Emendi tal-Parlament Ewropew adottati fl-10 ta' Mejju 2011 proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jintroduċi preferenzi kummerċjali awtonomi ta' emerġenza għall-Pakistan (COM(2010)0552 – C7-0322/2010 – 2010/0289(COD))
Emenda 1 Proposta għal Regolament Kunsiderazzjoni 2 a (ġdida)
Wara li kkunsidra t-talba tat-18 ta' Novembru 2010 għal eżenzjoni mid-WTO għal preferenzi kummerċjali awtonomi addizzjonali mogħtija mill-Unjoni Ewropea lill-Pakistan,
Emenda 2 Proposta għal Regolament Premessa 1
(1) Ir-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan (minn hawn “il quddiem il-Pakistan) tibni fuq il-Ftehim ta' Kooperazzjoni li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2004. Wieħed mill-għanijiet ewlenin tiegħu huwa li jiżgura l-kundizzjonijiet tal-kummerċ bejn il-Partijiet u biex iħeġġeġ iż-żieda u l-iżvilupp tiegħu.
(1) Ir-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan (minn hawn “il quddiem il-Pakistan) tibni fuq il-Ftehim ta' Kooperazzjoni li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2004. Wieħed mill-għanijiet ewlenin tiegħu huwa li jiżgura l-kundizzjonijiet tal-kummerċ bejn il-Partijiet u biex iħeġġeġ iż-żieda u l-iżvilupp tiegħu. Ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ċentrali tax-xogħol, u l-prinċipji demokratiċi huma wkoll element essenzjali ta' dak il-Ftehim.
Emenda 3 Proposta għal Regolament Premessa 3
(3) L-għajnuna umanitarja hija naturalment l-istrument ewlieni f'din it-tip ta' sitwazzjoni u l-Unjoni kienet minn ta' quddiem f'dan il-qasam mill-bidu tal-emerġenza.
(3) L-għajnuna umanitarja hija naturalment l-istrument ewlieni f'din it-tip ta' sitwazzjoni u l-Unjoni kienet minn ta' quddiem f'dan il-qasam mill-bidu tal-emerġenza u wegħdet aktar minn EUR 415 miljun f'għajnuna ta' emerġenza lill-Pakistan.
Emenda 4 Proposta għal Regolament Premessa 4
(4) Se jkun importanti li jintużaw il-mezzi kollha disponibbli biex jiġi appoġġat l-irkupru tal-Pakistan minn din l-emerġenza u biex isir progress lejn żvilupp futur.
(4) Se jkun importanti li jintużaw il-mezzi kollha disponibbli biex jiġi appoġġat l-irkupru tal-Pakistan minn din l-emerġenza, inkluż il-miżuri kummerċjali eċċezzjonali proposti biex tingħata spinta lill-esportazzjonijiet tal-Pakistan biex jingħata kontribut lejn l-iżvilupp ekonomiku futur tiegħu, filwaqt li tiġi żgurata konsistenza fil-livelli kollha bl-għan li tiġi żviluppata strateġija sostenibbli fit-tul.
Emenda 5 Proposta għal Regolament Premessa 4 a (ġdida)
(4a)Is-severità ta' dan id-diżastru naturali titlob reazzjoni immedjata u sostanzjali li tqis l-importanza ġeostrateġika tas-sħubija tal-Pakistan mal-Unjoni, l-aktar permezz tar-rwol ewlieni tal-Pakistan fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, filwaqt li sservi ta' kontribut għall-iżvilupp, is-sigurtà u l-istabilità ġenerali tar-reġjun.
Emenda 6 Proposta għal Regolament Premessa 4 b (ġdida)
(4b)L-effetti tal-preferenzi kummerċjali awtonomi għandhom ikunu jistgħu jitkejlu f'termini konkreti ta' ħolqien ta' impjiegi, ta' qerda tal-faqar u ta' żvilupp sostenibbli tal-popolazzjoni li taħdem u tal-fqar tal-Pakistan.
