Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Testi adottati
PDF 72kWORD 32k
Il-Ħamis, 23 ta' Ġunju 2011 - Brussell
Sistema volontarja ta' tikkettar b'format Braille fuq il-pakkett ta' prodotti industrijali
P7_TA(2011)0299P7_DCL(2011)0014

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar sistema volontarja ta' tikkettar b'format Braille fuq il-pakkett ta' prodotti industrijali

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 21 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jistipulaw id-drittijiet ta' persuni b'diżabilità,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Istati Membri tal-UE ffirmaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità,

B.  billi l-Artikolu 56a tad-Direttiva 2004/27/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità marbut mal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem jispeċifika li l-isem ta' prodotti mediċinali għandu jkun f'format Braille fuq il-pakkett,

1.  Jenfasizza li l-persuni b'diżabilità viżwali għandhom id-drittt għal ħajja indipendenti u parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tniedi konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati dwar in-nefqa, l-effiċjenza u l-fattibilità fil-livell Komunitarju ta' sistema volontarja ta' tikkettar b'format Braille fuq il-pakkett ta' prodotti industrijali li għandha tinkludi, tal-anqas, tagħrif dwar it-tip ta' prodott u d-data ta' skadenza sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għall-konsumaturi b'diżabilità viżwali; meta jitqies li mhux l-għomja kollha jistgħu jaqraw bil-Braille, il-konsultazzjoni proposta għandha wkoll tinvestiga modi alternattivi li jippermettu l-aċċess għall-informazzjoni fuq il-pakkett;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni, f'konformità mal-prinċipji ta' Responsabilità Soċjali Korporattiva, biex tipprovdi inċentivi għall-industriji u l-impriżi Ewropej li jqajmu kuxjenza dwar din il-kwistjoni;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji(1), lill-Kummissjoni, lill-Parlamenti tal-Istati Membri u lin-Nazzjonijiet Uniti.

(1) Il-lista ta' firmatarji hija ppubblikata fl-Anness 1 għall-Minuti tat-23 ta' Ġunju 2011 (P7_PV(2011)06-23(ANN1)).

Avviż legali - Politika tal-privatezza