– wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Elmar Brok, imressqa mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-28 ta' Settembru 2010 u mħabbra fis-seduta plenarja tal-22 ta' Novembru 2010,
– wara li sema“ lil Elmar Brok, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 8 u 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta' April 1965 u l-Artikolu 6(2) u l-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,
– wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta“ Mejju 1964 u tal-10 ta” Lulju 1986(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 46 tal-Liġi Bażika Ġermaniża (Grundgesetz),
– wara li kkunsidra il-Kodiċi Fiskali Ġermaniż (Abgabenordnung), b'mod partikolari t-Taqsima 370 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 6(2) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0047/2011),
A. billi l-fatti murija fl-istqarrija spjegattiva jikkostitwixxu każ ċar ta' fumus persecutionis;
B. billi nġiebu akkużi kriminali kontra persuna politika magħrufa ħafna rigward somma ta' flus u f'ċirkostanzi li fil-każ ta' ċittadin ordinarju kienu jattiraw biss proċedimenti amministrattivi;
C. billi, barra minn hekk, il-prosekutur pubbliku mhux biss ipprova ma jiżvelax lis-Sur Brok tagħrif dwar l-akkuża għal raġunijiet artifiċjali u derogatorji u mingħajr ebda bażi, iżda wkoll żġura ruħu li l-każ ikollu pubbliċita kbira fil-midja, hekk li jikkawża l-akbar ħsara possibbli lill-Membru konċernat;
D. billi għalhekk jidher ċar li dan huwa każ ta' fumus persecutionis billi jidher li l-proċedimenti saru bl-iskop waħdieni li ssir ħsara għar-reputazzjoni tal-Membru konċernat;
E. billi għalhekk ikun kompletament mhux xieraq li titneħħa l-immunità tal-Membru,
1. Jeddeċiedi li ma jneħħix l-immunità ta' Elmar Brok;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli lill-awtorità xierqa tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Każ 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier [1964] ECR 195, u Każ 149/85 Wybot v Faure 1986] ECR 2391.
Is-sigurtà ġenerali tal-prodotti u s-sorveljanza tas-suq
533k
88k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Marzu 2011 dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti u s-sorveljanza tas-suq (2010/2085(INI))
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti(1),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93(2),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE(3),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/15/UE tas-16 ta' Diċembru 2009 li tistabbilixxi l-linji gwida għall-immaniġġjar tas-Sistema tal-Informazzjoni Rapida tal-Komunità “RAPEX” stabbilita skont l-Artikolu 12 u tal-proċedura ta' notifika stabbilita skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/95/KE (id-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti)(4),
– wara li kkunsidra r-Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar il-sigurtà ġenerali tal-prodotti (COM(2008)0905),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Kummissjoni bit-titolu “Reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti: Sommarju tal-azzjonijiet previsti”, id-DĠ għas-Saħħa u l-Konsumaturi, tat-18 ta' Mejju 2010,
– wara li kkunsidra l-Pjan Direzzjonali'Konformità mal-Qafas Leġiżlattiv Ġdid (Deċiżjoni Nru 768/2008/KE)“ , DĠ għall-Intrapriża u l-Industrija, tal-15 ta' April 2010,
– wara li kkunsidra l-Pjan ta' Direzzjoni bit-titolu “Reviżjoni tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (DSĠP), DĠ għas-Saħħa u l-Konsumaturi, tal-25 ta' Marzu 2010,
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Kummissjoni dwar ir-relazzjoni bejn id-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti 2001/95/KE u d-dispożizzjonijiet dwar is-sorveljanza tas-suq tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, id-DĠ għas-Saħħa u l-Konsumaturi, tat-2 ta' Marzu 2010,
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Kummissjoni bit-titolu “Reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti: L-identifikazzjoni tal-Kwestjonijiet Ewlenin”, id-DĠ għas-Saħħa u l-Konsumaturi, tal-15 ta' Settembru 2009,
– wara li kkunsidra d-dokument informattiv ikkummissjonat mill-Kumitat IMCO dwar is-Sorveljanza tas-Suq fl-Istati Membri, ippubblikat f'Ottubru 2009,
– wara li kkunsidra d-dokument informattiv ikkummissjonat mill-Kumitat IMCO dwar ir-Reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti (DSĠP) u tas-Sorveljanza tas-Suq, ippubblikat f'Settembru 2010,
– wara li kkunsidra l-workshop dwar ir-Reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti tas-Sorveljanza tas-Suq li sar fit-30 ta' Settembru 2010,
– wara li kkunsidra s-Samit trilaterali bejn l-UE, l-Istati Uniti u ċ-Ċina li seħħ f'Shanghai bejn il-25 u s-26 ta' Ottubru 2010,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-Kumitat dwar l-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0033/2011),
A. billi huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-prodotti kollha fis-suq tal-UE huma sikuri sabiex jiġi garantit livell għoli ta' protezzjoni fost l-oħrajn għall-konsumaturi,
B. billi l-Qafas Leġiżlattiv Ġdid (minn hawn “il quddiem - QLĠ) ġie adottat f'Lulju 2008 u r-Regolament (KE) Nru 765/2008 dwar is-sorveljanza tas-suq ikun japplika mill-1 ta' Jannar 2010,
C. billi d-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti 2001/95/KE (minn hawn “il quddiem - DSĠP) li tistabbilixxi fil-livell Komunitarju rekwiżiti dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti tal-konsumatur għandha tiġi riveduta u ssir konformi mal-QLĠ permezz ta' integrazzjoni, b'mod partikolari r-Regolament dwar is-sorveljanza tas-suq,
D. billi l-qafas leġiżlattiv dwar is-sikurezza tal-prodotti u s-sorveljanza tas-suq jikkonsisti minn tliet saffi ta' atti legali (DSĠP, QLĠ u d-direttivi dwar l-armonizzazzjoni speċifiċi għal settur), ħaġa li twassal għal inċertezzi u konfużjoni fis-suq intern,
E. billi l-livell ta' sorveljanza tas-suq ivarja b'mod konsiderevoli fost l-Istati Membri u xi wħud minnhom jonqsu milli jallokaw ir-riżorsi neċessarji biex is-suq ikun sorveljat b'mod effiċjenti u jinterpretaw “prodotti li joħolqu riskju serju” b'mod differenti, li jistgħu joħolqu ostakli għall-moviment ħieles tal-merkanzija fi ħdan is-suq intern; ifixxklu l-kompetizzjoni u jipperikolaw is-sikurezza tal-konsumatur fi ħdan is-suq intern,
F. billi l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-azzjonijiet konġunti għas-sorveljanza tas-suq hija essenzjali u għandha għalhekk tissaħħaħ aktar u għandhom jiġu allokati riżorsi għaliha,
G. billi r-regolamenti, meta mqabbla ma' Direttivi, iġibu magħhom vantaġġi bħalma huma ċ-ċarezza, il-prevedibbiltà u l-effikaċja kif iddikjarat ukoll fir-Rapport Monti,
Is-Sorveljanza tas-Suq Introduzzjoni
1. Jemmen li l-qafas leġiżlattiv attwali għas-sorveljanza tas-suq ma jipprovdix koerenza suffiċjenti u għalhekk għandu jiġi rivedut u kkoordinat aktar;
2. Jipproponi lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi qafas Ewropew komuni għas-sorveljanza tas-suq rigward il-prodotti kollha fis-suq intern jew li jidħlu fis-suq tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni biex ikollha rwol aktar attiv fil-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq Ewropew, tal-awtoritajiet doganali u tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;
3. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jimmobbilizzaw riżorsi adegwati għal attivitajiet marbutin mas-sorveljanza tas-suq; jenfasizza li sistemi għas-sorveljanza tas-suq li ma jaħdmux joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni, jipperikolaw is-sikurezza tal-konsumaturi u huma ta' ħsara għall-fiduċja taċ-ċittadin fis-suq intern; jenfasizza l-importanza tas-siġurtà tal-fruntieri esterni tas-suq uniku, b'mod partikolari tal-portijiet maġġuri, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri kontra prodotti illegali minn pajjiżi terzi; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni sħiħa tal-punti minn fejn jidħlu l-prodotti fis-suq tal-UE, li tinkludi valutazzjoni tar-riżorsi meħtieġa biex ikun garantit kontroll adegwat;
4. Jistieden lill-Istati Membri biex jintroduċu pieni b'mod koordinat, inklużi multi kbar, għal operaturi ekonomiċi li jintroduċu deliberatament fis-suq uniku prodotti perikolużi jew mhux konformi; jipproponi li l-projbizzjoni tal-prodotti għandha tkun ippubblikata ta' spiss kemm jista“ jkun sabiex tiżdied il-viżibbiltà tal-kontrolli fuq il-fruntieri u s-sorveljanza tas-suq u biex tiskuraġġixxi lill-operaturi tas-suq kriminali;
5. Jistieden lill-Kummissjoni bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq u tal-awtoritajiet tad-dwana biex jikkofinanzjaw azzjonijiet ulterjuri konġunti għas-sorveljanza tas-suq;
6. Jenfasizza l-ħtieġa li jsir skambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri; jitlob għal kooperazzjoni konġunta, il-ġbir tal-għarfien u l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq; ifakkar fl-importanza li jkun hemm kooperazzjoni bejn id-dwana u l-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq fuq il-fruntieri esterni biex iwettqu kontrolli xierqa fuq il-prodotti huma hu deħlin fil-Komunità; jirrikonoxxi l-kontribut importanti li għamel il-PROSAFE rigward il-koordinazzjoni ta' azzjonijiet konġunti għas-sorveljanza tas-suq u l-iskambju ta' prattiki ppruvati u ttestjati fil-qafas tad-DSĠP; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra taħt liema kundizzjonijiet PROSAFE jista“ jservi bħala pjattaforma għal aktar koordinazzjoni bejn l-Istai Membri għal prodotti armonizzati u għal dawk li mhumiex; jikkunsidra li huwa meħtieġ li tiġi stabbilita bażi legali u li jiġu allokati biżejjed riżorsi għal PROSAFE biex dan il-kompitu jkun jista” jitwettaq; jindika, madakollu, li l-koordinazzjoni permezz tal-PROSAFE hija ristretta mir-riżorsi limitati u mill-istruttura informali;
7. Jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex jikkondividu ma' Stati Membri oħra l-inkjesti u l-istudji relatati mas-sikurezza tal-prodotti. iqis li għandhom jiġu inklużi n-numri ta' referenza tal-prodotti konċernati biex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni tal-prodott minn awtoritajiet oħra, li jistgħu jibbenefikaw mit-traduzzjoni u l-użu tal-informazzjoni provduta fl-istudji; jitlob lill-Istati Membri biex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom biex jieħdu miżuri għas-sorveljanza tas-suq abbażi tar-riżultati ta' testijiet jew studji li jkunu twettqu minn Stati Membri oħra sabiex jiġi evitat xogħol doppju;
8. Jissuġġerixxi li għandhom jiġu stabbiliti uffiċċji għall-edukazzzjoni dwar is-sikurezza tal-prodotti eż. inklużi fil-Punti ta' Kuntatt tal-Prodotti, li jistgħu jiffaċilitaw it-taħriġ u t-trasferiment tal-informazzjoni minn industrija għal oħra;
9. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi Database tal-Informazzjoni dwar is-Sikurezza ta' Prodotti tal-Konsumatur pubbliċi, li tinkludi pjattaforma għall-ilmenti, possibbilment ibbażata fuq sistemi eżistenti nazzjonali u reġjonali fl-Istati Membri; huwa tal-fehma li dan se jqajjem il-kuxjenza dwar prodotti perikolużi fil-pajjiżi tas-suq intern filwaqt li l-konsumaturi se jkunu jistgħu jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar prodotti perikolużi, b'mod elettroniku; jemmem li d-database tista“ titfassal billi jiġu żviluppati databases eżistenti bħas-Sistema għas-Sorveljanza tas-Suq Ewropew (ICSMA) jew id-Database dwar Korriment (IDB); jenfasizza l-ħtieġa li d-database jkollha bażi legali, u li rappurtar min-naħa tal-Istati Membri għandu jkun obbligatorju; jiltob għall-istabbiliment ta' sistema ta' statistika dwar l-inċidenti bbażata duq din id-database, li minnha se jiġu ppubblikati rapporti annwali obbligatorji; jitlob biex id-database tkun aċċessibbli għall-pubbliku, filwaqt li tiġi żgurata l-kunfidenzjalità neċessarja għan-negożji;
10. Jirrimarka li l-globalizzazzjoni, iż-żieda fl-esternalizzazzjoni u t-tkabbir fil-kummerċ internazzjonali jfissru li aktar prodotti qegħdin jiġu nnegozjati fis-swieq tad-dinja kollha; iqis li l-kooperazzjoni mill-qrib bejn regolaturi globali u partijiet interessati oħra fil-qasam tas-sikurezza tal-prodotti tal-konsum hija importanti biex jiġu indirizzati l-isfidi maħluqa mill-katini kumplessi tal-provvista u l-volum akbar tal-kummerċ;
11. Jistieden lill-Kummissjoni biex tintensifika l-kooperazzjoni internazzjonali fil-Caucus dwar is-Sikurezza tal-Prodotti tal-Konsumatur internazzjonali sabiex isir skambju ta' prattiki ppruvati u ttestjati u b'mod konġunt tiġi evitata l-produzzjoni ta' sustanzi perikolużi f'pajjiżi terzi maħsuba għall-esportazzjoni lejn is-suq uniku Ewropew;
Reviżjoni tad-DSĠP Konformità bejn id-DSĠP u l-QLĠ – Regolament ġdid dwar is-Sikurezza Ġenerali tal-Prodotti u s-Sorveljanza tas-Suq
12. Isostni r-reviżjoni tad-DSĠP u tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 rigward d-definizzjonijiet u l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi kif definiti fid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, filwaqt li jiġi evitat il-ħolqien ta' piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa, speċjalment għal SMEs; iqis li l-fatt li jkun hemm regolament uniku huwa l-uniku mod biex ikun hemm sistema unika għall-prodotti kollha; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi sistema għas-sorveljanza tas-suq uniku għall-prodotti kollha, ibbażata fuq att legiżlattiv uniku li jkopri kemm id-DSĠP kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 765/2008; iqis li dan l-att leġiżlattiv ġdid għandu jinħoloq biex jikseb livell għoli ta' sikurezza tal-prodotti u ta' sorveljanza tas-suq, fejn se tiġi ċċarata l-bażi legali u se jitqiesu d-dispożizzjonjiet li ġew żviluppati aktar bis-sħiħ fiż-żewġ atti leġiżlattivi eżistenti;
13. Jitlob għal konformità bejn ir-rekwiżiti ta' traċċabbiltà fid-DSĠP u l-QLĠ sabiex tkun garantita sistema ta' traċċabbiltà koerenti li tevita l-ħolqien ta' burokrazija ġdida;
14. Jitlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li tiżviluppa kriterji aktar preċiżi għall-evalwazzjoni tas-sikurezza u r-riskji mnissla min-nuqqas ta' konformità tal-prodotti mal-leġiżlazzjoni tal-UE;
Tibdiliet speċifiċi addizzjonali fid-DSĠP
15. Isibha problematika li prodotti operati minn fornituri tas-servizzi mhumiex koperti mid-DSĠP attwali, jiġifieri li r-rekwiżiti dwar is-sikurezza ġenerali japplikaw meta l-prodott qiegħed f'idejn il-konsumatur fuq il-proprjetà tal-fornitur tas-servizz, iżda ma japplikawx jekk l-istess prodott huwa operat mill-fornitur tas-servizz; jenfasizza l-bżonn li tittranġa din il-lakuna legali;
16. Jiltob għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea dwar is-sikurezza tal-prodotti , b'mod partikolari fir-rigward tal-objettivi tal-Kummissjoni ta' “leġiżlar aħjar” u “l-ewwel aħseb fiċ-ċokon” kif ippreżentat fil-Komunikazzjoni “Lejn Att dwar is-Suq Uniku”, u jħeġġeġ id-dispożizzjonijiet dwar il-Prodotti li Jimitaw l-Ikel biex ikunu inklużi fil-proposta riveduta;
17. Jitlob, sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tal-ambitu l-aktar wiesa“ ta' konsumaturi partikolarment vulnerabbli, għall-introduzzjoni ta' referenza għal persuni b'diżabbiltà (flimkien mar-referenzi għal tfal u anzjani li diġà huma preżenti);
18. Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi l-obbligu li manifatturi għandhom iwettqu analiżi tar-riskju fil-fażi ta' diżinn tagħhom; iħeġġeġ il-prattika fejn riskji li jkunu ġew identifikati għandhom jiġu dokumentati u jsiru disponibbli għall-awtoritajiet pubbliċi;
Miżuri Komunitarji ta' Emerġenza
19. Jenfasizza l-ħtieġa għal qafas regolatorju aktar effettiv, li jippermetti interventi fil-pront u soluzzjonijiet affidabbli fit-tul, mingħajr ma' jiġu delegati deċiżjonijiet politiċi lill-korpi jew lill-Kummissjoni għall-istandardizzazzjoni mingħajr sett ċar ta' rekwiżiti essenzjali ta' politika, kif jiġri fil-każ tal-leġiżlazzjoni armonizzata;
Traċċabbiltà
20. Jenfasizza li prodotti li joħolqu riskji serji għandhom jiġu rtirati jew jittieħdu lura mis-suq malajr kemm jista“ jkun u għandha tiġi zgurata t-traċċabbiltà tagħhom fil-katina kollha tal-forniment li titlob riżorsi suffiċjenti għall-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq;
21. Jenfasizza kemm hu importanti li tkun żgurata traċċabbiltà affidabbli fl-istadji kollha tal-ħajja ta' prodott, filwaqt li jkun żgurat li dan ma jwassalx għal piżijiet amministrattivi akbar;
22. Jenfasizza l-importanza tat-traċċabbiltà tal-prodotti u tat-tikketti biex isir magħruf il-pajjiżi ta' oriġini tal-prodott u tal-manifattur responsabbli;
23. Jinsisti fuq infurzar effettiv tal-proċeduri ta' identifikazzjoni li diġà qegħdin fis-seħħ; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħmel evalwazzjonijiet u valutazzjonijiet dwar l-użu ta' teknoloġiji ġodda, filwaqt li jikkunsidra li l-użu ta' teknoloġiji ġodda ma għandhomx ipoġġu fil-periklu l-privatezza, is-sigurtà u s-sikurezza tal-konsumatur;
24. Jenfasizza madankollu, li ma għandhiex tiġi imponuta soluzzjoni teknika unika bħala sistema/metodu ta' traċċabbiltà uffiċjali fi ħdan is-suq tal-UE; u jitlob għal proporzjonalità ġenerali;
25. Jenfasizza l-ħtieġa biex jitjiebu u jissaħħu aktar l-iskambji ta' informazzjoni RAPEX rigward prodotti perikolużi minn pajjiżi terzi (bħaċ-Ċina u l-Indja) u biex l-aħħar studji li saru jiġu evalwati;
RAPEX
26. Jirrikonoxxi li RAPEX hija għodda utli u effiċjenti biex ixxerred, fost l-Istati Membri, informazzjoni dwar il-miżuri li ttieħdu fir-rigward ta' prodotti perikolużi, iżda hija għodda li tista“ tittejjeb aktar;
27. Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti aċċess għall-informazzjoni kollha rilevanti lill-professjonisti dwar is-sikurezza tal-prodotti, lill-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u lill-awtoritajiet nazzjonali waqt li tiġi assigurata l-kunfidenzjalità; jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb l-għarfien tar-RAPEX u s-sistemi ta' rtirar tal-UE barra l-UE;
28. Jilqa“ l-linji gwida RAPEX ġodda li jikkontribwixxu għat-titjib tat-tħaddim ta' RAPEX; jistieden lill-Kummissjoni biex tissimplifika l-metodu l-ġdid għall-evalwazzjoni tar-riskju ma' dawk fis-seħħ għall-prodotti armonizzati sabiex jassisti lill-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq fix-xogħol tagħhom;
30. Jinnota li l-prodotti tal-konsum li jitqiegħdu fis-suq intern Ewropew kulma jmorru qegħdin jiġu minn pajjiżi terzi; jinsab partikolarment imħasseb dwar il-fatt li kull sena hemm żieda fin-notifiki RAPEX relatati ma' prodotti ta' oriġini Ċiniża, li tirrappreżenta aktar min-nofs in-notifiki RAPEX, u jidher li f'20% tal-każi l-manifatturi ta' dawk il-prodotti ma jistgħux jiġu identifikati; jitlob għalhekk, għal sforzi msaħħa fuq livell internazzjonali u jilqa“ kooperazzjoni bejn l-UE, l-Istati Uniti u ċ-Ċina, għal strateġiji ta' traċċabbiltà,; jilqa” kwalunkwe sostenn, taħriġ, u seminars organizzati mill-awtoritajiet tal-UE u taċ-Ċina biex titjieb is-sikurezza tal-prodotti; jenfasizza li teżisti l-ħtieġa għal programmi multiannwali biex jiġu ffaċċjati dawn l-isfidi;
31. Jistieden lill-Kummissjoni tqis l-utilità li tiġi stabbilita sistema analoga għar-RAPEX - ĊINA għal sħab kummerċjali oħrajn, partikolarment dawk li l-prodotti tagħhom ġew notifikati fis-sistema RAPEX;
32. Jitlob lill-Kummissjoni tinkorpora fir-RAPEX, jew kwalunkwe sistema xierqa oħra fil-livell tal-UE, pieni għall-infrazzjonijiet li jsiru mill-Istati Membri, bil-għan li jkunu żgurati t-trasparenza u l-inċentivi għall-partijiet interessati kollha;
Bejgħ onlajn u d-dwana
33. Jinsab imħasseb dwar id-diffikultajiet li l-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq qegħdin iħabbtu wiċċhom magħhom fit-teħid ta' azzjoni kontra prodotti perikolużi li jinbiegħu onlajn;
34. Jilqa“ l-proġett tal-Kummissjoni C2013 fil-qasam tas-sikurezza tal-prodotti li se jipproduċi linji gwida għal kontrolli doganali fl-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tispeċifika għodda għall-awtoritajiet doganali biex jindirizzaw l-isfidi ta' kontrolli adegwati fuq prodotti importati; jitlob għal aktar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta' infurzar;
35. Jirrikonoxxi ż-żieda tal-għadd ta' prodotti mixtrija onlajn mill-konsumaturi, minn pajjiżi terzi u li ma jikkonformawx mal-istandards Ewropej, b'hekk ipoġġu f'riskju s-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ u tistandardizza l-kontrolli doganali għall-prodotti mixtrija fl-internet u tissorvelja s-suq speċjalment għal dawk il-prodotti li jistgħu jikkawżaw ħsara diretta għall-konsumatur bħall-prodotti farmaċewtiċi u alimentari; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistudja x'soluzzjonijiet jista“ jkun hemm għal din il-problema, biex tissaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi fil-kummerċ elettroniku;
36. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-Istati Membri biex jiżguraw li l-uffiċjali jitħarrġu kif suppost biex jiġi żgurat żvelar aħjar tal-prodotti li jippreżentaw riskju; iħeġġeġ kooperazzjoni aħjar bejn l-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq u dawk doganali qabel ma dawn il-prodotti jkunu ġew rilaxxati fis-suq li titlob għal programm multiannwali hawnhekk ukoll;
37. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali biex jiżviluppaw aktar il-kampanji ta' qawmien ta' kuxjenza mmirati lejn il-konsumaturi biex jinfurmawhom dwar ir-riskju ta' xiri ta' prodotti foloz onlajn;
Standardizzazzjoni
38. Jenfasizza l-ħtieġa li l-awtoritajiet għas-sorveljaza tas-suq jipparteċipaw sistematikament fil-proċess għall-iżvilupp ta' standards relatati mas-sigurtà, peress li dan huwa mezz xieraq kif jista“ jiġi żgurat li l-għarfien tagħhom se jgħarraf il-proċess ta' standardizzazzjoni u biex l-istandards jinftehmu aħjar, biex b'hekk jiġi żgurat li l-applikazzjoni volontarja tal-istandards se tikkontribwixxi għal żieda fis-sikurezza u s-saħħa tal-konsumatur kif ukoll għal ċertezza legali, peress li permezz tagħha l-awtoritajiet tal-Istati Membri se jkunu jistgħu jinterpretaw u japplikaw korrettament l-Istandards Ewropej;
39. Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid iċ-ċarezza tal-mandati tal-istandards u tikkunsidra modi evoluzzjonarji oħra kif ittejjeb u tintegra sistemi ta' standardizzazzjoni nazzjonali u Ewropej fiż-żona li mhix armonizzata, bl-enfasi fuq il-parteċipazzjoni tal-SMEs, filwaqt li jinżammu kif inhuma l-elementi ewlenin tal-istruttura li hemm bħalissa;
40. Iħeġġeġ it-titjib tal-proċeduri attwali tal-Kummissjoni li japplikaw għall-istabbiliment ta' mandati għall-iżvilupp tal-istandards Ewropej sabiex tiġi garantita reazzjoni f'waqtha għal riskji ġodda jew dawk ħerġin fid-dieher, b'mod aktar effiċjenti; jenfasizza, madankollu, li proċeduri emendati jew ġodda għandhom ikunu soġġetti wkoll għal skrutinju min-naħa tal-Parlament; jenfasizza li l-Parlament għandu jkun intitolat li jiskrutinja l-proċeduri għat-teħid jew l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali, dawk mhux Ewropej u standards oħra;
41. Jitlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzar u lill-Kummissjoni biex jinvestigaw is-sistemi kollha possibbli li kapaċi jħaffu l-proċess tal-iżvilupp tal-istandards, filwaqt li jassiguraw involviment xieraq tal-partijiet kollha interessati rilevanti, bħall-introduzzjoni ta' proċedura rapida jew il-possibbiltà għall-Kummissjoni li tippubblika referenza ta' standards Ewropej jew tal-ISO eżistenti, żviluppati barra minn mandat tal-Kummissjoni, jekk tali standards huma maħsuba li jipprovdu livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur jew biex jiġi indirizzat riskju speċifiku bħala miżura temporanja sakemm issir disponibbli soluzzjoni permanenti;
42. Jitlob biex il-mandati tal-Kummissjoni għall-istandardizzazzjoni jkunu mtejba sabiex jippermettu l-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzar tiżviluppa Standards Ewropej li jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi li għalihom tista“ tinkiseb jew tkun valutata l-konformità ma' deċiżjoni politika; f'dan ir-rigward, iqis li huwa meħtieġ involviment u kooperazzjoni aħjar bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzar fit-tfassil tal-proċess; iqis, fid-dawl tal-fatt li dawn l-organizzazzjonijiet jaħdmu fuq bażi ta' konsensus, li huwa kruċjali għall-funzjonament tajjeb tas-sistema li kwistjonijiet politiċi jkunu trattati fuq livell tat-tfassil ta' politika u mhux delegati lill-Kummissjoni Ewropea, lill-korpi għall-istandardizzazzjoni jew lil kwalunkwe amministrazzjoni ta' infurzar;
43. Jitlob biex proċedura formali għar-rifjut ta' standard, bħal ma hemm fid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, tiddaħħal fid-DSĠP, iqis li l-użu ta' din il-proċedura għandu jkun possibbli anke qabel ma standard ikun ġie ċitat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE, iżda ma għandux jissostitwixxi l-ħsieb tal-Istati Membri li jżidu b'mod sinifikanti, l-involviment tal-awtoritajiet tagħhom għas-sorveljanza tas-suq fis-sistema ta' standardizzazzjoni;
44. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-partijiet interessati kollha jiggarantixxu s-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistema Ewropea ta' standardizzazzjoni, inkluż permezz ta' sħubiji pubbliċi-privati u permezz ta' ppjanar finanzjarju multiannwali, peress li dan huwa essenzjali biex ikunu żgurati l-effikaċja u l-effiċjenza tagħha;
45. Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu passi ulterjuri f'koerenza mal-qafas leġiżlattiv ġdid, sabiex ir-reviżjonijiet meħtieġa jkunu jistgħu jittejbu;
o o o
46. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri.
– wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolamenti Internazzjonali dwar is-Saħħa - IHR (2005) 2005(1),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2005 dwar l-Istat ta' Tħejjija u l-Ippjanar tar-Rispons fil-Komunità Ewropea għall-Influwenza Pandemika (COM(2005)0607),
– wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2007 dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tas-saħħa(2),
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar is-sigurtà tas-saħħa(3),
– wara li kkunsidra d-dokument ta' gwida interim tal-ECDC dwar l-“Użu ta' tilqim speċifiku kontra l-influwenza pandemika matul l-influwenza H1N1 2009”(4),
– wara li kkunsidra d-dokument ta' gwida tal-WHO ta' April 2009 dwar it-tħejjija u r-rispons għall-influwenza pandemika(5),
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30 ta' April 2009(6) dwar l-infezzjoni tal-Influwenza A/H1N1,
– wara li kkunsidra l-iskambju ta' fehmiet bejn id-Direttur tal-ECDC u l-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel tal-Parlament, li sar fl-4 ta' Settembru 2009,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Settembru 2009 dwar l-Influwenza Pandemika (H1N1) 2009(7),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Istaff tal-Kummissjoni tal-15 ta' Settembru 2009 dwar akkwist konġunt tat-tilqima kontra l-influwenza A (H1N1)(8),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Istaff tal-Kummissjoni tal-15 ta' Settembru 2009 dwar komunikazzjoni mal-pubbliku u mal-midja rigward l-Influwenza Pandemika (H1N1) 2009(9),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Istaff tal-Kummissjoni tal-15 ta' Settembru 2009 dwar appoġġ lil pajjiżi terzi fil-ġlieda kontra l-Influwenza A (H1N1)(10),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Istaff tal-Kummissjoni tal-15 ta' Settembru 2009 dwar proċess regolatorju għall-awtorizzazzjoni ta' mediċini u tilqimiet kontra l-virusijiet fil-protezzjoni kontra l-influwenza pandemika (H1N1) 2009(11),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Istaff tal-Kummissjoni tal-15 ta' Settembru 2009 dwar strateġiji ta' tilqim kontra l-influwenza pandemika (H1N1) 2009(12),
– wara li kkunsidra d-dokument bit-titolu “Strateġija Ewropea għall-Influwenza A/H1N1 – Monitoraġġ tal-Benefiċċji u r-Riksji tat-Tilqima”, ta' Ottubru 2009(13),
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Ottubru 2009 dwar l-Influwenza Pandemika (H1N1) 2009 – approċċ strateġiku(14),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Istaff tal-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2009 dwar is-Sigurtà tas-Saħħa fl-Unjoni Ewropea u fil-Livell Internazzjonali(15),
– wara li kkunsidra r-Rapport ta' Evalwazzjoni tas-16 ta' April 2010 dwar Rispons madwar l-UE għall-Influwenza Pandemika (H1N1) 2009(16),
– wara li kkunsidra r-rapport finali ta' Jannar 2010 dwar l-Evalwazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini(17),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1749(2010) “Ġestjoni tal-Influwenza Pandemika H1N1: ħtieġa għal iktar trasparenza”, adottata mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa f'Ġunju 2010(18),
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Konferenza dwar il-lezzjonijiet mgħallma mill-influwenza pandemika A (H1N1), li saret fl-1 u t-2 ta' Lulju 2010(19),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew dwar l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini tad-29 ta' April u tad-19 ta' Mejju 2010(20),
– wara li kkunsidra r-Rapport ta' Evalwazzjoni tal-25 ta' Awwissu 2010 dwar Strateġiji ta' Tilqim kontra l-Influwenza Pandemika madwar l-UE(21),
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-13 ta' Settembru 2010 dwar il-Lezzjonijiet Mgħallma mill-Influwenza A/H1N1 – Sigurtà tas-Saħħa fl-UE(22),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Istaff tal-Kummissjoni tat-18 ta' Novembru 2010 dwar lezzjonijiet li tgħallimna mill-pandemija H1N1 u s-sikurezza tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea (SEC(2010)1440),
– wara li kkunsidra l-“Annual epidemiological report on communicable diseases in Europe 2010” mill-ECDC(23),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0035/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-laqgħa ta' ħidma tal-5 ta' Ottubru 2010 tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel tal-Parlament Ewropew dwar l-Influwenza Pandemika A(H1N1) – Ir-rispons tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea,
A. billi l-awtoritajiet tas-saħħa nazzjonali u internazzjonali, inkluża l-WHO, iddikjaraw f'Mejju 2009 li l-influwenza H1N1 f'dak il-mument kienet qed tikkawża biss mard ħafif, iżda li wieħed ma setax jassumi li din ix-xejra kienet se tkompli,
B. billi, skont ir-Regolamenti Internazzjonali dwar is-Saħħa (IHR) – strument legali li jorbot lill-istati kontraenti – il-mandat tal-WHO jinkludi s-sorveljanza tas-saħħa pubblika, il-koordinazzjoni tal-miżuri internazzjonali tas-saħħa pubblika u, fir-rigward ta' virusijiet pandemiċi potenzjali, id-determinazzjoni ta' fażijiet attwali ta' twissija fuq skala bejn wieħed u sitta,
C. billi l-fażijiet ta' pandemija globali huma determinati b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-IHR u b'konsultazzjoni ma' organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet oħra u mal-Istati Membri milquta,
D. billi l-kriterji għad-definizzjoni ta' “influwenza pandemika”, kif riveduti mill-WHO fl-2009, huma bbażati unikament fuq il-propagazzjoni tal-virus u ma jagħtu l-ebda kas tas-severità tal-mard ikkawżat minnha,
E. billi l-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea u l-entitajiet esterni bħall-WHO għandhom iqisu l-ħila ta' epidemija ta' influwenza fil-ġejjieni li tinfirex b'ħeffa, kif ukoll il-propagazzjoni tal-virus meta jieħdu deċiżjonijiet b'rabta mas-saħħa pubblika li jistgħu jeffettwaw il-politika tas-saħħa pubblika u l-politika soċjali fl-Istati Membri,
F. filwaqt li jikkkunsidra l-grad għoli ta' imprevedibilità fir-rigward tas-severità tal-pandemija u dwar kif din kienet se tiżviluppa, u l-possibilità li l-pandemija tista“ tiggrava fl-Ewropa, kif għamlet fl-1918 u l-1968,
G. billi, fuq il-bażi tat-twissija dwar il-pandemija tal-WHO u tar-rakkomandazzjonijiet sussegwenti, l-Istati Membri rreaġixxew rapidament, b'konformità mal-prinċipju ta' prekawzjoni, billi użaw dawk ir-riżorsi li kellhom disponibbli biex jimplimentaw pjanijiet ta' azzjoni b'rabta mas-saħħa pubblika; billi d-dikjarazzjoni tal-ogħla livell ta' twissjia, li kienet tindika l-preżenza ta' pandemija, wasslet biex, f'xi każijiet, ittieħdu deċiżjonijiet dwar is-saħħa pubblika li kienu sproporzjonati,
H. billi l-WHO damet sa Awwissu 2010 biex iddikjarat it-tmiem tal-istat ta' twissija rigward l-influwenza H1N1 (dikjarazzjoni mid-Direttur Ġenerali tal-WHO tal-10 ta' Awwissu 2010(24)),
I. billi, skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà, il-preparazzjoni u r-rispons għar-riskji għas-saħħa fl-Unjoni Ewropea huma kompetenza tal-Istati Membri; billi t-Trattat ta' Lisbona jħeġġeġ lill-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni, l-iskambju ta' informazzjoni u ta' prattiki tajba fil-qafas tal-WHO u tal-istrutturi eżistenti tal-UE; billi miżuri ta' koordinazzjoni b'saħħithom mill-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-ECDC u tal-EMA fil-qafas tal-IHR, isaħħu l-effettività tal-miżuri nazzjonali,
J. billi l-industrija farmaċewtika kella tirrispondi għal talba immedjata, urġenti u esponenzjali għall-provvista ta' tilqimiet mill-Istati Membri; billi l-industrija kellha tiżviluppa, b'urġenza kbira, tilqima ġdida li setgħet tkun effikaċi kontra l-virus,
K. billi l-ispejjeż b'rabta mal-ġestjoni ta' din il-kriżi fl-Istati Membri kienu sinifikanti u setgħu forsi jitnaqqsu kieku kien hemm kooperazzjoni itjeb bejn l-Istati Membri u koordinazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri u l-ECDC,
L. billi n-nefqa minfuqa minn ċerti Stati Membri għall-pjanijiet ta' rispons fil-parti l-kbira tagħha hija marbuta mal-kwantitajiet kbar ta' tilqimiet u trattamenti kontra l-virusijiet, u billi l-proċeduri tax-xiri wasslu għal tħassib f'termini ta' konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku u ta' trasparenza f'ċerti Stati Membri,
M. billi kien hemm differenzi sinifikanti fil-prezzijiet fost l-Istati Membri li kellhom ftehimiet ta' xiri minn qabel għat-tilqimiet, ibbażati, fost affarijiet oħra, fuq il-kundizzjonijiet differenti ta' responsabilità ta' kull ftehim,
N. billi saru kawżi fil-qrati f'diversi Stati Membri, li allegaw korruzzjoni u assoċjazzjoni min-naħa ta' ħaddiema taċ-ċivil b'relazzjoni ma' kuntratti ffirmati fis-sajf tal-2009 bejn ministeri tas-saħħa pubblika u l-produtturi tat-tilqimiet kontra l-influwenza H1N1,
O. billi, skont il-Kummissjoni, in-nuqqas ta' rieda tal-fornituri tat-tilqimiet li jġorru r-responsabilità sħiħa għall-prodott seta“ wassal biex naqset il-fiduċja taċ-ċittadini fis-sikurezza tat-tilqima; billi l-fiduċja fit-tilqimiet kontra l-influwenza H1N1 iddgħajfet ukoll minħabba tagħrif mhux komplut jew kontradittorju dwar il-benefiċċji u r-riskji tat-tilqimiet, kif ukoll minħabba r-riskji li l-influwenza H1N1 jista” jkollha fuq il-pubbliku,
P. billi r-rakkomandazzjonijiet diverġenti fi ħdan l-UE u l-Istati Membri fir-rigward tal-gruppi prijoritarji fil-mira tat-tilqima juru l-inċertezzi sinifikanti u l-fehmiet diverġenti dwar ir-rispons xieraq għall-influwenza H1N1,
Q. billi l-ippjanar għat-tħejjija għall-influwenza pandemika jiddependi ħafna fuq l-istrateġiji tat-tilqim; billi l-istratġeiji tat-tilqim iridu jiddependu fuq tliet kundizzjonijiet biex ikunu ta' suċċess: l-effikaċja tat-tilqima, bilanċ pożittiv bejn il-vantaġġi u r-riskji tat-tilqima, u l-għażla tal-gruppi fil-mira,
R. billi jeħtieġ li jkun hemm trasparenza meta jiġu biex ikunu sodisfati dawn il-kundizzjonijiet,
S. billi r-relazzjoni perċentwali bejn il-benefiċċju u r-riskju tat-tilqima issa ġie muri fi studji dwar it-tolleranza u l-immoġeniċità bbażati fuq l-użu fir-realtà,
T. billi hemm il-bżonn ta' studji dwar tilqim u mediċinali kontra l-virusijiet li jkunu indipendenti mill-kumpaniji farmaċewtiċi sabiex ikun hemm bilanċ bejn studji sponsorjati mill-privat u dawk sponsorjati minn fondi pubbliċi,
U. billi fl-eventwalità ta' pandemija ta' influwenza fil-ġejjieni, għandha ssir iktar ħidma biex jitjiebu r-riżultati tat-tilqim kontra l-influwenza, speċjalment għall-gruppi ta' riskju għoli u kontra l-varjanti dderivati,
V. billi, minħabba l-akkwist bikri tat-tilqimiet u l-istrateġiji ta' tilqim sistematiku, speċjalment fost il-gruppi l-aktar vulnerabbli, l-UE kienet ir-reġjun l-aktar ippreparat fid-dinja; billi, madankollu, ħarġu differenzi kunsiderevoli fil-livelli ta' tħejjija fost l-Istati Membri tal-UE, u n-nuqqas ta' kooperazzjoni ġenwina dgħajfet il-livell ġenerali ta' tħejjija tal-UE,
W. billi l-kooperazzjoni limitata fost l-Istati Membri, speċjalment in-nuqqas ta' sistema konġunta ta' akkwist tat-tilqima, in-nuqqas ta' ħażniet konġunti tal-istokkijiet, in-nuqqas ta' mekkaniżmu ta' solidarjetà u ta' medjazzjoni bejn l-Istati Membri, u n-nuqqas ta' ftehimiet ta' xiri minn qabel f'bosta Stati Membri kienu l-fatturi prinċipali li ma ħallewx li jkun hemm tħejjija aħjar tal-UE,
X. billi minkejja t-talbiet ripetuti tal-Ombudsman Ewropew lill-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMA), id-dokumenti f'idejn l-EMA li jikkonċernaw il-protokolli ta' riċerka, il-provi kliniċi u l-effetti mhux mixtieqa tal-mediċini mressqa għall-evalwazzjoni tagħha mhux dejjem huma aċċessibbli għall-pubbliku,
Y. billi l-informazzjoni u l-komunikazzjoni dwar l-influwenza H1N1 fl-2009-2010 fl-UE wrew ir-rwol kruċjali li kellha l-midja meta ttrażmettiet prekawzjonijiet u rakkomandazzjonijiet dwar saħħa pubblika, iżda anki enfasizzat aspetti magħżula tal-epidemija u tal-konsegwenzi tagħha, biex b'hekk, potenzjalment, dawret il-perċezzjonijiet tal-opinjoni pubblika u r-reazzjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi,
Kooperazzjoni
1. Jappella biex il-pjanijiet ta' prevenzjoni li ġew stabbiliti fl-UE u fl-Istati Membri tagħha għal pandemiji tal-influwenza fil-ġejjieni jiġu rieżaminati biex jikbru fl-effettività u fil-koerenza tagħhom u biex isiru awtonomi u flessibbli biżżejjed biex jiġu adattati, mill-iktar fis u skont il-każ, għar-riskju reali, abbażi ta' informazzjoni rilevanti aġġornata;
2. Jitlob kjarifika u, jekk ikun hemm il-ħtieġa, rieżami, tar-rwoli, dmirijiet, mandati, limiti, relazzjonijiet u responsabilitajiet tal-atturi u l-istrutturi ewlenin fil-livell tal-UE għall-immaniġġjar tat-theddidiet għas-saħħa – li huma l-Kummissjoni Ewropea, l-ECDC, l-EMA u l-Istati Membri, iżda wkoll tal-entitajiet aktar informali bħall-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, il-HEOF u l-grupp “saħħa pubblika” magħmula minn uffiċjali mlaħħqa li jistgħu jintervjenu fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet fir-rigward tal-ġestjoni ta' kriżi tas-saħħa – u jitlob biex dik l-informazzjoni issir pubblikament disponibbli;
3. Jilqa“ l-fatt li l-Kummissjoni kkommettiet ruħha li tistudja l-possibilità ta' rieżami u ta' tisħiħ fuq perjodu ta' żmien twil tal-bażi legali tal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa;