Emenda 7 Proposta għal Regolament Premessa 6
(6) Partikolarment, il-Kunsill Ewropew enfasizza l-impenn qawwi tiegħu biex jagħti esklussivament lill-Pakistan aċċess ikbar għas-suq tal-Unjoni permezz tat-tnaqqis immedjat u limitat fiż-żmien tad-dazji fuq l-importazzjonijiet ewlenin mill-Pakistan.
(6) Partikolarment, il-Kunsill Ewropew enfasizza l-impenn qawwi tiegħu biex jagħti esklussivament lill-Pakistan aċċess ikbar għas-suq tal-Unjoni permezz tat-tnaqqis eċċezzjonali, immedjat u limitat fiż-żmien tad-dazji fuq l-importazzjonijiet ewlenin mill-Pakistan. Hekk kif ingħatat dan il-mandat, il-Kummissjoni pproponiet pakkett li kien jidentifika 75 linja tariffarja speċifiċi għas-settur ewlenin tal-esportazzjoni tal-Pakistan f'dawk l-inħawi l-agħar milquta mill-għargħar, filwaqt li sostniet li żieda fl-esportazzjonijiet mill-Pakistan lejn l-IE ta' mhux anqas minn EUR 100 miljun fis-sena tkun ta' għajnuna reali, sostenibbli u ta' fejda lir-reġjun.
Emenda 8 Proposta għal Regolament Premessa 6 a (ġdida)
(6a)Il-kummerċ li l-Pakistan għandu mal-Unjoni primarjament jikkonsisti f'tessuti u prodotti tal-ħwejjeġ li, skont il-Kummissjoni, ammontaw għal 73.7% tal-esportazzjonijiet tal-Pakistan lejn l-Unjoni fl-2009, u ukoll l-etanol u l-ġilda, u li huma prodotti industrijali sensittivi f'ċerti Stati Membri fejn l-impjiegi fl-industrija diġà kienu milquta sostanzjalment mir-reċessjoni global u l-industriji qegħdin ibatu biex jadottaw għal ambjent kummerċjali globali ġdid.
Emenda 9 Proposta għal Regolament Premessa 6 b (ġdida)
(6b)Is-settur tat-tessuti huwa ta' importanza ewlenija għall-ekonomija tal-Pakistan, għandu sehem ta' 8.5% tal-PDG u jimpjega 38% tal-forza tax-xogħol, li madwar nofshom huma nisa.
Emenda 10 Proposta għal Regolament Premessa 7
(7) Għalhekk, jixraq li jingħataw preferenzi kummerċjali awtonomi lill-Pakistan billi, għal perjodu limitat ta' żmien, jiġu sospiżi t-tariffi kollha għal ċerti prodotti ta' interess għall-esportazzjoni lejn il-Pakistan. L-għoti ta' dawn il-preferenzi kummerċjali ma jikkawżawx effetti negattivi sinifikanti fuq is-suq domestiku tal-Unjoni u ma jaffettwax b'mod ħażin il-Membri l-inqas żviluppati tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO).
(7) Minħabba t-tbatija li qed ibati l-poplu tal-Pakistan minħabba l-għargħar qerriedi, jixraq, għalhekk, li jingħataw preferenzi kummerċjali awtonomi eċċezzjonali lill-Pakistan billi, għal perjodu limitat ta' żmien, jiġu sospiżi t-tariffi kollha għal ċerti prodotti ta' interess għall-esportazzjoni lejn il-Pakistan. L-għoti ta' dawn il-preferenzi kummerċjali għandu jikkawża biss effetti negattivi limitati fuq is-suq domestiku tal-Unjoni u m'għandux jaffettwa b'mod ħażin il-Membri l-inqas żviluppati tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO).
Emenda 11 Proposta għal Regolament Premessa 7 a (ġdida)
(7a)Dawn il-miżuri qed jiġu proposti bħala parti minn pakkett eċċezzjonali, b'reazzjoni għas-sitwazzjoni speċifika fil-Pakistan. Huma m'għandhomx jikkostitwixxu preċedent għall-politika kummerċjali tal-Unjoni ma' pajjiżi oħra.
