Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 17 ta' Frar 2011 - Strasburgu
Il-klawżola ta' salvagwardja bilaterali tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Korea ***I
 L-għoti ta' garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal proġetti barra mill-UE ***I
 Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u r-Repubblika tal-Korea ***
 Is-sitwazzjoni fl-Eġittu
 Implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju
 L-istat tad-dritt fir-Russja
 L-Istrateġija Enerġetika tal-Bank Dinji
 Ewropa 2020 (Kunsill tar-Rebbiegħa 2011)
 L-implimentazzjoni tal-linji gwida għall-politiki dwar l-impjieg tal-Istati Membri
 Il-linji gwida għall-politiki tal-Istati Membri dwar l-impjiegi *
 Żieda fil-prezzijiet tal-ikel
 Ġlied fil-fruntiera bejn it-Tajlandja u l-Kambodja
 Jemen: il-piena tal-mewt lil minorenni li jwettqu reati, partikolarment il-każ ta' Muhammed Taher Thabet Samoum
 Uganda: l-omiċidju ta' David Kato

Il-klawżola ta' salvagwardja bilaterali tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Korea ***I
PDF 300kWORD 46k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Anness
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Frar 2011 dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-klawżola ta' salvagwardja bilaterali tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Korea (COM(2010)0049 – C7-0025/2010 – 2010/0032(COD))
P7_TA(2011)0061A7-0210/2010

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0049),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294 u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0025/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tat-22 ta' Diċembru 2010 li l-pożizzjoni tal-Parlament tiġi approvata, skont l-Artikolu 294(4) tat-trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0210/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif imniżżel hawn taħt(1);

2.  Japprova l-istqarrija konġuneta mill-Parlament u l-Kummissjoni annessa ma din ir-Riżoluzzjoni;

3.  Jieħu nota tal-istqarrija tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-Riżoluzzjoni;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa“ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Frar 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-klawsola ta' salvagwardja bilaterali tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Korea

P7_TC1-COD(2010)0032


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 511/2011)

P7_TC1-COD(2010)0032


ANNESS I

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tilqa“ l-ftehim fl-ewwel qari bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar ir-Regolament dwar is-Salvagwardja.

Kif previst fir-Regolament, il-Kummissjoni se tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Korea u se tkun lesta li tiddiskuti mal-kumitat responsabbli tal-Parlament Ewropew kwalunkwe kwistjoni li tirriżulta mill-implimentazzjoni tal-Ftehim.

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tixtieq tiġbed l-attenzjoni lejn dan li ġej:

a)  Il-Kummissjoni se timmonitora mill-qrib l-implimentazzjoni mill-Korea tal-impenji tagħha dwar kwistjonijiet regolatorji, inklużi b'mod partikolari l-impenji relatati mar-regolamenti tekniċi fis-settur tal-karozzi. Il-monitoraġġ għandu jinkludi l-aspetti kollha tal-ostakli mhux tariffarji u r-riżultati tiegħu għandhom jiġu dokumentati u rrapurtati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

b)  Il-Kummissjoni se tagħti wkoll importanza partikolari lill-implimentazzjoni effettiva tal-impenji dwar ix-xogħol u l-ambjent tal-Kapitolu 13 tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles (Kummerċ u Żvilupp Sostenibbli). F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni se tfittex il-parir tal-Grupp Konsultattiv Domestiku, li se jinkludi rappreżentanti mill-organizzazjonijiet tan-negozju, l-unjons u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi. L-implimentazzjoni tal-Kapitolu 13 tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles għandu jiġi dokumentat kif xieraq u għandu jintbagħat rapport dwaru kif xieraq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Il-Kummissjoni taqbel ukoll dwar l-importanza li tiġi provduta protezzjoni effettiva fil-każ ta' żiediet f'salt fl-importazzjoni f'setturi sensittivi, inklużi dak tal-karozzi żgħar. Il-monitoraġġ tas-setturi sensittivi għandu jinkludi l-karozzi, it-tessuti u t-tagħmir elettroniku għall-konsumatur. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li s-settur tal-karozzi żgħar jista“ jitqies bħala suq relevanti għall-iskop ta' investigazzjoni ta' salvagwardja.

Il-Kummissjoni tinnota li l-għażla ta' żoni ta' proċessar għal barra fil-Peniżola Koreana, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 tal-Protokoll dwar ir-Regoli ta' Oriġini, se tirrikjedi ftehim internazzjonali bejn il-Partijiet li għalih il-Parlament Ewropew ikun irid jagħti l-kunsens tiegħu. Il-Kummissjoni se żżomm lill-Parlament infurmat bis-sħiħ dwar id-deliberazzjonijiet mill-Kumitat dwar iż-Żoni ta' Proċessar għal barra fil-Peniżola Koreana.

Finalment, il-Kummissjoni tinnota wkoll li jekk minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali tiddeċiedi li testendi t-tul tal-investigazzjoni skont l-Artikolu 5(3), hi se tiżgura li tali żmien estiż ma jaqbiżx id-data ta' skadenza ta' ebda miżura provviżorja introdotta skont l-Artikolu 7.

ANNESS II

Dikjarazzjoni konġunta

Il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew jaqblu dwar l-importanza ta' koperazzjoni mill-qrib fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Korea u r-Regolament ta' Salvagwardja. Għal dan il-għan huma jaqblu fuq dan li ġej:

–  Fil-każ li l-Parlament Ewropew jadotta rakkomandazzjoni biex jibda investigazzjoni ta' salvagwardja, il-Kummissjoni se teżamina bir-reqqa jekk ġewx sodisfatti l-kundizzjonijiet skont ir-Regolament għal inizjazzjoni ex officio. Fil-każ li l-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet ma ġewx sodisfatti, hi se tippreżenta rapport lill-kumitat responsabbli tal-Parlament Ewropew li jinkludi spjegazzjoni tal-fatturi kollha relevanti għall-inizjazzjoni ta' investigazzjoni bħal din.

–  Fuq talba mill-kumitat responsabbli tal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lilu dwar kwalunkwe tħassib speċifiku relatat mal-implimentazzjoni mill-Korea tal-impenji tagħha dwar miżuri mhux tariffarji jew dwar il-Kapitolu 13 (Kummerċ u Żvilupp Sostenibbli) tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles.

(1) Din il-pożizzjoni tieħu post l-emendi adottati fis-7 ta' Settembru 2010 (Testi adottati, P7_TA(2010)0301)


L-għoti ta' garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal proġetti barra mill-UE ***I
PDF 654kWORD 221k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Anness
Anness
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Frar 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal proġetti barra mill-Unjoni Ewropea (COM(2010)0174 – C7-0110/2010 – 2010/0101(COD))
P7_TA(2011)0062A7-0019/2011

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0174),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 209 u 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0110/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0019/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa“ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Frar 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal proġetti barra mill-Unjoni Ewropea
[Emenda 1, sakemm mhux indikat mod ieħor]

P7_TC1-COD(2010)0101


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 209 u 212 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-proposta leġiżlattiva lill-Parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(1),

Billi:

(1)  Flimkien mal-missjoni ċentrali tiegħu li jiffinanzja l-investiment fl-Unjoni Ewropea, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) mill-1963 wettaq operazzjonijiet ta' finanzjament barra l-Unjoni Ewropea b'appoġġ għall-politiki esterni tal-UE. Dan jippermetti li fondi baġitarji tal-UE disponibbli għar-reġjuni esterni jiġu kkumplimentati mis-saħħa finanzjarja tal-BEI għall-benefiċċju tal-pajjiżi riċeventi. Meta jidħol f'dawn l-operazzjonijiet ta' finanzjament, il-BEI jikkontribwixxi għall-prinċipji ta' gwida ġenerali u l-objettivi politiċi tal-Unjoni, inkluż l-iżvilupp tal-pajjiżi terzi u l-prosperità tal-Unjoni f'ċirkostanzi ekonomiċi globali li nbidlu. L-operazzjonijiet tal-BEI bħala appoġġ għall-politika esterna tal-Unjoni iridu jkomplu jitwettqu f'konformità mal-prinċipji ta' prattika bankarja soda.

(2)  L-Artikolu 209 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropew (TFUE), flimkien mal-Artikolu 208 TFUE, jistipula li l-BEI għandu jikkontribwixxi, skont it-termini stipulati fl-Istatut tiegħu, għall-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jiġu promossi l-objettivi tal-politika ta'kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni.

(3)  Bil-ħsieb li tiġi sostnuta l-azzjoni esterna tal-Unjoni, u biex il-BEI ikun jista“ jiffinanzja investiment barra mill-Unjoni mingħajr ma jaffettwa l-pożizzjonament kreditarju tiegħu, il-biċċa l-kbira tal-operazzjonijiet tiegħu fir-reġjuni esterni bbenefikaw minn garanzija baġitarja tal-UE amministrata mill-Kummissjoni.

(4)  Riċentement, il-garanzija tal-UE ġiet stabbilita għall-perjodu 2007-2011 permezz tad-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar l-għotja ta' garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għall-proġetti barra mill-Komunità(2).

(5)  Il-Fond ta' Garanzija għal azzjonijiet esterni (il-“Fond ta' Garanzija”), li ġie stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni (verżjoni kkodifikata)(3), jipprovdi riżerva ta' likwidità għall-baġit tal-UE kontra t-telf fuq operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI u azzjonijiet esterni oħra tal-UE.

(6)  Kif rikjest mid-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE, il-Kummissjoni u l-BEI ħejjew analiżi ta' nofs it-terminu tal-finanzjament estern tal-BEI, abbażi ta' valutazzjoni esterna indipendenti sorveljata minn grupp ta' direzzjoni ta' “persuni għorrief”, analiżi permezz ta' konsulenza esterna, u valutazzjonijiet speċifiċi prodotti mill-BEI. Nhar it-12 ta' Frar 2010, il-grupp ta' direzzjoni ressaq rapport quddiem il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-BEI bil-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu.

(7)  Ir-rapport tal-grupp ta' direzzjoni kkonkluda li l-garanzija tal-UE għall-BEI huwa strument politiku effiċjenti u b'saħħtu b'influwenza finanzjarja u politika qawwija u li din il-garanzija għandha tinżamm ħalli tkopri r-riskji ta' natura politika jew sovrana. Ġew proposti ċerti emendi għad-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE biex jiġi żgurat li jkun hemm valur miżjud u effiċjenza massimi fl-operazzjonijiet esterni tal-BEI.

(8)  Meta jitfassal il-qafas finanzjarju multiannwali, l-ammonti koperti mill-garanzija tal-UE għandhom jiġu miżjuda b'mod sostanzjali sabiex titkabbar l-effikaċja u l-viżibilità tal-azzjoni tal-UE lil hinn mill-fruntieri tagħha b'konformità mat-Trattat ta' Lisbona.[Emenda 2]

(9)  Il-lista tal-pajjiżi eliġibbli jew potenzjalment eliġibbli għal finanzjament mill-BEI kopert mill-garanzija tal-UE hija stabbilita fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni u ġiet estiża meta mqabbla mal-lista fl-Anness I għad-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE.

(10)  L-ammonti koperti mill-garanzija tal-UE f'kull reġjun għandhom ikomplu jirrappreżentaw limiti massimi għall-finanzjament mill-BEI skont il-garanzija tal-UE u mhux miri li l-BEI jiġi rikjest li jissodisfa.

(11)  L-estensjoni tal-mandat estern tal-BEI għal pajjiżi ġodda mingħajr ir-reviżjoni tal-limiti massimi għall-finanzjament tal-BEI kopert mill-garanzija tal-UE de facto tnaqqas l-ammont ta' self tal-BEI disponibbli għal kull pajjiż taħt il-mandat estern tiegħu. Sabiex jiġi evitat li tiddgħajjef l-azzjoni tal-BEI fil-pajjiżi fejn jintervjeni l-BEI, dawn il-limiti massimi għandhom ikunu aġġustati skont dan.

(12)  Barra mil-limiti massimi reġjonali, il-mandat fakultattiv ta' EUR 2 000 000 000 għandu jiġi attivat u allokat bħala pakkett li jsostni l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI fil-qasam tat-taffija tal-bidla fil-klima u l-adattament għaliha madwar ir-reġjuni koperti mill-mandat. Il-BEI jista“ jikkontribwixxi permezz tal-għarfien espert u r-riżorsi tiegħu, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, ħalli jsostni lill-awtoritajiet pubbliċi kif ukoll lis-settur privat biex dawn jindirizzaw l-isfida tal-bidla fil-klima u jużaw bl-aħjar mod possibbli l-finanzjament disponibbli. Għal proġetti ta' taffija u adattament, ir-riżorsi tal-BEI ▌għandhom jiġu kkumplimentati sa kemm ikun possibbli minn fondi konċessjonali disponibbli skont il-baġit tal-UE, permezz tat-taħlit effiċjenti u konsistenti ta' għotjiet u self għal finanzjament konness mal-bidla fil-klima fil-kuntest tal-assistenza esterna tal-UE. F'dan ir-rigward, huwa xieraq li r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandu jkollu rapport dettaljat dwar l-istrumenti finanzjarji użati għall-iffinanzjar ta' dawn il-proġetti, li jidentifikaw l-ammonti ta' finanzjament tal-BEI li jaqgħu taħt il-mandat fakultattiv u l-ammonti korrispondenti ta' għotjiet u self.

(13)  L-eliġibbiltà li pajjiż jirċievi finanzjament tal-BEI għat-taffija tal-bidla fil-klima taħt il-garanzija tal-UE tista“ tiġi ristretta għall-pajjiżi li skont il-Kunsill ma impenjawx irwieħhom biex jilħqu miri adegwati marbuta mat-tibdil fil-klima. Il-Kunsill jista” jimponi tali restrizzjonijiet qabel ma l-BEI jimpenja fondi għall-pajjiżi rispettivi skont il-mandat tal-bidla fil-klima. Il-Kunsill għandu jikkonsulta lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lill-Kummissjoni qabel jieħu deċiżjoni biex jimponi restrizzjonijiet.

(14)  Il-BEI għandu jipprepara għall-implimentazzjoni potenzjali, ta' finanzjament tal-mikrokreditu sabiex itejjeb l-aċċess ta' dawk l-aktar fil-bżonn għall-finanzjament bankarju, bil-għan tal-iżvilupp ta' mikroproġetti li joħolqu l-ġid u t-tnaqqis tal-faqar. [Emenda 3]

(15)  Il-BEI għandu jitħalla jinvesti mill-ġdid il-kapital ta' riskju u r-riflussi tas-self speċjali minn operazzjonijiet preċedenti, bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni, biex jiffinanzja operazzjonijiet ġodda tal-istess ordni ħalli jassisti lil pajjiżi sħab, kif propost mill-Kummissjoni fil-proposta tagħha għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1638/2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija(4).

(16)  Għandha tiġi pprovduta xi flessibbiltà fir-rigward tal-allokazzjoni reġjonali skont il-Mandat dwar il-Bidla fil-Klima biex tippermetti għall-aktar aċċettazzjoni effettiva u mħaffa tal-finanzjament disponibbli fil-perjodu ta' 3 snin 2011-2013, waqt li jsir kull sforz possibbli biex tiġi żgurata distribuzzjoni bbilanċjata fir-reġjuni tul il-perjodu, abbażi tal-prijoritajiet stabbiliti għall-għajnuna esterna skont il-Mandat Ġenerali.

(17)  ▌Il-valutazzjoni sabet li minkejja l-operazzjonijiet tal-BEI imwettqa fil-perjodu kopert mill-valutazzjoni (2000-2009) kienu ġeneralment konformi mal-politiki esterni tal-UE, ir-rabta bejn l-għanijiet politiċi tal-UE u l-implimentazzjoni operattiva tagħhom mill-BEI għandha tissaħħaħ u ssir aktar espliċita u strutturata.

(18)  Biex titqawwa l-koerenza tal-mandat, tissaħħaħ il-konċentrazzjoni tal-attività ta' finanzjament estern tal-BEI fuq il-politiki ta' appoġġ tal-UE, u għall-benefiċċju massimu tal-benefiċjarji, din id-Deċiżjoni għandha tiffissa għanijiet orizzontali ta' livell għoli fil-mandat għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fil-pajjiżi kollha eliġibbli, fuq is-sies tal-aspetti komparattivement b'saħħithom tal-BEI f'oqsma fejn fl-imgħoddi dan ta xhieda ta' ħidma pożittiva. Fir-reġjuni kollha koperti minn din id-Deċiżjoni, il-BEI għandu għalhekk jiffinanzja proġetti fl-oqsma tat-taffija tal-bidla fil-klima u l-adattament għaliha, l-infrastruttura soċjali u ekonomika (notevolment fit-trasport, l-enerġija inkluża l-enerġija rinovabbli, ir-riċerka u l-iżvilupp dwar sorsi ġodda ta' enerġija, is-sigurtà tal-enerġija, l-infrastruttura tal-enerġija, l-infrastruttura ambjentali inklużi l-ilma u s-sanità, kif ukoll it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT), u l-iżvilupp tas-settur privat lokali, b'mod partikolari l-appoġġ għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs). Għandu jitfakkar li titjib tal-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament jista“ jiżvolġi rwol essenzjali fl-istimolu tal-iżvilupp ekonomiku u fil-ġlieda kontra l-qgħad. F'dawn l-oqsma, l-integrazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi msieħba, inkluża l-integrazzjoni ekonomika bejn il-pajjiżi preadeżjonali, il-pajjiżi ġirien u l-Unjoni, għandha tkun għan bażiku tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI. Il-BEI jista” jappoġġja l-preżenza tal-UE fil-pajjiżi sħab permezz ta' investiment barrani dirett li jikkontribwixxi għall-promozzjoni tat-trasferiment tat-teknoloġija u tal-għerf jew taħt il-garanzija tal-UE għall-investimenti fl-oqsma msemmija hawn fuq, jew b'riskju tiegħu stess.

(19)  Biex jiġu stabbiliti b'mod effikaċi relazzjonijiet mal-SMEs, il-BEI għandu jikkoopera mal-istituzzjonijiet finanzjarji intermedjarji lokali fil-pajjiżi eliġibbli, b'mod partikulari biex jiżgura li parti mill-benefiċċji finanzjarji se jiġu mgħoddija lill-klijenti tagħhom, biex jivverifikaw il-proġetti tal-klijenti fir-rigward tal-għanijiet tal-iżvilupp tal-UE u li jipprovdu valur miżjud meta mqabbel mal-finanzjament tas-suq. L-attivitajiet tal-intermedjarji finanzjarji f'appoġġ għall-SMEs għandhom ikunu trasparenti għalkollox u jiġu rrappurtati regolarment lill-BEI.

(20)  Filwaqt li l-qawwa tal-BEI tibqa“ l-karattru distint tiegħu bħala bank ta' investiment, skont din id-deċiżjoni, il-BEI għandu jinkwadra l-impatt fuq l-iżvilupp tal-operazzjonijiet esterni tiegħu f'koordinazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u taħt il-kontroll tal-Parlament Ewropew skont il-prinċipji tal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp kif ukoll dawk stipulati fl-Artikolu 208 TFUE, flimkien mal-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna deskritti fid-Dikjarazzjoni ta' Pariġi tal-2005 u l-Aġenda għall-Azzjoni ta' Accra tal-2008. Dan għandu jiġi implimentat permezz ta' għadd ta' mezzi konkreti, b'mod partikolari billi tissaħħaħ il-kapaċità tiegħu li jivvaluta l-aspetti ambjentali, soċjali u tal-iżvilupp tal-proġetti, inklużi r-riskji konnessi mal-jeddijiet tal-bniedem u l-kunflitti, u billi titħeġġeġ il-konsultazzjoni lokali mal-awtoritajiet pubbliċi u mas-soċjetà ċivili. Meta jkun qed iwettaq id-diliġenza dovuta fir-rigward tal-proġett, il-BEI għandu jobbliga lill-promotur tal-proġett iwettaq konsultazzjonijiet lokali u jiżvela r-riżultati lill-pubbliku. Barra minn hekk, għandu jżid il-konċentrazzjoni tiegħu fuq oqsma fejn għandu għarfien espert minn operazzjonijiet ta' finanzjament fl-Unjoni u li jqawwu l-iżvilupp fil-pajjiż inkwistjoni, bħal, inter alia, l-aċċess tal-SMEs u l-mikroentitajiet għas-servizzi finanzjarji, bħall-infrastruttura ambjentali inklużi l-ilma u s-sanità, it-trasportazzjoni sostenibbli u t-taffija tal-bidla fil-klima, partikolarment bl-enerġija rinovabbli. Il-finanzjament jista” wkoll jinkludi proġetti b'appoġġ tas-saħħa u l-edukazzjoni, partikolarment fl-infrastruttura, fejn hemm valur miżjud ċar. Il-BEI għandu kull ma jmur isaħħaħ ukoll l-attività tiegħu b'appoġġ ▌għall-adattament għall-bilda fil-klima, billi fejn ikun xieraq jaħdem b'kooperazzjoni ma' Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali (IFI) u istituzzjonijiet finanzajrji bilaterali Ewropej (EBFIs). Dan ikun jeħtieġ aċċess għal riżorsi konċessjonali u żieda, f'perjodu ta' żmien raġonevoli, fir-riżorsi umani speċjalizzati dedikati għall-attivitajiet esterni tal-BEI. L-attività tal-BEI għandha tkun kumplimentari għall-għanijiet u l-prijoritajiet tal-UE relatati mat-tiswir istituzzjonali u r-riformi settorjali. Fl-aħħar nett, il-BEI għandu jiddefinixxi l-indikaturi ta' prestazzjoni li huma marbuta mal-aspetti tal-iżvilupp u tal-ambjent tal-proġetti u r-riżultati tagħhom.

(21)  Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-funzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà/Viċi President tal-Kummissjoni (Rappreżentant Għoli), inħolqot bil-għan li żżid l-impatt u l-koerenza tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni.▌

(22)  F'dawn l-aħħar snin kien hemm ukoll twessigħ u tisħiħ tal-politiki tar-relazzjonijiet esterni tal- Unjoni. Dan kien speċjalment il-każ għall-Istrateġija ta' Qabel l-Adeżjoni, għall-Politika tal-Viċinat Ewropew, għall-Istrateġija tal-UE għall-Ażja Ċentrali, għall-isħubiji mġedda mal-Amerika Latina u max-Xlokk tal-Ażja, kif ukoll għas-Sħubija Strateġika tal- Unjoni mar-Russja, iċ-Ċina u l-Indja. Dan jista“ jingħad ukoll għall-politika tal-iżvilupp tal- Unjoni, li issa ġiet estiża biex tinkludu l-pajjiżi kollha li qed jiżviluppaw. Mill-2007, ir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni ġew sostnuti wkoll permezz ta' strumenti finanzjarji ġodda, jiġifieri l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA), l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENPI), l-Istrument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI), l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) IATE u l-Istrument għall-Istabbiltà.

(23)  Fid-dawl tal-ħolqien tas-SEAE u wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jemendaw il-Memorandum ta' Ftehim dwar il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fir-reġjuni msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra kontra telf minn self u garanziji għal self għall-proġetti barra mill-Komunità(5), u, jekk ikun il-każ, u bl-approvazzjoni tar-Rappreżentant Għoli, jestendu l-Memorandum ta' Ftehim il-ġdid biex jinkludi s-SEAE, l-aktar fir-rigward tad-djalogu regolari u sistematiku bejn il-BEI u l-Kummissjoni fuq livell strateġiku, li għandu jinkludu wkoll lis-SEAE, u aspetti oħrajn li jaqgħu taħt il-kompetenza tas-SEAE.

(24)  L-attività tal-BEI fil-pajjiżi Preadeżjonali ▌sseħħ fil-qafas stabbilit fis-Sħubijiet Adeżjonali u Ewropej li ffissaw il-prijoritajiet għal kull pajjiż, u għall-Kosovo(6), bil-ħsieb li jiġi rreġistrat progress fit-tqarrib lejn l- Unjoni, u li jipprovdu qafas għall-assistenza mill-UE. Il-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (SAP) huwa l-qafas politiku tal-UE għall-Balkani tal-Punent. Dan huwa msejjes fuq sħubija progressiva, li fiha l- Unjoni toffri konċessjonijiet kummerċjali, assistenza ekonomika u finanzjarja u relazzjonijiet kuntrattwali permezz tal-Ftehimiet ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (SAAs). L-assistenza finanzjarja preadeżjonali, permezz tal-IPA, tgħin lill-kanditati u l-kanditati potenzjali jitħejjew għall-obbligi u l-isfidi tal-isħubija fl- Unjoni. Din l-assistenza ssostni l-proċess ta' riformi, inklużi t-tħejjijiet għall-eventwalità li dawn il-pajjiżi jsiru membri. Din tiffoka fuq it-tiswir istituzzjonali, il-konformità mal-acquis communautaire, ▌it-tħejjija għall-politiki u l-istrumenti tal-UE u l-promozzjoni ta' miżuri biex tintlaħaq il-konverġenza ekonomika.

(25)  Fit-twettiq tal-Artikolu 290(3) TFUE, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex jappoġġa indirettament il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju tal-2015 fir-reġjuni kollha fejn ikun attiv.

(26)  L-attività tal-BEI fil-pajjiżi tal-Viċinat għandha sseħħ fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, li skontha l-Unjoni timmira li tiżviluppa relazzjoni speċjali mal-pajjiżi ġirien bil-ħsieb li tistabbilixxi żona ta' prosperità u relazzjonijiet tajbin fost il-pajjiżi ġirien, abbażi tal-valuri tal- Unjoni, bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, u kkaratterizzata minn relazzjonijiet mill-qrib u fis-sliem msejsa fuq il-kooperazzjoni. Biex tikseb dawn l-għanijiet l-Unjoni u s-sħab tagħha jimplimentaw Pjanijiet ta' Azzjoni bilaterali maqbula flimkien li jiddefinixxu ġabra ta' prijoritajiet li jinkludu kwistjonijiet politiċi u tas-sigurtà, affarijiet kummerċjali u ekonomiċi, problemi ambjentali u soċjali u l-integrazzjoni tan-netwerk tat-trasport u l-enerġija bħall-proġett tal-pipeline tal-gass Nabucco u proġetti ta' pipelines tal-gass oħrajn, li huwa ta' interess partikolari għall- Unjoni. L-Unjoni għall-Mediterran, l-istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku, is-Sħubija tal-Lvant, u s-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed huma inizjattivi reġjonali u multilaterali li jikkumplimentaw il-Politika Ewropea tal-Viċinat bil-għan li jrawmu l-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-grupp rispettiv ta' pajjiżi msieħba ġirien li jiffaċċjaw sfidi komuni u/jew jaqsmu ambjent ġeografiku komuni. L-Unjoni għall-Mediterran għandha l-għan li tniedi mill-ġdid il-proċess ta' integrazzjoni Ewro-Mediterranja billi tappoġġja l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali konġunt u solidari fuq iż-żewġ xtut tal-Mediterran, u tappoġġja żvilupp soċjoekonomiku aħjar, is-solidarjetà, l-integrazzjoni reġjonali, l-iżvilupp sostenibbli u t-tiswir tal-għarfien, b'enfasi fuq il-ħtieġa li tiżdied il-kooperazzjoni finanzjarja għall-appoġġ reġjonali u l-proġetti transnazzjonali. L-Unjoni għall-Mediterran tappoġġja, b'mod partikolari, il-ħolqien ta' highways marittimi u tal-art, it-tneħħija tat-tniġġis fil-Mediterran, il-pjan għall-enerġija solari fil-Mediterran, l-Inizjattiva għall-Iżvilupp tan-Negozju fil-Mediterran, il-protezzjoni ċivili u l-università Ewro-Mediterranja. L-istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku tappoġġja ambjent sostenibbli u żvilupp ekonomiku u soċjali ottimali fir-reġjun tal-Baħar Baltiku. L-Isħubija tal-Lvant għandha l-għan li toħloq il-kundizzjonijiet neċessarji biex titħaffef l-assoċjazzjoni politika u titkompla l-integrazzjoni ekonomika bejn l- Unjoni u l-pajjiżi Msieħba tal-Lvant, li ma jistax jinkiseb sakemm il-pajjiżi Msieħba tal-Lvant kollha ma jaderixxux għall-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem. Il-Federazzjoni Russa u l- Unjoni għandhom Sħubija Strateġika fuq firxa wiesgħa, distinata mill-Politika Ewropea tal-Viċinat u espressa permezz tal-Ispazji Komuni u r-Rotot ta' Direzzjoni. Dawn huma kumplimentati fil-livell multilaterali mid-Dimensjoni tat-Tramuntana li tipprovdi qafas għall-kooperazzjoni bejn l-UE, ir-Russja, in-Norveġja u l-Islanda.

(27)  L-attività tal-BEI fl-Amerika Latina għandha sseħħ fil-qafas tal-Isħubija Strateġika tal- Unjoni, l-Amerika Latina u l-Karibew. Kif enfasizzat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' Settembru 2009 “L-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina: Parteċipanti Globali fi Sħubija”(7), il-prijoritajiet tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni lejn l-Amerika Latina huma t-tħeġġiġ tal-integrazzjoni reġjonali u l-qirda tal-faqar u l-inugwaljanza soċjali ħalli jitħeġġu s-sostenibbiltà ekonomika u l-iżvilupp soċjali. Dawn l-għanijiet politiċi għandhom jitrawmu b'kunsiderazzjoni tal-livell differenti tal-iżvilupp tal-pajjiżi Latin Amerikani. Id-djalogu bilaterali għandu jiġi segwit f'oqsma ta' interess komuni għall- Unjoni u l-Amerika Latina, inklużi l-ambjent, it-tibdil fil-klima, it-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri u l-enerġija, ix-xjenza, ir-riċerka, l-edukazzjoni ogħla, it-teknoloġija u l-innovazzjoni.

(28)  Il-BEI għandu jkun attiv fl-Asja kemm fl-ekonomiji emerġenti dinamiċi kif ukoll fil-pajjiżi inqas għonja. F'dan ir-reġjun divers, l- Unjoni qed tapprofondixxi s-sħubija strateġika tagħha maċ-Ċina u l-Indja u qed isir progress fin-negozjati biex jissawru ftehimiet ġodda ta' sħubija u kummerċ ħieles mal-pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja. Fl-istess waqt, il-kooperazzjoni fl-iżvilupp għadha punt importanti fl-aġenda tal- Unjoni mal-Asja; l-istrateġija tal-UE għall-iżvilupp fir-reġjun Asjatiku għandha l-għan li teqred il-faqar billi ssostni tkabbir ekonomiku sostenibbli fuq sisien wesgħin, tħeġġeġ ambjent u kundizzjonijiet li jippromwovu l-kummerċ u l-integrazzjoni fir-reġjun, issaħħaħ il-governanza, iżżid l-istabilità politika u soċjali, u ssotni l-kisbiet tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju tal-2015. Qed jiddaħħlu fis-seħħ b'mod konġunt politiki li jindirizzaw sfidi komuni, bħat-tibdil fil-klima, l-iżvilupp sostenibbli, is-sigurtà u l-istabilità, il-governanza u d-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll il-prevenzjoni tad-diżastri naturali u umani u r-rispons għalihom.

(29)  L-istrateġija tal-UE għal sħubija ġdida mal-Asja Ċentrali adottata mill-Kunsill Ewropew f'Ġunju 2007 saħħet id-djalogu reġjonali u bilaterali u l-kooperazzjoni tal-UE mal-pajjiżi tal-Asja Ċentrali fir-rigward ta' kwistjonijiet ewlenin li jħabbat wiċċu magħhom dan ir-reġjun, fosthom it-tnaqqis tal-faqar, l-iżvilupp sostenibbli u l-istabilità. L-implimentazzjoni tal-istrateġija rreġistrat avvanzi importanti fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u d-demokrazija, l-edukazzjoni, l-iżvilupp ekonomiku, il-kummerċ u l-investiment, l-enerġija u t-trasport u l-politiki ambjentali.

(30)  L-attività tal-BEI fl-Afrika t'Isfel għandha sseħħ fil-qafas tad-Dokument Strateġiku għal Pajjiż bejn l-UE u l-Afrika t'Isfel. L-oqsma ewlenin identifikati mid-Dokument Strateġiku huma l-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp tal-kapaċità għat-twassil tas-servizzi u l-koeżjoni soċjali. L-attivitajiet tal-BEI fl-Afrika t'Isfel seħħew f'kumplimentarjetà għolja mal-programm ta' kooperazzjoni fl-iżvilupp tal-Kummissjoni, jiġifieri permezz tal-konċentrazzjoni tal-BEI fuq l-appoġġ għas-settur privat u l-investimenti fl-espansjoni tal-infrastruttura u s-servizzi soċjali (id-djar, il-ġenerazzjoni tal-elettriku, il-proġetti tat-tisfija tal-ilma tax-xorb u l-infrastruttura muniċipali). L-analiżi ta' nofs it-terminu tad-Dokument Strateġiku għal Pajjiż fir-rigward tal-Afrika t'Isfel sejħet għal tisħiħ tal-azzjonijiet fil-qasam tal-bidla fil-klima permezz ta' attivitajiet li jsostnu il-ħolqien ta' impjiegi li jirrispettaw l-ambjent.