4. Jitlob li tingħata attenzjoni speċjali lill-preparazzjoni bejn setturi fi ħdan il-qafas tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa;
5. Jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, u l-koordinazzjoni tal-Istati Membri mal-ECDC, biex jiġi żgurat li jkun hemm ġestjoni koerenti tar-riskju bi tweġiba għal pandemija, f'konformità mar-Regolament Internazzjonali dwar is-Saħħa;
6. Jappella għall-kontinwazzjoni u t-titjib fil-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali, partikolarment fl-istadji bikrija ta' epidemija ta' virus, sabiex tiġi ddeterminata s-severità tagħha u biex jittieħdu d-deċiżjonijiet xierqa dwar ġestjoni;
7. Iqis xieraq li jissaħħaħ il-mandat tal-Kumitat għas-Saħħa Pubblika, li l-azzjoni u r-rwol tiegħu għandhom jittejbu biex jingħata appoġġ aħjar lill-Membri sabiex dawn jiksbu approċċ koerenti fl-aspetti ta' tħejjija u rispons għat-theddidiet u emerġenzi dwar saħħa pubblika ta' tħassib internazzjonali, skont kif iddefinit mill-IHR;
8. Iħeġġeġ lill-WHO terġa“ teżamina d-definizzjoni ta' pandemija, billi tikkunsidra mhux biss il-firxa ġeografika tagħha iżda wkoll is-severità tagħha;
9. Jistieden lill-Istati Membri jinvolvu lill-professjonisti tas-saħħa aktar mill-qrib f'kull stadju fil-preparazzjoni u l-applikazzjoni ta' strateġiji għall-prevenzjoni tal-pandemiji u sabiex dawn jiġu miġġielda;
10. Iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea talloka aktar riżorsi għar-riċerka u l-iżvilupp rigward miżuri preventivi fil-qasam tas-saħħa pubblika, filwaqt li tikkonforma mal-objettiv dikjarat tagħha li talloka 3% tal-PDG Ewropew lir-R&Ż; b'mod aktar speċifiku tappella għal żieda fl-investimenti dedikati għal valutazzjoni u antiċipazzjoni aħjar tal-impatt ta' virus tal-influwenza kemm fl-intervall bejn il-pandemiji kif ukoll fil-bidu ta' pandemija;
11. Jitlob għal investiment kontinwu fiċ-ċentri ta' sorveljanza epidemjoloġika, serloġika u viroloġika;
12. Japprova t-twaqqif ta' proċedura li tippermetti lill-Istati Membri jipproċedu biex flimkien jixtru tilqimiet u mediċini kontra l-virus fuq bażi volontarja, bil-għan li, fost l-oħrajn jinkisbu, fuq prodott partikolari, aċċess ugwali, tariffi vantaġġjużi u flessibilità għall-ordnijiet;
13. Ifakkar li skont il-leġiżlazzjoni attwali tal-Unjoni dwar prodottti mediċinali, ir-responsabilità għall-kwalità, is-sigurtà u l-effikaċja fir-rigward tal-indikazzjonijiet awtorizzati ta' prodott mediċinali hija tal-prodottur, u jappella lill-Istati Membri biex japplikaw bis-sħiħ din ir-regola fil-kuntratti kollha tal-akkwist ta' tilqimiet, bħala fattur importanti biex tinżamm/terġa tinkiseb il-fiduċja taċ-ċittadini fis-sikurezza tat-tilqima;
14. Jitlob, fil-qafas ta' ġestjoni komuni u responsabbli tal-provvista tat-tilqim, li tiġi kkunsidrata l-possibilità li jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw għall-prodotti ta' tilqim fil-każ ta' pandemija;
Indipendenza
15. Huwa tal-fehma li ċ-Ċentru Ewropew ta' Prevenzjoni u ta' Kontroll tal-Mard (ECDC) għandu jeżerċita s-setgħat tiegħu bħala aġenzija indipendenti biex jevalwa u jikkomunika s-severità tar-riskju ta' infezzjoni, u jingħata mezzi adegwati għall-inkarigi kollha tiegħu;
16. Jistieden lill-ECDC biex, bl-appoġġ tal-WHO, jikkontribwixxi biex isir rieżami tal-aħjar prattika dwar il-pjanijiet nazzjonali ta' tħejjija għall-influwenza, u biex jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar l-aħjar prattika f'oqsma bħat-tekniki ta' ġestjoni ta' kriżi, u strateġiji ta' tilqim u komunikazzjoni;
17. Jitlob li jiġu ggarantiti viġilanza akbar u trasparenza sħiħa rigward l-evalwazzjoni u l-irrappurtar dwar prodotti mediċinali rakkomandati f'każ ta' emerġenza tas-saħħa, u iktar partikolarment f'każ ta' sitwazzjonijiet ta' pandemija reali;
18. Jenfasizza l-ħtieġa ta' studji indipendenti tal-kumpaniji farmaċewtiċi dwar tilqimiet u medikazzjonijiet kontra l-virusijiet, inkluż fir-rigward tal-monitoraġġ tal-kopertura tat-tilqim;
19. Jixtieq jiżgura li l-esperti xjentifiċi ma jkollhom l-ebda interessi finanzjarji jew ta' xorta oħra fl-industrija farmaċewtika li jistgħu jeffettwaw l-imparzjalità tagħhom; jitlob għall-iżvilupp ta' kodiċi ta' kondotta Ewropew relatat mal-eżerċizzju tal-funzjoni ta' espert xjentifiku fi kwalunkwe awtorità Ewropea inkarigata mis-sikurezza, il-ġestjoni u l-antiċipazzjoni tar-riskji; jesiġi li kull espert jaċċetta l-prinċipji etiċi ta' dan il-kodiċi ta' kondotta qabel jassumi dmirijietu;
20. Jitlob li, għalkemm l-esperti li huma involuti fis-settur farmaċewtiku jkunu jistgħu jiġu kkonsultati, huma għandhom jiġu esklużi mit-teħid ta' deċiżjonijiet;
21. Jistieden b'mod partikolari lill-Kummissjoni Ewropea biex, bl-appoġġ tal-EMA, ittejjeb il-proċeduri ta' awtorizzazzjoni aċċellerata għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti mediċinali maħsuba biex jirrispondu għal kriżi tas-saħħa – fost l-oħrajn billi jiġu adattati għal varjanti differenti tal-influwenza, livelli varji ta' severità u differenzi fil-gruppi fil-mira – b'mod li testijiet kliniċi xierqa jitwettqu qabel ma tfaqqa“ pandemija, biex jiġi żgurat li ssir evalwazzjoni sħiħa tal-bilanċ bejn ir-riskji u l-benefiċċji assoċjati mal-użu ta' dawk il-prodotti mediċinali għall-gruppi fil-mira relevanti u biex jiġu ppreżentati proposti leġiżlattivi korrispondenti fejn ikun meħtieġ;
Trasparenza
22. Jitlob li ssir evalwazzjoni tal-istrateġiji tat-tilqim kontra l-influwenza rrakkomandati fl-UE u applikati fl-Istati Membri, li tkopri l-effikaċja tat-tilqimiet, il-bilanċ bejn ir-riskji u l-benefiċċji u l-gruppi fil-mira differenti rrakkomandati, bil-ħsieb li jkun hemm użu sikur u effettiv;
23. Jistieden lill-Istati Membri jirrapportaw l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni qabel it-8 ta' Settembru 2011:
a)
dwar tilqimiet u trattamenti differenti kontra l-virus, rispettivament:
(i)
l-għadd ta' dożi mixtrija,
(ii)
in-nefqa totali tax-xiri,
(iii)
l-għadd ta' dożi li fil-fatt jintużaw,
(iv)
l-għadd ta' dożi maħżuna, mibgħuta lura lill-manifattur u rrimburżati, jew mibjugħin lil Stati Membri oħra jew lil pajjiżi terzi,
b)
dwar il-mard u l-effetti sekondarji tat-tilqimiet u tat-trattamenti kontra l-virus, rispettivament:
(i)
l-għadd ta' infezzjonijiet bl-H1N1,
(ii)
l-għadd ta' mwiet minħabba l-infezzjonijiet bl-H1N1,
(iii)
l-għadd u n-natura tal-effetti negattivi rrappurtati kkawżati mit-tilqimiet jew mit-trattamenti kontra l-virus kontra l-H1N1,
24. Jistieden lill-Kummissjoni biex, bl-appoġġ tal-ECDC u tal-EMA, tfassal rapport sommarju dwar l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 23, skont l-Istat Membru, qabel it-8 ta' Marzu 2012 u tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku bħala kontribut importanti għar-rieżami tal-pjanijiet attwali ta' tħejjija għall-influwenza pandemika;
25. Ifakkar lill-EMA dwar l-obbligu regolamentari li tagħmel aċċessibbli għall-kulħadd id-dokumenti relatati mal-provi kliniċi, mal-protokolli ta' riċerka u mal-effetti mhux mixtieqa tal-prodotti mediċinali evalwati mill-esperti tagħha, inkluż it-tilqimiet u l-mediċini kontra l-virus rakkomandati bħala mezz biex tiġi miġġielda l-influwenza H1N1; jilqa“ r-regoli l-ġodda dwar l-aċċess għal dokumenti adottati mill-EMA f'Ottubru 2010;
26. Jirrikonoxxi li l-kunflitti ta' interess fost esperti li jagħtu pariri lill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika Ewropej jagħtu lok għal suspetti ta' abbuż tas-setgħa ta' influwenzar u jagħmlu ħsara lill-kredibilità globali ta' dawn l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika u tar-rakkomandazzjonijiet tagħhom; iqis li l-kunflitti ta' interess kollha għandhom jiġu evitati;
27. Jitlob biex tiġi adottata definizzjoni li tkun komuni għall-awtoritajiet tas-saħħa pubblika kollha Ewropej dwar x'jikkostitwixxi kunflitt ta' interess;
28. Jitlob li tali kunflitti ta' interess jinġiebu għall-attenzjoni tal-Parlament permezz ta' investigazzjoni interna mwettqa mill-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju bil-ħsieb li jiġi determinat jekk ħlasijiet li jkunu saru lill-esperti msemmija aktar qabel kinux saru b'mod korrett u trasparenti u jekk il-proċeduri li normalment jintużaw mill-istituzzjonijiet Ewropej biex jipprevjenu tali kunflitti ta' interess ġewx segwiti;
29. Jitlob li d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-esperti kollha li jagħtu pariri lill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika Ewropej jiġu pubblikati, inklużi dawk ta' membri ta' gruppi informali;
30. Jinsab konxju tal-ħtieġa li r-riskji u l-benefiċċji jiġu kkomunikati b'mod aktar ċar u trasparenti lill-pubbliku; jenfasizza l-ħtieġa li jingħata messaġġ koerenti liċ-ċittadini hekk kif jiġi vverifikat li jkun hemm riskju għas-saħħa; jinsisti dwar l-importanza ta' komunikazzjoni konsistenti mill-Istati Membri dwar il-kontenut informattiv tal-messaġġ (pereżempju fir-rigward tan-natura tal-virus, in-natura tar-riskju, kif l-aħjar li jiġi evitat, u r-riskji u l-benefiċċji tal-prevenzjoni u/jew tat-trattament);
31. Jappella biex ikun hemm approċċ strateġiku globali tal-Ewropa għall-gruppi hekk imsejħa “fir-riskju” dwar kif wieħed jilħaqhom u jikkomunika magħhom fil-każ ta' pandemija;
32. Jitlob li tinbena relazzjoni ta' fiduċja mal-midja kkonċernata mit-tixrid ta' messaġġi dwar is-saħħa pubblika; jitlob li jitwaqqaf grupp magħżul ta' esperti disponibbli biex iwieġbu mistoqsijiet minn ġurnalisti f'kull ħin, kif ukoll li jkun hemm kelliem disponibbli;
33. Jenfasizza l-ħtieġa li l-professjonisti tal-informazzjoni jkunu jistgħu jinżammu responsabbli, u l-prudenza meħtieġa fl-ipproċessar ta' messaġġi ta' informazzjoni dwar is-saħħa, aktar u aktar fil-kuntest ta' pandemija;
34. Jistenna, f'dan ir-rigward, li l-awtoritajiet nazzjonali ta' monitoraġġ dwar is-saħħa jiġbru b'mod aktar komprensiv u jagħtu b'aktar ħeffa dejta koerenti lill-awtoritajiet kompetenti tal-UE;
35. Iqis li huwa essenzjali li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jwettqu b'ħeffa r-reviżjonijiet meħtieġa, inklużi strateġiji aħjar ta' tilqim u ta' komunikazzjoni, sabiex tikber il-fiduċja fil-miżuri tas-saħħa pubblika li għandhom l-għan li jħejju għall-pandemiji, u li jipprevjenuhom;
o o o
36. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-WHO u lill-parlamenti nazzjonali.
http://ec.europa.eu/health/communicable_diseases/diseases/influenza/h1n1/index_en.htm#fragment2 u http://ec.europa.eu/health/archive/ph_threats/com/influenza/docs/flu_staff5_en.pdf
Ħatra ta' membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (Is-Sur Harald Wögerbauer - AT)
197k
32k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Marzu 2011 dwar il-ħatra proposta ta' Harald Wögerbauer bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0029/2011 – 2011/0801(NLE))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta mal-Parlament (C7-0029/2011),
– wara li kkunsidra l-fatt li, fil-laqgħa tiegħu tat-3 ta' Marzu 2011, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema“ lill-persuna nnomitata mill-Kunsill għall-kariga ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0048/2011),
A. billi Harald Wögerbauer Galea jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,
1. Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta għall-ħatra ta' Harald Wögerbauer bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta' verifika tal-Istati Membri.
Żona koperta mill-Ftehim tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Marzu 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-Żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) (COM(2009)0477 – C7-0204/2009 – 2009/0129(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0477),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0204/2009),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Marzu 2010(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0023/2011),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif imniżżel hawn taħt;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa“ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Marzu 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament(UE) nru .../2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-Żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) [Emenda 1]
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu, [Emenda 2]
Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
▌[Emenda 3]
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2), [Emenda 4]
Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3), [Emenda 5]
Billi:
(1) Il-Ftehim għall-istabbiliment tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran (“GFCM”), minn issa “l quddiem ”il-Ftehim tal-GFCM“, kien approvat mill-Kunsill bid-Deċiżjoni 98/416/KE tas-16 ta' Ġunju 1998 dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-GFCM(4).
(2) Il-Ftehim tal-GFCM jipprovdi qafas xieraq għal kooperazzjoni multilaterali sabiex jippromwovi l-iżvilupp, il-konservazzjoni, il-ġestjoni razzjonali u l-aqwa utilizzazzjoni tal-istokkijiet tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed f'livelli li huma kkunsidrati sostenibbli u b'riskju baxx ta' kollass.
(3) L-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-Bulgarija, l-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, Malta, r-Rumanija u s-Slovenja u huma Partijiet Kontraenti mal-GFCM. [Emenda 6]
(4) Ir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-GFCM huwa vinkolanti għall-Partijiet Kontraenti. Peress li l-Unjoni hija parti kontraenti mal-GFCM, dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma vinkolanti għall-Unjoni u għalhekk għandhom jiġu trasposti fil-liġi tal-Unjoni, fejn il-kontenut tagħhom mhuwiex diġà kopert. [Emenda 7]
(5) Fis-Sessjonijiet Annwali tagħha fl-2005, l-2006, l-2007 u l-2008 l-GFCM adottat għadd ta' rakkomandazzjonijiet u riżoluzzjonijiet għal ċertu sajd fiż-Żona tal-Ftehim tal-GFCM li ġew trasposti fil-liġi tal-Unjoni fuq bażi temporanja permezz ta' regolamenti annwali dwar l-opportunitajiet tas-sajd(5) jew fil-każ tar-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM 2005/1 u 2005/2, mill-Artikoli 4(3) u 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal- 21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (6). [Emenda 8]
(6) Għal raġunijiet ta' ċarezza, simplifikazzjoni u ċertezza legali, u peress li l-karattru permanenti tar-rakkomandazzjonijiet jitlob ukoll strument legali permanenti għat-traspożizzjoni tagħhom fil-liġi tal-Unjoni, huwa xieraq li dawn ir-rakkomandazzjonijiet jiġu trasposti permezz ta' att leġiżlattiv wieħed li miegħu jistgħu jiżdiedu rakkomandazzjonijiet futuri permezz ta' emendi. [Emenda 9]
(7) Ir-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM japplikaw għaż-żona sħiħa ta' Ftehim tal-GFCM, b'mod partikolari l-Mediterran, il-Baħar l-Iswed u l-ilmijiet konnessi, kif imsemmi fl-Anness II tad-Deċiżjoni 98/416/KE, u għalhekk, sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, huma għandhom jiġu trasposti f'regolament separat aktar milli permezz ta' emendi għar-Regolament (KE) 1967/2006, li jkopri biss il-Baħar Mediterran. [Emenda 10]
(8) Ċerti dispożizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 għandhom japplikaw mhux biss fil-Baħar Mediterran imma fiż-żona sħiħa tal-Ftehim tal-GFCM. Għalhekk dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jitħassru mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 u jiġu inklużi f'dan ir-Regolament.
(9) Iż-“Żoni tas-Sajd Ristretti” stabbiliti mir-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM għal miżuri spazjali ta' ġestjoni huma effettivament ekwivalenti għaż-“Żoni tas-Sajd Protetti” kif użati fir-Regolament (KE) Nru 1967/2006.
(10) Fis-Sessjoni Annwali tagħha mit-23 sas-27 ta' Marzu 2009, il-GFCM adottat rakkomandazzjoni dwar l-istabbiliment ta' żona tas-sajd ristretta fil-Golf tal-Iljuni, fuq il-bażi tal-parir xjentifiku tal-Kumitati Xjentifiku Konsultattiv (SAC), kif misjub fir-rapport tal-11-il sessjoni tiegħu (rapport tal-FAO nru 890). Huwa xieraq li din il-miżura tiġi implimentata permezz ta' sistema tal-ġestjoni tal-isforzi.
(11) Is-selettività ta' ċerti tipi ta' rkaptu tas-sajd ma tistax tilħaq aktar minn ċertu livell fis-sajd imħallat tal-Mediterran u, flimkien mal-kontroll u l-limitazzjoni tal-isforz tas-sajd, huwa fundamentali li jiġi limitat l-isforz tas-sajd f'żoni fejn l-adulti ta' stokkijiet importanti jiltaqgħu sabiex ikollhom riskju baxx ta' tfixkil fir-riproduzzjoni, u b'hekk jiġi permess l-isfruttament sostenibbli tagħhom. Għalhekk, ta' min wieħed jirrikkmanda li l-ewwel ikun limitat l-isforz tas-sajd magħmul fiż-żona eżaminata mis-SAC għal livelli preċedenti u ma tkun permessa l-ebda żieda għal dak il-livell.
(12) Il-parir li fuqu jkunu bbażati l-miżuri ta' ġestjoni għandu jkun ibbażat fuq l-użu xjentifiku ta' data rilevanti dwar il-kapaċità u l-attività tal-flotta, dwar l-istatus bijoloġiku ta' riżorsi sfruttati u dwar is-sitwazzjoni soċjali u ekonomika tas-sajd; din id-data għandha tinġabar u tiġi ppreżentata fil-ħin sabiex il-korpi sussidjarji tal-GFCM jippreparaw il-parir tagħhom.
(13) Fis-Sessjoni Annwali tal-2008, il-GFCM adottat rakkomandazzjoni dwar skema reġjonali ta' miżuri tal-Istat tal-Port biex jiġġieldu s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (IUU) fiż-Żona tal-Ftehim tal-GFCM. Filwaqt li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat(7) jkopri b'mod ġenerali l-kontenut ta' din ir-rakkomandazzjoni u japplika mill-1 ta' Jannar 2010, madankollu hemm xi aspetti bħall-frekwenza, il-kopertura u l-proċedura għall-ispezzjonijiet fil-port li għandhom bżonn ikunu msemmija f'dan ir-Regolament sabiex il-miżura tkun adattata għall-ispeċifikazzjonijiet taż-żona tal-Ftehim tal-GFCM. [Emenda 11]
(14) Sabiex ikunu żgurati l-istess kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom ikunu kkonferiti fuq il-Kummissjoni setgħat tal-implimentazzjoni. Dawk is-setgħat, li għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament marbuta ma' atti ddelegati u li ma għandhomx japplikaw għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar il-miżuri tal-Istat tal-Port u l-proċeduri ta' spezzjoni fl-Istat tal-Port , għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(8). [Emenda 12]
(15)Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-inkorporazzjoni fil-liġi tal-Unjoni ta' emendi ġejjienin għal dawk il-miżuri tal-GFCM għall-konservazzjoni, l-kontroll jew l-infurzar, kif diġà trasposti fil-liġi tal-Unjoni, li huma s-suġġett ta' ċerti elementi mhux essenzjali ddefiniti espliċitament ta' dan ir-Regolament u li saru jorbtu fuq l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha skont it-termini tal-Ftehima GFCM. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa tul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell espert. [Emenda 13]
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistipula r-regoli għall-applikazzjoni mill-Unjoni tal-miżuri ta' konservazzjoni, ġestjoni, sfruttament, monitoraġġ, kummerċjalizzazzjoni u infurzar għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura kif stabbilit mill-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran (“GFCM”). [Emenda 14]
Artikolu 2
Ambitu
1. Dan ir-Regolament japplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd u l-akkwakultura kummerċjali tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u taċ-ċittadini tal-Istati Membri fiż-żona ta' Ftehim tal-GFCM. [Emenda 15]
Għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal operazzjonijiet tas-sajd imwettqa biss għal skopijiet ta' investigazzjonijiet xjentifiċi u li jsiru bil-permess u taħt l-awtorità tal-Istat Membru li l-bastiment itajjar il-bandiera tiegħu u li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jkunu infurmati bil-quddiem li fl-ilmijiet tagħhom tkun qed titwettaq ir-riċerka. L-Istati Membri li jwettqu operazzjonijiet tas-sajd għall-finijiet ta' investigazzjonijiet xjentifiċi għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri li fl-ilmijiet tagħhom tkun qed titwettaq ir-riċerka u lill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku dwar is-Sajd dwar il-qabdiet kollha minn operazzjonijiet tas-sajd bħal dawn.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin flimkien mad-definizzjonijiet stipulati mill-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd(9) u mill-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006:
(a)
“Żona ta' Ftehim tal-GFCM” tfisser il-Mediterran, il-Baħar l-Iswed u l-ilmijiet li jgħaqqduhom, kif imsemmija fl-Anness II tad-Deċiżjoni 98/416/KE;
(b)
“Sforz tas-sajd” tfisser il-prodott tal-kapaċità tal-bastiment tas-sajd, kemm f'kW kif ukoll f'TG, u l-jiem fuq il-baħar;
(c)
“jum fuq il-baħar” tfisser kwalunkwe jum tal-kalendarju li l-bastiment huwa assenti mill-port, irrispettivament mill-ammont ta' ħin fil-jum li l-bastiment huwa prezenti f'żona.
TITOLU II
MIŻURI TEKNIĊI
Kapitolu I
Żoni ta' sajd ristretti
Taqsima I
Żona ta' sajd ristretta fil-Golf tal-Iljuni
Artikolu 4
Stabbiliment ta' żona ta' sajd ristretta
Żona ta' sajd ristretta hija stabbilita fil-Lvant tal-Golf tal-Iljuni, konfinata permezz ta' linji li jgħaqdu l-koordinati ġeografiċi li ġejjin:
42°40“N, 4°20” E;
42°40“N, 5°00” E;
43°00“N, 4°20” E;
43°00“N, 5°00” E.
Artikolu 5
Sforz tas-sajd
L-isforz tas-sajd għall-istokkijiet demersali tal-bastimenti li jużaw xbieki rmunkati, konzijiet tal-qiegħ u ta' nofs il-baħar u xbieki tal-qiegħ fiż-żona ta' sajd ristretta msemmija fl-Artikolu 4 ma għandux ikun aktar mil-livell tal-isforz tas-sajd applikat fl-2008 minn kull Stat Membru f'dik iż-żona.
Artikolu 6
Sajd passat
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni f'format elettroniku, sa mhux aktar tard minn ...(10), lista tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li matul l-2008 kienu jistadu fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4 u fis-Subżona Ġeografika 7 tal-GFCM kif imsemmija fl-Anness I. Il-lista għandu jkollha l-isem tal-bastiment, in-numru tiegħu fir-Reġistru tal-Flotta tal-UE, imsemmi fl-anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 tat-30 ta' Diċembru 2003 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità(11), il-perjodu li matulu l-bastiment kien awtorizzat jistad fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4 u l-għadd ta' jiem li kull bastiment għamel fis-Subżona Ġeografika 7 fis-sena 2008 u aktar speċifikament fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4. [Emenda 16]
Artikolu 7
Bastimenti awtorizzati
1. Il-bastimenti awtorizzati biex jistadu fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4 għandhom jingħataw Permess Speċjali tas-Sajd mill-Istat Membru tagħhom skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1627/94 tas-27 ta' Ġunju 1994 li jniżżel ċerti dispożizzjonijiet rigward permessi speċjali tas-sajd(12).
2. Il-bastimenti tas-sajd li fil-passat ma stadux fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4 qabel il-31 ta' Diċembru 2008 ma għandhomx ikunu awtorizzati biex jistadu hemmhekk.
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn ...(13), il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2008 dwar: [Emenda 17]
(a)
il-ħin massimu ta' attività ta' sajd kuljum permess lil kull bastiment,
(b)
l-għadd massimu ta' jiem fil-ġimgħa li bastiment jista“ joqgħod fuq il-baħar u jkun assenti mill-port u
(c)
l-iskedar obbligatorju ta' ħruġ u ritorn lejn il-port reġistrat tal-bastimenti tas-sajd tagħhom.
Artikolu 8
Ħarsien ta' ħabitats sensittivi
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żona msemmija fl-Artikolu 4 hija protetta mill-impatti ta' kwalunkwe attività tal-bniedem oħra li tipperikola l-konservazzjoni tal-karatteristiċi partikolari ta' dik iż-żona bħala żona fejn jinġabar il-ħut li jista“ jirriproduċi.
Artikolu 9
Informazzjoni
Qabel il-31 ta' Jannar ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport f'format elettroniku dwar l-attivitajiet tas-sajd imwettqa fiż-żona msemmija fl-Artikolu 4.
Taqsima II
Żoni ta' sajd ristretti sabiex jiġu mħarsa ħabitats sensittivi tal-baħar fond
Artikolu 10
Stabbiliment ta' żoni ta' sajd ristretti
Is-sajd bil-gangmu rmunkat u bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ għandu jkun ipprojbit fiż-żoni li ġejjin:
(a)
Iż-żona tal-baħar fond ristretta għas-sajd “Lophelia reef off Capo Santa Maria di Leuca” konfinata permezz ta' linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:
–
39° 27.72“ N, 18° 10.74” E
–
39° 27.80“ N, 18° 26.68” E
–
39° 11.16“ N, 18° 32.58” E
–
39° 11.16“ N, 18° 04.28” E;
(b)
Iż-żona tal-baħar fond ristretta għas-sajd “The Nile delta area cold hydrocarbon seeps” konfinata permezz ta' linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:
–
31° 30.00“ N, 33° 10.00” E
–
31° 30.00“ N, 34° 00.00” E
–
32° 00.00“ N, 34° 00.00” E
–
32° 00.00“ N, 33° 10.00” E;
(c)
Iż-żona tal-baħar fond ristretta għas-sajd “The Eratosthemes Seamount” konfinata permezz ta' linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:
–
33° 00.00“ N, 32° 00.00” E
–
33° 00.00“ N, 33° 00.00” E
–
34° 00.00“ N, 33° 00.00” E
–
34° 00.00“ N, 32° 00.00” E.
Artikolu 11
Ħarsien ta' ħabitats sensittivi
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikollhom il-kompitu tal-ħarsien tal-ħabitats sensittivi tal-baħar fond fiż-żoni msemmija fl-Artikolu 10 u b'mod partikolari ▌mill-impatti ta' kwalunkwe attività oħra ▌li thedded il-konservazzjoni tal-karatteristiċi partikolari ta' dawk il-ħabitats speċifiċi. [Emenda 18]
Kapitolu II
L-istabbiliment ta' staġun magħluq għas-sajd tal-lampuki permezz ta' tagħmir biex jinġema“ l-ħut (FADs)
Artikolu 12
Staġun magħluq
1. Is-sajd għal-lampuki (Coryphaena hippurus) permezz ta' tagħmir biex jinġema“ l-ħut (FADs) għandu jkun ipprojbit mill-1 ta' Jannar sal-14 ta' Awwissu ta' kull sena.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, jekk Stat Membru jista“ juri li, minħabba kundizzjonijiet ta' maltemp, il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu ma setgħux jutilizzaw il-jiem normali tas-sajd tagħhom dak l-Istat Membru jista” jgħaddi jiem mitlufa mill-bastimenti tiegħu fis-sajd bil-FAD sal-31 ta' Jannar tas-sena ta' wara. F'dak il-każ, qabel għeluq is-sena, l-Istat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni applikazzjoni għall-għadd ta' jiem li jixtieq jgħaddi għas-sena ta' wara.
3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll fiż-żona ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.
4. L-applikazzjoni li tissemma fil-paragrafu 2 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a)
rapport bid-dettalji tal-waqfien mill-attivitajiet tas-sajd rilevanti, inkluża informazzjoni meterjoloġika xierqa bħala evidenza;
(b)
l-isem tal-bastiment u n-numru ta' Reġistrazzjoni tal-Flotta tal-UE. [Emenda 19]
5. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 fi żmien 6 ġimgħat mid-data li fiha tirċievi l-applikazzjoni, u tinforma b'dan lill-Istat Membru bil-miktub.
6. Il-Kummissjoni għandha tinforma lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM dwar id-deċiżjonijiet meħuda skont il-paragrafu 5. Qabel l-1 ta' Novembru ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport dwar il-jiem mitlufa fis-sena ta' qabel, li jixtiequ jgħaddu għas-sena ta' wara skont il-paragrafu 2.
Artikolu 13
Permess speċjali tas-sajd
Il-bastimenti tas-sajd awtorizzati jipparteċipaw fis-sajd tal-lampuki għandhom jingħataw permess speċjali tas-sajd skont ir-Regolament (KE) Nru 1627/94 u għandhom ikunu inklużi f'lista li jkollha l-isem tal-bastiment u n-numru ta' Reġistrazzjoni tal-Flotta tal-UE, li għandu jingħata lill-Kummissjoni mill-Istat Membru konċernat. Irrispettivament mill-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1627/94, il-bastimenti b'anqas minn 10 metri tul totali għandu jkollhom permess speċjali tas-sajd. [Emenda 20]
Dan ir-rekwiżit għandu japplika wkoll għaż-żona ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu (26)1 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.
Artikolu 14
Ġbir tad-data
Mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal- 25 ta“ Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta' qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd(14) l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema xierqa ta' ġbir u trattament ta' data tal-qbid u l-isforz tas-sajd.
L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni sal-15 ta' Jannar ta' kull sena, l-għadd ta' bastimenti involuti fis-sajd, it-total tal-qabdiet li jinħattu l-art u ta' trażbordi ta' lampuki mwettqa fis-sena preċedenti mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom f'kull subżona ġeoġrafika taż-żona ta' Ftehim GFCM kif determinat fl-Anness I.
Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni li tirċievi mill-Istati Membri lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM.“
Kapitolu III
Irkaptu tas-sajd ▌ [Emendi 21, 22, 23, 24 u 25]
Artikolu 15
Daqs minimu tal-malji fil-Baħar l-Iswed
1. Id-daqs minimu tal-malja għax-xbieki użati għal attivitajiet tat-tkarkir li jisfruttaw l-istokkijiet demersali fil-Baħar l-Iswed għandu jkun ta' 40 mm; pannelli ta' xbieki b'malji iżgħar minn 40 mm ma għandhomx ikunu użati jew miżmuma abbord.
2. Sal-31 ta' Jannar 2012, ix-xibka msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinbidel minn xibka b'malja kwadra tal-manka ta' 40 mm jew, fuq talba ġustifikata kif suppost ta' sid il-bastiment, għal xibka b'malja djamant ta' 50 mm li għandu jkollha selettività ta' daqs rikonoxxut li tkun ekwivalenti għal jew ogħla minn dak tax-xbieki b'malja kwadra tal-manka ta' 40 mm.
3. L-Istati Membri li l-bastimenti tas-sajd tagħhom ikunu involuti f'attivitajiet tat-tkarkir li jisfrutta l-istokkijiet demersali fil-Baħar l-Iswed għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, għall-ewwel darba sal-1 ta' Ottubru 2011 u sussegwentement kull 6 xhur, il-lista ta' bastimenti tas-sajd, u l-perċentwali mill-flotta kollha nazzjonali demersali tat-tkarkir b'xibka bil-malja kwadra tal-manka ta' 40 mm jew aktar jew xbieki bil-malja djamant ta' mill-anqas 50 mm. [Emenda 26]
Użu ta' gangmu rmunkat u sajd bix-xbieki tat-tkarkir
L-użu ta' gangmu rmunkat u xbieki tat-tkarkir f'fond ta' aktar minn 1000m għandu jkun ipprojbit.
TITOLU III
MIŻURI TA' KONTROLL
KAPITOLU I
REĠISTRU TAL-BASTIMENTI
Artikolu 17
Reġistru ta' bastimenti awtorizzati
1. Qabel l-1 ta' Diċembru ta“ kull sena kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni, permezz tal-kanali normali għall-ipproċessar tad-data, lista aġġornata tal-bastimenti ta' aktar minn 15-il metru tul totali li jtajru l-bandiera tiegħu u li huma rreġistrati fit-territorju tiegħu li huma awtorizzati minnu li jistadu fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM bil-ħruġ ta' awtorizzazzjoni għas-sajd. [Emenda 27]
2. Il-lista indikata fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a)
in-numru tal-bastiment fir-reġistru tal-flotta tal-UE , u l-marki esterni kif definiti fl-Anness I għar- Regolament (KE) Nru 26/2004; [Emenda 28]
(b)
il-perjodu li għalih huwa awtorizzat għas-sajd u/jew trażbord,
(c)
l-irkaptu tas-sajd użat.
3. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lista aġġornata lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM qabel l-1 ta' Jannar ta“ kull sena biex dawn il-bastimenti jkunu jistgħu jiddaħħlu fir-reġistru tal-GFCM ta' bastimenti ta' aktar minn 15-il metru tul totali awtorizzati biex jistadu fiż-żona tal-Ftehim GFCM (”Reġistru tal-GFCM“). [Emenda 29]
4. Kull bidla li tkun se ssir fil-lista indikata fil-paragrafu 1 għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni għat-trażmissjoni lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM u l-istess proċedura għandha tapplika minn tal-anqas 10 ijiem tax-xogħol qabel ma l-bastiment jibda l-attività tas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM.
5. Il-bastimenti tas-sajd tal-UE b'tul totali ta' aktar minn 15-il metru, li ma jkunux imdaħħla fil-lista indikata fil-paragrafu 1 ma għandhomx jistadu, iżommu abbord, jittrażbordaw jew iħottu l-art kwalunkwe tip ta' ħut jew frott tal-baħar fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM. [Emenda 30]
6. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li:
(a)
jkunu biss il-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li huma inklużi fil-lista indikata fil-paragrafu 1 u li jkollhom abbord awtorizzazzjoni għas-sajd maħruġa minnhom li jkunu awtorizzati, skont it-termini tal-awtorizzazzjoni, li jwettqu attivitajiet ta' sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM; [Emenda 31]
(b)
l-ebda permess awtorizzazzjoni għas-sajd ma għandha tinħareġ lil bastimenti li jkunu wettqu sajd IUU fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM jew band'oħra, sakemm is-sidien il-ġodda ma jipprovdux evidenza dokumentarja adegwata li s-sidien u l-operaturi preċedenti ma għad għandhom l-ebda interess legali, benefiċjarju jew finanzjarju fi, u ma jeżerċitaw l-ebda kontroll fuq, il-bastimenti tagħhom, u li l-bastimenti tagħhom la jieħdu sehem u lanqas ma huma assoċjati ma' sajd IUU; [Emenda 32]
(c)
safejn huwa possibbli, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom tipprojbixxi lis-sidien u l-operaturi tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li huma inklużi fil-lista indikata fil-paragrafu 1 milli jieħdu sehem jew ikunu assoċjati ma' attivitajiet ta' sajd fiż-żona tal-Ftehim GFCM minn bastimenti li mhumiex fir-reġistru tal-GFCM;
(d)
safejn huwa possibbli, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tkun teħtieġ li s-sidien tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li huma inklużi fil-lista indikata fil-paragrafu 1 ikunu ta' nazzjonalità jew entitajiet legali tal-Istat Membru tal-bandiera;
(e)
il-bastimenti tagħhom jikkonformaw mal-miżuri kollha rilevanti tal-GFCM dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni.
7. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipprojbixxu s-sajd, iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut u frott tal-baħar maqbuda fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM minn bastimenti ta' aktar minn 15-il metru tul totali li mhumiex fir-Reġistru tal-GFCM.
8. L-Istati Membri għandhom mingħajr dewmien jgħaddu lill-Kummissjoni kull informazzjoni li turi li jkun hemm raġunijiet sodi ta' suspett li xi bastimenti ta' aktar minn 15-il metru tul totali li mhumiex fir-reġistru tal-GFCM ikunu qed jistadu jew jittrażbordaw ħut u frott tal-baħar fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM.
KAPITOLU II
MIŻURI TAL-ISTAT TAL-PORT
Artikolu 18
Ambitu
Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi.
Artikolu 19
Notifika minn qabel
B'deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 ▌l-perjodu għal notifika minn qabel għandu jkun ta' mill-anqas 72 siegħa qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port. [Emenda 33]
Artikolu 20
Spezzjonijiet fil-Port
1. Irrispettivament mill-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 l-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjonijiet fil-portijiet deżinjati tagħhom ta' mill-anqas 15 % tal-operazzjonijiet tal-ħatt l-art u tat-trażbord kull sena.
2. Irrispettivament mill-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, il-bastimenti tas-sajd li jidħlu f'port ta' Stat Membru mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel għandhom ikunu spezzjonati fil-każijiet kollha.
Artikolu 21
Proċedura ta' spezzjoni
Flimkien mar-rekwiżiti provduti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 l-ispezzjonijiet fil-port għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 22
Ċħid mill-użu tal-port
1. L-Istati Membri ma għandhomx jippermettu li bastiment ta' pajjiż terz juża l-portijiet tagħhom għall-ħatt tal-ħut, it-trażbord jew l-ipproċessar ta' prodotti tal-ħut li nqabad fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM u għandhom jiċħdu l-aċċess għas-servizzi tal-port, inkluż, inter alia, servizzi ta' forniment ta' karburant jew ta' provvisti, bl-eċċezzjoni ta' każijiet ta' force majeure jew ta' periklu skont it-tifsira fl-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar għas-servizzi strettament meħtieġa biex jirrimedjaw dawk is-sitwazzjonjiet, jekk: [Emenda 34]
(a)
il-bastiment ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament; jew [Emenda 35]
(b)
il-bastiment ikun inkluż minn organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd f'lista ta' bastimenti li kienu involuti fi, inkella li appoġġaw, sajd IUU; jew
(c)
il-bastiment ma jkollux awtorizzazzjoni valida sabiex jinvolvi ruħu fis-sajd jew f'attivitajiet relatati mas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM.
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika flimkien mad-dispożizzjonijiet dwar iċ-ċħid tal-użu tal-port pprovduti mill-Artikoli 4(2) u 37(5) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.
3. Fejn Stat Membru iċaħħad l-użu tal-portijiet tiegħu skont il-paragrafi 1 u 2, għandu jinnotifika mill-ewwel lill-kaptan tal-bastiment, lill-Istat li tiegħu itajjar il-bandiera, lill-Kummissjoni u lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM b'azzjoni bħal din.
4. Meta r-raġunijiet għaċ-ċħid imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ma jibqgħux japplikaw, l-Istat Membru għandu jirtira ċ-ċħid u jgħarraf b'dan lill-persuni nnotifikati skont il-paragrafu 3.
TITOLU IV
KOOPERAZZJONI, INFORMAZZJONI U RAPPURTAR
Artikolu 23
Koperazzjoni u informazzjoni
1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw u jaqsmu l-informazzjoni mas-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM, b'mod partikolari billi:
(a)
jitolbu informazzjoni minn u jipprovdu informazzjoni lid-databases rilevanti;
(b)
jitolbu u jipprovdu kooperazzjoni biex jippromwovu l-implimentazzjoni effikaċi ta' dan ir-Regolament.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi nazzjonali tagħhom għall-informazzjoni marbuta mas-sajd jippermettu l-iskambju elettroniku dirett tal-informazzjoni dwar l-ispezzjonijiet mill-Istat tal-port kif jissemmew fit-Titolu III, bejniethom u s-Segretarjat tal-GFCM, billi jqisu kif xieraq ir-rekwiżiti rilevanti ta' kunfidenzjalità.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jaqsmu mal-aġenziji nazzjonali rilevanti l-informazzjoni b'mezzi elettroniċi u biex jikkoordinaw l-attivitajiet ta' aġenziji bħal dawn fl-implimentazzjoni tal-miżuri tal-Kapitolu II tat-Titolu III. [Emenda 36]
4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta' punti ta' kuntatt għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, li għandhom jiġu trażmessi elettronikament, mingħajr dewmien, lill-Kummissjoni, lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM u lill-Partijiet Kontraenti tal-GFCM.
Artikolu 24
Rappurtar ta' matriċi tal-istatistika
1. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw qabel l-1 ta' Mejju ta' kull sena lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM id-data tal-Kompitu 1.1, 1.2, 1.3, 1.4 u 1.5 tal-matriċi tal-istatistika tal-GFCM kif stipulat fl-Anness III.
