Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/0018(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0045/2011

Testi mressqa :

A7-0045/2011

Dibattiti :

PV 24/03/2011 - 4
CRE 24/03/2011 - 4

Votazzjonijiet :

PV 24/03/2011 - 6.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0107

Testi adottati
PDF 203kWORD 31k
Il-Ħamis, 24 ta' Marzu 2011 - Brussell
Ftehim bejn il-KE u l-Kanada dwar it-Trasport bl-Ajru ***
P7_TA(2011)0107A7-0045/2011

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2011 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, mlaqqgħin fil-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra (15380/2010 – C7-0386/2010 – 2009/0018(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill (15380/2010),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-Kanada (08303/10/2009),

–  wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(8), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0386/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) u tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0045/2011),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Kanada.

Avviż legali - Politika tal-privatezza