Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/2061(REG)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0197/2011

Testi mressqa :

A7-0197/2011

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 23/06/2011 - 12.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0277

Testi adottati
PDF 355kWORD 43k
Il-Ħamis, 23 ta' Ġunju 2011 - Brussell
Emenda tal-Artikolu 51: Laqgħat ta' kumitati konġunti
P7_TA(2011)0277A7-0197/2011

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar l-emenda tal-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew dwar il-proċedura b'laqgħat konġunti ta' kumitati (2010/2061(REG))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tal-11 ta' Marzu 2010 u l-ittra tal-President tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel tal-25 ta' Marzu 2010,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 211 u 212 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0197/2011),

1.  Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.  Ifakkar li din l-emenda tidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.

Test fis-seħħ   Emenda
Emenda 1
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 51
Meta jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 49(1) u fl-Artikolu 50, il-Konferenza tal-Presidenti tista“, jekk tkun sodisfatta li l-kwistjoni hi waħda ta' importanza ewlenija, tiddeċiedi li għandha tkun applikata proċedura b'laqgħat konġunti ta' kumitati u b'votazzjoni konġunta. F'dak il-każ, ir-rapporteurs ikkonċernati għandhom ifasslu abbozz ta' rapport waħdani, li għandu jkun eżaminat u li għandha ssir votazzjoni dwaru mill-kumitati involuti fil-laqgħat konġunti li jiġu ppreseduti b'mod konġunt mill-presidenti tal-kumitati involuti. Il-kumitati involuti jistgħu jistabbilixxu gruppi ta' ħidma bejn il-kumitati biex jitħejjew il-laqgħat u l-votazzjonijiet konġunti.
1.  Meta tiġi riferita lilha kwistjoni ta' kompetenza skont l-Artikolu 188(2), il-Konferenza tal-Presidenti tista' tiddeċiedi li għandha tiġi applikata l-proċedura b'laqgħat konġunti ta' kumitati u b'votazzjoni konġunta jekk:
- il-kwistjoni taqa“, skont l-Anness VII, b'mod inseparabbli taħt il-kompetenzi ta' aktar minn kumitat wieħed, u
- hija tkun tal-fehma li l-kwistjoni hija ta' importanza maġġuri.
2.  F'dak il-każ, ir-rapporteurs rispettivi għandhom ifasslu abbozz ta' rapport uniku, li għandu jkun eżaminat u li għandha ssir votazzjoni dwaru mill-kumitati involuti fil-laqgħat konġunti li jiġu ppreseduti b'mod konġunt mill-presidenti tal-kumitati involuti.
Fl-istadji kollha tal-proċedura, id-drittijiet relatati mal-istatus ta' kumitat kompetenti ma jistgħux jiġu eżerċitati mill-kumitati involuti ħlief meta jaġixxu b'mod konġunt. Il-kumitati involuti jistgħu jistabbilixxu gruppi ta' ħidma biex jitħejjew il-laqgħat u l-votazzjonijiet.
3.  Fit-tieni qari tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-pożizzjoni tal-Kunsill tiġi eżaminata waqt laqgħa konġunta tal-kumitati kkonċernati li, fin-nuqqas ta' qbil bejn il-presidenti ta' dawn il-kumitati, issir nhar l-Erbgħa tal-ewwel ġimgħa prevista għal-laqgħat tal-organi parlamentari wara li tiġi kkomunikata l-pożizzjoni tal-Kunsill lill-Parlament. Fin-nuqqas ta' qbil dwar is-sejħa ta' laqgħa ulterjuri, din tissejjaħ mill-president tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati. Il-votazzjoni dwar r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari issir f'laqgħa konġunta fuq il-bażi ta' abbozz konġunt imħejji mir-rapporteurs rispettivi tal-kumitati kkonċernati jew, fin-nuqqas ta' abbozz konġunt, tal-emendi preżentati fil-kumitati kkonċernati.
Fit-tielet qari tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-presidenti u r-rapporteurs tal-kumitati kkonċernati jkunu ex officio membri tad-delegazzjoni fil-kumitat ta' konċiljazzjoni.
Avviż legali - Politika tal-privatezza