▌ [Emenda 37]
2. L-ewwel preżentazzjoni tad-data tal-Kompitu 1.3 u 1.5 għandha ssir qabel l-1 ta' Frar 2011.
3. Għall-preżentazzjoni tad-data msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jużaw is-sistema tad-dħul tad-data tal-GFCM jew kwalunkwe standard jew protokoll ieħor xieraq ta' preżentazzjoni tad-data mis-Segretarjat tal-GFCM u disponibbli fis-sit tal-internet li ġej: http://www.gfcm.org/gfcm/topic/16164.
4. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar id-data ppreżentata abbażi ta' dan l-Artikolu.
TITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 25
Atti ta' implimentazzjoni[Emenda 48]
Il-Kummissjoni tista“ tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tiżgura l-istess kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta” dan ir-Regolament. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni, li għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27 ta' dan ir-Regolament u li ma għandhomx japplikaw għad-dispożizzjonijiet ta“ dan ir-Regolament dwar miżuri tal-Istat tal-Port u l-proċeduri ta' spezzjoni fl-istat tal-port fl-Anness II, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta” eżami li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 26(2). [Emenda 49]
Artikolu 26
Il-proċedura tal-Kumitat[Emenda 50]
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura stabbilit mill-Artikolu 30(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002. Dak il-kumitat huwa kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.[Emenda 51]
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5 tar-Regolament 182/2011/UE għandu japplika. [Emenda 52]
▌[Emenda 40]
Artikolu 27
Proċeduri għall-emendi
Sa fejn ikun meħtieġ, għat-traspożizzjoni fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ta' emendi għad-dispożizzjonijiet eżistenti tal-Iskema li jsiru obbligatorji għall-Unjoni, il-Kummissjoni tista“ temenda d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament permezz ta' atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 28 u suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 29 u 30, dwar:
–iż-żona b'restrizzjonijiet fuq is-sajd fil-Golf tal-Iljuni kif stipulat fl-Artikoli 4, 5, 6, 7, 8 u 9;
–iż-żoni b'restrizzjonijiet fuq is-sajd għall-protezzjoni tal-ħabitats sensittivi tal-baħar fond kif stipulat fit-Titolu II, Kapitolu I, Taqsima II, Artikoli 10 u 11;
–l-istabbiliment ta' staġun magħluq għas-sajd tal-lampuki permezz ta' FADs kif stipulat fit-Titolu II, Kapitolu II, Artikoli 12, 13 u 14;
–l-għoti ta' informazzjoni lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM kif stipulat fl-Artikolu 15(4);
–ir-reġistru ta' bastimenti awtorizzati kif stipulat fl-Artikolu 17;
–il-kooperazzjoni, l-informazzjoni u r-rappurtar kif stipulat fl-Artikoli 23 u 24;
–il-koordinati tat-tabelli, tal-mapep u koordinati ġeografiċi tas-Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM kif stipulati fl-Anness I;
–il-matriċi tal-istatistika tal-GFCM kif stipulat fl-Anness III.
[Emenda 41]
Artikolu 28
Eżerċizzju tad-delega
1.Is-setgħa li tadotta l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 27 għandha tkun mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' tliet snin...(15). Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport dwar is-setgħa ddelegata sa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' tliet snin. Id-delega tas-setgħa għandha tkun awtomatikament imtawla għal perjodi ta' tul identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jirrevokawha skont l-Artikolu 29.
2.Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tibgħat notifika dwaru lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess waqt.
3.Is-setgħa li tadotta atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 29 u 30.
[Emenda 42]
Artikolu 29
Revoka tad-delega
1.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 27 tista“ tkun irrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
2.L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega ta' setgħa għandha tagħmel ħilitha sabiex tgħarraf lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni aħħarija, filwaqt li tindika s-setgħa ddelegata li tista“ tkun suġġetta għar-revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka.
3.Id-deċiżjoni ta' revoka ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ minnufih jew f'data aktar tard li tkun speċifikata fiha. M'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. Għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
[Emenda 43]
Artikolu 30
Oġġezzjonijiet għal atti ddelegati
1.Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika.
B'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn.
2.Jekk, meta jiskadi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat, dan għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data msemmija fih.
L-att iddelegat jista“ jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel ma jiskadi dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħhom li ma joġġezzjonawx.
3.Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għall-att iddelegat fi żmien il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, dan ma jidħolx fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet tal-oġġezzjoni għall-att iddelegat.
[Emenda 44]
Artikolu 31
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1967/2006
Ir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 huwa emendat kif ġej:
(a)
fl-Artikolu 4, il-paragrafu 3 għandu jitħassar;
(
b)fl-Artikolu 9, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 3.Għal xbieki rmunkati għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 4, id-daqs minimu tal-malji għandu jkun tal-inqas:
(a)
xibka b'malja kwadra tal-manka ta' 40 mm, jew
(
b) fuq talba ġġustifikata kif suppost ta' sid il-bastiment, xibka b'malja djamant ta' 50 mm ta' selettività skont id-daqs rikonoxxuta li tkun ekwivalenti għal jew ogħla minn dik tax-xbieki msemmija fil-punt (a).
Il-bastimenti tas-sajd għandhom ikunu awtorizzati jużaw u jżommu abbord biss waħda miż-żewġ tipi ta' xbieki. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta' Ġunju 2012, u fuq il-bażi tiegħu kif ukoll tat-tagħrif ipprovduta mill-Istati Membri qabel il-31 ta' Diċembru 2011, għandha tipproponi emendi adattati fejn ikunu xierqa"
[Emenda 45]
(c)
l-Artikolu 24 għandu jitħassar;
(d)
fl-Artikolu 27, il-paragrafi 1 u 4 għandhom jitħassru.
▌[Emenda 46]
Artikolu 32
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi ,
Għall-Parlament Għall-Kunsill
Il-President Il-President
ANNESS I
A) Mappa ta' Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM (GSAs)
SUBŻONA FAO
TAQSIMIET STATISTIĊI TAL-FAO
GSAs
TAL-PUNENT
1.1
IL-BALEARIĊI
1
It-Tramuntana tal-Baħar Alboran-
2
Il-Gżira Alboran
3
In-Nofsinhar tal-Baħar Alboran
4
L-Alġerija
5
Il-Gżejjer Baleariċi
6
It-Tramuntana ta' Spanja
11.1
Sardinja (il-Punent)
1.2
Il-GOLF TAL-ILJUNI
7
Il-Golf tal-Iljuni
1.3
SARDINJA
8
Il-Gżira ta' Korsika
9
Il-Baħar Ligurjan u t-Tramuntana tal-Baħar Tirrenjan
Il-linja tal-Kosta (inkluża it-Tramuntana ta' Sqallija)
41º 18“ N 13º E
41º 18“ N 11º E
38º N 11º E
38º N 12º 30“ E
2
36º 05“ N 3º 20” W
36º 05“ N 2º 40” W
35º 45“ N 3º 20” W
35º 45“ N 2º 40” W
5
38º N 0º 30“ E
39º 30“ N 0º 30” E
39º 30“ N 1º 30” W
40º N 1º 30“ E
40º N 2º E
40º 30“ N 2º E
40º 30“ N 6º E
38º N 6º E
8
43º 15“ N 7º 38” E
43º 15“ N 9º 45” E
41º 18“ N 9º 45” E
41º 20“ N 8º E
41° 18“ N 8° E
11
41º 47“ N 6º E
41° 18“ N 6° E
41º 18“ N 11º E
38º 30“ N 11º E
38º 30“ N 8º 30” E
38º N 8º 30“ E
38º N 6º E
3
Il-linja tal-Kosta
36º N 5º 36“ W
35º 49“ N 5º 36” W
36º N 3º 20“ W
35º 45“ N 3º 20” W
35º 45“ N 2º 40” W
36º N 2º 40“ W
36º N 1º 13“ W
Il-fruntiera Marokk-Alġerija
6
Il-linja tal-Kosta
37º 36“ N 1º W
37º N 1º W
37º N 0º 30“ E
39º 30“ N 0º 30” E
39º 30“ N 1º 30” W
40º N 1º 30“ E
40º N 2º E
40º 30“ N 2º E
40º 30“ N 6º E
41º 47“ N 6º E
42º 26“ N 3º 09” E
9
Il-linja tal-Kosta
Il-fruntiera Franza-l-Italja
43º 15“ N 7º 38” E
43º 15“ N 9º 45” E
41º 18“ N 9º 45” E
41º 18“ N 13º E
12
Il-linja tal-Kosta
Il-fruntiera Alġerija-Tuneżija
38º N 8º 30“ E
38º 30“ N 8º 30” E
38º 30“ N 11º E
38º N 11º E
37º N 12º E
37º N 11º 04“E
GSAs
LIMITI
GSAs
LIMITI
GSAs
LIMITI
13
Il-linja tal-Kosta
37º N 11º 04“E
37º N 12º E
35º N 13º 30“ E
35º N 11º E
19
Il-linja tal-Kosta (inkluż il-Lvant ta' Sqallija)
40º 04“ N 18º 29” E
37º N 15º 18“ E
35º N 15º 18“ E
35º N 19º 10“ E
39º 58“ N 19º 10” E
25
35º 47“ N 32º E
34º N 32º E
34º N 35º E
35º 47“ N 35º E
14
Il-linja tal-Kosta
35º N 11º E
35º N 15º 18“ E
Il-fruntiera Tuneżija-Libja
20
Il-linja tal-Kosta
Il-fruntiera Alġerija-Greċja
39º 58“ N 19º 10” E
35º N 19º 10“ E
35º N 23º E
36º 30“ N 23º E
26
Il-linja tal-Kosta
Il-fruntiera Libja-Eġittu
34º N 25º 09“ E
34º N 34º 13“ E
Il-fruntiera Eġittu-Stretta ta' Gaża
15
36º 30“ N 13º 30” E
35º N 13º 30“ E
35º N 15º 18“ E
36º 30“ N 15º 18” E
21
Il-linja tal-Kosta
Il-fruntiera Tuneżija-Libja
35º N 15º 18“ E
35º N 23º E
34º N 23º E
34º N 25º 09“ E
Il-fruntiera Libja-Eġittu
27
Il-linja tal-Kosta
Il-fruntiera Eġittu-Stretta ta' Gaża
34º N 34º 13“ E
34º N 35º E
35º 47“ N 35º E
Il-fruntiera Turkija-Sirja
16
Il-linja tal-Kosta
38º N 12º 30“ E
38º N 11º E
37º N 12º E
35º N 13º 30“ E
36º 30“ N 13º 30” E
36º 30“ N 15º 18” E
37º N 15º 18“ E
22
Il-linja tal-Kosta
36º 30“ N 23º E
36º N 23º E
36º N 26º 30“ E
34º N 26º 30“ E
34º N 29º E
36º 43“ N 29º E
28
17
Il-linja tal-Kosta
41º 55“ N 15º 08” E
Il-fruntiera Kroazja-Montenegro
23
36º N 23º E
36º N 26º 30“ E
34º N 26º 30“ E
34º N 23º E
29
18
Il-linji tal-kosta (iż-żewġ naħat)
41º 55“ N 15º 08” E
40º 04“ N 18º 29” E
Il-fruntiera Kroazja-Montenegro
Il-fruntiera Alġerija-Greċja
24
Il-linja tal-Kosta
36º 43“ N 29º E
34º N 29º E
34º N 32º E
35º 47“ N 32º E
35º 47“ N 35º E
Il-fruntiera Turkija-Sirja
30
ANNESS II
Proċeduri ta' spezzjoni fl-istat tal-port għall-bastimenti
(1) Identifikazzjoni tal-bastiment
L-ispettur(i) tal-port għandu/għandhom:
a)
jivverifika(w) li d-dokumentazzjoni uffiċjali abbord tkun valida, jekk meħtieġ, permezz ta' kuntatti xierqa mal-Istat li tiegħu qed itajjar il-bandiera jew mar-reġistrazzjonijiet internazzjonali tal-bastimenti;
b)
fejn hu meħtieġ, jirranġa(w) għal traduzzjoni uffiċjali tad-dokumentazzjoni;
c)
jiżgura(w) ruħu/rwieħhom li l-isem, il-bandiera, kull numbru ta' identifikazzjoni estern u l-immarkar tal-bastiment (u fejn huwa disponibbli n-numru ta' identifikazzjoni tal-bastiment tal-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima) u kodiċi internazzjonali tar-radju huma korretti;
d)
safejn huwa possibbli, jeżamina(w) jekk il-bastiment biddilx l-isem u/jew il-bandiera u, jekk iva, jagħmel/jagħmlu nota tal-isem/ismijiet u l-bandiera/bnadar preċedenti;
e)
jagħmel/jagħmlu nota tal-port ta' reġistrazzjoni, l-isem u l-indirizz tas-sid (u l-operatur u s-sid benefiċjarju jekk huwa different mis-sid), l-aġent, u l-kaptan tal-bastiment, inkluż l-ID uniku tal-kumpanija u tas-sid reġistrat jekk huma disponibbli. kif ukoll;
f)
jagħmel/jagħmlu nota tal-isem/ismijiet u l-indirizz(i) tas-sid(ien) preċedenti, jekk ikun hemm, matul l-aħħar ħames snin.
(2) L-awtorizzazzjoni(jiet)
L-ispettur(i) tal-port għandu/għandhom jivverfika(w) li l-awtorizzazzjoni(jiet) biex jistad jew iġorr il-ħut u l-prodotti tal-ħut huwa/huma kompatibbli mal-informazzjoni miksuba skont il-paragrafu 1 u jeżamina(w) it-tul tal-awtorizzazzjoni(jiet) u l-applikazzjoni tagħha/tagħhom għaż-żoni, l-ispeċijiet u l-irkaptu tas-sajd.
(3) Dokumenti oħra
L-ispettur(i) tal-port għandu/għandhom jeżamina(w) id-dokumentazzjoni rilevanti kollha, inklużi d-dokumenti f'format elettroniku. Id-dokumentazzjoni rilevanti tista“ tinkludi ġurnali ta' abbord, b'mod partikolari l-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd, kif ukoll lista tal-ekwipaġġ, pjanijiet ta' stivar u diżinji jew deskrizzjonijiet tal-istivi tal-ħut jekk ikunu disponibbli. Stivi jew postijiet bħal dawn jistgħu jiġu spezzjonati sabiex issir il-verifika ta' jekk id-daqs u l-kompożizzjoni tagħhom jikkorrispondux ma' dawn id-diżinji u jekk l-istivar huwiex skont il-pjanijiet ta' stivar. Fejn ikun xieraq, din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi d-dokumenti tal-qbid jew id-dokumenti tal-kummerċ maħruġa minn kwalunkwe organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd.
(4) Irkaptu tas-sajd
a) L-ispettur(i) tal-port għandu/għandhom jivverifika(w) li l-irkaptu tas-sajd abbord huwa f'konformità mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni(jiet). L-irkaptu jista“ wkoll jiġi ċċekjat sabiex ikun żgurat li l-karatteristiċi bħal, inter alia, id-daqs(ijiet) tal-malja (u strumenti possibbli), it-tul tax-xbieki, id-daqsijiet tas-snanar ikunu konformi mar-regolamenti applikabbli u li l-marki ta' identifikazzjoni tal-irkaptu jikkorrispondu ma' dawk awtorizzati għall-bastiment.
b) L-ispettur(i) tal-port jista“/jistgħu wkoll ifittex/ifittxu fil-bastiment għal kwalunkwe rkaptu tas-sajd stivat li ma jidhirx u għal irkaptu tas-sajd li b'xi mod ieħor ikun illegali.
(5) Ħut u prodotti tas-sajd
(a) L-ispettur(i) tal-port għandu/għandhom, sa fejn huwa l-aktar possibbli, jeżamina(w) jekk il-ħut u l-prodotti tal-ħut abbord kinux maħsuda skont il-kundizzjonijiet stipulati mill-awtorizzazzjoni(jiet) applikabbli. Meta jagħmel/jagħmlu dan, l-ispettur(i) tal-port għandu/għandhom jeżamina(w) il-ġurnal ta' abbord tas-sajd, ir-rapporti preżentati, inklużi dawk trażmessi minn sistema ta' monitoraġġ tal-bastiment (VMS), kif xieraq.
(b) Sabiex ikunu determinati l-kwantitajiet u l-ispeċijiet abbord, l-ispettur(i) tal-port jista“/jistgħu jeżamina(w) il-ħut fl-istiva jew matul il-ħatt. Meta jagħmel/jagħmlu dan, l-ispettur(i) tal-port jista”/jistgħu jiftaħ/jiftħu l-kaxxi tal-kartun fejn il-ħut ikun ippakkjat minn qabel u jċaqlaq/jċaqilqu l-ħut jew il-kaxxi tal-kartun biex jiżgura(w) l-integrità tal-istivi tal-ħut.
(c) Jekk il-bastiment ikun qed iħott, l-ispettur(i) tal-port jista“/jistgħu jivverfika(w) l-ispeċijiet u l-kwantitajiet li jkunu nħattu. Verifika bħal din tista” tinkludi t-tip ta' prodott, il-piż ħaj (il-kwantitajiet determinati mill-ġurnal ta' abbord) u l-fattur ta' konverżjoni użat għal kalkolu ta' piż ipproċessat għal piż ħaj. L-ispettur(i) tal-port jista“/jistgħu wkoll jeżamina(w) kull kwantità possibbli li tinżamm abbord.
(d) L-ispettur(i) tal-port jista“/jistgħu jeżamina(w) il-kwantità u l-kompożizzjoni tal-qabdiet kollha abbord, inkluż permezz ta' kampjuni.
Iż-żoni, l-ambitu u t-tul tal-awtorizzazzjoni(jiet);
–
Id-dettalji tal-allokazzjoni awtorizzata - kwota, sforz jew ieħor;
–
L-ispeċijiet, il-qbid inċidentali u l-irkaptu tas-sajd awtorizzati; kif ukoll
–
Ir-reġistrazzjonijiet u d-dokumenti tat-trażbord (fejn applikabbli).
4. Informazzjoni dwar il-vjaġġ tas-sajd
– Id-data, il-ħin, iż-żona u l-post fejn beda l-vjaġġ tas-sajd kurrenti;
–
Iż-żoni fejn mar il-bastiment (id-dħul u l-ħruġ minn żoni differenti);
–
L-attivitajiet ta' trażbord fuq il-baħar (id-data, l-ispeċijiet, il-post, il-kwantità ta' ħut trażbordat);
–
L-aħħar port fejn kien il-bastiment; kif ukoll
–
Id-data u l-ħin fejn intemm il-vjaġġ tas-sajd kurrenti;
–
Il-port li jmiss li l-bastiment beħsiebu jżur, kif xieraq.
5. Riżultat tal-ispezzjoni tal-qabda
– Il-bidu u t-tmiem tal-ħatt (il-ħinijiet u d-data);
–
L-ispeċijiet tal-ħut;
–
It-tip ta' prodott;
–
Il-piż ħaj (il-kwantitajiet determinati mill-ġurnal ta' abbord);
–
Il-fattur ta' konverżjoni rilevanti;
–
Il-piż proċessat (il-kwantitajiet li nħattu skont l-ispeċi u l-preżentazzjoni);
–
Il-piż ħaj ekwivalenti (il-kwantitajiet li nħattu f'piż ħaj ekwivalenti, bħala “Piż tal-prodott multiplikat mill-fattur ta' konverżjoni”); kif ukoll
–
Id-destinazzjoni ppjanata għall-ħut u l-prodotti tal-ħut spezzjonati;
–
Il-kwantità u l-ispeċijiet tal-ħut miżmuma abbord, jekk hemm.
6. Riżultati tal-ispezzjoni tal-irkaptu
– Id-dettalji tat-tipi ta' rkaptu.
7. Konklużjonijiet
– Il-konklużjonijiet tal-ispezzjoni inklużi l-identifikazzjoni ta' vjolazzjonijiet maħsuba li seħħu u referenza għar-regoli u l-miżuri rilevanti. Evidenza bħal din għandha tkun mehmuża mar-rapport tal-ispezzjoni.
ANNESS III
A)Segmentazzjoni tal-Flotta tal-GFCM/SAC
Gruppi
<6 metri
6-12 metru
12-24 metru
Aktar minn 24 metru
1. Bastimenti polivalenti ta' skala żgħira mingħajr magna
A
2. Bastimenti polivalenti ta' skala żgħira bil-magna
B
C
3. Bastiment tat-tkarkir
D
E
F
4. Bastimenti tas-sajd bil-purse seines
G
H
5. Bastimenti li jistadu bil-konzijiet
I
6. Bastimenti tat-tkarkir pelaġiku
J
7. Bastimenti li jistadu għat-tonn bit-tartarun
K
8. Bastimenti bil-gangmu
L
9. Bastimenti polivalenti
M
Deskrizzjoni tas-setturi
A Bastimenti polivalenti ta' skala żgħira mingħajr magna – Il-bastimenti kollha ta' anqas minn 12-il metru tul (LOA), mingħajr magna (bir-riħ jew bil-propulsjoni).
B Bastimenti polivalenti ta' skala żgħira bil-magna ta' anqas minn 6 metri – Il-bastimenti kollha ta' anqas minn 6 metri tul (LOA), bil-magna.
C Bastimenti polivalenti ta' skala żgħira bejn is-6 u t-12-il metru – Il-bastimenti kollha bejn is-6 u t-12-il metru tul (LOA), bil-magna, li jużaw irkapti differenti matul is-sena mingħajr predominanza ċara ta' wieħed minnhom jew li jużaw irkaptu li mhux ikkunsidrat f'din il-klassifikazzjoni.
D Bastimenti tat-tkarkir ta' anqas minn 12-il metru – Il-bastimenti kollha ta' anqas minn 12-il metru tul (LOA), li jallokkaw aktar minn 50 fil-mija tal-isforz tagħhom għat-tkarkir demersali.
E Bastimenti tat-tkarkir bejn it-12 u l-24 metru – Il-bastimenti kollha bejn it-12 u l-24 metru tul (LOA), li jallokaw aktar minn 50 fil-mija tal-isforz tagħhom għat-tkarkir demersali.
F Bastimenti tat-tkarkir itwal minn 24 metru – Il-bastimenti kollha ta' aktar minn 24 metru tul (LOA), li jallokaw aktar minn 50 fil-mija tal-isforz tagħhom għat-tkarkir demersali.
G Bastimenti tas-sajd bil-purse seines bejn is-6 u t-12-il metru – Il-bastimenti kollha bejn is-6 u t-12-il metru tul (LOA), li jallokaw aktar minn 50 fil-mija tal-isforz tagħhom għall-operazzjoni bil-purse seine.
H Bastimenti tas-sajd bil-purse seines itwal minn 12-il metru – Il-bastimenti kollha ta' aktar minn 12-il metru tul (LOA), li jallokaw aktar minn 50 fil-mija tal-isforz tagħhom għas-sajd bil-purse seine, minbarra dawk li jistadu għat-tonn bit-tartarun matul kwalunkwe żmien tas-sena.
I Bastimenti itwal minn 6 metri li jistadu bil-konzijiet – Il-bastimenti kollha ta' aktar minn 6 metri tul (LOA), li jallokaw aktar minn 50 fil-mija tal-isforz tagħhom għas-sajd bil-konz.
J Bastimenti tat-tkarkir pelaġiku itwal minn 6 metri – Il-bastimenti kollha ta' aktar minn 6 metri tul (LOA), li jallokaw aktar minn 50 fil-mija tal-isforz tagħhom għat-tkarkir pelaġiku.
K Bastimenti li jistadu għat-tonn bit-tartarun – Il-bastimenti kollha li jistadu għat-tonn bit-tartarun għal kwalunkwe tul ta' żmien matul is-sena.
L Bastimenti bil-gangmu itwal minn 6 metri – Il-bastimenti kollha ta' aktar minn 6 metri tul (LOA), li jallokaw aktar minn 50 fil-mija tal-isforz tagħhom għat-tħaddim tal-karrakka tal-ħama.
M Bastimenti polivalenti itwal minn 12-il metru – Il-bastimenti kollha aktar minn 12-il metru tul (LOA), li jużaw irkapti differenti matul is-sena mingħajr predominanza ċara ta' wieħed minnhom jew li jużaw irkaptu li mhux ikkunsidrat f'din il-klassifikazzjoni.
Nota: Iċ-ċelloli kollha huma miftuħa għall-ġbir tal-informazzjoni. Iċ-ċelloli li jitħallew vojta fit-tabella t'hawn fuq jitqiesu li x'aktarx ma għandhomx popolazzjoni sinifikanti. Madankollu, jekk ikun meħtieġ, huwa rrakkomandat li l-informazzjoni ta' “ċellola vojta” tingħaqad mal-aktar “ċellola blu” xierqa li tkun biswitha.
Għandu jkun riferit għal żona partikolari (li tindika is-superfiċje) sabiex tkun stmata l-intensità tas-sajd (sforz • km2) u biex jirrelata l-isforz lill-komunitajiet sfruttati.
– wara li kkunsidra l-konklużjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tas-17 ta' Ġunju 2010 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa tal-11 ta' Diċembru 2009,
– wara li kkunsidra l-minuti tal-laqgħa tal-ECONFIN tad-19 ta' Ottubru 2010 u r-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa li hemm ikkwotat fihom,
– wara li kkunsidra l-programm tal-Presidenza Belġjana, b'mod partikolari l-proposti dwar finanzjament innovattiv,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2010 dwar it-taxxi fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji – nagħmluhom jaħdmu(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar il-Kriżi Finanzjarja, Ekonomika u Soċjali(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Settembru 2010 dwar Awtoritajiet Superviżorji Ewropej(3) u speċifikament ir-riżoluzzjonijiet tiegħu tat 22 ta' Settembru 2010 dwar l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol(4), tat-22 ta' Settembru 2010 dwar l-Awtorità Bankarja Ewropea(5), tat-22 ta' Settembru 2010 dwar u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq(6), u tat-22 ta' Settembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja u l-istabbiliment ta' Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku(7),
– wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni dwar finanzjament innovattiv fil-livell globali u Ewropew (SEC(2010)0409) u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar tassazzjoni tas-settur finanzjarju (COM(2010)0549), flimkien mad-dokument ta' ħidma tal-istaff li jakkumpanjahom (SEC(2010)1166),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-derivattivi OTC, il-kontropartijiet ċentrali u r-repożitorji kummerċjali, COM(2010)0484/5),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Fondi ta' Riżoluzzjoni Bankarja (COM(2010)0254),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-G20 magħmula fil-15 ta' Novembru 2008 f'Washington, id-Dikjarazzjoni tal-G20 magħmula fit-2 ta' April 2009 f'Londra u l-Istqarrija tal-Mexxejja tas-Samit tal-G20 tal-25 ta' Settembru 2009 f'Pittsburgh,
– wara li kkunsidra r-rapport 2010 tal-FMI għall-G20 dwar it-Tassazzjoni tas-Settur Bankarju,
– wara li kkunsidra l-karta tal-Kumitat Konsultattiv tat-Trejdjunjins tal-OECD bl-isem “'The parameters of a financial transaction tax and the OECD global public good resource gap, 2010-2020” tal-15 ta' Frar 2010,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-OECD tal-2010 bl-isem “The elephant in the room: the need to deal with what banks do”,
– wara li kkunsidra l-istudju tal-Istitut Awstrijak ta' Riċerka Ekonomika (WIFO) bl-isem “A General Financial Transaction Tax: Motives, Revenues, Feasibility and Effects” ta' Marzu 2008,
– wara li kkunsidra l-karta tal-Fondazzjoni tal-Istudji Progressivi Ewropej bl-isem “Financial Transaction Taxes: Necessary, Feasible and Desirable” ta' Marzu 2010,
– wara li kkunsidra l-istudju taċ-Ċentru tar-Riċerka ta' Politika Ekonomika bl-isem “Benefits of a Financial Transactions Tax” ta' Diċembru 2008,
– wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni - Klassifika tal-għajnuna mill-Istat - Ir-rapport dwar l-iżviluppi riċenti tal-għajnuna lis-settur finanzjarju fil-kuntest tal-kriżi (COM(2010)0255),
– wara li kkunsidra l-istudju ta' Notre Europe bl-isem “'An ever less carbonated Union? Towards a better European Taxation against climate change”,
– wara li kkunsidra d-dokument tar-riżulati tal-Laqgħa Plenarja ta' Livell Għoli tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti: “Keeping the promise: united to achieve the Millennium Development Goals” ta' Settembru 2010,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni maħruġa fis-Seba“ Laqgħa Plenarja tal-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Finanzjament Innovattiv għall-Iżvilupp li saret f'Santiago f'Jannar 2010,
– wara li kkunsidra r-Rapport 2010 tal-Kumitat ta' Esperti tat-Taskforce dwar Transażżjonijiet Finanzjarji Internazzjonali għall-Iżvilupp “Globalising Solidarity: The Case for Financial Levies”,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0036/2011),
A. billi l-kriżi globali finanzjarja u ekonomika bla preċedenti fl-2007 kixfet disfunzjonijiet sinifikanti fil-qafas regolatorju u superviżorju tas-sistema finanzjarja globali, li jistgħu jiġu deskritti bħala kombinazzjoni ta' swieq finanzjarji mhux regolati, prodotti komplessi ż-żejjed u ġurisdizzjonijiet mhux trasparenti; billi l-Ewropa teħtieġ swieq finanzjarji aktar trasparenti u effiċjenti,
B. billi s-swieq ħielsa huma l-bażi tal-ħolqien tal-ġid madwar id-dinja, u billi l-ekonomiji tas-suq u l-kummerċ ħieles joħolqu l-ġid u joħorġu n-nies mill-faqar,
C. billi ż-żieda spettakolari fil-volum ta' tranżazzjonijiet finanzjarji fl-ekonomija globali matul l-aħħar għaxar snin - volum li fl-2007 laħaq livell 73.3 darba ogħla mill-PDG nominali tad-dinja, l-aktar minħabba l-boom tas-suq tad-derivattivi - tispjega n-nuqqas ta' konnessjoni li qed jikber bejn it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-bżonnijiet tal-ekonomija reali,
D. billi s-settur finanzjarju jiddependi ħafna fuq mudelli ta' kummerċ, bħalma hu l-kummerċ bi frekwenza kbira (HFT), li jimmiraw l-aktar lejn qligħ f'terminu qasir ta' żmien u huma esposti għal livell għli ta' ingranaġġ, li kienet waħda mill-bosta kawżi tal-kriżi finanzjarja; billi dan ikkawża volatilità eċċessiva tal-prezzijiet u devjazzjonijiet persistenti ta' prezzijiet ta' ishma u prodotti bażiċi (commodities) mil-livelli fundamentali tagħhom,
E. billi l-kapaċità tan-negozji, tal-gvernijiet u tal-individwi li jissellfu u jsellfu wieħed lill-ieħor hija fattur kruċjali għall-ekonomija globali; billi l-kriżi finanzjarja pprovdiet eżempji ta' karatteristiċi sfortunati tas-suq internazzjonali tal-kapital; billi minħabba dik ir-raġuni jeħtieġ li jintlaħaq bilanċ bejn il-ħtieġa tat-teħid ta' passi li jgħinu biex tinżamm stabbiltà finanzjarja u l-ħtieġa li tinżamm il-kapaċità tal-banek li jipprovdu kreditu lill-ekonomija;
F. billi fis-samits tal-G20 li saru f'Washington fl-2008 u f'Pittsburgh fl-2009 kien intlaħaq ftehim li jiġu implimentati riformi biex jisaħħu s-sorveljanza u s-sistemi regolatorji tas-swieq finanzjarji sabiex iġiegħlu lill-istituzzjonijiet finanzjarji jerfgħu s-sehem ġust ta' responsabbiltà tagħhom għall-inkwiet,
G. billi l-ispejjeż prinċipali tal-kriżi s'issa kellhom ibatuhom dawk li jħallsu t-taxxi, li l-flus tagħhom, f'ħafna partijiet tad-dinja, użawhom il-gvernijiet biex isalvaw il-banek privati u istituzzjonijiet finanzjarji oħra; billi qed ikun hemm dejjem iktar sejħiet biex l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-partijiet interessati, li gawdew għal ħafna snin minn dħul eċċessiv minn ishma u minn ħlasijiet eċċessivi ta' bonus annwali u kienu jikkostitwixxu l-akbar parti tal-profitti korporattivi globali, jikkontribwixxu s-sehem ekwu tagħhom biex jiġu koperti l-ispejjeż,
H. billi b'mod partikolari fl-UE l-ispiża tas-salvataġġi aggravat u aċċellerat il-bidu ta' kriżi fiskali u tad-dejn li tefgħet piż mhux mistenni fuq il-baġits pubbliċi u pperikolat b'mod sever il-ħolqien tal-impjiegi, l-għoti ta' għajnuniet soċjali statali u l-kisba tal-għanijiet tal-klima u tal-ambjent,
I. billi t-tendenzi favur gwadann immedjat u l-ispekulazzjoni fis-suq tal-bonds tal-gvernijiet Ewropej, kienu fatturi aggravanti importanti fil-kriżi tad-defiċit sovran Ewropew fl-2009-2010 u esponew ir-rabtiet mill-qrib li hemm bejn l-iżvantaġġi fis-settur finanzjarju u l-problemi fil-garanzija tas-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi fi żmien ta' defiċits baġitarji eċċessivi u dejn pubbliku u privat dejjem jikber,
J. billi l-ineffiċjenza tal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir fil-forma attwali tiegħu u d-disparitajiet fil-kompetittività bejn l-Istati Membri qajmu d-diskussjoni attwali dwar il-governanza ekonomika Ewropea, li komponenti kruċjali tagħha għandhom ikunu miżuri biex jissaħħaħ il-Patt ta' Stabilità u Tkabbir, prinċipalment id-dispożizzjonijiet preventivi tiegħu, tnedija mingħajr dewmien ulterjuri ta' riformi strutturali inevitabbli u koordinazzjoni tal-ġlieda kontra l-evitar, il-frodi u l-evażjoni fiskali sabiex tiġi ssalvagwarjata l-ġustizzja fiskali, filwaqt l-piż tat-taxxi jiġi ttraferit gradwalment minn fuq ix-xogħol għal fuq il-kapital u l-attivitajiet b'esternalitajiet negattivi qawwija,
K. billi l-kriżi enfasizzat il-bżonn li jiżdied dħul li jkun ġdid, b'bażi wiesgħa, ġust u sostenibbli u li jiġu infurzati l-leġiżlazzjonijiet eżistenti dwar l-evażjoni fiskali u titjieb l-effikaċja tagħhom sabiex jiġi żgurat li l-konsolidazzjoni fiskali tkun ikkombinata b'mod effikaċi mal-irkupru ekonomiku tul medda twila ta' żmien u s-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi, il-ħolqien tal-impjiegi u l-koeżjoni soċjali, li huma prijoritajiet ewlenin tal-aġenda UE 2020,
L. billi l-limitazzjonijiet baġitarji serji b'riżultat tal-kriżi reċenti jaħbtu fi żmien meta l-UE daħlet għal impenji importanti ħafna fil-livell globali, prinċipalment fir-rigward ta' objettivi relatati mat-tibdil fil-klima, l-Għanijiet ta' Żvilupp għall-Millennju (MDGs) u għajnuna għall-iżvilupp, b'mod partikolari għall-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw,
M. billi fis-17 ta' Ġunju 2010 l-Kunsill tal-Ewropa ddikjara li l-UE għandha tmexxi sforzi sabiex jiġi stabbilit approċċ globali għall-introduzzjoni ta' imposti u taxxi fuq istituzzjonijiet finanzjarji u talbet li l-kwistjoni tal-introduzzjoni ta' Taxxi fuq Tranżazzjonijiet Finanzjarji globali (TTF) tiġi eżaminata u żviluppata aktar,
N. billi diġà talab lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt u tipprovdi analiżi tal-merti pożittivi ta' TTF; u għaldaqstant, iddeċieda li jistenna din l-analiżi qabel ma jieħu kwalunkwe azzjoni ulterjuri,
1. Jieħu nota tax-xogħol li sar sa issa mill-Kummissjoni b'reazzjoni għat-talba li għamel il-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-10 ta' Marzu 2010 sabiex isir studju ta' fattibilità dwar taxxi fuq tranżazzjonijiet finanzjarji fil-livell globali u f'dak tal-UE; jenfasizza l-bżonn tal-valutazzjoni tal-impatt komprensiva u jitlob li r-riżultat tal-valutazzjoni tal-impatt u proposti konkreti possibbli jsiru pubbliċi sas-Sajf tal-2011, kif imħabbar fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-Tassazzjoni tas-Settur Finanzjarju, jenfasizza li studju ta' fattibilità bbilanċjat u bir-reqqa dwar TTF tal-UE għandu jkun il-bażi li fuqha għandha tiġi implimentata l-proċedura għall-introduzzjoni ta' tali taxxa;
2. Jenfasizza li żieda fir-rati, l-ambitu tal-għodod ta' tassazzjoni eżistenti u aktar tnaqqis fl-ispiża pubblika ma jistgħu jkunu soluzzjoni la suffiċjenti u lanqas sostenibbli biex jiġu indirizzati l-isfidi prinċipali li ġejjin fil-livell Ewropew u f'dak globali; jenfasizza li, fl-indirizzar ta' dawn l-isfidi u d-diskussjonijiet dwar sistemi ġodda ta' finanzjament, waħda mill-prijoritajiet ewlenin għandha tkun il-ħolqien ta' mezzi biex jissaħħu l-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku Ewropew;
3. Jenfasiżża li suq uniku li jiffunzjona tajjeb huwa l-aktar għodda prezzjuża tal-UE f'dinja globalizzata u kompetittiva u l-forza prinċipali tat-tkabbir Ewropew; jenfasizza li l-punt fokali għandu jkun fuq it-tisħiħ tas-suq intern u fuq kif jistgħu jintefqu r-riżorsi nazzjonali u Ewropej b'mod aktar intelliġenti billi tittieħed viżjoni olistika tar-riforma baġitarja, li tkopri kemm l-infiq kif ukoll id-dħul tal-baġit; jinnota li l-infiq jeħtieġ isir b'mod li jkun imfassal biex iġib ir-riżultati u strumenti finanzjarji ġodda għat-twettiq tal-baġit għandhom ikunu intelliġenti, integrati u flessibbli;
4. Jenfasizza li t-tneħħija tal-ostakli li fadal fis-suq intern hija l-aħjar mod biex jiġu promossi politiki ta' tkabbir reali li jagħtu r-riżultati; jinnota li l-istudji juru li jistgħu jiġu ffrankati bejn 200 sa 300 biljun euro kull sena kieku kellhom jitneħħew l-ostakli kollha għall-erba“ libertajiet;
5. Jenfasizza l-importanza tat-tnedija mill-ġdid tas-Suq Uniku u jenfasizza li l-UE trid tfassal u timplimenta b'mod effettiv regoli komuni biex is-Suq Uniku ikun jista“ jservi ta' vettur għat-tkabbir strutturali; jenfasizza li l-isforzi jridu jiffukaw fuq il-forza mexxejja tal-ekonomija Ewropea: l-20 miljun negozju Ewropew speċjalment dawk żgħar u ta' daqs medju mmexxija minn intraprendituri u persuni oħrajn bi spirtu kreattiv;
