Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/0308(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0198/2011

Testi mressqa :

A7-0198/2011

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 23/06/2011 - 12.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0281

Testi adottati
PDF 202kWORD 31k
Il-Ħamis, 23 ta' Ġunju 2011 - Brussell
Protokoll UE-Andorra dwar miżuri doganali ta' sigurtà ***
P7_TA(2011)0281A7-0198/2011

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kusill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jestendi għall-miżuri doganali ta' sigurtà l-Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipat ta' Andorra (17403/2010 – C7-0036/2011 – 2010/0308(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (17403/2010),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll li jestendi l-Ftehim għall-miżuri ta' sigurtà doganali, f'forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipat ta' Andorra (17405/2010),

–  wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0036/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81 u l-Artikolu 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7–0198/2011),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jippreżenta l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Prinċipat ta' Andorra.

Avviż legali - Politika tal-privatezza