(31)  Bil-għan li titjieb il-koerenza tal-appoġġ ġenerali tal-Unjoni fir-reġjuni kkonċernati, għandhom jinstabu opportunitajiet biex jiġi kkombinat il-finanzjament tal-BEI mar-riżorsi baġitarji tal-Unjoni kif jixraq, fl-għamla ta' garanziji, ta' kapital ta' riskju, ta' sussidju għar-rati tal-interess u ta' kofinanzjament fl-investiment, flimkien ma' għajnuna teknika għall-preparazzjoni u l-implimentazzjoni, permezz tal-IPA, l-ENPI, l-Istrument għall-Istabilità, l-EIDHR u d-DCI. Kull meta sseħħ kombinazzjoni tal-iffinanzjar tal-BEI ma' riżorsi baġitarji oħra tal-UE, id-deċiżjonijiet ta' ffinanzjar kollha għandhom jidentifikaw b'mod ċar ir-riżorsi li jridu jkunu involuti. Ir-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li saru taħt din id-Deċiżjoni irid ikollu lista dettaljata tar-riżorsi baġitarji u l-istrumenti finanzjarji użati f'kombinazzjoni mal-finanzjament tal-BEI. Fl-ambitu tal-Qafas Finanzjarju multiannwali li jmiss, għandha tiġi stabbilita sinerġija akbar bejn dawn l-istrumenti ta' finanzjament tal-UE u l-mandat estern tal-BEI.

(32)  Fil-livelli kollha, mill-ippjanar strateġiku “l fuq (upstream) sal-iżvilupp tal-proġetti ”l isfel (downstream), għandu jiġi żgurat li l-operazzjonijiet ta' finanzjament estern mill-BEI jkunu konformi mal-politiki esterni tal-UE u jsostnuhom u mal-għanijiet ta' livell għoli stipulati f'din id-Deċiżjoni. Bil-ħsieb li tiżdied il-koerenza fl-azzjonijiet esterni tal-UE, għandu jkompli jissaħħaħ id-djalogu dwar il-politika u l-istrateġija bejn il-Kummissjoni, is-SEAE u l-BEI. Għall-istess għan, għandu jkun hemm kooperazzjoni mtejba u skambju reċiproku bikri tal-informazzjoni bejn il-BEI, il-Kummissjoni u s-SEAE fil-livell operattiv. L-uffiċċji tal-BEI barra l-Unjoni għandhom, fejn dan ikun xieraq, ikunu ġewwa d-delegazzjonijiet tal-Unjoni sabiex titrawwem din il-kooperazzjoni waqt li jinqasmu l-ispejjeż operattivi. L-iskambju bikri tal-opinjonijiet bejn il-BEI, il-Kummisjoni u l-EEAS, skont kif ikun jixraq, għandu importanza partikolari fil-proċess tat-tħejjija tad-dokumenti tal-ipprogrammar ħalli jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn l-attivitajiet ta' dawn it-tliet korpi tal-UE.

(33)  Il-miżuri prattiċi għar-rabta tal-għanijiet tal-Mandat Ġenerali u l-implimentazzjoni tagħhom għandhom jiġu ffissati fil-linji gwida operattivi reġjonali▌. Sabiex jiġu żviluppati dawn il-linji gwida, li għandhom jiġu applikati b'mod ġenerali u jikkumplimentaw din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-BEI u, fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-mandat tiegħu, mas-SEAE, għandha tingħata l-poter li tadotta atti delegate bi qbil mal-Artikolu 290 TFUE. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet adegwati matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell espert. Dawn il-linji gwida għandhom bħala punt tat-tluq iqisu l-qafas politiku usa“ tal-UE għal kull reġjun, jirriflettu l-istrateġiji tal-UE għall-pajjiżi u jimmiraw li jiżguraw li l-finanzjament mill-BEI ikun kumplimentari għall-politiki, programmi u strumenti ta' assistenza korrispondenti tal-UE fir-reġjuni differenti. Il-linji gwida għandhom jiġu pprovduti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-qafas tal-eżerċizzju ta' rappurtar annwali tal-Kummissjoni dwar il-mandat estern tal-BEI.

(34)  Il-BEI għandu jħejji, f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, programm multiannwali indikattiv tal-ammont ippjanat ta' firem tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI sabiex jiġi żgurat ippjanar baġitarju xieraq għall-proviżjon tal-Fond ta' Garanzija u biex tkun żgurata l-kompatibbiltà tat-tbassir tas-self tal-BEI mal-livelli massimi stabbiliti f'din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandha tqis dan il-pjan fil-programmazzjoni tal-baġit regolari tagħha trażmess lill-awtorità baġitarja.

(35)  Sa nofs l-2012, il-Kummissjoni għandha tipproponi, abbażi tal-esperjenza pożittiva eżistenti, l-istabbiliment ta' “Pjattaforma tal-Unjoni għall-kooperazzjoni u l-iżvilupp” bil-ħsieb li tottimizza u tirrazzjonalizza l-funzjonament tal-mekkaniżmi għal iktar taħlit tal-għotjiet mas-self fir-reġjuni esterni. Din il-proposta għandha tkun ibbażata fuq evalwazzjoni tal-impatt li tistabbilixxi l-ispejjeż u l-benefiċċji ta' pjattaforma bħal din. Fir-riflessjonijiet tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-BEI, lill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) u lill-istituzzjonijiet finanzjarji bilaterali u multilaterali Ewropej l-oħrajn. Għal dan il-għan il-Kummissjoni għandha toħloq grupp ta' ħidma kompost minn rappreżentanti tal-Istati Membri, Membri tal-Parlament Ewropew, il-BEI u, jekk ikun meħtieġ, istituzzjonijiet oħra attivi fil-qasam tal-kooperazzjoni u l-iżvilupp tal-UE. Pjattaforma ta' dan it-tip għandha tħeġġeġ, taħt id-direzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, is-sinerġiji, l-iskambju ta' informazzjoni dwar l-ippjanar strateġiku, l-arranġamenti ta' dipendenza reċiproka, imsejsa fuq il-vantaġġ komparattiv tal-istituzzjonijiet differenti filwaqt li jiġu rispettati r-rwol u l-prerogattivi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fl-implimentazzjonijiet tal-baġit tal-UE u tas-self mill-istituzzjonijiet finanzjarji. Pjattaforma ta' dan it-tip tkun partikolarment siewja fil-finanzjament ta' proġetti orjentati lejn l-iżvilupp jew proġetti maħsuba biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima.

(36)  Il-BEI għandu jitħeġġeġ jagħmel analiżi ta' tqabbil bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji biex gradwalment jaqsam l-attivitajiet esterni kollha tiegħu fuq bażi ġeografika sabiex jadatta aħjar għall-ħtiġijiet speċifiċi ta' kull żona u jippromwovi l-parteċipazzjoni u l-qsim tar-responsabilità tal-pajjiżi sieħba tal-ġestjoni prattika tal-fondi u fil-monitoraġġ finanzjarju tal-proġetti involuti. Skont ir-riżultati tal-analiżi msemmija hawn fuq, il-BEI għandu jqis li jibda dan il-proċess billi jaqsam l-attivitajiet Mediterranji tiegħu, li s'issa kienu miġbura flimkien fil-Faċilità Ewro-Mediterranja ta' Investiment u Sħubija (FEMIP), permezz tal-ħolqien ta' istituzzjoni finanzjarja Ewro-Mediterranja għall-kożvilupp, li għaliha l-BEI jibqa“ l-azzjonist ewlieni. Fil-każ speċifiku tal-Mediterran, din il-bidla istituzzjonali tippermetti lill-BEI itejjeb l-effettività tal-azzjoni tiegħu fil-pajjiżi tal-Mediterran, iżżid il-viżibilità tiegħu, u jipprovdi iktar appoġġ finanzjarju għall-inizjattivi ta' prijorità tal- Unjoni għall-Mediterran. Il-BEI għandu wkoll jiġi appoġġat mill-programm ”Investi fil-Mediterran“, li jwitti t-triq lejn netwerking effettiv man-negozji u ma' dawk involuti fis-soċjetà ċivili fil-pajjiżi sħab.

(37)  Il-BEI għandu jitħeġġeġ iżid l-operazzjonijiet tiegħu u jiddiversifika l-istrumenti finanzjarji tiegħu barra l- Unjoni mingħajr ir-rikors għall-garanzija tal-UE u b'hekk l-użu tal-garanzija jista“ jkun riservat għall-pajjiżi u l-proġetti li jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ta' aċċess sfavorevoli u fejn il-garanzija għalhekk tipprovdi iktar valur miżjud. Il-BEI konsegwentement, u dejjem bil-għan li jappoġġja l-objettivi tal-politika esterna tal-UE, għandu jżid l-ammonti mislufa għar-riskju proprju tiegħu, u dan partikolarment fil-pajjiżi preadeżjonali u l-pajjiżi tal-viċinat u fil-pajjiżi tal-grad ta' investiment f'reġjuni oħra, imma anki fil-pajjiżi fil-grad ta' subinvestiment meta l-BEI jkollu l-garanziji adatti minn partijiet terzi. Il-BEI, bi ftehim mal-Kummissjoni, għandu jiżviluppa politika li permezz tagħha jiddeċiedi bejn l-allokazzjoni ta' proġetti taħt il-mandat tal-garanzija tal-UE jew ta' finanzjament b'riskju għall-BEI innifsu. Politika ta' dan it-tip tkun b'mod partikolari tqis l-affidabbiltà kreditarja tal-pajjiżi u l-proġetti inkwistjoni. Meta l-mandat estern jiġġedded għall-perjodu ta' wara l-2013, din il-politika għandha tkun riveduta u l-lista tal-pajjiżi eliġibbli għall-garanzija eżaminata mill-ġdid filwaqt li jiġu kkunsidrati l-implikazzjonijiet dwar il-provvediment tal-Fond ta' Garanzija għal Azzjoni Esterna.

(38)  Fejn ikollu l-garanziji xierqa, il-BEI għandu jitħeġġeġ li jżid l-operazzjonijiet tiegħu għall-entitajiet pubbliċi subsovrani fil-pajjiżi li fihom jopera.

(39)  Il-BEI għandu jespandi l-firxa tal-istrumenti ta' finanzjament ġodda u innovattivi offruti, inkluż permezz ta' aktar konċentrazzjoni fuq l-iżvilupp ta' strumenti ta' garanzija. Barra minn hekk, il-BEI għandu jitħeġġeġ jipprovdi self fil-muniti lokali u joħroġ bonds fis-swieq lokali, sakemm il-pajjiżi msieħba jdaħħlu fis-seħħ ir-riformi strutturali neċessarji, b'mod partikolari fis-settur finanzjarju, kif ukoll miżuri oħra li jiffaċilitaw l-attività tal-BEI.

(40)  Biex jiġi żgurat li l-Bank jissodisfa r-rekwiżiti tal-mandat fir-reġjuni u s-sottoreġjuni kollha, għandhom jiġu ddedikati biżżejed riżorsi umani u finanzjarji għall-attivitajiet esterni tiegħu, b'limiti ta' żmien raġonevoli. Dan ikun jinkludi b'mod partikolari li jkollu kapaċità suffiċjenti biex isostni l-għanijiet tal-UE ta' kooperazzjoni fl-iżvilupp, li jikkonċentra aktar fuq il-valutazzjoni ex ante tal-aspetti ambjentali, soċjali u tal-iżvilupp tal-attivitajiet tiegħu, u li jissorvelja b'mod effettiv il-proġetti waqt li jkunu qegħdin jiġu implimentati. Għandhom jinżammu l-opportunitajiet ta' aktar titjib tal-effiċjenza u l-effikaċja, u għandha ssir ħidma attiva biex jinstabu s-sinerġiji.

(41)  Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu barra l- Unjoni li jaqgħu taħt l-ambitu ta' din id-Deċiżjoni, il-BEI għandu jagħmel ħiltu iktar biex itejjeb il-koordinament u l-kooperazzjoni mal-IFI u l-EBFIs ▌, fejn ikun rilevanti, inkluż, fejn jixraq il-kooperazzjoni fuq il-kundizzjonalità tas-settur u d-dipendenza reċiproka fuq il-proċeduri, l-użu tal-kofinanzjament konġunt u l-parteċipazzjoni f'inizjattivi globali, bħalma huma dawk li jippromwovu l-koordinament u l-effikaċja tal-għajnuna. It-tali koordinazzjoni u kooperazzjoni għandhom jagħmluha possibbli li jiġu evitati proġetti li jirkbu fuq xulxin u kompetizzjoni mhux mixtieqa f'relazzjoni ma' proġetti ffinanzjati mill-UE. Dawn l-isforzi għandhom jissejsu fuq ir-reċiproċità. Il-finanzjament tal-BEI implimentat permezz ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' IFI u istituzzjonijiet finanzjarji bilaterali oħrajn jeħtieġlu jirrispetta l-prinċipji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

(42)  B'mod partikolari, fil-pajjiżi ta' intervent komuni lil hinn mill- Unjoni, il-BEI għandu jtejjeb il-kooperazzjoni tiegħu mal-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej l-oħrajn. Ġie konkluż Memorandum ta' Ftehim tripartitiku bejn il-Kummissjoni, il-BEI u l-BERŻ, li jkopri l-pajjiżi kollha ta' operazzjoni komuni barra mill- Unjoni. Dan il-Memorandum huwa mistenni li jipprevjeni lill-BEI u lill-BERŻ milli jikkompetu ma' xulxin u għandu jippermetti li jaġixxu b'mod kumplimentari billi jimmassimizza l-vantaġġi kumparattivi rispettivi tagħhom. Il-Memorandum għandu jipprovdi wkoll għall-konverġenza fi żmien raġonevoli tal-proċeduri tagħhom. Matul iż-żmien, għandha tingħata kunsiderazzjoni għall-istabbiliment ta' rabtiet eqreb bejn dawn iż-żewġ banek b'kapital fil-maġġoranza Ewropew, bil-għan li jiġu ottimizzati l-istrumenti Ewropej għall-finanzjament tal-azzjoni esterna.

(43)  Ir-rappurtar u t-trażmissjoni tal-informazzjoni mill-BEI lejn il-Kummissjoni għandhom jissaħħu ħalli jippermettu lill-Kummissjoni ttejjeb ir-rapport annwali tagħha lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI imwettqa skont din id-Deċiżjoni. Ir-rapport għandu b'mod partikolari jivvaluta l-konformità tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI ma' din id-Deċiżjoni, b'kunsiderazzjoni tal-linji gwida operattivi, u bl-inklużjoni ta' taqsimiet dwar il-valur miżjud tal-BEI, bħall-appoġġ għall-politiki esterni u r-rekwiżiti ta' mandat tal-UE, il-kwalità tal-operazzjonijiet iffinanzjati u t-trasferiment ta' benefiċċji finanzjarji lill-klijenti, u taqsimiet dwar il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni, il-BERŻ, IFI oħra u donaturi bilatarali, inkluż il-kofinanzjament. Ir-rapport għandu jkun fih ukoll l-analiżi tal-BEI tas-sostenibilità ekonomika, finanzjarja, ekoloġika u soċjali fit-tfassil u l-monitoraġġ tal-proġetti ffinanzjati. Għandu jinkludi wkoll sezzjoni speċifika ddedikata għall-evalwazzjoni dettaljata tal-miżuri meħuda mill-BEI biex jirrispetta l-mandat attwali kif stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE, u li jagħti attenzjoni partikolari lill-operazzjonijiet tal-BEI li jużaw mezzi finanzjarji li jinsabu f'ċentri finanzjarji offshore. Fl-operazzjonijiet tal-finanzjament tiegħu, il-BEI għandu jiżgura li l-politiki lejn ġurisdizzjonijiet irregolati b'mod dgħajjef jew mhux kooperattivi, huma implimentati b'mod adegwat biex jikkontribwixxu għall-ġlieda internazzjonali kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa. Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni rigward l-aspetti soċjali u tal-iżvilupp tal-proġetti. Ir-rapport għandu jkun pubbliku, biex is-soċjetà ċivili u l-pajjiżi benefiċjarji jkunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom. Fejn ikun meħtieġ, ir-rapport għandu jinkludi referenzi għal bidliet sinifikanti fiċ-ċirkustanzi li jkunu jiġġustifikaw aktar emendi għall-mandat qabel tmiem il-perjodu. Dan ir-rapport għandu b'mod partikolari jinkludi lista dettaljata tal-finanzjament tal-BEI skont din id-Deċiżjoni flimkien mar-riżorsi finanzjarji kollha tal-UE u ta' donaturi oħra, b'hekk tingħata lista dettaljata tal-kxif finanzjarju tal-operazzjonijiet ta' finanzjament.

(44)  L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom ikomplu jiġu ġestiti skont ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI stess, inklużi l-miżuri ta' kontroll xierqa u miżuri mittieħda biex tiġi evitata l-evażjoni fiskali, kif ukoll permezz tar-regoli u tal-proċeduri rilevanti li jikkonċernaw il-Qorti tal-Awdituri u l-Uffiċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF),

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Garanzija tal-UE

1.  L-Unjoni Ewropea għandha tagħti lill-Bank tal-Investiment Ewropew (BEI) garanzija baġitarja tal-UE għall-operazzjonijiet imwettqa barra l-UE (il-garanzija tal-UE). Il-garanzija tal-UE għandha tingħata bħala garanzija kumplessiva fir-rigward ta' ħlasijiet li ma jaslux għand il-BEI, minkejja li huma dovuti lejh, b'rabta ma' self u garanziji fuq self għall-proġetti ta' investiment tal-BEI li huma eliġibbli skont il-paragrafu 2. L-attivitajiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom jikkonformaw mal-prinċipji ta' gwida ġenerali, u jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi u tal-politika tal-azzjoni esterna tal-Unjoni.

2.  Is-self u l-garanziji fuq self tal-BEI għall-proġetti ta' investiment imwettqa f'pajjiżi koperti minn din id-Deċiżjoni, li jkunu ngħataw skont ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI innifsu, fosthom id-dikjarazzjoni tal-BEI dwar l-istandards soċjali u ambjentali, u b'appoġġ għall-għanijiet ta' politika esterna rilevanti tal- Unjoni, fejn il-finanzjament mill-BEI ikun ngħata skont ftehim iffirmat li la jkun skada u lanqas ġie kanċellat (operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI) huma eliġibbli għall-garanzija tal-UE.

3.  Il-garanzija tal-UE għandha tiġi ristretta għal 65 % tal-ammont aggregat tal-krediti maħruġa u l-garanziji pprovduti taħt l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI, bl-ammonti rimborżati mnaqqsa, flimkien mal-ammonti relatati kollha.

4.  Il-garanzija tal-UE għandha tkopri l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI ffirmati matul perjodu li beda fl-1 ta' Frar 2007 u li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2013. Loperazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI ffirmati skont id-Deċiżjoni 2006/1016/KE, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/847/KE tal-4 ta' Novembru 2008 dwar l-eliġibilità tal-pajjiżi tal-Asja Ċentrali skont id-Deċiżjoni 2006/1016/KE li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Komunità(8) u d-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE għandhom ikomplu jibbenefikaw mill-garanzija tal-UE skont din id-Deċiżjoni.

5.  Jekk, mal-iskadenza tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 4, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jkunux adottaw deċiżjoni li tagħti garanzija tal-UE ġdida lill-BEI għall-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu barra l-Unjoni abbażi ta' proposta mressqa mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 19, dan il-perjodu għandu awtomatikament jiġi estiż b'sitt xhur.

Artikolu 2

Limiti massimi tal-mandat

1.  Il-limitu massimu tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI koperti minn garanzija tal-UE, matul il-perjodu 2007-2013, bit-tnaqqis tal-ammonti kanċellati, ma għandux jaqbeż EUR 29 567 000 000, maqsumin f'żewġ partijiet:

   (a) Mandat Ġenerali ta' EUR 27 567 000 000;
   (b) Mandat tal-Bidla fil-Klima ta' EUR 2 000 000 000.

2.  Il-Mandat Ġenerali għandu jinqasam f'limiti massimi reġjonali obbligatorji u sottolimiti massimi indikati kif jistabbilixxi l-Anness I. Fi ħdan il-limiti massimi reġjonali, il-BEI għandu progressivament jiżgura li jkun hemm distribuzzjoni bilanċjata bejn il-pajjiżi fir-reġjuni koperti mill-Mandat Ġenerali.

3.  L-Operazzjonijiet ta' Finanzjament mill-BEI skont il-Mandat Ġenerali għandhom ikunu dawk li jsegwu l-għanijiet iffissati fl-Artikolu 3 ta' din id-Deċiżjoni.

4.  Il-Mandat tal-Bidla fil-Klima għandu jkopri l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fil-pajjiżi kollha koperti minn din id-Deċiżjoni, fejn dawn it-tipi ta' operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI jsostnu l-għan politiku ewlieni tal-UE li tiġi indirizzata l-bidla fil-klima permezz ta' proġetti ta' sostenn fit-taffija tal-bidla fil-klima u l-adattament għaliha li jikkontribwixxu lejn l-għan kumplessiv tal-Konvenzjoni ta' Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima (UNFCCC), b'mod partikolari billi jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet li jikkawżaw l-effett serra fl-oqsma tal-enerġija rinovabbli, l-effiċjenza tal-enerġija u t-trasport sostenibbli, jew billi tiżdied il-flessibbiltà għall-impatti negattivi tal-bidla fil-klima fuq il-pajjiżi, is-setturi u l-komunitajiet vulnerabbli. Il-Mandat tal-Bidla fil-Klima għandu jiġi implimentat b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, billi jikkombina kemm jista“ jkun il-finazjament mill-BEI mal-fondi baġitarji tal-UE. L-eliġibbiltà ta' pajjiżi li fihom il-BEI jiffinanzja t-taffija tat-tibdil fil-klima taħt il-garanzija tal-UE tista” tiġi ristretta qabel ma l-BEI jalloka fondi għall-pajjiżi li skont il-Kunsill ma impenjawx ruħhom favur miri adegwati marbuta mat-tibdil fil-klima. Qabel ma jieħu tali deċiżjoni l-Kunsill għandu jikkonsulta lis-SEAE u lill-Kummissjoni. Il-mandat fakultattiv m'għandux jitqies bħala kontribuzzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri għall-fondi “fast-start” li ntlaħaq ftehim dwarhom fil-UNFCCC COP f'Kopenħagen f'Diċembru 2009.

5.  Kriterji adegwati għal dak li jikkwalifika bħala “teknoloġija nadifa” fil-prinċipju għandhom jiġu orjentati lejn l-effiċjenza enerġetika u teknoloġiji biex jitnaqqsu l-emissjonijiet.

6.  Fil-każ tal-Mandat tal-Bidla fil-Klima, madankollu, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex jiżgura li jkun hemm distribuzzjoni bilanċjata tal-operazzjonijiet ta' finanzjament iffirmati fir-reġjuni kollha koperti mill-Anness II ta' din id-Deċiżjoni, sa tmiem il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(4). B'mod partikolari, il-BEI se jiżgura li r-reġjun imsemmi fil-punt A tal-Anness II ma jirċevix iktar minn 40 % tal-ammont allokat għal dan il-Mandat, ir-reġjun fil-punt B mhux iktar minn 50 %, ir-reġjun fil-punt C mhux iktar minn 30 % u r-reġjun fil-punt D mhux iktar minn 10 %. B'mod ġenerali, il-Mandat tal-Bidla fil-Klima għandu jintuża biex jiffinanzja proġetti li huma marbuta mill-qrib mal-kompetenzi tal-qofol tal-BEI, li jżidu l-valur u li jimmassimizzaw l-effett rigward l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih.

7.  Kemm il-Mandat Ġenerali u l-Mandat tal-Bidla fil-Klima jridu jiġu mmaniġġjati skont il-prinċipji ta' prattika bankarja soda.

Artikolu 3

L-għanijiet tal-Mandat Ġenerali

1.  Il-garanzija tal-UE għandha tingħata għall-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jsostnu kwalunkwe mill-għanijiet ġenerali li ġejjin:

   (a) l-iżvilupp tas-settur privat lokali, b'mod partikolari l-appoġġ għall-intrapriżi żgħar u medji;
   (b) l-iżvilupp tal-infrastruttura soċjali u ekonomika, inklużi t-trasport, l-enerġija, l-infrastruttura ambjentali u t-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT);
   (c) it-taffija tal-bidla fil-klima u l-adattament għaliha, kif imfissra fl-Artikolu 2(4).

Kontribuzzjoni indiretta li tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-faqar permezz ta' tkabbir inklussiv kif ukoll ta' żvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli għandha tkun objettiv għall-iffinanzjar tal-BEI fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw(9). [Emenda 5]

2.  Konformement mal-objettivi tal-UE u internazzjonali relatati mal-bidla fil-klima, il-BEI għandu, b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jippreżenta sal-2012 strateġija dwar kif għandu jiżdied progressivament u kostantement il-perċentwal ta' proġetti li jippromwovu t-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' CO2 u kif għandhom jitneħħew il-proġetti ta' ħsara għall-ilħuq tal-objettivi tal-UE relatati mal-klima.

3.  B'mod aktar ġenerali, l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jikkontribwixxu għall-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal- Unjoni, kif inhi msemmija fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li tikkonsolida u tappoġġja d-demokrazija u l-istat tad-dritt, il-jeddijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet ambjentali internazzjonali li l- Unjoni hija parti minnhom. Fir-rigward tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw b'mod partikolari, l-attenzjoni għandha tingħata lill-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali globali, l-integrazzjoni gradwali u bla xkiel tagħhom fl-ekonomija dinjija, il-kampanja kontra l-faqar, kif ukoll il-konformità mal-objettivi approvati mill- Unjoni fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti oħra. Il-BEI għandu jippromwovi aċċess ugwali għas-servizzi finanzjarji, b'mod partikolari għall-gruppi żvantaġġati bħall-minoranzi, il-bdiewa u n-nisa. Biex jissodisfa dawn ir-rekwiżiti b'mod xieraq, il-korpi governattivi tal-BEI għandhom jiżguraw li r-riżorsi tal-BEI, inkluż il-persunal, jiżdiedu f'perjodu raġonevoli ta' żmien.

4.  L-integrazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi msieħba, inkluża l-integrazzjoni ekonomika bejn il-pajjiżi preadeżjonali, il-pajjiżi ġirien u l-UE, għandha tkun għan bażiku tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fi ħdan l-oqsma koperti mill-paragrafu 1.

5.  Il-BEI għandu progressivament iżid l-attività tiegħu fis-setturi soċjali, bħas-saħħa u l-edukazzjoni.

Artikolu 4

Pajjiżi koperti

1.  Il-lista tal-pajjiżi eliġibbli jew potenzjalment eliġibbli għal finanzjament mill-BEI kopert mill-garanzija tal-UE hija stabbilita fl-Anness I.

2.  Għall-pajjiżi elenkati fl-Anness II u mmarkati b'“*” u għal pajjiżi oħrajn mhux elenkati fl-Anness II, l-eliġibbiltà għal finanzjament mill-BEI kopert mill-garanzija tal-UE għandha tiġi deċiża mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi ta' każ b'każ skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

3.  Il-garanzija tal-UE għandha tkopri biss operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI mwettqa f'pajjiżi eliġibbli li jkunu kkonkludew ftehim ta' qafas mal-BEI li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet legali li taħthom dawn l-operazzjonijiet għandhom jitwettqu.

4.  Fil-każ ta' tħassib serju fuq il-politiki dwar is-sitwazzjoni ekonomika jew politika u l-politiki f'xi pajjiż speċifiku, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jiddeċiedu li jissospendu finanzjament ġdid mill-BEI kopert mill-garanzija tal-UE f'dak il-pajjiż skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

5.  Il-garanzija tal-UE ma għandhiex tkopri l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI f'xi pajjiż speċifiku meta l-ftehim dwar tali operazzjonijiet kien iffirmat wara l-adeżjoni tal-pajjiż fl-UE.

Artikolu 5

Il-kontribut tal-operazzjonijiet tal-BEI għall-politiki tal-UE

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ddelegati, skont l-Artikolu 6 u skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 7 u 8, linji gwida operattivi reġjonali, żviluppati b'kooperazzjoni mill-qrib mal-BEI u mas-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna (SEAE), għall-finanzjament mill-BEI skont din id-Deċiżjoni. Fit-tfassil ta' dawn il-linji gwida l-Kummissjoni u l-BEI għandhom jaħdmu flimkien mas-SEAE) fir-rigward ta' kwistjonijiet politiċi, li jaqgħu taħt il-kompetenza tiegħu. Il-linji gwida operattivi għandhom l-għan li jiżguraw li l-finanzjament mill-BEI isostni l-politiki tal-UE, u għandhom iqisu bħala punt tat-tluq il-qafas politiku reġjonali usa“ tal-UE ffissat mill-Kummissjoni u l-EEAS, kif jixraq. Barra minn hekk, il-linji gwida se jiżguraw li l-finanzjament mill-BEI ikun jikkomplementa l-politiki, programmi u strumenti ta' assistenza korrispondenti mill-UE fir-reġjuni differenti, b'kunsiderazzjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tad-deċiżjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Kunsill u l-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp. Fi ħdan il-qafas stabbilit mill-linji gwida operattivi, il-BEI għandu jiddefinixxi l-istrateġiji korrispondenti ta' finanzjament u jiżgura li dawn jiġu implimentati.

2.  Il-konsistenza tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI mal-linji politiċi u l-għanijiet politiċi esterni tal- Unjoni għandha tiġi sorveljata skont l-Artikolu 13. Il-BEI għandu jiżviluppa indikaturi tal-prestazzjoni fir-rigward tal-aspetti tal-iżvilupp, tal-ambjent u tad-drittijiet tal-bniedem tal-proġetti ffinanzjati kif ukoll għandu jqis l-indikaturi rilevanti skont id-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna, biex tiġi ffaċilitata s-sorveljanza.

3.  Operazzjoni ta' finanzjament mill-BEI m'għandhiex tkun inkluża taħt il-kopertura tal-garanzija tal-UE fil-każ li l-Kummissjoni tagħti opinjoni negattiva fuq operazzjoni bħal din fi ħdan il-qafas tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 19 tal-Istatut tal-BEI.

4.  Għal kull proġett li hija tapprova, il-Kummissjoni għandha tippubblika opinjoni motivata li tispjega kif il-proġett jirrispetta d-diversi komponenti ta' din id-Deċiżjoni u, b'mod partikulari, kif hija tappoġġja l-objettivi tal-azzjoni esterna tal- Unjoni, filwaqt li teskludi l-punti kunfidenzjali.

Artikolu 6

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa biex tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 5 għandha tingħata lill-Kummissjoni għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(4) ta' din id-Deċiżjoni.

2.  Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.  Is-setgħa biex tadotta atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 7 u 8.

Artikolu 7

Revoka tad-delega

1.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5 tista“ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.  L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna biex jiġi deċiż jekk tiġix irrevokata delega ta' setgħa għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni f'perjodu raġonevoli ta' żmien qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħa ddelegata li tista“ tkun suġġetta għar-revoka u r-raġunijiet possibbli għar-revoka.

3.  Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ minnufih jew f'data oħra speċifikata fiha. M'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

Oġġezzjonijiet għall-atti ddelegati

1.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista“ joġġezzjona għal att iddelegat fi żmien perjodu ta' xahrejn mid-data tan-notifika.

Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jittawwal b'xahrejn.

2.  Jekk, meta jintemm il-perjodu msemmi fil-Paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat, għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih.

L-att iddelegat jista“ jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel ma jintemm dak il-perjodu jekk kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

3.  Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għall-att iddelegat sal-perjodu msemmi fil-Paragrafu 1, m'għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex oġġezzjonat għall-att iddelegat.

Artikolu 9

Il-valutazzjoni tal-BEI tal-aspetti relatati mal-iżvilupp tal-proġetti

1.  Il-BEI għandu japplika diliġenza dovuta qawwija, fil-waqt li tiġi vverifikata l-preżenza ta' konsultazzjoni pubblika lokali, fuq l-aspetti relatati mal-iżvilupp tal-proġetti koperti mill-garanzija tal-UE. Ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI innifsu għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet neċessarji dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u soċjali tal-proġetti u tal-aspetti konnessi mal-jeddijiet tal-bniedem, sabiex jiżguraw li dawk il-proġetti li jkunu sostenibbli ekonomikament, finanzjarjament, ambjentalment u soċjalment biss jiġu sostnuti skont din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandha tinkludi bażi aggregata fir-rapport annwali lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill valutazzjoni tad-dimensjoni tal-iżvilupp tal-attivitajiet tal-BEI, ibbażata fuq id-diligenza dovuta li ssir fuq il-proġetti koperti bil-garanzija tal-UE.

Fejn jixraq, il-valutazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni ta' kif il-kapaċitajiet tal-benefiċjarji tal-finanzjament mill-BEI jistgħu jiġu msaħħa mill-ġdid tul iċ-ċiklu kollu tal-proġett b'għajnuna teknika.

2.  Barra mill-valutazzjoni ex-ante tal-aspetti relatati mal-iżvilupp, il-BEI għandu jitlob lill-promoturi tal-proġett sabiex jagħmlu monitoraġġ bir-reqqa tul l-implimentazzjoni u t-twettiq tal-proġett, inter alia, fir-rigward tal-impatt tal-proġett fuq l-iżvilupp, u fuq id-drittijiet ambjentali u d-drittijiet tal-bniedem. Il-BEI għandu jivvaluta l-informazzjoni pprovduta mill-promoturi tal-proġett. Is-sorveljanza tal-BEI għandha tinkludi, fejn possibbli, il-prestazzjoni tal-intermedjarji finanzjarji b'appoġġ tal-SMEs. Ir-riżultati tal-monitoraġġ għandhom jiġu żvelati, meta dan ikun possibbli.

