Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/2187(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0131/2011

Testi mressqa :

A7-0131/2011

Dibattiti :

PV 10/05/2011 - 4
CRE 10/05/2011 - 4

Votazzjonijiet :

PV 10/05/2011 - 11.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0204

Testi adottati
PDF 373kWORD 61k
It-Tlieta, 10 ta' Mejju 2011 - Strasburgu
Kwittanza 2009: L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni
P7_TA(2011)0204A7-0131/2011
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2011 dwar kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal- Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2009 (C7-0247/2010 – 2010/2187(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2009,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 (05894/2011 – C7-0051/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2007/198/Euratom tas-27 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp ta' l-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferilha vantaġġi(3), u partikolarment l-Artikolu 5 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002(4) tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar il-Kontroll Baġitarju (A7-0131/2011),

1.  Jagħti lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2009;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 342, 16.12.2010, p. 22.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2011 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2009 (C7-0247/2010 – 2010/2187(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-għeluq tal-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2009,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 (05894/2011 – C7-0051/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2007/198/Euratom tas-27 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp ta' l-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferilha vantaġġi(3), u partikolarment l-Artikolu 5 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002(4) tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar il-Kontroll Baġitarju (A7-0131/2011),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2009;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 342, 16.12.2010, p. 22.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2011 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2009 (C7-0247/2010 – 2010/2187(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-għeluq tal-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2009,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 (05894/2011 – C7-0051/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2007/198/Euratom tas-27 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp ta' l-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferilha vantaġġi(3), u partikolarment l-Artikolu 5 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, adottat bid-deċiżjoni tat-22 ta' Ottubru 2007 tal-Bord ta' Governanza tal-Impriża Konġunta (iktar “il quddiem ”Regolament Finanzjarju ITER“),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002(4) tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar il-Kontroll Baġitarju (A7-0131/2011),

A.  billi l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2009 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

B.  billi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni tinsab fil-fażi ta' tnedija tagħha u ma kinetx stabbilixxiet bis-sħiħ il-kontrolli interni tagħha u s-sistemi tagħha ta' informazzjoni finanzjarja sa tmiem l-2009,

C.  billi r-Regolament Finanzjarju ITER huwa bbażat fuq il-Regolament Finanzjarju qafas, li ġie modifikat dan l-aħħar biex jiġi konformi mal-bidliet li saru għar-Regolament Finanzjarju ġenerali,

D.  billi fid-9 ta' Ottubru 2008 l-Qorti tal-Awdituri tat l-opinjoni Nru 4/2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju ITER,

Implimentazzjoni tal-budget

1.  Jinnota li l-baġit finali tal-Impriża Konġunta għall-2009 kien ta' EUR 173 600 000 u r-rata ġenerali tal-użu għal approprjazzjonijiet tar-rata tal-użu tal-pagamenti kienet ta' 65,3%;

2.  Jagħraf li l-Impriża Konġunta għadha f'perijodu inizjali u l-infiq anqas mill-ammont allokat huwa relatat l-iktar ma' dewmien fil-progress tal-programm ta' fużjoni tal-Euratom, kif ġie wkoll rappurtat mill-Qorti tal-Awdituri fl-2008;

3.  Jinnota li d-depożiti bankarji ta' tmiem is-sena li jammontaw għal EUR 42 000 000 jirrapreżentaw ksur tal-prinċipju baġitarju tal-bilanċ;

4.  Jikkunsidra li huwa mportanti, sabiex tiġi definita l-applikazzjoni ta' din id-deroga mill-prinċipju baġitarju ġenerali tal-bilanċ, li jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom, jekk ikun pożittiv, jiddaħħal il-bilanċ tal-kont tar-riżultati fil-baġit tal-Impriża Konġunta tas-sena finanzjarja konsegwenti;

Preżentazzjoni tal-kontijiet

5.  Jistieden lill-Impriża Konġunta tarmonizza l-kontijiet taħt il-gwida tal-Kummissjoni;

6.  Jirrikonoxxi li għall-kuntrarju ta' impriżi konġunti oħra tal-Unjoni, l-ITER hija ffinanzjata għalkollox b'mod pubbliku;

Sistemi ta' kontroll intern

7.  Iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta tlesti l-implimentazzjoni tas-sistemi tagħha ta' kontroll intern u ta' informazzjoni finanzjarja;

8.  Jistieden lill-Impriża Konġunta, barra minn hekk, tinkludi fir-Regoli Finanzjarji tagħha referenza speċifika għas-setgħat tas-Servizz tal-Verifika Interna bħala l-awditur intern tagħha, abbażi tad-dispożizzjoni fir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet Komunitarji;

9.  Iqis, b'mod partikolari, li r-rwol tas-Servizz tal-Verifika Interna bħala awditur intern għandu jkun li tagħti parir lill-Impriża Konġunta dwar kif għandha tittratta r-riskji, billi tagħti opinjonijiet indipendenti rigward il-kwalità tas-sistemi ta' amministrazzjoni u ta' kontroll u billi toħroġ rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet u għall-promozzjoni ta' ġestjoni finanzjarja soda; iqis li huwa essenzjali li l-Impriża Konġunta tippreżenta rapport lill-awtorità tal-kwittanza, li jkun imħejji mid-direttur tagħha li jiġbor fil-qosor l-għadd u t-tip ta' verifiki interni li jkunu saru mill-awditur intern, ir-rakkomandazzjonijiet li jkunu saru u l-azzjonijiet li jkunu ttieħdu rigward dawn ir-rakkomandazzjonijiet;

10.  Barra minn dan huwa tal-fehma li minħabba d-daqs tal-baġit tagħha u l-kumplessità tal-ħidmiet tagħha, l-Impriża Konġunta għandha twaqqaf kumitat tal-awditjar, li jkun jirrapporta direttament lill-Bord ta' Governanza;

Regolament Finanzjarju

11.  Iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta temeda r-Regolament Finanzjarju tagħha biex tintegra r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li kienet għamlet fl-Opinjoni tagħha Nru 4/2008 dwar dak ir-Regolament; iqis li hu meħtieġ li jkun hemm aktar titjib fir-rigward ta':

   l-eċċezzjonijiet għall-prinċipji baġitarji,
   ir-rwol tas-Servizz tal-Verifika Interna,
   l-istabbiliment ta' kumitat ta' verifika,
   il-ħlas tard tal-kontribuzzjonijiet tas-sħab,
   ir-regoli dwar l-għoti ta' sussidji,
   id-dispożizzjonijiet tranżitorji li jinsabu fl-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju ITER.

(1) ĠU C 342, 16.12.2010, p. 22.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

Avviż legali - Politika tal-privatezza