Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/2636(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B7-0222/2011

Testi mressqa :

B7-0222/2011

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 24/03/2011 - 6.8
CRE 24/03/2011 - 6.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0111

Testi adottati
PDF 191kWORD 30k
Il-Ħamis, 24 ta' Marzu 2011 - Brussell
Ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE)
P7_TA(2011)0111B7-0222/2011

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2011 dwar il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-10 ta' Marzu 2011 mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea)(1),

–  wara li kkunsidra l-fatt li, fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta' Marzu 2011, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji sema' lill-kandidat magħżul mill-Bord ta' Superviżuri tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi Adam Farkas jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010),

1.  Japprova l-ħatra ta' Adam Farkas bħala Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea),

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea).

(1) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

Avviż legali - Politika tal-privatezza