3.   Il-BEI għandu jippreżenta lill-Kummissjoni rapporti annwali li jivvalutaw l-impatt tal-operazzjonijiet finanzjati tul is-sena fuq l-iżvilupp. Ir-rapporti għandhom ikunu bbażati fuq indikaturi tal-prestazzjoni imsemmijin fl-Artikolu 5(2). Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ir-rapporti dwar l-iżvilupp tal-BEI fil-qafas tal-eżerċiżju tar-rappurtar annwali stabbilit fl-Artikolu 13 u jkunu disponibbli għall-pubbliku sabiex il-persuni interessati, inklużi s-soċjetà ċivili u l-pajjiżi riċeventi, ukoll ikunu jistgħu jesprimu l-pożizzjoni tagħhom dwar il-kwistjoni. Il-Parlament Ewropew għandu jiddiskuti r-rappporti annwali, filwaqt li jqis l-opinjonijiet tal-partijiet interessati kollha.

Artikolu 10

Kooperazzjoni mal-Kummissjoni u s-SEAE

1.  Il-konsistenza tal-azzjonijiet esterni tal-BEI mal-għanijiet tal-politika esterna tal-UE għandha tissaħħaħ, bil-ħsieb li jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn il-finanzjament mill-BEI u r-riżorsi baġitarji tal-UE, b'mod partikolari permezz tal-linji gwida operattivi msemmija fl-Artikolu 5 kif ukoll permezz ta' djalogu regolari u sistematiku u l-iskambju bikri tal-informazzjoni dwar:

   (a) dokumenti strateġiċi ppreparati mill-Kummissjoni u/jew s-SEAS kif jixraq, bħal dokumenti ta' strateġija tal-pajjiż jew reġjonali, programmi indikattivi, pjanijiet ta' azzjoni u dokumenti ta' qabel l-adeżjoni;
   (b) il-pjanijiet għall-proġetti u dokumenti ta' ppjanar strateġiku tal-BEI;
   (c) aspetti politiċi u operattivi oħra.

2.  Din il-kooperazzjoni se titwettaq abbażi ta' reġjun reġjun, fejn jitqiesu r-rwol tal-BEI kif ukoll il-politiki tal-UE f'kull reġjun.

Artikolu 11

Kooperazzjoni ma' istituzzjonijiet ta“ finanzjament pubbliku oħrajn

1.  L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom dejjem iżjed jitwettqu,▌ f'kooperazzjoni ma' istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, jew istituzzjonijiet bilaterali finanzjarji Ewropej oħra sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji, il-kooperazzjoni u l-effiċjenza u sabiex jiġi żgurat qsim prudenti u raġonevoli tar-riskji u kundizzjonalità tal-proġett u tas-settur koerenti, sabiex tkun minimizzata d-duplikazzjoni possibbli tal-ispejjeż u l-irduppjar mhux meħtieġ.[Emenda 4]

2.  Il-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ffaċilitata permezz ta' koordinament imwettaq speċjalment fil-kuntest ta' Memoranda ta' Ftehim jew oqfsa ta' kooperazzjoni reġjonali tal-Unjoni oħra, fejn ikun xieraq, bejn il-Kummissjoni, il-BEI, il-BERŻ u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u l-istituzzjonijiet bilaterali finanzjarji Ewropej prinċipali li joperaw fir-reġjuni differenti, waqt li jitqiesu l-kompetenzi tas-SEAS.

3.  Sa nofs l-2012, il-Kummissjoni għandha tipproponi, abbażi tal-esperjenza pożittiva eżistenti, l-istabbiliment ta' “Pjattaforma tal-Unjoni għall-kooperazzjoni u l-iżvilupp” bil-ħsieb li tottimizza u tirrazzjonalizza l-funzjonament tal-mekkaniżmi għal iktar taħlit tal-għotjiet mas-self fir-reġjuni esterni. Fir-riflessjonijiet tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-BEI, lill-BERŻ kif ukoll l-istituzzjonijiet finanzjarji bilaterali u multilaterali Ewropej l-oħrajn. Għal dan il-għan il-Kummissjoni għandha toħloq grupp ta' ħidma kompost minn rappreżentanti tal-Istati Membri, Membri tal-Parlament Ewropew, il-BEI u, jekk ikun meħtieġ, istituzzjonijiet oħra.

Artikolu 12

Il-kopertura u l-kundizzjonijiet tal-garanzija tal-UE

1.  Għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jidħol għalihom ma' Stat jew li huma ggarantiti minn Stat, kif ukoll operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI oħra li jidħol għalihom ma' awtoritajiet reġjonali jew lokali jew ma' intrapriżi jew istituzzjonijiet pubbliċi tal-gvern u/jew ikkontrollati mill-gvern, fejn operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI oħra ta' dan it-tip għandhom valutazzjoni tar-riskju ta' kreditu tal-BEI xierqa meta titqies is-sitwazzjoni tar-riskju tal-kreditu tal-pajjiż ikkonċernat, il-garanzija tal-UE għandha tkopri l-ħlasijiet kollha li ma jaslux għand il-BEI iżda li huma dovuti lilu (il-“Garanzija Komprensiva”).

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta' Gaża huma rappreżentati mill-Awtorità Palestinjana u l-Kosovo(10) mill-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo jew amministrazzjoni maħtura fil-linji gwida reġjonali operazzjonali msemmija fl-Artikolu 5 ta' din id-Deċiżjoni.

3.  Għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għajr dawk indikati fil-paragrafu 1, il-garanzija tal-UE għandha tkopri l-ħlasijiet kollha li ma jaslux għand il-BEI li iżda huma dovuti lilu, fejn in-nuqqas ta' ħlas ikun ġie kkawżat mir-realizzazzjoni ta' wieħed mir-riskji politiċi li ġejjin (il-“Garanzija kontra r-Riskju Politiku”):

   (a) nuqqas ta' trasferiment tal-valuta;
   (b) esproprjazzjoni;
   (c) gwerra jew irvellijiet ċivili;
   (d) ġustizzja miċħuda wara ksur ta' kuntratt.

4.  Il-BEI għandu, bi qbil mal-Kummissjoni, jiżviluppa politika ċara u trasparenti għad-deċiżjoni dwar is-sors tal-finanzjament tal-operazzjonijiet li jkunu eliġibbli kemm għall-kopertura tal-garanzija tal-UE kif ukoll għar-riskju ta' finanzjament tal-BEI nnifsu.

5.  Waqt l-eżekuzzjoni tal-garanzija għal operazzjoni speċifika, il-BEI iċedi lill-Unjoni d-debitu sħiħ jew parzjali rigward il-pagamenti li ma jkunux ġew riċevuti b'tali mod li l-Unjoni tkun surrogata fid-drittijiet tal-BEI fir-rigward tal-debituri bil-garanziji kollha relatati.

Artikolu 13

Ir-rappurtaġġ annwali u l-kontabilità

1.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI mwettqa taħt din id-Deċiżjoni. Dan ir-rapport għandu jinkludi stima tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fuq il-livell ta“ programm, proġettwali, settorjali, nazzjonali jew reġjonali, kif ukoll il-valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI sabiex ikunu ssodisfati l-għanijiet strateġiċi u tal-politika esterna tal- Unjoni, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għall-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 relatati. Ir-rapport għandu jipprovdi sommrarji tal-proġetti li jkunu qed jitwettqu. Ir-rapport għandu b'mod partikolari jivvaluta l-konformità tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI ma' din id-Deċiżjoni, b'kunsiderazzjoni tal-linji gwida reġjonali operattivi msemmija fl-Artikolu 5, u għandu jinkludu taqsimiet dwar l-valur miżjud għall-ilħiq tal-għanijiet politiċi tal-Unjoni, dwar il-valutazzjoni tal-impatt fuq l-iżvilupp u sa liema punt il-BEI ikkunsidra s-sostenibilità ambjentali u soċjali fit-tfassil u l-monitoraġġ tal-proġetti ffinanzjati, kif ukoll dwar il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u istituzzjonijiet bilaterali oħra, inkluż il-kofinanzjament. Ir-rapport għandu b'mod partikolari jinkludi lista dettaljata tar-riżorsi finanzjarji kollha tal-Unjoni użati flimkien mal-finanzjament tal-BEI u ta' donaturi oħra, b'hekk tingħata lista dettaljata tal-kxif finanzjarju tal-operazzjonijiet finanzjarji li jkunu saru skont din id-Deċiżjoni. Barra minn hekk, għandu jinkludi wkoll sezzjoni speċifika ddedikata għall-evalwazzjoni dettaljata tal-miżuri meħuda mill-BEI biex jirrispetta l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE. Fl-aħħar, il-BEI għandu jibqa” jipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni r-rapporti indipendenti ta' valutazzjoni kollha tiegħu li jivvalutaw ir-riżultati prattiċi milħuqa mill-attivitajiet speċifiċi tal-BEI skont il-mandati esterni.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'rapporti annwali dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI mwettqa skont din id-Deċiżjoni fil-livell proġettwali, settorjali, nazzjonali u reġjonali u tas-sodisfar tal-għanijiet strateġiċi u tal-politika esterna tal-UE, inkluża l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u istuzzjonijiet bilaterali oħra, kif ukoll rapport ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-iżvilupp, kif imsemmi fl-Artikolu 9. Kwalunkwe Memoranda ta' Ftehim bejn il-BEI u IFIs jew istituzzjonijiet bilaterali oħrajn relatat mat-twettiq ta' operazzjonijiet finanzjarji skont din id-Deċiżjoni għandhom jiġu żvelati jew, meta l-iżvelar ma jkunx possibbli, dawn il-memoranda għandhom ikunu nnotifikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bħala parti mir-rappurtar annwali tal-Kummissjoni msemmi fil-paragrafu 1.

3.  Il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'data statistika, finanzjarja u ta' kontabilità dwar kull waħda mill-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI, kif ukoll kwalunkwe tagħrif addizzjonali, meħtieġa biex jiġu ssodisfati d-dmirijiet ta' rappurtaġġ tal-Kummissjoni jew it-talbiet mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri kif ukoll b'ċertifikat ta' awditur dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jkunu għadhom pendenti.

4.  Għall-finijiet tal-kontabilità u tar-rappurtaġġ tal-Kummissjoni tar-riskji koperti mill-Garanzija Komprensiva, il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'valutazzjoni tar-riskju tal-BEI u b'informazzjoni dwar klassifikazzjoni li tikkonċerna l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI ma' min jissellef jew ma' persuni obbligati b'garanzija għajr għall-Istati.

5.  Il-BEI għandu jipprovdi t-tagħrif imsemmi fil-paragrafi 2, 3 u 4 a spejjeż tiegħu. Bħala regola ġenerali, l-BEI għandu wkoll iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku dak t-tagħrif, għajr it-tagħrif kunfidenzjali. It-tagħrif dwar jekk il-proġett huwiex kopert b'din il-garanzija għandu jkun inkluż fis-“sommarju tal-proġett” żvelat fis-sit elettroniku tal-BEI wara l-fażi ta' approvazzjoni.

6.  Il-BEI għadu jinkludi fir-rapport annwali tiegħu valutazzjoni ta' segwitu dwar l-operat tal-Memorandum ta' Ftehim mal-Ombudsman Ewropew.

Artikolu 14

Ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx

Fl-operazzjonijiet tal-finanzjament tiegħu, il-BEI ma għandux jaċċetta kwalunkwe attività li ssir bi skop illegali, inkluż il-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, il-frodi tat-taxxa u l-evażjoni fiskali. B'mod partikolari l-BEI ma għandu jipparteċipa fl-ebda operazzjoni implimentata f'pajjiż eliġibbli permezz ta' ġurisdizzjoni barranija li ma tikkooperaw identifikata bħala tali mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), mit-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF) u minn organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħrajn.

Artikolu 15

Prospettivi għall-kooperazzjoni u żvilupp tal-finanzjament

Il-Kummissjoni għandha, flimkien mal-BEI, toħloq grupp ta' ħidma sabiex jiddiskuti l-prospettivi tal-kooperazzjoni u l-finanzjament għall-iżvilupp li joriġinaw mill- Unjoni sabiex jiġu rieżaminati l-prattiki eżistenti u jiġu ssuġġeriti tibdiliet fl-organizzazzjoni u l-koordinament tal-għajnuna għall-iżvilupp u ż-żieda fl-effiċjenza u l-effikaċja tagħha. Il-grupp ta' ħidma għandu jinkludi, kif jixraq, rappreżentanti tal-Istati Membri, tal-Parlament Ewropew, ta' istituzzjonijiet ta' finanzjament Ewropej oħra, u għandu jikkonsulta, kif jixraq, lis-soċjetà ċivili, lis-settur privat u lill-esperti minn pajjiżi bi storja pożittiva bħala riċeventi ta' għajnuna għall-iżvilupp. Il-grupp ta' ħidma għandu jippreżenta r-rapport tiegħu flimkien ma' rakkomandazzjonijiet qabel il-31 ta' Diċembru 2012.

Artikolu 16

L-irkupru tal-ħlasijiet magħmula mill-Kummissjoni

1.  Fejn il-Kummissjoni tagħmel ħlas skont il-garanzija tal-UE, il-BEI, f'isem u fl-interess tal-Kummissjoni, għandu jsegwi l-irkupru tal-klejms għall-ammonti mħallsa.

2.  Il-BEI u l-Kummissjoni għandhom jidħlu fi ftehim li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri ddettaljati li jirrelataw mal-irkupru tal-klejms mhux aktar tard mill-konklużjoni tal-ftehim li jissemma fl-Artikolu 17.

3.  F'ġieħ it-trasparenza, il-Kummissjoni għandha tippubblika fis-sit elettroniku tagħha d-dettalji kollha relatati ma' kull każ ta' rkupru fl-ambitu tal-ftehim ta' garanzija msemmi fl-Artikolu 17.

4.  Pagamenti u rkupri fl-ambitu tal-ftehim ta' garanzija tal-UE li jkunu attribwibbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu vverifikati mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Artikolu 17

Ftehim ta' garanzija

Il-BEI u l-Kummissjoni għandhom jidħlu fi ftehim ta' garanzija li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati li jirrelataw mal-garanzija tal-UE u għandhom jinfurmaw lill-Parlament Ewropew skont dan.

Artikolu 18

Kontroll mill-Qorti tal-Awdituri

Il-garanzija tal-Unjoni lill-BEI hija soġġetta għal kontroll mill-Qorti tal-Awdituri.

Artikolu 19

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għall-istabbiliment tal-garanzija tal-UE skont il-Qafas Finanzjarju li jmiss, kif jixraq.

Artikolu 20

Rapportar finali

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport finali dwar l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2014.

Artikolu 21

Revoka

Id-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE ġiet revokata.

Artikolu 22

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

LIMITI MASSIMI REĠJONALI TAL-MANDAT ĠENERALI

A.  Pajjiżi f'fażi ta' preadeżjoni: EUR 9 166 000 000;

B.  Pajjiżi koperti mill-istrument tal-Viċinat u tas-Sħubija: EUR 13 664 000 000;

maqsuma fis-sottolimiti massimi indikattivi li ġejjin:

(i)   pajjiżi Mediterranji: EUR 9 700 000 000;

(ii)  Ewropa tal-Lvant, Kawkasu t'Isfel u Russja: EUR 3 964 000 000;

C.  Asja u Amerika Latina: EUR 3 837 000 000;

maqsuma fis-sottolimiti massimi indikattivi li ġejjin:

(i)  Amerika Latina: EUR 2 800 000 000;

(ii)  Asja (inkluża Asja Ċentrali): EUR 1 037 000 000;

D.  Repubblika tal-Afrika t'Isfel: EUR 900 000 000.

Fi ħdan il-limiti massimi tal-Mandat Ġenerali, il-korpi regolatorji tal-BEI jistgħu jiddeċiedu li jallokaw mill-ġdid ammont sa 20 % tal-limiti massimi reġjonali bejn ir-reġjuni.

ANNESS II

REĠJUNI U PAJJIŻI ELIĠIBBLI JEW POTENZJALMENT ELIĠIBBLI

A.  Pajjiżi f'fażi ta' preadeżjoni

1.  Pajjiżi kandidati

Kroazja, Turkija, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, Repubblika tal-Islanda.

2.  Pajjiżi kandidati potenzjali

Albanija, Bosnja-Ħerzegovina, Montenegro, Serbja, Kosovo skont ir-Riżoluzzjoni 1244 (1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ▌.

B.  Pajjiżi koperti mill-istrument tal-Viċinat u tas-Sħubija

1.  Pajjiżi Mediterranji

Alġerija, Eġittu, Xatt tal-Punent u Strixxa ta' Gaża, Iżrael, Ġordan, Libanu, Libja, Marokk, Sirja, Tuneżija.

2.  Ewropa tal-Lvant, Kawkasu t'Isfel u Russja

Ewropa tal-Lvant: Repubblika tal-Moldova, Ukraina, Bjelorusssja (*)(11);

Kawkasu t'Isfel: Armenja, Ażerbajġan, Ġeorġja;

Russja.

C.  Asja u Amerika Latina

1.  Amerika Latina

Arġentina, Bolivja, Brażil, Ċilì, Kolombja, Kosta Rika, Kuba (*), Ekwador, El Salvador, Gwatemala, Ħonduras, Messiku, Nikaragwa, Panama, Paragwaj, Perù, Urugwaj, Venezwela.

2.  Asja

Asja (għajr Asja Ċentrali): Afganistan (*), Bangladexx, Butan (*), Brunej, Kambodja (*), Ċina (inklużi r-Reġjuni Amministrattivi Speċjali ta' Ħong Kong u Makaw), Indja, Indoneżja, Iraq, Korea t'Isfel, Laos, Malasja, Maldive, Mongolja, Nepal, Pakistan, Filippini, Singapor, Sri Lanka, Tajwan (*), Tajlandja, Vjetnam, Jemen.

Asja Ċentrali: Kazakistan, Kirgiżistan, Taġikistan, Turkmenistan, Uzbekistan.

D.  Afrika t'Isfel: Repubblika tal-Afrika t'Isfel.

(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Frar 2011.
(2) ĠU L 190, 22.7.2009, p. 1.
(3) ĠU L 145, 10.6.2009, p. 10.
(4) COM(2008)0308.
(5) ĠU L 414, 30.12.2006, p. 95.
(6) Skont ir-Riżoluzzjoni 1244 (1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.
(7) COM(2009)0495.
(8) ĠU L 301, 12.11.2008, p. 13.
(9) Kif definiti fil-lista tal-OECD tar-reċipjenti ODA (li jinkludu l-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati, il-Pajjiżi bi Dħul Baxx kif ukoll il-Pajjiżi bi Dħul Medju).
(10) Skont ir-Riżoluzzjoni 1244 (1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.
(11) Il-bidu tal-operazzjonijiet tal-BEI fil-Bjelorussja se jibqa“ marbut mal-progress tal-pajjiż lejn id-demokrazija konformement mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-17 ta' Novembru 2009 dwar il-Bjelorussja u mar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta-10 ta' Marzu 2010 dwar is-sitwazzjoni tas-soċjetà ċivili u l-minoranzi nazzjonali fil-Bjelorussja (ĠU C 349 E, 22.12.2010, p. 37). Il-Kummissjoni sejra tinnotifika lill-BEI meta dawk il-kundizzjonijiet ikunu ntlaħqu u b'mod parallel se tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.


Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u r-Repubblika tal-Korea ***
PDF 197kWORD 31k
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Frar 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (08505/2010 – C7-0320/2010 – 2010/0075(NLE))
P7_TA(2011)0063A7-0034/2011

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (08505/2010),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (08530/2010),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 91, Artikolu 100(2), Artikolu 167(3), Artikolu 207 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) (v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0320/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0034/2011),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jippreżenta l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Korea.


Is-sitwazzjoni fl-Eġittu
PDF 224kWORD 61k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Frar 2011 dwar is-sitwazzjoni fl-Eġittu
P7_TA(2011)0064RC-B7-0120/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Eġittu,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, irratifikat mill-Egittu fl-1982,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew tal-4 ta' Frar 2011 dwar l-Eġittu u r-reġjun,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Eġittu tal-31 ta' Jannar 2011,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-11 ta' Frar 2011 ta' Herman Van Rompuy, President tal-Kunsill Ewropew, ta' José Manuel Barroso, President tal-Kummissjoni Ewropea u ta' Catherine Ashton, Rappreżentant Għoli tal-UE, dwar l-iżviluppi reċenti fl-Eġittu,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew Jerzy Buzek dwar ir-riżenja tal-President Hosni Mubarak tal-11 ta“ Frar 2011,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-President tal-Kunsill Ewropew, Herman Van Rompuy, dwar is-sitwazzjoni fl-Eġittu tad-29 ta' Jannar 2011,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-4 ta' Frar, tat-3 ta' Frar, tat-28 ta' Jannar, tas-27 ta' Jannar 2011 ta' Catherine Ashton, Rappreżentant Għoli tal-UE, dwar l-Eġittu kif ukoll id-dikjarazzjoni tas-6 ta“ Diċembru 2010 dwar l-elezzjonijiet tal-Assemblea tal-Poplu tal-Eġittu,

–  wara li kkunsidra l-Ħames Dikjarazzjoni tat-13 ta' Frar 2011 tal-Kunsill Suprem tal-Forzi Armati Eġizzjani,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Analiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat fl-2009: rapport ta' progress tal-Eġittu” (COM(2010)0207 - SEC(2010)0517),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni konġunta adottata mill-Eġittu u mill-UE f'April 2009 biex jaħdmu favur it-titjib tar-relazzjonijiet ta' bejniethom, kif propost mill-Eġittu fl-2008,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Eġittu tal-2004 u l-Pjan ta' Azzjoni, li sar qbil dwaru fl-2007,

–  wara li kkunsidra l-iżvilupp tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) mill-2004 “l hawn, u b'mod partikolari r-rapporti ta' progress tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Linji gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-2004, aġġornati fl-2008,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi d-dimostrazzjonijiet reċenti f'bosta pajjiżi Għarab fl-Afrika ta' Fuq u fil-Lvant Nofsani talbu riformi politiċi, ekonomiċi u soċjali u esprimew talba popolari qawwija għal-libertà, id-demokrazija awtentika u kundizzjonijiet ta' ħajja aħjar għaċ-ċittadini,

B.  billi l-President Eġizzjan Hosni Mubarak irriżenja fil-11 ta' Frar 2011; billi s-setgħat tiegħu għaddew lill-Kunsill Suprem tal-Forzi Armati; billi dan tal-aħħar talab lill-gvern maħtur reċentement mill-President Mubarak biex ikompli jiffunzjona sakemm jiġi ffurmat il-gvern il-ġdid, li ntrabat jgħaddi l-poter lil gvern ċivili elett u jieħu deċiżjonijiet importanti kif ħabbar fil-Ħames Dikjarazzjoni tiegħu tat-13 ta' Frar 2011,

C.  billi biex wieħed jilqa“ t-talba popolari għal-libertà, demokrazija awtentika u l-ġustizzja soċjali fl-Eġittu hemm bżonn ta' djalogu serju u miftuħ bil-parteċipazzjoni tal-forzi politiċi u soċjali kollha li jirrispettaw id-demokrazija, iżommu l-istat tad-dritt u jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, liema djalogu għandu jissarraf f'riformi reali u sinifikanti,

D.  billi l-protesti paċifiċi kontra r-reġim Eġizzjan ġew milqugħa b'repressjoni vjolenti min-naħa tal-pulizija bl-użu ta' gass tad-dmugħ, kanuni li jisparaw l-ilma, balal tal-lastiku kif ukoll balal ta' veru kif ukoll b'attakki fuq id-dimostranti min-naħa ta' persuni armati u milizji favur il-gvern, li rriżultaw fil-mewt ta' mijiet ta' nies, billi mijiet ta' nies, fosthom difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti u avukati, ġew arrestati u miżmuma,

E.  billi l-Gvern Eġizzjan ħa l-miżura bla preċedent li jagħlaq l-aċċess għall-internet biex isikket lid-dimostranti u jillimita l-libertà tal-espressjoni tal-poplu; billi l-pulizija militari għalqet ċentri medjatiċi u ġuridiċi, bħal Al Jazeera u l-Hisham Mubarak Law Centre,

F.  billi l-promozzjoni tar-rispett għad-demokrazija, għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet ċivili huma prinċipju u għan fundamentali tal-UE u jikkostitwixxu bażi komuni għall-iżvilupp taż-żona Ewro-Mediterranja; billi s-Sħubija Ewro-Mediterranja kkonċentrat l-aktar fuq ir-riformi ekonomiċi u ma setgħetx twassal biex jitwettqu r-riformi politiċi u istituzzjonali meħtieġa; billi l-Unjoni għall-Mediterran, li kellha ttejjeb il-politika tal-UE fir-reġjun, ma kinitx effikaċi biex tirreaġixxi għan-nuqqas ta' fiduċja li kien qed jiżdied u biex tissodisfa l-bżonnijiet bażiċi tal-popolazzjoni kkonċernata,

G.  billi kemm-il darba fl-aħħar snin it-tfittxija għall-istabilità ngħatat prevalenza fuq il-valuri tad-demokrazija, il-ġustizzja soċjali u d-drittijiet tal-bniedem fir-relazzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri tagħha mal-ġirien tan-Nofsinhar tagħha; billi l-klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni għandhom ikunu sistematikament imsaħħin minn mekkaniżmu biex dawn il-klawsoli jiġu implimentati; billi qed jikkunsidra f'dan il-kuntest ir-rieżami kontinwu u neċessarju tal-PEV,

H.  billi l-Parlament Ewropew kemm-il darba talab li jitneħħa l-istat ta' emerġenza, li ilu jeżisti mill-1981, li tissaħħaħ id-demokrazija, u li jitħarsu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fl-Eġittu,

I.  billi l-Eġittu huwa sieħeb fundamentali tal-UE fil-Lvant Nofsani; billi l-UE għandha tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' Eġittu demokratiku, prosperu u stabbli billi tinkoraġġixxi u tappoġġa t-tiġdid tal-pajjiż,

J.  billi l-Eġittu qiegħed jiżvolġi rwol attiv u kruċjali b'appoġġ għall-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani u fir-rikonċiljazzjoni inter-Palestinjana; billi l-Kunsill Suprem tal-Forzi Armati kkonferma l-impenn tal-Eġittu fir-rigward tal-implimentazzjoni tat-trattati u l-patti internazzjonali li tagħhom huwa firmatarju,

1.  Jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-poplu Eġizzjan, ifaħħar il-qlubija u d-determinazzjoni tiegħu, speċjalment fir-rigward tal-ġenerazzjoni żagħżugħa, u jappoġġa bil-qawwa l-aspirazzjonijiet demokratiċi leġittimi tagħhom;

2.  Jikkundanna bil-qawwa l-vjolenza u l-forza sproporzjonata użata kontra d-dimostranti u jiddispjaċih b'mod profond dwar it-telf ta' ħajja kunsiderevoli u l-ammont kbir ta' korrimenti li rriżultaw; iwassal il-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi; jitlob għal inkjesta indipendenti dwar l-avvenimenti li wasslu għall-mewt, il-korrimenti u l-arresti, biex dawk responsabbli jiġu proċessati;

3.  Jitlob li jinħelsu minnufih u bla kundizzjonijiet id-dimostranti paċifiċi, il-priġunieri ta' kuxjenza, id-difensuri Eġizzjani u internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti u l-avukati kollha; iħeġġeġ, f'dan ir-rigward, lill-awtoritajiet Eġizzjani jiżvelaw minnufih fejn jinsabu l-persuni detenuti u jiżguraw li dawn jitħarsu mill-forom kollha ta' tortura jew ta' trattament ħażin ieħor;

4.  Iqis li r-riżenja tal-President Hosni Mubarak fetħet fażi ġdida fit-tranżizzjoni politika tal-Eġittu; jappella għat-tnedija immedjata ta' djalogu politiku nazzjonali awtentiku u miftuħ bil-parteċipazzjoni tal-atturi politiċi u tas-soċjetà ċivili ewlenin kollha bl-għan li titwitta t-triq għat-tneħħija tal-istat ta' emerġenza, għar-rieżami tal-Kostituzzjoni u tal-liġi elettorali, għal elezzjonijiet ħielsa u ġusti u għal gvern ċivili elett demokratikament u għal demokrazija awtentika fl-Eġittu;

5.  Jistieden lill-forzi armati Eġizzjani jiżvolġu rwol kostruttiv billi jevitaw aktar vjolenza u biex jiffaċilitaw il-proċess politiku; jieħu nota tad-deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill Suprem tal-Forzi Armati rigward is-sospensjoni tal-Kostituzzjoni, ix-xoljiment tal-parlament, it-twaqqif ta' kumitat, li għandu jinkludi membri indipendenti, maħsub biex jemenda l-artikoli tal-Kostituzzjoni, l-organizzazzjoni ta' referendum popolari dwar dawn l-emendi, u l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet parlamentari u presidenzjali; jerġa“ jappella għal proċess demokratiku li fih l-atturi politiċi u tas-soċjetà ċivili kollha għandhom ikunu involuti bil-għan li jintlaħaq kunsens nazzjonali;

6.  Jisħaq fuq l-importanza li jerġgħu jiġu stabbiliti n-netwerks ta' komunikazzjoni kollha, fosthom l-Internet, u dan mill-aktar fis possibbli u bir-rispett totali tal-libertà ta' informazzjoni, espressjoni u assoċjazzjoni fl-Eġittu;

7.  Jesprimi l-appoġġ qawwi tiegħu għal riformi li jwasslu għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-ġustizzja soċjali fl-Eġittu; itenni t-talba tiegħu għat-tneħħija tal-istat ta' emerġenza; jenfasizza mill-ġdid l-importanza tal-governanza tajba, tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fl-Eġittu, b'rispett speċjali għal-libertà tal-kuxjenza, reliġjon, ħsieb, il-libertà tal-espressjoni, il-libertà tal-istampa u tal-midja, il-libertà tal-assoċjazzjoni, id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-ħarsien tal-minoranzi u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentament sesswali;

8.  Jenfasizza kemm hu importanti li jitħaffu konsiderevolment ir-riformi ekonomiċi u soċjali fl-Eġittu ladarba l-libertà, l-iżvilupp ekonomiku u standard ogħla tal-ħajja huma essenzjali għall-istabilità politika u soċjali fil-pajjiż;

9.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jappoġġaw attivament tranżizzjoni rapida lejn Eġittu paċifiku, pluralista u ġust; jappoġġa, f'kuntest usa“, il-fehma tal-Kunsill Ewropew li l-UE għandha tagħti s-sostenn totali tagħha favur proċessi ta' tranżizzjoni fir-reġjun bil-għan li jinħolqu governanza demokratika, pluraliżmu u opportunitajiet imtejba għall-prosperità ekonomika u inklużjoni soċjali u għat-tisħiħ tal-istabilità reġjonali;

10.  Jistieden lill-UE, lill-Istati Membri u lill-partiti politiċi u l-fundazzjonijiet jgħinu l-forzi politiċi demokratiċi u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-Eġittu jorganizzaw ruħhom aħjar sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ fit-tranżizzjoni għad-demokrazija; jistieden lill-awtoritajiet Eġizzjani jiggarantixxu li l-komunitajiet Insara Kopti ma jisfawx vittmi tal-ġrajjiet li għaddejjin u li l-komunitajiet reliġjużi kollha jkunu jistgħu jgħixu fil-paċi u jfissru t-twemmin tagħhom fil-pajjiż kollu;

11.  Jistieden lir-Rappreżentant Għoli tippromwovi t-twaqqif ta' task force li tinvolvi l-Parlament Ewropew li tista“ tissodisfa l-bżonn għal sostenn għall-proċess ta' tranżizzjoni demokratika kif esprimew dawk li jaħdmu għal bidla demokratika, partikolarment fir-rigward ta' elezzjonijiet ħielsa u demokratiċi u l-konsolidament tal-istituzzjonijiet, inkluż l-iżvilupp ta' ġudikatura indipendenti; jitlob lir-Rappreżentant Għoli biex tappoġġa t-trasformazzjoni demokratika wkoll billi tibgħat missjoni ta' osservazzjoni elettorali għall-elezzjonijiet li ġejjin;

12.  Jilqa“ d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/79/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 tal-4 ta' Frar 2011(1) li jimponi l-iffriżar tal-assi li huma l-proprjetà ta', jew ikkontrollati minn, persuni li jitqiesu responsabbli għall-approprjazzjoni indebita ta' fondi statali fit-Tuneżija u minn persuni assoċjati magħhom, u jistieden lill-Kunsill jadotta l-istess miżuri fir-rigward tal-Eġittu;

13.  Jenfasizza li l-avvenimenti fl-Eġittu, u f'pajjiżi oħra fir-reġjun, jaċċentwaw mill-ġdid il-ħtieġa urġenti tal-iżvilupp ta' politiki u strumenti aktar ambizzjużi u effiċjenti kif ukoll tat-tisħiħ tal-appoġġ baġitarju għalihom bl-għan tal-inkoraġġiment u tas-sostenn favur riformi politiċi, ekonomiċi u soċjali fil-pajjiżi ġirien tan-Nofsinhar tal-UE; jenfasizza li r-Rieżami Strateġiku kontinwu tal-Politika Ewropea tal-Viċinat għandu jirrifletti żviluppi attwali fir-reġjun u għandu joħroġ b'metodi ġodda mtejba biex jissodisfa l-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-popli; jitlob għal koordinament aħjar mal-politiki l-oħra tal-UE fir-rigward ta' dawn il-pajjiżi;

14.  Itenni t-talba tiegħu biex l-UE tirrivedi l-politika tagħha ta' appoġġ demokratiku u favur id-drittijiet tal-bniedem sabiex toħloq mekkaniżmu ta' implimentazzjoni għall-klawsola dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet kollha ma' pajjiżi terzi; jinsisti li l-eżami mill-ġdid tal-PEV għandu jagħti prijorità lill-kriterji marbuta mal-indipendenza tal-ġudikatura, mar-rispett tal-libertajiet fundamentali, mal-pluraliżmu u l-libertà tal-istampa u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jiġbed l-attenzjoni, f'dan ir-rigward, li l-Pjanijiet ta' Azzjoni attwali għandhom jiġu riveduti radikalment bl-inklużjoni ta' prijoritajiet ċari akkumpanjati b'inċentivi għal riformi politiċi; jistieden lill-Kunsill jiddefinixxi ġabra ta' kriterji politiċi li l-pajjiżi tal-PEV iridu jissodisfaw sabiex jingħataw “status avvanzat”;

15.  Iqis ir-rwol kruċjali li l-istrumenti finanzjarji tal-UE għal azzjoni esterna għar-reġjun, partikolarment l-ENPI, l-EIDHR kif ukoll l-Istrument għall-Istabbiltà, jista“ jkollhom f'dan ir-rigward u jitlob li jissaħħu sabiex ikunu jistgħu jintużaw b'mod effikaċi u konsistenti f'dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji; jitlob lir-Rappreżentant Għoli tisfrutta kemm jista” jkun l-istrumenti finanzjarji esterni kollha rilevanti tal-UE, inkluż l-EIDHR; jenfasizza li għandu jiġi garantit kontroll demokratiku min-naħa tal-Parlament Ewropew ta' dawn l-istrumenti finanzjarji; jisħaq ukoll fuq l-importanza li tiġi indirizzata urġentement il-kwistjoni tal-prezzijiet tal-ikel li qed jogħlew u b'mod ġenerali tas-sigurtà tal-ikel u l-iżvilupp rurali;

16.  Jistieden lill-Unjoni għall-Mediterran tirrifletti u taġixxi urġentement dwar il-ġrajjiet reċenti sabiex tressaq proposti dwar kif l-aħjar tippromwovi d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fl-istati membri tagħha u fir-reġjun u dwar ir-riformi possibbli sabiex isaħħaħ ir-rwol tagħha stess u tagħmlu aktar effiċjenti; jistieden lill-Fundazzjoni Ewro-Mediterranja Anna Lindh tiżvolġi rwol urġenti u attiv fil-mobilitazzjoni tas-soċjetà ċivili fir-reġjun Ewro-Mediterranju għall-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-parteċipazzjoni;

17.  Jirrikonoxxi r-rwol kruċjali tal-Eġittu fid-dinja Għarbija u fil-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani u l-importanza tal-Ftehim ta' Paċi mal-Iżrael; jistieden lill-Eġittu jżomm l-impenn tiegħu li jiżvolġi rwol attiv u kostruttiv biex tinstab paċi dejjiema fil-Lvant Nofsani b'enfasi partikolari fuq il-kunflitt bejn l-Iżrael u l-Palestinjani u r-rikonċiljazzjoni Palestinjana u jitlob li jinżamm it-trattat ta' paċi bejn l-Eġittu u l-Iżrael; jilqa“ favorevolment id-dikjarazzjoni tal-Kunsill Suprem tal-Forzi Armati li l-Eġittu huwa impenjat li jimplimenta t-trattati u l-patti internazzjonali kollha li tagħhom huwa firmatarju;

18.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà/Viċi President tal-Kummissjoni, lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lill-awtoritajiet Eġizzjani.

