Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0196(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0038/2011

Testi mressqa :

A7-0038/2011

Dibattiti :

PV 23/03/2011 - 20
CRE 23/03/2011 - 20

Votazzjonijiet :

PV 24/03/2011 - 6.13
CRE 24/03/2011 - 6.13
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 23/06/2011 - 12.19
CRE 23/06/2011 - 12.19
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0116
P7_TA(2011)0293

Testi adottati
PDF 297kWORD 51k
Il-Ħamis, 23 ta' Ġunju 2011 - Brussell
Drittijiet tal-konsumatur ***I
P7_TA(2011)0293A7-0038/2011
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar drittijiet tal-konsumatur (COM(2008)0614 – C6-0349/2008 – 2008/0196(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0614),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE, skont liema l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0349/2008),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu “Il-Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294 (3) u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Lulju 2009(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-22 ta' April 2009(2),

–  wara li kkunsidra [l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta' Ġunju 2011, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0038/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni wara l-ewwel qari kif tinstab hawn taħt(3),

2.  Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni konġunta mill-Presidenza Ungeriża u l-Presidenzi li ġejjin tal-Kunsill, Pollakka, Daniża u Ċiprijotta, annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 317, 23.12.2009, p. 54.
(2) ĠU C 200, 25.8.2009, p. 76.
(3) Din il-pożizjoni tissostitwxxi l-emendi adottati fl-24 ta' Marzu 2011 (Testi adottati P7_TA- (2011)0116).


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Ġunju 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
P7_TC1-COD(2008)0196

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2011/83/EU.)


ANNESS

Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew dwar it-tabelli ta' korrelazzjoni

Il-Parlament Ewropew jiddispjaċih li l-Kunsill ma kienx imħejji biex jilqa' l-pubblikazzjoni mandatorja tat-tabelli ta' korrelazzjoni fil-kuntest tal-proposta għal Direttiva dwar id-drittijiet tal-konsumatur.Huwa hawnhekk iddikjarat li l-ftehim milħuq bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fit-trilogu tas-6 ta' Ġunju 2011 dwar din id-Direttiva ma jippreġudikax l-eżitu tan-negozjati interistituzzjoniali dwar it-tabelli ta' korrelazzjoni.

Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni tinfurmah fi żmien tnax-il xahar wara l-adozzjoni ta' dan il-ftehim fil-plenarja u tagħmel rapport fi tmiem il-perjodu tat-traspożizzjoni dwar il-prattika tal-Istati Membri fit-tfassil tat-tabelli tagħhom fejn tintwera, kemm jista' jkun, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri tat-traspożizzjoni, u tagħmilhom pubbliċi.

Il-Parlament Ewropew jilqa' l-ftehim milħuq biex ikunu inklużi fid-Direttiva dwar id-drittijiet tal-konsumatur rekwiżiti ta' rappurtar mandatorju dwar dawk id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jagħtu lill-Istati Membri għażla regolatorja (Artikoli 29, 32 u 33).

Dikjarazzjoni mill-Presidenza Ungeriża u l-Presidenzi li ġejjin tal-Kunsill, Pollakka, Daniża u Ċiprijotta, dwar it-tabelli ta' korrelazzjoni

Huwa hawnhekk iddikjarat li l-ftehim milħuq bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew fit-trilogu tas-6 ta' Ġunju 2011 dwar id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-konsumatur, li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ma jippreġudikax l-eżitu tan-negozjati interistituzzjoniali dwar it-tabelli ta' korrelazzjoni.

Avviż legali - Politika tal-privatezza