Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0206(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0100/2011

Testi mressqa :

A7-0100/2011

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 11/05/2011 - 5.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0216

Testi adottati
PDF 200kWORD 32k
L-Erbgħa, 11 ta' Mejju 2011 - Strasburgu
Dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat *
P7_TA(2011)0216A7-0100/2011

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2011 dwar il-proposta emendata għal direttiva tal-Kunsill dwar l-istruttura u r-rati tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (COM(2010)0641 – C7-0403/2010 – 2007/0206(CNS))

(Proċedura leġislattiva speċjali – konsultazzjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0587) u l-proposta emendata (COM(2010)0641),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tad-19 ta' Frar 2008(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0403/2010),

–  wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 – metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0100/2011),

A.  billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta inkwestjoni fiha sempliċi kodifikazzjoni tat-testi eżistenti mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 184E, 6.8.2009, p. 119.
(2) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

Avviż legali - Politika tal-privatezza