Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE, skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2011)0010 – C7-0023/2011 – 2011/2021(BUD))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0010 – C7-0023/2011),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1) (minn hawn il quddiem “ftehim interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006”), u b'mod partikolari l-punt 26 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(2),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008 dwar il-Fond ta' Solidarjetà,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0114/2011),
1. Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
2. Ifakkar li l-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 jipprevedi li fejn hemm skop għar-riallokazzjoni ta' approprjazzjonijiet taħt l-intestatura li tirrikjedi nefqa addizzjonali, il-Kummissjoni għandha tqis dan meta tkun qed tagħmel il-proposta meħtieġa;
3. Jinnota li l-Kummissjoni, bil-fatt li qed titlob għal impenji u ħlasijiet addizzjonali biex jiġu koperti l-ħtiġijiet tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea f'dan l-istadju bikri tas-sena, ma sabet l-ebda possibilità la għar-ridistribuzzjoni u l-anqas għar-riallokazzjoni fi ħdan u bejn l-intestaturi kkonċernati;
4. Jinsab lest li jikkunsidra s-sitwazzjoni ġenerali tal-ħlasijiet fil-kuntest tar-riżultat tal-eżekuzzjoni tal-Baġit tal-2010;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond tas-Solidarjetà tal-UE skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2011/286/UE.)