(1) ĠU L 31, 5.2.2011, p. 40 u 1.


Implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju
PDF 277kWORD 90k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Frar 2011 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju
P7_TA(2011)0065RC-B7-0129/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 192 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-mistoqsijjiet orali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju (O-00014/2011 - B7-0011/2011 - O-00029/2011 - B7-0013/2011),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Jannar 2010 dwar Strateġija Ewropea għar-Reġjun tad-Danubju(1),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Diċembru 2010 dwar Strateġija tal-UE għar-reġjun tad-Danubju (COM(2010)0715) u l-Pjan ta' Azzjoni tagħha (SEC(2010)1489),

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku (COM(2009)0248),

–  wara li kkunsidra l-Kunsill Ewropew tat-18 u d-19 ta' Ġunju 2009, li talab lill-Kummissjoni biex sal-2010 tfassal strateġija Ewropea għar-Reġjun tad-Danubju,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Marzu 2009 dwar Green Paper dwar il-koeżjoni territorjali u l-qagħda tad-diskussjonijiet dwar ir-riforma futura tal-politika għall-koeżjoni(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2006 dwar il-promozzjoni tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni NAIADES, Programm ta' Azzjoni Ewropew integrat għat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni(3),

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ta' Ottubru 2009 dwar “Strateġija tal-UE għaż-Żona tad-Danubju”,

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni fuq inizjattiva tal-Kumitat tar-Reġjuni bit-titlu “White Paper tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Governanza f'Diversi Livelli”, (CdR 89/2009),

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-kooperazzjoni makroreġjonali. L-applikazzjoni tal-Istrateġija għall-Baħar Baltiku għal makroreġjuni oħra fl-Ewropa' (ECO/251),

–  wara li kkunsidra l-programm ta' ħidma tal-Kunsill għat-18-il xahar li ġejjin, imfassal mill-presidenzi ta' Spanja, il-Belġju u l-Ungerija,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet ta' Espoo, Aarhus, u Berna dwar il-ħarsien tal-ambjent,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma u l-Konvenzjoni ta' Ħelsinki,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Belgrad li tirregola n-navigazzjoni tul id-Danubju,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi t-Trattat ta' Lisbona jirrikonoxxi l-koeżjoni territorjali bħala objettiv tal-Unjoni Ewropea (l-Artikolu 3 tat-Trattat tal-UE),

B.  billi l-istrateġiji makroreġjonali huma mmirati sabiex jagħmlu użu aħjar mir-riżorsi eżistenti biex jitrattaw kwistjonijiet ta' żvilupp territorjali u jidentifikaw rispons konġunt għal sfidi komuni,

C.  billi sabiex tiżdied l-effettività tal-politika reġjonali l-idea ta' approċċ integrat għandha tkun appoġġjata u żviluppata, inkluż il-ħolqien ta' strateġiji għal makro-reġjuni li huma strateġiji fuq livell tal-UE,

D.  billi l-Istrateġija tal-Baħar Baltiku diġà tipprovdi mudell għall-koordinazzjoni tal-politiki u l-finanzjament tal-UE f'unitajiet territorjali ġeopolitiċi - makroreġjuni - iddefiniti fuq il-bażi ta' kriterji speċifiċi,

E.  billi r-reġjun tad-Danubju, li jiġbor fih 14-il pajjiż Ewropew, u 115 miljun persuna kemm fi ħdan l-UE kif ukoll “il barra minnha - il-Ġermanja, l-Awstrija, is-Slovakkja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovenja, l-Ungerija, ir-Rumanija, il-Bulgarija, il-Kroazja, is-Serbja, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Montenegro, il-Moldova u l-Ukraina - hu żona fejn is-sinerġiji mtejba bejn il-politiki differenti tal-UE – il-politika tal-koeżjoni, tat-trasport, tal-ekonomija, tal-enerġija, tal-ambjent, tal-kultura, tal-edukazzjoni, tal-agrikultura, tas-sajd, tat-tkabbir u tal-viċinat – jistgħu jiġu żviluppati,

F.  billi l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju għandha għaldaqstant tgħaqqad l-elementi ekonomiċi, ambjentali, soċjali u kulturali,

G.  billi din l-istrateġija tista“ tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-titjib tal-governanza fuq diversi livelli u l-involviment ta' sħab, organizzazzjonijiet u NGOs li joperaw fir-reġjun tad-Danubju u twassal għall-ġid, l-iżvilupp sostenibbli, il-ħolqien tal-impjiegi u s-sigurtà fiż-żona,

H.  billi r-reġjun tad-Danubju jirrappreżenta fetħa storika sinifikanti li tgħaqqad flimkien il-Punent u l-Lvant tal-Ewropa,

I.  billi x-Xmara Danubju għoddha saret passaġġ intern navigabbli tal-Unjoni Ewropea wara t-tkabbir tal-2007 u r-Reġjun tad-Danubju jista“ jagħti kontribut sostanzjali biex jirrifletti l-bidliet li seħħew mit-tkabbir ”l hawn,

J.  billi r-reġjun tad-Danubju jikkostitwixxi makroreġjun interkonness b'kapaċitajiet ekonomiċi eteroġeni,

K.  billi l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun tad-Danubju se jżid b'mod sinifikanti l-ġid ekonomiku ta' dan il-makroreġjun u se jistimula l-impjiegi,

L.  billi jekk iż-żona tad-Danubju titqies bħala makroreġjun wieħed, dan jista“ jgħin biex jingħelbu d-differenzi reġjonali fil-prestazzjoni ekonomika u jsostni żvilupp integrat,

M.  billi d-Delta tad-Danubju ilha Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO sa mill-1991, u r-reġjun tad-Danubju jinkludi bosta Żoni ta' Protezzjoni Speċjali u Żoni Speċjali għall-Konservazzjoni skont il-qafas Natura 2000; billi d-Danubju u d-Delta tad-Danubju għandhom ekosistema unika u fraġli, li fiha jgħixu speċijiet ta' pjanti rari li jinsabu mhedda minħabba t-tniġġis,

1.  Jilqa“ l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-Istrateġija għar-Reġjun tad-Danubju u jsostni l-Pjan ta' Azzjoni li jakkumpanjaha, iffukata fuq erba pilastri (l-interkonnessjoni tar-Reġjun tad-Danubju, il-ħarsien tal-Ambjent, it-tkattir tal-prosperit u t-tisħiħ tar-Reġjun tad-Danubju) u li tagħti tweġiba għall-ħtieġa ta' mobbiltà mtejba, is-sigurtà fl-enerġija, il-ħarsien ambjentali, l-iżvilupp soċjali u ekonomiku, is-sigurtà u l-protezzjoni ċvili fir-Reġjun tad-Danubju;

2.  Ifakkar li l-Parlament Ewropew ilu jitlob għal din l-istrateġija mill-2008 u jitlob lill-Presidenza Ungeriza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u fuq il-Kunsill Ewropew biex japprovaw l-Istrateġija tal-UE għar-reġjun tad-Danubju sal-Kunsill Ewropew ta' Ġunju u biex l-implimentazzjoni tagħha tibda mill-iżjed fis possibbli;

3.  Jilqa“, b'mod partikolari, il-fatt li l-Istrateġija hija riżultat ta' konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati, inklużi awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali iżda wkoll mal-komunitajiet tan-negozju u akademiċi kif ukoll mal-NGOs, filwaqt li jenfasizza li dan huwa fattur importanti għas-suċċess tiegħu; f'dan ir-rigward jitlob għat-twaqqif ta' forum tas-soċjetà ċivili fir-reġjun, li jlaqqgħu flimkien atturi pubbliċi u privati u jippermettulhom ikunu aktar involuti fl-iżvilupp ta' strateġiji makroreġjonali;

4.  Iqis li d-dimensjoni territorjali tal-istrateġija għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp konkret tal-idea ta' koeżjoni territorjali, li t-Trattat ta' Lisbona jqiegħed fuq l-istess livell tal-koeżjoni ekonomika u soċjali, u filwaqt li jikkunsidra dan, jappella lill-Kummissjoni biex tinvolvi ruħha fi djalogu attiv dwar ir-rwol u l-effett tal-politiki makroreġjonali tal-UE wara l-2013;

5.  Jenfasizza li l-valur miżjud ta' strateġiji makroreġjonali tal-UE qiegħed f'kooperazzjoni u f'koordinazzjoni fuq diversi livelli u investimenti strateġiċi aħjar bl-użu ta' finanzjament disponibbli, u mhux fl-allokazzjoni addizzjonali ta' riżorsi; jenfasizza l-koklużjonijiet tal-Presidenza Svediża dwar ebda istituzzjoni ġdida, ebda leġiżlazzjoni ġdidam ebda baġit ġdid;

6.  Jitlob lill-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom biex jużaw il-Fondi Strutturali disponibbli għall-2007-2013 sabiex jingħata appoġġ kemm jista“ jkun kbir għall-Istrateġija, b'mod partikolari biex jippromwovu opportunitajiet ta' impjieg u t-tkabbir ekonomiku fiż-żoni l-aktar milquta mill-kriżi ekonomika, filwaqt li fl-istess ħin jirrakkomanda, fejn ikun ġustifikat, li jkun hemm dispożizzjonijiet għal bidliet fil-Programmi Operattivi fil-perjodu ta' programmazzjoni attwali; jenfasizza li l-esplojtazzjoni ta' karatteristiċi partikolari tar-reġjuni tista” twassal għal użu aktar effettiv tal-Fondi Strutturali u għall-ħolqien ta' valur miżjud fil-livell reġjonali; jenfasizza li riżorsi finanzjarji mhux assorbiti wkoll jistgħu jkunu riżorsa ta' finanzjamrnt għall-proġetti makroreġjonali;

7.  Jikkunsidra li t-tkabbir tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-isfidi maġġuri transnazzjonali bħall-kriżi ekonomika, tehdid ambjentali, trasport sostenibbli, il-konnettività fl-enerġija, is-sotenibbiltà tar-riżorsi, l-użu ekoloġiku tar-riżorsi tal-ilma, juru li l-interdipendenza ta' stati individwali qiegħda tiżdied, li linja ta' ħsieb settorali ma għadhiex xieraqa u li f'dan il-kuntest l-istabbiliment ta' makroreġjuni jiftaħ perspettivi ġodda u aktar effiċjenti għall- kooperazzjoni billi juża approċċ integrat u koordinat għall-iżvilupp sostenibbli fuq livell reġjonali territorjali usa“ u billi jistupla użu aktar effikaċi tal-potenzjal enormi tar-Reġjun tad-Danubju għall-iżvilupp u l-prevenzjoni tad-diżastri naturali;

8.  Jenfasizza għalhekk li din l-istrateġija għandha tkun stabbilita fi ħdan l-objettiv tal-politika ta' koeżjoni tal-kooperazzjoni territorjali (objettiv 3), u tkun ibbażata fuq approċċ territorjali integrat u mifrux fuq diversi oqsma, immirata biex tikkoordina aħjar il-politiki bejn id-diversi livelli tal-governanza fuq territorju partikolari, b'attenzjoni kkonċentrata fuq kwistjonijiet relevanti;

9.  Jenfasizza li l-Istrateġija tad-danubju hija konformi mal-objettivi tal-UE 2020, li tiżgura li hija konformi mat-tendenzi Ewropej ta' żvilupp u l-impenn tal-UE għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv;

10.  Jenfasizza l-karattru integrattiv u unifikanti tal-istrateġija, jesprimi l-konvinzjoni tiegħu li l-Istrateġija għad-Danubju, jekk tiġi appoġġata minn impenn politiku qawwi tal-Istati Membri, kif ukoll tal-awtoritajiet reġjonali u lokali, tista“ tirrappreżenta kontribut sinifikanti biex jingħelbu diviżjonijiet tal-imgħoddi fl-Ewropa u b'hekk tissodosfa l-viżjoni ta' integrazzjoni tal-UE u għas-suċċess ġenerali u l-effiċjenza tal-istrateġija ta' rkupru Ewropea wara dawn l-aħħar snin ta' kriżi ekonomika u finanzjarja, billi tagħti impetu ġdid għat-tkabbir sostenibbli fil-livell reġjonali, nazzjonali u Ewropew, mhux biss fil-limiti tal-Ewropa Ċentrali u tan-Nofsinhar, imma wkoll f'kuntest ġeografiku ħafna aktar wiesa”;

11.  Jinnota l-impatt qawwi li kellha l-kriżi dinjija finanzjarja u ekonomika fuq il-pajjiżi kollha fir-reġjun, b'mod partikolari fl-istati Baltiċi; jistieden lill-partijiet interessati kollha biex ma jnaqqsux l-impenn tagħhom lejn l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku minħabba l-kriżi;

12.  Jenfasizza li r-Reġjun tad-Danubju jirrappreżenta l-feħta tal-Ewropa għall-Balkani tal-Punent u għalhekk l-Istrateġija Ewropea għar-Reġjun tan-Danubu mhux talli twassal għat-titjib fir-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi ġirien fl-Ewropa Ċentrali iżda tipprovdi valur miżjud importanti għal-polotika tal-UE għall-Lvant tal-Ewropa, u b'hekk tirrappreżenta opportunità eċċellenti għall-Unjoni kollha biex issaħħaħ l-kooperazzjoni ekonomika u politika tagħha mal-Balkani, u, għaldaqstant, tikkontribwixxi għall-espansjoni u l-konsolidazzjoni tal-proċess għall-integrazzjoni Ewropea fir-reġjun;

13.  Jenfasizza li l-Istrateġija tad-Danubju, flimkiem mad-diversi forom ta' kooperazzjoni transkonfinali li timplika, tista“ faċilment issir fattur ewlieni għat-tkattir tal-benessri, għal titjib fil-kwalità tal-ħajja u għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali, fejn tikkatalizza sforzi lokali u reġjonali u bżonnijiet għall-iżvilupp, tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' interrelazzjonijiet transkonfinali b'saħħithom inklużi proġetti fuq skala żgħira (programmi bejn il-persuni ) f'diversi oqsma bħalma huma l-kultura, l-edukazzjoni, l-impjieg, l-ambjent, il-ħarsien, il-katini tal-fornitura industrijali, il-proġetti ta' kooperazzjoni muniċipali, u inizjattivi transnazzjonali għall-modernizzazzjoni tat-trasport;

14.  Jemmen li l-iżvilupp ta' strateġiji fuq skala kbira, bħal strateġiji makroreġjonali, għandu jikkontribwixxi biex jikber ir-rwol tal-livell lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-politika tal-UE b'mod aktar ġenerali;

15.  fil-qafas ta' dan il-mudell ġdid ta' kooperazzjoni ġie żgurat li l-iżvantaġġi naturali ta' żewġ reġjuni perferali issa saru patrimonji u opportunitajiet, u li l-iżvilupp ta' dawn ir-reġjuni ġie stimulat;

16.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkunu involuti l-partijiet interessati lokali u reġjonali rilevanti u is-soċjetà ċivili tar-reġjun tad-Dunubu fl-istadji kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet (il-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, is-sorveljanza, il-valutazzjoni) sabiex jinstabu soluzzjonijiet għal sfidi komuni, biex jintagħżlu u jiġu implimentati b'mod effikaċi proġetti konkreti u biex jinkiseb mekkaniżmu għal governanza tajba; iħeġġeġ il-gvernijiet biex isostnu u jaffċilitaw miżuri biex l-NGOs, l-assoċjazzjonijiet tal-kummerċ u s-soċjetà ċivili ikunu jistgħu jipparteċipaw b'mo proattiv, fejn se jitqiesu n-netwerk tan-nisa u l-gruppi ta' monoranza;

17.  Jirrakkomanda f'dan il-kuntest li jiżdied l-involviment ta' komunitajiet lokali billi jitwaqqfu strumenti ta' komunikazzjoni u konsultazzjoni usa“ u aktar iffukati, inkluż permezz tal-midja lokali (televiżjoni lokali, radju u ġurnali online u stampati); jistieden lill-Kummissjoni sabiex toħloq portal speċjali fuq l-internet dedikat għall-Istrateġija tal-Baħar Baltiku li jaġixxi bħala forum għall-iskambju tal-esperjenzi dwar proġetti attwali u futuri ta' gvernijiet ċentrali u lokali, NGOs u entitatijiet oħra attivi fil-Baħar Baltiku;

18.  Ifakkar r-riżultati tal-esperjenza meħuda mill-Istrateġija tal-Baħar Baltiku fil-forma ta' trasparenza tal-proċess għat-teħid tad-deċiżjonijiet, inkluż l-allokazzjoni tal-finanzjament tal-UE;

19.  Inħeġġeġ l-impenn politiku bil-għan li tittejjeb il-fiduċja taċ-ċittadini u tal-partijiet interessati kemm fl-awtoritajiet politiċi kif ukoll fl-awtoritajiet lokali;

20.  Jiddikjara li l-implimentazzjoni b'suċċess tal-istrateġiji ta' ħruġ fiskali adottati / li għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri jiddependu parzjalment mill-abilità, il-kapaċità u mil-livell ta' tħejjija tal-atturi muniċipali li jintervjenu fis-swieq tax-xogħol reġjonali b'inizjattivi ta' proġetti li jistimulaw id-domanda lokali tal-forza tax-xogħol, u b'hekk tinħoloq il-bażi għal tkabbir intelliġenti u li jirrispetta l-ambjent, tittejjeb il-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni ta' mal-fruntieri ta' Stati Membri differenti, u jiġi żgurat żvilupp fit-tul tan-netwerk Ewropew tat-trasport bl-ilma; Jiġbed l-attenzjoni għad-disproporzjon f'termini ta' żvilupp ekonomiku u innovazzjoni li jeżisti fir-reġjun tal-Baħar Baltiku u għall-ħtieġa li jiżdied il-potenzjal taż-żoni kollha, inklużi dawk l-aktar żviluppati, billi dawn jistgħu jgħinu jmexxu “l quddiem ir-reġjuni lanqas vantaġġati; jindika l-ħtieġa ta' promozzjoni ta' żoni ġodda ta' żvilupp u innovazzjoni potenzjali u li tittieħed l-opportunità li jintuża l-valur miżjud tal-Istrateġija tal-Baħar Baltiku u tal-istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danjubu;

21.  Jitlob għall-iżvilupp tal-infratstruttura tal-enerġija, għall-effiċjenza fl-enerġija u għal enerġiji rinnovabbli sabiex ikun jista“ jiġi stabbilt suq integrat li jiffunzjona kif suppost;

22.  Jieħu nota tal-previżjonijiet fuq medda medja ta' żmien u fit-tul li jindikaw li r-Reġjuni t'Isfel tal-Ewropa - inklużi l-Istati Membri li jinsabu fix-Xlokk tal-Ewropa - se jintlaqtu ħażin b'mod partikolari mill-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima; jinsab konvint li l-Istrateġija għad-Danubju għandha rwol importanti xi twettaq f'dan ir-rigward, u għandha tkun iddisinjata bil-ħsieb u l-obbjettiv li ttaffi l-effetti negattivi marbuta mat-tibdil tal-klima fir-regjuni Danubjani, filwaqt li jitqiesu r-rwol u n-natura kumplessi tan-netwerk tax-xmajjar (il-provvista tal-ilma, l-aspetti ekoloġiċi, l-infrastruttura tat-trasport, l-irrikazzjoni u d-dimensjoni agrikola, l-ispeċijiet u l-flora protetti, eċċ.);

23.  Jenfassizza li l-Ewropa Ċentrali, minn lat ekoloġiku, hija waħda miż-żoni l-aktar għanja imma fl-istess ħin l-aktar vulnerabbli tal-Ewropa, ikkaratterizzata min ekosistema ta' kumplessità ekoloġika għolja u valur kbir li għaldaqstant titlob livell għoli ta' ħarsien. L-Istrateġija Ewropea għar-Reġjun tad-Danubju timmira li toħloq Reġjun tad-Danubju prosperu li jkun abitabbli, sostenibbli u fl-istess ħin żviluppat billi timmaniġġja r-riskji ambjentali bħalma huma l-għargħar u t-tniġġis industrijali, filwaqt li tippriserva l-kwalità u l-kwantità tar-riżervi tal-ilma taħt kontroll u tiżgura l-użu sostenibbli tagħhom, filwaqt li jiġu ppriservati l-bijodiversità, il-pajsaġġ u l-kwalità tal-arja u tal-ħamriji; Jisħaq li l-ħarsien tal-ambjent fil-baċin tax-xmara Danubju huwa aspett importanti li se jistumula l-argrikoltura responsabbli u l-iżvilupp agrikolu tar-reġjun; jitlob li jkun hemm titjib fl-istatus ekoloġiku tax-xmara Danubju, u għal miżuri li biex jitnaqqas it-tniġġis u biex ma jibqax jintrema aktar żejt u aktar sustanzi tossiċi u dannużi fiha; jenfasizza li status ekoloġiku tajjeb tad-Danubju huwa prerekwiżit tal-attività umana kollha tul ix-xmara u jirrakomanda li l-miri ambjentali għandhom ikunu kkunsidrati b'mod partikolari;

24.  Jinsab konvint li miżuri mmirati lejn il-konservazzjoni tal-kapaċità naturali taż-żamma tal-għargħar tal-baċin tad-Danubju u u jevitaw ir-rikorrenza tal-għargħar u l-aktar xierqa biex jissodisfaw is-sensittività u l-vulnerabbiltà unika tar-reġjun tad-Danubju; Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-flus tal-UE ma jintefaqx fuq proġetti li mhumiex konsistenti mal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE;

25.  Jenfasizza l-interdipendenza ekonomika tal-istati fir-reġjun tad-Danubju u jenfasizza l-importanza li jsir investiment fl-ITC u fl-iżvilupp tal-Intrapriżi ż-Żgħar u ta' daqs Medju u fid-deipartimenti ta' riċerka tagħhom u fil-promozzjoni tal-innovazzjoni, l-intraprendenza, u t-tkabbira ta' ekonomija tal-għarfien sabiex jiġi żgurat żvilupp sostenibbli u effiċjenti;

26.  Jenfasizza li l-investiment u l-iżvilupp ekonomiku intelliġenti jirrappreżentaw oqsma promettenti ħafba ta' tkabbir ekonomiku u li teknoloġiji ħodor u l-modernizzazzjoni ekoloġika, bħalma huma l-effiċjenza mtejba tal-enerġja u l-immaniġġjar aħjar tal-iskart jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli tar-reġjun u għat-tnaqqis tal-impatti ambjentali negattivi tal-attività ekonomika;

27.  Jirrikonoxxi r-rwol importanti li twettaq l-Istrateġija għad-Danubju fil-promozzjoni tal-ekonomija ħadra, l-innovazzjoni ħadra u f'sens aktar wiesa“ r-riċerka u l-innovazzjoni mmirata lejn il-ħolqien ta' ekonomija baxxa fil-karbonju kompetittiva u ġdida, u preżenza aktar qawwija ta' approċċi li jirrispettaw l-ambjent fl-iżvilupp ta' proġetti ta' kooperazzjoni industrijali transkonfinali; iħeġġeġ lill-Istati li minnhom tgħaddi x-xmara Danubju biex jagħti l-ogħla prijorità lil faċilitajiet idroloġiċi u tal-ittestjar tal-kwalità tal-ilma kondiviżi;

28.  Jenfasizza l-importanza li jkunu promoss it-turiżmu sostenibbli fir-reġjun, filwaqt jieħu nota tal-potenzjal ekonomika tal-passaġġ ċikliku tul id-Danubju kollha, u tal-istabbilizzazzjoni tad-Danubju bħala destinazzjoni turistika Ewropea u biex tiġi żviluppata ditta għar-Reġjun tad-Danubju;

29.  Isostni l-istabbiliment ta' netwerks għall-iżvilupp tan-negozji u kopri għall-promozzjoni tal-kummerċ non-governali li jistgħu jikkoordinaw u jippromwovu opportunitajiet futuri għall-iżvilupp u l-kooperazzjoni bejn il-kumpaniji - speċjalment l-SMEs - ir-riċerka, l-unversitajiet u l-awtoritajiet pubbliċi sabiex tissaħħ il-potenzjal ta' gruppi ta' innovazzjoni reġjonali bbażati fuq l-għarfien u biex taghti spinta lill-kompetittività reġjonali;

30.  Jenfasizza li l-mezzi ta' trasport kollha għandhom jiġu aġġornati għall-istandards tal-UE u li mezzi tat-trasport favur l-ambjent bħalma huma t-trasport bil-ferrovija u t-trasport fuq ilmijiet navigabbli interni għandhom jieħdu prijorità meta xieraq filwaqt li jkun qed isir l-ippjanar tas-sistema tat-trasport tar-reġjun b'rispett sħiħ għall-elementi relevanti kollha tal-acquis tal-UE applikabbli;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex itejbu l-prestazzjoni tal-infrastruttura u tal-ekonomija tar-reġjun tad-Danubju u biex ilestu l-implimentazzjoni tal-Proġetti ta' Prijorità TEN-T relatati mar-Reġjun tad-Danubju fil-ħin u b'mod sostenibbli għall-ambjent; b'kinsiderazzzjoni għar-reviżjoni tal-linjigwida TEN-T, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkunsidraw il-ħtieġa li jiġi żviluppati sistemi tat-trasport fir-reġjun tad-Danubju;

32.  Jenfasizza tliet livell importanti ta' żvilupp infrastrutturali fejn l-approċċ koordinat tal-Istrateġija tad-Danubju jista“ jiffaċilità s-sinerġiji: (i) il-kuritur multi-modali tul ix-xmara Danubju (proġett ta' prijorità TEN-T 18), (ii) interkonnessjonijiet bejn l-kuritur multi-modali tad-Danubju u l-Istati Membri tal-viċinat (proġetti ta' prijorità TEN-T relatati mar-reġjun tad-Danubju), (iii) imblokki transkonfinali fuq netwerks TEN-T, nazzjonali u reġjonali;

33.  Jenfasizza li “ Id-dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Iżvilupp tan-navigazzjoni ta' ilmijiet interni u l Ħarsien tal-Ambjent fil-Baċin tax-Xmara Danubju” ġie żviluppat mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Ħarsiem tax-Xmara Danubju, il-Kummissjoni tad-Danubju u l-Kummissjoni Internazzjonali tal-Baċir tax-Xmara Sava u li toffri konsulenza ġenerali għall-proġetti ta' infrastruttura tan-navigazzjoni ta' ilmijiet sabiex jiġu indirizzati kemm dawk li jippjanaw tekniċi kif ukoll partijiet interessati li jixtiequ jkunu involuti fl-iżvilupp ta' proċess għall-ippjanar ta' navigazzjoni ta' ilmijiet, u li dawn il-linji gwida jeħtieġu tim ta' ppjanar integrat biex jevalwa l-ħtieġijiet u biex jipproponu l-akbar għadd ta' miżuri win-win possibbli għat-titjib kemm tan-navigazzjoni kif ukoll tal-istatus ekoloġiku; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tirrispetta l-impenji skont id-Dikjarazzjoni Konġunta;

34.  Iqis li, b'konformità mal-prinċipju ta' ko-modalità effiċjenti u l-innovazzjoni, it-taħlita ta' portijiet interni mtejba u l-loġistika, in-navigazzjoni interna u t-trasport ferrovjarju tipprovdi potenzjal konsiderevoli għall-żivilupp ekonomiku wkoll għall pajjiż ġirien tal-UE fir-reġjun tad-Danubju u tista“ tgħin biex jitnaqqsu l-imblokki tat-trasport;

35.  Jenfasizza l-ħtieġa li jitħeġġeġ l-iżvilupp ta' bastimenti nodfa u effikaċi skont is-Seba“ Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku b'attenzjoni partikolari fir-rigward tat-tekonoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u d-disinn, l-ekoeffiċjenza u t-tagħmir tal-bastimenti;

36.  Jenfasizza li, peress li huma marbuta mill-kanal Main-Danube, ir-Rhine u d-Danubju jgħaqqdu direttament ħdax-il pajjiż mill-Baħar tat-Tramuntana sal-Baħar l-Iswed għal tul ta' 3 500km u jenfasizza l-ħtieġa li l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju testendi lejn ir-reġjun tal-Baħar l-Iswed; jirrimarka li l-iżvilupp sostenibbli tar-reġjun tad-Danubju se jkompli jsaħħaħ l-importanza ġeostrateġika tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed;

37.  Jinkoraġġixxi s-sedqa tal-ambjent kulturali tad-Danubju billi jiġi promoss id-djalogu kulturali, jiġu appoġġati programmi ta' skambju universitarji u proġetti taż-żgħażagħ ibbażati fuq il-kooperazzjoni transnazzjonali, jitrawwem turiżmu sostenibbli, u jitħares il-wirt storiku u l-wirt arkitettorali;

38.  Jenfasizza l-ħtieġa vitali li jkun hemm kooperazzjoni fil-proġetti kulturali bil-għan li jiġu appoġġjati d-djalogu u l-fehim interkulturali fost il-pajjiżi tar-Reġjuni tad-Danubju; jenfasizza f'dan ir-rigward l-involviment attiv taż-żgħażagħ permezz ta' faċilitajiet kulturali u edukattivi bil-għan li jinħolqu netwerks multinazzjonali;

39.  Iħeġġeġ l-allokazzjoni ta' aktar riżorsi għall-proġetti u għal netwerks ta' proġetti għal gruppi vulenrabbli, b'mod partikolari Roma;

40.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm approċċ ikkoordinat bil-ħsieb li jsir użu aktar effiċjenti tal-fondi disponibbli kollha tal-UE fil-pajjiżi tar-Reġjun tad-Danubju ħalli l-għanijiet tal-Istrateġija jkunu jistgħu jitwettqu sal-aħjar livelli possibbli; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jkun hemm flessibilità biżżejjed bil-għan li jkun jista“ jsir l-iżvilupp tal-proġetti marbuta mal-Istrateġija għad-Danubju fi ħdan il-Programmi Operazzjonali eżistenti;

41.  Jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' dispożizzjonijiet speċifiċi fir-regolament ġenerali dwar il-Fondi Strutturali li se jkun hemm abbażi ta' dispożizzjonijiet għall-kooperazzjoni territorjali, li jkunu ċari u li jikkunsidraw il-kulturi amministrattivi differenti u ma jimponux piżijiet amministrattivi żejda fuq il-benefiċjarji, sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati u r-reġjuni u l-iżvilupp ta' aktar strateġiji ta' azzjoni komuni li jistgħu jseddqu l-attrazzjoni tar-reġjun fil-livell Ewropew u dak internazzjonali u li wara jistgħu jikkostitwixxu mudell għall-kooperazzjoni transkonfinali;

42.  Jiġbed l-attenzjoni għall-azzjoni ta' Preparazzjoni eżistenti - “Id-definizzjoni tal-mudell ta' Governanza għar-Reġjun tad-Danubju tal-UE - koordinazzjoni aħjar u aktar effettiva” u jistieden lill-Kummisjoni u lill-Istati Membri biex jużaw dan il-baġit kif suppost biex jiffinanzjaw attivitajiet relatati mad-definizzjoni tal-mudell ta' governanza meħtieġ mill-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tad-Danubju.; jenfasizza kemm hu importanti li tiġi pprovduta l-għajnuna teknika meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet u l-proġetti mwettqa fil-qafas tal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tad-Danubju. jikkunsidra li l-ispejjeż tal-assitenza teknika għadhom ikunu rikonoxxuti aħjar u kkunsidrati waqt l-ippjanar tal-qafas finanzjarju għall-Istrateġija u li l-ammont ipprovdut għall-assistenza għandu jkun disponibbli għas-sħab jekk jintuża għal raġunijiet u azzjonijiet ikkoordinati fl-livell makroreġjonali;

43.  Jilqa“ t-tħabbira tal-koordinaturi taż-żona ta' prijorità tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju li saret mill-Kummissjoni Ewropea fit-3 ta' Frar 2011 jikkunsidra li mil-lum ”il quddiem il-pajjiżi u l-oqsma ta' xogħol prijoritarji ewlenin tar-reġjuni u tal-pajjiżi għandhom imexxu l-implimantazzjoni tal-Istrateġija billi jaqblu fuq programme ta' xogħol, jidentifikaw sorsi ta' finanzjament, isaħħu l-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi u r-reġjuni f'dak il-qasam partikolari u jniedu l-azzjonijiet l-aktar immedjati biex jgħinu r-reġjun tad-Danubju jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal ekonomiku tiegħu u, b'mod speċjali, jirrispettaw l-iskadenza għall-implimentazzjoni tal-prġetti ewlenin f'dak il-qasam partikolari;

44.  Jistieden lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-ħtieġa li ssir analiżi interim tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju, biex tipprepara strumenti konkreti u kriterji għall-evalwazzjoni tal-proġetti abbażi ta' indikaturi li jippermettu li jsir paragun;

45.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tanalizza l-ewwel riżultati u esperjenzi b'konnessjoni mal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju li, flimkien mal-Istrateġija tar-Reġjun tal-Baħar Baltiku, se tgħin biex jiġu identifikati s-sorsi u l-metodi possibbli għall-finanzjament ta' strateġiji għal makroreġjonali fi ħdan il-qafas eżistenti;

46.  Jistieden lill-Kummissjoni tgħarraf u tikkonsulta regolarment lill-Parlament Ewropew dwar l-istatus tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tad-Danubju;

47.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-istituzzjonijiet rilevanti oħra.

