Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/0173(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0067/2011

Testi mressqa :

A7-0067/2011

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 06/04/2011 - 8.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0131

Testi adottati
PDF 203kWORD 33k
L-Erbgħa, 6 ta' April 2011 - Strasburgu
Mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-Ġordan ***
P7_TA(2011)0131A7-0067/2011

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2011 dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim forma ta' Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra (13758/2010 – C7-0057/2011 – 2010/0173(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill (13758/2010),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim forma ta' Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra (13974/2010),

–  wara li kkunsidra t-talba għal kunsens imressqa mill-Kunsill bi qbil mal-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7–0057/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0067/2011),

1.  Jagħti l-kunsens għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din il-pożizzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan.

Avviż legali - Politika tal-privatezza