Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0082(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0044/2011

Testi mressqa :

A7-0044/2011

Dibattiti :

PV 24/03/2011 - 4
CRE 24/03/2011 - 4

Votazzjonijiet :

PV 24/03/2011 - 6.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0108

Testi adottati
PDF 197kWORD 30k
Il-Ħamis, 24 ta' Marzu 2011 - Brussell
Ftehim UE-Vjetnam dwar ċertu aspetti tas-servizzi tal-ajru ***
P7_TA(2011)0108A7-0044/2011

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (14876/2010 – C7-0366/2010 – 2007/0082(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14876/2010),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (07170/2009),

–  wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0366/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0044/2011),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam.

Avviż legali - Politika tal-privatezza