Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/0803(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0190/2011

Testi mressqa :

A7-0190/2011

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 07/06/2011 - 8.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0246

Testi adottati
PDF 199kWORD 31k
It-Tlieta, 7 ta' Ġunju 2011 - Strasburgu
Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri (Is-Sur H.G. WESSBERG - SV)
P7_TA(2011)0246A7-0190/2011

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2011 dwar in-nomina proposta ta' H.G. Wessberg bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0103/2011 – 2011/0803(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta mal-Parlament (C7-0103/2011),

–  wara li kkunsidra l-fatt li, waqt il-laqgħa tiegħu tal-24 ta' Mejju 2011, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar il-Kontroll Baġitarju (A7-0190/2011),

A.  billi H.G. Wessberg jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,

1.  Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għan-nomina ta' H.G. Wessberg bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta' verifika tal-Istati Membri.

Avviż legali - Politika tal-privatezza