll ifittex/ifittxu fil-bastiment għal kwalunkwe rkaptu tas-sajd stivat li ma jidhirx u għal irkaptu tas-sajd li b'xi mod ieħor ikun illegali.

(5)  Ħut u prodotti tas-sajd

(a)  L-ispettur(i) tal-port għandu/għandhom, sa fejn huwa l-aktar possibbli, jeżamina(w) jekk il-ħut u l-prodotti tal-ħut abbord kinux maħsuda skont il-kundizzjonijiet stipulati mill-awtorizzazzjoni(jiet) applikabbli. Meta jagħmel/jagħmlu dan, l-ispettur(i) tal-port għandu/għandhom jeżamina(w) il-ġurnal ta' abbord tas-sajd, ir-rapporti preżentati, inklużi dawk trażmessi minn sistema ta' monitoraġġ tal-bastiment (VMS), kif xieraq.

(b)  Sabiex ikunu determinati l-kwantitajiet u l-ispeċijiet abbord, l-ispettur(i) tal-port jista“/jistgħu jeżamina(w) il-ħut fl-istiva jew matul il-ħatt. Meta jagħmel/jagħmlu dan, l-ispettur(i) tal-port jista”/jistgħu jiftaħ/jiftħu l-kaxxi tal-kartun fejn il-ħut ikun ippakkjat minn qabel u jċaqlaq/jċaqilqu l-ħut jew il-kaxxi tal-kartun biex jiżgura(w) l-integrità tal-istivi tal-ħut.

(c)  Jekk il-bastiment ikun qed iħott, l-ispettur(i) tal-port jista“/jistgħu jivverfika(w) l-ispeċijiet u l-kwantitajiet li jkunu nħattu. Verifika bħal din tista” tinkludi t-tip ta' prodott, il-piż ħaj (il-kwantitajiet determinati mill-ġurnal ta' abbord) u l-fattur ta' konverżjoni użat għal kalkolu ta' piż ipproċessat għal piż ħaj. L-ispettur(i) tal-port jista“/jistgħu wkoll jeżamina(w) kull kwantità possibbli li tinżamm abbord.

(d)  L-ispettur(i) tal-port jista“/jistgħu jeżamina(w) il-kwantità u l-kompożizzjoni tal-qabdiet kollha abbord, inkluż permezz ta' kampjuni.

(6)  Verifika ta' sajd IUU

Japplika l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.

(7)  Rapport

L-ispettur għandu jipprepara u jiffirma rapport bil-miktub wara li jlesti l-ispezzjoni u jagħti kopja lill-kaptan tal-bastiment.

(8)  Riżultati tal-Ispezzjonijiet tal-Istat tal-Port

Ir-riżultati tal-ispezzjonijiet tal-Istat tal-port għandhom jinkludu mill-anqas l-informazzjoni li ġejja:

1.  Referenzi tal-ispezzjoni

–  L-awtorità tal-ispezzjonar (isem l-awtorità tal-ispezzjonar jew il-korp alternat nominat mill-awtorità);

   L-isem tal-ispettur;
   Id-data u l-post tal-ispezzjoni;
   Il-port tal-ispezzjoni (il-post fejn il-bastiment huwa spezzjonat); kif ukoll
   Id-data (id-data meta jitlesta r-rapport).

2.  Identifikazzjoni tal-bastiment

–  L-isem tal-bastiment;

   It-tip ta' bastiment;
   It-tip ta' rkaptu;
   In-numru ta' identifikazzjoni estern (numru ta' mal-ġenb tal-bastiment) u n-numru IMO (jekk ikun disponibbli) jew numru ieħor kif xieraq;
   Il-kodiċi Internazzjonali tar-Radju;
   In-numru-I MMS (numru ta' identità tas-Servizzi Mobbli Marittimi), jekk hu disponibbli;

–  L-Istat tal-bandiera (Stat fejn il-bastiment huwa rreġistrat);