Emenda 12 Proposta għal Regolament Premessa 8 a (ġdida)
(8a)L-għoti ta' preferenzi kummerċjali awtonomi huwa marbut mar-rispett tal-prinċipji fundamentali tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem.
Emenda 13 Proposta għal Regolament Premessa 9
(9) Il-jedd għall-benefiċċji mill-preferenzi kumerċjali awtonomi jiddependi mill-konformità tal-Pakistan mar-regoli relevanti tal-oriġini tal-prodotti u mal-proċeduri relatati magħhom kif ukoll mill-involviment f'kooperazzjoni amministrattiva effettiva mal-Unjoni sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-frodi. Ksur serju u sistematiku tal-kundizzjonijiet għall-jedd għall-arranġament preferenzjali, frodi jew in-nuqqas ta' kooperazzjoni amministrattiva għall-verifika tal-oriġini tal-prodotti għandhom jikkostitwixxu raġunijiet għal sospensjoni temporanja tal-preferenzi. F'dan ir-rigward, jekk ikun hemm bżonn, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta miżuri temporanji bħal dawn.
(9) Il-jedd għall-benefiċċji mill-preferenzi kkumerċjali awtonomi eċċezzjonali jiddependi mill-konformità tal-Pakistan mar-regoli relevanti tal-oriġini tal-prodotti u mal-proċeduri relatati magħhom kif ukoll mill-involviment f'kooperazzjoni amministrattiva effettiva mal-Unjoni sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-frodi. Ksur serju u sistematiku tal-kundizzjonijiet għall-jedd għall-arranġament preferenzjali, frodi jew in-nuqqas ta' kooperazzjoni amministrattiva għall-verifika tal-oriġini tal-prodotti jew deterjorament serju fl-osservanza tal-prinċipji fundamentali tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fil-Pakistan, fosthom id-drittijiet ċentrali tax-xogħol, għandhom jikkostitwixxu raġunijiet għal sospensjoni temporanja tal-preferenzi. F'dan ir-rigward, jekk ikun hemm bżonn, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta miżuri temporanji bħal dawn.
Emenda 14 Proposta għal Regolament Premessa 10 a (ġdida)
(10a)L-għoti ta' dawn il-preferenzi huwa wkoll bil-kundizzjoni li l-Pakistan ma tmantnix, jew tintroduċi jew iżżid id-dazji jew it-tariffi li jkollhom effett ekwivalenti jew kwalunkwe restrizzjoni jew projbizzjoni fuq l-esportazzjoni, jew il-bejgħ għall-esportazzjoni, ta' kwalunkwe materjal użat primarjament fil-produzzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament maħsuba għat-territorju tal-Unjoni, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 15 Proposta għal Regolament Premessa 10 b (ġdida)
(10b)Jeħtieġ li tkun prevista l-introduzzjoni mill-ġdid tad-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni għal kull prodott li jikkawża, jew li jhedded li jikkawża, diffikultajiet serji lil produttur tal-Unjoni ta' prodotti simili jew li jikkompetu direttament magħhom, kif determinat f'investigazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni.
Emenda 16 Proposta għal Regolament Premessa 10 c (ġdida)
(10c)Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm monitoraġġ effettiv tat-tendenzi tal-importazzjonijiet tal-prodotti koperti b'dan ir-Regolament kemm jista' jkun minn quddiem jeħtieġ li titwaqqaf sorveljanza tad-dwana fuq importazzjonijiet koperti minn dan ir-Regolament. Abbażi ta' dan il-monitoraġġ għandu jiġi ppreżentat rapport kull tliet xhur dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Emenda 17 Proposta għal Regolament Premessa 10 d (ġdida)
(10d)Il-preferenzi kummerċjali awtonomi mogħtija lill-Pakistan għandom ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt annwali, imwettqa mill-Kummissjoni u ppreżentata lill-Parlament u lill-Kunsill, li tippermetti li jsiru aġġustamenti bbażati fuq il-volum attwali tal-importazzjonijiet kif ukoll fuq ir-riperkussjonijiet possibbli għas-setturi speċifikament ikkonċernati minn dan ir-Regolament.