6. Jenfasizza li wieħed mill-assi l-aktar importanti tal-Unjoni Ewropea huwa d-daqs tagħha u dan il-vantaġġ irid jintuża b'mod sħiħ billi jiġi sfruttat il-potenzjal tas-Suq Uniku u billi jintużaw il-fondi mill-baġit tal-UE sabiex jinkiseb valur miżjud fl-isforzi tas-settur pubbliku biex jiġu stimulati l-forzi tat-tkabbir;
7. Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tadotta qafas ta' strateġija komuni, li jindika strateġija komprensiva ta' investiment li tittrasforma l-miri u l-objettivi tal-Ewropa 2020 fi prijoritajiet ta' investiment, u tidentifika l-ħtiġijiet tal-investimenti fir-rigward tal-miri u l-proġetti ewlenin u r-riformi meħtieġa biex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-investiment appoġġat mill-politika ta' koeżjoni;
8. Jenfasizza li wieħed mill-vantaġġi prinċipali tal-għodod ta' finanzjament innovattiv huwa li jista“ jkollhom benefiċċju doppju, minħabba li jistgħu jikkontribwixxu sabiex jintlaħqu objettivi ta' politika importanti, bħalma hi l-istabilità u t-trasparenza tas-suq finanzjarju, u fl-istess ħin joffru potenzjal ta' dħul sinifikanti; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li għandhom jiġu kkunsidrat wkoll l-effetti ta' dawn l-għodod fuq l-esternalitajiet negattivi prodotti mis-settur finanzjarju;
It-tasazzjoni tas-settur finanzjarju
9. Ifakkar li l-ħsara finanzjarja kkawżata mill-evażjoni u l-frodi fiskali fl-Ewropa hija stmata bejn 200 u 250 biljun euro fis-sena; iqis, għalhekk, li t-tnaqqis tal-livelli ta' frodi fiskali għandu jgħin biex jonqsu d-defiċits pubbliċi mingħajr ma jiżdiedu t-taxxi; jinnota, b'dan l-isfond, li l-finanzjament innovattiv għandu jagħti saħħa mill-ġdid lill-isforzi tal-Istati Membri, l-UE u l-komunità internazzjonal fil-ġlieda kontra l-evażjoni u l-frodi fiskali kif ukoll forom oħrajn ta' għejbien illegali ta' kapital li għandhom impatt baġitarju sinifikanti;
10. Jenfasizza li wara l-effetti tal-kriżi l-UE jeħtiġilha tikkonvinċi liċ-ċittadini tagħha li għandha r-rieda u l-għodda biex timxi “l quddiem b'taħlita bbilanċjata ta' strateġija ta' konsolidazzjoni fiskali u politiki ta' stimulu sabiex tissalvagwardja rkupru ekonomiku fit-tul;
11. Iqis li, filwaqt li riċentement sar progress kbir kemm min-naħa regolatorja kif ukoll min-naħa superviżorja, il-politika fiskali hija d-dimensjoni nieqsa fl-approċċ tal-UE għas-settur finanzjarju;
12. Jilqa“ r-rikonoxximent tal-Kummissjoni li s-settur finanzjarju mhux intaxxat biżżejjed, b'mod partikolari minħabba li ma tiġi imposta l-ebda VAT fuq il-biċċa l-kbira tas-servizzi finanzjarji, u jitlob li jittieħdu miżuri ta' finanzjament innovattivi biex jinġabar aktar minn dan is-settur u biex il-piż tat-tassazzjoni jiġi jitneħħa minn fuq in-nies li jaħdmu;
13. Jikkunsidra li l-introduzzjoni ta' TTF tista“ tgħin biex jiġu indirizzati l-mudelli ta' kummerċ li qed jiżdiedu u li huma ta' dannu kbir fis-swieq finanzjarji, bħalma huma t-tranżazzjonijiet b'xejriet lejn profitti b'terminu ta' żmien qasir u t-tranżazzjonijiet awtomatizzati tat-tip HFT, u biex titrażżan l-ispekulazzjoni; jenfasizza li TTF b'hekk ikollha l-potenzjal li ttejjeb l-effiċjenza tas-suq, iżżid it-trasparenza, tnaqqas il-volatilità eċċessiva tal-prezzijiet u toħloq inċentivi għas-settur finanzjarju sabiex jagħmel investimenti fit-tul b'valur miżjud għall-ekonomija reali;
14. Jenfasizza l-istimi ta' dħul attwali għal rata baxxa ta' TTF li tkun tista“, bil-bażi wiesgħa ta' taxxa tagħha, trendi kważi 200 biljun euro fis-sena fil-livell tal-UE u $650 biljun fil-livel globali; iqis li din tista” tikkostitwixxi kontribuzzjoni sostanzjali mis-settur finanzjarju għall-ispiża tal-kriżi u għas-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi;
15. Jinnota l-evuluzzjoni rapida tad-dibattitu dwar it-TTF u l-fehmiet differenti fir-rigward tal-fattibilità, l-effiċjenza u l-effikaċja ta' taxxa bħal din, kif ukoll id-diskussjoni li qed tiżviluppa dwar it-Taxxa fuq l-Attivitajiet Finanzjarji (FAT), iżda jinnota li s'issa l-G20 ma rnexxilux jippromwovi inizjattivi konġunti sensibbli dwar din il-kwistjoni; jistieden lill-mexxejja tal-G20 jħaffu n-negozjati għal ftehim dwat l-elementi komuni minimi ta' TTF globali u jipprovdu gwida dwar il-futur mixtieq ta' dawn id-diversi tipi ta' tassazzjoni;
16. Huwa favur l-introduzzjoni ta' taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji, li ttejjeb il-funzjonament tas-suq billi tnaqqas l-ispekulazzjoni u tgħin biex jiġu ffinanzjati l-beni pubbliċi globali u jitnaqqsu d-defiċits pubbliċi; jikkunsidra li l-introduzzjoni ta' taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji għandha tkun b'bażi kemm jista“ jkun wiesgħa u li l-UE għandha tippromwovi l-introduzzjoni ta' TTF fil-livell globali; jekk dan ma jirnexxiex, l-UE għandha timplimenta TTF fil-livell Ewropew bħala l-ewwel pass; jistieden lill-Kummissjoni twettaq malajr studju ta' fattibbiltà, filwaqt li jitqies il-bżonn ta' kundizzjonijiet globali ugwali, u tippreżenta proposti leġiżlattivi konkreti;
17. Jinnota li fl-eżami tal-possibilitajiet ta' taxxi fuq is-settur finanzjarju fil-livell globali u f'dak tal-UE, għandhom jiġu kkunsidrati l-lezzjonijiet li ttieħdu mill-introduzzjoni ta' taxxi fuq tranżazzjonijiet settorjali fil-livell tal-Istati Membri;
18. Jenfasizza wkoll li l-fluss ta' tranżazzjonijiet sempliċement spekulattivi lejn ġurisdizzjonijiet oħrajn għandhom ftit effetti detrimentali, imma jista“ jkollhom il-potennzjal li jikkontribwixxu għal aktar effiċjenza tas-suq; jenfasizza wkoll li mhux l-azzjonijiet kollha meqjusa spekulattivi għandhom jiġu kkundannati, minħabba li ċerti forom ta' teħid tar-riskju jistgħu jżidu l-istabilità tas-swieq finanzjarji tal-UE;
19. Jenfasizza li fi ħdan is-suq ċentralizzat Ewropew, is-servizzi ċentrali ta' approvazzjoni u ħlas finali (clearing and settlement services) jistgħu jiffaċilitaw l-introduzzjoni ta' TTF li tkun irħisa f'termini amministrattivi u sempliċi biex tiġi implimentata; ifakkar, madankollu, li n-natura globali u interkonnessa tal-industrija finanzjarja għandha tiġi kkunsidrata fit-tfassil tal-aspetti tekniċi tat-TTF;
20. Jinnota l-Komunikazzjoni riċenti tal-Kummissjoni bħala l-ewwel pass biex jiġi indirizzat dan is-suġġett; jikkunsidra li l-oneru tal-prova rigward il-vantaġġu u/jew l-iżvantaġġi possibbli tal-introduzzjoni ta' TTF fil-livell tal-UE huwa tal-Kummissjoni u l-valutazzjoni tal-impatt tagħha;
21. Jinnota li l-Komunikazzjoni riċenti tal-Kummissjoni ħabbret valutazzjoni tal-impatt ta' diversi possibilitajiet ta' tassazzjoni tas-settur finanzjarju u jistieden lill-Kummissjoni sabiex fl-istudju ta' fattibilità tagħha tindirizza wkoll l-assimetrija ġeografika tat-tranżazzjonijiet u d-dħul, u l-possibilità ta' rata gradata jew differenzjata abbażi tal-katerġorija tal-assi, l-inċidenza tat-taxxa, in-natura tal-attur involut jew in-natura ta' terminu qasir u spekulattiva ta' xi tipi ta' tranżazzjonijiet; jitlob lill-Kummissjoni tutilizza r-riċerka kollha disponibbli;
22. Jistieden lill-Kummissjoni tanalizza, fl-istudju ta' fattibilità tagħha, l-għażliet differenti possibbli għal TTF tal-UE u l-impatti tagħhom, inklużi l-benefiċċji għall-ekonomija u s-soċjetà ta' tnaqqis tat-tranżazzjonijiet finanzjarji spekulattivi, li attwalment qed jikkawżaw tgħawwiġ serju tas-suq;
23. Jenfasizza li TTF għandu jkollha l-aktar bażi wiesgħa possibbli sabiex tiggarantxxi kundizzjonijiet ekwi għal kulħadd fis-swieq finanzjarji u mhux timbotta t-tranżazzjonijiet lejn strumenti anqas trasparenti; iqis, għalhekk, li l-istudju ta' fattibilità tal-Kummissjoni għandu jesplora t-tranżazzjonijiet kollha b'assi finanzjarji, bħalma huma t-tranżazzjonijiet fil-pront (spot transactions) innegozjati f'Borża, kif ukoll it-tranżazzjonijiet ta' derivattivi li jsiru fis-swieq u barra l-Borża (OTC); jinnota li l-gradazzjoni ta' TTF, b'rati differenzjati fid-diversi postijiet tan-negozju, tista“ ssaħħaħ aktar l-istabilità tas-suq billi toħloq inċentivi pożittivi għall-atturi finanzjarji biex jirrilokaw it-tranżazzjonijiet lil hinn mill-istrumenti tal-OTC lejn postijiet aktar trasparenti u rregolati tajjeb;
24. Jilqa“ f'dan il-kuntest, il-proposti reċenti tal-Kummissjoni dwar derivattivi OTC u bejgħ bin-nieqes (short selling) li jimponu rekwiżiti ta' kustodja espliċiti għal servizzi ta' approvazzjoni u ħlas finali għat-tranżazzjonijiet kollha ta' derivattivi OTC, li b'hekk jagħmlu teknikament fattibbli l-implimentazzjoni ta' din it-TTF b'bażi wiesgħa tal-UE;
25. Jinsisti li jiġi stabbilit min fil-fatt se jħallas it-taxxa, billi l-piż normalment jgħaddi fuq il-konsumaturi, li f'dan il-każ ikunu l-investituri bl-imnut u individwi; jenfasizza l-ħtieġa ta' regoli komprensivi dwar eżenzjonijiet u limiti, sabiex jiġi żgurat li dan ma jiġrix;
26. Jilqa“ l-proposti reċenti tal-FMI, appoġġati mill-Kummissjoni, għal taxxa fuq l-assi tal-banek sabiex kull pajjiż ikun jista” jiġbor imposti ta' bejn 2 u 4% tal-PDG sabiex jiffinanzja mekkaniżmi għas-soluzzjoni ta' kriżijiet futuri; jemmen li imposti tal-banek għandhom ikunu proporzjonati għas-sinifikat sistemiku tal-istituzzjoni ta' kreditu konċernata u għal-livell ta' riskju involut fl-attività;
27. Jinnota li l-imposti tal-banek, Taxxa fuq l-Attivitajiet Finanzjarji u Tassazzjoni fuq it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji kollha jservu objettivi ekonomiċi differenti u għandhom potenzjal differenti biex jiġġeneraw id-dħul; jenfasizza madankollu li billi huma bbażati fuq pożizzjonijiet fuq il-karta tal-bilanċ, l-imposti tal-banek ma jistgħux jassumu rwol ta' trażżin ta' spekulazzjoni finanzjarja u jirregolamentaw aktar ix-xogħol ta' banek “parallel”; barra minn hekk jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza ta' mekkaniżmi ta' superviżjoni finanzjarja u trasparenza fit-tisħiħ tar-reżiljenza u l-istabilità tas-sistema finanzjarja;
28. Jinnota l-proposta tal-FMI dwar Taxxa fuq l-Attivitajiet Finanzjarji (FAT), u l-impenn riċenti tal-Kummissjoni biex tagħmel valutazzjoni tal-impatt komprensiva tal-potenzjal tagħha; jenfasizza li Taxxa fuq l-Attivitajiet Finanzjarji hija strument fiskali orjentat biss lejn id-dħul immirat għas-settur finanzjarju, u tippermetti li jiġu ntaxxati renti ekonomiċi u profitti minn teħid ta' riskju eċċessiv, u għaldaqstant tista“ tipprovdi soluzzjoni għall-eżenzjoni attwali tal-VAT tas-settur finanzjarju;
29. Huwa konxju tal-għażliet differenti għall-ġestjoni ta' dħul addizzjonali ġġenerat mit-tassazzjoni tas-settur finanzjarju, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew; jenfasizza li, jeħtieġ li tissolva l-kwistjoni dwar l-iskop li għalih għandu jmur id-dħul iġġenerat minn TTF u li, sabiex tingħata stampa adegwata lil dawk li jħallsu t-taxxa tar-razzjonal wara t-tassazzjoni addizzjonali tas-settur finanzjarju, il-valutazzjoni u l-prijoritizzazzjoni ta' l-għażliet differenti għandhom jidhru bħala element essenzjali fid-dibattitu ġenerali dwar il-finanzjament innovattiv; jenfasizza li, minħabba n-natura globali tiegħu, id-dħul iġġenerat minn TTF globali għandu jintuża biex jiġi pprovdut finanzjament għal għanijiet ta' politika globali bħall-iżvilupp u t-tnaqqis tal-faqar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; jinnota l-għan tal-Kummissjoni li żżid il-volum tal-baġit tal-UE permezz ta' strumenti ta' finanzjament innovattiv; huwa konvint li sabiex ikun salvagwardat il-valur miżjud Ewropew tal-istrumenti ta' finanzjament innovattiv, parti minn dak id-dħul jista“ jkun allokat sabiex jiffinanzja proġetti u politiki tal-UE; ifakkar li l-Komunikazzjoni riċenti tal-Kummissjoni dwar eżami mill-ġdid tal-baġit tal-UE tikkunsidra t-tassazzjoni tal-UE tas-settur finanzjarju bħala sors possibbli ta' riżorsi proprji; jitlob dibattitu wiesa” bl-involviment tal-istituzzjonijiet tal-UE, il-parlamenti nazzjonali, il-partijiet interessati tal-UE u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili dwar l-għażliet disponibbli rigward dawn il-politiki, il-partijiet tad-dħul li jridu jkunu allokati fil-livell tal-UE f'dak nazzjonali u d-diversi modi kif dan jinkiseb; jinnota, fir-rigward tal-ġestjoni tal-parti tad-dħul allokata fil-livell nazzjonali, li għandhom jiġu vvalutati l-fakultajiet kollha possibbli, inkluża l-allokazzjoni ta' dħul għall-konsolidazzjoni tal-finanzi pubbliċi;
30. Jenfasizza li l-introduzzjoni possibbli ta' dawn l-għodod ġodda ta' tassazzjoni fis-settur finanzjarju għandha tiġi analizzata fil-kuntest tal-ambjent tat-taxxa eżistenti f'dak is-settur, billi jitqiesu l-effetti sekondarji u jinżamm punt fokali speċjali fuq l-identifikazzjoni ta' sinerġiji bejn it-taxxi qodma u dawk ġodda;
31. Jinnota l-għan tal-Kummissjoni li żżid il-volum tal-baġit tal-UE permezz tal-użu ta' strumenti finanzjarji innovattivi u jirrikonoxxi l-benefiċċji potenzjali tal-istimulu tal-finanzjament tas-settur privat bi flus pubbliċi; huwa konxju, madankollu, li l-użu ta' strumenti ta' skop speċjali għall-finanzjament ta' proġetti jista“ jirriżulta f'responsabilitajiet dejjem iżjed kontinġenti; jemmen, għalhekk, li tali miżuri għandhom ikunu akkumpanjati minn żvelar trasparenti sħiħ flimkien ma' linji gwida xierqa għall-investiment, ġestjoni tar-riskju, limiti ta' espożizzjoni, u proċeduri ta' skrutinju u sorveljanza, li kollha jridu jiġu stabbiliti b'mod demokratikament responsabbli;
Eurobonds u bonds ta' proġetti Ewropej
32. Jinnota li qed ikun hemm dejjem iżjed riferenza għall-Eurobonds bħala strument ta' ġestjoni tad-dejn; jinnota l-proposti u l-inizjattivi riċenti kollha b'dak l-effett; jistieden lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni jipprovdu reazzjoni immedjata għas-sejħa li l-Parlament għamel fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2010(8) dwar mekkaniżmu ta' kriżi permanenti sabiex jingħata s-sinjal politiku neċessarju biex il-Kummissjoni tinvestiga sistema futura ta' Eurobonds, bl-għan li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li bihom tali sistema tkun ta' benefiċċju għall-Istati Membri parteċipanti kollha u għaż-żona tal-euro b'mod ġenerali;
33. Jappoġġa l-idea li jinħarġu bonds ta' proġetti Ewropej komuni sabiex jiffinanzjaw il-bżonnijiet infrastrutturali Ewropej li huma sinifikanti u proġetti strutturali fil-qafas tal-aġenda UE 2020, l-istrateġija l-ġodda antiċipati tal-UE, bħalma hi l-Istrateġija l-ġdida dwar l-Iżvilupp tal-Infrastruttura tal-Enerġija, u proġetti oħrajn fuq skala kbira; jemmen li l-bonds ta' proġetti tal-UE jistgħu jassiguraw l-investiment meħtieġ u joħolqu fiduċja suffiċjenti biex ikunu jistgħu jsiru proġetti ta' investiment kbir sabiex jiġbdu l-appoġġ meħtieġ u għalhekk isiru mekkaniżmu importanti għall-istimulu massimu tal-appoġġ pubbliku; ifakkar li, biex l-Ewropa titpoġġa fuq bażi sostenibbli, dawn il-proġetti jridu jikkontribwixxu wkoll għat-trasformazzjoni ekoloġika tal-ekonomiji tagħna, billi jwittu t-triq għall-ekonomija mingħajr karbonju;
34. Jenfasizza li għandu jsir użu ikbar tal-baġit tal-UE biex jiġi stimulat l-investiment; jenfasizza li n-norma għal proġetti b'potenzjal kummerċjali fit-tul għandha tkun dik li l-fondi tal-UE jintużaw bi sħubija mas-settur bankarju privat, partikolarment permezz tal-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI) u l-Bank Ewropew għall-Iżvilupp u r-Rekostruzzjoni (BERŻ);
35. Jistieden lill-Kummisjoni u lill-Bank Ċentrali Ewropew biex jinvestigaw l-implikazzjonijiet tal-periklu morali għall-Istati Membri tal-finanzjament ta' proġetti ta' infrastruttura kruċjali permezz ta' bonds ta' proġetti tal-UE jew Eurobonds, speċjalment meta tali proġetti ta' infrastruttura jkollhom skop transnazzjonali;
Taxxa fuq il-karbonju
36. Jenfasizza li l-mudell attwali ta' tassazzjoni għandu jħaddan bis-sħiħ il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas bl-użu ta' għodod ta' finanzjament innovattiv sabiex il-piż tat-taxxi jgħaddi gradwalment għal fuq attivitajiet li jniġġsu l-ambjent, joħolqu emissjonijiet konsiderevoli ta' gassijiet b'effett serra jew jużaw volumi konsiderevoli ta' riżorżi;
37. Jappoġġa għalhekk, tisħiħ tal-Iskema tal-Iskambju ta' Kwoti ta' Emissjonijiet (ETS), u reviżjoni komprensiva tad-direttiva dwar tassazzjoni tal-enerġija sabiex l-emissjonijiet tad-CO2 u l-kontenut tal-enerġija jkunu kriterji bażiċi għat-tassazzjoni ta' prodotti tal-enerġija;
38. Jenfasizza li ż-żewġ għodod għandhom benefiċċju doppju qawwi, billi jipprovdu inċentivi maġġuri sabiex min-naħa neqilbu għal sorsi tal-enerġija mingħajr karbonju, sostenibbli u rinnovabbli u min-naħa l-oħra jkun hemm dħul addizzjonali sinifikanti; ifakkar, madankollu, li l-mottiv ewlieni għall-introduzzjoni tat-taxxa tal-karbonju hu biex jinbidlu l-imġiba u l-istrutturi tal-produzzjoni, ladarba d-dħul mistenni se jonqos meta x-xejriet ta' produzzjoni jgħaddu għal sorsi ta' enerġija sostenibbli u rinnovabbli;
39. Jemmen li t-taxxa tal-karbonju u r-reviżjoni tad-direttiva dwar it-tassazzjoni tal-enerġija għandhom jistabbilixxu rekwiżiti minimi mandatorji għall-Istati Membri kollha, u jħalluha fil-kompitenza ta' kull Stat Membru biex jimxi “l quddiem jekk dan jiddeċiedi li jkun xieraq;
40. Jenfasizza li għandhom jiġu stipulati perjodi ta' tranżizzjoni adegwati sabiex tiġi evitata r-rilokazzjoni tal-karbonju u biex jiġi evitat li jintefax piż li ma jinfelaħx fuq konsumaturi bi dħul baxx; barra minn hekk, jikkunsidra li jkun utli li jkun hemm provvediment għal miżuri speċifiċi mmirati favur familji bi dħul baxx u jissaħħaħ l-investiment fl-infrastruttura tas-settur pubbliku u fl-effiċjenza tal-enerġija fid-djar;
41. Iqis, madankollu, li għandu jiġi esplorat b'mod sħiħ l-ambitu ta' ftehim globali fil-livell tal-G20 jew fi ħdan id-WTO qabel ma tiġi imposta tali taxxa fuq importazzjonijiet minn barra lejn l-UE sabiex jiġi żgurat li din l-għodda ta' aġġustament ta' tassazzjoni konfinali ma tirriżultax fi skarsezza ta' materja prima, fuq naħa waħda, u miżuri ta' ritaljazzjoni minn pajjiżi terzi kontra l-esportazzjonijiet tal-UE, fuq in-naħa l-oħra;
42. Jiġbed l-attenzjoni, fid-dawl tat-talba dejjem akbar għall-enerġija fil-pajjiżi emerġenti, għall-ħtieġa imperattiva tal-UE li tagħmel investimenti adegwati fl-oqsma ta' provvista tal-enerġija u l-effiċjenza tal-enerġija li jsaħħu l-infrastruttura tal-enerġija tagħha u jnaqqsu kemm jista“ jkun id-dipendenza fuq il-fluttwazzjonijiet tas-suq li jista” jkollhom konsegwenzi negattivi għall-ekonomija tal-UE u għall-miri UE 2020;
43. Jitlob lill-Istati Membri jikkunsidraw li jallokaw xi dħul mit-tassazzjoni tat-tibdil fil-klima biex jiffinanzjaw miżuri tal-iżvilupp u r-riċerka li jkollhom l-għan li jnaqqsu l-emissjoinijiet tal-karbonju u jiġġieldu t-tisħin globali, jistimulaw l-effiċjenza tal-enerġija, jittrattaw il-faqar tal-enerġija u jtejbu l-infrastruttura tal-enerġija fl-UE u fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; ifakkar, f'dan il-kuntest, li skont id-Direttiva dwar l-ETS tal-anqas 50% tad-dħul mill-irkanti tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju fl-ETS tal-UE għandu jkun riservat għal miżuri li jikkumbattu t-tibdil fil-klima, inkluż fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;
44. Jinnota li l-istrumenti finanzjarji rotanti għal miżuri tal-effiċjenza tal-enerġija jirrappreżentaw mod inovattiv ta' finanzjament ta' proġetti favur l-ambjent; jilqa“ l-introduzzjoni ta' faċilità finanzjarja speċifika li tista” wkoll tħajjar investituri privati (fil-qafas ta' sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat (PPPs)), li tuża fondi mhux impenjati mir-Regolament dwar Programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru (EEPR) biex jiġu appoġġati inizjattivi ta' effiċjenza tal-enerġija u enerġija rinnovabbli; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa l-effikaċja ta' dan l-istrument u tanalizza l-potenzjal għall-applikazzjoni ta' approċċ simili, inklużi inizjattivi dwar l-enerġija, l-effiċjenza tal-enerġija u l-materja prima, għal fondi li fil-ġejjieni ma jkunux intefqu fil-baġit tal-UE;
45. Jinnota l-importanza tal-effiċjenza tal-enerġija u jħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu użu effikaċi tal-Fondi Strutturali biex iżidu l-effiċjenza enerġetika fil-binjiet, b'mod partikolari fid-djar; jitlob li jkun hemm użu effikaċi tal-finanzjament mill-BEI u minn korpi oħra ta' finanzjament pubbliku, kif ukoll koordinament bejn il-fondi tal-UE u dawk nazzjonali u forom oħra ta' għajnuna li jistgħu jistimulaw l-investiment fl-effiċjenza tal-enerġija bl-għan li jintlaħqu objettivi tal-UE;
46. Ifakkar lill-Istati Membri dwar il-possibbiltà li japplikaw rati mnaqqsa tal-VAT għal servizzi li joffru titjib tad-djar u aktar effiċjenza tal-enerġija;
47. Jikkunsidra wkoll li l-użu ekonomiku tar-riżorsi kif ukoll l-innovazzjoni fit-teknoloġiji l-ħodor huma ta' importanza maġġuri f'termini ta' kompetittività;
48. Jenfasizza l-ħtieġa, hekk kif tiġi żviluppata u eventwalment introdotta tassazzjoni ġdida u innovattiva, ta' evalwazzjoni ġenerali, transkonfinali u transsettorjali ta' tipi differenti ta' finanzjament eżistenti u ppjanat, tassazzjoni u sussidji għall-attivitajiet ambjentali u klimatiċi, li tista“ tissejjaħ id-”de Larosière tal-finanzjament ambjentali“, sabiex jiġu mmirati dawn l-għodod ġodda b'mod iktar effikaċi u tiġi eliminata l-possibilità ta' politiki doppji u/jew konfliġġenti;
49. Jirrikonoxxi li taxxa tal-karbonju tkun strument biex jitnaqqsu l-emissjonijiet aktar milli sors ta' dħul fuq perjodu ta' żmien twil, minħabba li dan is-sors eventwalment jispiċċa jekk dak l-istrument ikun effettiv;
Finanzjament għall-iżvilupp
50. Jitlob affermazzjoni mill-ġdid min-naħa tal-Istati Membri rigwar l-impenn tagħhom li jallokaw 0.7% tad-dħul nazzjonali gross tagħhom għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA); jiddeplora l-fatt li li filwaqt l-Istati Membri tal-UE kollha aċċettaw din il-mira ta' 0.7% tal-GNI għall-infiq, l-Isvezja, il-Lussemburgu, id-Danimarka u l-Pajjiżi l-Baxxi biss laħqu jew qabżu din il-mira fl-2008;
51. Ifakkar li, minkejja l-kriżi globali, l-Unjoni Ewropea fit-totalità tagħha, inklużi l-Istati Membri tagħha, tibqa“ d-donatur ewlieni ta' għajnuna għall-iżvilupp, billi tikkontribwixxi 56% tat-total dinji, li ammonta għal 49 biljun euro fl-2009, ammont li huwa kkonfermat mill-wegħda kollettiva tal-gvernijiet tal-UE li jallokaw 0.56% u 0.70% tad-Dħul Nazzjonali Gross għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp sal-2010 u l-2015 rispettivament;
52. Jenfasizza l-importanza enormi tal-ġestjoni finanzjarja soda rigward l-għajnuna għall-iżvilupp u umanitarja kollha tal-UE, b'mod partikolari minħabba li l-istituzzjonijiet Ewropej involuti fit-teħid tad-deċiżjonijiet u fl-implimentazzjoni ta' din l-għajnuna jridu jkunu kontabbli bis-sħiħ għaċ-ċittadini u l-kontributuri tat-taxxa Ewropej;
53. Jenfasizza li l-finanzjament innovattiv għall-iżvilupp jista“ jikkomplementa l-mekkaniżmi ta' għajnuna tradizzjonali għall-iżvilupp u b'hekk jgħinhom jiksbu l-għanijiet tagħhom fil-ħin; ifakkar li l-istrumenti ta' finanzjament innovattiv għandhom ikunu addizzjonali għall-mira tan-NU ta' 0,7% tal-PDG iddedikat għall-korporazzjoni għall-iżvilupp; jenfasizza li l-finanzjament innovattiv għall-iżvilupp għandu jkun ikkaratterizzat mid-diversità tal-finanzjament sabiex jintlaħaq potenzjal massimu ta' dħul, iżda għandu jkun imfassal ukoll bis-sħiħ għall-prijoritajiet ta' kull pajjiż, bi sjieda qawwija tal-pajjiż; jenfasizza , fl-istess ħin, il-ħtieġa li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw iżidu l-isforzi tagħhom stess fil-qasam tat-tassazzjoni, prinċipalment fir-rigward tal-ġbir tat-taxxi u l-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali, li huma kruċjali biex tinkiseb politika fiskali soda;
54. Jenfasizza li t-twassil effettiv u ta' kwalità għolja tal-għajnuna għall-iżvilupp jeħtieġ sforz partikolari firrigward tal-koordinazzjoni tad-donatur u l-arranġamenti ta' governanza; jemmen li l-indirizzar tal-problema ta' frammentazzjoni fil-għajnuna Ewropea għall-iżvilupp, li tikkawża ineffiċjenzi b'konsegwenzi kemm finanzjarji kif ukoll politiċi, jista“ jġib qligħ permezz tal-effiċjenza stmat li jlaħħaq 6 biljun euro fis-sena għall-Istati Membri u jiffaċilita x-xogħol tal-amministrazzjonijiet tal-pajjiżi sħab;
55. Ifakkar li se jkunu meħtieġa USD 300 biljun biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju sal-2015; jiddispjaċih mill-fatt li, minkejja d-dikjarazzjoni riċenti tagħhom fis-Samit ta' Livell Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju f'Settembru 2010, maġġoranza tan-nazzjonijiet żviluppati għandhom ma onorawx l-impenn tagħhom għall-2005 li jżidu l-għajnuna għall-iżvilupp u jinnota li jrid isir sforz wisq aktar koordinat; jenfasizza li mhux aċċettabbli li l-mekkaniżmi ta' finanzjament innovattiv jafu jitqiesu li qed jinkoraġġixxu lil ċerti pajjiżi jirrifjutaw l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp; jenfasizza li l-impenji tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp u l-mekkaniżmi ta' finanzjament innovattiv iridu jiġu mifhuma bħala essenzjali u komplementari fil-ġlieda kontra l-faqar;
56. Jenfasizza li s-superviżjoni pubblika u t-trasparenza ta' sistemi ta' finanzjament innovattiv huma sine qua non għall-introduzzjoni tagħhom, u jirriflettu l-lezzjonijiet tal-kriżi finanzjarja u dik tal-ikel li seħħew dan l-aħħar;
57. Jenfasizza l-bżonn urġenti li titjieb il-koordinazzjoni tal-UE fil-qasam tal-miżuri ta' ħolqien tal-ġid fis-swieq lokali u li l-promozzjoni ta' finanzjament innovattiv għall-iżvilupp m'għandhiex tiffoka biss fuq iż-żieda tat-taxxi imma għandha tesplora wkoll modi oħra, bħalma hu t-tkattir tad-dħul domestiku, li jista“ jinkiseb l-aħjar permezz tar-rikonoxximent u l-protezzjoni tad-drittijiet ta' proprjetà, bil-kartografija tal-artijiet, u bit-titjib tal-ambjent tan-negozju u tal-investiment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;
58. Ifakkar li l-mard pandemiku maġġuri - l-AIDS, it-tuberkulosi u l-malarja - li jolqot lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u b'mod partikolari l-Afrika sub-Saħarjana, jikkostitwixxi sfida mill-akbar għall-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju; ifakkar f'dan il-kuntest li kontribuzzjoni ta' solidarjetà imposta fuq il-biljetti tal-ajru hija għodda finanzjarja importanti għall-indirizzar tal-problemi tas-saħħa u waħda li teħtieġ tkompli tiġi żviluppata aktar; jistieden, b'mod partikolari, lill-Kummissjoni tkompli teżamina aktar il-mekkaniżmi ta' finanzjament maħsuba biex jindirizzaw kwistjonijiet globali tas-saħħa, u tiffaċilita l-aċċess għall-mediċini fil-pajjiżi l-fqar;
59. Jinnota li t-tibdil fil-klima se jaffettwa lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw b'mod partikolari, u huwa tal-fehma li l-finanzjament ta' miżuri biex itaffu l-impatt tat-tibdil fil-klima u jnaqqsu l-faqar tal-enerġija jkompli jikkontribwixxi għall-ilħiq tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju;
60. Jilqa“ l-fatt li d-Dikjarazzjoni Finali tas-Samit tan-NU dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju, adottata fit-22 ta' Settembru 2010, għall-ewwel darba tirreferi speċifikament għar-rwol tal-finanzjament innovattiv fl-ilħiq tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju;
61. Jenfasizza s-suċċess li kellhom s'issa l-mekkaniżmi ta' finanzjament innovattiv, partikolarment il-faċilità internazzjonali UNITAID għax-xiri ta' sostanzi mediċinali, il-Faċilità Internazzjonali ta' Finanzjament għall-Immunizzazzjoni (IFFIm) u l-impenn antiċipat tas-suq (AMC) għat-tilqim kontra l-marda tal-pnewmokokkus, li sal-ġurnata tal-lum tellgħu “l fuq minn USD 2 biljun; jinnota li hemm mekkaniżmi oħra ta' finanzjament innovattiv li taw prova tal-effettività tagħhom, pereżempju t-tpartit tad-dejn għan-natura (debt-for-nature swap) jew it-tpartit tad-dejn għas-saħħa (debt-for-health swap) jew it-taxxi tal-karburant tal-bastimenti;
62. Ifakkar fl-appoġġ sod mogħti minn għadd ta' Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern Ewropej għall-implimentazzjoni ta' taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji waqt is-Samit tan-NU dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju f'Settembru 2010 u jistenna azzjoni deċiżiva mingħandhom b'appoġġ għal dan l-impenn;
63. Jistieden lill-Istati Membri li għadhom mhumiex parti mill-grupp pilota dwar il-finanzjament innovattiv li ġie stabbilit fl-2006 jingħaqdu ma' dan il-grupp u jipparteċipaw fil-mekkaniżmi eżistenti kollha, inkluża l-kontribuzzjoni ta' solidarjetà fuq il-biljetti tal-ajru;
64. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi l-implimentazzjoni ta' mekkaniżmi innovattivi ta' finanzjament tal-iżvilupp fil-livell tal-UE;
65. Jistieden lill-gvernijiet tal-UE u lill-istituzzjonijiet jeżaminaw mill-qrib il-possibilità li tinħoloq lotterija mad-dinja kollha li tkun maħsuba biex tiffinanzja miżuri biex jiġi miġġieled il-ġuħ, kif propost mill-Programm Dinji tal-Ikel, fuq il-linji tal-Proġett tal-Ikel;
66. Hu tal-fehma li l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp mhux se jirnexxielha teqred il-faqar jekk il-G20, l-UE u l-istituzzjonijiet finanzjarji ma jiħdux pożizzjoni determinata biex jopponu l-amministrazzjonijiet korrotti fil-pajjiżi li jirċievu l-għajnuna; jisħaq, għalhekk, fuq il-ħtieġa li jitgħolla l-livell tal-assistenza tal-UE fil-qasam tat-tisħiħ tal-awtoritajiet tat-taxxa, il-ġudikatura u l-aġenziji ta' kontra l-korruzzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE jikkumbattu t-tixħim imwettaq mill-kumpaniji domiċiljati fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom, imma li għandhom operazzjonijiet f'pajjiżi li qed jiżviluppaw;
67. Ifakkar li madwar EUR 800 biljun, jiġifieri 10 darbiet l-ammont tal-għajnuna uffiċċjali għall-iżvilupp, jintilfu kull sena mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw permezz ta' prattiki illegali bħalma huma l-flussi ta' kapital illegali u l-evażjoni fiskali, li l-prevenzjoni u t-tnaqqis tagħhom jisgħu jkunu deċiżivi biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri biex ipoġġu l-ġlieda kontra r-rifuġji fiskali, il-korruzzjoni u l-istrutturi fiskali dannużi fil-quċċata tal-aġenda tagħhom fil-fora internazzjonali kollha sabiex jagħmluha possibbli għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jipproduċu dħul domestiku;
68. Ifakkar fir-responsabilità kollettiva li għandu l-G20 li jtaffi l-impatt tal-kriżi minn fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li ntlaqtu ħażin ħafna mill-effetti indiretti tal-kriżi;
69. Iħeġġeġ li, sabiex tinkiseb trasparenza fl-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp, għandha tiġi promossa r-responsabilizzazzjoni permezz tat-tisħiħ tal-mekkaniżmi nazzjonali ta' kontroll u l-iskrutinju parlamentari tal-għajnuna; jistieden lill-UE u lill-G20 jsegwu l-aġenda tagħhom li jieħdu azzjoni ħarxa kontra r-rifuġji fiskali u kontra s-segretezza fiskali, filwaqt li jippromwovu rappurtar pajjiż b'pajjiż;
70. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jippromwovu u jaħdmu favur l-implimentazzjoni ta' strumenti ta' finanzjament innovattiv għall-iżvilupp bħal taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji, taxxi fuq it-trasport, miżuri kontra l-flussi ta' kapital illegali u t-tnaqqis jew it-taffija tal-ispejjeż tar-rimessi;
71. Jinnota li l-kriżi ekonomika u finanzjarja se titfa“ ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw fi kriżi ġdida ta' dejn, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jġeddu l-isforzi tagħhom sabiex itaffu l-piż tad-djun minn fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw;
72. Ifakkar li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw huma l-inqas mgħammra biex jiffaċċaw it-tibdil fil-klima, u, b'mod ġenerali, x'aktarx li jkunu l-vittmi prinċipali ta' dan il-fenomenu; jitlob l-implimentazzjoni tal-wegħda finanzjarja tal-UE skont il-Qbil ta' Kopenħagen u fil-kuntest tal-Alleanza Globali Kontra t-Tibdil fil-Klima; iħeġġeġ lill-UE tassumi rwol ċentrali fl-inizjattivi konġunti mill-pajjiżi industrijalizzati billi tagħti kontribut akbar u aktar speċifiku lill-appoġġ għall-iżvilupp fit-tielet dinja, li lejha għandhom responsabilità storika;
o o o
73. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kumitat għall-Isfidi tal-Politika tal-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill Ewropew, lill-BEI, lill-BĊE, lill-FMI, u lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE.