   L-isem/ismijiet u l-bandiera/bnadar preċedenti, jekk hemm;
   Il-port tal-bażi (il-port fejn il-bastiment huwa rreġistrat) u l-portijiet fejn kien isorġi qabel;
   Is-sid tal-bastiment (l-isem, l-indirizz, il-kuntatt tas-sid tal-bastiment);
   Is-sid benefiċjarju tal-bastiment jekk huwa differenti mis-sid tal-bastiment (l-isem, l-indirizz, il-kuntatt);
   L-operatur tal-bastiment responsabbli għall-użu tal-bastiment jekk huwa differenti minn sid il-bastiment (l-isem, l-indirizz, il-kuntatt);
   L-aġent tal-bastiment (l-isem, l-indirizz, il-kuntatt);
   L-isem/ismijiet u l-indirizz(i) tas-sid(ien) preċedenti, jekk hemm;
   L-isem, in-nazzjonalità u l-kwalifikazzjonijiet marittimi tal-kaptan u tal-kaptan tas-sajd;
   Il-lista tal-ekwipaġġ.

3.  Awtorizzazzjonijiet tas-sajd (liċenzji/permessi)

–  L-awtorizzazzjoni(jiet) tal-bastimenti biex jistadu jew iġorru l-ħut jew prodotti tal-ħut;

–  L-Istat(i) li ħareġ/ħarġu l-awtorizzazzjoni(jiet);

   It-termini tal-awtorizzazzjoni(jiet), inklużi ż-żoni u t-tul;
   L-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd rilevanti;
   Iż-żoni, l-ambitu u t-tul tal-awtorizzazzjoni(jiet);
   Id-dettalji tal-allokazzjoni awtorizzata - kwota, sforz jew ieħor;
   L-ispeċijiet, il-qbid inċidentali u l-irkaptu tas-sajd awtorizzati; kif ukoll
   Ir-reġistrazzjonijiet u d-dokumenti tat-trażbord (fejn applikabbli).

4.  Informazzjoni dwar il-vjaġġ tas-sajd

–  Id-data, il-ħin, iż-żona u l-post fejn beda l-vjaġġ tas-sajd kurrenti;

   Iż-żoni fejn mar il-bastiment (id-dħul u l-ħruġ minn żoni differenti);
   L-attivitajiet ta' trażbord fuq il-baħar (id-data, l-ispeċijiet, il-post, il-kwantità ta' ħut trażbordat);
   L-aħħar port fejn kien il-bastiment; kif ukoll
   Id-data u l-ħin fejn intemm il-vjaġġ tas-sajd kurrenti;
   Il-port li jmiss li l-bastiment beħsiebu jżur, kif xieraq.

5.  Riżultat tal-ispezzjoni tal-qabda

–  Il-bidu u t-tmiem tal-ħatt (il-ħinijiet u d-data);

   L-ispeċijiet tal-ħut;
   It-tip ta' prodott;
   Il-piż ħaj (il-kwantitajiet determinati mill-ġurnal ta' abbord);
   Il-fattur ta' konverżjoni rilevanti;
   Il-piż proċessat (il-kwantitajiet li nħattu skont l-ispeċi u l-preżentazzjoni);
   Il-piż ħaj ekwivalenti (il-kwantitajiet li nħattu f'piż ħaj ekwivalenti, bħala “Piż tal-prodott multiplikat mill-fattur ta' konverżjoni”); kif ukoll
   Id-destinazzjoni ppjanata għall-ħut u l-prodotti tal-ħut spezzjonati;
   Il-kwantità u l-ispeċijiet tal-ħut miżmuma abbord, jekk hemm.

6.  Riżultati tal-ispezzjoni tal-irkaptu

–  Id-dettalji tat-tipi ta' rkaptu.

7.  Konklużjonijiet

–  Il-konklużjonijiet tal-ispezzjoni inklużi l-identifikazzjoni ta' vjolazzjonijiet maħsuba li seħħu u referenza għar-regoli u l-miżuri rilevanti. Evidenza bħal din għandha tkun mehmuża mar-rapport tal-ispezzjoni.