Emenda 18 Proposta għal Regolament Premessa 12
(12) Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni fil-Pakistan, ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2011 jew hekk kif id-WTO tapprova t-talba tal-Unjoni għall-eżenzjoni mill-obbligi tagħha skont l-Artikoli I u XIII tal-GATT.
(12) Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni fil-Pakistan, ir-Regolament għandu japplika hekk kif id-WTO tapprova t-talba tal-Unjoni għall-eżenzjoni mill-obbligi tagħha skont l-Artikoli I u XIII tal-GATT.
Emenda 19 Proposta għal Regolament Premessa 13
(13) Sabiex ikun hemm impatt immedjat u sostenibbli fuq l-irkupru ekonomiku tal-Pakistan wara l-għargħar, huwa rakkomandat li l-preferenzi kummerċjali jibqgħu sal-31 ta' Diċembru 2013.
(13) Sabiex ikun hemm impatt immedjat u sostenibbli fuq l-irkupru ekonomiku tal-Pakistan wara l-għargħar, huwa rakkomandat li l-preferenzi kummerċjali jkunu limitati sa sena mid-dħul fis-seħħ ta' dawk il-miżuri.
Emenda 20 Proposta għal Regolament Premessa 14
(14) Il-miżuri meћtieġa gћall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament gћandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni1.
(14) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ugwali għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament li jitrattaw is-sospensjoni temporanja, is-sorveljanza u l-miżuri ta' salvagwardja, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011, li jistipula r-regoli u l-prinċipji ġenerali rigward il-mekkaniżmi ta' kontroll fuq l-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni1.
1 ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
1 ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
Emenda 21 Proposta għal Regolament Premessa 15
(15) L-emendi lin-Nomenklatura Magħquda ma jistgħux iwasslu għal bidliet sostantivi lin-natura tal-preferenzi kummerċjali awtonomi. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-iskop li tagħmel l-emendi u l-adattamenti tekniċi meħtieġa lil-lista ta' prodotti li għalihom tapplika l-preferenza kummerċjali awtonoma,
(15) Il-proċedura ta' konsultazzjoni għandha tintuża għall-adozzjoni tal-miżuri ta' sorveljanza u tal-miżuri provviżorji ta' salvagwardja sabiex jitqiesu l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni tal-miżuri definittivi ta' salvagwardja. L-istess għandu japplika fir-rigward tas-sospensjoni tal-preferenzi meta ma jitwettqux il-kundizzjonijiet li jintitolaw għall-arranġamenti preferenzjali peress li l-Kummissjoni għalhekk qed taġixxi biss fuq evidenza reali u m'hemmx ħtieġa li tintuża diskrezzjoni politika.
Emenda 22 Proposta għal Regolament Premessa 15 a (ġdid)
(15a)Sabiex jitwettqu l-adattamenti tekniċi meħtieġa għal-lista ta' beni li għalihom japplikaw il-preferenzi kummerċjali awtonomi u biex jiddaħħlu rati ta' kwota tariffarja meta l-volumi ta' importazzjonijiet kopruti b'dan ir-Regolament jiżdiedu lil hinn minn ċerti livelli, is-setgħa li jiġu adottati atti bi qbil mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-Anness I u l-Anness II biex jirriflettu l-bidliet fil-kodiċi ta' nomenklatura maqgħuda u biex jintroduċu kwoti ġodda. Hu ta' importanza partikolai li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adegwati tul il-ħidma preparatorja tagħha inkluż fil-livell ta' għarfien espert.
Il-Kummissjoni, fit-tħejjija u fit-tfassil tal-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u adegwata tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 23 Proposta għal Regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c a (ġdid)
(ca) l-impenn tal-Pakistan li ma jżommx. jintroduċi jew iżżid id-dazji jew it-tariffi li jkollhom effett ekwivalenti jew kwalunkwe restrizzjoni jew projbizzjoni oħra fuq l-esportazzjoni, jew il-bejgħ għall-esportazzjonijiet, ta' kwalunkwe materjal użat primarjament fil-produzzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament maħsuba għat-territorju tal-Unjoni.