(1) ĠU C 305 E, 11.11.2010, p. 14.
(2) ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 65.
(3) ĠU C 313 E, 20.12.2006, p. 443.


L-istat tad-dritt fir-Russja
PDF 216kWORD 51k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Frar 2011 dwar l-istat tad-dritt fir-Russja
P7_TA(2011)0066RC-B7-0101/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja u dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja, b'mod partikolari r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-17 ta' Settembru 2009 dwar il-qtil ta' attivisti tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja,(1), tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar il-konklużjonijiet tas-samit UE-Russja (il-31 ta' Mejju – l-1 ta' Ġunju 2010)(2), u tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tramuntana tal-Kawkażu (il-Federazzjoni Russa) u dwar il-prosekuzzjoni kriminali kontra Oleg Orlov(3),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra (PCA), kif ukoll in-negozjati li jinsabu għaddejjin dwar ftehim ġdid bejn l-UE u r-Russja,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem fid-dinja għal-2009 adottat f'Diċembru 2010, b'referenza speċjali għall-każ Magnitsky,

–  wara li kkunsidra l-konsultazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja dwar id-drittijiet tal-bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, id-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Dritt u r-Responsabilità tal-Individwi, Gruppi u Organi tas-Soċjetà li Jippromwovu u Jipproteġu d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali Universalment Rikonoxxuti,

–  wara li kkunsidra s-Sħubija għall-Modernizzazzjoni varata fis-samit UE-Russja f'Mejju 2010 f'Rostov-na-Don u l-impenn meħud mit-tmexxija Russa favur l-istat tad-dritt bħala bażi fundamentali għall-modernizzazzjoni tar-Russja,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Unjoni Ewropea tibqa“ kommessa li tapprofondixxi u tiżviluppa aktar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u r-Russja skont il-prinċipji minquxa fis-Sħubija għall-Modernizzazzjoni, imsejsa fuq impenn profond favur prinċipji demokratiċi, rispett għad-drittijiet fundamentali u tal-bniedem kif ukoll għall-istat tad-dritt,

B.  billi, bħala membru tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), kif ukoll bħala firmatarju tad-dikjarazzjonijiet tan-NU, ir-Russja kkommettiet ruħha għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-istat ta' dritt,

C.  billi bosta proċessi u proċedimenti ġudizzjarji matul l-aħħar snin tefgħu dubji fuq l-indipendenza u l-imparzjalità tal-istituzzjonijiet ġudizzjarji tal-Federazzjoni Russa,

D.  billi l-komunità internazzjonali, inkluża l-UE, qajmet tħassib dwar it-tieni sentenza maqtugħa fuq Mikhail Khodorkovsky u Platon Lebedev fit-30 ta' Diċembru 2010 fit-tieni proċess dwar assi tal-kumpanija Yukos,

E.  billi Borsi Nemtsov u madwar 70 persuna oħra ġew arrestati f'Moska fil-31 ta' Diċembru 2010, wara dimostrazzjoni tal-oppożizzjoni,

F.  billi ġurnalisti indipendenti, attivisti tas-soċjetà ċivili, avukati u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem spiss sfaw vittmi ta' theddidiet u atti vjolenti, billi l-leġiżlazzjoni kontra l-estremisti u d-dispożizzjonijiet il-ġodda tal-liġi dwar is-Servizz Federali tas-Sigurtà (FSB) mhumiex ċari u, b'riżultat ta' dan, spiss jintużaw biex ikiddu lill-NGOs, il-minoritajiet reliġjużi u l-organizzazzjonijiet medjatiċi,

G.  billi l-każijiet tal-ġurnalisti Anna Politkovskaya, Natalia Estemirova u Anastasiya Baburova u l-mewt tal-avukat Sergei Magnitsky kienu għadhom ma ġewx solvuti mill-awtoritajiet Russi,

H.  billi l-President Russu Medvedev f'bosta okkażjonijiet wiegħed li se jsaħħaħ l-istat tad-dritt, filwaqt li stqarr li l-kompitu tiegħu hu li joħloq qrati moderni assolutament indipendenti li jixirqu għal-livell tal-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż,

1.  Jafferma mill-ġdid il-konvinzjoni tiegħu li r-Russja għadha sieħba importanti tal-Unjoni Ewropea fil-bini ta' kooperazzjoni sostenibbli bbażata fuq id-demokrazija u l-istat tad-dritt;

2.  Jikkundanna bil-qawwa l-attakk terroristiku fl-ajruport Domodevodo ta' Moska u jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi u s-solidarjetà tiegħu ma' dawk li sfaw midruba fl-attakk; jenfasizza l-ħtieġa li l-awtoritajiet Russi jirrispondu għal dan l-attakk b'mod legali u meqjus, u jħallu s-sistema ġudizzjajra Russa taħdem b'mod liberu u indipendenti biex tipprosegwixxi u tikkundanna l-persuni responsabbli għall-attakk;

3.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar rapporti ta' proċessi motivati politikament, proċeduri inġusti u nuqqasijiet ta' investigazzjoni ta' delitti serji bħall-qtil, il-fastidju u l-kedd u atti oħra ta' vjolenza; iħeġġeġ lill-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi Russi jwettqu dmirijiethom b'mod effikaċi, imparzjali u indipendenti ħalli min wettaq l-atti jressquh quddiem il-ġustizzja;

4.  Jesprimi tħassib serju dwar il-verdett fit-tieni proċess u l-kundanna ta' Mikhail Khodorkovsky u Platon Lebedev; jenfasizza li tqajmu kwistjonijiet ġudizzjarji serji dwar dan il-proċess u dwar proċessi preċedenti kontra dawn iż-żewġ persuni,u jitlob li jsir rieżami ġudizzjarju li għandu jitwettaq bi rbit mal-appell pendenti kontra l-verdett; jesiġi li l-awtoritajiet Russi jagħmlu ħilithom kollha biex itejbu s-sistema ġudizzjarja, bi qbil mal-wegħdiet tal-President Medvedev li se jiżgura aktar ġustizzja u trasparenza;

5.  Iħeġġeġ lill-Ombudsman tal-Federazzjoni Russa jikkummissjona rieżami tal-akkużi u l-proċedimenti li jinsabu għaddejjin kontra r-rebbieħ tal-Premju Sakharov tal-Parlament Ewropew għal-Liberta tal-Ħsieb għall-2009, is-Sur Oleg Orlov; ifakkar li ma saret l-ebda investigazzjoni effikaċi dwar il-qtil ta' Natalia Estemirova, mexxejja ewlenija ta' Memorial fiċ-Ċeċnja;

6.  Jiddeplora t-tħarbit ta' dimostrazzjonijiet paċifiċi li jsiru fl-aħħar jum ta' kull xahrejn bi rbit mal-Artikolu 31 tal-Kostituzzjoni Russa, kif ukoll l-arresti ripetuti ta' protagonisti tal-oppożizzjoni, bħal fil-każ ta' Boris Nemtsov;

7.  Iħeġġeġ lill-Presidenti tal-Kunsill u l-Kummissjoni, kif ukoll lir-Rappreżentant Għoli, ikomplu jsegwu l-każijiet mill-qrib u jqajmu dawn il-kwistjonijiet f'formati u laqgħat differenti mar-Russja, b'mod partikolari waqt is-Samit UE-Russja li ġej;

8.  Ifakkar lill-Kunsill u lir-Rappreżentant Għoli dwar il-firxa sħiħa ta' miżuri adegwati li jistgħu japplikaw meta jkunu affrontati b'abbużi sistematiċi tad-drittijiet tal-bniedem u b'nuqassijiet ta' rispett tal-istat tad-dritt;

9.  Jistieden lill-UE u lir-Russja jintensifkaw in-negozjati dwar PCA ġdid, vinkolanti u komprensiv, u jtenni l-appoġġ qawwi tiegħu għal ftehim wiesa“ li jinkludi l-kwistjonijiet tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt, u tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet fundamentali; jenfasizza l-importanza l-funzjonament effikaċi tal-ġudikatura u t-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni jkunu żgurati;

10.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-għadd konsiderevoli ta' każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tad-dritt għall-għaqda paċifika, u jenfasizza l-importanza ta' djalogu kontinwu dwar id-drittijiet tal-bniedem bħala parti mill-Konsultazzjonijiet UE-Russja dwar id-drittijiet tal-bniedem, b'attenzjoni speċifika għall-passi konkreti meħuda mill-awtoritajiet Russi bil-għan li jiżguraw is-sikurezza tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

11.  Jenfasizza li rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem u għall-istat tad-dritt se jtejbu l-immaġni u l-kredibilità tar-Russja fid-dinja, b'mod partikolari fir-rigward tar-relazzjonijiet tagħha mal-Unjoni Ewropea, li huma importanti u għandhom jiżviluppaw fi sħubija strateġika, fid-dawl tad-dipendenza reċiproka u d-diversi interessi kondiviżi taż-żewġ partijiet, partikolarment fir-rigward tal-kooperazzjoni fl-oqsma tal-politika, is-sigurtà, l-ekonomija u l-enerġija, imma wkoll rigward ir-rispett għall-prinċipji u l-proċeduri demokratiċi, għall-istat tad-dritt u għad-drittijiet bażiċi tal-bniedem;

12.  Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta b'urġenza lill-Parlament valutazzjoni dwar jekk il-miżuri ġudizzjarji li ttieħdu kontra l-kumpanija Yukos u kontra l-eżekuttivi tagħha humiex kompatibbli mar-rekwiżiti applikabbli għar-Russja rigward l-ambizzjoni tagħha ta' sħubija sħiħa fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ;

13.  Jirrimarka li r-Russja, bħala membru tal-Kunsill tal-Ewropa, ikkommettiet ruħha li tirrispetta bis-sħiħ standards Ewropej rigward id-demokrażija, id-drittijiet fundamentali u dawk tal-bniedem u l-istat tad-dritt; jistieden lill-awtoritajiet Russi, f'dan ir-rigward, jikkonformaw mas-sentenzi kollha tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u jimplimentaw miżuri biex jirrettifikaw ksur f'każijiet individwali, inkluż billi jiżguraw li jsiru investigazzjonijiet effikaċi u billi jżommu responsabbli lil min iwettaq tali ksur, u jadottaw miżuri ġenerali biex jimplimentaw is-sentenzi, inkluż permezz tat-twettiq ta' tibdil fil-politiki u tibdil legali biex ma jħallux li każijiet ta' ksur ta' dan it-tip jerġgħu jseħħu fil-ġejjieni;

14.  Itenni t-talba tiegħu li l-konsultazzjonijiet dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tiġi intensifikata u ssir aktar effikaċi u orjentata lejn ir-riżultati, bil-parteċipazzjoni tal-Ministeri Russi tal-Ġustizzja, tal-Intern u tal-Affarijiet Barranin sew fi Brussell kif ukoll f'Moska u bil-parteċipazzjoni sħiħa tal-Parlament Ewropew fil-livelli kollha; ifakkar lir-Rappreżentant Għoli dwar id-deċiżjoni baġitarja tal-Parlament li jitwaqqaf forum tas-soċjetà ċivili;

15.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni joffru lir-Russja għajnuna u għarfien espert prattiċi biex isaħħu l-indipendenza tal-ġudikatura u tal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u jtejbu l-kapaċità tas-sistema ġudizzjarja li tilqa“ għall-pressjoni politika u ekonomika; jenfasizza r-rieda tal-unjoni Ewropea li tikkontribwixxi għat-twaqqif ta' programm ta' appoġġ ġudizzjarju ta' dan it-tip, u li tikkontibwixxi għall-edukazzjoni u t-taħriġ, b'mod speċjali dwar kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, tal-persunal tal-infurzar tal-liġi, tal-prosekuturi u tal-imħallfin;

16.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-gvern u l-parlament tal-Federazzjoni Russa, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-Organizzazzjoni għas-Sigurta? u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa.

(1) ĠU C 224 E, 17.9.2009, p. 27.
(2) Testi adottati, P7_TA(2010)0234.
(3) Testi adottati, P7_TA(2010)0390.


L-Istrateġija Enerġetika tal-Bank Dinji
PDF 218kWORD 52k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Frar 2011 dwar l-istrateġija enerġetika tal-Bank Dinji għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw
P7_TA(2011)0067B7-0128/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Mejju 2010 dwar il-Koerenza tal-Politiki tal-UE għall-Iżvilupp u l-kunċett ta' “Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp u iktar”(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2008 dwar il-Fond Globali għall-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija u għall-Enerġija Rinnovabbli(2),

–  wara li kkunsidra l-pakkett dwar il-klima u l-enerġija adottat minnu fis-17 ta' Diċembru 2008,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-1 ta' April 2004 dwar ir-Reviżjoni dwar l-Industriji Estrattivi, ikkummissjonata mill-Bank Dinji(3),

–  wara li kkunsidra r-“Rapport tal-Iżvilupp Dinji għall-2010 dwar l-Iżvilupp u l-Bidla fil-Klima”,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-aċċess għal servizzi enerġetiċi moderni jikkostitwixxi prerekwiżit għall-qerda tal-faqar u għall-iżvilupp ekonomiku, u billi d-dritt għall-enerġija jfisser li s-servizzi enerġetiċi għandhom ikunu affidabbli, ekonomikament aċċessibbli, speċjalment għall-fqar, u distribwiti b'mod ekwu sabiex jitneħħa d-distakk bejn iż-żoni urbani u dawk rurali,

B.  billi madwar 1,5 biljun ruħ attwalment huma mingħajr aċċess għall-elettriku, li minnhom erbgħa minn kull ħamsa jgħixu fl-Afrika Sub-Saħarjana u fl-Asja tan-Nofsinhar, l-aktar f'żoni rurali u billi kważi 2,4 biljun ruħ għadhom jużaw fjuwil tradizzjonali li ġej mill-bijomassa għat-tisjir u għat-tisħin, li jikkawża problemi gravi ta' saħħa u l-mewt ta' 1.9 miljun ruħ fis-sena mit-tniġġis f'ambjent fil-magħluq, kif ukoll ħsara ambjentali li tirriżulta minn użu insostenibbli tar-riżorsi naturali(4),

C.  Billi l-programmi konvenzjonali ta' elettrifikazzjoni taż-żoni rurali ffinanzjati mill-Bank Dinji ma rnexxilhomx, b'mod ġenerali, jilħqu l-persuni fqar li jgħixu f'żoni rurali, u billi t-teknoloġiji sostenibbli mhux kollegati man-netwerk jistgħu jkunu partikolarment adatti biex jipprovdu servizzi tal-elettriku f'żoni rurali minħabba n-natura deċentralizzata tagħhom,

D.  billi skont ix-xenarju ta' riferiment fil-Prospettivi Enerġetiċi Dinjin għall-2008 (World Energy Outlook 2008) tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, id-domanda dinjija għall-enerġija primarja se tiżdied b'45 % sal-2030 u l-pajjiżi mhux membri tal-OECD se jirrappreżentaw 87 % ta' dik iż-żieda minħabba żvilupp ekonomiku rapidu; billi, fl-istess xenarju, din iż-żieda rapida fid-domanda għall-enerġija fil-pajjiżi mhux membri tal-OECD mistennija tikkontribwixxi madwar 97 % tal-emissjonijiet addizzjonali tas-CO2,

E.  billi l-Bank Dinji bħalissa qiegħed iħejji strateġija enerġetika ġdida, li mistennija titlesta f'nofs l-2011, li taspira għal kontributi minn diversi partijiet interessati u li l-kunċett tagħha ta' provvista enerġetika effiċjenti, ekonomikament aċċessibbli u nadifa għat-tnaqqis tal-faqar u għat-tkabbir ekonomiku huwa element essenzjali,

F.  billi fl-2008, il-Bank Dinji impenja ruħu li jikkonċentra nofs l-investimenti tiegħu fuq teknoloġiji b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju sal-2011(5),

G.  billi l-provvista ta finanzjament għas-settur privat mill-banek multilaterali ta' żvilupp (MDBs) żdied b'għaxar darbiet mill-1990; billi din iż-żieda hija partikolarment rilevanti fil-fergħa li għandha x'taqsam mas-settur privat tal-Bank Dinji, il-Korporazzjoni Finanzjarja Internazzjonali (IFC), li t-total tas-self u tal-investiment tagħha żdied aktar mid-doppju bejn l-2003 u l-2008,

1.  Jilqa“ l-istrateġija enerġetika u jfakkar li għandha tittratta partikolarment il-mod kif l-aċċess għas-servizzi enerġetiċi jista” jeħles lin-nies mill-faqar, filwaqt li jaġevola l-bidla lejn triq ta' żvilupp enerġetiku sostenibbli f'termini ambjentali; iħeġġeġ lill-Bank Dinji jsegwi approċċ fir-rigward tal-iżvilupp tas-settur privat li jwassal għal benefiċċju massimu lill-fqar, filwaqt li jittratta t-tibdil fil-klima; jenfasizza li l-fatturi ambjentali u soċjali, kemm f'livell nazzjonali kif ukoll f'livell tal-komunitajiet lokali, għandhom jitqiesu f'analiżi komprensiva tal-kosti-benefiċċji tal-għażliet fil-qasam enerġetiku;

2.  Josserva li s-self ta' fjuwils fossili għadu jiżvolġi rwol dominanti fil-portafoll enerġetiku totali tal-Bank Dinji, minkejja żidiet reċenti fis-self favur inizjattivi fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-investimenti fi fjuwils fossili qegħdin isiru wkoll permezz ta' intermedjarji finanzjarji u li dan mhuwiex qed jitqies mill-Bank fiċ-ċifri annwali tiegħu għas-settur enerġetiku; josserva wkoll bi tħassib li l-Bank għadu jagħmel ammont kbir ta' investiment f'impjanti tal-enerġija mħaddma bil-faħam, u b'hekk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jibqgħu marbuta ma' enerġija bbażata fuq il-faħam għad-deċennji li ġejjin;

3.  Jilqa“, konformement mal-impenji meħuda mill-mexxejja tal-G-20 f'Pittsburgh f'Settembru 2009 li ġġeddu f'Ġunju 2010 f'Toronto, l-objettiv strateġiku tal-Bank Dinji tat-tneħħija progressiva tas-self għal proġetti bbażati fuq fjuwils fossili sal-2015;

4.  Jinkoraġġixxi lill-Bank Dinji jagħti prijorità lill-aċċess għall-enerġija fuq skala żgħira u fuq livell lokali, partikolarment fil-pajjiżi l-anqas żviluppati tal-Afrika u tal-Asja;

5.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-Bank Dinji jqis l-enerġija minn digi idroelettriċi kbar u mill-bijofjuwils bħala enerġija nadifa; jenfasizza, b'mod partikolari, it-twissijiet mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-theddida tal-bijofjuwils għall-provvista tal-ikel;

6.  Jistieden lill-Bank Dinji jidderieġi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' normi u standards innovattivi bil-għan li jiġu protetti d-drittijiet tal-komunitajiet u jiġi garantit li dawn għandhom aċċess għal u jibbenefikaw minn żviluppi tas-settur enerġetiku dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u sorsi enerġetiċi rinnovabbli;

7.  Josserva bi tħassib li volum kbir ta' finanzjamenti multilaterali pprovduti lill-intermedjarji finanzjarji mhuwiex ikkontrollat sew; jenfasizza fuq il-bżonn li jiġu definiti rekwiżiti ċari li għandhom jiġu sodisfatti mill-intermedjarji finanzjarji biex ikunu eliġibbli għall-finanzjament multilaterali; huwa tal-opinjoni li dawn għandhom jinkludu objettivi ta' żvilupp preċiżi (lil hinn mir-rendiment finanzjarju), kif ukoll salvagwardji soċjali u ambjentali b'saħħithom kif stipulati fil-protokolli u fit-trattati internazzjonali;

8.  Jenfasizza l-importanza tal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż marbutin mat-tibdil fil-klima; jappella għall-użu tal-approċċ tal-kalkolu taċ-ċiklu tal-ħajja ambjentali fil-proċess tal-kontabilità bil-għan li ssir valurazzjoni effikaċi tal-alternattivi disponibbli fil-qasam enerġetiku;

9.  Jisħaq fuq il-bżonn ta' diversifikazzjoni tal-portafoll enerġetiku, fid-dawl tal-problemi li jirriżultaw minn dipendenza eċċessiva fuq sors enerġetiku wieħed għall-ġenerazzjoni tal-enerġija bħall-fjuwils fossili importati jew l-enerġija idroelettrika (meta żminijiet ta' nixfa twal jissarrfu f'riservi vojta tal-ilma li jnaqqsu drammatikament il-kapaċità ġenerattiva); iħeġġeġ lill-Bank Dinji żżid l-investiment tiegħu fl-enerġiji rinnovabbli u fl-effiċjenza enerġetika, iżda jżomm milli jinvesti fi proġetti idroelettriċi kbar, li l-impatt soċjali u ambjentali negattiv tagħhom, li jirriżulta fost oħrajn mill emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra mir-riservi tal-ilma, għandu jiġi vvalutat kif suppost qabel ma jingħataw il-finanzjament; jenfasizza li d-digi idroelettriċi ż-żgħar huma iktar sostenibbli u ekonomikament vijabbli mill-impjanti idroelettriċi l-kbar;

10.  Jiddispjaċih li l-Bank Dinji jippromwovi l-aktar mudell enerġetiku fuq skala kbira u orjentat lejn l-esportazzjoni minkflok jagħti sostenn lil proġetti enerġetiċi deċentralizzati u fuq skala żgħira li spiss huma ixraq u aktar effikaċi biex jissodisfaw l-eżiġenzi ta' bażi fiż-żoni rurali; iħeġġeġ lill-Bank Dinji jagħti sostenn lill-proġetti enerġetiċi alternattivi deċentralizzati u fuq skala żgħira, filwaqt li jieħu kont tal-eżiġenzi tal-komunitajiet lokali u r-realtajiet ekonomiċi ta' pajjiżi differenti, u jiffissa objettivi speċifiċi u linji gwida ta' monitoraġġ biex jiggarantixxi li s-self relatat mal-enerġija jibbenefikaw minnu l-fqar;

11.  Iqis li l-aħjar mod kif jiġu solvuti kompromessi potenzjali huwa li jiġu eżaminati s-sigurtà tal-provvista, ir-riperkussjonijiet fuq is-saħħa, l-ambjent u l-impatti ekonomiċi fuq il-komunitajiet lokali u l-iżvilupp u t-trasferiment ta' teknoloġija meħtieġa kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell lokali bil-għan li jkun garantit aċċess għat-teknoloġiji sostenibbli għas-sorsi enerġetiċi rinnovabbli;

12.  Jisħaq fuq il-bżonn li jiġu żviluppati regoli dwar ir-rapportar u l-iżvelar li jippermettu trasparenza massima; jinsisti li l-Bank Dinji jidentifika biċ-ċar u jiżvela pubblikament il-benefiċċji speċifiċi għall-iżvilupp qabel jiġi impenjat il-finanzjament; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-prinċipju tal-“kunsens ħieles, preliminari u infurmat” (FPIC), kif stipulat fid-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni, mhuwiex rikonoxxut fil-qafas tal-istandards tar-rendiment tal-IFC;

13.  Jinkoraġġixxi lill-Bank Dinji jorjenta l-istrateġija enerġetika tiegħu lejn il-kummerċjalizzazzjoni u l-kompetittività tal-proġetti li għandhom x'jaqsmu mat-teknoloġiji sostenibbli bis-saħħa ta' finanzjament innovattiv u ta' programmi ta' żvilupp istituzzjonali għall-promozzjoni ta' taħlita ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija u enerġija rinnovabbli bħala għażla vijabbli u attraenti;

14.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-iżvilupp tat-teknoliġiji nodfa fil-pajjiżi l-fqar huwa marbut mat-trasferiment tat-teknoloġija, li jeħtieġ l-identifikazzjoni tal-ostakli saljenti għat-tixrid tat-teknoloġiji ħodor fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jiġi ttrattat it-tibdil fil-klima, kif ukoll li jiġu kkunsidrati flessibilitajiet ġodda fir-rigward tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali;

15.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Bank Dinji, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, P7_TA(2010)0174.
(2) ĠU C 66E, 20.3.2009, p. 35.
(3) ĠU C 103E, 29.4.2004, p. 819.
(4) UNDP u WHO (2008): Is-Sitwazzjoni tal-Aċċess għall-Enerġija fil-Pajjiżi li qed jiżviluppaw., New York.
(5) Grupp tal-Bank Dinji (2008) Qafas Strateġiku dwar l-Iżvilupp u t-Tibdil fil-Klima.


Ewropa 2020 (Kunsill tar-Rebbiegħa 2011)
PDF 396kWORD 79k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Frar 2011 dwar l-Istrateġija Ewropa 2020
P7_TA(2011)0068RC-B7-0097/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv'”,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir: l-avvanz tar-rispons komprensiv tal-UE għall-kriżi”,

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza wara l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tas-17–18 ta' Ġunju 2010,

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza wara l-laqgħat tal-Kunsill Ewropew li saru f'Marzu 2000, 2001, 2005, 2006 u 2007 u f'Diċembru 2009,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar il-governanza ekonomika(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali: rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu (rapport ta' nofs il-perjodu)(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar it-twaqqif ta' mekkaniżmu permanenti għall-kriżijiet biex tiġi protetta l-istabilità finanzjarja taż-żona tal-euro(3),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Linji Gwida Ġenerali għall-Politika Ekonomika tal-Istati Membri u tal-Unjoni, adottata fis-7 ta' Lulju 2010,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-istrateġija Ewropa 2020 għandha tgħin lill-Ewropa tirkupra mill-kriżi u toħroġ aktar b'saħħitha, permezz tal-ħolqien tal-impjiegi u tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv imsejjes fuq ħames miri ewlenin tal-UE fir-rigward tal-promozzjoni tal-impjiegi, it-titjib tal-kondizzjonijiet għall-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp, it-titjib tal-livelli edukattivi u l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, b'mod partikolari permezz tat-tnaqqis tal-faqar,

Il-governanza tal-Istrateġija Ewropa 2020 għandha tissaħħaħ

1.  Jenfasizza li l-azzjonijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 għandhom importanza kruċjali għall-prospetti futuri taċ-ċittadini Ewropej kollha, peress li jipprovdu impjiegi sostenibbli, tkabbir ekonomiku fit-tul u progress soċjali; jibża“ li l-Istrateġija Ewropa 2020 mhux se tkun tista” tissodisfa dak li wegħdet minħabba l-istruttura ta' governanza dgħajfa tagħha u għaldaqstant iħeġġeġ b'mod qawwi lill-Kunsill isaħħaħ il-metodu Komunitarju; itenni l-importanza li l-objettivi tal-Istrateġija UE 2020 jiġu integrati fil-qafas tal-governanza ekonomika u jitlob biex is-Simestru Ewropew isir parti mill-pakkett ta' governanza leġiżlattiv, waqt li jiġu inklużi l-parlamenti nazzjonali u s-sħab soċjali minn stadju bikri sabiex jitrawmu r-responsabilità demokratika, is-sjieda u l-leġittimità; jisħaq fuq il-fatt li l-kisba tal-Istrateġija Ewropa 2020 hi essenzjali u mhux fakultattiva;

2.  Jikkunsidra li l-Istħarriġ Annwali tat-Tkabbir u l-qafas tas-Simestru Ewropew huma għodda kruċjali għal koordinament mtejjeb tal-politiki ekonomiċi; jenfasizza, madankollu, li dawn m'għandhomx jieħdu post u lanqas inaqqsu l-importanza tal-għodda eżistenti prevista mit-Trattat, b'mod partikulari l-Linji Gwida Ġenerali għall-Politika Ekonomika u l-linji gwida għall-impjiegi tal-Istati Membri, fejn il-Parlament huwa involut u kkonsultat ħafna; jenfasizza l-ħtieġa għal konsistenza mal-kisba tal-ħames miri ewlenin għall-Istrateġija Ewropa 2020 miftehma mill-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni bl-intenzjoni li jiġi żgurat is-suċċess tagħha;

Il-baġit tal-UE u l-baġits nazzjonali għandhom jirriflettu aħjar l-ambizzjonijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020

3.  Jenfasizza li l-Istrateġija Ewropa 2020 trid tnaqqas id-distakk bejn l-ambizzjonijiet iddikjarati tagħha, ir-riżorsi disponibbli u l-metodoloġija użata; jitlob li l-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss jirrifletti l-ambizzjonijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020; jistieden lill-Kummissjoni tiċċara d-dimensjoni baġitarja tal-Inzjattivi Emblematiċi, minħabba li dawn il-pjanijiet ta' azzjoni prijioritarja jinvolvu l-politiki kollha ffinanzjati permezz tal-baġit tal-UE; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummisjosni tressaq proposti dwar it-twaqqif ta' riżorsi proprji ġodda sabiex l-Unjoni tingħata riżorsi finanzjarji reali u awtonomi;

4.  Jenfasizza li l-Istrateġija Ewropa 2020 tirrikjedi riformi u investimenti pubbliċi u privati sostanzjali ħafna u minn kmieni f'firxa estensiva ta' proġetti; jinnota li dawn jirrikjedu l-mobilizzazzjoni kemm tal-istrumenti u d-dħul innovattivi eżistenti, kif ukoll dawk ġodda;

5.  Jitlob b'insistenza li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jipproduċu qafas ta' finanzjament kredibbli, u li l-Kunsill Ewropew jikkunsidra l-ħtiġijiet ta' finanzjament bħala parti mir-rieżami tiegħu dwar il-governanza ekonomika; jikkunsidra li l-finanzjament tal-Istrateġija Ewropa 2020 jirrikjedi sett miftiehem ta' inizjattivi politiċi, li jkunu jinvolvu lill-istituzzjonijiet Ewropej, bħall-BEI u l-BERŻ; jenfasizza, barra minn hekk, li l-finanzjament mis-settur privat se jkun indispensabbli u jirrikjedi oqfsa legali li jindirizzaw ir-riskji fit-tul involuti;