ANNESS III

A)Segmentazzjoni tal-Flotta tal-GFCM/SAC

Gruppi

<6 metri

6-12 metru

12-24 metru

Aktar minn 24 metru

1. Bastimenti polivalenti ta' skala żgħira mingħajr magna

A

2. Bastimenti polivalenti ta' skala żgħira bil-magna

B

C

3. Bastiment tat-tkarkir

D

E

F

4. Bastimenti tas-sajd bil-purse seines

G

H

5. Bastimenti li jistadu bil-konzijiet

I

6. Bastimenti tat-tkarkir pelaġiku

J

7. Bastimenti li jistadu għat-tonn bit-tartarun

K

8. Bastimenti bil-gangmu

L

9. Bastimenti polivalenti

M

Deskrizzjoni tas-setturi

A Bastimenti polivalenti ta' skala żgħira mingħajr magna – Il-bastimenti kollha ta' anqas minn 12-il metru tul (LOA), mingħajr magna (bir-riħ jew bil-propulsjoni).

B Bastimenti polivalenti ta' skala żgħira bil-magna ta' anqas minn 6 metri – Il-bastimenti kollha ta' anqas minn 6 metri tul (LOA), bil-magna.

C Bastimenti polivalenti ta' skala żgħira bejn is-6 u t-12-il metru – Il-bastimenti kollha bejn is-6 u t-12-il metru tul (LOA), bil-magna, li jużaw irkapti differenti matul is-sena mingħajr predominanza ċara ta' wieħed minnhom jew li jużaw irkaptu li mhux ikkunsidrat f'din il-klassifikazzjoni.

D Bastimenti tat-tkarkir ta' anqas minn 12-il metru – Il-bastimenti kollha ta' anqas minn 12-il metru tul (LOA), li jallokkaw aktar minn 50 fil-mija tal-isforz tagħhom għat-tkarkir demersali.

E Bastimenti tat-tkarkir bejn it-12 u l-24 metru – Il-bastimenti kollha bejn it-12 u l-24 metru tul (LOA), li jallokaw aktar minn 50 fil-mija tal-isforz tagħhom għat-tkarkir demersali.

F Bastimenti tat-tkarkir itwal minn 24 metru – Il-bastimenti kollha ta' aktar minn 24 metru tul (LOA), li jallokaw aktar minn 50 fil-mija tal-isforz tagħhom għat-tkarkir demersali.

G Bastimenti tas-sajd bil-purse seines bejn is-6 u t-12-il metru – Il-bastimenti kollha bejn is-6 u t-12-il metru tul (LOA), li jallokaw aktar minn 50 fil-mija tal-isforz tagħhom għall-operazzjoni bil-purse seine.

H Bastimenti tas-sajd bil-purse seines itwal minn 12-il metru – Il-bastimenti kollha ta' aktar minn 12-il metru tul (LOA), li jallokaw aktar minn 50 fil-mija tal-isforz tagħhom għas-sajd bil-purse seine, minbarra dawk li jistadu għat-tonn bit-tartarun matul kwalunkwe żmien tas-sena.

I Bastimenti itwal minn 6 metri li jistadu bil-konzijiet – Il-bastimenti kollha ta' aktar minn 6 metri tul (LOA), li jallokaw aktar minn 50 fil-mija tal-isforz tagħhom għas-sajd bil-konz.

J Bastimenti tat-tkarkir pelaġiku itwal minn 6 metri – Il-bastimenti kollha ta' aktar minn 6 metri tul (LOA), li jallokaw aktar minn 50 fil-mija tal-isforz tagħhom għat-tkarkir pelaġiku.

K Bastimenti li jistadu għat-tonn bit-tartarun – Il-bastimenti kollha li jistadu għat-tonn bit-tartarun għal kwalunkwe tul ta' żmien matul is-sena.