Emenda 24 Proposta għal Regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c b (ġdid)
(cb) konformità mal-Artikolu XI GATT 1994 u n-noti interpretattivi tiegħu. Għal dan il-għan il-Pakistan jastjeni milli jadotta jew iżomm xi projbizzjoni jew restrizzjoni fuq l-esportazzjoni, jew il-bejgħ għall-esportazzjoni, ta' kwalunkwe materjal użat primarjament fil-produzzjoni ta' xi prodott inkluż fl-Anness I u II;
Emenda 25 Proposta għal Regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c c (ġdid)
(cc) l-impenn tal-Pakistan li ma jżommx. jintroduċi jew iżżid id-dazji jew it-tariffi ġodda li jkollhom effett ekwivalenti u restrizzjonijiet jew miżuri kwantitattivi li jkollhom effett ekwivalenti għall-importazzjonijiet li joriġinaw fil-Komunità, jew miż-żieda ta' livelli eżistenti ta' dazji jew tariffi, jew l-introduzzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni oħra.
1a.Mingħajr ħsara għall-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, il-jedd għall-benefiċċju mill-arranġamenti preferenzjali introdotti permezz tal-Artikolu 1 huwa soġġett għar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-prinċipji ewlenija tax-xogħol, u l-prinċipji fundamentali tad-demokrazija mill-Pakistan.
Jekk il-Pakistan jadotta miżuri li jirrestrinġu d-drittijiet tal-bniedem u tal-ħaddiema, l-ugwaljanza bejn is-sessi jew id-drittijiet reliġjużi jew jekk jagħti kull forma ta' sostenn jew appoġġ lil xi organizzazzjoni terroristika, il-Kummissjoni għandha minnufih tipproponi r-revoka dan ir-Regolament.
Emenda 27 Proposta għal Regolament Artikolu 3 a (ġdid)
Artikolu 3a
Introduzzjoni urġenti ta' kwoti tarriffarji
1.Meta l-importazzjonijiet ta' prodott inkluż fl-Anness I li joriġina mill-Pakistan jiżdiedu, fil-volum, b'20% jew b'aktar, meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2010, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li l-importazzjonijiet ta' dan il-prodott ikunu soġġetti għal kwota ta' rata tariffarja billi temenda, l-Anness I u l-Anness II b'urġenza permezz tal-att delegat. Il-proċedura stipulata fl-Artikolu 7a għandha tapplika għall-atti ddelegati adottati skont dan l-Artikolu.
2.Id-dejta pprovduta mis-sorveljanza tad-dwana msemmija fl-Artikolu 9b għandha tkun il-bażi għall-introduzzjoni tal-kwota ta' rata tariffarja skont dan l-Artikolu.
3.Il-kwota ta' rata tariffarja għandha tieħu s-sura ta' kwota ta' mingħajr dazju li tkun limitata għal-livell tal-importazzjonijiet ta' dan it-tip ta' prodott meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2010, b'żieda ta' 20% Mad-dħul fis-seħħ tal-att delegat, l-importazzjonijiet li jeċċedu dik il-kwota ta' rata tariffarja għandhom ikunu soġġetti għad-dazji applikabbli għal nazzjon ippreferut jew għal dazji oħra applikabbli.
Emenda 28 Proposta għal Regolament Artikolu 4
Emendar tal-Annessi
Aġġustamenti Tekniċi tal-Annessi
Il-Kummissjoni tista“ tadotta atti delegati skont l-Artikolu 5 bl-iskop li temenda l-Annessi sabiex tintroduċi l-emendi u l-aġġustamenti tekniċi meħtieġa wara emendi lill-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda u lis-subdiviżjonijiet tat-TARIC.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 5 bl-iskop li temenda l-Annessi sabiex tintroduċi l-emendi u l-aġġustamenti tekniċi li saru meħtieġa wara emendi kemm għall-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda u lis-subdiviżjonijiet tat-TARIC.
