Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/0355(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0194/2011

Testi mressqa :

A7-0194/2011

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 23/06/2011 - 12.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0280

Testi adottati
PDF 209kWORD 34k
Il-Ħamis, 23 ta' Ġunju 2011 - Brussell
L-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-UE u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe ***
P7_TA(2011)0280A7-0194/2011

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe (05371/2011 – C7-0119/2011 – 2010/0355(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05371/2011),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe (05370/2011),

–  wara li kkunsidra t-talba min-naħa tal-Kunsill għal approvazzjoni b'konformità mal-Artikolu 43 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0119/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0194/2011),

1.  Jagħti l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni tgħaddi lill-Parlament il-konklużjonijiet tal-laqgħat u tax-xogħlijiet tal-Kumitat Konġunt provdut fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe (minn hawn “il quddiem imsejjaħ ”il-ftehim ta' sħubija), kif ukoll il-programm settorjali multiannwali tas-sajd provdut fl-Artikolu 3 tal-Protokoll u l-evalwazzjonijiet annwali rispettivi; jitlob lill-Kummissjoni tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti tal-Parlament bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt skont l-Artikolu 9 tal-ftehim ta' sħubija; jitlob lilll-Kummissjoni tressaq lill-Parlament u lill-Kunsill, fl-aħħar sena ta' applikazzjoni tal-Protokoll u qabel ma jinfetħu negozjati għat-tiġdid tiegħu, rapport sħiħ dwar l-implimentazzjoni tiegħu, mingħajr restrizzjonijiet bla ħtieġa tal-aċċess għal dan id-dokument;

3.  Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, iżommu lill-Parlament infurmat minnufih u bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-proèduri relatati mal-Protokoll u tat-tiġdid tiegħu, skont l-Artikolu 13(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 218(10) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe.

Avviż legali - Politika tal-privatezza