– wara li kkunsidra l-Artikoli 168 u 184 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-oqsma kollha,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata “Is-Solidarjetà fis-saħħa: it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE” (COM(2009)0567),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlamentr Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 li tistabbilixxi t-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-13)(1),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità mill-Komunità Ewropea(2),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat għall-Ħarsien Soċjali intitolata “Is-Solidarjetà fis-saħħa: it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE”,
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2010 dwar “Ekwità u Saħħa fil-politiki kollha: Is-Solidarjetà fis-Saħħa”,
– wara li kkunsidra r-rapport dwar it-tieni valutazzjoni konġunta mill-Kumitat għall-Ħarsien Soċjali u l-Kummissjoni tal-impatt soċjali tal-kriżi ekonomika u tar-risponsi tal-politika,
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “Valuri u Prinċipji Komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea”(3),
– wara li kkunsidra r-Reżoluzzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2008 dwar is-saħħa u l-benessri taż-żgħażagħ,
– wara li kkunsidra r-Rapport Finali tal-Kummissjoni dwar id-Determinanti Soċjali tas-Saħħa (WHO, 2008),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Is-Solidarjetà fis-saħħa: it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE”(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Frar 2007 dwar il-Promozzjoni ta' Dieti Tajbin u Attività Fiżika: Dimensjoni Ewropea għall-Prevenzjoni tal-Piż Żejjed, l-Obeżità u l-Mard(5)) kif ukoll ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Settembru 2008 dwar il-White Paper dwar in-Nutriment, il-Piż Żejjed u kwistjonijiet ta' Saħħa relatati mal-Obeżità(6),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ottubru 2008 fuq il-White Paper intitolata “Flimkien għas-Saħħa: Approċċ Strateġiku għall-UE 2008-2013”(7),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0032/2011),
A. billi l-universalità, l-aċċess għal kura ta' kwalità għolja, l-ekwità u s-solidarjetà huma valuri u prinċipji komuni li jirrinforzaw is-sistemi tas-saħħa fl-Istati Membri tal-UE,
B. billi, filwaqt li n-nies jgħixu, bħala medja, ħajjiet itwal u aktar b'saħħithom mill-ġenerazzjonijiet preċedenti, l-UE qed taffaċċja sfida importanti fil-kuntest ta' popolazzjoni li qed tixjieħ, b'mod partikolari d-differenzi kbar fis-saħħa fiżika u mentali li jeżistu u li qed jikbru bejn l-Istati Membri tal-UE u fihom,
C. billi d-differenza fl-istennija tal-ħajja mat-twelid bejn l-aktar gruppi soċjoekonomiċi baxxi u għoljin hija ta' 10 snin għall-irġiel u 6 snin għan-nisa,
D. billi d-dimensjoni tas-sessi f'termini tal-istennija tal-ħajja hija wkoll kwistjoni ewlenija li tkun indirizzata fil-kuntest tal-inugwaljanzi tas-saħħa,
E. billi, barra minn determinanti ġenetiċi, is-saħħa hija influwenzata fuq kollox mill-istili ta' ħajja tan-nies, mill-aċċess tagħhom għas-servizzi tal-kura tas-saħħa, inklużi l-informazzjoni u l-edukazzjoni dwar is-saħħa, għall-prevenzjoni tal-mard u mill-aċċess tagħhom għat-trattament ta' mard fuq perjodi qosra u twal; billi gruppi soċjoekonomiċi aktar baxxi huma aktar suxxettibbli għal nutriment fqir u dipendenza fuq it-tabakk u l-alkoħol, li kollha huma fatturi prinċipali kontributorji f'ħafna mard u kundizzjonijiet, inklużi l-mard kardjovaskulari u l-kanser,
F. billi fl-Istati Membri kollha nstabu inugwaljanzi fis-saħħa bejn nies fi gruppi b'edukazzjoni, xogħol u dħul aktar baxxi u aktar għoljin,
G. billi teżisti evidenza ta' dimensjoni ta' sess fir-rati ta' malnutrizzjoni li tissuġġerixxi li n-nisa jsofru aktar mill-malnutrizzjoni, u li din l-inugwaljanza hija aggravata aktar “l isfel fl-iskala soċjoekonomika,
H. billi l-inugwaljanzi minħabba s-sessi u l-età fir-riċerka bijomedika u s-sottorappreżentanza tan-nisa fil-provi kliniċi jdgħajfu l-kura tal-pazjenti,
I. billi l-kejl komparattiv tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa huwa l-ewwel pass fundamentali għal azzjoni effettiva,
J. billi r-rati ta' morbożità huma ġeneralment ogħla fost dawk fi gruppi b'edukazzjoni, xogħol u dħul aktar baxxi u jinstabu wkoll inugwaljanzi sostanzjali fil-prevalenza ta' diżabilità b'forom l-aktar speċifiċi u ta' mard kroniku li ma jitteħidx l-aktar speċifiku, il-mard orali u forom ta' mard mentali,
K. billi l-inċidenza tal-użu tat-tabakk fost in-nisa, l-aktar ix-xebbiet, qiegħed jiżdied b'rata mgħaġġla b'konsegwenzi devastanti għas-saħħa futura tagħhom; u billi, fil-każ tan-nisa, it-tipjip huwa aggravat bi żvantaġġi multipli,
L. billi l-Kummissjoni osservat li jeżisti diżlivell soċjali fl-istat tas-saħħa fl-Istati Membri kollha tal-UE (il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Ottubru 2010 intitolata “Solidarjetà fis-Saħħa: it-Tnaqqis tal-Inugwaljanzi fis-settur tas-Saħħa fl-UE”); u billi l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tiddefenixxi dan id-diżlivell soċjali bħala r-rabta bejn l-inugwaljanzi soċjoekonomiċi u l-inugwaljanzi fiż-żoni tas-saħħa u l-aċċess għall-kura tas-saħħa,
M. billi għadd ta' proġetti u studji kkonfermaw li speċjalment l-ewwel sintomi tal-piż żejjed u l-obeżità huma kkaratterizzati minn disparitajiet bikrija konnessi mal-ambjent soċjoekonomiku u li l-ogħla rati ta' inċidenza tal-piż żejjed u l-obeżita huma rreġistrati fil-gruppi soċjoekonomiċi aktar baxxi; billi din is-sitwazzjoni tista“ twassal għal inugwaljanzi akbar ta' saħħa u soċjoekonomiċi minħabba r-riskju dejjem jikber tal-mard relatat mal-obeżità,
N. billi minkejja l-progress soċjoekonomiku u ambjentali li wassal għal titjib ġenerali fl-istat tas-saħħa tan-nies matul perjodi twal ta' żmien, għadd ta' fatturi bħall-iġene, il-kundizzjonijiet tal-għejxien u tax-xogħol, il-malnutrizzjoni, l-edukazzjoni, id-dħul, il-konsum tal-alkoħol u t-tipjip għadhom għandhom impatt dirett fuq l-inugwaljanzi tas-saħħa;
O. billi l-bidla fil-klima hija mistennija li tirriżulta f'għadd ta' impatti potenzjali fuq is-saħħa minħabba l-frekwenza li żdiedet tal-ġrajjiet estremi tat-temp bħall-mewġiet tas-sħana u l-għargħar, minħabba xejriet li qed jinbidlu fil-mard li jittieħed, u minħabba espożizzjoni li żdiedet għar-radjazzjoni ultravjola; billi mhux il-pajjiżi kollha tal-UE huma ugwalment imħejjija biex jindirizzaw dawn l-isfidi,
P. billi l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa m'humiex biss ir-riżultat ta' għadd ta' fatturi relatati ekonomiċi, ambjentali u stili ta' ħajja, iżda wkoll ta' problemi relatati mal-aċċess għall-kura tas-saħħa,
Q. billi l-inugwaljanzi tas-saħħa huma wkoll marbutin mal-problemi fl-aċċessibilità tal-kura tas-saħħa, kemm għal raġunijiet ekonomiċi (mhux daqshekk għat-trattament prinċipali, li hu indirizzat tajjeb mill-Istati Membri, iżda aktarx għat-trattament ta' kuljum bħall-kura tas-snien u tal-għajnejn) kif ukoll bħala riżultat ta' tqassim ħażin tar-riżorsi mediċi f'ċerti żoni tal-UE,
R. billi l-iskarsezza ta' professjonisti mediċi f'ċerti żoni tal-UE u l-fatt li jistgħu faċilment jiċċaqalqu għal żoni oħra tal-UE hija problema reali, u billi din is-sitwazzjoni qed tikkawża l-inugwaljanzi prinċipali rigward l-aċċess għall-kura tas-saħħa u s-sikurezza tal-pazjenti,
S. billi n-nies li jgħixu f'żoni remoti u fuq gżejjer jibqgħu b'aċċess limitat għall-kura tas-saħħa fil-pront u ta' kwalità għolja,
T. billi pazjenti li jgħixu b'mard jew kundizzjonijiet kroniċi jiffurmaw grupp speċifiku li jsofri minn inugwaljanzi fl-aċċess għal dijanjosi u kura, servizzi soċjali u ta' għajnuna oħra, u żvantaġġi inklużi pressjoni finanzjarja, aċċess fqir għal impjieg, diskriminazzjoni soċjali u stigma,
U. billi l-vjolenza kontra n-nisa hija fenomenu mifrux sew fil-pajjiżi kollha u fost il-klassijiet soċjali kollha u għandha effett drammatiku fuq is-saħħa fiżika u emottiva tan-nisa u tat-tfal,
V. billi l-infertilità hija kundizzjoni medika rikonoxxuta mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa li għandha impatt sinifikanti fuq is-saħħa tan-nisa, u billi l-Istħarriġ tal-Għarfien Nazzjonali tar-Renju Unit wera li aktar minn 94% tan-nisa li jsofru minn infertilità jsofru wkoll minn forom ta' dipressjoni,
W. billi hemm disparitajiet kbar bejn l-Istati Membri f'termini ta' aċċess għat-trattament tal-fertilità,
X. billi, skont l-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-UE, il-qgħad madwar is-27 Stat Membru tal-UE laħaq id-9.6% f'Settembru 2010, u billi l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, fl-opinjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2010 wera tħassib li l-kriżi ekonomika u finanzjarja preżenti se taffettwa b'mod negattiv l-aċċess tan-nies għall-kura tas-saħħa u l-baġits tas-saħħa tal-Istati Membri,
Y. billi l-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali jaf ikollha impatt kbir fuq is-settur tal-kura tas-saħħa f'ħafna Stati Membri tal-UE, kemm fuq il-provvista kif ukoll fuq id-domanda,
Z. billi r-restrizzjonijiet dovuti għall-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali, flimkien mal-konsegwenzi tal-isfida demografika li ġejja li l-Unjoni se jkollha tiffaċċja, tista“ ddgħajjef serjament is-sostenibilità finanzjarja u organizzattiva tas-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri, b'hekk tfixkel l-aċċess ugwali għall-kura fit-territorji tagħhom,
AA. billi l-faqar flimkien ma' forom oħra ta' vulnerabilitajiet, bħat-tfulija jew ix-xjuħija, id-diżabilità jew il-fatt li wieħed jagħmel parti minn minoranza, ikomplu jżidu r-riskji ta' inugwaljanzi tas-saħħa u viċi versa, il-mard jista“ jwassal għall-faqar u/jew l-esklużjoni soċjali,
AB. billi l-ewwel snin għandhom effetti tul il-ħajja fuq ħafna aspetti tas-saħħa u l-benesseri – mill-obeżità, il-mard tal-qalb u s-saħħa mentali, sal-edukazzjoni, il-kisba professjonali, l-istatus ekonomiku u l-kwalità tal-ħajja,
AC. billi inugwaljanzi fis-saħħa għandhom implikazzjonijiet ekonomiċi sinifikanti għall-UE u għall-Istati Membri; billi telf relatat mal-inugwaljanzi tas-saħħa kien stmat li jiswa madwar 1.4% tal-PGD,
AD. billi aċċess ekwitabbli għall-kura tas-saħħa mhux garantit, mhux biss fil-prattika iżda wkoll fil-liġi, għall-migranti bla dokumenti f'ħafna pajjiżi tal-UE,
AE. billi fl-Istati Membri għadhom iqumu każijiet ta' membri ta' diversi gruppi soċjali (pereżempju, nies b'diżabilitajiet) li jiffaċċjaw ostakli għal aċċess ugwali għall-istabbilimenti tal-kura tas-saħħa, li jillimitaw l-aċċess tagħhom għas-servizzi tas-saħħa,
AF. billi, bil-popolazzjonijiet tagħhom, li kull ma jmorru jixjieħu, l-Istati Membri qed ikollhom jittrattaw problemi relatati mad-dipendenza u l-bżonn dejjem jikber għall-kura u t-trattament ġerjatriċi; billi bidla fl-approċċ għall-organizzazzjoni tal-kura tas-saħħa hija għalhekk meħtieġa; u billi l-inugwaljanzi rigward l-aċċess għall-kura tas-saħħa għan-nies xjuħ dejjem qed jiżdiedu,
1. Jilqa“ s-suġġeriment ewlieni magħmul mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha intitolata ”Is-Solidarjetà fis-saħħa: it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE“: (1) li d-distribuzzjoni aktar ekwitabbli tas-saħħa ssir parti mill-għanijiet globali tagħna għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku; (2) titjib fil-bażi tad-data u tal-għarfien (inklużi l-mekkaniżmi għall-kejl, l-immonitorjar, il-valutazzjoni u r-rappurtaġġ); (3) li jinbena l-impenn mas-soċjetà sħiħa biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi fis-saħħa; (4) ħarsien tal-ħtiġijiet tal-gruppi vulnerabbli; u 5) li jiġi żviluppat il-konribut tal-politiki tal-UE għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-saħħa;
2. Jenfasizza l-importanza li jiġu pprovduti s-servizzi tal-kura tas-saħħa b'mod li jkun konsistenti mad-drittijiet fundamentali; jindika l-ħtieġa biex jinżamm u jitjieb l-aċċess universali għas-sistemi tal-kura tas-saħħa u għall-kura tas-saħħa li kulħadd ikun jista“ jaffordja;
3. Jinnota l-importanza li jitjieb l-aċċess għas-servizzi tal-prevenzjoni tal-mard, tal-promozzjoni tas-saħħa u tal-kura tas-saħħa primarja u speċjalizzata, u jitnaqqsu l-inugwaljanzi bejn il-gruppi soċjali differenti u l-gruppi tal-etajiet, u jenfasizza li dawn l-objettivi jistgħu jintlaħqu permezz tal-ottimizzazzjoni tal-infiq pubbliku għall-kura tas-saħħa preventiva u kurattiva u permezz tal-programmi fil-mira għal gruppi vulnerabbli;
4. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jibqgħu mexjin “il quddiem bl-isforzi tagħhom biex jindirizzaw l-inugwaljanzi soċjoekonomiċi, li fl-aħħar mill-aħħar jagħmluha possibbli biex jitnaqqsu wħud mill-inugwaljanzi relatati mal-kura tas-saħħa; barra minn hekk, fuq il-valuri universali tad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, l-ugwaljanza u s-solidarjetà, jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jiffukaw fuq il-ħtiġijiet tal-gruppi vulnerabbli, inklużi gruppi migranti żvantaġġati u nies li huma parti minn minoranzi etniċi, tfal u adolexxenti, nies b'diżabilitajiet, b'fokus speċjali fuq il-mard mentali, pazjenti ddijanjostikati b'mard jew kundizzjonijiet kroniċi, nies anzjani, nies li jgħixu fil-faqar, u nies affettwati mid-dipendenza fuq l-alkoħol u d-drogi;
5. Jistieden lill-Istati Membri biex jiġi żgurat li l-gruppi l-aktar vulnerabbli, inklużi l-migranti bla dokumenti, jkunu intitolati għal u pprovduti b'aċċess ekwitabbli għall-kura tas-saħħa; jistieden lill-Istati Membri biex jivvalutaw il-fattibilità li tiġi appoġġata l-kura tas-saħħa għall-migranti irregolari billi jipprovdu definizzjoni bbażata fuq il-prinċipji komuni għall-elementi bażiċi tal-kura tas-saħħa kif definiti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom;
6. Jistieden lill-Istati Membri jqisu l-ħtiġijiet speċifiċi għall-protezzjoni tas-saħħa tan-nisa immigranti, b'riferiment partikolari għall-għoti ggarantit mis-sistemi tas-saħħa ta' servizzi xierqa ta' medjazzjoni lingwistika; dawk is-sistemi għandhom jiżviluppaw inizjattivi ta' taħriġ li jippermettu lit-tobba u lill-professjonisti l-oħrajn jadottaw approċċ interkulturali msejjes fuq ir-rikonoxximent tad-diversità u s-sensibilitajiet tan-nies minn reġjunijiet ġeografiċi differenti u r-rispett lejn l-istess; għandha tingħata prijorità wkoll lil miżuri u kampanji ta' informazzjoni maħsuba biex jissieltu kontra l-multilazzjoni ġenitali femminili, inklużi kastigi ħorox għal dawk li jipprattikawha;
7. Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jsibu malajr soluzzjonijiet kif wieħed jiġġieled kontra d-diskriminazzjonijiet abbażi tal-oriġini etnika, partikolarment f'ċerti Stati Membri fejn id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE ma ġietx implimentata u fejn in-nisa li jappartjenu għal minoranzi etniċi m'għandhomx jew għandhom ftit protezzjoni soċjali jew aċċess għall-kura tas-saħħa;
8. Jistieden lill-Istati Membri biex jippromwovu l-aċċess għal pariri u informazzjoni legali ta' kwalità għolja f'koordinament ma' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jgħinu lil membri ordinarji tal-pubbliku, inklużi l-migranti bla dokumenti, biex jitgħallmu aktar dwar id-drittijiet individwali tagħhom;
9. Jenfasizza li l-kriżi ekonomika u finanzjarja u l-miżuri ta' awsterità mwettqa mill-Istati Membri, b'mod partikolari mil-lat ta' provvista, jistgħu jwasslu għal tnaqqis fil-livell ta' ffinanzjar għas-saħħa pubblika u l-promozzjoni tas-saħħa, il-prevenzjoni tal-mard u s-servizzi tal-kura fuq tul ta' żmien twil bħala riżultat ta' tnaqqis fil-baġits u inqas dħul mit-taxxi, filwaqt li d-domanda għas-saħħa u s-servizzi tal-kura fuq tul ta' żmien twil jafu jiżdiedu bħala riżultat ta' numru ta' fatturi li jikkontribwixxu għad-deterjorament tal-istat tas-saħħa fost il-popolazzjoni in ġenerali;
10. Jenfasizza li inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE jirrappreżentaw piż sostanzjali fuq l-Istati Membri u s-sistemi tas-saħħa tagħhom u li l-funzjonar effettiv tas-suq intern u l-politiki pubbliċi b'saħħithom u, jekk ikun possibbli, ikkoordinati, jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib f'dan il-qasam;
11. Jenfasizza li fatturi soċjoekonomiċi bħalma huma l-obeżità, it-tipjip, eċċ., l-aċċessibilità għas-sistemi tal-kura tas-saħħa (mhedda bin-nuqqas ta' rimborż tal-ispejjeż tal-kura u tal-mediċini, prevenzjoni inadegwata u l-frammentazzjoni tad-demografija medika) u dijanjożi effettiva, għandhom jitqiesu bħala aspetti ewlenin ta' miżuri kontra l-inugwaljanzi fis-saħħa u, barra minn hekk, l-aċċessibilità u l-affordibilità tat-trattament farmaċewtiku għandhom jitqiesu wkoll bħala aspett ewlieni tas-saħħa tan-nies individwali; għalhekk jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li d-Direttiva dwar Trasparenza (89/105/KEE) qed tiġi implimentata kif suppost u li l-konklużjonijiet tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2008 dwar l-Inkjesta dwar is-Settur Farmaċewtiku qed jiġu indirizzati kif suppost;
12. Jenfasizza li l-kura tas-saħħa mhijiex u m'għandhiex titqies bħala oġġett jew servizz ta' interess ġenerali;
13. Jitlob lill-Kunsill u l-Istati Membri biex jevalwaw u jimplimentaw miżuri ġodda biex titjieb l-effettività tal-infiq għas-saħħa tagħhom, b'mod partikolari billi jkun hemm investiment fil-kura tas-saħħa preventiva sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż futuri fuq tul ta' żmien twil u l-piżijiet soċjali, u biex jiġu ristrutturati s-sistemi tal-kura tas-saħħa sabiex jiġi pprovdut aċċess ekwitabbli għall-kura tas-saħħa ta' kwalità għolja (b'mod partikolari l-kura medika bażika) mingħajr diskriminazzjoni fl-UE kollha, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tistudja l-użu ta' fondi Ewropej eżistenti biex jappoġġjaw aktar l-investiment fl-infrastruttura, fir-riċerka u fit-taħriġ tas-saħħa u biex jippromwovu u jtejbu l-prevenzjoni tal-mard;
14. Jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jiżguraw li l-aċċess ekwitabbli għall-kura tas-saħħa u l-opzjonijiet tat-trattamenti għal pazjenti aktar anzjani huma inklużi fil-politiki u l-programmi tas-saħħa tagħhom u biex l-aċċess adegwat għall-kura tas-saħħa u t-trattamenti għall-anzjani jagħmluh prijorità għall-“2012, is-Sena Ewropea tax-Xjuħija Attiva u Solidarjetà Interġenerazzjonali”; jitlob lill-Istati Membri biex jippromwovu inizjattivi sabiex jindirizzaw l-iżolament soċjali tal-pazjenti anzjani billi din għandha impatt sinifikanti fuq is-saħħa tal-pazjenti fuq tul ta' żmien twil; jisħaq fuq il-bżonn għall-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha biex jantiċipaw, permezz ta' strateġija xierqa fit-tul, l-impatti soċjali u ekonomiċi tal-proċess tax-xjuħija fuq il-popolazzjoni Ewropea, sabiex tiġi ggarantita s-sostenibilità finanzjarja u organizzattiva tas-sistemi tal-kura tas-saħħa, kif ukoll it-twettiq ugwali u kontinwu tal-kura lill-pazjenti;
15. Jitlob lill-Istati Membri biex itejbu l-kapaċità tagħhom li jimmonitorjaw mill-qrib, fil-livell nazzjonali, reġjonali u dak lokali, is-saħħa u l-impatt soċjali tal-kriżi;
16. Jistieden lill-Kummissjoni biex trawwem il-ġbir komuni tal-esperjenza b'konnessjoni mal-edukazzjoni tas-saħħa, mal-promozzjoni ta' stil ta' ħajja b'saħħitha, mal-prevenzjoni, mad-djanjożi bikrija u mat-trattamenti xierqa, b'mod partikolari rigward ix-xorb alkoħoliku, it-tipjip, id-dieta u l-obeżità u d-drogi; jistieden lill-Istati Membri biex jippromwovu l-attività fiżika, nutriment tajjeb u programmi tal-“Iskejjel b'Saħħithom” li għandhom it-tfal fil-mira tagħhom, b'mod partikolari f'żoni aktar żvantaġġati, u biex jitjiebu l-livelli tal-edukazzjoni personali, soċjali u tas-saħħa bil-għan li tiġi promossa l-imġiba aktar b'saħħitha u titħeġġeġ l-imġiba relatata ma' stil ta' ħajja pożittiva;
17. Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jinvestu fl-infrastruttura tas-servizzi soċjali, edukattivi, ambjentali u tas-saħħa f'konformità mal-prinċipju ta' “saħħa fil-politiki kollha”, filwaqt li jiġu kkoordinati miżuri rigward il-kwalifiki, it-taħriġ u l-mobilità tal-professjonisti tas-saħħa, b'hekk jiġu assigurati l-kapaċità u s-sostenibilità tal-infrastruttura u l-forza tax-xogħol fis-settur tas-saħħa kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell nazzjonali;
18. Jenfasizza li l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa mhux se jingħelbu mingħajr strateġija komuni u globali għall-ħaddiema tas-saħħa Ewropej li tkun tinkludi politiki koordinati għall-ġestjoni tar-riżorsi, l-edukazzjoni u t-taħriġ, standards minimi ta' kwalità u ta' sikurezza u reġistrazzjoni ta professjonisti;
19. Jitlob lill-Istati Membri biex jassiguraw li l-informazzjoni dwar is-saħħa, stili ta' ħajja b'saħħitha, il-kura tas-saħħa, opportunitajiet ta' prevenzjoni, djanjożi bikrija tal-mard u trattamenti adattati tkun disponibbli f'forma u f'lingwi li jista“ jifhimhom kulħadd, billi jintużaw teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjoni ġodda, b'referenza partikolari għas-servizzi tas-saħħa onlajn;
20. Jitlob lill-Istati Membri biex jippromwovu l-introduzzjoni ta' teknoloġiji tat-telemediċina, li jistgħu jnaqqsu b'mod sinifikanti d-disparitajiet ġeografiċi fl-aċċess għal ċerti tipi ta' kura tas-saħħa, b'referenza partikolari għal kura speċjalizzata, b'mod partikolari fir-reġjuni mal-fruntiera;
21. Jistieden lill-Istati Membri biex iħeġġu politiki pubbliċi li jfittxu li jiżguraw il-kundizzjonijiet tal-ħajja b'saħħitha għat-trabi, tfal u adolexxenti kollha, inklużi l-kura ta' qabel il-konċezzjoni, il-kura materna u miżuri biex jiġu appoġġati l-ġenituri u b'mod aktar partikolari n-nisa tqal u li jreddgħu, biex jassiguraw bidu tal-ħajja b'saħħtu għat-trabi kollha u jiġi evitat l-iżvilupp ta' aktar inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa, b'hekk tiġi rikonoxxuta l-importanza li jkun hemm investiment fl-iżvilupp bikri tat-tfal u approċċi ta' matul il-kors tal-ħajja;
22. Jitlob lill-Istati Membri biex jassiguraw li n-nisa tqal u t-tfal kollha, irrispettivament mill-istatus tagħhom, ikunu intitolati għal u jirċievu b'mod effettiv il-protezzjoni soċjali kif definita fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom;
23. Ifakkar fl-obbligu tal-UE skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità biex jiġi garantit id-dritt tal-persuni b'diżabilità għall-ogħla standard ta' saħħa li jista“ jinkiseb mingħajr diskriminazzjoni abbażi ta' diżabilità; jinsisti li l-inklużjoni tad-diżabilità fl-indikaturi relevanti kollha li jkejlu s-saħħa huwa pass ewlieni biex jiġi sodisfatt dan l-obbligu;
24. Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri biex jinkludu l-istatus tas-saħħa tan-nisa u l-kwistjoni tat-tixjiħ (nisa aktar anzjani) bħala fatturi fl-integrazzjoni tal-kwistjonijiet tal-ġeneru u biex jużaw l-ibbaġitjar tal-ġeneru fil-politiki, fil-programmi u fir-riċerka tas-saħħa tagħhom, mill-fażi tal-iżvilupp u tad-disinn sal-valutazzjoni tal-impatt; jistieden lill-programmi ta' qafas ta' riċerka ffinanzjati mill-UE u lill-aġenziji ta' finanzjament pubbliċi biex jinkludu valutazzjoni tal-impatt tas-sessi fil-politiki tagħhom u biex jipprevedu l-ġbir u l-analiżi ta' data speċifika għas-sessi u għall-età bil-għan li jidentifikaw differenzi ewlenin bejn in-nisa u l-irġiel fir-rigward tas-saħħa, sabiex jappoġġaw il-bidla fil-politika, u biex jintroduċu u jiġbru għodda epidemoloġika biex janalizzaw il-kawżi tad-differenza fl-istennija tal-għomor bejn l-irġiel u n-nisa;
25. Iqis li l-UE u l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu lin-nisa aċċess faċli għall-metodi ta' kontraċezzjoni u d-dritt għal abort sikur;
26. Jistieden lill-Kummissjoni tagħti lill-Istati Membri eżempji ta' prattika tajba u tal-aqwa prattika biex tinkoraġġixxi aktar uniformità fl-aċċess għat-trattament tal-fertilità;
27. Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jiffokaw fuq id-drittijiet tal-bniedem tan-nisa, l-aktar fil-prevenzjoni, il-projbizzjoni u l-prosekuzzjoni ta' dawk ħatja mill-isterilizzazzjoni forzata tan-nisa u l-mutilazzjoni ġenitali femminili;
28. Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jirrikonoxxu l-vjolenza maskili kontra n-nisa bħala kwistjoni ta' saħħa pubblika, tkun xi tkun il-forma li tieħu;
29. Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri meħtieġa, fir-rigward tal-aċċess għat-teknoloġiji tar-riproduzzjoni assistita (ART), biex jeliminaw id-diskriminazzjoni kontra n-nisa abbażi tal-istatus taż-żwieġ, l-orjentazzjoni sesswali jew l-oriġini etniċi jew kulturali;
30. Jistieden lill-Istati Membri biex isegwu lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa billi jirrikonoxxu l-obeżità bħala marda kronika u b'hekk biex jipprovdu aċċess għall-programmi għall-prevenzjoni tal-obeżità u jiggarantixxu aċċess għal trattament b'evidenza ppruvata ta' riżultat mediku pożittiv għall-persuni li jbatu mill-obeżità u li jeħtieġu trattament mediku, ukoll bil-għan li jiġi evitat il-bidu ta' mard ulterjuri;
31. Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jintegraw id-dimensjoni tas-sessi fil-kontroll tat-tabakk, kif rakkomandat mill-Konvenzjoni ta' Qafas tal-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk, u biex jintroduċu kampanji kontra t-tipjip immirati għall-bniet u n-nisa;
32. Jistieden lill-Istati Membri jinkoraġġixxu u jappoġġaw ir-riċerka medika u farmaċewtika fil-mard li jolqtu primarjament lin-nisa, b'riferiment għall-fażijiet kollha ta' ħajjithom u mhux biss is-snin tal-fażi riproduttiva;
33. Jistieden lill-Istati Membri jsolvu l-problemi tal-inugwaljanza fl-aċċess għall-kura tas-saħħa li jaffettwaw il-ħajja ta' kuljum, per eżempju fl-oqsma tad-dentistrija u l-oftalmoloġija;
34. Jissuġġerixxi li l-UE u l-Istati Membri jdaħħlu politiki koerenti u miżuri ta' appoġġ immirati għan-nisa li ma jaħdmux jew li jkollhom impjieg f'setturi fejn ma jkunux koperti b'assikurazzjoni tas-saħħa personali, u jfittxu modi kif tali nisa jiġu pprovduti b'assikurazzjoni;
35. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-kollaborazzjoni tagħha mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, biex tippromwovi l-aħjar prattiki fir-rigward tal-prezzijiet u r-rimborż tal-ispejjeż tal-mediċini, inklużi mudelli prattiċi għad-divrenzjar tal-prezzijiet tal-farmaċewtiċi biex tiġi ottimizzata sitwazzjoni fejn il-prezzijiet ikunu għall-but ta' kulħadd u jitnaqqsu l-inugwaljanzi fl-aċċess għall-mediċini;
36. Ifakkar li l-adozzjoni ta' privattiv Ewropew, b'arranġamenti lingwistiċi xierqa u sistema unifikata għas-soluzzjoni tat-tilwim, huma kruċjali sabiex l-ekonomija Ewropea terġa“ tingħata l-ħajja;
37. Jieħu nota li x-xogħol li diġà sar mill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur fir-rigward tas-sikurezza tal-prodotti u r-riklamar, fost affarijiet oħra, għen biex jindirizza ċerti aspetti tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa tal-UE u f'dan il-kuntest jenfasizza li hu importanti li tiġi sorveljata b'mod strett l-informazzjoni li d-ditti farmaċewtiċi jagħtu lill-pazjenti, b'mod partikolari lill-iktar gruppi vulnerabbli u lil dawk li huma l-inqas infurmati sew, u l-ħtieġa ta' sistema effikaċi u indipendenti ta' farmakoviġilanza;
38. Jistieden lill-Istati Membri biex jadattaw is-sistemi tas-saħħa tagħhom għall-ħtiġijiet tal-persuni l-aktar żvantaġġati billi jiżviluppaw metodi biex jiffissaw il-ħlasijiet mitluba mill-professjonisti tal-kura tas-saħħa li jiżguraw aċċess għall-kura għall-pazjenti kollha;
39. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tagħmel ħilitha biex tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex joffru rimborżi lill-pazjenti u biex jagħmlu dak kollu li hu neċessarju biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi fl-aċċess għall-mediċini għat-trattament ta' dawk il-kundizzjonijiet jew mard bħall-osteoporożi ta' wara l-menopawsa u l-Marda tal-Alzheimer, li mhumiex rimborżabbli f'ċerti Stati Membri, u biex jagħmlu dan b'urġenza;
40. Jenfasizza li, flimkien ma' gvernijiet nazzjonali, awtoritajiet reġjonali f'ħafna pajjiżi għandhom rwol importanti fis-saħħa pubblika, fil-promozzjoni tas-saħħa, fil-prevenzjoni tal-mard u fl-għoti tas-servizzi tas-saħħa u għaldaqstant għandhom bżonn li jkunu involuti b'mod attiv; jinnota li l-gvernijiet reġjonali u lokali, u partijiet interessati oħra wkoll għandhom kontribuzzjoni importanti x'jagħmlu, inklużi fil-postijiet tax-xogħol u l-iskejjel; b'mod partikolari fir-rigward ta' edukazzjoni tas-saħħa, il-promozzjoni tal-istili tal-ħajja b'saħħithom, il-prevenzjoni tal-mard effettiv u l-iskrining u d-dijanjożi bikrija ta' mard;
41. Jistieden lill-Istati Membri biex jappoġġjaw “approċċ ta' kura lokali” u biex jipprovdu kura tas-saħħa integrata, aċċessibbli f'livell lokali jew reġjonali, li tippermetti lill-pazjenti jkunu appoġġjati aħjar fl-ambjent lokali u soċjali tagħhom stess;
42. Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jevalwaw mill-ġdid il-politiki tagħhom li għandhom impatt sinifikanti fuq l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa bħat-tabakk, l-alkoħol, l-ikel, il-farmaċewtiċi kif ukoll l-għoti tas-servizz pubbliku tas-saħħa u l-kura tas-saħħa;
43. Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jiżviluppaw sħubijiet fir-reġjuni tal-fruntieri biex jaqsmu l-ispejjeż tal-infrastruttura u tal-persunal, filwaqt li jnaqqsu l-inugwaljanzi fir-rigward tas-saħħa, b'mod partikolari dwar l-aċċess għal tagħmir avvanzat;
44. Jitlob lill-Kummissjoni tistudja l-effetti ta' deċiżjonijiet ibbażati fuq valutazzjonijiet nazzjonali u reġjonali tal-effikaċja tal-mediċini u tal-apparat mediku fis-suq intern, inklużi l-aċċess tal-pazjenti, l-innovazzjoni fi prodotti ġodda u l-prattiki mediċi, li huma wħud mill-elementi ewlenin li jaffettwaw l-ugwaljanza fis-settur tas-saħħa;
45. Iqis li l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali (2011/24/UE) għandha tiġi segwita b'valutazzjonijiet tal-impatt biex titkejjel bl-aktar mod preċiż possibbli l-effettività tagħha fil-ġlieda kontra l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa u sabiex tiżgura li żżomm livell adegwat tal-protezzjoni tal-pubbliku u tissalvagwardja s-sikurezza tal-pazjenti, b'mod partikolari fis-sens tal-allokazzjoni ġeografika tar-riżorsi mediċi, kemm umani kif ukoll materjali;
46. Jinnota li kura tas-saħħa transkonfinali ta' kwalità għolja u effiċjenti titlob iktar trasparenza fl-informazzjoni għall-pubbliku, għall-pazjenti, għar-regolaturi u għall-fornituri tal-kura tas-saħħa dwar firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet, inklużi d-drittijiet tal-pazjenti, l-aċċess għar-rimedji u r-regolamentazzjoni tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa;
47. Jiddeplora l-fatt li d-direttiva dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali ma ġietx akkumpanjata bi proposta leġiżlattiva dwar il-mobilità tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa, meta jitqies ir-riskju tal-“eżodu tal-imħuħ” fl-UE, xi ħaġa li żżid b'mod perikoluż l-inugwaljanzi ġeografiċi f'ċerti Stati Membri, u jistieden lill-Kummissjoni ssib rimedju għal dan il-falliment, possibilment fil-kuntest tar-reviżjoni futura tad-direttiva dwar il-kwalifiki professjonali (2005/36/KE);
48. Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jimplimentaw bis-sħiħ id-Direttiva dwar Kwalifiki Professjonali (2005/36/KE); fir-rigward tal-komplessità tal-kwalifiki mediċi, jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex fil-valutazzjoni u fl-eżami tagħha tad-Direttiva tindirizza wħud mil-lakuni regolatorji li għandhom il-potenzjal li jpoġġi lill-pazjenti f'pożizzjoni vulnerabbli li tipperikola u tikkomprometti d-dritt tagħahom għal trattament sikur; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tkompli tikkonsidra jekk tagħmilx l-użu tar-reġistrazzjoni mas-Sistema IMI obbligatorju għall-awtoritajiet kompetenti u ttejjeb kemm l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaqsmu b'mod proattiv l-informazzjoni dixxiplinarja dwar il-professjonisti tal-kura tas-saħħa billi joħolqu mekkaniżmu ta' twissija xierqa;
49. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fil-proposta leġiżlattiva imminenti tagħha dwar il-kwalifiki professjonali, biex timxi “l quddiem lejn mekkaniżmu msaħħaħ għar-rikonoxximent tal-kwalifiki fl-Istati Membri;
50. Jirrimarka li ż-żieda fl-innovazzjoni ta' spiss twassal għal aċċessibilità ikbar għat-trattament, xi ħaġa li hija partikolarment rilevanti għal komunitajiet iżolati jew rurali;
51. Jistieden lill-Kummissjoni biex trawwem, flimkien mal-Istati Membri, l-iżvilupp tas-servizzi tat-telemediċina bħala mezz biex jonqsu d-disparitajiet ġeografiċi fil-forniment tal-kura tas-saħħa kemm fil-livell reġjonali kif ukoll dak lokali;
52. Jitlob lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex jagħtu rikonoxximent akbar fl-Istrateġija Ewropa 2020 tal-fatt li s-saħħa fiżika u mentali u l-benessri huma ewlenin għall-ġlieda kontra l-esklużjoni, biex jiġu inklużi indikaturi komparattivi stratifikati minn status soċjoekonomiku u l-istat tas-saħħa pubblika fil-proċeduri għall-immonitorjar tal-istrateġija Ewropa 2020, u biex iqisu d-diskriminazzjoni abbażi tal-età, b'mod partikolari rigward il-provi kliniċi għal trattamenti adattati aktar għall-bżonnijiet tal-anzjani;
53. Iqis li l-UE u l-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lill-organizzazzjonijiet tan-nisa li jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem tan-nisa, inklużi d-drittijiet sesswali u riproduttivi tagħhom, id-dritt għal stil ta' ħajja li ma jagħmilx ħsara lis-saħħa u d-dritt għax-xogħol, ħalli jkun żgurat li n-nisa jkollhom vuċi fir-rigward tal-kwistjonijiet ta' politika tas-saħħa Ewropej u nazzjonali;
54. Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex irawmu u jibnu l-kapaċità u l-iskambji internazzjonali u l-kooperazzjoni bejn il-partijiet interessati multisettorjali relevanti kollha fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki li jnaqqsu l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa;
55. Jitlob lill-Istati Membri biex jappoġġaw u jimplimentaw approċċ konġunt għat-tfassil ta' politika f'livell lokali, reġjonali u nazzjonali, b'hekk tkun taħdem lejn Approċċ ta' Saħħa fil-Politiki Kollha (HiAP);
56. Jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jiżviluppaw sett komuni ta' indikaturi biex jiġu mmonitorjati l-inugwaljanzi tas-saħħa skont l-età, is-sess, l-istatus soċjoekonomiku, il-lok ġeografiku kif ukoll ir-riskji marbuta mal-alkoħoliżmu u mal-vizzju tad-droga, u biex tiġi stabbilita metodoloġija ħalli tiġi vverifikata s-sitwazzjoni tas-saħħa fl-Istati Membri bil-għan li jiġu identifikati oqsma li jkollhom bżonn it-titjib u l-aħjar prattiki u tagħtihom prijorità;
57. Jenfasizza li l-inugwaljanzi tas-saħħa għandhom għeruqhom fl-inugwaljanzi soċjali rigward il-kundizzjonijiet tal-għajxien u l-mudelli ta' mġiba soċjali marbutin mas-sess, ir-razza, l-istandards tal-edukazzjoni, l-impjiegi u d-distribuzzjoni inugwali mhux biss tad-dħul iżda wkoll tal-għajnuna medika, tal-prevenzjoni tal-mard u tas-servizzi ta' promozzjoni tas-saħħa;
58. Jenfasizza li r-riskji tas-saħħa għall-membri ta' kategoriji soċjali żvantaġġjati (l-ifqar) huma l-qofol tal-problema tal-inugwaljanzi tas-saħħa, meta wieħed iqis li dawn ir-riskji qed jaggravaw minħabba l-faqar flimkien ma' vulnerabilitajiet oħra;
59. Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-ħidmiet biex jonqsu l-inugwaljanzi tas-saħħa u jitjieb l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa fiżika u mentali jkun indirizzat bis-sħiħ u integrat fl-inizjattivi attwali tagħha, bħal ma huma s-Sħubija dwar ix-Xjuħija b'Saħħitha u Attiva u l-Pjattaforma tal-UE kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali, u f'inizjattivi futuri dwar il-politiki tal-iżvilupp bikri tat-tfal u taż-żgħażagħ li jiffukaw fuq l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjiegi;
60. Jappella għal koordinazzjoni aħjar bejn l-aġenziji tal-UE li għandhon rwol kbir fil-ġlieda kontra l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa, b'mod partikolari bejn il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib fil-Kundizzjonijiet ta' Għejxien u ta' Xogħol, iċ-Ċentru Ewropew għall-Ħarsien u l-Kontroll tal-Mard u l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sikurezza fuq il-Post tax-Xogħol;
61. Jistieden lill-Kummissjoni biex tgħin lil-Istati Membri jagħmlu użu aħjar mill-Metodu Miftuħ tal-Koordinazzjoni sabiex jiġu appoġġati proġetti biex jiġu indirizzati l-fatturi bażiċi tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa;
62. Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżviluppa mezzi biex jiġu ingaġġati u involuti l-partijiet interessati relevanti kollha fil-livell Ewropew biex jippromwovu l-aċċettazzjoni u t-tqassim ta' prattiki tajba fl-isfera tas-saħħa pubblika;
63. Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza partikolari, fost id-diversi determinanti tas-saħħa, ta' dieta varjata u ta' kwalità għolja, u f'dan ir-rigward iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħmel użu akbar mill-programmi effettivi stabbiliti taħt il-politika tal-CAP (tqassim bla ħlas ta' ħalib u ta' frott fl-iskejjel u ta' ikel lill-gruppi l-aktar nieqsa mill-kumditajiet essenzjali);
64. Jistieden lill-Istati Membri joħolqu netwerk ta' servizzi soċjali, ta' saħħa u ta' pariri speċifiċi, b'helplines telefoniċi ddedikati, għan-nisa, koppji u familji, bl-għan li jipprevjenu l-vjolenza domestika u li jagħtu assistenza professjonali kwalifikata u appoġġ għal dawk li jeħtiġuh b'kooperazzjoni ma' korpi oħrajn fil-qasam;
65. Jitlob lill-Kummissjoni tagħti appoġġ lill-Istati Membri biex jagħmlu użu aħjar mill-politika ta' koeżjoni tal-UE u l-fondi strutturali biex jappoġġjaw proġetti li jikkontribwixxu ħalli jiġu indirizzati d-determinanti tas-saħħa u jonqsu l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa; jitlob b'mod ulterjuri lill-Kummissjoni biex tgħin lill-Istati Membri jagħmlu użu aħjar tal-programm PROGRESS;
66. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex ma jissuktawx bit-tnaqqis ta' bħalissa fl-infiq pubbliku fuq is-servizzi tas-saħħa li għandhom rwol ċentrali fl-għoti ta' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa għan-nisa u għall-irġiel;
67. Jitlob lill-Kummissjoni biex ikun integrat approċċ ibbażat fuq id-determinanti ekonomiċi u ambjentali tas-saħħa u fuq “ekwità u saħħa fil-politiki kollha” meta jiġu żviluppati l-politiki interni u esterni kollha tal-UE, speċjalment bil-għan li jintlaħqu l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp, u b'mod partikolari saħħa materna tajba;
68. Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jirrikonoxxu l-importanza tas-saħħa għas-soċjetà u biex iħarsu lil hinn minn approċċ marbut mal-PGD meta jitkejjlu l-iżviluppi tas-soċjetà, tal-komunità u tal-individwu;
69. Jitlob lill-Kunsill biex iħeġġeġ it-trattament tal-inugwaljanzi tas-saħħa bħala prijorità tal-politika fl-Istati Membri kollha, billi jitqiesu d-determinanti soċjali tas-saħħa u l-fatturi ta' riskju relatati mal-istil ta' ħajja bħal ma huma l-alkoħol, it-tabakk u n-nutriment, permezz ta' azzjonijiet fl-oqsma tal-politika bħal ma huma l-politika dwar il-konsumaturi, l-impjieg, l-akkomodazzjoni, il-politika soċjali, l-ambjent, l-agrikoltura u l-ikel, l-edukazzjoni, il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol u r-riċerka, kif definiti bil-prinċipju “is-saħħa fil-politiki kollha”;
70. Jitlob lill-Kummissjoni biex tappoġġja azzjonijiet iffinanzjati taħt il-Pjanijiet ta' Azzjoni tas-Saħħa Pubblika attwali u dik futura biex jiġu indirizzati d-determinanti soċjali tas-saħħa;
71. Jitlob lill-Kummissjoni biex tfassal linji gwida biex jitjiebu l-mekkaniżmi ħalli jiġu mmonitorjati l-inugwaljanzi fis-saħħa mal-UE (bejn l-Istati Membri u fihom) billi jitjieb il-ġbir tad-data billi tinġabar informazzjoni aktar sistematika u komparabbli li tikkumplimenta data eżistenti dwar l-inugwaljanzi tas-saħħa u permezz ta' mmonitorjar u analiżi regolari;
72. Jitlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-abbozzar ta' proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, jew kwalunkwe inizjattiva xierqa oħra tal-Komunità, bil-għan li tinkuraġġixxi u tappoġġja l-iżvilupp ta' strateġiji nazzjonali jew reġjonali integrati mill-Istati Membri biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi fis-saħħa;
73. Jitlob lill-Kummissjoni biex tivvaluta, fir-rapporti ta' progress tagħha, l-effettività tal-miżuri biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi u t-titjib fis-saħħa li jirriżulta mill-politiki relatati mad-determinanti soċjali, ekonomiċi u ambjentali tas-saħħa;
74. Jitlob lill-Kummissjoni biex tapplika l-approċċ ta' Saħħa fil-Politiki Kollha (HiAP) għal tfassil ta' politika fil-livell tal-UE u biex tagħmel valutazzjonijiet tal-impatt effettivi li jieħdu inkonsiderazzjoni r-riżultati tal-ekwità fis-saħħa;
75. Jargumenta li swieq miftuħa, kompetittivi u li jiffunzjonaw sew jistgħu jistimulaw l-innovazzjoni, l-investiment u r-riċerka fis-settur tal-kura tas-saħħa, u jirrikonoxxi li dan għandu jkun akkumpanjat minn appoġġ finanzjarju b'saħħtu għar-riċerka pubblika biex ikunu żviluppati aktar mudelli tal-kura tas-saħħa effettivi u sostenibbli u biex jiġi promoss l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda u l-applikazzjoni tagħhom f'dan il-qasam (pereżempju t-telemediċina) u b'metodoloġija ta' evalwazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa komuni, li lkoll għandhom ikunu ta' benefiċċju għaċ-ċittadini kollha, inklużi dawk minn ambjent soċjoekonomiku baxx, filwaqt li jitqies it-tixjiħ tal-popolazzjoni;
76. Jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jappoġġaw programmi pubbliċi ta' informazzjoni u sensibilizzazzjoni u jsaħħu d-djalogu mas-soċjetà ċivili, is-sħab soċjali u l-NGOs rigward is-servizzi tas-saħħa u mediċi;
77. Iqis li jeħtieġ li hu essenzjali li jiżdied l-għadd ta' nisa li jieħdu sehem fl-iżvilupp tal-politiki dwar is-saħħa, fl-ippjanar tal-programmi u fl-għoti ta' servizzi fil-qasam tas-saħħa;
78. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Il-kooperazzjoni ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw dwar il-promozzjoni ta' governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa
447k
134k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Marzu 2011 dwar it-Taxxa u l-Iżvilupp - kooperazzjoni ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw dwar il-promozzjoni ta' governanza tajba fi kwistjonijiet fiskali (2010/2102(INI))
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Frar 2010 dwar il-promozzjoni ta' governanza tajba fi kwistjonijiet fiskali(1),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-Taxxa u l-Iżvilupp - Kooperazzjoni ma' Pajjiżi li qed Jiżviluppaw dwar il-Promozzjoni ta' Governanza Tajba fi Kwistjonijiet tat-Taxxa (COM(2010)0163),
–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal- 25 ta' Marzu 2010 dwar l-effetti tal-kriżi ekonomika u finanzjarja globali fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u fuq il-kooperazzjoni għall-iżvilupp(2), u wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Monterrey (2002), il-Konferenza dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp f'Doha (2008), id-Dikjarazzjoni ta' Pariġi (2005) u l-Aġenda ta' Accra għall-Azzjoni (2008) li permezz tagħhom il-ħarba ta' kapital u l-flussi finanzjarji illeċiti ġew identifikati b'mod espliċitu bħala ostaklu maġġuri għall-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku għall-iżvilupp,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Ġunju 2010 dwar il-progress li sar sabiex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju: reviżjoni ta' nofs it-terminu bi preparazzjoni għal-laqgħa ta' livell għoli tan-NU f'Settembru 2010(3),