F'kull każ, is-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni fl-ewwel paragrafu ma għandhiex testendi biżżejjed biex din titħalla tintroduċi prodotti adizzjonali mhux inklużi fil-listi fl-Annessi I u II ta' dan ir-Regolament.
Emenda 29 Proposta għal Regolament Artikolu 5
Eżerċizzju tad-delega
Eżerċizzju tad-delega
1.Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmijafl-Artikolu 4għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat.
1.Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmijafl-Artikoli 3b u 4għandha tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
2.Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 3b u 4 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal kemm idum fis-seħħ dan ir-Regolament.
3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 3b u 4 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delegar tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ il-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew d'data iktar tard li tkun speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ.
2. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin.
3.Is-setgħat għall-adozzjoni tal-atti delegati huma kkonferiti fuq il-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 6 sa 7a.
5.Att delegat adottat skont l-Artikolu 4 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu nformaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizzjattiva tal-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill.
Jekk din l-emenda tiġi adottata, l-Artikoli 6 u 7 għandhom jitħassru.
Emenda 30 Proposta għal Regolament Artikolu 7 a (ġdid)
Artikolu 7a
Proċedura ta' urġenza
1.L-atti delegati adottati skont il-proċedura ta' urġenza għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u japplikaw sakemm ma titressaq l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza.
2.Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5. F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att mingħajr dewmien wara li tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bid-deċiżjoni li toġġezzjona.
Emenda 31 Proposta għal Regolament Artikolu 8
Proċedura tal-kumitat
Proċedura tal-kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali.
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
1a.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Il-perjodu previst fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE huwa stabbilit għal xahar.
2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Emenda 32 Proposta għal Regolament Artikolu 9 - paragrafu 2
2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8.
2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8(1a).
Emenda 33 Proposta għal Regolament Artikolu 9a (ġdid)
Artikolu 9a
Miżuri ta' salvagwardja
1.Meta prodott inkluż fl-Anness I jew II u li jorġina mill-Pakistan jiġi importat skont termini li jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, diffikultajiet serji lill-produtturi tal-Unjoni ta' prodotti simili jew li jikkompetu direttament magħhom, id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni fuq dak il-prodott jistgħu jerġgħu jiddaħħlu fi kwalunkwe mument (minn hawn “il quddiem misjuba bħala ”miżura ta' salvagwardja“).
2.Fuq talba ta' Stat Membru, kwalunkwe persuna ġuridika jew assoċjazzjoni li m'għandiex personalità ġuridika li taġixxi f'isem l-industrija tal-Unjoni jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni formali biex tibda investigazzjoni fi żmien xahar. Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħti bidu għal investigazzjoni, hija għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jħabbar l-investigazzjoni. In-notifika għandha tipprovdi sommarju tal-informazzjoni li l-Kummissjoni tkun irċeviet u tiddikjara li kull informazzjoni relevanti għandha tintbagħat lill-Kummissjoni. Għandha tispeċifika l-perjodu, li ma jistax jaqbeż ix-xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, li fih il-partijiet interessati jistgħu jikkomunikaw bil-miktub il-fehmiet tagħhom.
3.Il-Kummissjoni għandha tfittex l-informazzjoni kollha li tqis meħtieġa u tista' tivverifika l-informazzjoni li taslilha mal-Pakistan u minn kull sors rilevanti ieħor. Hija tista' tiġi megħjuna mill-uffiċjali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tista' ssir il-verifika, jekk mitlub minn dak l-Istat Membru.
4.Meta tkun qed teżamina jekk hemmx diffikultajiet serji, il-Kummissjoni għandha tqis, fost l-oħrajn, il-fatturi li ġejjin li jikkonċernaw il-produtturi tal-Unjoni, meta din l-informazzjoni tkun disponibbli: ‐ sehem mis-suq, ‐ produzzjoni, ‐ ħażna, ‐ kapaċità tal-produzzjoni, ‐ użu tal-kapaċità, ‐ impiegi, ‐ importazzjonijiet, ‐ prezzijiet.