L Bastimenti bil-gangmu itwal minn 6 metri – Il-bastimenti kollha ta' aktar minn 6 metri tul (LOA), li jallokaw aktar minn 50 fil-mija tal-isforz tagħhom għat-tħaddim tal-karrakka tal-ħama.

M Bastimenti polivalenti itwal minn 12-il metru – Il-bastimenti kollha aktar minn 12-il metru tul (LOA), li jużaw irkapti differenti matul is-sena mingħajr predominanza ċara ta' wieħed minnhom jew li jużaw irkaptu li mhux ikkunsidrat f'din il-klassifikazzjoni.

Nota: Iċ-ċelloli kollha huma miftuħa għall-ġbir tal-informazzjoni. Iċ-ċelloli li jitħallew vojta fit-tabella t'hawn fuq jitqiesu li x'aktarx ma għandhomx popolazzjoni sinifikanti. Madankollu, jekk ikun meħtieġ, huwa rrakkomandat li l-informazzjoni ta' “ċellola vojta” tingħaqad mal-aktar “ċellola blu” xierqa li tkun biswitha.

B)Tabella dwar il-kejl tal-isforz tas-sajd(1)

Irkaptu

Għadd u qies

Kapaċità

Attività

Sforz Nominali(2)

Sajd bil-gangmu (għall-molluski)

Ħalq miftuħ, wisa“ tal-ħalq

TG

Ħin tas-sajd

Superfiċje tal-qiegħ fejn sar sajd bil-gangmu(3)

Tkarkir (inkluż is-sajd bil-gangmu għall-ħut ċatt)

Tip ta' tkarkir (pelaġiku, tal-qiegħ)

TG u/jew GRT

Qawwa tal-magna

Daqs tal-malja

Daqs tax-xibka (wisa“ tal-ħalq)

Veloċità

TG

Ħin

tas-sajd

TG*jiem

TG*sigħat

KW*jiem

Purse Seine

Tul u kemm taqa“ ”l isfel ix-xibka

TG

Qawwa tad-dawl

Għadd ta' dgħajjes żgħar

TG

Tul u kemm taqa“ ”l isfel ix-xibka

Ħin tat-tfittix

Sett

TG * Settijiet tas-sajd16

Tul tax-xibka *

settijiet tas-sajd

Xbieki

Tip tax-xibka (pereżempju parit,

għeżula, eċċ.)

Tul tax-xibka (użat fir-regolamenti)

TG

Superfiċje tax-xibka

Daqs tal-malja

Tul u kemm taqa“ ”l isfel ix-xibka

Ħin tas-sajd

Tul tax-xibka * jiem

Superfiċje * jiem

Konzijiet

Għadd ta' snanar

TG

Għadd ta' unitajiet ta' konzijiet

Karatteristiċi tas-snanar

Lixka

Għadd ta'

snanar

Għadd ta'

unitajiet ta' konzijiet

Ħin tas-sajd

Għadd ta' snanar *

sigħat

Għadd ta' snanar * jiem

Għadd ta' unitajiet ta' konzijiet

* jiem/sigħat

Nases

TG

Għadd ta'

Nases

Ħin

tas-sajd

Għadd ta' nases * jiem

Purse

seine/FADs

Għadd ta' FADs

Għadd ta' FADs

Għadd ta'

vjaġġi

Għadd ta' FADs *

Għadd ta' vjaġġi

C)  Kompitu 1 tal-GFCM – Unitajiet Operazzjonali

20110308-P7_TA(2011)0079_MT-p0000003.jpg

(1) Jirreferi għall-isforz nominali.
(2) Għandu jkun riferit għal żona partikolari (li tindika is-superfiċje) sabiex tkun stmata l-intensità tas-sajd (sforz • km2) u biex jirrelata l-isforz lill-komunitajiet sfruttati.
(3) Il-kejl tal-isforz li ma jinkludix attività ta' żmien għandu jkun riferit bħala perjodu ta' żmien (jiġifieri bis-sena).

Avviż legali - Politika tal-privatezza