– wara li kkunsidra s-samit tal-G20 li sar f'Seoul fil-11 u t-12 ta' Novembru 2010, u l-inizjattiva biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jiġu miġġielda l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa, varata mill-Ministeru Ġermaniż għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, magħrufa bħala l-“Patt Fiskali Internazzjonali” (ITC),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Konferenza Internazzjonali dwar it-Tassazzjoni fi Pretorja fid-29 ta' Awwissu 2008,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tas-Samit tal-G20 f'Londra tat-2 u t-3 ta' April 2009,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Mexxejja maħruġa wara l-Laqgħa Għolja tal-G20 f'Pittsburgh tal-24 u l-25 ta' Settembru 2009 u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2009 dwarha(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' April 2009 dwar is-Samit tal-G20 ta' Londra tat-2 ta' April 2009(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2007 dwar l-abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandards Internazzjonali ta' Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) 8 rigward informazzjoni dwar oqsma operattivi(6),
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni tal-Gvern Norveġiż “Ir-Rifuġji Fiskali u l-Iżvilupp”, Ġunju 2009,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0027/2011),
A. billi t-tisħiħ tas-sistema tat-taxxa hu waħda mill-isfidi prinċipali li qed jaffaċċjaw il-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jilħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju,
B. billi t-tassazzjoni tista“ tkun għajn affidabbli u sostenibbli ta' żvilupp finanzjarju jekk ikun hemm reġim ta' tassazzjoni progressiva, amministrazzjoni effikaċi u effiċjenti tat-taxxi biex jiġi promossa ir-rispett għall-obbligi tat-taxxa, u użu trasparenti u bl-obbligu ta' rendikont tad-dħul pubbliku,
C. billi l-pajjiżi li qed jiżviluppaw jiffaċċjaw sfidi importanti biex iżidu d-dħul mit-taxxa minħabba riżorsi umani u finanzjarji insuffiċjenti biex jiġbru t-taxxi, kapaċità amministrattiva dgħajfa, korruzzjoni, nuqqas ta' leġittimità tas-sistema politika, distribuzzjoni inugwali tad-dħul u governanza tat-taxxa batuta,
D. billi s-suriet ewlenin ta' flussi finanzjarji illeċiti u ta' ħarba ta' kapital jinkludu b'mod speċjali: l-ipprezzar ħażin tat-trasferimenti bejn il-pajjiżi biex jiġbdu l-investiment dirett barrani, ir-round-tripping, id-dħul doppju mill-istess sors (double-dipping), il-movimenti ta' flus kontanti bil-massa, protokolli ta' investimenti opaki u żvantaġġużi u l-kuntrabandu,
E. billi ċ-ċentri finanzjarji offshore u r-rifuġji fiskali jiffaċilitaw ħarba illeċita tal-kapital ta' US$1 triljun fis-sena; billi dawn il-flussi monetarji illegali ħerġin “il barra huma madwar għaxar darbiet l-ammont tal-flus għall-għajnuna li jingħataw lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw għat-titfija tal-faqar u għall-iżvilupp ekonomiku,
F. billi r-rifuġji fiskali, li joffru regoli ta' segretezza u domiċilji fittizji kkombinati ma' skemi ta' “taxxa żero'sabiex jattiraw il-kapital u d-dħul li suppost kellu jiġi intaxxat f'pajjiżi oħra, jiġġeneraw kompetizzjoni fiskali dannuża,
G. billi l-kompetizzjoni fiskali rriżulat fil-fatt li l-piż fiskali mar fuq il-ħaddiema u l-unitajiet domestiċi bi dħul baxx u ġiegħlet li jsir tnaqqis dannuż fis-servizzi pubbliċi fil-pajjiżi fqar,
H. billi l-frodi fiskali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw twassal għal telf annwali tad-dħul fiskali li jikkorrispondi għal għaxar darbiet l-ammont tal-għajnuna għall-iżvilupp mogħtija mill-pajjiżi żviluppati,
I. billi l-possibilità li tissaħħaħ il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi tkompli tintlaqat ukoll mill-kuntest globali talliberalizzazzjoni tas-swieq internazzjonali, li jinvolvi s-sostituzzjoni tad-dħul doganali b'riżorsi domerstiċi oħra; billi r-riċerka tal-FMI turi li filwaqt li l-pajjiżi sinjuri rnexxielhom jibbilanċjaw it-tnaqqis tat-taxxi kummerċjali bħala sors ewlieni tad-dħul b'sorsi oħra ta' dħul, partikolarment il-VAT, l-ifqar pajjiżi fl-aħjar każi ssostitwixxew madwar 30% tat-taxxi kummerċjali mitlufa(7),
J. billi l-“istħarriġ komparattiv” immexxi mill-Patt Fiskali Internazzjonali juri li hemm bżonn ta' aktar koordinament tad-donaturi fil-qasam tat-tassazzjoni u l-iżvilupp,
K. billi l-eżistenza ta' settur kbir informali fl-ekonomija qed iżomm lura l-mobilizzazzjoni ta' riżorsi domestiċi,
L. billi ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw qed jitilfu l-opportunità offruta mill-kwantità kbira ta' prodotti bażiċi billi mhux qed jirċievu sehem diċenti mid-drittijiet dovuti minerali li huma ġustifikati,
M. billi ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw lanqas biss jiksbu l-livell fiskali minimu li jkun meħtieġ biex jiffinanzjaw is-servizzi pubbliċi u l-impenji internazzjonali bħat-tnaqqis tal-faqar,
N. billi t-taxxa tipprovdi sors ta' dħul li hu potenzjalment iktar stabbli u sostenibbli mill-flussi tal-għajnuna u tinkoraġġixxi s-sieda tal-pajjiżi rispettivi b'mod aħjar,
O. billi r-rappurtar fuq bażi konsolidata spiss jagħmilha diffiċli li jiġu identifikati l-kumpaniji li għandhom jiġu intaxxati u li jiġi determinat il-livell fiskali korrett minħabba l-istrutturi korporattivi kumplessi tagħhom u d-distribution tal-attività ekonomika ta' bejniethom,
P. billi l-hekk imsejħa fondi opportunistiċi (vulture funds), li spiss ikunu bbażati fir-rifuġji fiskali, qed jixtru dejjem b'iktar frekwenza d-dejn tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw bi skont kbir u wara jfittxuhom bil-qorti għall-ammont oriġinali tad-dejn (spiss bl-interessi u t-tariffi tal-multa) u meta jagħmlu dan, jirristrinġu sostanzjalment il-grad sa liema l-pajjiżi li qed jiżviluppaw jistgħu jaġixxu permezz tad-dħul fiskali addizzjonali tagħhom,
Q. billi m'hemm l-ebda liġi li tagħmel limitu għall-ammont ta' profitti li jista“ jiġbor fond opportunistiku permezz ta' kawża kontra l-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jinġabar id-dejn oriġinali u billi m'hemm l-ebda struttura regolatorja li tiżvela min huma l-fondi opportunistiċi u wkoll kemm ħallsu għal dan id-dejn li qabel kien stmat bħala bla valur,
R. billi f'ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw jeżistu rati korporattivi multipli tat-taxxa fuq id-dħul ibbażati mhux biss fuq id-dħul u d-dividenti, imma wkoll fuq is-setturi tal-negozju, jiġifieri l-allokazzjoni settorjali tar-riżorsi hija mgħawġa minħabba d-differenzi fir-rati tat-taxxa,
S. billi l-konformità fiskali għandha tiġi definita bħala li wieħed jipprova jħallas fil-post xieraq, fil-ħin xieraq, fejn “xieraq” tfisser li s-sustanza ekonomika tat-transazzjonijiet li jsiru tkun tikkoinċidi mal-post u l-forma li fihom jiġu rrappurtati għall-finijiet tat-tassazzjoni,
L-importanza tat-tassazzjoni biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju
1. Jaqbel mal-Kummissjoni li sistemi fiskali effiċjenti u ġusti huma kruċjali għat-tnaqqis tal-faqar, il-governanza tajba u l-bini tal-istat;
2. Jilqa“ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li ssaħħaħ il-kapaċitajiet ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxi favur l-iżvilupp u jara l-ħtieġa ta' qafas regolatorju maħsub biex jappoġġa l-kooperazzjoni internazzjonali fit-taxxi, it-trasparenza, l-iżviluppp tas-settur pubbliku u privat u t-tkabbir ekonomiku;
3. Jenfasizza li l-proporzjonijiet bejn it-taxxa u l-PGD fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw ivarjaw bejn l-10% u l-20% meta jitqabblu mal-proporzjon ta' bejn il-25% u l-40% fil-pajjiżi żviluppati; jiddispjaċih li s'issa ngħata ftit wisq appoġġ mid-donaturi lill-għajnuna relatata mat-taxxa; f'dan il-kuntest, jilqa“ l-proposta tal-Kummissjoni li tipprovdi appoġġ imsaħħaħ għall-assistenza għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw fir-riformi fiskali u għat-tisħiħ tal-amministrazzjonijiet fiskali fir-rigward tal-FEŻ għall-Istati tal-AKP, l-Istrument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u l-PEV u l-Istrument ta' Sħubija, u appoġġ għall-korpi superviżorji, il-parlamenti u l-atturi mhux statali nazzjonali;
4. Jinnota li għandha ssir iktar enfasi fuq l-isforzi biex titwettaq ħidma biex jinbnew il-kapaċitajiet fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex dawn jiġu megħjuna jagħmlu użu effettiv tal-iskambju ta' informazzjoni u jikkumbattu b'mod effettiv l-evażjoni fiskali bil-leġiżlazzjoni interna proprja tagħhom;
Id-diffikultajiet li qed jiltaqgħu magħhom il-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex iżidu d-dħul mit-taxxa
5. Jinnota bi tħassib li s-sistema fiskali f'ħafna pajjiżi fqar għadha kkaratterizzata minn bażijiet tat-taxxa estremament stretti, eżenzjonijiet fiskali għall-elit, vaganzi fiskali korporattivi li jipprovdu inċentiv qawwi għall-evitar tat-taxxa, peress li l-intrapriżi intaxxati jistgħu jidħlu f'relazzjonijiet ekonomiċi ma' dawk eżenti biex iċaqilqu l-profitti tagħhom, dħul massiv minn riżorsi naturali li ħadd ma jkun jaf bih u flussi ta' kapital illeċiti kbar relatati ma' evażjoni fiskali massiva;
6. Jenfasizza li d-dħul fiskali m'għandux jitqies bħala alternattiva għall-għajnuna barranija, iżda bħala parti integrali tad-dħul pubbliku li jiffaċilita l-iżvilupp ta' dawn il-pajjiżi;
7. Jinnota li sistemi effiċjenti, progressivi u ekwi tat-taxxa huma kruċjali għall-iżvilupp minħabba li jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-provvista ta' beni u servizzi pubbliċi u għall-kostruzzjoni tal-istat u l-governanza tajba, li l-mira tal-pajjiżi fqar għandha tkun li l-awtosuffiċjenza tat-taxxi tieħu post id-dipendenza mill-għajnuna barranija, u li l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa, madankollu, qed ixekklu lil dawn il-miri fl-iżvilupp;
8. Jiddeplora l-fatt li r-rifuġji fiskali jdgħajfu l-governanza demokratika, iwasslu biex ir-reati ekonomiċi jrendu aktar qligħ, iħeġġu r-rent seeking u jżidu d-distribuzzjoni inekwa tad-dħul mit-taxxa; iħeġġeġ lill-UE biex tagħmel il-ġlieda kontra r-rifuġji fiskali u l-korruzzjoni prijorità assoluta tal-aġenda fl-istituzzjonijiet internazzjonali tal-finanzi u tal-iżvilupp;
9. Ifakkar li l-evażjoni fiskali tirrappreżenta telf finanzjarju konsiderevoli għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u li l-miżuri għall-ġlieda kontra r-rifuġji fiskali u l-evażjoni fiskali huma waħda mill-prijoritajiet tal-UE bil-għan li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw jingħataw għajnuna effikaċi biex jiksbu aċċess għad-dħul fiskali tagħhom; ifakkar fil-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri adegwati f'dak ir-rigward fil-livell Ewropew u internazzjonali, bi qbil mal-impenji mogħtija, b'mod partikolari mill-G20;
10. Ifakkar li, filwaqt li l-impatt pożittiv tal-FSE se jinħass biss fuq perjodu twil jew medju, it-telf ta' dħul huwa konsegwenza immedjata tat-tnaqqis fit-tariffi doganali;
11. Jenfasizza li trid tingħata aktar attenzjoni lid-diffikultajiet li jiffaċċjaw il-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex iżidu d-dħul domestiku f'kuntest globali, peress li eżenzjonijiet multipli jingħataw lil kumpanijiet domestiċi u barranin kbar bil-għan li jiġu attirati l-investimenti; jistieden lill-UE tgħin tgħin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jibnu sistemi fiskali li jagħmluha possibbli għalihom li jibbenefikaw mill-proċess tal-globalizzazzjoni;
12. Jisħaq fuq il-fatt li l-ifqar pajjiżi qed ikollhom diffikulatjiet biex jikkumpensaw għat-tnaqqis fit-taxxi kummerċjali li jirriżulta mill-kuntest dinji attwali tal-liberalizzazzjoni kummerċjali, billi jissostitwuhom b'tipi oħra ta' riżorsi domestiċi, billi fl-aħjar sitwazzjoni ġew sostitwiti madwar 30 % tat-taxxi kummerċjali li ntilfu;
13. Jisħaq li r-rifuġji fiskali, peress li jżidu l-kompetizzjoni fuq il-kapital mobbli, ftit ftit inaqqru s-sovranità li għandhom il-pajjiżi li qed jiżviluppaw għad-dħul fiskali mill-kapital bħala mezz biex titwessa“ l-bażi fiskali, filwaqt li dawn diġà għandhom bażi fiskali idjeq mill-pajjiż sinjuri;
14. Ifakkar li l-asimetrija tal-informazzjoni, li tirriżulta mir-regoli ta' segretezza tar-rifuġji fiskali, tnaqqas l-effiċenza tas-swieq finanzjarji internazzjonali, peress li din wasslet għal premji tar-riskju ogħla u b'hekk spejjeż akbar tas-self kemm għall-pajjiżi s-sinjuri kif ukoll għal dawk fqar;
15. Jagħraf li t-titjib kwalitattiv u kwantitattiv fil-mobilizzazzjoni tar-riżorsi finanzjarji nazzjonali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw se jħalli l-frott fuq żmien twil. jistieden lill-Unjoni Ewropea żżomm l-offerta tagħha ta' għajnuna fil-forom kollha tagħha sakemm il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jidhrilhom li tkun meħtieġa biex tiffinanzja l-iżvilupp tagħhom stess;
Appoġġ għal sistemi fiskali effikaċi, effiċjenti, ġusti u sostenibbli
16. Itenni li l-governanza tajba u l-kwalità tal-istituzzjonijiet jirrappreżentaw il-mutur l-aktar importanti għall-prosperità ekonomika; għalhekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni tassisti lill-awtoritajiet fiskali, lill-ġudikatura u lill-aġenziji ta' kontra l-korruzzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-isforzi tagħhom biex jibnu sistema fiskali progressiva u sostenibbli li eventwalment iġġib “divident ta' governanza” permezz ta' leġittimità u obbligu ta' rendikont akbar, u tintegra b'mod effikaċi l-prinċipji ta' governanza tajba fil-kwistjonijiet fiskali fl-ipprogrammar, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tad-dokumenti ta' strateġija għall-pajjiżi u r-reġjuni; iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw l-impenji tagħhom fir-rigward tal-għajnuna tagħhom għat-taxxa u jiġġieldu kontra t-tixħim imwettaq minn kumpaniji ddomiċiljati fil-ġurisdizzjoni tagħhom imma li għandhom operazzjonijiet f'pajjiżi li qed jiżviluppaw; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tinkludi l-parlamenti nazzjonali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-proċess baġitarju, u b'hekk tħeġġeġ relazzjoni armonjuża u tippromwovi trasparenza ikbar f'dan il-proċess;
17. Jirrimarka li l-governanza tajba fil-qasam fiskali ma tistax tiġi esportata jew imposta minn barra, u li huwa f'idejn kull pajjiż li jiddetermina l-politika fiskali tiegħu; f'dak il-kuntest, jistieden lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet nazzjonali biex ma jkunux ta' tfixkil, u jikkooperaw ma' kull pajjiż li jiddeċiedi favur żieda fit-taxxa, b'mod konsistenti u ġust, li jkollha riperkussjoni fuq il-kumpaniji barranin li jkunu preżenti fit-territorju tiegħu, partikolarment dawk fl-oqsma tal-estrazzjoni tar-riżorsi primarji, li hija għajn ta' rikkezza ewlenija fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;
18. Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi klawsola ta' governanza fiskali, inkluż is-superviżjoni tal-implimentazzjoni tagħha, fil-ftehimiet rilevanti bejn pajjiżi terzi u l-UE;
19. Jinnota li t-tnaqqis fir-riżorsi doganali li seħħ partikolarment b'riżultat tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika mal-Unjoni Ewropea qiegħed ikollu impatt negattiv fuq ir-riżorsi finanzjarji disponibbli immedjatament għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw; f'dak il-kuntest, u bħala kumpens għal dan it-telf, jistieden lill-Kummissjoni tinkuraġġixxi lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bħala parti ta' kwalunkwe għajnuna mogħtija bil-għan li jsir titjib fis-sistemi fiskali nazzjonali tagħhom, jagħtu prijorità lit-taxxi diretti progressivi fuq it-taxxi indiretti, speċjalment dawk li huma imposti fuq il-konsum, li, min-natura tagħhom, jolqtu l-aktar severament lill-popolazzjonijiet bi dħul baxx;
20. Jitlob l-implimentazzjoni sistematika, fil-qafas tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (FSE), ta' miżuri li jappoġġaw ir-riformi fiskali, speċjalment fil-forma kemm ta' għajnuna materjali (sistemi tal-informatika) u ta' għajnuna organizzattiva (taħriġ legali u fiskali tal-persunal tal-awtoritajiet tat-taxxa), jekk mitlub minn pajjiż li qed jiżviluppa; jenfasizza l-bżonn li jsir sforz partikulari mal-pajjiżi Afrikani li għadhom ma jibbenefikawx minn għajnuna fit-tul fir-rigward kwistjonijiet ta' tassazzjoni;
21. Itenni mill-ġdid il-ħtieġa li jissaħħaħ il-grad ta' koerenza bejn il-politika ta' żvilupp u l-politika kummerċjali tal-Unjoni Ewropea; ifakkar li, filwaqt li l-kriżi setgħet ħarrxet il-volatilità tal-prezzijiet tal-prodotti bażiċi, u kkawżat tnaqqis fil-flussi ta' kapital lejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-Unjoni Ewropea b'mod ġenerali, inklużi l-Istati Membri tagħha, għadha l-ikbar donatur ta' għajnuna għall-iżvilupp u fl-2009 kienet responsabbli għal EUR 49 biljun minn din l-għajnuna, jiġifieri 56% tat-total dinji; jenfasizza li, f'dan il-kuntest, it-twaqqif ta' sistema fiskali effikaċi għandu jkun prijorità għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex titnaqqas id-dipendenza tagħhom mill-għajnuna esterna u minn flussi finanzjarji esterni, imprevedibbli, oħra;
22. Jitlob li jkun hemm koerenza bejn l-appoġġ finanzjarju tal-UE u l-għoti ta' aċċess għas-swieq tal-UE lil pajjiżi partikolari u biex ikun infurzat il-livell ta' kooperazzjoni tagħhom fir-rigwart tal-prinċipji ta' governanza tajba fil-qasam fiskali;
23. Jilqa“ b'sodisfazzjon l-inizjattiva reġjonali dwar il-kooperazzjoni fil-qasam fiskali li tippermetti lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jiddiskutu r-rwol tat-taxxa fil-bini tal-istat u fl-iżvilupp tal-kapaċità u biex jaqsmu l-aħjar prattiki dwar l-amministrazzjoni fiskali;
24. Ifakkar li l-isfida ewlenija għall-pajjiżi l-fqar hi li jwessgħu l-bażi tat-taxxa; jindika li fost fatturi oħra t-tnaqqis fit-taxxi kummerċjali wassal għall-introduzzjoni ta' taxxi fuq il-konsum (VAT jew taxxi fuq l-enerġija); jikkunsidra li anke jekk il-VAT tista“ tippermetti li l-bażi għat-taxxa fl-ekonomiji bl-ikbar setturi informali titwessa”, in-natura mhux diskriminatorja tal-VAT l-agħar li tolqot huwa l-fqar; jemmen li l-għajnuna għall-iżvilupp li tagħti l-UE għandha tpoġġi bħala prijorità l-inizjattivi li jtejbu l-effikaċja u t-trasparenza tas-sistemi fiskali, pereżempju billi jiġu investigati modi kif il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jistgħu jwessgħu il-bażi tat-taxxa tagħhom/il-fluss tad-dħul mit-taxxa tagħhom permezz ta' tassazzjoni diretta u indiretta;
25. Ifakkar li l-objettiv ta' espansjoni tal-kummerċ mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandu jkun il-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku sostenibbli u l-iżvilupp ta' dawn il-pajjiżi; jinnota li t-tneħħija tad-dazju doganali tikkawża telf inevitabbli ta' dħul doganali, u għalhekk għandha tkun soġġetta għal superviżjoni aktar stretta, aktar progressiva u li tmur id f'id mal-implimentazzjoni ta' riformi fiskali li jippermettu l-kisba ta' forom ta' dħul alternattivi li jikkumpensaw għal dan in-nuqqas (VAT, taxxa fuq il-proprjetà, taxxa fuq id-dħul);
26. Jinnota bi tħassib li biljuni ta' dollari fis-sena ħallew il-kontinent Afrikan bejn l-1991 u l-2004; b'mod partikolari, jissottolinja li dawn il-flussi “l barra huma stmata li jammontaw għal 7,6% tal-PGD annwali tar-reġjun, ħaġa li tagħmel il-pajjiżi Afrikani kredituri netti tal-pajjiżi donaturi; iqis li l-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp u l-ħelsien mid-dejn provdut mill-pajjiżi żviluppati se jkun effettiv biss jekk jittieħdu b'mod ugwali miżuri konkreti mill-G20, l-OECD u l-UE biex ikun żgurat li l-bażi fiskali potenzjali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw mhux qed iġġarrab ħsara mill-evażjoni fiskali; jinkoraġġixxi f'dan il-kuntest lin-NU u lill-OECD, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Forum Afrikan tal-Amministrazzjoni Fiskali, biex ikomplu bil-ħidma tagħhom f'dan il-qasam;
27. Jinsisti li l-mezzi xierqa biex jinstabu sorsi alternattivi ta' ġbir ta' dħul għandhom jappoġġaw, u mhux jiskoraġġixxu, l-innovazzjoni, l-intraprenditorija u l-ħolqien ta' intrapriżi ta' daqs żgħir u medju, filwaqt li jsaħħu s-sjieda u l-iżvilupp lokali;
28. Jenfasizza li l-ispejjeż amministrattivi, speċjalment għal sistema tal-VAT ta' rata multipla, jistgħu jkunu għoljin wisq għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw li l-awtoritajiet fiskali tagħhom mhumiex mgħammra bir-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa, u għalhekk għandhom jiġu skrutinizzati bir-reqqa; jemmen li f'każi bħal dawn it-taxxi tas-sisa għandhom ikunu selettivi ħafna, fejn ikunu mmirati fuq ftit prodotti prinċipalment għar-raġuni li l-komsum tagħhom jinvolvi esternalitajiet negattivi fuq is-soċjetà, li d-domanda għalihom normalment mhix waħda elastika (it-tabakk, l-alkoħol, eċċ.); jitlob, fil-każ ta' limitazzjoni, ukoll li jiġu identifikati u intaxxati dawk il-kumpaniji li jistgħu jaqgħu taħt dħul fiskali miżjud (pereżempju dawk involuti fl-estrazzjoni tal-materja prima);
29. Jisħaq li rekwiżit importanti sabiex tiżdied it-tassazzjoni diretta għandu jkun li s-settur informali jiddaħħal fis-settur formali u li jitjieb l-ambjent tan-negozju;
30. Jenfasizza li, fil-kuntest globali tal-kompetizzjoni fiskali, il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jottjenu parti akbar mid-dħul mit-taxxa tagħhom mill-kapital u ftit għandhom possibilità li jiġbru taxxi alternattivi; jinnota li t-tnaqqis fid-dħul mit-taxxa minħabba dik il-kompetizzjoni għandu jiġi indirizzat billi titwessa“ l-bażi tat-taxxa jew billi wieħed jastjeni minn dik il-kompetizzjoni għalkollox jekk ikun konvenjenti u jekk fatturi oħra bħall-governanza tajba, is-sigurtà legali u l-evitar tan-nazzjonalizzazzjoni jintefgħu f'periklu fil-proċess tal-kompetizzjoni għall-investiment dirett barrani; jirrimarka li l-pajjiżi bi dħul baxx għandhom bżonn il-kapaċità li jinnegozjaw b'mod effikaċi mal-korporazzjonijiet multinazzjonali sabiex jiżguraw sehem ekwu mill-profitti tal-korporazzjonijiet u jfakkar li dawn għandu jkollhom spazju politiku adegwat biex jimponu l-kontrolli kapitali peress li d-dritt li jinġabar u jerġa” jitqassam id-dħul mit-taxxi huwa kriterju ewlieni għas-sovranità u l-leġittimità tal-istati u għalhekk prerekwiżit għall-governanza tajba;
31. Jinnota li l-Gvern Franċiż ikkommissjona riċerka dwar it-tema tal-inċentivi politiċi għat-tassazzjoni, imma għad hemm bżonn ta' iktar; jistaqsi għalhekk lill-Kummissjoni tistudja jekk approċċi differenti għat-trasferiment tal-għajnuna, eż. għotjiet minflok selfiet, jistgħux jgħinu biex jiġu limitati jew impaċija l-effetti negattivi potenzjali tal-għajnuna fuq it-tkattir tad-dħul, u jekk l-appoġġ baġitarju u t-titjib relatat fit-trasparenza u l-effikaċja tal-ġestjoni tal-infiq pubbliku jikkontribwixxux biż-żmien fuq perjodu twil biex iċ-ċittadini jkollhom rieda akbar li jħallsu t-taxxa;
32. Jinnota li ngħatat ftit wisq attenzjoni lejn kif il-gvernijiet jistgħu jużaw il-politiki fiskali biex inaqqsu l-inugwaljanzi fid-dħul u bil-benessri milli jiġu minimizzati d-differenzi eżistenti tal-ġeneru fir-responsabilitajiet fiskali;
33. Jitlob għal konċentrazzjoni fuq il-prinċipji tan-newtralità, l-ugwaljanza u s-sempliċità fir-rigward tas-sistemi fiskali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li għandhom jintlaħqu permezz ta':
(a)
taxxa li ma tieħux sehem ikbar mid-dħul tal-persuni fqar imma proporzjon ikbar mid-dħul ta' min iħallas it-taxxa jew mill-ġid hekk kif jikber;
(b)
taxxa li ma tiddiskriminax fuq il-bażi tal-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, it-tip ta' unità domestika, iċ-ċittadinanza jew l-istatus ċivili;
(c)
sistema fiskali ċara, sempliċi u trasparenti li teskludi tipi differenti ta' interpretazzjonijiet mhux mixtieqa tal-liġijiet fiskali bil-għan li jinkiseb tnaqqis massiv tat-taxxa minn fuq l-infiq soċjali;
(d)
trattament identiku għall-finijiet fiskali ta' profitt veru u telf veru minn kwalunkwe sors partikolari ta' dħul, jiġifieri li l-profitt ikun taxxabbli u t-telf ikun deduċibbli;
(e)
livell ta' tassazzjoni li jkun marbut b'mod robust ma' stadji differenti tal-iżvilupp ekonomiku;
(f)
l-unifikazzjoni ta' rati tat-taxxa multipli fuq id-dħul tal-kumpaniji billi r-rati tat-taxxa fuq id-dħul jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-volum tal-kummerċ aktar milli fuq is-setturi tal-kummerċ;
34. Iqis li hu meħtieġ li l-OECD tfassal linji gwida ġodda dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti, mezz essenzjali biex jiġi evitat li ċerti kumpaniji multinazzjonali jittrasferixxu l-profitti tagħhom lejn il-pajjiżi li għandhom l-aktar sistemi fiskali favorevoli u biex jiġi żgurat li jħallsu t-taxxi tagħhom fil-pajjiżi – inklużi l-pajjiżi li qed jiżviluppaw – fejn ikunu fil-fatt iġġeneraw il-profitti tagħhom;
35. Jikkunsidra li hija indispensabbli sistema ta' taxxa b'rata baxxa għal dħul baxx u medju, ibbażata fuq it-twessigħ tal-bażi fiskali, u li tkun teskludi kwalunkwe eżenzjoni u preferenza fiskali diskrezzjonali, inkluż fir-rigward tal-industriji tal-estrazzjoni; jenfasizza l-bżonn ta' investiment pubbliku fi proġetti li għandhom impatt lokali pożittiv fil-livell ekonomiku, soċjali, u ambjentali, filwaqt li jiġi evitat il-ħolqien ta' kwalunkwe opportunità għal xi forma ta' dumping fiskali;
Il-ħidma għal ambjent fiskali internazzjonali trasparenti, kooperattiv u ġust L-ipprezzar kummerċjali ħażin
36. Jisħaq fuq il-fatt li l-ipprezzar kummerċjali ħażin hu wieħed mill-muturi l-aktar prominenti tal-flussi finanzjarji illeċiti; jistieden lill-Kummissjoni tikkontribwixxi għall-għarfien espert pubbliku mtejjeb dwar kwistjonijiet bħal dawn fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u taħdem fuq proposti konkreti biex tiżgura li l-G20, l-OECD, in-NU u d-WTO jikkunsidraw sett aktar estensiv ta' indikaturi u metodi biex jiġi affrontat l-ipprezzar kummerċjali ħażin, li fosthom hemm “il-metodi ta' qligħ kumparabbli” tal-Istati Uniti li wrew indikazzjoni ta' riżultati tajbin biex jiġi identifikat l-ipprezzar inkorrett ta' tranżazzjonijiet;
37. Jitlob li tittieħed azzjoni kontra l-manipulazzjoni illeġittima tal-prezzijiet tat-trasferimenti (transfer price manipulation) u li jsir rieżami tar-regoli fiskali dinjija li jmorru lilhinn mill-metodu tal-profitti kumparabbli, fil-każ li hemm alternattivi oħra iktar promettenti li jindirizzaw b'mod iktar effikaċi l-problema tal-ipprezzar ħażin; jisħaq li l-UE, il-G20, l-UE u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ b'mod ġenerali għandhom jikkonċentraw l-isforzi tagħhom fuq approċċi li jistrieħu fuq l-hekk imsejjaħ prinċipju tad-distakkament (arm's length principle) li jiddikjara li t-tranżazzjonijiet fiskalment relevanti għandhom ikunu soġġetti għall-istess kundizzjonijiet bħal dawk li jsiru bejn intrapriżi indipendenti;
38. Iħeġġeġ lill-UE tiddefendi fi ħdan il-G20 u l-OECD l-prinċipju tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar il-kwistjonijiet fiskali fuq il-linji tad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni ta' Riżervi fuq id-Dħul, bħala mod kif jitrażżnu l-flussi finanzjarji illeċiti fil-ġurisdizzjonijiet ta' segretezza;
39. Jitlob l-introduzzjoni ta' taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji, li d-dħul minnha jmur biex itejjeb it-tħaddim tas-suq billi titnaqqas l-ispekulazzjoni u jgħin biex jiġu ffinanzjati l-beni pubbliċi globali bħalma huma l-iżvilupp u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, u jitnaqqsu d-defiċits pubbliċi; jistieden lill-Kummissjoni twettaq malajr studju ta' fattibilità li jqis il-kundizzjonijiet ugwali globali u, jekk ikun xieraq, biex tippreżenta proposti leġiżlattivi konkreti;
40. Jipproponi li dispożizzjoni speċifika relatata mal-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa tiddaħħal fir-reviżjoni tal-ftehim ta' Cotonou;
41. Jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex jieħdu miżuri simili fil-programmi ta' assistenza bilaterali tagħhom;
L-industriji estrattivi
42. Iħeġġeġ l-iżvilupp ta' inizjattivi għall-promozzjoni ta' aktar trasparenza fir-renti mir-riżorsi naturali inter alia permezz tal-Konvenzjoni tal-OECD għal kontra l-Korruzzjoni u l-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi; jilqa“ l-adozzjoni tal-Emendi dwar il-Minerali minn Inħawi f'Kunflitt tal-Kongo u dwar it-Trasparenza li saru għall-Liġi ta' Riforma tar-Regolament Finanzjarju u jitlob lill-Kummissjoni tipproponi inizjattiva leġiżlattiva fuq l-istess linji mingħajr ma tnaqqas ir-responsabilità tal-gvernijiet fid-dinja li qed tiżviluppa, u mingħajr ma tpoġġi piż burokratiku żejjed fuq il-kumpaniji, peress li din il-ħaġa diġà ġiet ikkritikata mill-partijiet interessati fid-dinja li qed tiżviluppa u tista” tkun ħaġa kontraproduttiva;
43. Jisħaq li l-isfruttar tar-riżorsi naturali għandu jitkompla sabiex pajjiż jiġi megħjun jilħaq l-għanijiet soċjali u ekonomiċi iktar wiesgħa tiegħu li, għall-gvernijiet fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, dan ifisser li tiġi deskritta b'mod ġenerali viżjoni, jekk dan ikun mixtieq flimkien mal-partijiet interessati internazzjonali u mal-esperti, dwar kif is-settur tar-riżorsi jidħol fil-futur ekonomiku tal-pajjiż; iqis li għal xi pajjiżi l-aħjar użu tal-kwalitajiet tar-riżorsi jista“ jkun li dawn jitħallew fl-art biex jintużaw fil-futur filwaqt li għal oħrajn, dan jista” jkun li jiġu estratti malajr, bħala għajn intermedjarju ta' dħul domestiku, sabiex jiġi ġġenerat dħul biex isostni l-investiment meħtieġ għat-tkabbir u sabiex jiġu ssodisfati l-bżonnijiet umani urġenti;
44. Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandhom ikunu sħab ugwali fid-diskussjoni u fl-adozzjoni ta' inizjattivi ġodda fis-settur tal-estrazzjoni tar-riżorsi; jisħaq li l-arranġamenti ġodda f'dan il-qasam għandhom jieħdu l-forma ta' standards internazzjonali ġeneralizzati sabiex ikun evitat il-ħolqien ta' tgħaqqid flimkien ta' biċċiet ta' regolamenti, ħaġa li tkun kontraproduttiva mill-perspettiva tal-gvernijiet, tal-amministrazzjoni fiskali u tal-kumpaniji internazzjonali;
45. Jisħaq li l-proposti tal-Kummissjoni u inizjattivi trasparenti mhux governattivi għas-settur tal-industriji tal-estrazzjoni, eż. il-Karta tar-Riżorsi Naturali, il-Prinċipji tal-Ekwatur u l-Linji Gwida għall-Investituri u għall-Kumpaniji minn “Critical Resource”, fil-fatt huma favur in-negozju; dawn jipproduċu sigurtà legali u sħubijiet sostenibbli fuq żmien twil u jservu ta' salvagwardji kontra r-rinazzjonalizzazzjoni, il-ftuħ mill-ġdid ta' negozjati u l-espulsjoni; jinnota li hemm problemi li għandhom jiġu indirizzati wkoll, pereżempju l-fatt li n-negozji jista“ jkun li jkollhom jiżvelaw informazzjoni kummerċjali sensittiva, ħaġa li tpoġġihom fi żvantaġġ kompetittiv, jew li xi ftehimiet mal-gvernijiet huma bbażati fuq il-fatt li informazzjoni tinżamm sigrieta;
46. Jinnota li r-renti mir-riżorsi dejjem għandhom jitqiesu bħala mezz intermedjarju sabiex jiżdied id-dħul domestiku; jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li s-suċċess fit-tassazzjoni tar-riżorsi spiss iġib avvanzi f'taxxi diretti, bħat-taxxi tad-dħul għall-kumpaniji, u dħul mhux fiskali, bħat-tariffi tad-drittijiet;
47. Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li numru kbir ta' stati li għandhom renti akbar, li jibbenefikaw minn renti abbundanti mir-riżorsi, partikolarment dawk miż-żejt u l-minerali, għandhom ftit inċentiv biex ikunu obbligati jagħtu rendikont, biex iwieġbu jew biex ikunu effiċenti; itenni li mekkaniżmi ta' kontrol istituzzjonali u demokratiku b'saħħithom huma kruċjali fil-ġlieda kontra l-kriżi ekonomika; jistieden, b'mod partikolari, lill-Kummissjoni biex iżżid l-għajnuna tagħha għall-iżvilupp dwar il-formolazzjoni ta' kuntratti bejn kumpaniji multinazzjonali u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw dwar kwistjonijiet ta' sfruttar tar-riżori;
48. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jimpenjaw ruħhom iktar mal-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi, permezz tad-disponibilità tal-finanzi u l-parteċipazzjoni fil-korp governattiv tagħha;
49. Ifakkar li l-kwalità tar-rappurtar finanzjarju hi kruċjali biex l-evażjoni fiskali tiġi miġġielda b'mod effikaċi; Iqis li r-rappurtar fuq il-bażi ta' kull pajjiż għalih huwa tal-akbar importanza għall-industriji estrattivi, imma jfakkar li jkun ta' ġid ukoll għall-investituri fis-setturi kollha, u b'hekk isir jikkontribwixxi għall-governanza tajba globalment; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-inklużjoni ta' rekwiżit fl-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju tal-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà li l-korporazzjonijiet multinazzjonali kollha jirrappurtaw id-dħul tagħhom u t-taxxa li ħallsu abbażi ta' kull pajjiż individwalment; ifakkar li din it-talba hija konsistenti mal-bżonn li tittejjeb ir-responsabilità soċjali korporattivi tal-intrapriżi multinazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni biex tintegra r-rappurtar pajjiż b'pajjiż fir-riforma tagħha tad-direttivi dwar il-kontabilità;
50. Jitlob l-introduzzjoni ta' obbligi ta' rrappurtar finanzjarju pajjiż pajjiż għall-kumpaniji transkonfinali, inklużi l-profitti qabel u wara t-taxxa, bl-għan li tiżdied it-trasparenza u jiżdied ukoll l-aċċess għal data relevanti għall-amministraturi fiskali; huwa tal-fehma li, sabiex jiġi żgurat li s-setturi kollha u l-kumpaniji kollha jkunu koperti b'mod uniformi, l-UE għandha tintroduċi l-prinċipju bħala parti mir-reviżjonijiet li ġejjin tad-direttiva dwar it-trasparenza u d-direttivi ta' kontabilità tal-UE, filwaqt li fil-livell internazzjonali l-Kummissjoni għandha tagħmel pressjoni fuq il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà biex jiżviluppa malajr l-istandard komprensiv korrispondenti; jistieden għal darba oħra lill-Kummissjoni tirrapporta lura lill-Parlament dwar ir-riżultat tal-konsultazzjoni pubblika tagħha u dwar id-diskussjonijiet tagħha mal-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà fi żmien is-sitt xhur li ġejjin;
51. Jenfasizza l-importanza ta' rappurtar fuq il-bażi ta' kull pajjiż għalih u jirrikjedi li n-negozjati f'dan il-qasam jiġu intensifikati:
(a)
il-gvernijiet u l-gruppi internazzjonali (inklużi l-G20 u n-Nazzjonijiet Uniti) għandhom jappoġġaw standard ta' rappurtar finanzjarju fuq il-bażi ta' kull pajjiż għalih, u għandhom jirrikjedu formalment lill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà biex jadottah;
(b)
l-OECD għandha tkompli l-istudju tagħha dwar il-fattibilità tar-rappurtar fuq il-bażi ta' kull pajjiż għalih u għandha tirraporta lura kemm lill-G20 kif ukoll lin-NU matul l-2011;
(c)
il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għandu jadotta standard ġdid li jinkludi r-rappurtar fuq il-bażi ta' kull pajjiż għalih;
(d)
is-soċjetà ċivili u l-mezzi tax-xandir fil-futur għandhom jużaw l-informazzjoni żvelata skont ir-rappurtar fuq il-bażi ta' kull pajjiż biex jirresponsabilizzaw il-gvernijiet u l-kumpaniji multinazzjonali;
Titjib tal-koordinament tad-donaturi
52. Jieħu nota tar-riżultati tal-“Istħarriġ Komparattiv” tal-Patt Fiskali Internazzjonali, li juru li hemm bżonn aktar koordinament tad-donaturi fil-qasam tat-tassazzjoni u l-iżvilupp; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu inizjattivia fuq din il-linja u tintensifika l-appoġġ tagħha għal inizjattivi multilaterali u reġjonali, bħall-Forum Afrikan għall-Amministrazzjoni Fiskali u ċ-Ċentru Inter-Amerikan tal-Amministrazzjonijiet Fiskali;
It-titjib tal-arkitettura internazzjonali għall-ġlieda kontra r-rifuġji fiskali
53. Jisħaq fuq il-fatt li l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp mhux se jirnexxielha telimina l-faqar globali jekk ma jittieħdu l-ebda miżuri ambizzjużi fi ħdan il-G20, l-OECD u l-UE biex jirreprimu r-rifuġji fiskali u l-istrutturi fiskali ta' ħsara;
54. Jinnota li, mis-Samit tal-G20 tat-2 ta' April 2009 “l hawn, iċ-ċentri finanzjarji offshore impenjaw ruħhom li jikkonformaw mal-istandards tal-OECD dwar it-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni; jinnota, madankollu, li l-istrutturi ta' ħsara tar-rifuġji fiskali għadhom jeżistu; jitlob għal darb'oħra li tittieħed azzjoni barra mill-qafas tal-OECD biex jiġu miġġielda r-rifuġji fiskali minħabba n-nuqqasijiet varji tagħhom; f'dan ir-rigward, itenni t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-istandards internazzjonali tal-OECD jirrikjedu l-iskambju ta' informazzjoni fuq talba imma li ma hemm l-ebda skambju awtomatiku ta' informazzjoni fuq il-linji tad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni ta' Riżervi fuq id-Dħul; jikkritika bl-istess mod il-fatt li l-OECD tippermetti lill-gvernijiet jaħarbu l-lista s-sewda tagħha sempliċimenti billi jwiegħdu li se jaderixxu ruħhom mal-prinċipji ta' skambju ta' informazzjoni, mingħajr ma tiżgura li dawn il-prinċipji effettivement jiġu pprattikati; iqis ukoll li r-rekwiżit li jikkonkludu ftehimiet ma' 12-il pajjiż ieħor bil-għan li jitneħħew minn fuq il-lista s-sewda huwa wieħed arbitrarju peress li ma jirreferi għall-ebda indikatur kwalitattiv għal valutazzjoni oġġettiva tal-konformità mal-prattiki tal-governanza tajba;
55. Jenfasizza li fis-sena jintilfu sa EUR 800 biljun mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw minħabba r-rifuġji fiskali u l-flussi finanzjarji illeġittimi; jinnota li trasparenza ikbar fil-proċess finanzjarju tista“ tkun pass deċiżiv lejn it-taffija tal-faqar u l-ħolqien ta' ġid sinifikanti;
56. Iqis li l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni għandu jseħħ fiċ-ċirkostanzi kollha; jilqa“ f'dan ir-rigward il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni sabiex il-koopereazzjoni bejn l-Istati Membri tiġi estiża biex tkopri t-taxxi ta' kwalunkwe tip, jiġi abolit s-sigriet bankarju u jiġi stabbilit l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni bħala regola ġenerali;
57. Jilqa“ l-fatt li xi Stati Membri huma firmatarji tal-Konvenzjoni bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-OECD dwar l-Għajnuna Amministrattiva Reċiproka fi Kwistjonijiet Fiskali, u jħeġġeġ lis-17-il Stat Membru li m'għamlux dan biex jiffirmaw il-Konvenzjoni;
58. Jistieden lill-UE żżid l-azzjoni tagħha u tieħu miżuri konkreti, bħal sanzjonijiet, kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-ħarba illeċita tal-kapital; jitlob lill-Kunsill jeżamina l-possibilità li jkun hemm mekkaniżmu multilaterali għall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni fiskali b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Kumitat tal-Esperti tan-NU dwar il-Kooperazzjoni Internazzjonali fi Kwistjonijiet Fiskali;
59. Jitlob lill-Kummissjoni tadotta kriterji aktar stretti għall-identifikazzjoni tar-rifuġji fiskali u taħdem biex jintlaħaq ftehim multilaterali dwar l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni fiskali li jkun vinkolanti internazzjonalment, inkluż għat-trusts u għall-fondazzjonijiet, u li jipprevedi kontromiżuri fil-każ ta' nuqqas ta' osservanza; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-ġlieda tagħhom kontra l-ħruġ illeċitu ta' fondi u l-ħarba illeċita ta' kapital, minħabba li dawn ġew identifikati bħala ostakolu ewlieni għall-mobilizzazzjoni ta' dħul domestiku għall-iżvilupp; jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni b'mod partikolari lejn il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' riżervi fuq id-dħul fil-forma ta' pagamenti ta' mgħax (8) u lejn il-miżuri rakkomandati għall-ġlieda kontra r-rifuġji fiskali;
60. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-effett sfortunat tat-trattati fiskali fuq id-distribuzzjoni tad-dħul mit-taxxa; jinnota li l-metodu biex jiġu assenjat id-dritt għal taxxa bbażata fuq il-prinċipju tad-domiċilju minflok il-pajjiż sors jgħin biex ir-rifuġji fiskali jsiru postijiet aktar vantaġġużi; iqis li t-trattati fiskali għandhom jerġgħu jiġu eżaminati għal kemm huma ġusti, li timplika l-possibilità li d-dritt primarju għal taxxa fil-pajjiż sors jingħata fejn qed jitwettqu l-attivitajiet reali;
61. Jiddeplora l-fatt li l-G20 għandu ma pproponiex kalendarju ċar u mekkaniżmu konkret ta' sanzjoni biex jagħmel il-ġlieda kontra r-rifuġji fiskali waħda effettiva; jitlob li tiġi adottata konvenzjoni internazzjonali bl-iskop li jiġu eliminati l-istrutturi fiskali ta' ħsara li tkun tinkludi sanzjonijiet kemm għall-ġurisdizzjonijiet mhux kooperattivi u kemm għall-istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw mar-rifuġji fiskali; iħeġġeġ lill-UE tadotta miżuri simili għall-Att tal-Istati Uniti biex jitwaqqaf l-abbuż tar-rifuġji fiskali (Stop Tax Haven Abuse Act) u tqis il-possibilità tat-tneħħija tal-liċenzja bankarja lill-istituzzjonijiet finazjarji li joperaw mar-rifuġji fiskali;
62. Iqis li l-UE għandha wkoll tiżgura l-konsistenza fl-implimentazzjoni fil-livell tal-UE u dak internazzjonali ta' standards fil-qasam tas-superviżjoni ta' prudenza, it-tassazzjoni u l-ħasil tal-flus;
63. Jitlob li l-istrutturi tal-fondi opportunistiċi jiġu żvelati internazzjonalment sabiex dawn jiġu identifikati u sabiex l-attivitajiet tagħhom jiġu pprojbiti;
64. Jitlob il-ħolqien, fil-qafas tal-FSE, ta' mekkaniżmu ta' kontroll indipendenti biex jevalwa l-impatt fiskali nett tat-tneħħija tad-dazji doganali u fl-istess ħin tal-progress miksub fir-rigward tar-riformi fiskali pajjiż pajjiż; jitlob l-introduzzjoni ta' klawsola li tipprovdi għal reviżjoni globali obbligatorja tal-FSE kollha fi żmien tlieta sa ħames snin u li tagħti lok għal modifiki ta' kull ftehim fl-interess tal-qerda tal-faqar, l-iżvilpp sostenibbli u l-integrazzjoni reġjonali; jitlob reviżjoni obbligatorja tal-progress ta' kull pajjiż individwali fl-implimentazzjoni tar-riformi fiskali b'konformità mal-aħħar aġġornamenti tal-Mudell ta' Konvenzjoni dwar it-Taxxa fuq id-Dħul u fuq il-Kaptial tal-OECD;
65. Jisħaq li l-amministrazzjonijiet fiskali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandhom bżonn jikooperaw jekk ma jagħmlux parti mill-Ministeri tal-Finanzi rispettivi, speċjalment dwar il-politika fiskali u baġitarja, b'modi li ma jistimulawx ir-rivalità u l-għira imma li jħeġġu r-relazzjonijiet tajba u l-governanza tajba fil-kwistjonijiet fiskali;
66. Jitlob li jiġu stabbiliti jew (fil-każ li dawn diġà huma stabbiliti) li jittejbu istituzzjonalment l-hekk imsejħa awtoritajiet tad-dħul (semi)awtonomi (ADA), permezz ta' sistemi adegwati ta' spezzjonijiet u bilanċi, sabiex jiġi evitat li l-awtoritajiet tat-taxxa;
67. Jenfasizza f'dan il-kontest li l-istatus għoli u l-awtonomija maniġerjali tal-awtoritajiet tad-dħul awtonomi għandhom jiġu bbilanċjati permezz ta' arranġamenti ta' governanza pluralistika li jiżguraw:
(a)
li awtorità tad-dħul awtonoma jkollha baġit iggarantit li ma jistax jinbidel mill-gvern;
(b)
li l-istatus, ir-responsabilitajiet u l-poteri tagħha jkunu mnaqqxa fil-liġi u jkunu jistgħu jiġu mħarsa mill-pulizija u mill-qrati;
(c)
li jsiru ħatriet għall-bord superviżorju (li għandu jiġi stabbilit) minn varjeta ta' aġenti pubbliċi (ministeri differenti, negozji u assoċjazzjonijiet ta' avukati);
(d)
li l-ħatriet għall-bord superviżorju jkollhom mandat twil u ta' tul ta' żmien fiss;
(e)
u li l-persunal maniġerjali u operattiv ikun responsabbli biss quddiem il-bord superviżorju;
68. Iqis li l-iżvilupp ta' sistema fiskali effikaċi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandu jkun is-sinsla tal-finanzi pubbliċi tagħhom; iqis li l-politika ġdida ta' investiment tal-UE fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandha tikkontribwixxi sabiex jiġi stabbilit ambjent aħjar, aktar favorevoli għal investiment privat barrani u nazzjonali u biex jinħolqu l-kundizzjonijiet għal għajnuna internazzjonli aktar effikaċi; ifakkar li l-politika ta' investiment tal-UE għandha tiffoka fuq l-iżvilupp tal-SMEs, inkluż permezz tal-mikrokreditu, u tinkoraġġixxi l-innovazzjoni, l-effikaċità tas-servizzi pubbliċi, is-sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat u t-trasferiment tal-għarfien favur it-tkabbir;
o o o
69. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
Pereżempju, ara l-istudju ta' Baunsgaard & Keen (2005), ikkwotat fir-rapport tal-FMI tal-15 ta' Frar 2005, bit-titolu “Dealing with the Revenue Consequences of Trade Reform” (“It-Trattament tal-Konsegwenzi tad-Dħul tar-Riforma Kummerċjali), li fih il-FMI jikkonkludi li ”many low-income countries and some middle-income countries have had difficulty in replacing trade tax revenues“ (”ħafna pajjiżi bi dħul baxx u xi pajjiżi bi dħul medju kellhom diffikoltà biex jissostitwixxu d-dħul mit-taxxi kummerċjali“).
