Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Testi adottati
PDF 187kWORD 31k
Il-Ħamis, 23 ta' Ġunju 2011 - Brussell
Elezzjoni ta' Viċi President (interpretazzjoni tal-Artikolu 13(1) tar-Regoli ta' Proċedura)
P7_TA(2011)0298

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-23 ta' Ġunju 2011 dwar l-elezzjoni ta' Viċi President (interpretazzjoni tal-Artikolu 13(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-15 ta' Ġunju 2011 tal-President tal-kumitat għall-affarijiet kostituzzjonali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 211 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  jiddeċiedi li japplika l-interpretazzjoni li ġejja għall-Artikolu 13(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu:"

Jekk ikun meħtieġ li jittieħed il-post ta' Viċi President wieħed, u jkun hemm kandidat wieħed biss, dan jistà jiġi elett b'akklamazzjoni. Il-President għandu diskrezzjoni biex jiddeċiedi jekk l-elezzjoni ssirx b'akklamazzjoni jew b'vot sigriet. Il-kandidat elett għandu jieħu l-post tal-predeċessur tiegħu fl-ordni ta' preċedenza.

"

2.  jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi d-deċiżjoni tal-Parlament, għall-informazzjoni, lill-Kummissjoni.

Avviż legali - Politika tal-privatezza