5.L-investigazzjoni għandha titlesta malajr kemm jista' jkun iżda mhux aktar minn erba' xhur wara l-pubblikazzjoni tan-notifika msemmija fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni tista“, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, testendi dal-perjodu b'perjodu massimu addizzjonali ta' xahar.
6.Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri provviżorji ta' salvagwardja, skont l-atti ta' implimentazzjoni f'ċirkostanzi kritiċi fejn dewmien jista' jikkawża ħsara li jkun diffiċli li tissewwa, skont determinazzjoni preliminari abbażi tal-fatturi stipulati fil-paragrafu 4 li tistabbilixxi li hemm evidenza biżżejjed li l-importazzjonijiet ta' prodott kopert minn dan ir-Regolament żdiedu b'riżultat tas-sospensjoni tad-dazji tad-dwana skont dan ir-Regolament, u li dawn l-importazzjonijiet jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, diffikultajiet serji għall-industrija tal-Unjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati flimkien mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 8(1a). Il-miżuri provviżorji m'għandhomx japplikaw għal aktar minn 200 ġurnata.
7.Il-Kummissjoni tiddeċidi jekk timponix salvagwardja definittiva skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(2).
Emenda 34 Proposta għal Regolament Artikolu 9b (ġdid)
Artikolu 9b
Miżuri ta' sorveljanza
.
1.Fejn ix-xejriet tal-importazzjonijiet ta' wieħed mill-prodotti inklużi fl-Anness I u li joriġina mill-Pakistan ikunu b'mod li jkunu jistgħu jwasslu għas-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9a (1), il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li l-importazzjonijiet ta' dak il-prodott tagħmilhom soġġetti għal sorveljanza minn qabel mill-Unjoni.
2.Il-miżuri ta' sorveljanza għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni bi qbil mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 8 (1a).
3.Il-miżuri ta' sorveljanza għandu jkollhom perjodu ta' validità limitat. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor, il-validità tagħhom tintemm fl-aħħar tat-tieni perjodu ta' sitt xhur.
4.Din is-sorveljanza se tipprovdi data aġġornata u disponibbli minnufih, f'termini ta' volum u ta' valur. Din id-data se tkun disponibbli minnufih lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew u lill-operaturi ekonomiċi.
Emenda 35 Proposta għal Regolament Artikolu 10 - paragrafu 2
2. Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2011 sakemm il-preferenzi tariffarji pprovduti f'dan ir-Regolament jiġu permessi b'eżenzjoni mogħtija mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Fil-każ li l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ tagħti eżenzjoni bħal din wara l-1 ta' Jannar 2011, ir-Regolament għandu japplika minn din id-data aktar tard meta tidħol fis-seħħ l-eżenzjoni.
2. Dan ir-Regolament hu soġġett għall-għoti ta' eżenzjoni mill-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol li tippermetti l-preferenzi tariffarji pprovduti fih u għalhekk għandu japplika mid-data aktar tard meta tidħol fis-seħħ l-eżenzjoni
Emenda 36 Proposta għal Regolament Artikolu 10 - paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjli tal-Unjoni Ewropea biex jinforma lill-operaturi bid-data li fiha ngħatat l-eżenzjoni mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Jekk wara l-1 ta' Jannar 2011, id-data speċifikata għandha tkun id-data li minnha jibdew japplikaw il-preferenzi tariffarji skont it-tieni sentenza tal-paragrafu 2.
3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjli tal-Unjoni Ewropea biex jinforma lill-operaturi bid-data li fiha ngħatat l-eżenzjoni mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.
Emenda 38 Proposta għal Regolament Artikolu 10 Paragrafu 4
4. Dan ir-Regolament għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2013.
4. Dan ir-Regolament għandu japplika għal 12-il xahar wara li jidħol fis-seħħ. Qabel dik id-data l-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt ta' dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Abbażi ta' proposta leġiżlattiva ġdida mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddeċiedu jekk jestendux l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament b'sena oħra.