– wara li kkunsidra t-Tielet Parti, Titolu III u l-Ħames Parti, Titoli II u V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra l-prinċipji relatati mar-rekwiżiti tal-benessri tal-annimali stipulati fl-Artikolu 13 tat-TFUE,
– wara li kkunsidra l-ftehimiet tad-WTO, u b'mod partikolari l-Ftehim dwar l-Agrikoltura li ġie nnegozjat waqt ir-Rawnd ta' Urugwaj u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1995,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni adottata fir-raba“ Konferenza Ministerjali li saret f'Doha mid-9 sal-14 ta' Novembru 2001, id-Deċiżjoni adottata mill-Kunsill Ġenerali tad-WTO fl-1 ta' Awwissu 2004 u d-Dikjarazzjoni adottata fis-sitt Konferenza Ministerjali li saret f'Ħong Kong mit-13 sat-18 ta' Diċembru 2005,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' April 2006 dwar il-valutazzjoni tar-Rawnd ta' Doħa wara l-Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Ħong Kong(1),
– wara li kkunsidra l-abbozzi ta' modalitajiet riveduti għall-agrikoltura li ġew iċċirkulati fis-6 ta' Diċembru 2008 mill-president min-naħa tad-WTO li ppresieda n-negozjati dwar l-agrikoltura,
– wara li kkunsidra l-Memorandum ta' Qbil tal-15 ta' Mejju 2009 bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Kummissjoni Ewropea rigward l-importazzjoni taċ-ċanga ġejja minn annimali li ma jkunux ġew ittrattati b'ċerti ormoni li jinkoraġġixxu t-tkabbir u rigward id-dazji ogħla applikati mill-Istati Uniti għal ċerti prodotti tal-Komunitajiet Ewropej,
– wara li kkunsidra s-soluzzjoni miftiehma b'mod reċiproku li ntlaħqed fil-15 ta' Lulju 2009 bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea għat-tilwima bit-titolu “Il-Komunitajiet Ewropej – Miżuri li jolqtu l-Approvazzjoni u l-Marketing tal-Prodotti Bijoteknoloġiċi”,
– wara li kkunsidra l-ftehim li ġie inizjalat fil-15 ta' Diċembru 2009 bejn l-UE u l-pajjiżi Latino-Amerikani li jistipola l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni aħħarija tat-tilwimiet pendenti dwar ir-reġim tal-importazzjoni tal-UE għall-banana (Ftehim ta' Ġinevra),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2009 dwar il-prospetti għall-Aġenda ta' Doha għall-Iżvilupp (DDA) wara s-Seba“ Konferenza Ministerjali tad-WTO(2),
– wara li kkunsidra l-konklużjoni, fis-17 ta' Diċembru 2009, tan-negozjati bejn l-UE u l-Marokk dwar ftehim li jirrigwarda miżuri ta' liberalizzazzjoni fuq prodotti agrikoli u tas-sajd,
– wara li kkunsidra l-konklużjoni, fl-1 ta' Marzu 2010, tan-negozjati bejn l-UE, il-Perù u l-Kolombja dwar l-iffirmar ta' Ftehim bejn Bosta Partijiet,
– wara li kkunsidra s-soluzzjoni miftiehma b'mod reċiproku li ntlaħqed fit-18 ta' Marzu 2010 bejn ir-Repubblika Arġentina u l-Unjoni Ewropea għat-tilwima bit-titolu “Il-Komunitajiet Ewropej – Miżuri li jolqtu l-Approvazzjoni u l-Marketing tal-Prodotti Bijoteknoloġiċi”,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2010 dwar “Il-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli: liema strateġija għandna nsegwu?(3),
– wara li kkunsidra l-konklużjoni, fid-19 ta' Mejju 2010, tan-negozjati bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali dwar il-pilastru tal-kummerċ tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2010 dwar il-futur tal-Politika Agrikola Komuni wara l-2013(4),
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Korea t'Isfel iffirmat fis-6 ta' Ottubru 2010,
– wara li kkunsidra n-negozjati li għaddejjin bħalissa bejn l-UE u l-Mercosur għal Ftehim ta' Assoċjazzjoni,
– wara li kkunsidra n-negozjati li għaddejjin bħalissa bejn l-UE u l-Kanada għal Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv,
– wara li kkunsidra n-negozjati li għaddejjin bħalissa bejn l-UE u l-Indja għal Ftehim ta' Kummerċ Ħieles,
– wara li kkunsidra n-negozjati li għaddejjin bħalissa bejn l-UE u l-Ukraina għal Ftehim ta' Assoċjazzjoni,
– wara li kkunsidra l-istudju tiegħu bit-titolu “Bilanċ tan-Negozjati Agrikoli tad-WTO wara l-Falliment tat-Taħdidiet tal-2008”, ta' Ġunju 2009,
– wara li kkunsidra l-gwida bit-titolu “Indikazzjonijiet Ġeografiċi u l-Ftehim TRIPs: 10 Snin Wara. Pjan direzzjonali għad-detenturi tal-IĠ tal-UE biex jakkwistaw ħarsien f'Membri oħra tad-WTO”, li ġiet ikkummissjonata mill-Kummissjoni,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni ta-15 ta' Settembru 2010 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontrapartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (COM(2010)0484),
– wara li kkunsidra l-kwistjoni tal-liberalizzazzjoni tad-dmirijiet għall-Pakistan, prevista fl-Artikolu 1 tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jintroduċi preferenzi kummerċjali awtonomi ta' emerġenza għall-Pakistan (COM(2010)0552),
– wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju tan-NU,
– li kkunsidra l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7–0030/2011),
A. billi l-UE għadha bil-wisq l-akbar importatriċi ta' prodotti agrikoli fid-dinja, fejn l-importazzjonijiet kważi rduppjaw fil-valur f'dawn l-aħħar għaxar snin u issa jiffurmaw kważi 20% tal-importazzjonijiet kollha tad-dinja,
B. billi s-sehem tal-UE mill-esportazzjonijiet agrikoli globali qed jonqos bħala riżultat tat-tkabbir aktar mgħaġġel ta' sħab kummerċjali agrikoli ewlenin oħra; billi l-prodotti finali ffurmaw 68% tal-valur tal-esportazzjonijiet tal-UE fl-2007-2009, filwaqt li l-prodotti intermedji u l-kommoditajiet irrappreżentaw 23% u 9% rispettivament; billi, barra minn hekk, il-prezzijiet tas-suq dinji huma fattur mid-diffikultajiet li l-UE qed tesperjenza fl-esportazzjoni tal-prodotti tagħha, minħabba li, in ġenerali, il-prezzijiet huma baxxi u l-Unjoni għandha spejjeż tal-produzzjoni ogħla,
C. billi l-iżbilanċ tal-kummerċ agrikolu tal-UE laħaq l-ogħla livell rekord ta' EUR 7 biljun fl-2008; billi l-iżbilanċ kummerċjali tal-UE mal-Mercosur, pereżempju, aktar milli rdoppja mill-2000 “il hawn u l-importazzjonijiet ta' prodotti agrikoli mill-Mercosur li jidħlu l-UE issa għandhom il-valur ta' EUR 19-il biljun, meta mqabbla mal-valur ta' EUR 1 biljun ta' esportazzjonijiet,
D. billi l-UE hija l-akbar importatriċi fid-dinja fir-rigward tal-prodotti agrikoli mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, fejn timporta aktar mill-Istati Uniti, il-Ġappun, il-Kanada, l-Awstralja u n-New Zealand kollha f'daqqa; billi madwar 71% tal-importazzjonijiet agrikoli totali joriġinaw mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bħala riżultat tal-inizjattiva Kollox ħlief Armi (EBA) għall-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDCs), is-sistema ġeneralizzata ta' preferenzi (SĠP), u l-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (FSE),
E. billi l-abbozzi ta' modalitajiet dwar l-agrikoltura li ħarġet id-WTO fl-2008 jkunu jeħtieġu li l-UE tagħmel konċessjonijiet jerġa“ akbar minn dawk stabbiliti fl-offerta, li diġà hija waħda sostanzjali, magħmula mill-UE f'Ottubru 2005,
F. billi l-applikazzjoni tal-koerenza tal-politika għall-iżvilupp (PCD) għall-agrikoltura u l-kummerċ se tħalli effett ukoll fuq il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju 1 (l-eradikazzjoni tal-faqar estrem u l-ġuħ) u 8 (is-sħubija globali għall-iżvilupp), inkluż permezz tad-dispożizzjonijiet għal regoli kummerċjali u aċċess għas-suq aktar ġusti,
G. billi l-UE diġà naqqset drastikament l-appoġġ domestiku tagħha li jgħawweġ il-kummerċ, mhux bħas-sħab kummerċjali ewlenin, b'mod partikolari l-Istati Uniti, li żammet u f'xi każijiet saħħet l-istrumenti tagħha skont il-Liġi tal-Biedja (Farm Bill) tal-2008,
H. billi l-UE b'mod unilaterali għamlet tnaqqis sostanzjali fir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni tagħha, fejn is-sehem tagħhom mill-baġit tal-PAK niżel minn 29,5% fl-1993 għal biss 1,2% fl-2009, u bil-proporzjon tal-valur tal-esportazzjonijiet agrikoli li għalih ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni li jitħallsu waqgħu minn 25% fl-1992 għal biss 0,9% fl-2009; billi xi sħab kummerċjali ewlenin qed ikomplu jagħmlu użu konsiderevoli minn suriet oħra ta' inċentivi għall-esportazzjoni,
I. billi, fil-qafas tat-tilwima tal-“ormoni taċ-ċanga”, l-Istati Uniti qed tkompli timponi sanzjonijiet fuq l-UE u kienet anke ħabbret li se jieħdu sistema rotattiva biex ikopru prodotti agrikoli oħra tal-UE, bil-għan li l-impatt tagħhom jiżdied (leġiżlazzjoni “karużell”); billi skont il-Memorandum ta' Qbil (MtQ) l-UE tagħti kwota tariffarja ta' importazzjoni mingħajr dazju ta' 20 000 tunnellata ċanga,
J. billi l-Istati Uniti sfidat, fi ħdan id-WTO, ir-regoli tal-UE li jirregolaw l-iġjene u l-ikkummerċjar tat-tjur,
K. billi soluzzjoni miftiehma b'mod reċiproku intlaħqet mal-Kanada u l-Arġentina dwar it-“tilwima tal-OĠM”; billi l-Istati Uniti għamlet talba ta' ritaljazzjoni ġenerali,
L. billi d-deċiżjoni mogħtija mill-panel tad-WTO dwar iz-zokkor kienet waħda mill-muturi prinċipali tar-riforma taz-zokkor tal-UE tal-2006 u għadha qed ikollha impatt ewlieni fuq il-kummerċ taż-żokkor; billi l-organizzazzjoni tas-suq komuni għaz-zokkor tirrispetta l-impenji tal-kummerċ tal-UE kollha; billi fi żmien tliet snin l-UE nbidlet mit-tieni l-akbar esportatriċi taz-zokkor għat-tieni l-akbar importatriċi netta, b'mod ewlieni għall-benefiċċju tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw (LDC u l-pajjiżi tal-AKP),
M. billi r-riforma taz-zokkor tal-2006 laħqet l-objettivi ta' żieda fil-kompetittività, tnaqqis fil-prezzijiet taz-zokkor u tnaqqis fil-kwota tal-produzzjoni taz-zokkor b'madwar 30%; billi, madankollu, wasslet għall-għeluq ta' 83 fabbrika minn total ta' 189 fl-UE ta' 27, it-telfa ta' “l fuq minn 16 500 impjieg dirett f'żoni rurali, u t-tmiem tal-kultivazzjoni tal-pitravi taz-zokkor għal madwar 140 000 bidwi,
N. billi s-suq dinji taz-zokkor huwa wieħed mill-aktar swieq tal-prodotti agrikoli volatili u jinsab iddominat minn pajjiż wieħed (il-Brażil); billi l-produzzjoni taz-zokkor tal-UE tipprovdi provvista affidabbli lis-suq dinji u tiżgura provvista interna regolari ta' prodotti sostenibbli u ta' kwalità għolja lill-utenti Ewropej,
O. billi l-UE qed tippromwovi produzzjoni sostenibbli tal-enerġija rinnovabbli, permezz ta' rekwiżiti li jridu jiġu applikati sa tmiem l-2010; billi l-UE diġà timporta aktar minn 25% tal-konsum tal-fjuwil bijoetanol tagħha, bl-esklużjoni tal-bijoetanol importat fil-forma ta' taħlitiet bil-għan li jiġu evitati d-dazji tal-importazzjoni; billi l-Kummissjoni għandha bżonn tiżgura li jkun hemm bilanċ bejn il-produzzjoni interna tal-bijoetanol u l-importazzjonijiet bi qbil mal-Artikolu 23(5)(a) tad-Direttiva tal-Enerġija Rinnovabbli (Direttiva 2009/28/KE(5)),
P. billi r-Raba“ Sessjoni tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tal-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk se ssir f'Novembru 2010; billi tniedet konsultazzjoni pubblika dwar ir-reviżjoni possibbli tad-Direttiva tal-Prodotti tat-Tabakk (Direttiva 2001/37/KE(6)); billi ħafna membri tad-WTO qajmu l-kwistjoni tal-konformità mal-Ftehima TBT tal-Liġi Kanadiża C-32, li tinvolvi b'mod effettiv il-projbizzjoni tal-prodotti kollha tat-tabakk imħallat tradizzjonali, barra dawk li jużaw biss it-tabakk tal-Virġinja, l-unika varjetà prodotta fil-Kanada u użata fil-manifattura tal-prodotti tat-tabakk Kanadiż,
Q. billi l-UE trid toħloq bilanċ fil-ftehimiet tal-kummerċ internazzjonali bejn il-liberalizzazzjoni tas-suq u l-protezzjoni għas-setturi ekonomiċi u d-drittijiet tal-ħaddiema u l-konsumaturi,
R. billi l-ftehimiet tal-kummerċ tal-UE ma' pajjiżi terzi jridu jipproteġu s-setturi tal-UE li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet – b'mod partikolari s-setturi tal-frott u l-ħaxix, tal-bhejjem u taċ-ċereali, li fihom id-dħul waqa“ b'mod sostanzjali – u, fl-istess ħin, joffrulhom opportunitajiet tal-esportazzjoni ġenwini,
S. billi l-bdiewa lokali ż-żgħar, li jagħtu kontribut sinifikanti lis-sigurtà tal-ikel fir-reġjuni tagħhom, ma jridux jiġu affettwati b'mod negattiv mill-konklużjoni tal-ftehimiet tal-kummerċ internazzjonali tal-UE,
T. billi l-UE trid tfittex li tiżgura mmonitorjar aħjar tad-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali meta tikkonkludi ftehimiet tal-kummerċ internazzjonali,
U. billi l-kunsens tal-Parlament huwa meħtieġ għall-konklużjoni tal-ftehimiet tal-kummerċ innegozjati mill-Kummissjoni,
Konsistenza bejn il-politika agrikola u l-politika kummerċjali komuni tal-UE
1. Iqis li s-settur agrikolu tal-UE għandu valur miżjud ċar għall-ekonomija Ewropea u għandu rwol strateġiku xi jwettaq fl-istrateġija UE 2020 biex jinstab tarf tal-isfidi ekonomiċi, soċjali u ambjentali li qed tiffaċċja l-UE; jisħaq fuq il-bżonn li tiġi żgurata koerenza bejn il-politiki tal-UE tal-agrikoltura, tal-kummerċ u tal-iżvilupp;
2. Jenfasizza li l-politika tal-kummerċ estern m'għandhiex tipperikola l-abilità tal-UE li żżomm settur agrikolu b'saħħtu u tiżgura s-sigurtà tal-ikel fi sfond ta' volatilità akbar tas-suq; jistieden lill-Kummissjoni biex tiddefendi, fil-fora kollha, u b'mod partikolari fid-WTO, ir-rwol multifunzjonali tal-agrikoltura tal-UE, inkluż ir-rwol vitali li għandha biex tipprovdi l-impjieg f'żoni rurali u biex issostni l-vitalità tagħhom, u l-mudell agroalimentari Ewropew li huwa komponent strateġiku tal-ekonomija tal-Ewropa;
3. Jikkundanna l-approċċ tal-Kummissjoni, li wisq ta' spiss tagħmel konċessjonijiet fuq l-agrikoltura bil-għan li tottjeni aċċess imtejjeb għas-suq f'pajjiżi terzi għall-prodotti industrijali u s-servizzi; jitlob lill-Kummissjoni biex tieqaf tpoġġi l-interessi agrikoli wara l-interessi tas-settur industrijali u tas-servizzi;
4. Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi approċċ li jġib bilanċ bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjonijiet, filwaqt li, għal kull settur agrikolu jitqiesu l-iżvilupp ta' negozjati ta' kummerċ multilaterali u bilaterali, kif ukoll l-istandards ambjentali, soċjali, tal-benessri tal-annimali u ta' sikurezza tal-UE u rispett għad-drittijiet tal-bniedem;
5. Jenfasizza li, fir-rigward tas-settur agrikolu, il-Kummissjoni trid twettaq valutazzjonijiet tal-impatt li jridu jixxandru qabel ma jinbdew in-negozjati u aġġornamenti proposti ħalli jqisu pożizzjonijiet ġodda li joħorġu min-negozjati; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm proċess xieraq u trasparenti biex jiġu kkonsultati l-partijiet interessati kollha, b'mod partikolari fil-Parlament u l-Kummissjoni; ifakkar li kunsill konsultattiv domestiku kien inkluż fil-Ftehim tal-Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Korea t'Isfel u jinnota li dan jista“ jkun preċedent għall-involviment ta' partijiet interessati fi ftehimiet tal-kummerċ ħieles;
6. Jenfasizza li l-valutazzjonijiet tal-impatt iridu jqisu l-ispeċifiċitajiet ta' kull prodott, bħas-suq taċ-ċanga, filwaqt li titqies is-segmentazzjoni tas-suq; jisħaq fuq il-fatt li valutazzjonijiet tal-impatt preċedenti pprovdew biss figuri globali; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tipprovdi valutazzjonijiet tal-impatt dettaljati filwaqt li jitqiesu l-effetti fuq setturi speċifiċi tas-suq li joħorġu mill-ftuħ tas-swieq agrikoli tal-UE għall-blokk tal-kummerċ tal-Mercosur;
7. Huwa tal-opinjoni li m'għandhomx jittieħdu deċiżjonijiet biex jinfetaħ aktar is-suq tal-UE għall-importazzjonijiet ta' prodotti agrikoli mingħajr ma jiġi żgurat li l-bdiewa tal-UE jkunu kkumpensati għat-telf tagħhom;
8. Jisħaq fuq il-fatt li l-kumpens finanzjarju ma jistax ipatti għall-impatti negattivi tal-qtugħ tal-kontinwità tal-produzzjoni agrikola tal-UE, li tiggarantixxi s-sikurezza u l-kwalità tal-ikel u hija essenzjali għall-prosperità taż-żoni rurali tal-UE u l-ħarsien tal-pajsaġġi rurali kontra t-theddida tal-abbandun tal-art u l-ispopolament rurali; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li jinżammu l-kundizzjonijiet meħtieġa biex il-bdiewa tal-UE jibqgħu vijabbli u jirċievu dħul ġust fl-Istati Membri kollha, b'hekk jitneħħa x-xkiel għar-revitalizzazzjoni tal-biedja fl-Ewropa, fid-dawl tar-rwol ewlieni li kellu l-PAK fl-istruttura tal-UE;
9. Ifakkar li l-produtturi tal-UE huma obbligati li jissodisfaw l-ogħla standards f'dawk li huma kwalità, iġjene tal-prodotti, metodi ta' produzzjoni sostenibbli, saħħa tal-pjanti, saħħa u benessri tal-annimali, traċċabilità, kontroll tar-residwu tal-pestiċidi, mediċina veterinarja u addittivi;
10. Huwa konvint li l-metodi ta' produzzjoni ta' pajjiżi terzi għall-esportazzjoni lejn l-UE jridu jipprovdu lill-konsumaturi Ewropej bl-istess garanziji f'termini ta' saħħa, sikurezza tal-ikel, benessri tal-annimali, żvilupp sostenibbli u standards soċjali minimi bħal dawk meħtieġa mill-produtturi tal-UE; jenfasizza li dan huwa l-uniku mod li bih jiġi żgurat li l-produtturi tal-UE jkunu jistgħu jikkompetu fuq l-istess livell ma' pajjiżi terzi, u jinsisti fuq il-ħtieġa li fil-fruntieri jsiru kontrolli aktar stretti tal-importazzjoni u biex jiżdiedu l-kontrolli fuq il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni u tat-tqegħid fis-suq li jsiru mill-Uffiċċju Veterinarju u tal-Ikel f'pajjiżi li jkunu qed jesportaw lejn l-UE sabiex tiġi ggarantita l-konformità mal-istandards tal-UE;
11. Jenfasizza l-ħtieġa, fir-rigward tal-importazzjonijiet, ta' konformità stretta mar-regoli tal-oriġini u mekkaniżmi għall-prevenzjoni tal-kummerċ triangolari;
12. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi b'mod proattiv l-interessi agrikoli offensivi tal-UE u biex issir aktar faċli għall-prodotti tal-UE li jiksbu aċċess għas-swieq ta' pajjiżi terzi, minħabba l-potenzjal wiesa“ ta' esportazzjoni u ta' stabilizzazzjoni tas-suq dinji tal-prodotti agroalimentari ta' kwalità għolja tal-UE; jenfasizza, inter alia, il-ħtieġa li l-programmi ta' promozzjoni jiġu intensifikati; jinnota li dawn il-miżuri huma kompatibbli mad-WTO, peress li jaqgħu fil-”kaxxa l-ħadra“;
13. Jinnota li r-reġjuni l-aktar periferiċi (OR) huma parti integrali tal-UE u li ftehimiet tal-kummerċ japplikaw fis-sħuħija tagħhom għal tali reġjuni; jenfasizza li tariffi doganali aktar baxxi joħolqu theddida għall-ekonomiji fraġli tar-reġjuni l-aktar periferiċi , li huma bbażati b'mod ewlieni fuq il-biedja u jipproduċu prodotti simili għal dawk prodotti minn, fost l-oħrajn, pajjiżi msieħba tal-Amerika Latina; jinnota li, skont l-Artikolu 349 tat-TFUE, il-politiki tal-UE jistgħu jitfasslu b'mod speċifiku għaċ-ċirkustanzi ġeografiċi u ekonomiċi speċifiċi ta' reġjuni bħal dawn; b'hekk jitlob lill-Kummissjoni biex matul in-negozjati tqis is-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni l-aktar periferiċi, sabiex jiġi żgurat li l-iżvilupp tagħhom ma jiġix ostakolat;
L-agrikoltura fis-sistema ta' kummerċ multilaterali L-Aġenda ta' Doha għall-Iżvilupp (ADŻ)
14. Iqis li, fi sforz biex ikun żgurat riżultat ta' suċċess għad-DDA, l-UE għamlet offerta estremament ġeneruża fuq l-agrikoltura, li ma tistax tiżdied, imma dan għadu sal-lum il-ġurnata ma ġiex reċiprokat minn livell ekwivalenti ta' ambizzjoni minn pajjiżi żviluppati u minn pajjiżi li qed jiżviluppaw avvanzati oħrajn;
15. Ifakkar li r-riforma tal-PAK tal-2003 u l-“Kontroll tas-Saħħa” tal-2008 wrew is-serjetà tal-impenji tal-UE favur riforma billi antiċipaw ir-rirżultati probabbli tar-Rawnd ta' Doha, filwaqt li għadna nistennew konċessjonijiet ekwivalenti mis-sħab kummerċjali tal-UE;
16. Jistieden lill-Kummissjoni tikkonforma strettament mal-mandat tagħha ta' negozjar mill-Kunsill, li jistabbilixxi r-riforma l-aktar riċenti tal-PAK bħala l-limitu tal-azzjoni tagħha, kemm-il darba jiġu ottenuti konċessjonijiet ekwivalenti mis-sħab kummerċjali tagħha; jitlobha żżomm lura milli tagħmel xi proposta li tkun tiddetermina minn qabel id-deċiżjonijiet li jridu jsiru dwar il-ġejjieni tal-PAK wara l-2013;
17. Jisħaq fuq ir-rwol ta' tħassib mhux kummerċjali (NTC) fl-Aġenda ta' Doha għall-Iżvilupp (DDA); huwa tal-opinjoni li, fin-negozjati tas-settur agrikolu, irid jintlaħaq bilanċ bejn id-dimensjoni ekonomika tal-kummerċ u l-valuri mhux ekonomiċi, bħal ma huma l-valuri soċjali, it-tħassib ambjentali, is-saħħa tal-bniedem u s-saħħa u l-benessri tal-annimali;
18. Jiddeplora l-assenza ta' progress fir-rigward tal-istabbiliment ta' reġistru multilaterali għall-imbejjed u l-ispirti kif ukoll fir-rigward tal-estensjoni tal-ħarsien tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli kollha; ifakkar li dawn l-elementi huma sine qua non għalbiex joħroġ riżultat ibbilanċjat għan-negozjati agrikoli; jisħaq fuq il-bżonn li jitħeġġu b'mod usa“ fil-livell multilaterali u bilaterali l-prinċipji li jsejsu l-politika tal-kwalità tal-prodott agrikolu tal-UE;
19. Ifakkar li l-UE diġà naqqset b'mod sinifikanti l-appoġġ domestiku tagħha li jgħawweġ il-kummerċ u jitlob mis-sħab kummerċjali l-oħra li jagħmlu impenn sod li jagħmlu l-istess;
20. Ifakkar fl-impenn li sar mill-membri tad-WTO waqt il-Konferenza Ministerjali ta' Ħong Kong li jaslu għall-eliminazzjoni ta' kull sura ta' sussidji tal-esportazzjoni f'paralleliżmu sħiħ mal-impożizzjoni tad-dixxiplini fuq il-miżuri kollha tal-esportazzjoni b'effett ekwivalenti, notevolment il-krediti tal-esportazzjoni, intrapriżi kummerċjali agrikoli tal-istat u l-regolazzjoni tal-għajnuna f'sura ta' ikel;
21. Iqis li t-tnaqqis ġenerali fit-tariffi tad-dwana għandu jkun ivvalutat fid-dawl tal-offerta tal-UE rigward il-pilastri tal-appoġġ domestiku u tal-kompetizzjoni tal-esportazzjoni, u għandu jiddepenti mill-possibilità li tinżamm il-klawżola tas-Salvagwardja Speċjali, minn eżenzjoni speċifika mid-dixxiplini tas-simplifikazzjoni tat-tariffi u minn flessibilità adegwata fil-formula għat-tnaqqis fit-tariffi u fin-nomina ta' prodotti sensittivi; huwa tal-fehma li l-mekkaniżmu propost għan-nomina ta' prodotti sensittivi huwa mdgħajjef b'mod fatali mill-obbligu li tintlaħaq espansjoni sinifikanti tal-kwota tariffarja;
22. Jisħaq fuq il-bżonn li l-prinċipju “impriża waħda” jinżamm fin-negozjati tal-ADŻ tad-WTO; jenfasizza li, għal xi żmien issa, kien hemm tendenza li n-negozjati jiffukaw fuq firxa limitata ta' oqsma ta' negozjar, inkluża l-agrikoltura, li l-UE għandha interessi difensivi ewlenin fiha, b'relattivament anqas progress magħmul f'oqsma ta' nnegozjar oħrajn, u dan qed jhedded li jfixkel il-pożizzjoni ta' nnegozjar tal-UE; barra minn hekk jinnota li dan qed jagħmilha diffiċli li jitqies ir-Rawnd fis-sħuħija tiegħu;
23. Jerġa“ jafferma li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandhom b'mod leġittimu jitħallew jgħaddu politiki li joħolqu valur miżjud domestiku;
24. Jenfasizza li l-volatilità tal-prezzijiet aggravat il-problemi tal-malnutrizzjoni mad-dinja kollha, kif tosserva l-FAO, u li liberalizzazzjoni akbar tal-kummerċ dinji fil-prodotti agrikoli, li ġiet inkuraġġita minn ftehimiet tad-WTO, sa issa ma rnexxilhiex tagħmilha possibbli li tiġi kkontrollata t-theddida tal-ġuħ fid-dinja; jenfasizza li l-UE għandha wkoll id-dmir li tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-ikel fid-dinja;
Riżoluzzjoni tat-tilwim tad-WTO
25. Jinnota l-fatt li l-ftehim dwar il-kummerċ fil-banana jsolvi 20 sena tal-aktar tilwima tad-WTO teknikament kumplessa, politikament sensittiva u sinifikanti, jikkostitwixxi pass importanti lejn il-konsolidament ta' sistema kummerċjali multilaterali bbażata fuq ir-regoli, u li fl-istess ħin jista“ jagħmel kontribut deċiżiv għar-riżoluzzjoni ta' kwistjonijiet marbuta ma' prodotti tropikali u preferenzi fin-negozjati tad-WTO;
26. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li r-riżoluzzjoni tat-tilwima tal-“ormoni taċ-ċnga” se tippermetti s-sospensjoni tas-sanzjonijiet fuq il-prodotti tal-UE, filwaqt jiġi ggarantit li l-importazzjonijiet taċ-ċanga għal ġo l-UE se jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-UE;
27. Iqis, fir-rigward tat-tilwima dwar it-“tjur klorinati”, li l-importazzjoni ta' prodotti bħal dawn għal ġol-UE tmur kuntrarju għad-domanda pubblika fl-UE għal prodotti sikuri u għall-prinċipji li jsejsu l-mudell tal-ikel Ewropew;
28. Jistieden lill-Kummissjoni biex b'mod vigoruż tiddefendi r-reġim tal-UE għall-awtorizzazzjoni u l-ikkummerċjar tal-OĠM fl-isfond tal-isfidi fid-WTO;
L-agrikoltura fir-relazzjonijiet kummerċjali plurilaterali, interreġjonali u bilaterali
29. Jemmen li l-konklużjoni ta' negozjati multilaterali hija prijorità li l-UE trid tfittex li twettaq; jemmen li l-ftehimiet kummerċjali bilaterali jridu jikkomplementaw il-proċessi multilaterali fis-sura ta' rispett għal kundizzjonijiet indaqs tax-xogħol, regoli ambjentali komuni u standards tas-sikurezza tal-ikel li diġà huma fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea u jevitaw li jiġu inkoraġġiti biss programmi ta' żviluopp sostenibbli. ifakkar li l-UE għandha interessi offensivi sostanzjali fl-agrikoltura, b'mod partikolari fir-rigward tal-prodotti pproċessati ta' kwalità għolja; jemmen li l-ftehimiet kummerċjali bilaterali ma' sħab kummerċjali maġġuri jistgħu jippromwovu b'suċċess l-interessi ta' esportazzjoni tal-industrija agroalimentari tal-UE, filwaqt li jipprovdu benefiċċji ekonomiċi sostanzjali;
30. Jitlob biex l-importazzjonijiet agrikoli fl-UE jipprovdu lill-konsumatur Ewropew bl-istess garanziji f'termini ta' protezzjoni tal-konsumatur, benessri tal-annimali, protezzjoni ambjentali u standards soċjali minimi bħal dawk provduti mill-metodi ta' produzzjoni Ewropej, u jitfa“ attenzjoni fuq il-pożizzjoni soda tal-Parlament dwar din il-kwistjoni; jitlob lill-Kummissjoni biex tinkludi klawżoli fil-ftehimiet tal-kummerċ bilaterali li jobbligaw il-pajjiżi terzi biex jikkonformaw mal-istess kundizzjonijiet sanitarji u fitosanitarji li huma imposti fuq il-produttur Ewropew; iqis li tali ftehimiet iridu jipprevedu tal-anqas għal konformità mal-obbligi u l-istandards internazzjonali;
31. Jenfasizza li bil-għan li jiġi evitat li “jsir ħlas darbtejn” – l-ewwel fil-livell bilaterali u mbagħad f'dak multilaterali – irid jiġi appoġġjat il-kunċett ta' “ftehim ta' but wieħed”, li skont dan il-kunċett il-konċessjonijiet fil-ftehimiet bilaterali se jkunu konnessi mal-eżitu finali tan-negozjati ta' Doha;
32. Jisħaq fuq l-importanza ta' implimentazzjoni stretta tar-regoli preferenzjali tal-oriġini; jitlob rieżami tal-preferenzi kummerċjali kollha mogħtija mill-Unjoni Ewropea lill-pajjiżi emerġenti li huma membri tal-G-20;
33. Huwa tal-opinjoni li għandhom jitwaqqfu limiti li jevitaw il-prattiki irregolari fil-kummerċ agroalimentari bħal ma huma l-kummerċ triangolari meta pajjiż jesporta l-produzzjoni tiegħu lejn l-UE, filwaqt li jieħu vantaġġ mill-preferenzi tal-aċċess għas-suq tal-UE, u mbagħad jissodisfa l-bżonnijiet tiegħu stess billi jimporta l-prodotti minn barra; iqis li, sabiex jiġu evitati tali irregolaritajiet, il-konċessjonijiet tal-aċċess għas-suq tal-UE offruti mill-UE fil-ftehimiet tal-kummerċ konklużi ma' pajjiżi terzi m'għandhomx jaqbżu l-produzzjoni attwali u l-kapaċitajiet tal-esportazzjoni tal-pajjiżi kkonċernati;
34. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiddefendi b'saħħa l-inklużjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi (IĠ) bħala parti essenzjali tal-Ftehim kummerċjali dwar il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni (ACTA); jiddispjaċih li, fil-qafas tan-negozjati li ġew konklużi dan l-aħħar jew li għadhom għaddejjin bħalissa, hija biss “lista qasira” ta' IĠ li għandha tiġi mħarsa minn sħabna fil-kummerċ; jinnota li, b'konformità mal-istrateġija tal-Ewropa Globali, il-ftehimiet bilaterali jridu jiżguraw protezzjoni internazzjonali mkabbra għal indikazzjonijiet ġeografiċi permezz ta' dispozżizzjonijiet tad-WTO+; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm proċess xieraq u trasparenti biex jiġu kkonsultati l-partijiet interessati kollha, b'mod partikolari fil-Parlament u l-Kummissjoni;
35. Ifakkar li l-Ftehim tal-Kummerċ Ħieles mal-Korea t'Isfel ippermetta li jiġu rikonoxxuti numri sinifikanti ta' Indikaturi Ġeografiċi; jitlob biex isiru sforzi ulterjuri biex dan ikun previst fil-ftehimiet tal-kummerċ futur; jinnota li l-protezzjoni u r-rikonoxximent tal-Indikaturi Ġeografiċi f'pajjiżi terzi huma potenzjalment ta' valur kbir għas-settur agroalimentari tal-UE;
36. Jinnota li, skont il-Kummissjoni, il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles (FTA) UE-Korea t'Isfel ikun iserraħ lill-esportaturi tal-UE mill-piż ta' EUR 380 miljun f'dazji kull sena, billi jelimina d-dazju minn fuq 99% tal-esportazzjonijiet agrikoli tal-UE;
37. Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-ftehimiet tal-kummerċ ma jfixklux is-sistema tal-UE tal-prezzijiet ta' entrata tal-frott u l-ħxejjex, filwaqt li żżomm kif inhuma l-iskedi attwali tal-importazzjonijiet; iħeġġeġ madankollu lill-Kummissjoni biex tagħmel il-bidliet neċessarji biex ittejjeb il-funzjonament tas-sistema kemm jista“ jkun malajr;
38. Jenfasizza, b'mod partikolari, li s-sistema kumplessa tal-prezzijiet tad-dħul li tapplika għall-importazzjonijiet tat-tadam mill-Marokk qed toħloq il-problemi; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel il-bidliet relevanti mingħajr dewmien;
39. Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar il-ftehim UE-Marokk; juri li, filwaqt li s-swieq Ewropej infetħu kważi għal kollox għal importazzjonijiet mill-Marokk, ċerti prodotti agrikoli għadhom suġġetti għal kwoti tal-esportazzjonijiet mill-UE, inklużi prodotti importanti bħal ma huwa l-frott mill-familja tat-tuffieħ;
40. Jiddispjaċih li, fin-negożjati dwar il-kapitlu agrikolu tal-ftehim ta' assoċjazzjoni mal-Marokk, ma ngħatat l-ebda garanzija fir-rigward tal-konformità mal-kwoti tal-importazzjoni preferenzjali jew mal-prezzijiet ta' dħul li japplikaw għall-esportazzjonijiet Marokkini;
41. Jistieden lill-Kummissjoni tirrispetta l-impenji tagħha rigward is-settur taz-zokkor tal-UE u fin-negozzjati kummerċjali bilaterali u multilaterali twaqqaf il-konċessjonijiet sistematiċi li hemm fuq iz-zokkor; jinnota f'dan il-kuntest l-inizjattivi tas-settur taz-zokkor li żiedu l-kompetittività tiegħu filwaqt li jtejbu s-sostenibilità ambjentali tiegħu u jikkontribwixxu għall-aġenda tal-UE dwar l-iżvilupp permezz tal-preferenzi mogħtija lill-pajjiżi tal-AKP u dawk l-anqas żviluppati;
42. Jirrimarka li kwalunkwe konċessjoni bilaterali addizzjonali tal-UE għal aċċess għas-suq taz-zokkor mogħtija lil pajjiżi terzi (pereżempju lill-pajjiżi tal-Amerika Latina u l-Ukraina) se tkun destabbilizzanti għas-suq taz-zokkor tal-UE u se tikkawża erożjoni tal-preferenzi għal-LDCs u għall-pajjiżi tal-AKP; aktar u aktar jinsab imħasseb mill-fatt li konċessjonijiet bħal dawn, meta mogħtija lil pajjiżi li huma importaturi netti, jinkoraġġixxu mekkaniżmi ta' tpartit; jistieden lill-Kummissjoni tkompli teskludi z-zokkor u l-prodotti derivati miz-zokkor, inkluż l-etanol, mill-ambitu tan-negozjati bilaterali;