6.  Jinsab konvint li, bil-qafas politiku korrett u b'riżorsi tal-baġit adegwati, l-agrikoltura u l-forestrija jistgħu jiżvolġu rwol importanti fi strateġija Ewropea ġenerali mfassla biex tiggarantixxi l-irkupru ekonomiku, filwaqt li fl-istess ħin jikkontribwixxu għas-sikurezza tal-ikel fl-UE u madwar id-dinja, jikkonservaw il-pajsaġġ rurali li jirrappreżenta 90% tat-territorju tal-UE, jiżguraw benefiċċji ambjentali u jagħtu kontribut importanti għat-tfittxija għal sorsi alternattivi tal-enerġija;

7.  Jikkunsidra li politika ta' koeżjoni b'saħħitha u ffinanzjata sew li tiġbor fiha r-reġjuni Ewropej kollha għandha tkun element kumplimentari fundamentali tal-Istrateġija Ewropa 2020; hu tal-fehma li din il-politika, bl-approċċ orizzontali tagħha, hija prekundizzjoni biex l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 jintlaħqu b'suċċess, kif ukoll biex tinkiseb il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali;

Att kuraġġuż dwar is-Suq Uniku u dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-ħolqien tal-impjiegi

8.  Jikkunsidra li l-Istati Membri għandhom jiġu inkoraġġiti jagħtu l-ogħla prijorità lill-ġlieda kontra l-qgħad u lill-prevenzjoni tal-esklużjoni fit-tul mis-suq tax-xogħol fil-Programmi tagħhom ta' Riforma Nazzjonali; jemmen li dan għandu jingħaqad ma' miżuri biex ikunu żgurati aktar ħolqien ta' impjiegi, impjiegi aħjar u livelli għoljin ta' impjiegi ta' kwalità għolja fuq żmien medju u twil;

9.  Jisħaq fuq ir-rwol vitali ta' approċċ olistiku għat-tnedija mill-ġdida tal-Att dwar is-Suq Uniku biex jiġu żgurati rendiment ekonomiku aħjar u dimensjoni soċjali mssaħħa filwaqt li terġa“ tinbena l-fiduċja billi ċ-ċittadin jitqiegħed fil-qalba tas-Suq Uniku; jemmen li, biex tirnexxi t-tnedija mill-ġdida tas-Suq Uniku, huma kruċjali gwida komprensiva mill-ogħla livell politiku u l-appoġġ mill-Kunsill Ewropew;

10.  Jiġbed l-attenzjoni għar-rwol li r-Regolamentazzjoni Intelliġenti tista“ tiżvolġi fit-titjib tal-qafas regolatorju li fih joperaw in-negozji; jemmen li l-proposti li jinsabu fiha jistgħu jgħinu biex jinħoloq ambjent kummerċjali b'saħħtu li jiffaċilita t-tkabbir u l-innovazzjoni, iżda jinnota li s-sħab kollha fil-proċess leġiżlattiv iridu jassumu r-responsabbiltà biex jipproduċu regolamenti aktar effikaċi u anqas ta' piż;

11.  Jesprimi d-diżappunt tiegħu li, sentejn wara l-adozzjoni tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar, il-Kummissjoni għadha nieqsa f'dawk li huma azzjonijiet u inizjattivi konkreti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jippromwovu ambjent aktar favorevoli għall-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jippromwovu l-użu trasparenti ta' proċeduri ta' akkwist pubbliku prekummerċjali għat-teknoloġiji innovattivi u “ħodor”;

12.  Jilqa“ l-proposta tal-Kummissjoni għal koperazzjoni msaħħa fir-rigward tat-twaqqif ta' privattiva Ewropea u jitlob li tiġi adottata malajr mill-Parlament u l-Kunsill;

13.  Jinsisti li l-ugwaljanza bejn is-sessi hija mira ewlenija biex tintlaħaq l-ambizzjoni tal-EU 2020; isejjaħ għaldaqstant għal parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa fis-suq tax-xogħol u għall-inklużjoni sħiħa ta' ħaddiema nisa fit-taħriġ vokazzjonali; isejjaħ ukoll għal aġenda sabiex tinqered id-differenza eżistenti fil-ħlas bejn in-nisa u l-irġiel;

Inizjattivi emblematiċi
Kummenti ġenerali

14.  Jenfasizza li l-kontenut attwali tal-Istrateġija Ewropa 2020, bħall-miri ewlenin, il-proposti emblematiċi, l-konġestjonijiet u l-indikaturi għadhom ta' natura ġenerali ħafna; jenfasizza li dan is-sett ta' inizjattivi jista“ jinkiseb biss permezz ta' impenji konkreti mill-Istati Membri fil-Programmi tagħhom ta' Riforma Nazzjonali u proposti leġiżlattivi konkreti u konsistenti;

L-Inizjattiva Emblematika, “Unjoni ta' Innovazzjoni”

15.  Jilqa“ l-inizjattiva emblematika dwar ”Unjoni ta' Innovazzjoni“ bħala mutur fundamentali biex jinkisbu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, li tindirizza l-isfidi soċjetali ewlenin bħas-sigurtà tal-enerġija u tal-ikel, it-tibdil fil-klima, is-saħħa u popolazzjoni li qed tixjiħ; ifakkar li l-mira ta' 3% tikkonsisti minn sehem ta' 2% (infiq privat) u sehem ta' 1% (infiq pubbliku); jinnota li għad fadal nuqqasijiet partikulari fil-qasam tal-infiq għar-riċerka privata li jistgħu jintgħelbu biss billi l-ambjent regolatorju jiġi adattat għall-kumpaniji, inklużi l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju; jilqa”, għaldaqstant, l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ttejjeb il-kundizzjonijiet ta' qafas għall-innovazzjoni tan-negozji, b'mod partikulari fir-rigward tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali;

16.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħaħ, jiġi stimolat u jiġi żgurat il-finanzjament tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-iżvilupp fl-UE peremzz ta' żieda sinifikanti fl-infiq relevanti wara l-2013; jindika l-importanza li l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jkollhom aċċess għall-Programm Qafas u l-Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni; jitlob Regolament Finanzjarju rivedut biex jiffaċilita l-applikazzjonijiet tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju; jenfasizza n-nuqqas ta' fondi għal strumenti kruċjali għar-riċerka, l-innovazzjoni u l-użu li ġa ġew adottati, bħall-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika; jenfasizza l-kontribut importanti li jagħti l-Programm Qafas għar-Riċerka għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; jindika l-kontribut importanti li jagħtu l-fondi strutturali biex jistimolaw ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fil-livell nazzjonali u reġjonali; jisħaq fuq il-ħtieġa li jinħolqu sinerġiji bejn il-finanzjament strutturali u dak tal-Programm Qafas;

17.  Jemmen li mhumiex is-sussidji li l-kumpaniji Ewropej innovattivi jeħtieġu, iżda aktar libertà u aċċess aħjar għall-kapital ta' riskju; jikkunsidra li l-Unjoni Ewropea għandha takkomoda din il-ħtieġa billi tespandi l-prodotti permanenti għall-kondiviżjoni tar-riskji offruti mill-Bank Ewropew tal-Investiment via l-Faċilità ta' Finanzjament għall-Kondiviżjoni tar-Riskji; jikkunsidra li hemm potenzjal sinifikanti mhux sfruttat għall-promozzjoni tal-innovazzjoni permezz tal-akkwist pubbliku;

L-Inizjattiva Emblematika, “Żgħażagħ Mobbli”

18.  Jilqa“ l-inizjattiva emblematika, ”Żgħażagħ Mobbli“; jinsisti li l-kwalità u l-aċċess għal edukazzjoni relevanti huma prerekwiżit kostanti għal ekonomija tas-suq soċjali sostenibbli; jenfasizza, konsegwentement, li jekk l-Istati Membri jimmiraw li jiksbu l-miri komuni tal-iżvilupp ekonomiku u dawk stabbiliti għall-edukazzjoni, l-investiment proprju se jkun kruċjali fis-sistemi edukattivi u ta' taħriġ tagħhom, inkluż fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali; jiddispjaċih madankollu, li l-inizjattiva emblematika ma tindirizzax xi suġġetti fundamentali, bħall-parteċipazzjoni fis-soċjetà jew il-faqar taż-żgħażagħ; jitlob għal proposti iktar b'saħħithom dwar l-inklużjoni;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiffinanzja b'mod xieraq il-programmi eżistenti dwar il-mobilità u ż-żgħażagħ bħal Tagħlim tul il-Ħajja (Erasmus, Leonardo, Comenius, Grundtwig), Żgħażagħ fl-Azzjoni u Marie Curie; jemmen li dan jagħti kontribut importanti għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ u biex tintlaħaq rata ta' impjiegi ta' 75%;

20.  Jenfasizza li l-inizjattiva Żgħażagħ Mobbli ma tistax taffronta waħedha r-rata allarmanti ta' qgħad fost iż-żgħażagħ madwar l-Ewropa kollha; jistieden lill-Istati Membri kollha jistabilixxu, bħala parti mill-Programmi tagħhom ta' Riforma Nazzjonali, strateġija nazzjonali biex jaffrontaw il-qgħad fost iż-żgħażagħ u jiżguraw li ż-żgħażagħ ikollhom aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ; jenfasizza li l-politiki dwar iż-żgħażagħ għandhom jitqiesu b'rabta mal-politiki dwar l-edukazzjoni, l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali; jappoġġa bil-qawwa l-proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Garanzija Ewropea għaż-Żgħażagħ u jħeġġeġ lill-Kunsill jadottaha mill-iktar fis possibbli;

L-Inizjattiva Emblematika, “Aġenda Diġitali għall-Ewropa”

21.  Jilqa“ l-proposti ambizzjużi tal-Kummissjoni dwar ”l-Aġenda Diġitali“, imma jħeġġeġ lill-Kummissjoni tħaffef l-adozzjoni tal-proposti relatati mas-suq diġitali uniku, bħal dawk dwar il-kummerċ elettroniku, il-proprjetà intellettwali, il-fiduċja u s-sigurtà fuq l-internet, ir-roaming u l-awtentikazzjoni elettronika; jitlob lill-partijiet kollha jagħlmlu l-ewwel politika dwar l-ispettru tar-radju realtà; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żviluppata ċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-kontenut u l-għerf, ”il-ħames libertà“;

22.  Jisħaq li midja pluralista u indipendenti hi pilastru tad-demokrazija Ewropea; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tissalvagwardja l-pluraliżmu medjatiku; jemmen li l-protezzjoni tal-privatezza tikkostitwixxi valur fundamentali u jitlob li d-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data tiġi adattata għall-ambjent diġitali attwali sabiex jiġi żgurat li kull ċittadin ikollu l-kontroll tad-data personali tiegħu;

L-Inizjattiva Emblematika, “Ewropa b'użu effiċjenti tar-riżorsi”

23.  Jilqa“ l-inizjattiva emblematika tal-Istrateġija Ewropa 2020 dwar Ewropa b'użu effiċjenti tar-riżorsi u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli b'ħidmitha dwar il-formulazzjoni ta' politiki konkreti biex tiżgura tranżizzjoni għal ekonomija li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti u bbażata fuq enerġija rinnovabbli; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa parametri ta' riferiment konkreti u tiżgura li jintlaħqu l-miri miftehma u li jistgħu jiġu mmonitorati fi ħdan il-qafas tas-Simestru Ewropew għall-koordinament politiku tal-Istrateġija Ewropa 2020; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tiġi mmodernizzata u aġġornata l-infrastruttura Ewropea tal-enerġija, li jiġu żviluppati grids intelliġenti u jinbnew interkonnessjonijiet, li huma meħtieġa għat-twettiq tas-suq intern tal-enerġija, it-tisħiħ tas-sigurtà tal-provvista, l-ilħuq tal-miri tagħna rigward l-enerġija u l-klima u t-tħaffif tal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni;

24.  Ifakkar li l-effiċjenza fl-enerġija hija l-mod l-aktar kost-effettiv biex jitnaqqsu l-emissjonijiet, tittejjeb is-sigurtà tal-enerġija u l-kompetittività u jitnaqqsu l-kontijiet enerġetiċi tal-konsumatur, kif ukoll biex jinħolqu l-impjiegi; jisħaq fuq il-fatt li ma jidhirx li l-Istati Membri qed jagħmlu biżżejjed sforzi biex jilħqu l-mira ta' 20% fl-effiċjenza tal-enerġija; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jintensifikaw il-miżuri u jilħqu l-livell ta' din il-mira vitali li impenjaw ruħhom għaliha fl-2007; jitlob lill-Kummissjoni tifformula miżuri, flimkien mal-Istati Membri, sabiex tiżgura li l-mira tintlaħaq kif rikjest mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar “Ir-reviżjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija” (ir-rapport Bendsten) u “Lejn Strateġija ġdida dwar l-Enerġija għall-Ewropa 2011-2020” (ir-rapport Kolarska Bobinska);

25.  Jiddispjaċih li din il-komunikazzjoni emblematika ma tattribwixxix biżżejjed importanza għall-effiċjenza tar-riżorsi bħala priorità politika globali tal-UE; jinsisti li hemm bżonn li l-UE tibda t-tranżizzjoni lejn ekonomija ta' riċiklaġġ, waqt li tiżgura t-tnaqqis fil-produzzjoni tal-iskart u l-valur tal-użu mill-ġdid tar-riżorsi; jisħaq fuq il-fatt li s-sostenibilità ambjentali tiddependi minn tnaqqis fl-użu tar-riżorsi; jistieden lill-Kummissjoni tfassal sett ta' indikaturi sabiex ikunu jistgħu jiġu mmonitorati fil-Programmi ta' Riforma Nazzjonali;

L-Inizjattiva Emblematika, “Politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni”

26.  Jitlob li jkun hemm approċċ olistiku, ibbilanċjat u li jħares “il quddiem għall-politika industrijali tal-UE, li tkun immirata lejn l-iżvilupp ta' bażi industrijali b'saħħitha, kompetittiva, koerenti, effiċjenti u ddiversifikata, u fejn il-politiki dwar l-innovazzjoni, ir-riċerka, il-kompetizzjoni, is-Suq Uniku, il-kummerċ u l-ambjent ikunu kkoordinati; jikkunsidra li l-objettivi fundamentali għandhom ikunu l-promozzjoni tal-ħolqien tal-impjiegi u l-kompetittività internazzjonali tal-impriżi Ewropej, ir-ristrutturar intelliġenti u d-djalogu mal-impjegati, ekonomija sostenibbli u għażla libera fl-għażliet teknoloġiċi u l-mobilità tar-riċerkaturi; jitlob li jiġu applikati minnufih il-prinċipji ta' regolamentazzjoni intelliġenti fil-valutazzjonijiet tal-impatt indipedenti, inklużi ”prova ta' kompetittività“ għal-leġiżlazzjoni l-ġdida, test li jqis l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju sabiex jiġi żgurat ambjent regolatorju aktar favorevoli għan-negozji ż-żgħar u anqas piżijiet amministrattivi, prova ta' sostenibilità b'mod konformi mal-objettivi tal-UE fil-qasam tal-klima, l-enerġija, l-effiċjenza tar-riżorsi u r-riċiklaġġ, u ”kontrolli tas-saħħ“ ex post għal-leġiżlazzjoni eżistenti;

27.  Jisħaq fuq il-fatt li l-politiki tal-UE dwar it-trasport u l-enerġija li jkompru l-infrastruttura u s-servizzi huma fundamentali biex jinkisbu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 jisħaq fuq il-fatt li s-settur tat-trasport se jiżgura li s-suq tal-UE jżomm postu bħala żona ta' produzzjoni altament kwalifikata, permezz tad-dekarbonizzazzjoni tal-modi kollha ta' trasport, l-implimentazzjoni taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea u t-tlestija tal-Ajru Uniku Ewropew; jitlob li jkun hemm Strateġija Ewropea dwar il-Materja Prima effikaċi sabiex jittejbu l-aċċessibilità u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u l-enerġija waqt li l-materjali kritiċi jiġu żgurati permezz tal-iżvilupp tal-Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles u s-sħubiji strateġiċi; jitlob għal aċċess imtejjeb b'mod sinifikanti għall-finanzjament fl-innovazzjoni u l-infrastrutturi, speċifikament għall-grids intelliġenti, it-teknoloġiji “ħodor” is-saħħa diġitali, in-Netwerks Trans-Ewropej u l-proġetti b'valur miżjud pruvat li ma jistgħux jiġu ffinanzjati mis-suq; jitlob, f'dan ir-rigward, li jittieħdu passi biex jiġu esplorati l-opportunitajiet li joffru l-Bond Proġettwali;

L-Inizjattiva Emblematika, “Aġenda għal kapaċitajiet u impjiegi ġodda”

28.  Jenfasizza l-fatt li s-sistemi ta' protezzjoni soċjali b'saħħithom jipprevjenu l-esklużjoni fit-tul; jinsisti li l-investiment fil-politiki dwar suq tax-xogħol attiv u opportunitajiet ta' edukazzjoni u taħriġ biex kulħadd ikun jista“ jikseb kapaċitajiet ġodda huma essenzjali biex jitnaqqas il-qgħad; jisħaq fuq l-importanza tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u t-tnedija mill-ġdid tas-Suq Uniku f'dan ir-rigward; jappoġġja, b'mod partikolari, l-implimentazzjoni tal-qafas Ewropew tal-kwalifiki u l-inizjattiva leġiżlattiva ppjanata għar-riforma tal-kwalifiki professjonali biex ikun żgurat ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali;

29.  Jilqa“ ”l-Aġenda għal kapaċitajiet u impjiegi ġodda“; jinnota li l-flessigurtà ġiet implimentata b'suċċess f'ċerti pajjiżi, imma jwissi li l-kunċetti ta' flessigurtà ma jistgħux jisfruttaw il-potenzjal tagħhom fl-Istati Membri bi ftit possibilitajiet ta' tisħiħ tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali minħabba limitazzjonijiet baġitarji u żbilanċji makroekonomiċi, u jikkunsidra li t-tnaqqis tas-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol irid jinkiseb billi tingħata s-sigurtà xierqa għall-ħaddiema taħt kull forma ta' kuntratt, speċjalment il-gruppi vulnerabbli; ifakkar lill-Kummissjoni ma titraskurax il-bżonn li tiġi żgurata tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn suq tax-xogħol aktar sostenibbli u l-potenzjal enormi ta' impjiegi sostenibbli; jisħaq fuq il-fatt li kwalunkwe riforma tas-suq tax-xogħol tista” biss tiġi introdotta b'suċċess billi jintlaħaq grad għoli ta' kunsens soċjali permezz ta' ftehimiet mas-sħab soċjali;

L-Inizjattiva Emblematika, “Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar”

30.  Ifakkar li l-Istrateġija Ewropa 2020 tinkludi mira biex tal-anqas 20 miljun persuna li huma f'qagħda ta' faqar u esklużjoni soċjali jew li qed jirriskjaw li jispiċċaw f'din il-qagħda, jitneħħew minn dan l-istat; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżguraw konformità sħiħa mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Klawżola Soċjali Orizzontali (Artikolu 9, TFUE) biex jiżguraw li l-politiki kollha jikkontribwixxu aktar milli jdgħajfu l-għan tat-tnaqqis tal-faqar;

31.  Jistieden lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom li jindirizzaw il-faqar tat-tfal permezz tal-miżuri xierqa, b'tali mod li t-tfal ma jkunux ristretti fl-iżvilupp personali tagħhom u ma jkunux sottoprivileġġati meta jidħlu fil-ħajja professjonali;

32.  Jilqa“ l-proposti għal Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali, iżda jitlob għal azzjonijiet iktar konkreti biex ikun hemm l-inklużjoni soċjali, b'mod partikolari t-tisħiħ tal-Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni Soċjali, bħala strateġija integrata li tinvolvi l-partijiet interessati nazzjonali u lokali, inklużi dawk li jesperjenzaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali; itenni t-talba tiegħu għal aġenda aktar estensiva għall-promozzjoni ta' xogħol diċenti, l-iżgurar tad-drittijiet tal-ħaddiema madwar l-Ewropa u t-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-affrontar tal-inugwaljanza u d-diskriminazzjoni, l-ġlieda kontra l-faqar ta' dawk li għandhom xogħol;

o
o   o

33.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, P7_TA(2010)0224.
(2) Testi adottati, P7_TA(2010)0376.
(3) Testi adottati, P7_TA(2010)0491.


L-implimentazzjoni tal-linji gwida għall-politiki dwar l-impjieg tal-Istati Membri
PDF 296kWORD 56k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Frar 2011 dwar l-implimentazzjoni tal-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri
P7_TA(2011)0069B7-0127/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri: It-Tieni Parti tal-Linji Gwida Integrati tal-Istrateġija Ewropa 2020(1),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-12 ta' Jannar 2011 dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir: l-avvanz tar-rispons komprensiv tal-UE għall-kriżi (COM(2011)0011), u l-Abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi anness magħha,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għall-politiki tal-Istati Membri dwar l-impjiegi tat-12 ta' Jannar 2011 (COM(2011)0006),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/707/UE tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 148 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, wara l-adozzjoni tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, il-Kummisjoni pproponiet li l-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi adottati fl-2010 għandhom jinżammu għall-2011,

B.  billi l-kriżi ekonomika attwali għadha qed tippreżenta sfidi fil-forma ta' qgħad u esklużjoni soċjali li kulma jmur qed jiżdiedu,

C.  billi hemm interrelazzjoni qawwija bejn l-irkupru ekonomiku u t-tkabbir, l-impjiegi, il-ġlieda kontra l-faqar u l-inklużjoni soċjali,

D.  billi l-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi u l-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri huma fost l-istrumenti ewlenin imfassla biex jorjentaw il-politiki tal-UE u tal-Istati Membri favur sforzi biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri ta' Ewropa 2020,

E.  billi hemm ħtieġa urġenti li jiżdiedu l-isforzi fil-livelli kollha, bl-involviment tas-sħab soċjali u ta' partijiet interessati oħra, biex jiġi żgurat li l-linji gwida għall-impjiegi jiġu implimentati kif suppost, bil-ħsieb li tiżdied il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, tiġi żviluppata forza tax-xogħol kwalifikata u jittejbu l-kwalità u l-prestazzjoni tas-sistemi edukattivi u tat-taħriġ,

It-tisħiħ tal-governanza u t-tkabbir fil-livell tal-ambizzjonijiet fl-ilħuq tal-għanijiet ta' Ewropa 2020

1.  Iqis li, fid-dawl tal-proposta tal-Kummissjoni li l-linji gwida għall-impjiegi adottati fl-2010 jinżammu għall-2011, ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-Programmi Nazzjonali ta' Riforma saru l-għodda ewlenija ta' sorveljanza u orjentazzjoni makroekonomika; jikkundanna n-nuqqas li l-Parlament jiġi involut f'dan il-proċess u n-nuqqas ta' dibattitu dwaru;

2.  Iqis li l-isfidi ewlenin li qed jaffaċċjaw l-UE u l-Istati Membri fir-rigward tal-impjiegi u tal-qgħad għandhom jiġu riflessi kif xieraq fil-proċess futur dwar l-iżbilanċi makroekonomiċi, fil-qafas tal-politika tal-linji gwida Ewropej għall-impjiegi;

3.  Iqis li l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir u l-qafas previst mis-Simestru Ewropew huma għodod kruċjali għal koordinament imsaħħaħ tal-politiki ekonomiċi u għalhekk huma parti importanti mir-reazzjoni tal-Unjoni għall-kriżi; jinnota, madankollu, li dawn l-għodod għandhom jitħaddmu b'mod li jkun konsistenti mal-ħtieġa ta' proċessi demokratiċi u jappoġġaw, u mhux iservu biex jissostitwixxu jew inaqqsu l-importanza tal-għodod eżistenti previsti fit-Trattat, b'mod partikolari l-linji gwida ekonomiċi ġenerali u l-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri, li l-Parlament irid ikun involut mill-qrib fihom u, fil-każ ta' dawn tal-aħħar, ikkonsultat dwarhom; jitlob li dawn l-għodod jiġu integrati fil-qafas tas-Simestru Ewropew u li tingħata attenzjoni partikolari sabiex jiġi żgurat li l-importanza tagħhom ma tonqosx, bil-ħsieb li jintlaħaq l-objettiv tal-Kummissjoni u tal-Kunsill li jiżdiedu s-sjieda u r-responsabilità demokratika;

4.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, meta jagħtu pariri politiċi lill-Istati Membri, biex jirrispettaw il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tad-djalogu soċjali fil-qasam tal-pagi u tal-pensjonijiet, kif ukoll li, bi qbil mal-Artikolu 153(5) TFUE, jirrispettaw il-kompetenzi tal-Istati Membri u tas-sħab soċjali skont il-prattiki nazzjonali f'dawn l-oqsma;

5.  Iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jiżguraw li l-istrateġija Ewropa 2020 u s-sistema Ewropea msaħħa ta' governanza ekonomika jkunu effikaċi u demokratikament leġittimi; jenfasizza li dan jagħmel essenzjali li l-Parlament ikun involut b'mod ġenwin u f'waqtu tul il-proċeduri kollha ta' sorveljanza u koordinament tal-politika; jikkundanna n-nuqqas ta' referenza għar-rwol tal-Parlament fil-proċess fl-iskeda ta' żmien proposta fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir;

6.  Jistieden lill-Istati Membri jinvolvu aktar mill-qrib u jikkonsultaw regolarment mal-parlamenti nazzjonali, mas-sħab soċjali, mal-awtoritajiet reġjonali u lokali u mas-soċjetà ċivili; iqis li n-nuqqas attwali ta' informazzjoni dwar il-proċeduri ta' konsultazzjoni fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma għandu jiġi indirizzat;

7.  Jinnota l-indikazzjoni preliminari tal-miri nazzjonali tal-Istati Membri għall-impjiegi; jesprimi tħassib serju dwar in-nuqqas ta' ambizzjoni f'dan ir-rigward, u b'mod partikolari dwar il-fatt li fl-aħjar xenarju possibbli, l-eżitu kollettiv stmat jonqos milli jilħaq, b'aktar minn żewġ punti perċentwali, il-mira emblematika tal-UE u l-impenn li tintlaħaq rata ta' persuni li jaħdmu ta' 75% sal-2020;

8.  Jistieden lill-Istati Membri jerġgħu jikkunsidraw il-miri nazzjonali tagħhom għall-impjiegi, biex il-mira emblematika tal-UE tkun tista“ tintlaħaq, u li jieħdu dawn il-miri bis-serjetà daqs kemm jieħdu bis-serjetà l-miri tagħhom ta' konsolidament fiskali;

9.  Jistieden lill-Istati Membri, barra minn hekk, jagħtu attenzjoni speċjali lil sottogruppi speċifiċi, bħaż-żgħażagħ, in-nisa, il-persuni b'diżabilità u l-ħaddiema aktar anzjani, u li jistabbilixxu miri nazzjonali għalihom;

10.  Jistieden lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma għamlux hekk biex jistabbilixxu l-miri nazzjonali tagħhom dwar l-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar u biex jindirizzaw il-problema tal-ħaddiema foqra; jistieden lill-Istati Membri, meta jkunu qed jagħmlu dan, jiżguraw li l-mira ambizzjuża li kien hemm qbil dwarha fil-Kunsill Ewropew tintlaħaq u li l-interazzjoni bejn il-miri, speċjalment dawk dwar l-impjiegi u l-edukazzjoni u t-taħriġ u dwar l-inklużjoni soċjali u l-faqar, titqies kif jixraq;

L-iżgurar li l-linji gwida għall-impjiegi jiġu implimentati

11.  Jinnota li l-prospettivi ta' tkabbir ekonomiku dgħajjef jillimitaw il-possibilitajiet għall-ħolqien tal-impjiegi u tax-xogħol;

12.  Jistieden lill-Kunsill Ewropew biex il-kwistjonijiet tal-impjiegi ma jagħmilhomx sekondarji meta jqis ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir fis-sens li l-konsolidament fiskali rigoruż jagħmlu l-ewwel prijorità għall-perjodu 2011/2012;

13.  Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li l-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jiksbu riżultati fl-oqsma kollha prijoritarji, inkluż iż-żieda fil-livelli ta' persuni li jaħdmu u t-tnaqqis tal-qgħad, l-isfruttament tal-potenzjal tal-impjiegi ta' ekonomija ġdida b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju, l-iżvilupp ta' forza tax-xogħol kwalifikata, il-promozzjoni tal-kwalità tal-impjiegi u tat-tagħlim tul il-ħajja kif ukoll il-faċilitazzjoni tal-bilanċ bejn il-ħajja professjonali u dik tal-familja; iqis li dawn l-isforzi għandhom jiġu riflessi fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma finali;

14.  Jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza tal-Fondi Strutturali, u b'mod partikolari tal-Fond Soċjali Ewropew, biex wieħed jikkontrobatti l-effetti tal-kriżi fuq l-impjiegi; iqis li l-użu ta' dawn il-Fondi għandu jkun orjentat favur l-għoti ta' appoġġ lill-gruppi li għandhom l-aktar diffikultajiet kbar sabiex jidħlu fis-suq tax-xogħol jew jibqgħu fih;

15.  Iqis ukoll li, minbarra l-implimentazzjoni ta' miżuri tas-suq tax-xogħol aktar effikaċi, huwa essenzjali li jkun hemm interazzjoni aktar mill-qrib bejn il-qasam tal-politika tal-impjiegi, dak soċjali u oħrajn, b'mod partikolari l-politiki makroekonomiċi, tar-riċerka u l-iżvilupp, tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, jekk il-miri ta' Ewropa 2020 għandhom jintlaħqu;

Intensifikazzjoni tal-azzjoni biex ikun hemm aktar impjiegi ta' kwalità aħjar

16.  Jistieden lill-Istati Membri, fil-Programmi Nazzjonali tagħhom ta' Riforma, jagħtu l-akbar prijorità liż-żieda fil-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, l-indirizzar tal-qgħad u l-prevenzjoni ta' esklużjoni fit-tul mis-suq tax-xogħol;

17.  Iqis li għandha ssir ħafna aktar enfasi fuq il-kwalità tal-impjiegi u x-xogħol diċenti u fuq politiki ekonomiċi orjentati għall-provvista fi sforz biex tingħata spinta lid-domanda fis-suq tax-xogħol;

18.  Iqis, b'rabta ma' dan, li huma meħtieġa sforzi biex isir użu aħjar mill-potenzjal taż-żgħażagħ, inklużi dawk li jieqfu jmorru l-iskola qabel iż-żmien, in-nisa, l-anzjani, l-iżvantaġġati u l-persuni b'diżabilità, il-migranti u l-membri tal-minoranzi etniċi, inklużi r-Roma; jistieden lill-Istati Membri jadattaw is-swieq tax-xogħol tagħhom għall-ħtiġijiet u l-ħiliet ta' dawn il-gruppi f'kull stadju ta' ħajjithom;

19.  Jenfasizza l-importanza ta' politiki li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni taż-żgħażagħ mill-iskola għax-xogħol; jenfasizza li r-riskju li dawk li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien jaffaċċjaw il-faqar huwa prevedibilment għoli; jenfasizza li kwalunkwe forma ta' xogħol flessibbli jew temporanju użat f'dan il-kuntest għandu jinkorpora d-dritt għat-taħriġ u l-aċċess għas-sigurtà soċjali u għandu jgħin lin-nies jagħmlu t-tranżizzjoni f'impjiegi b'aktar sigurtà;

20.  Jistieden lill-Istati Membri jkomplu jiżviluppaw il-politiki meħtieġa biex aktar nisa jiddaħħlu fis-suq tax-xogħol u jinżammu fih, inkluż billi jittejjeb il-forniment ta' faċilitajiet ta' kura għall-but ta' kulħadd u ta' kwalità għolja u arranġamenti tax-xogħol flessibbli biex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' min jieħu ħsieb il-familja;

21.  Jenfasizza l-importanza ta' politiki mmirati ta' attivazzjoni u tal-akkwist ta' ħiliet fl-appoġġ ta' dawk li m'għandhomx kwalifiki jew li għandhom kwalifiki baxxi, li ntlaqtu l-aktar mill-kriżi u li jaffaċċjaw l-ogħla riskju ta' qgħad fit-tul;

22.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħtu l-importanza dovuta lill-għoti ta' edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità u lit-tagħlim tul il-ħajja u lir-rikonoxximent tal-kwalifiki;

23.  Jistieden lill-Istati Membri jinvestu aktar fil-faċilitazzjoni tal-mobilità okkupazzjonali u ġeografika, fit-tisħiħ tal-għodod meħtieġa biex jiġu analizzati l-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol u fir-riforma tas-sistemi edukattivi u tat-taħriġ li jistgħu jgħinu biex jingħeleb in-nuqqas ta' adegwatezza tal-ħiliet;

24.  Jenfasizza l-importanza ta' politiki għall-impjiegi li jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjiegi, pereżempju permezz ta' appoġġ għall-SMEs u għall-impjiegi indipendenti u l-promozzjoni tal-intraprenditorjat;

It-teħid ta' azzjoni deċiżiva fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali

25.  Iqis li huwa essenzjali li l-Istati Membri jieħdu azzjoni issa biex jiġu rispettati l-impenji li saru biex jiżdiedu l-livelli ta' persuni li qed jaħdmu, jittejbu l-ħiliet tal-persuni, jinħolqu opportunitajiet ta' xogħol, jitnaqqas il-faqar u tissaħħaħ l-inklużjoni soċjali;

26.  Jenfasizza li s-sistemi ta' protezzjoni soċjali kellhom rwol rikonoxxut fl-istabbilizzazzjoni tal-ekonomija u fit-taffija tal-impatt soċjali tal-kriżi; jistieden għalhekk lill-Istati Membri, b'mod partikolari meta jkun meħtieġ konsolidament fiskali, biex jiżguraw li s-sistemi ta' protezzjoni soċjali jkomplu jipprovdu appoġġ adegwat u jagħtu sehemhom fis-salvagwardja u fit-titjib tal-ħiliet u tal-impjegabilità, biex il-kapital uman ikun jista“ jitħares u jissaħħaħ u jittieħed vantaġġ sħiħ mill-irkupru;

27.  Jenfasizza li skambji effikaċi tal-aħjar prattika u tal-esperjenza bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u t-tnaqqis tal-faqar huma vitali u jgħinu jiffaċilitaw l-ilħuq tal-miri tat-tnaqqis tal-faqar ta' Ewropa 2020;

o
o   o

28.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, P7_TA(2010)0309.
(2) ĠU L 308, 24.11.2010, p. 46.