Emenda 39/rev Anness I
Test propost mill-Kummissjoni
Kodiċi tan-NM
Deskrizzjoni
52083900
DRAPPIJIET MINSUĠIN U MIŻBUGĦA TAL-QOTON OĦRAJN, LI JIŻNU 85% JEW IKTAR TAL-PIŻ F'QOTON
52093900
DRAPPIJIET MINSUĠIN TAL-QOTON STAMPATI U BLA DISINN, LI FIHOM 85% JEW IKTAR TAL-PIŻ F'QOTON U JIŻNU MHUX IKTAR MINN 200 G/M2,
61159500
KALZETTI T-TUL KOLLU JEW LI JASLU SAL-IRKOPPA, KALZETTI U MALJERIJA OĦRA, INKLUŻ OĠĠETTI LI TILBISHOM FIS-SAQAJN MINGĦAJR PETT, TAL-QOTON, MAĦDUMIN BIL-LABAR JEW BIL-GANĊ (ESKL. MALJERIJA B'KOMPRESSJONI GRADWATA, PANTYHOSE U TAJTS, KALZETTI TAN-NISA T-TUL KOLLU JEW LI JASLU SAL-IRKOPPA, FEJN KULL ĦAJTA SINGLA TKUN INQAS MINN 67 DECITEX)
62046231
QLIEZET U BREECHES TAD-DENIM TAL-QOTON [TAN-NISA U TAL_BNIET] (MINBARRA INDUSTRIJALI U TAX-XOGĦOL)
62114290
ĦWEJJEĠ TAN-NISA JEW TAL-BNIET, TAL-QOTON
63026000
BJANKERIJA TAT-TWALETTA U BJANKERIJA TAL-KĊINA, TA' MATERJAL TAX-XUGAMAN TERRI JEW TA' MATERJALI TERRI SIMILI, TAL-QOTON
63029100
BJANKERIJA TAT-TWALETTA U BJANKERIJA TAL-KĊINA, [GĦAJR] TA' MATERJAL TAX-XUGAMAN TERRI JEW TA' MATERJALI TERRI SIMILI, TAL-QOTON
Emenda Proposta mill-Parlament
Kodiċi tan-NM
Deskrizzjoni
imħassar
imħassar
imħassar
imħassar
imħassar
imħassar
imħassar
imħassar
imħassar
imħassar
imħassar
imħassar
imħassar
imħassar
Emenda 40 Proposta għal Regolament Anness II
Test propost mill-Kummissjoni
Nru tal-Ordni
Kodiċi tan-NM
Deskrizzjoni
2011
2012
2013
09.2401
2207 1000
alcoħol tal-ethyl żnaturat ta' qawwa alkoħolika ta' >= 80%
100 000 tunnellata
100 000 tunnellata
100 000 tunnellata
Emenda proposta mill-Parlament
Nru tal-Ordni
Kodiċi tan-NM
Deskrizzjoni
2011
2012
09.2401
2207 1000
ALCOĦOL TAL-ETHYL ŻNATURAT, TA' QAWWA ALKOĦOLIKA TA' >= 80%
80 000 tunnellata
80 000 tunnellata
52083900
DRAPPIJIET OĦRAJN MINSUĠIN U MIŻBUGĦA
TAL-QOTON , LI JIŻNU 85%
JEW IKTAR TAL-PIŻ F'QOTON
1 685 tunnellata
1 685 tunnellata
52093900
DRAPPIJIET OĦRAJN MINSUĠIN U MIŻBUGĦA
TAL-QOTON, LI JIŻNU 85%
JEW IKTAR TAL-PIŻ F'QOTON
LI JIŻNU IKTAR MINN 200 G/M2
3 002 tunnellata
3 002 tunnellata
61159500
PANTYHOSE, TAJTS U MALJERIJA B'KOMPRESSJONI GRADWATA