Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2011 dwar ix-xogħol tal-Kumitat għal Persuni Nieqsa f'Ċipru
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi waqt il-ġlied interkomunali 1963-1964, u wara bl-invażjoni Torka ta' Ċipru fl-1974, ġew rapportati nieqsa madwar 2 000 individwu kemm mill-komunitajiet Griegi u dawk Torok,
B. billi l-lokazzjoni u d-destin ta' bosta minn dawn l-individwi għadhom mhumiex magħrufa,
C. billi l-Kumitat għal Persuni Nieqsa f'Ċipru (CMP), li hu sussidjat finanzjarjament min-Nazzjonijiet Uniti, il-Kumissjoni Ewropea u donaturi oħra, jaħdem biex jistabilixxi x'sar minnhom dawk li ġew irrappurtati nieqsa,
1. Jaċċetta b'mod komplut ix-xogħol tas-CMP u jagħraf ir-rwol tiegħu wara konflitt għall-promozzjoni tal-verità, it-tifkira u r-rikonċiljazzjoni f'Ċipru;
2. Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tkompli talloka biżżejjed riżorsi lis-CMP sabiex dan ikun jista' jissodisfa l-mandat importanti tiegħu;
3. Jitlob lill-Gvernijiet tat-Turkija u lil Ċipru biex ikomplu jappoġġaw ix-xogħol tas-CMP, biex jirduppjaw l-isforzi sabiex jagħtu kont dwar dawk l-individwi li għadhom elenkati bħala nieqsa u biex jassiguraw li l-informazzjoni kollha li tista' tiffaċilita l-missjoni tas-CMP tiġi provvduta lilu b'mod ħieles;
4. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji(1), lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Kumitat għal Persuni Nieqsa f'Ċipru.