Il-linji gwida għall-politiki tal-Istati Membri dwar l-impjiegi *
PDF 197kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Frar 2011 dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għall-Politika tal-Impjiegi tal-Istati Membri (COM(2011)0006 – C7-0033/2011 – 2011/0007(CNS))
P7_TA(2011)0070A7-0040/2011

(Proċedura leġislattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0006),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 148(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0033/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0040/2011),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kunsill biex jinnotifika lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jibdel it-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa“ jikkonsulta lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali

4.  Itenni t-talba għamel żmien ilu lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jiżguraw li l-Parlament jingħata ż-żmien meħtieġ, u fi kwalunkwe każ mhux anqas minn ħames xhur, biex jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar il-Linji Gwida Integrati (Linji Gwida Ġenerali dwar Politika Ekonomika u Linji Gwida dwar l-Impjiegi) fil-qafas tas-Semestru Ewropew u biex jaqdi r-rwol konsultattiv tiegħu kif definit fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat rigward ir-reviżjoni tal-linji gwida tal-Istati Membri dwar l-impjiegi, li għandu jseħħ fl-2014;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


Żieda fil-prezzijiet tal-ikel
PDF 321kWORD 88k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Frar 2011 dwar iż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel
P7_TA(2011)0071RC-B7-0114/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Jannar 2011 dwar ir-rikonoxximent tal-agrikoltura bħala settur strateġiku fil-kuntest tas-sigurtà tal-ikel(1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Settembru 2010 dwar id-dħul ġust għall-bdiewa: Katina tal-provvista alimentari fl-Ewropa li taħdem aħjar(2),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2010 dwar il-futur tal-Politika Agrikola Komuni wara l-2013(3),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Mejju 2010 dwar l-agrikoltura tal-UE u t-tibdil fil-klima(4),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Marzu 2009 dwar il-prezzijiet tal-ikel fl-Ewropa(5),

–   wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi faċilità għal rispons rapidu għall-prezzijiet tal-ikel li dejjem qed jogħlew fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (COM(2008)0450),

–   wara li kkunsidra t-tmien rakkomandazzjonijiet tal-G20 ippubblikati mir-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-dritt għall-ikel fid-29 ta' Jannar 2011,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titlu “Naffrontaw l-isfidi fis-swieq tal-prodotti bażiċi u dawk marbuta mal-materja prima” tat-2 ta' Frar 2011 (COM(2011)0025),

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Maputo dwar l-Agrikoltura u s-Sigurtà tal-Ikel iffirmata fl-2003, fejn il-gvernijiet Afrikani impenjaw ruħhom li jallokaw minimu ta' 10 % tal-baġits nazzjonali annwali tagħhom għall-agrikoltura,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-prezzijiet tal-ikel laħqu l-ogħla livelli tagħhom għas-seba“ xahar konsekuttiv bejn l-2010 u 2011, u laħqu l-ogħla livelli minn mindu l-FAO bdiet tkejjel il-prezzijiet tal-ikel fl-1990; billi ż-żidiet fil-prezzijiet tal-prodotti saru fattur ta' destabbilizzazzjoni fl-ekonomija globali u wasslu għal irvellijiet u kunflitti f'għadd ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-aktar reċentament fl-Alġerija, fit-Tuneżija u fl-Eġittu,

B.  billi l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) tistma li l-għadd ta' persuni fid-dinja li m'għandhomx biżżejjed ikel laħaq id-925 miljun fl-2010, u ż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel flimkien ma' skarsezzi imprevedibbli fil-provvista jistgħu iwasslu sabiex dan in-numru jiżdied; billi 29 pajjiż fid-dinja qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet marbuta mal-provvista tal-ikel u jinsabu fil-bżonn ta' assistenza alimentari esterna,

C.  billi l-volatilità riċenti fil-prezzijiet tal-ikel u tal-prodotti bażiċi qajmet tħassib kbir dwar il-funzjonament tal-provvista alimentari Ewropea u dinjija; billi ż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel laqtet l-iżjed lill-aktar popolazzjonijiet u pajjiżi vulnerabbli kemm fil-pajjiżi żviluppati kif ukoll f'dawk li qed jiżviluppaw; billi l-prezzijiet għolja tal-ikel qed iwassli miljuni ta' nies f'sitwazzjoni ta' nuqqas ta' sigurtà tal-ikel, filwaqt li qegħdin jheddu s-sigurtà dinjija tal-ikel għal medda twila ta' żmien; billi, skont il-FAO, is-sigurtà tal-ikel tinkludi d-dritt għall-ikel u l-aċċessibilità għal alimentazzjoni tajba għas-saħħa għal kulħadd,

D.  billi l-karestija u l-faqar għadhom jeżistu fl-Unjoni Ewropea; billi 79 miljun persuna fl-UE għadhom jgħixu taħt il-linja tal-faqar (60 % tad-dħul medju tal-pajjiż li fih tgħix il-persuna); u billi fix-xitwa li għaddiet 16-il miljun ċittadin tal-UE ngħataw għajnuna alimentari minn istituzzjonijiet tal-karità; billi s-sigurtà tal-ikel hija kwistjoni ċentrali għall-Ewropa u teħtieġ koordinament bejn diversi oqsma politiċi settorjali fil-livell tal-UE u lil hinn minnu, jiġifieri l-PAK, il-politika tal-enerġija, ir-riċerka, il-kummerċ u l-iżvilupp,

E.  billi t-tnaqqis ekonomiku globali u ż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel u tal-fjuwil ġabu għall-agħar is-sitwazzjoni tal-ikel f'ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw, speċjalment fil-pajjiżi l-inqas żviluppati (LDC), biex b'hekk parzjalment reġġgħu lura l-progress li sar fl-aħħar għaxar snin fir-rigward tat-tnaqqis tal-faqar,

Il-fatturi li jikkontribwixxu għaż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel

F.  billi produzzjoni globali suffiċjenti tal-ikel tista“ tiġi regolarment ipperikolata minħabba firxa ta' fatturi li jinkludu avvenimenti ta' temp estrem bħall-għargħar u n-nixfiet, li qed ikunu determinati dejjem aktar mit-tibdil fil-klima; id-disponibilità limitata tar-riżorsi naturali u d-domanda li kulma jmur qed tikber għal ikel minn popolazzjonijiet li qed jiżdiedu; rabtiet mill-qrib bejn l-enerġija u s-sigurtà tal-ikel fl-isfond ta' livell baxx ħafna ta' stokkijiet globali tal-ikel; produzzjoni li qed tikber ta' bijofjuwils, it-tmigħ li kulma jmur qed jiżdied ta' ċereali lill-bhejjem; aktar spekulazzjoni fil-prodotti tal-ikel; dipendenza li qed tikber fuq l-importazzjonijiet tal-ikel f'ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw minħabba kunflitti jew politiki tas-sigurtà tal-ikel li ma rnexxewx,

G.  billi l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq il-biedja, l-iktar it-tnaqqis fil-produzzjoni tal-uċuħ minħabba nuqqasijiet ripetuti ta' ilma, nixfiet jew, f'kuntrast ma' dan, għargħar u valangi, jaffettwa serjament l-attivitajiet agrikoli fl-UE u fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li t-tnejn li huma qed jonqsu b'mod sinifikanti li jilħqu livelli ta' awtosuffiċjenza fir-rigward ta' diversi prodotti bażiċi agrikoli,

H.  billi l-isfida hija li jiġi prodott “aktar b'inqas”, b'enfasi fuq il-produzzjoni sostenibbli, minħabba l-pressjoni fuq ir-riżorsi naturali; billi t-tisħiħ tal-produzzjoni agrikola fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw se żżid ir-reżistenza u l-adattabilità għax-xokkijiet mil-lat tal-ikel,

I.  billi l-volatilità riċenti qajmet tħassib dwar il-funzjonament tal-katini tal-provvista alimentari Ewropej u dinjija; billi l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “Katina tal-provvista alimentari fl-Ewropa li taħdem aħjar” (COM(2009)0591) tidentifika problemi serji fil-katina tal-provvista bħall-abbuż tas-saħħa tax-xerrej dominanti, prattiki inġusti fil-kuntratti (inklużi ħlasijiet li jsiru tard), modifiki kuntrattwali unilaterali, ħlasijiet bil-quddiem għall-aċċess għan-negozjati, aċċess limitat għas-suq, nuqqas ta' informazzjoni dwar il-formazzjoni tal-prezzijiet u d-distribuzzjoni tal-marġnijiet tal-qligħ tul il-katina alimentari, marbutin mill-qrib maż-żieda fil-konċentrazzjoni fis-setturi tal-produzzjoni, tal-bejgħ bl-ingrossa u tal-bejgħ bl-imnut; billi l-katina tal-provvista għandha tiġi kkunsidrata fit-totalità tagħha fl-analiżi tal-prezzijiet tal-ikel u tal-evoluzzjoni tagħhom; billi s-settur tal-ikel huwa frammentat u l-katina tal-provvista hija twila u kumplessa ħafna, u tinkludi fiha ħafna intermedjarji,

Il-volatilità tal-prezzijiet, id-dħul tal-bdiewa, l-għajnuna lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw

J.  billi ċ-ċaqliq fil-prezzijiet tal-prodotti bażiċi jista“ jsir fattur iktar aċċentwat u regolari tas-suq dinji; billi prezzijiet ogħla tal-ikel mhux awtomatikament jirriżultaw fi dħul ogħla għall-bdiewa, primarjament minħabba l-ħeffa li biha jiżdiedu l-ispejjeż għall-irziezet u minħabba d-diverġenza li dejjem qed tiżdied bejn l-ispejjeż tal-produttur u l-prezzijiet għall-konsumatur, billi s-sehem tad-dħul għall-bdiewa mill-katina tal-provvista tal-ikel naqas konsiderevolment, filwaqt li kien hemm żieda kostanti fil-profitti tal-proċessuri u tal-bejjiegħa bl-imnut; billi l-prezzijiet tal-konsumatur irreġistraw żieda; u billi tal-anqas 30% tal-ikel kollu prodott globalment jinħela f'punti differenti tul il-katina alimentari,

K.  billi matul dawn l-aħħar tliet deċennji s-sehem tal-għajnuna għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw li tmur għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali naqas drammatikament; billi l-investiment f'sistemi alimentari sostenibbli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw naqas minħabba bidla fil-prijoritajiet favur produzzjoni orjentata lejn l-esportazzjoni, u dan kompla jdgħajjef il-kapaċitajiet lokali ta' produzzjoni u distribuzzjoni ta' ikel fi kwantitajiet suffiċjenti bi prezzijiet ġusti; billi ħafna mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw mhumiex qed jirrealizzaw il-potenzjal tagħhom ta' produzzjoni tal-ikel; billi ostakolu serju għal produzzjoni agrikola akbar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw huwa li l-bdiewa ż-żgħar spiss ma jkollhomx aċċess għal mikrokreditu għal investiment, xi kultant minħabba l-fatt li l-art ma tkunx tagħhom,

L.  billi meded kbar ta' art, partikolarment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, inxtraw minn kumpaniji internazzjonali, spiss mingħjar il-kunsens tas-sidien tal-artijiet; billi din l-art mhux dejjem tintuża għall-produzzjoni tal-ikel, iżda tista“ tintuża għall-produzzjoni ta' prodotti bażiċi ddestinati għall-esportazzjoni bħall-injam; billi żviluppi bħal dawn jheddu l-potenzjal tal-produzzjoni tal-ikel tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw,

Il-ħtieġa li tittejjeb is-sigurtà tal-ikel

1.  Jafferma li s-sigurtà globali tal-ikel hija kwistjoni tal-akbar urġenza għall-UE u għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw u jitlob li jkun hemm azzjoni immedjata u kontinwa biex tkun żgurata s-sigurtà tal-ikel għaċ-ċittadini tal-UE u fil-livell globali; jenfasizza li l-ikel għandu jkun disponibbli għall-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli, filwaqt li fl-istess ħin ikun żgurat livell ta' għajxien ġust għall-bdiewa;

2.  Jemmen li d-dritt għall-ikel huwa dritt bażiku u fundamentali tal-bniedem u jinkiseb biss meta kulħadd, f'kull ħin, ikollu aċċess fiżiku u ekonomiku għal ikel xieraq, sikur (fir-rigward tas-saħħa) u nutrittiv biex jissodisfa l-ħtiġijiet u l-preferenzi alimentari tiegħu għal ħajja attiva u mimlija saħħa;

3.  Jisħaq fuq il-fatt li settur agrikolu b'saħħtu u sostenibbli fl-UE kollha u ambjent rurali sostenibbli u prosperuż, żgurat minn PAK b'saħħitha, huma komponenti vitali sabiex tingħeleb l-isfida tas-sigurtà tal-ikel; jenfasizza l-importanza tal-PAK bħala l-mezz li jiżgura l-produzzjoni tal-ikel fl-UE;

4.  Jiddikjara li l-UE għandha d-dmir li tiżgura s-sigurtà tal-ikel għaċ-ċittadini tagħha u li t-tkomplija tal-attività tal-biedja fl-UE hija importanti ferm f'dan ir-rigward; jiġbed l-attenzjoni rigward id-dħul tal-biedja li qed jonqos fl-UE, minħabba l-ispejjeż tal-produzzjoni li qed jiżdiedu u l-volatilità tal-prezijiet, li għandhom impatt negattiv fuq il-ħila tal-bdiewa li jżommu l-produzzjoni; jenfasizza l-ispejjeż li jkollhom iġarrbu l-bdiewa Ewropej biex jissodisfaw l-ogħla standards ambjentali, tas-sikurezza tal-ikel, tal-benessri tal-annimali u tax-xogħol fid-dinja; jisħaq fuq il-fatt li l-bdiewa għandhom jiġu kkumpensati għal dawn l-ispejjeż addizzjonali u talli jipprovdu beni pubbliċi lis-soċjetà;

L-isfidi tat-tibdil fil-klima

5.  Huwa konxju mill-isfida kbira li jġib it-tibdil fil-klima għall-kisba tas-sigurtà tal-ikel, speċjalment permezz ta' żieda fil-frekwenza u fl-iskala ta' fenomeni klimatiċi, bħan-nixfiet, l-għargħar, in-nirien u l-maltempati, li se jnaqqsu r-redditu tal-produzzjoni agrikola u tar-riżorsi naturali; huwa mħasseb dwar l-azzjonijiet unilaterali li ttieħdu minn pajjiżi jew reġjuni milquta minn fenomeni klimatiċi u r-riperkussjonijiet ta' tali miżuri fuq is-swieq globali; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni marbuta mat-tibdil fil-klima fl-Istati Membri; jenfasizza l-ħtieġa urġenti ta' azzjonijiet ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u ta' miżuri ta' adattament għalih li jkollhom l-għan li jżidu s-sostenibilità ambjentali u ekonomika; iħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu miżuri adegwati ta' prevenzjoni tar-riskju u ta' mmaniġġjar tar-riskju biex jillimitaw il-konsegwenzi negattivi tad-diżastri naturali fuq il-produzzjoni agrikola;

6.  Jitlob azzjoni koordinata u kooperazzjoni aħjar rigward it-tibdil fil-klima bejn l-UE u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari t-trasferiment tat-teknoloġija u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet; jenfasizza li l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima għandha tiġi integrata fil-politiki kollha rilevanti tal-UE, inkluża l-kooperazzjoni għall-iżvilupp, u li t-taħriġ għandu jikkonċentra fuq l-adattament klimatiku u prattiki tajba ta' ġestjoni tal-art, bħall-ġestjoni tal-ħamrija u tal-ilma, bil-għan li jiġi evitat telf ta' art kultivabbli minħabba l-erożjoni tal-ħamrija jew is-salinizzazzjoni;

Għajnuna għall-iżvilupp imtejba

7.  Jirrimarka li l-agrikoltura hija setttur ewlieni fil-parti l-kbira tal-pajjiżi li qed jizviluppaw, li jiddependu sew fuq prodotti bażiċi primarji, li huma partikolarment vulnerabbli għal varjazzjonijiet fil-prezzijiet;

8.  Jistieden lill-UE tappoġġa l-iżvilupp rurali, iżżid l-investiment fl-agrikoltura u fis-sigurtà tal-ikel, u li tqis b'mod partikolari l-bżonnijiet tal-ikel urġenti, il-biedja fuq skala żgħira u programmi tal-protezzjoni soċjali; jenfasizza l-importanza tal-iżvilupp tal-agrikoltura fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u tal-allokazzjoni ta' sehem xieraq tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE lis-settur agrikolu; jiddispjaċih li kien hemm tnaqqis kbir ħafna fil-livell ta' għajnuna għall-iżvilupp allokat għall-agrikoltura mis-snin tmenin “l hawn u jilqa” b'sodisfazzjon ir-rikonoxximent tal-ħtieġa li din it-tendenza tinbidel;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-agrikoltura f'għajnuna għall-iżvilupp li tkun immirata, effikaċi u mmaniġġjata b'mod trasparenti, inkluża l-għajnuna lill-bdiewa biex ikollhom aċċess għas-swieq; jappella għal żidiet sinifikanti fl-ammont ta' għajnuna għall-iżvilupp allokata għall-agrikoltura u għal investiment fit-taħriġ, f'servizzi ta' divulgazzjoni msaħħa u fir-riċerka deċentralizzata fil-qasam tal-agrikoltura għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bil-għan li l-bdiewa jkunu mgħammra b'tekniki sostenibbli biex jipproduċu b'mod iktar effikaċi filwaqt li jipproteġu l-ambjent tagħhom biex jiggarantixxu sigurtà alimentari fit-tul, megħjuna minn sostenn pubbliku adegwat, bħal aċċess għas-self, għal mikrokreditu mhux bi skop ta' profitt u għaż-żrieragħ;

10.  Jistieden lill-UE u lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jippromwovu s-sjieda tal-art bħala għodda għat-tnaqqis tal-faqar u l-garanzija tas-sigurtà tal-ikel, billi jissaħħu d-drittijiet ta' proprjetà u jkun iffaċilitat l-aċċess għall-mikrokreditu mhux bi skop ta' profitt għall-bdiewa, in-negozji żgħar u l-komunitajiet lokali; jenfasizza l-importanza ta' investimenti ġodda fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' bdiewa żgħar, f'teknoloġiji għall-ġestjoni tal-ilma aktar effiċjenti u fl-istabbiliment mill-ġdid tan-nutrijenti tal-ħamrija għal-livelli li kienu fihom qabel;

11.  Jindika li huwa neċessarju li jiġu introdotti metodi aħjar ta' produzzjoni agrikola fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, inklużi teknoloġiji li ma jiswewx ħafna flus, li tiġi pprovduta riċerka fl-agrikoltura, u li tiżdied il-produttività, biex titjieb is-sostenibilità u jittaffew l-effetti negattivi tan-nuqqas ta' sigurtà tal-ikel;

12.  Jindika li l-għajnuna umanitarja għall-ikel għandha tikkorrispondi għall-bżonnijiet, għall-isfidi u għar-restrizzjonijiet strutturali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw; f'dan ir-rigward jenfasizza li huwa importanti li l-għajnuna għall-ikel tikkunsidra l-produzzjoni lokali, id-distribuzzjoni, it-trasport u l-kapaċitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni ta' dawn il-pajjiżi, biex b'hekk jingħata kontribut għall-iżvilupp tal-pedamenti għas-sigurtà tal-ikel fit-tul tagħhom;

Id-dħul tal-produtturi u l-aċċess għall-fatturi tal-produzzjoni

13.  Jinnota li fost il-fatturi li jinfluwenzaw l-aktar il-mekkaniżmu tat-trażmissjoni tal-prezzijiet u d-differenza bejn il-prezzijiet tal-produtturi u tal-konsumaturi nsibu: żieda fil-konċentrament tul il-katina tal-provvista tal-ikel, il-livell tal-ipproċessar tal-prodotti, żidiet fil-prezzijiet marbutin ma' fatturi ta' spejjeż esterni oħra u spekulazzjoni fil-prodotti agrikoli;

14.  Jinnota li l-ispejjeż tal-produzzjoni agrikola qegħdin jogħlew b'rata aktar mgħaġġla mill-prezzijiet tal-prodotti agrikoli; jinsab imħasseb li dan jista“ jirriżulta fi tnaqqis tal-produzzjoni tal-azjendi agrikoli, u dan ikompli jaggrava l-kriżi tal-ikel fl-UE u fid-dinja; Jenfasizza li l-konċentrazzjoni fis-settur tal-fatturi tal-produzzjoni għandha effetti devastanti fuq is-sostenibilità tal-biedja, filwaqt li trawwem id-dipendenza fuq għadd limitat ta' korporazzjonijiet għax-xiri taż-żrieragħ u l-fertilizzanti speċjalizzati; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura, fil-kuntest ta' konsolidament akbar, li s-suq tal-fatturi tal-produzzjoni jopera liberament, biex b'hekk jikkontribwixxi għall-provvista tal-ikel;

15.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-livelli ta' dħul baxx tal-azjendi agrikoli fl-UE; jafferma li inqas dħul minħabba spejjeż ta' produzzjoni li qed jogħlew u l-volatilità tal-prezzijiet għandu impatt negattiv fuq l-abilità tal-bdiewa li jżommu l-produzzjoni fl-istess livelli u li konsegwenza ta' dan il-bdiewa ma jibbenefikawx minn żidiet fil-prezzijiet tal-ikel; jemmen bil-qawwa li s-sikurezza alimentari tkun kompromessa jekk dawn il-kwistjonijiet ma jiġux indirizzati b'mod suffiċjenti;

Il-produzzjoni tal-ikel u tal-enerġija

16.  Ifakkar li s-sigurtà tal-enerġija u tal-ikel huma marbutin mill-qrib ħafna; jagħraf li l-ispejjeż tal-enerġija huma fattur ewlieni fid-determinazzjoni tal-livell tal-profitabilità tal-agrikoltura, li huwa settur li fil-parti l-kbira tiegħu jiddependi miż-żejt; jinkoraġġixxi miżuri li jkunu ta' inċentiv għall-bdiewa biex isiru aktar effiċjenti fir-rigward tal-enerġija u jiżviluppaw sorsi alternattivi ta' provvista ta' enerġija; jistieden lill-UE u lill-gvernijiet nazzjonali jniedu kampanji u jwettqu modifiki strutturali biex inaqqsu kemm jista“ jkun il-ħela tal-ikel;

17.  Iqis, madankollu, li l-isforzi akbar biex jiġu żviluppati sorsi tal-enerġija rinnovabbli u biex jintlaħqu l-miri tal-2020 iridu jqisu l-impatt fuq il-produzzjoni u l-provvista tal-ikel; jisħaq fuq il-bilanċ delikat involut biex tingħeleb l-isfida ikel/fjuwil;

Ir-riċerka

18.  Jenfasizza l-importanza ta' riċerka ffinanzjata minn fondi pubblici li tgħin biex tippromwovi s-sigurtà tal-ikel; jitlob li jkun hemm investiment fir-riċerka mhux biss f'teknoloġiji ġodda iżda wkoll f'sistemi ta' biedja komprensivi u sostenibbli li se jservu l-għan tas-sigurtà tal-ikel għal perjodu ta' żmien twil; jenfasizza f'dan ir-rigward ir-rwol ta' pijunier li wieħed jista“ jkollu f'dan il-qasam, pereżempju, permezz ta' pjattaforma teknoloġika tal-UE għar-riċerka agrikola ekoloġika;

It-trasparenza fis-suq tal-prodotti bażiċi u l-azzjoni kontra l-ispekulazzjoni

19.  Jilqa“ t-tentattivi attwali biex jiżdied l-għarfien dwar il-formazzjoni tal-prezzijiet tal-prodotti bażiċi relatati mal-ikel fil-livell internazzjonali (b'mod partikolari l-inizjattiva tal-Presidenza Franċiża tal-G20 u t-tielet Samit ta' Berlin tal-Ministri għall-Agrikoltura); jitlob lill-Kummissjoni tipprova tiċċara aktar il-fatturi kollha li jaffettwaw il-varjazzjonijiet fil-prezzijiet tal-prodotti bażiċi relatati mal-ikel kemm fuq perjodi qosra kif ukoll fuq perjodi twal ta' żmien, b'mod partikolari rigward kemm l-interazzjoni bejn il-forom kollha ta' spekulazzjoni u l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet tal-prodotti bażiċi agrikoli, kif ukoll il-konnessjoni bejn is-swieq tal-enerġija u l-prezzijiet tal-ikel; iqis li analiżi dettaljata bħal din tal-mekkaniżmi li jitħaddmu fil-formazzjoni tal-prezzijiet tal-ikel tippermetti aktar lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell tal-UE biex jieħdu miżuri infurmati u adattati biex jimmitigaw l-effetti tal-varjazzjonijiet fil-prezzijiet tal-ikel;

20.  Jinnota l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Naffrontaw l-isfidi fis-swieq tal-prodotti bażiċi u dawk marbuta tal-materja prima” u jilqa“ l-attenzjoni li sal-lum il-ġurnata ngħatat lill-kwestjoni min-naħa tal-Kummissjoni; jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi flussi aħjar ta' informazzjoni li jipprovdu data f'waqtha u ta' kwalità dwar l-iżviluppi fis-swieq, filwaqt li titqies il-kwistjoni tad-disturbi tal-istokkijiet; jenfasizza, madankollu, li flussi mtejba ta' informazzjoni waħedhom mhumiex soluzzjoni biex tiġi indirizzata l-volatilità fis-swieq; jemmen li jaf jinħtieġ approċċ aktar b'saħħtu biex jindirizza din il-kwestjoni, b'mod partikolari biex tiżdied it-trasparenza fis-swieq tal-prodotti bażiċi; jenfasizza l-problemi li jiffaċċjaw il-bdiewa fi żminijiet ta' volatilità estrema tas-suq u tal-prezzijiet; jiġbed l-attenzjoni għad-diffikultajiet li jiffaċċjaw il-bdiewa biex jippruvaw jippjanaw minn qabel fi żmenijiet ta' volatilità estrema; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tintroduċi b'urġenza miżuri effikaċi u b'saħħithom biex jindirizzaw il-volatilità fis-swieq agrikoli; jemmen li dan ikun fattur determinanti ewlieni sabiex jiġi żgurat li l-produzzjoni tinżamm fl-istess livelli fl-Unjoni Ewropea;

21.  Jenfasizza li mhux possibbli li tittieħed azzjoni effikaċi kontra varjazzjonijiet kbar fil-prezzijiet mingħajr livelli xierqa ta' stokkijiet ta' intervent jew stokkijiet strateġiċi; iqis għalhekk li r-rwol ta' strumenti ta' intervent fis-suq irid ikun parti ewlenija fil-PAK tal-futur;

22.  Jitlob iktar trasparenza, informazzjoni ta' kwalità aħjar u l-provvista ta' informazzjoni fil-ħin dwar ir-riżervi u l-istokks tal-prodotti bażiċi relatati mal-ikel, u l-formazzjoni tal-prezzijiet fuq livell internazzjoni, kif mitlub fil-Komunikazzjoni riċenti mill-Kummissjoni “Naffrontaw l-isfidi fis-swieq tal-prodotti bażiċi u dawk marbuta mal-materja prima”; jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-passi neċessarji biex tiġġieled l-eċċessi tal-ispekulazzjoni fuq is-swieq tal-prodotti bażiċi; jenfasizza li dawn il-passi għandhom jittieħdu bħala parti mill-isforzi biex jiġu rregolati s-swieq finanzjarji fl-livell dinji u f'dak tal-UE;

23.  Iħeġġeġ lill-G20 biex jikkoordina l-ħolqien ta' mekkaniżmi preventivi kontra varjazzjonijiet eċċessivi fil-prezzijiet u biex jaħdem lejn regolamentazzjoni, imfassla speċifikament biex tindirizza l-kriżijiet agrikoli u tal-ikel; jistieden lill-G20 jiżgura l-konverġenza tar-regolamentazzjoni tal-prodotti bażiċi relatati mal-ikel u mal-agrikoltura u jinvolvi pajjiż li mhumiex parti mill-G20; jitlob li s-soluzzjonijiet sabiex tiġi indirizzata l-volatilità eċċessiva tal-prezzijiet ikunu koordinati fuq livell internazzjonali; jitlob li l-abbużi u l-manipulazzjonijiet tal-prezzijiet agrikoli jiġu miġġielda fuq livell internazzjonali, peress li dawn iqiegħdu f'riskju s-sigurtà dinjija tal-ikel; jikkundanna l-attivitajiet abbużivi tal-ispekulaturi fir-rigward tal-prodotti bażiċi globali, il-materja prima agrikola u l-enerġija li jenfasizzaw il-volatilità tal-prezzijiet tal-ikel u jaggravaw il-kriżi globali tal-ikel;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi proposti adegwati fir-rieżamijiet li ġejjin tad-Direttiva dwar l-Istrumenti Finanzjarji (MiFID) u d-Direttiva dwar l-Abbuż tas-Suq biex tindirizza l-elementi ta' tħassib fis-swieq tal-prodotti bażiċi relatati mal-ikel u mal-agrikoltura;

25.  Jappoġġa, f'dan il-kuntest, reviżjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar l-istrument finanzjarji, li għandha tipprovdi kummerċ aktar trasparenti; ifakkar li l-istrumenti finanzjarji għandhom ikunu ta' servizz għall-ekonomija u jgħinu l-produzzjoni agrikola tegħleb il-kriżijiet u l-fenomeni klimatiċi, filwaqt li fl-istess ħin l-ispekulazzjoni m'għandhiex titħalla thedded azjendi agrikoli li mingħajrha jkunu effiċjenti;

26.  Jenfasizza r-rwol importanti previst attwalment għall-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) fis-sorveljanza tas-swieq tal-prodotti bażiċi; jistieden lill-Kummissjoni biex tirrifletti dwar il-possibbiltà li tagħti lill-AETS aktar setgħat biex tipprevjeni l-manipulazzjoni u l-abbużi fis-swieq tal-prodotti bażiċi;

27.  Huwa favur azzjoni Ewropea aktar b'saħħitha biex tiġi ttrattata l-problema tal-manipulazzjoni tal-prezzijiet, anke permezz ta' mandat maħruġ għar-regolaturi u għall-korpi ta' sorveljanza biex jillimitaw l-ispekulazzjoni abbużiva; jemmen li d-derivattivi tal-prodotti bażiċi huma differenti minn derivattivi finanzjarji oħrajn; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li t-trattament ta' derivattivi tal-prodotti bażiċi tal-ikel ikun ristrett kemm jista“ jkun għal investituri marbuta direttament mas-swieq agrikoli;

28.  Iqis li sistema dinjija mmirata ta' stokkijiet tal-ikel reġjonali u lokali deċentralizzati (kemm stokkijiet ta' emerġenza biex inaqqsu l-ġuħ, kif ukoll stokkijiet reġjonali użati biex jirregolaw il-prezzijiet ta' prodotti bażiċi u biex itaffu l-ġuħ fi żminijiet ta' żidiet f'daqqa fil-prezzijiet) tkun ta' benefiċċju billi tgħin biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ dinji meta l-prezzijiet jogħlew f'daqqa, b'mod li wieħed jilqa“ għall-protezzjoniżmu rikorrenti u jtaffi l-pressjoni fis-swieq dinjija tal-ikel; iqis li dawn l-istokkijiet għandhom jiġu ġestiti fil-livelli l-aktar adegwati, inkluż mill-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali u minn korp ta' koordinament taħt l-awspiċji tal-FAO tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod li tiġi sfruttata kemm jista” jkun l-esperjenza miksuba mill-FAO u mill-Programm Dinji tal-Ikel tan-NU;

Il-kummerċ

29.  Jitlob li n-negozjaturi tal-UE jintegraw kwistjonijiet mhux kummerċjali bħala parti min-negozjati tad-WTO, biex jiżguraw li l-importazzjonijiet agrikoli minn pajjiżi terzi jipprovdu lill-konsumaturi Ewropej bl-istess garanziji f'termini ta' ħarsien ambjentali, benessri tal-annimali, sikurezza u kwalità tal-ikel li jipprovdu l-bdiewa tal-UE; jerġa jafferma l-appoġġ tiegħu għall-ilħuq ta' ftehim ibbilanċjat u f'waqtu fil-livell tad-WTO, bħala element essenzjali biex ikun hemm sigurtà globali tal-ikel; ifakkar f'dan il-kuntest li ostakoli unilaterali mhux raġonevoli għall-kummerċ jikkontribwixxu għan-nuqqas ta' effiċjenza tal-provvista globali tal-ikel; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-ftehimiet kummerċjali internazzjonali u bilaterali jipprovdu lill-bdiewa Ewropej futur sostenibbli u jżommu l-livelli ta' produzzjoni tal-ikel fl-UE, iħarsu l-biedja fuq skala żgħira u jwaqqfu l-aċċess globali għall-ikel milli jitqiegħed f'riskju;

30.  Jitlob li l-gverninijiet nazzjonali, skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-FAO, ma jadottawx miżuri ta' restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni, peress li dawn joħolqu aktar inċertezza fis-swieq u jaffettwaw ħażin is-swieq dinjin, u għalhekk għandhom il-potenzjal li jgħollu aktar il-prezzijiet fil-livell globali;

o
o   o

31.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, P7_TA(2011)0006.
(2) Testi adottati, P7_TA(2010)0302.
(3) Testi adottati, P7_TA(2010)0286.
(4) Testi adottati, P7_TA(2010)0131.
(5) ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 180.


Ġlied fil-fruntiera bejn it-Tajlandja u l-Kambodja
PDF 215kWORD 46k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Frar 2011 dwar il-ġlied fuq il-fruntiera bejn it-Tajlandja u l-Kambodja
P7_TA(2011)0072RC-B7-0132/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta' Jannar 2005(1), l-10 ta' Marzu 2005(2), id-19 ta' Jannar 2006(3), il-15 ta' Marzu 2007(4) u l-21 ta' Ottubru 2010(5) dwar il-Kambodja u r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-20 ta' Mejju 2010 dwar it-Tajlandja(6) u tal-1 ta' Diċembru 2005 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kambodja, Laos u l-Vjetnam(7),

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja tal-15 ta' Ġunju 1962 fil-każ dwar it-tempju ta' Preah Vihear (il-Kambodja v. it-Tajlandja),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Aja tal-1954 għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Kulturali fil-Każ ta' Kunflitt Armat, li ġie iffirmat kemm mit-Tajlandja kif ukoll mill-Kambodja,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-ASEAN tal-5 ta' Frar 2011,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, Catherine Ashton, tas-7 ta' Frar 2011,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mis-Segretarju Ġenerali tan-NU, Ban Ki-moon, tas-7 ta' Frar 2011,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, mill-bidu ta' Frar 2011, kien hemm ġlied bejn il-forzi armati tat-Tajlandja u l-Kambodja fuq il-fruntiera Kambodjana-Tajlandiża, inkluż viċin it-tempju ta' Preah Vihear,

B.  billi l-ġlied fuq il-fruntiera bdew wara li qorti Kambodjana tat sentenza ta' massimu ta' tmien snin ħabs lil żewġ ċittadini Tajlandiżi, wara li sabithom ħatja ta' spjunaġġ u dħul illegali wara li daħlu fiż-żona tal-fruntiera kkontestata f'Diċembru 2010, u billi s-sentenza kienet eżatt wara l-konklużjoni b'suċċess tas-seba“ laqgħa tal-Kummissjoni Konġunta bejn it-Tajlandja u l-Kambodja, fit-3 u l-4 ta' Frar 2011, li matulha ż-żewġ pajjiżi kienu qablu li jestendu l-kooperazzjoni fl-oqsma kollha u li jagħmlu laqgħa tal-Kummissjoni Konġunta dwar id-Demarkazzjoni tal-Fruntiera tal-Art fit-Tajlandja fil-futur qarib,

C.  billi t-tempju ta' Preah Vihear kien ilu ċ-ċentru ta' tilwim rikorrenti dwar il-fruntiera bejn it-Tajlandja u l-Kambodja għal dawn l-aħħar mitt sena,

D.  billi l-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-15 ta' Ġunju 1962, li t-tempju ta' Preah Vihear jinsab fit-territorju li jaqa“ taħt is-sovranità tal-Kambodja,

E.  billi t-tempju ta' Preah Vihear, li ġie elenkat mill-UNESCO bħala sit ta' Wirt Dinji fis-7 ta' Lulju 2008, allegatament saritlu ħsara minħabba l-bombardamenti li seħħew matul il-ġlied riċenti fuq il-fruntiera,

F.  billi l-komunità internazzjonali għandha responsabilità speċjali biex iżżomm il-monumenti elenkati fuq il-lista ta' Wirt Dinji tal-UNESCO,

G.  billi r-rapporti jgħidu li kien hemm imwiet u sfaw midruba suldati u persuni ċivili fuq iż-żewġ naħat, u li eluf ta' persuni ċivili fiż-żona tal-madwar kellhom jiġu evakwati,

H.  billi, skont bosta rapporti tal-aħbarijiet, hemm possibilità li intuża munizzjon tat-tip “cluster”, u billi la t-Tajlandja u lanqas il-Kambodja ma rratifikaw il-Konvenzjoni dwar il-Munizzjon tat-tip “Cluster”,

I.  billi minħabba li s-sitwazzjoni fuq il-fruntiera bejn it-Tajlandja u l-Kambodja qed tmur għall-agħar, qed jiġu mhedda l-paċi u l-istabilità fir-reġjun,

J.  billi l-Indoneżja, li għandha l-presidenza attwali tal-ASEAN, żidiet l-isforzi diplomatiċi tagħha biex tgħin liż-żewġ naħat jilħqu soluzzjoni temporanja biex b'hekk jingħata inċentiv għal mekkaniżmi bilaterali biex jintlaħqu l-objettivi tad-demarkazzjoni tal-fruntieri u tal-paċi ġenerali fl-inħawi; billi l-presidenza tal-ASEAN qed tħeġġeġ liż-żewġ pajjiżi jkollhom laqgħat skont il-qafas eżistenti tal-Kummissjoni Konġunta bejn it-Tajlandja u l-Kambodja dwar id-Demarkazzjoni tal-Fruntiera tal-Art,

K.  billi l-Karta tal-ASEAN tipprevedi l-istabbiliment ta' mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim li jżid l-iskop tal-assistenza fis-soluzzjoni tat-tilwim bilaterali,

L.  billi d-Direttur-Ġenerali tal-UNESCO, Irina Bokova, esprimiet il-ħsieb tagħha li tibgħat missjoni biex tevalwa l-istat tat-tempju Preah Vihear,

1.  Jikkundanna l-ġlied fuq il-fruntiera bejn il-forzi armati tar-Renju tal-Kambodja u r-Renju tat-Tajlandja u jħeġġeġ lill-partijiet kollha biex kemm jista“ jkun irażżnu lilhom infushom, u jieħdu l-passi neċessarji biex inaqqsu t-tensjoni, jerġgħu jibdew id-djalogu tagħhom bl-għan li jsolvu d-differenzi tagħhom b'mod paċifiku, u jaċċettaw l-assistenza tal-ASEAN u tan-Nazzjonijiet Uniti;

2.  Jiddeplora l-imwiet matul il-ġlied reċenti fuq il-fruntiera u jesprimi l-kondoljanzi sinċieri tiegħu lill-familji tal-vittmi;

3.  Iħeġġeġ liż-żewġ gvernijiet jiżguraw li l-persuni ċivili li sfaw spustati minħabba l-ġlied bl-armi jingħataw l-għajnuna li jeħtieġu;

4.  Jistieden liż-żewġ pajjiżi jirrispettaw id-deċiżjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja u jilħqu riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitt rigward iż-żona tal-fruntiera qrib it-tempju Preah Vihear;

5.  Jistieden liż-żewġ pajjiżi jiżguraw li l-azzjonijet tagħhom ma jiksrux l-Artikolu 4(1) tal-Konvenzjoni tal-Aja dwar il-Protezzjoni tal-Proprjetà Kulturali fil-Każ ta' Kunflitt bl-Armi, li jipprojbixxi kwalunkwe użu ta' proprjeta kulturali li tinsab fi ħdan it-territorju proprju tagħhom, jew fi ħdan it-territorju ta' Partijiet Kontraenti Għoljin oħra, li x'aktarx jesponiha għall-qerda jew għall-ħsara fil-każ ta' kunflitt bl-armi, u jesiġi li ma jsir l-ebda att ostili dirett kontra tali proprjetà;

6.  Jistieden lill-awtoritajiet tat-Tajlandja u lil dawk tal-Kambodja jimxu skont it-Trattat ta' Ħbiberija u Kooperazzjoni fix-Xlokk tal-Ażja u, b'mod partikolari mal-prinċipji fundamentali dwar ir-riżoluzjzoni tad-differenzi jew tat-tilwim b'mezzi paċifiċi, ir-rinunzja għall-użu tal-forza jew għat-theddid tal-użu tagħha, u kooperazzjoni effettiva fost il-Partijiet Kontraenti Għoljin;

7.  Jilqa“ l-isforzi magħmula mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Indoneżja, Marty Natalegawa, bħala President tal-ASEAN, biex jiffaċilita d-djalogu bejn iż-żewġ pajjiżi ħalli l-kunflitt ikun jista” jiġi solvut b'mod paċifiku;

8.  Jilqa“ l-fatt li t-Tajlandja u l-Kambodja qablu li jieħdu sehem f'laqgħa urġenti tal-pajjiżi tax-Xlokk tal-Ażja biex jiddiskutu l-kunflitt fuq il-fruntiera;

9.  Jilqa“ d-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-UNESCO li jibgħat mibgħut speċjali b'missjoni ta' faċilitazzjoni lejn Bangkok u Phnom Penh; iħeġġeġ liż-żewġ partijiet fit-tilwima jikkooperaw ma' kwalunkwe missjoni tal-UNESCO mibgħuta biex tivvaluta l-ħsara kkawżata fit-tempju Preah Vihear;

10.  Jistieden liż-żewġ pajjiżi jsibu soluzzjoni li tħalli aċċess dirett mit-territorji rispettivi tagħhom għat-tempju Preah Vihear, u ma jtellfux liċ-ċittadini tal-pajjiż l-ieħor li jkunu deħlin fit-tempju jew fiż-żona tal-fruntiera;

11.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-użu allegat ta' munizzjon tat-tip “cluster” u jistieden liż-żewġ naħat biex taħt l-ebda ċirkustanza ma jużaw dan it-tip ta' munizzjon;

12.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjonijiet Esterni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE, lill-Gvern tar-Renju tal-Kambodja, lill-Gvern tar-Renju tat-Tajlandja, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lid-Direttur Ġenerali tal-UNESCO u lill-gvernijiet tal-Istati Membri tal-ASEAN.

(1) ĠU C 247 E, 6.10.2005, p. 161.
(2) ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 280.
(3) ĠU C 287 E, 24.11.2006, p. 334.
(4) ĠU C 301 E, 13.12.2007, p. 258.
(5) Testi adottati, P7_TA(2010)0389.
(6) Testi adottati, P7_TA(2010)0195.
(7) ĠU C 285 E, 22.11.2006, p. 129.


Jemen: il-piena tal-mewt lil minorenni li jwettqu reati, partikolarment il-każ ta' Muhammed Taher Thabet Samoum
PDF 212kWORD 47k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Frar 2011 dwar il-Jemen: il-persekuzzjoni tat-trasgressuri minorenni, b'mod partikulari l-każ ta' Muhammed Taher Thabet Samoum
P7_TA(2011)0073RC-B7-0135/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Frar 2010 dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen(1),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal (UNCRC) u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), li l-Jemen huwa firmatarju tagħhom,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt, b'mod partikolari dik tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-Jum Dinji kontra l-Piena tal-Mewt(2),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-16 ta' Diċembru 2010 dwar ir-Rapport Annwali 2009 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja u l-politika tal-UE dwar il-kwistjoni(3),

–  wara li kkunsidra d-Dokument ta' Strateġija tal-Komunità Ewropea għall-Jemen għall-perjodu 2007-2013,

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 65/206 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (AĠNU) tat-21 ta' Diċembru 2010 fejn intalab moratorju fuq l-użu tal-piena tal-mewt, u r-Riżoluzzjoni 62/149 tal-AĠNU tat-18 ta' Diċembru 2007 dwar moraturju fuq l-użu tal-piena tal-mewt u r-Riżoluzzjoni 63/168 tal-AĠNU tat-18 ta' Diċembru 2008 fejn ntalbet l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 62/149 tal-AĠNU,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Lixandra tal-2008 fejn il-gvernijiet tal-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u l-Afrika ta' Fuq intalbu jippromulgaw moratorju fuq l-eżekuzzjonijiet ta' mewt bħala l-ewwel pass lejn l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt,

–   wara li kkunsidra l-verżjoni riveduta u aġġornata tal-Linji Gwida tal-UE dwar il-Piena tal-Mewt, adottata mill-Kunsill fis-16 ta' Ġunju 2008,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fil-Jemen, bħal ma ġara f'pajjiżi Għarab oħra, b'mod partikulari t-Tuniżija u l-Eġittu, il-manifestanti rħewlha għat-toroq f'dawn l-aħħar ġimgħat biex jitolba aktar demokrazija u riformi statali; billi ħafna minn dawk li qed jipprotestaw ġew attakkati jew arrestati mill-forzi tas-sigurtà,

B.  billi Muhammed Taher Thabet Samoum ingħata s-sentenza tal-mewt f'Settembru 2001 mill-Qorti Kriminali f'Ibb, wara li ġie kkundannat għal qtil li allegatament wettaq f'Ġunju 1999, meta suppost kien taħt it-18-il sena; billi fin-nuqqas ta' ċertifikat ta' twelid, is-sentenza tal-mewt tiegħu ġiet ikkonfermata minn qorti tal-appell f'Mejju 2005 u mill-Qorti Suprema f'April 2010 u minn dakinhar ġiet irratifikata mill-President tal-Jemen; billi inizjalment kien ippjanat li Muhammed Taher Thabet Samoum jiġi ġġustizzjat nhar it-12 ta' Jannar 2011, imma ngħata proroga temporanja mill-Avukat Ġenerali tal-Jemen,

C.  billi Fuad Ahmed Ali Abdulla ngħata s-sentenza tal-mewt wara li ġie kkundannat għal qtil li allegatament wettaq waqt li kien għadu taħt it-18-il sena, għalkemm din is-suppożizzjoni nċaħdet mill-qorti; billi l-eżekuzzjoni tal-mewt tiegħu, ippjanata għad-19 ta' Diċembru 2010, ġiet sospiżi wara li l-komunità internazzjonali, b'mod partikulari l-UE, u l-avukat tiegħu, għamlu rappreżentazzjonijiet,

D.  billi l-piena tal-mewt hija l-iktar kastig krudili, inuman u degradanti, kastig li jikser id-dritt għall-ħajja, kif imħaddan fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

E.  billi l-Jemen hu Stat firmatarju għall-UNCRC u l-ICCPR, li t-tnejn li huma espliċitament jipprojbixxu l-iġġustizzjar ta' dawk ikkundannati għal reati mwettqa meta kienu taħt it-18-il sena, u billi l-impożizzjoni tal-piena tal-mewt fuq it-trasgressuri minorenni hi pprojbita espliċitament ukoll mill-Artikolu 31 tal-Kodiċi Penali tal-Jemen,

F.  billi, fl-2010, fil-Jemen, ġew iġġustizzjati diversi persuni; billi hemm mijiet ta' priġunieri li ngħataw sentenza tal-mewt fil-Jemen, skont rapporti mill-organizzazzjoni għad-drittijiet tal-bniedem,

G.  billi l-Jemen m'għandux il-mezzi xierqa biex jistabbilixxi l-età tal-akkużati mingħajr ċertifikati tat-twelid, inklużi l-faċilitajiet u l-persunal forensiċi meħtieġa,

H.  billi għad hemm tħassib serju dwar l-iżviluppi fil-Jemen fir-rigward tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-indipendenza tal-ġudikatura; billi kien hemm każijiet ta' persekuzzjoni ta' ġurnalisti u ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; billi s-sitwazzjoni tan-nisa hi partikolarment diffiċli, ikkaratterizzat b'aċċess dejjem aktar dgħajjef għall-edukazzjoni u nuqqas ta' parteċipazzjoni attiva fil-ħajja politika,

I.  billi l-Unjoni Ewropea hija impenjata b'mod qawwi li taħdem favur l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt kullimkien u qed tagħmel ħilitha biex dan il-prinċipju jiġi aċċettat universalment,

J.  billi fl-2010 pajjiż wieħed biss ġie rrapportat li ġġustizzja trasgressur minorenni, b'differenza minn tliet pajjiżi fl-2009; billi l-Jemen għamel progress sinifikanti lejn il-projbizzjoni tal-użu tal-piena tal-mewt kontra trasgressuri minorenni; billi dan il-fatt iqajjem tamiet kbar li l-iġġustizzjar ta' trasgressuri minorenna daqt isir illegali mad-dinja kollha skont il-liġi u fil-prattika,

1.  Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar il-problemi politiċi u soċjoekonomiċi fil-Jemen, problemi li ilhom jeżistu, u jitlob li jsiru sforzi konsiderevoli mill-komunità internazzjonali biex il-kriżi attwali ma tibqax teskala;

2.  Jesprimi s-solidarjetà mal-manifestanti li qed jitolbu riformi demokratiċi u kundizzjonijiet tal-għajxien aħjar; jilqa“, f'dan il-kuntest, it-tħabbira tal-President Saleh li fl-2013 se jħalli postu, u jistieden lill-awtoritajiet iwaqqfu kull vjolenza kontra dawk li qed jipprotestaw b'mod paċifiku u jeħilsu lill-manifestanti kollha li esprimew id-dissens tagħhom paċifikament;

3.  Jikkunanna l-eżekuzzjonijiet ta' mewt kollha, kull fejn iseħħu, u għal darb'oħra jenfasizza li l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt tikkontribwixxi għat-tisħiħ tad-dinjità tal-bniedem u l-iżvilupp progressiv tad-drittijiet tal-bniedem;

4.  Jistieden lill-President u lill-awtoritajiet tal-Jemen iwaqqfu l-eżekuzzjoni tal-mewt ta' Muhammed Taher Thabet Samoum, u jistieden lill-awtoritajiet tal-Jemen jikkommutaw is-sentenzi tal-mewt imposti fuq Muhammed Taher Thabet Samoum u Fuad Ahmed Ali Abdulla;

5.  Jistieden lill-Gvern tal-Jemen jieqaf jiġġustizzja lil individwi għal reati li allegatament ikunu wettqu meta kienu taħt it-18-il sena, kastig li jikser kemm il-leġiżlazzjoni tal-Jemen, kif ukoll l-obbligi tal-Jemen skont il-ftehimiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem;

6.  Jistieden lill-awtoritajiet tal-Jemen jikkonformaw mal-Artikolu 31 tal-Kodiċi Penali tal-Jemen li jistipula li għandhom jingħataw sentenzi mhux kapitali għal reati mwettqa minn persuni taħt it-18-il sena;

7.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Jemen jirrispettaw is-salvagwardji legali rikonoxxuti internazzjonalment dwar il-minorenni, bħall-ICCPR u l-UNCRC;

8.  Jistieden lill-awtoritajiet tal-Jemen jintroduċu reġistrazzjoni universali tat-twelid u jtejbu l-proċeduri biex tiġi stabbilita l-età tal-akkużati li ma jkollhom ċertifikati tat-twelid;

9.  Jisħaq fuq il-ħtieġa għal riformi fil-Jemen, kif talbu daqstant manifestanti fit-toroq, sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet ta' għajxien għall-popolazzjoni u jiġu ggarantiti elezzjonijiet liberi u ġusti, rispett għad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikulari l-libertà medjatika u d-dritt għal proċess ġust, u trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa;

10.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, b'mod partikulari wara t-twaqqif tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, jimplimentaw malajr approċċ ikkoordinat u komprensiv tal-UE lejn il-Jemen;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummisjoni/ ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, is-SEAE, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-President tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, lill-gvernijiet tal-istati membri tan-NU u lill-Gvern u l-Parlament tar-Repubblika tal-Jemen.

(1) ĠU C 341 E, 16.12.2010, p. 14.
(2) Testi adottati, P7_TA(2010)0351.
(3) Testi adottati, P7_TA(2010)0489.


Uganda: l-omiċidju ta' David Kato
PDF 222kWORD 56k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Frar 2011 dwar l-Uganda: il-qtil ta' David Kato
P7_TA(2011)0074RC-B7-0133/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-obbligi u l-istrumenti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk li jinsabu fil-konvenzjonijiet tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem u fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, li jiggarantixxu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u li jipprojbixxu d-diskriminazzjoni,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (il-Ftehim ta' Cotonou) u rivedut f'Ouagadougou fit-23 ta' Ġunju 2010 u l-klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem li jinsabu fih, b'mod partikolari l-Artikolu 8,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 6, 7 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), li jobbligaw lill-UE u lill-Istati Membri li jħarsu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u li jipprovdu mezz sabiex ikunu miġġielda d-diskriminazzjoni u l-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fil-livell tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha, li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali,

–  wara li kkunsidra l-attivitajiet kollha tal-UE li jirrigwardaw il-ġlieda kontra l-omofobija u d-diskriminazzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-omofobija, il-protezzjoni tal-minoritajiet u l-politiki antidiskriminatorji,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2009 dwar l-Uganda: abboz ta' leġiżlazzjoni antiomosesswali(1) u tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar l-Unganda: l-hekk imsejjaħ “Abbozz ta' Liġi Bahati” u d-diskriminazzjoni kontra l-popolazzjoni LGBT(2),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mir-Rappreżentant Għoli/Viċi President għall-Affaijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Catherine Ashton u tal-President tal-Parlament Ewropew, Jerzy Buzek dwar il-Jum Internazzjonali Kontra l-Omofobija, is-17 ta' Mejju 2010,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tat-28 ta' Settembru 2010 mill-Assemblea Parlamentari AKP dwar il-koeżistenza paċifika tar-reliġjonijiet u l-importanza mogħtija lill-fenomenu tal-omosesswalità fis-shubija AKP-UE,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-6 ta' Diċembru 2010 magħmula bi tweġiba għad-Dikjarazzjoni tal-AKP minn Membri tal-UE tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE mill-PPE, S&D, ALDE, il-Verts/ALE u l-Gruppi GUE/NGL tal-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE tat-3 ta' Diċembru 2009 dwar l-integrazzjoni u l-parteċipazzjoni soċjali u kulturali taż-żgħażagħ,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fis-26 ta' Jannar 2011 David Kato Kisule, difensur tad-drittijiet tal-bniedem u persuna prominenti fil-grupp għad-drittijiet tal-persuni leżbjani u omosesswali Sexual Minorities Uganda u tal-komunità ġenerali tal-persuni leżbjani, omosesswali, bisesswali u transġeneru (LGBT) fl-Uganda, ġie maqtul brutalment fl-Uganda,

B.  billi David Kato preċedentement kien ħa azzjoni legali u rebaħ il-kawża kontra l-ġurnal lokali “Rolling Stone”, li fid-9 ta' Ottubru u fil-15 ta' Novembru 2010 kien elenka l-ismijiet, id-dettalji personali ta' “l fuq minn mitt persuna bir-ritratt tagħhom, li allegatament huma omosesswali, inkluż David Kato, filwaqt li xewwex lill-qarrejja biex jagħmlulhom ħsara jew jgħallquhom,

C.  billi fit-3 ta' Jannar 2011 il-Qorti Suprema tal-Uganda iddikjarat f'sentenza li l-ġurnal lokali Rolling Stone kiser id-dritt kostituzzjonali fundamentali taċ-ċittadini kollha għad-dinjità u l-privatezza, billi speċifikat li anki l-leġiżlazzjoni attwali tal-Uganda kontra l-omosesswalità ma tistax tinftiehem li taqbel mal-vjolenza jew mal-qtil ta' persuni omosesswali; billi, wara r-rebħa fil-Qorti, David Kato kkundanna ż-żieda fit-theddid u l-fastidju,

D.  billi l-President Konġunt tal-Assemblea Parlamentari, il-President tas-Sottokumitat tal-Parlament Ewropew dwar id-Drittijiet tal-bniedem, il-President tal-Parlament Ewropew, il-kapijiet tal-Missjoni tal-UE f'Kampala, il-President u s-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem u mexxejja oħra tal-komunità internazzjonali taw ġieħ lil David kato bħala difensur tad-drittijiet tal-bniedem u talbu lill-awtoritajiet tal-Unganda biex iġibu lill-awturi tad-delitti quddiem il-ġustizzja,

E.  billi l-parlament Ewropew, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi internazzjonali u l-Istati uniti u r-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-UE ripetutament esprimew it-tħassib tagħhom rigward is-sitwazzjoni tal-persuni LGBT fl-Uganda, id-diskriminazzjoni u l-persekuzzjoni kontinwi, kif ukoll it-tixwix għall-mibegħda kontra l-persuni LGBT minn persuni pubbliċi u privati u organizzazzjonijiet fl-Uganda,

F.  billi li li kif jifforma parti minnu David Kato oppona pubblikament l-Abbozz ta' Liġi Kontra l-Omosesswalità mressaq minn David Bahati MP fil-25 ta' Settembru 2009 quddiem il-Parlament tal-Uganda jipprovdi l-ikkastigar tal-atti omosesswali bi priġunerija ta' bejn seba“ snin u l-għomor il-ħabs jew il-piena tal-mewt; billi l-abbozz ta' liġi jipprovdi li n-nuqqas li wieħed jiżvela l-omosesswalità tat-tfal jew ta' pazjent ikun ikkastigat b'massimu ta' tliet snin priġunerija; billi l-abbozz ta' liġi għadu qed jiġi kkunsidrat,

G.  billi l-persuni LGBT fl-Uganda, kif ukoll dawk il-persuni li l-ritratti u d-dettalji tagħhom dehru fir-“Rolling Stone” u li nqraw sussegwentement fuq ir-radju u t-televiżjoni, issa huma fil-periklu ġenwin li jiġu ppersegwitati, u bil-parti l-kbira tal-każi issa jinsabu mingħajr dar, mingħajr xogħol u kostretti jevitaw postijiet pubbliċi, u jkollhom jinħbew mill-għajnejn tal-pubbliku,

H.  billi fl-Afrika l-omosesswalità hija legali fi 13-il pajjiż biss u hija reat kriminali fi 38 pajjiż; billi l-Mawritanja, is-Somalja, is-Sudan u n-Niġerja tat-Tramuntana jikkastigaw l-omosesswalità bil-piena tal-mewt; billi mexxejja politiċi u reliġjużi estremi, fost l-oħrajn, ixewxu l-vjolenza kontra l-persuni LGBT, filwaqt li l-awtoritajiet jittolleraw u ma jikkastigawx delitti fuq il-bażi tal-orjentazzjoni sesswali, u billi d-diskriminazzjoni, l-arresti arbitrarji u l- maltrattament fuq il-bażi tal-orjentament sesswali dejjem qed jiżdiedu,

1.  Jikkundanna bil-qawwa l-qtil vjolenti tad-difensur tad-driitijiet tal-bniedem mill-Uganda, David Kato Kisule;

2.  Jistieden lill-awtoritajiet tal-Uganda jagħmlu investigazzjoni fil-fond u imparzjali dwar il-qtil u jġibu lill-awturi tad-delitt quddiem il-ġustizzja, u li jagħmlu dan fir-rigward ta' kwalunkwe att ta' persekuzzjoni, diskriminazzjoni u vjolenza kontra persuni LGBT u gruppi oħra ta' minoritajiet; jistieden lill-awtoritajiet tal-Uganda jinvestigaw individwi li pubblikament sejħu għall-qtil ta' David Kato, kif ukoll l-organizzazzjonijiet, ir-rwol u l-iffinanzjar tagħhom;

3.  Jiddispjaċih li l-awtoritajiet tal-Uganda ma għandhom xejn xi jgħidu dwar il-fehmiet diskriminatorji espressi dwar il-persuni omosesswali, u jiġbed l-attenzjoni lejn l-obbligi tagħhom skont il-liġi internazzjonali u l-Ftehim Cotonou, b'mod partikolari d-dmir li jipproteġu lill-persuni kollha – indipendentement mill-orjentament sesswali jew l-identità sesswali tagħhom – minn theddid jew vjolenza kontrihom;

4.  Itenni l-ħtieġa, wara li kkunsidra l-elezzjonijiet ġenerali u presidenzjali previsti għat-18 ta' Frar 2011, li wieħed jitkellem pubblikament kontra kull azzjoni dixxiplinarja kontra l-omosesswalità u li jiġu adottati miżuri xierqa biex jitwaqqfu l-kampanji omofobiċi fil-ġurnali u kull komunikazzjoni li xxewwex il-mibegħda kontra komunità ta' minorità jew kull ġustifikazzjoni għal tali azzjoni li tkun ibbażata fuq l-orjentament sesswali jew tal-ġeneru;

5.  Jistieden lill-Gvern tal-Uganda jiżgura li l-persuni LGBT u l-gruppiminoritarji l-oħra kollha fl-Uganda jkunu mħarsa b'mod adegwat mill-vjolenza, u jieħu azzjoni fil-pront kontra kull theddida jew diskors ta' mibegħda li aktarx ixewwex il-vjolenza u d-diskriminazzjoni kontrihom jew l-ostilità lejhom;

6.  Jikkundanna b'mod korrispondenti, u għal dawb'oħra, l-Abbozz ta' Liġi Kontra l-Omosesswalità, u jistieden lill-Parlament tal-uganda jiddikriminalizza l-omosesswalità u jiċħad l-applikazzjoni tal-piena tal-mewt taħt kwalunkwe ċirkustanza; jingħaqad mal-appell tal-10 ta' Diċembru 2010 mis-Segretarju Ġenerali tal-NU Ban Ki-moon għad-dikriminalizzazzjoni universali tal-omosesswalità;

7.  Jikkundanna kwalunkwe tentattiv li tiġi inċitata l-mibegħda u tiġi promossa l-vjolenza kontra kull grupp minoritarju, inkluż abbażi tal-orjentament sesswali jew tal-ġeneru; jingħaqad mas-sejħa mill-organizzazzjoni ta' David kato (SMUG), u minn organizzazzjonijiet oħra, biex l-awtoritajiet, il-mexxejja politiċi u reliġjużi u l-midja jieħfu milli jiddemonizzaw il-minoritajiet sesswali u milli joħolqu klima ta' vjolenza kontra l-persuni LGBT;

8.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkludu l-attivisti LGBT fil-programmi ta' appoġġ għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-organizzazzjonijiet kollha mhux governattivi fl-Uganda biex jaħdmu flimkien mal-Koalizzjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem fl-Uganda, inklużi l-organizzazzjonijiet LGBT;

9.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jiżguraw li l-politika barranija tagħhom, inkluża l-politika ta' kooperazzjoni u ta' żvilupp tagħhom, rigward pajjiżi terzi, b'relazzjoni kemm mal-awtoritajiet u l-NGOs, tikkunsidra b'mod xieraq is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-gruppi minoritarji kollha inklużi l-persuni LGBT, u biex jiżguraw li jsir progress tanġibbli f'dan il-qasam; jistiedem lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex jagħmlu użu sħiħ mit-Toolkit għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tat-Tgawdija tad-Drittijiet tal-Bniedem kollha mill-Persuni Leżbjani, Omosesswali, Bisesswali u Transġeneru (LGBT) fir-relazzjonijiet kollha tagħhom mal-Uganda filwaqt li jipprovdu protezzjoni sħiħa tal-attivisti LGBT fl-Uganda, u jappoġġaw l-attivitajiet tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi dawn il-kwistjonijiet fil-Pjan Direzzjonali kontra l-omofobija, li l-Parlament Ewropew talabha tfassal(3);

10.  Jinsab imħassab bil-kbir, li d-donaturi internazzjonali, l-organizzazzjonijiet internazzjonali, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, l-organizzazzjonijiet umanitarji u t-tobba jkollhom jikkunsidraw mill-ġdid jew itemmu l-attivitajiet tagħhom f'ċerti oqsma, f'każ li tgħaddi l-liġi u jinnota li l-Ġermanja ddeċidiet li tirtira nofs l-USD 33 miljun f'għajnuna barranija mwiegħda lill-Malawi, minħabba l-kriminalizzazzjoi tal-omosesswalità u r-restrizzjoni tal-libertà tal-istampa, deċiżjoni segwita mir-rifjut tal-Istati Uniti li jgħaddu USD 350 miljun f'għajnuna barranija lill-Malawi mingħajr aktar diskussjonijiet dwar il-liġijiet li joħolqu restrizzjonijiet fuq il-libertajiet individwali;

11.  Itenni l-impenn tiegħu għad-drittijiet universali tal-bniedem u jfakkar il-fatt li l-orjentament sesswali hi kwestjoni li taqa“ fl-ambitu tad-dritt individwali għall-privatezza kif garantit mil-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, skont liema liġi l-ugwaljanza u n-non-diskriminazzjoni għandhom jiġu mħarsa, filwaqt li tiġi ggarantita l-libertà tal-espressjoni u jfakkar lill-awtoritajiet tal-Uganda dwar l-obbligi tagħhom skont il-liġi internazzjonali u skont il-Ftehim ta' Cotonou, li jitlob għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem;

12.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Istituzzjonijiet Ewropej itennu l-prinċipju li persuni li jinsabu f'perikolu ta' persekuzzjoni għandhom jitqiesu għall-għoti ta' status ta' refuġjat;

13.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli/Viċi President għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-President tar-Repubblika tal-Uganda, lill-Ispeaker tal-Parlament tal-Uganda, lill-Assemblea Leġiżlattiva tal-Afrika tal-Lvant u lill-istituzzjonijiet u lill-Unjoni Afrikana u l-istituzzjonijiet tagħha.

(1) ĠU C 286 E, 22.10.2010, p. 25.
(2) Testi adottati, P7_TA(2010)0495.
(3) Par. 7 tar-Riżoluzzjoni P7_TA(2011)0019 tad-19 ta' Jannar 2011.

Avviż legali - Politika tal-privatezza