43. Jistieden lill-Kummissjoni tgħasses kontra ċ-ċirkumvenzjoni tad-dazji tal-importazzjoni fuq l-etanol, peress li issa qed jidħlu fl-UE kwantitajiet dejjem jiżdiedu ta' etanol fis-sura ta' taħlitiet b'taxxa tal-importazzjoni baxxa ħafna;
44. Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li jkun hemm konċessjonijiet tat-tariffi simetriċi fil-ftehimiet taż-żoni tal-kummerċ ħieles konklużi mill-UE ma' pajjiżi b'kapaċitajiet tal-produzzjoni u tal-esportazzjoni agrikoli sinifikanti, eż. il-Mercosur;
45. Jinnota l-ftuħ mill-ġdid tan-negozjati dwar il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Mercosur – ftehim tal-akbar importanza, li jkun jaffettwa 700 miljun ruħ u jkun il-ftehim bireġjonali l-aktar ambizzjuż tad-dinja – u għalhekk jenfasizza li l-Parlament Ewropew għandu jkun involut mill-qrib fl-istadji kollha tan-negozjati;
46. Iqis li hija ħaġa inaċċettabbli li l-Kummissjoni reġgħet fetħet in-negozjati mal-Mercosur mingħajr ma għamlet disponibbli b'mod pubbliku valutazzjoni dettaljata tal-impatt u mingħajr ma daħlet f'dibattitu politiku kif għandu jkun mal-Kunsill u l-Parlament; jitlob għal studju dwar l-impatt ta' dawn in-negozjati fuq is-setturi u r-reġjuni agrikoli Ewropej li jrid isir u diskuss qabel ma jkun hemm skambju ta' kwalunkwe proposta tat-tariffi bejn l-UE u l-Mercosur; jinnota li, minħabba l-implikazzjonijiet agrikoli tan-negozjati, huwa neċessarju li tiġi stabbilita rabta mar-Rawnd ta' Doħa; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex ma tikkonkludix in-negozjati mal-Mercosur qabel ma jkun ingħalaq ir-rawnd tad-WTO kif ġie stipulat fil-mandat tiegħu; jitlob lill-Kummissjoni biex iżżomm lill-Kunsill u l-Parlament infurmati kif suppost dwar l-iżviluppi tan-negozjati mal-Mercosur u biex fil-futur tinforma lill-Kunsill u l-Parlament qabel jibdew negozjati tal-kummerċ bħal dawn;
47. Jinsab imħasseb serjament dwar l-impatti fuq is-settur agrikolu sħiħ tal-UE ta' ftehim ta' assoċjazzjoni li possibilment mal-Mercosur, minħabba t-talba magħmula mill-Mercosur f'Marzu 2006 għal aċċess għas-suq agrikolu tal-UE, li marret konsiderevolment lil hemm mill-offerta, li diġà hija waħda sostanzjali, magħmula mill-UE fl-2004; għalhekk iqis li huwa neċessarju li jiġu eżaminati mill-ġdid il-konċessjonijiet sabiex jiġu mħarsa l-interessi tal-bdiewa tagħna;
48. Iqis li l-pożizzjoni tal-Istati Membri l-ġodda ma tqisitx fin-negozjati bejn l-UE u l-Mercosur ibbażata fuq il-mandat miftiehem mill-Kunsill fl-1999;
49. Jinnota li l-impriżi tal-biedja fil-pajjiżi tal-Mercosur għandhom spejjeż tal-produzzjoni wisq inqas, inklużi l-art, ix-xogħol u spejjeż kapitali oħra, u li l-produtturi tal-Mercosur ma jridux jissodisfaw l-istess standards bħall-produtturi tal-UE fir-rigward tal-ambjent, il-benessri tal-annimali, is-sikurezza tal-ikel u l-miżuri fitosanitarji; jenfasizza li r-riżultat ibbilanċjat għaż-żewġ partijiet irid jintlaħaq billi jiġi żgurat li n-negozjati jqisu fid-dettall kollu l-konsegwenzi u l-impatti, b'mod partikolari fuq l-isfidi ambjentali u soċjali; jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt dwar il-konsegwenzi ta' tali ftehim għas-settur agrikolu;
50. Hu tal-fehma li l-livell tal-integrazzjoni tas-suq fl-unjoni doganali tal-Mercosur bħalissa mhijiex biżżejjed biex tiggarantixxi ċirkolazzjoni adegwata tal-prodotti importati fi ħdan ir-reġjun; huwa tal-opinjoni li ftehim mingħajr dispożizzjonijiet li jiżguraw iċ-ċirkulazzjoni sħiħa u effettiva ta' prodotti fiż-żona tal-Mercosur ma joffri l-ebda dividend reali;
51. Jiddispjaċih dwar il-konċessjonijiet tat-tariffi reċentament mogħtija mill-Kummissjoni lill-pajjiżi li jesportaw il-banana lejn l-UE; jitlob għal reviżjoni tal-għajnuna li jirċievu l-produtturi Ewropej taħt il-programmi ta' għajnuna għar-reġjuni l-aktar periferiċi (POSEI) sabiex dawn il-produtturi jiġu kkumpensati għall-effetti li dan it-tnaqqis fit-tariffi se jkollu fuq il-prezzijiet fis-suq tal-UE; jemmen li l-interessi tal-produtturi tal-Komunità u tal-produtturi tal-AKP jridu jiġu meqjusa f'negozjati simili futuri, ħalli dawn is-setturi, li jipprovdu għadd kbir ta' impjiegi, ma jiġux imdgħajfa;
52. Jisħaq fuq il-fatt li serje ta' rapporti mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju tenfasizza l-fatt li ċ-ċanga Brażiljana għaddejja minn sitwazzjoni fejn mhix tissodisfa l-istandards tal-produttur u tal-konsumatur tal-UE f'dak li jirrigwarda s-sikurezza tal-ikel, l-identifikazzjoni u t-traċċabilità tal-annimali, is-saħħa u l-kontrolli tal-mard tal-annimali;
53. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tistudja r-rapporti varji ppubblikati mill-Aġenzija għas-Sorveljanza tas-Saħħa Nazzjonali Brażiljana (Anvisa) dwar l-użu kbir fil-Brażil ta' pestiċidi li huma pprojbiti fl-UE u f'ħafna partijiet oħrajn tad-dinja, li jenfasizzaw ir-riskji gravi tas-saħħa li joħorġu minn din il-prattika;
54. Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-politika li qed timplimenta l-Arġentina, bi ksur tal-obbligi tad-WTO, bil-għan li tagħmel restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti tal-ikel li jkunu qed jikkompetu mal-produzzjoni domestika; jirrimarka li dawk il-miżuri jeżistu meta hemm ukoll is-sistema mhix awtomatika tal-liċenzjar tal-importazzjoni, li diġà qed ikollha impatt negattiv fuq l-esportazzjonijiet tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-azzjoni kollha meħtieġa biex ikun żgurat li dawk il-miżuri, li jmorru kontra l-ispirtu tan-negozjar ta' ftehim UE-Mercosur, jitwaqqfu b'mod effikaċi;
55. Jinsab imħasseb dwar il-konċessjonijiet magħmula għall-frott u l-ħxejjex fil-ftehimiet Euro-Mediterranji; isostni, f'dan ir-rigward, li l-kumplimentarjetà bejn l-istaġuni tat-tkabbir fil-pajjiżi Mediterranji t'isfel u ta' fuq għandha tibqa“ għall-Mediterran il-fattur gwida fil-liberalizzazzjoni tal-kummerċ agrikolu fl-Unjoni;
56. Jenfasizza li, filwaqt li l-prodotti tat-tabakk iridu jiġu rregolati minn qafas regolatorju riġidu, ir-regolazzjoni tal-ingredjenti fil-prodotti tat-tabakk fil-livell tal-UE u f'dak internazzjonali trid issegwi approċċ proporzjonat, ibbażat fuq ir-riskji li jirrifletti evidenza xjentifika; iwissi kontra kwalunkwe projbizzjoni mhux ibbażata fuq ix-xjenza ta' kwalunkwe ingredjent, li twassal b'mod effettiv għall-projbizzjoni tal-prodotti Ewropej tat-tabakk imħallat b'mod tradizzjonali, għax din ikollha riperkussjonijiet soċjoekonomiċi severi għall-produtturi tat-tabakk tal-UE (ta“ varjetajiet orjentali u Burley), mingħajr xi benefiċċju għas-saħħa pubblika;
57. Jitlob lill-Kummissjoni, fin-negozjati dwar il-ftehimiet tal-kummerċ tal-UE, inklużi dawk mal-Kanada u l-Ukraina, biex tqis l-interessi taċ-ċittadini tal-UE, biex tibqa“ miftuħa u biex tinforma lill-Parlament b'mod regolari dwar il-progress tan-negozjati; jiddispjaċih li l-Kummissjoni għadha ma infurmatx lill-Parlament dwar in-negozjati għal ftehim tal-kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Kanada anki jekk dawn in-negozjati bdew f'Ottubru 2009; jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi lill-Parlament u l-kumitati responsabbli b'informazzjoni dettaljata dwar kull rawnd ta' negozjati ulterjuri; jinsab ukoll imħasseb dwar konċessjonijiet possibbli mill-Kummissjoni fin-negozjati, b'mod partikolari fl-oqsma tal-ftuħ ta' swieq, l-OMĠ, il-ħalib, il-protezzjoni tal-propjetà intellettwali u t-tikkettar tal-oriġini, u jitlob lill-Kummissjoni biex ma tagħmel l-ebda konċessjoni li jista” jkollha impatt negattiv fuq l-agrikoltura Ewropea;
58. Jinsab imħasseb dwar il-prospett ta' konċessjonijiet fuq iċ-ċereali fin-negozjati mal-Ukraina, minħabba l-fatt li l-produzzjoni Ukraina hija kompetittiva ħafna u wkoll minħabba li l-Ukraina diġà hija l-utenta prinċipali tal-kwoti taċ-ċereali b'tariffi mnaqqsa (qamħ u xgħir) offruti lill-pajjiżi terzi; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni ħalli f'dan is-settur tillimita l-offerta tagħha;
59. Isostni mill-ġdid l-importanza li għandu l-kummerċ agrikolu għall-iżvilupp ekonomiku u għat-tafja tal-faqar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jistieden lill-UE tgħin lill-pajjiżi tal-AKP jadattaw irwieħhom għall-kompetizzjoni globali li qed tiżdied;
60. Jitlob lill-Kummissjoni biex tqis kif suppost din ir-riżoluzzjoni meta tfassal u timplimenta l-istrateġija futura tagħha tal-kummerċ;
o o o
61. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Marzu 2011 dwar id-defiċit ta' proteini fl-UE: x'soluzzjoni hemm għal problema li ilha teżisti? (2010/2111(INI))
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Novembru 2010 bit-titolu “Il-PAK fid-dawl tas-sena 2020: Nindirizzaw l-isfidi tal-futur fl-ambitu tal-ikel, tar-riżorsi naturali u dak territorjali (COM(2010)0672),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-16 ta' Lulju 2010 bit-titolu “It-Tieni Pjan direzzjonali dwar it-TSE. Karta ta' strateġija dwar l-Enċefalopatiji Sponġiformi Trasmissibbli għall-2010-2015” (COM(2010)0384),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/355/KEE(1) tat-8 ta' Ġunju 1993 rigward il-konklużjoni ta' Memorandum ta' Qbil dwar ċerti żrieragħ żejtnija bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika fil-qafas tal-GATT, li adottat il-Ftehim ta' Blair House filwaqt li ffissat limitu fuq il-produzzjoni tal-uċuħ taż-żrieragħ żejtnija u tal-uċuħ tal-proteini fl-Unjoni Ewropea u fuq tariffi speċifiċi għal tali għelejjel,
– wara li kkunsidra r-rapport ta' Novembru 2009 imressaq mill-Kummissjoni mill-LMC Internationali bit-titolu “Evalwazzjoni tal-Miżuri applikati taħt il-Politika Agrikola Komuni lis-settur tal-għelejjel tal-proteina”(2),
– wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1431/82(3) li stabbilixxa miżuri għall-piżelli, il-fażola ta' l-għalqa u l-lupini ħelwa u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 li jwaqqaf sistema ta' appoġġ għal produtturi ta' ċerti prodotti tar-raba“ li jinħarat(4), li stabbilixxew miżuri speċjali fis-settur tal-għelejjel tal-proteina u introduċew l-erja ggarantita massima, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003(5) u l-Artikoli 79 sa 80 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009(6), li jipprovdu li appoġġ speċifiku għall-għelejjel tal-proteina jitneħħa fażi fażi, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1121/2009(7), li stipola regoli ddettaljati rigward il-primjum tal-għelejjel tal-proteina,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 767/2009(8) dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-għalf,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 68 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, li jippermetti lill-Istati Membri jagħtu appoġġ għall-għelejjel tal-proteina fuq it-territoju tagħhom, u ġie utilizzat speċifikament minn Franza, Spanja, il-Polonja u l-Finlandja,
– wara li kkunsidra l-istudju mid-direttorat ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali dwar “l-Impatt Ekonomiku tal-GMOs mhux approvati fuq l-Importazzjonijiet tal-Għalf tal-UE u l-Produzzjoni tal-Bhejjem”,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet rigward ir-rwol tar-riċerka u l-għarfien lokali, inkluż ir-rwol tal-pjanti proteiċi leguminużi, li saru fir-rapport tal-“Valutazzjoni Internazzjonali tal-Għarfien, ix-Xjenza u t-Teknoloġija Agrikoli (IAASTD)” dwar il-provvista dinjija tal-ikel, imwettaq mill-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Biedja (FAO) u l-Bank Dinji,
– wara li kkunsidra l-istudji mitluba mill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u li ġew ippreżentati fil-workshop li sar fil-11 ta' Ottubru 2010,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2008 dwar “Agrikoltura sostenibbli u l-bijogass: reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE”(9),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Procedura tieghu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0026/2011),
Fatti bażiċi dwar id-defiċit tal-proteini: provvista, domanda u kummerċ internazzjonali
A. billi l-produzzjoni totali tal-għelejjel tal-proteina tal-UE bħalissa tokkupa biss 3% tal-art tal-ħrit tal-Unjoni u tforni biss 30% tal-għelejjel tal-proteina kkunsmati bħala għalf tal-annimali fl-UE, b'tendenza fuq dawn l-aħħar għaxar snin lejn żieda f'dan id-defiċit,
B. billi f'ċerti Stati Membri, żoni sostanzjali ta' art għall-agrikoltura baqgħu mhux maħduma sena wara l-oħra, bil-potenzjal produttiv tagħhom li qed jinħela,
C. billi, storikament, dan id-defiċit sinifikanti fil-produzzjoni tal-għelejjel tal-proteina jmur lura għal ftehimiet kummerċjali internazzjonali li ġew stabbiliti preċedentement, speċjalment mal-Istati Uniti, li ppermettew lill-UE tipproteġi l-produzzjoni tagħha taċ-ċereali u min-naħa l-oħra ppermettew l-importazzjoni ta' prodotti tal-għelejjel tal-proteina u taż-żrieragħ żejtnija mingħajr dazju għal ġo l-UE (GATT u l-Ftehim ta' Blair House tal-1992); billi dan kien relatat mal-progress sinifikanti fl-effiċjenza tal-produzzjoni tal-għelejjel tal-proteina u l-użu ta' teknoloġiji ġodda barra mill-UE, li jwasslu għal żvantaġġ kompetittiv għall-bdiewa tal-UE li jqisu l-produzzjoni tal-għelejjel tal-proteina ekonomikament mhux attraenti,
D. billi 70% (45 miljun tunnellata fl-2009) tal-għelejjel tal-proteina kkunsmati, speċjalment il-fażola tas-sojja, qed jiġu importati, prinċipalment mill-Brażil, l-Arġentina u l-Istati Uniti tal-Amerika u madwar 60% ta' dawn l-importazzjonijiet huma prodotti sekondarji, li jirriżultaw fil-produzzjoni ta' żejt tal-pjanti raffinat u bħala dqiq għall-għalf tal-annimali (partikolarment id-dqiq tas-sojja),
E. billi, minħabba li l-volumi prodotti huma tant baxxi, l-industrija tal-ikel kompost Ewropea tuża biss 2 miljun tunnellata ta' għelejjel tal-proteini kull sena imma tqis li tkun kapaċi tuża kważi 20 miljun tunnellata fis-sena,
F. billi dawn il-prodotti importati jirrappreżentaw l-ekwivalent ta' 20 miljun ettaru kkultivat barra l-UE, jew aktar minn 10% tal-art tal-ħrit tal-UE u dawn il-prodotti mhumiex suġġetti għall-istess restrizzjonijiet regolatorji ambjentali, tas-saħħa u tal-GMOs bħall-produtturi Ewropej,
G. billi ż-żieda ta' konsumaturi ġodda għall-fornituri tal-Amerika t'Isfel, b'mod partikolari ċ-Ċina, li mhumiex daqshekk eżiġenti bħall-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-produzzjoni u strateġija tal-provvista pjuttost opaka, tista“ fl-aħħar mill-aħħar iddgħajjef l-istabilità tas-swieq u l-katina tal-provvista tal-UE,
H. billi s-settur kollu kemm hu tal-bhejjem tal-UE sar vulnerabbli għall-volatilità tal-prezzijiet u d-distorsjoni fis-suq, kif ukoll huwa dipendenti mill-importazzjoni ta' proteini bi prezzijiet raġonevoli u ta' valur għoli u l-kompetittività tiegħu hija pperikolata mill-ispejjeż żejda ta' proteini importati għall-għalf, li jirriżultaw minħabba n-nuqqas ta' soluzzjonijiet tekniċi fil-qafas tal-politika ta' ebda tolleranza fir-rigward tal-preżenza ta' GMOs mhux permessi fil-pjanti,
I. billi n-nuqqas ta' prodotti importati tas-sojja u l-qamħirrum jimponi piż addizzjonali fl-ispejjeż għas-setturi tat-trobbija tal-bhejjem u tal-prodotti tal-għalf fl-UE, u jqiegħed fil-periklu l-vijabilità ekonomika tal-produzzjoni domestika tal-laħam,
J. billi, bħala konsegwenza tal-persentaġġ żgħir ta' għelejjel tal-magħlef leguminuż niexef (xnien, silla, tip ta' ħuxlief eċċ.) u għelejjel taż-żrieragħ (piżelli, sojja, lupina, tip ta' ful, ġulbiena, eċċ.) prodotti fl-UE, in-numru ta' programmi għar-riċerka tal-proteini tal-pjanti fl-UE waqa“ minn 50 fl-1980 għal 15 fl-2010, u t-taħriġ u l-akkwist ta' esperjenza prattika fil-produzzjoni domestika tal-għelejjel tal-proteina ġew ittraskurati, ħaġa li wasslet għal livell baxx ta' innovazzjoni u ta' produzzjoni taż-żrieragħ adattata reġjonalment fl-UE,
K. billi l-UE hija dipendenti ħafna fuq il-fażola tas-sojja u l-qamħirrum importati minn pajjiżi terzi u kwalunkwe interruzzjoni tal-provvista ta' dawn il-prodotti minħabba preżenza żgħira ħafna ta' GMOs mhux awtorizzati jkollha konsegwenzi bi spejjeż kbar ħafna fuq l-industrija tal-għalf Ewropea,
L. billi politika tar-riċerka għandha biss il-probabilità li tkun ta' suċċess jekk taqa“ taħt impenji fuq tul ta' żmien medju sa dak twil, li fil-preżent mhuwiex il-każ għall-għelejjel tal-proteina,
M. billi l-għarfien tal-bdiewa ta' prattiki sostenibbli li jorbtu bejniethom il-produzzjoni tal-għelejjel u l-produzzjoni tal-bhejjem permezz ta' newb ibbilanċjat tal-għelejjel u użu adegwat taż-żoni ta' mergħat tal-ħaxix jista“ jintilef, u billi l-kwalità tal-għelejjel tal-proteina domestiċi barra minn hekk ma toffrix il-kwalità ta' għalf kompost meħtieġ fid-diversi setturi tal-produzzjoni tal-annimali,
N. billi, biex l-għelejjel tal-proteina jsiru element sostenibbli fix-xejriet tal-għelejjel, id-dħul minn dan l-għelejjel irid jiżdied fi żmien qasir, b'mod partikolari permezz ta' appoġġ speċifiku tal-PAK,
Dikjarazzjonijiet bażiċi dwar il-vantaġġi tat-tnaqqis tad-defiċit tal-proteini
O. billi l-ibbilanċjar mill-ġdid tal-provvista u l-konsum taċ-ċereali, il-proteini u ż-żrieragħ żejtnija fl-UE jista“ jkollu benefiċċji ekonomiċi mill-akbar għall-bdiewa u għall-industrija tal-ikel u tal-għalf, barra milli jtejjeb il-varjetà tal-ikel ta' kwalità u sustanzjuż għall-konsumaturi, jekk l-isfidi l-ġodda li huma enfasizzati fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas politiku għar-riforma li se ssir dalwaqt tal-PAK jiġu kkunsidrati,
P. billi għandhom jittieħdu l-opportunitajiet kollha mogħtija mill-miżuri ta' promozzjoni varji biex jitħeġġeġ il-konsum uman taċ-ċereali, tal-għelejjel tal-proteina u taż-żrieragħ żejtnija, li jridu jiġu protetti aktar taħt skema tal-kwalità tal-prodotti agrikoli għall-protezzjoni ta' prodotti ġeografiċi u tradizzjonali, b'hekk tiġi megħjuna l-preservazzjoni tal-ikel lokali u reġjonali magħmul minn dawn il-prodotti,
Q. billi, fil-kuntest tal-bidla fil-klima, jista“ jingħata kontribut għal tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra permezz tal-produzzjoni tal-għelejjel tal-proteina, jiġifieri permezz ta' assimilazzjoni u t-twaħħil tan-nitorġenu fil-ħamrija (li jammonta għal sa 100 kgN/ha fix-xahar) u t-tnaqqis sussegwenti fl-użu tal-fertilizzant tan-nitroġenu sintetiku, li fih l-ossidu nitruż li għandu potenzjal ta' tisħin 310 darbiet ogħla minn dak tad-dijossidu tal-karbonju,
R. billi l-programm “GL-pro” tal-UE wera li l-introduzzjoni ta' għelejjel tal-proteina darba kull erba“ snin fin-newb tal-għelejjel tirriżulta f'waqgħa sinifikanti fl-emissjonijiet tas-CO2 b'madwar 10% sa 15% u tnaqqas il-produzzjoni tal-ożon,
S. billi, f'dik li hi fertilità tal-ħamrija, persentaġġ ogħla ta' għelejjel tal-proteina kkultivati fuq art tal-ħrit bħala parti minn żieda fis-sistemi ta' newb tal-għelejjel u l-pjanijiet tal-imblukkar jikkontribwixxi għal ħażna aktar ibbilanċjata ta' nutrienti, inqas aċidifikazzjoni tal-ħamrija, reżistenza msaħħa kontra l-mard, struttura aħjar tal-ħamrija (inkluża effiċjenza enerġetika akbar għat-trattament tal-ħamrija), inqas użu tal-erbiċidi u aktar bijodiversità li tgħin il-fertilizzazzjoni bil-polline,
T. billi n-numru ta' għelejjel li jkunu qed jiġu mnewba huwa fattur fit-tnaqqis tal-probabilità ta' mard u l-propagazzjoni ta' ħaxix ħażin, u konsegwentement il-bżonn għal trattamenti tal-protezzjoni tal-pjanti, u billi l-kultivazzjoni ta' persentaġġ ogħla ta' għelejjel tal-proteina, bħala parti mis-sistema ta' tinwib tal-għelejjel, tista“ tgħin biex jonqos il-konsum tal-enerġija b'10%,
U. billi, f'dak li hu mmaniġġjar tal-ilma, b'mod partikolari l-użu, fil-produzzjoni tal-għalf tal-annimali, ta' għelejjel leguminużi – bħalma huma taħlitiet ta' ħaxix u silla permanenti jew taħlitiet ta' ċereali u għelejjel tal-proteini – u l-kopertura permanenti tal-ħamrija jistgħu sostanzjalment inaqqsu t-tnixxija ta' nutrijenti li jitilqu mal-ilma, speċjalment in-nitrati u l-fosfati, għal ġol-ilma ta' taħt l-art,
V. billi, f'dik li hi bijodiversità agrikola, l-użu estiż tal-għelejjel tal-proteina li huma adattati għall-kondizzjonijiet klimatiċi Ewropej, bħalma huma l-fażola, is-sojja, il-piżelli, l-għads, il-lupina, iċ-ċiċri, l-alfalfa/xnien, is-silla, il-Phacelia spp, il-Lotus corniulatus u l-ħuxlief (sainfoin), se jistabbilizza u jseddaq sostanzjalment id-diversità fi ħdan is-sistema tal-produzzjoni,
W. billi, f'dik li hi produzzjoni tal-proteini u s-sigurtà globali tal-ikel, jeħtieġ li jintlaħaq bilanċ aħjar bejn il-produzzjoni tal-proteini tal-għelejjel u l-produzzjoni tal-proteini tal-annimali, speċjalment fir-rigward tal-ammont ta' enerġija, ilma u mezzi ta' produzzjoni esterni li bħalissa qed jiġu kkunsmati għall-produzzjoni intensiva tal-proteini tal-annimali f'kuntrast mal-produzzjoni tal-għelejjel tal-proteina għall-konsum tal-bniedem, bil-bilanċ dinji tal-ikel dejjem bħala l-punt ewlieni,
X. billi ħafna politiki tal-UE għandhom impatt fuq id-defiċit tal-proteini tal-UE, u billi l-Kummissjoni trid ukoll tanalizza l-kwistjonijiet tal-produzzjoni tal-GMOs ġewwa u barra mit-territorju tal-UE, l-iżvilupp tal-bijofjuwils u l-valutazzjoni mill-ġdid tal-projbizzjoni totali tal-proteini tal-annimali fl-għalf tal-annimali,
Y. billi, minbarra bl-użu tal-għelejjel tal-proteina tal-post, il-kwalità tal-għalf kompost li ma jkunx impurtat jista“ jittejjeb ukoll permezz tal-użu tal-prodotti sekondarji taż-żrieragħ żejtnija bħalma huma dawk tas-sojja u tal-warda tax-xemx u tal-kolza,
Z. billi l-użu ta' għelejjel tal-magħlef leguminuż niexef jew ta' għelejjel taż-żrieragħ minflok proteini importati – primarjament is-smid miċ-ċapep tas-soja – jista“ jwassal għal bidliet sinifikanti fil-metodi tat-trobbija u b'hekk ikollu sehem fit-titjib tal-kwalità ta' prodotti agrikoli (minn prodotti standard għal prodotti ċċerifikati b'bidliet fil-piżijiet relattivi applikabbli) u d-dħul tal-produtturi,
AA. billi l-projbizzjoni tal-użu tal-proteina tal-annimali fl-għalf tal-annimali ġiet introdotta b'segwitu għall-kriżi tal-BSE biex tiġi evitata kull kontaminazzjoni tat-TSE; billi din il-projbizzjoni għandha titneħħa biss fuq il-bażi ta' fatti xjentifiċi u miżuri suffiċjenti ta' prekawzjoni u kontroll; billi fuq il-bażi ta' dawn il-kundizzjonijiet il-proteini tal-annimali pproċessati mill-intern tal-annimali għall-produzzjoni tal-għalf għall-annimali monogastriċi (ħnieżer u tjur) għandhom jiġu kkunsidrati, sakemm l-ingredjenti joriġinaw minn laħam li ġie approvat għall-konsum tal-bniedem, u li l-projbizzjoni tar-riċiklaġġ bejn l-ispeċi u l-kannibaliżmu sfurzat tiġi infurzata u kkontrollata,
Dikjarazzjonijiet bażiċi bi tweġiba għall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni: it-tħejjija tal-bażi għar-rakkomandazzjonijiet u domandi
AB. billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Novembru 2010 tenfasizza b'mod ċar il-ħtieġa li tiġi mseddqa l-produzzjoni tal-għelejjel tal-proteina fi ħdan sistema aktar integrata ta' newb tal-għelejjel,
AC. billi diversi studji mwettqa mill-FAO, il-Kummissjoni u awtoritajiet kompetenti fi ħdan l-Istati Membri wrew li l-użu mtejjeb tal-għelejjel tal-proteini fl-agrikoltura tal-UE għandu l-potenzjali li jagħmel il-provvista tal-għalf tal-annimali aktar affidabbli billi jagħmel użu minn miżuri agroambjentali,
AD. billi l-koltivazzjoni tal-għelejjel tal-proteina hija vantaġġjuża għall-bdiewa f'diversi oqsma: il-produzzjoni tal-għalf tal-annimali fuq il-post fl-impriża tal-biedja stess bl-użu ta' għelejjel imħallta bħalma huma ċ-ċereali u l-fażola, il-produzzjoni tal-għelejjel tal-proteina għall-konsum mill-bniedem u l-forom kollha ta' biedja sostenibbli,
AE. billi fil-preżent l-Istati Membri jistgħu jipprovdu appoġġ speċifiku għall-produzzjoni tal-għelejjel tal-proteina bħala parti mill-programmi agroalimentari u l-“miżuri tal-Artikolu 68” għat-titjib tal-kwalità tas-sistemi tal-produzzjoni u għat-titjib tal-kwalità tal-ikel,
AF. billi, flimkien mal-kultivazzjoni taċ-ċereali u tal-qamħirrum għall-produzzjoni tal-għalf u tal-enerġija, l-użu tas-sistemi estiżi tan-newb tal-għelejjel, iż-żrigħ imħallat fuq il-post fl-impriża tal-biedja stess u t-taħlitiet tal-ħaxix u s-silla, li huwa marbut ma' vantaġġi ambjentali u agronomiċi kbar, għandhom jiġu promossi, peress li t-tkabbir tal-għelejjel leguminużi bħala parti minn sistema ta' newb jista“ jħares mill-mard u jirriġenera l-ħamrija, u kif ukoll jista” jkollu effetti pożittivi fuq il-popolazzjoni tad-dakkara u jipproteġi l-klima,
AG. billi ż-żieda fil-produzzjoni taċ-ċereali fl-Ewropa ċentrali se teħles art għar-raba“ mal-Ewropa u tagħmilha possibbli għall-għelejjel, u b'mod partikolari l-għelejjel tal-proteina, li jiġu ttrasferiti mal-Ewropa kollha,
AH. billi ż-żieda reċenti fil-volatilità tal-prezzijiet tal-prodotti agrikoli bażiċi qajmu preokkupazzjonijiet mill-akbar dwar il-kompetittività tas-settur tat-trobbija tal-bhejjem Ewropew u d-dipendenza għolja tiegħu fuq importazzjonijiet tal-għalejjel tal-proteina, billi l-UE teħtieġ pjan ġenwin ta' żvilupp strateġiku għall-proteini tal-pjanti u r-rwol speċifiku tagħhom biex wieħed jirrispondi għall-isfidi ġodda (it-tibdil fil-klima, ġestjoni aħjar tar-riżorsi naturali); billi tnaqqis fid-defiċit tal-proteina wkoll jeħtieġ sforzi kbar f'riċerka u trobbija tal-bhejjem imtejba, kif ukoll miżuri li jsaħħu infrastruttura adegwata għall-produzzjoni, il-ħżin u l-ipproċessar ta' għelejjel tal-proteina; billi anki l-prodotti sekondarji tal-produzzjoni ta' żrieragħ żejtnija u agrofjuwils jistgħu jiġu kkunsidrati bħala għalf għall-annimali, sakemm jiġu mħarsa regoli stretti biex jiġi żgurat li l-prinċipju ta' prekawzjoni jiġi applikat bis-sħiħ u li ma jkunx hemm riskji għas-saħħa tal-annimali u tal-bniedem,
AI. billi l-problema ta' tolleranza zero għall-importazzjonijiet tal-għalf trid tkun diskussa aktar u billi jridu jinħolqu approċċi li jwasslu għal soluzzjonijiet prattiċi,
AJ. billi t-toroq tal-prodotti agrikoli u industrijali huma f'ħafna modi marbutin flimkien u ċerti prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-bijofjuwil huma xierqa għal raġunijiet ta' ikel,
1. Jistieden lill-Kummissjoni tassumu perspettiva fuq żmien medju sa żmien twil fir-rieżami tagħha tal-politika dwar il-proteini, filwaqt li tiżgura li l-proposti leġiżlattivi tagħha għar-riforma tal-PAK ikunu jinkludu miżuri u strumenti ġodda adegwati u affidabbli sabiex jgħinu lill-bdiewa jtejbu s-sistemi ta' newba biex jonqsu sostanzjalment id-defiċit attwali tal-proteina u l-volatilità tal-prezzijiet;
2. Jistieden lill-Kummissjoni tressaq malajr lill-Parlament u lill-Kunsill rapport dwar il-possibilitajiet u l-għażliet li hemm biex tiżdied il-produzzjoni domestika tal-għelejjel tal-proteina fl-UE permezz ta' strumenti ġodda tal-politika (anki billi jiġi kkunsidrat l-użu ta' żrieragħ żejtnija u l-prodotti sekondarji tagħhom u l-ammont potenzjali għas-sostituzzjoni tal-importazzjonijiet), l-effett potenzjali fuq id-dħul tal-bdiewa, il-kontribuzzjoni li tagħmel biex ittaffi t-tibdil tal-klima, l-effett fuq il-bijodiversità u l-fertilità tal-ħamrija, u l-potenzjal għat-tnaqqis tal-mezzi tal-produzzjoni esterni meħtieġa fis-sura ta' fertilizzanti minerali u pestiċidi;
3. Jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta dwar l-impatt tar-regola tat-tolleranza zero fuq il-preżenza fl-għalf importat ta' GMOs li mhumiex awtorizzati fl-Ewropa, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għall-possibilità li jiġu introdotti l-valuri tal-limitu u l-applikazzjoni prattika tagħhom;
4. Jistieden lill-Kummissjoni żżomm f'postha l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-magħlef imnixxef sal-2013, sabiex tiżgura s-sopravvivenza kontinwa ta' dan is-settur ewlieni, li huwa kruċjali fil-produzzjoni ta' proteini tal-għalf għas-settur tat-trobbija tal-bhejjem;
5. Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa r-riċerka fit-tnissil u l-provvista taż-żrieragħ tal-għelejjel tal-proteina fl-UE, inkluża l-kontribuzzjoni tagħhom għall-kontroll tal-mard, u tagħmel proposti għar-riċerka u l-iżvilupp dwar modi kif jittejbu s-servizzi ta' estensjoni u taħt l-intestatura tal-iżvilupp rurali dwar is-servizzi tat-taħriġ għall-bdiewa fl-użu tan-newb tal-għelejjel u ż-żrigħ imħallat għall-produzzjoni u l-faċilitajiet tekniċi għall-produzzjoni tal-għalf fuq il-post stess tal-impriża tal-biedja;
6. Jitlob lill-Kummissjoni biex, fil-qafas tal-promozzjoni tal-iżvilupp rurali, tressaq miżuri li jħeġġu żieda fin-numru ta' annimali b'materjal bijoloġiku ta' valur għoli u b'potenzjal produttiv, u t-tixrid tal-aħjar prattiki fl-introduzzjoni tal-użanzi ottimali tal-għalf, bil-għan li jiġi ggarantit użu effiċjenti tal-għelejjel tal-proteina użati għall-għalf tal-annimali;
7. Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi qafas għal miżuri ta' żvilupp rurali li jintroduċu faċilitajiet imtejba u deċentralizzati għall-produzzjoni tal-għalf tal-annimali, ibbażati fuq il-varjetajiet lokali u reġjonali tal-għelejjel, il-ħżin ta' dawk l-għelejjel u l-għażla u l-iżvilupp taż-żrieragħ;
8. Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni tal-effetti tat-tariffi ta' importazzjoni attwali u l-ftehimiet kummerċjali dwar diversi għelejjel taż-żrieragħ żejtnija u tal-proteina u tissottometti lill-Parlament u l-Kunsill studju legali dettaljat dwar l-ambitu attwali tal-ftehimiet Blair House dwar il-produzzjonijiet tal-għelejjel tal-proteina fl-Ewropa;
9. Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura provvista tas-sojja mingħajr ostakli għas-suq tal-UE billi tiġi pprovduta soluzzjoni teknika għall-preżenza ta' livell baxx ta' GMOs għall-għelejjel tal-proteina għall-ikel u l-għalf importat fl-UE; ifakkar li nuqqasijiet fl-importazzjonijiet tas-sojja jimponu piż tal-ispejjeż addizzjonali fuq is-setturi tal-bhejjem u tal-għalf tal-UE, u jqiegħdu l-vijabilità ekonomika tal-produzzjoni domestika tal-laħam f'riskju;
10. Jistieden lill-Kummissjoni biex, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tikkunsidra l-inklużjoni fil-proposti leġiżlattivi tagħha għal PAK riformat u, lilhinn minn dan, il-promozzjoni tal-użu ta' newb tal-għelejjel tal-proteina bħala miżura ta' prekawzjoni kontra l-mard tal-għelejjel u kontribuzzjoni għal prattiki agrikoli mtejba u l-isfidi l-ġodda bħas-sikurezza tal-ikel, it-tibdil fil-klima, il-ġestjoni tar-riżorsi eċċ.;
11. Jistieden lill-Kummissjoni tadotta miżuri xierqa li joħolqu kundizzjonijiet tas-suq li jiffavorixxu l-produzzjoni lokali meta mqabbla mal-prodotti importati, u li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-industrija tal-għalf, inkluża l-introduzzjoni ta' mudelli għal katini tal-provvista qosra u ħielsa mill-GMOs u l-produzzjoni ċċertifikata; jirrikonoxxi l-fatt li l-biedja lokali u tal-prossimità huma ta' benefiċċju akbar għall-ambjent;
12. Jistieden lill-Kummissjoni tissottometti proposta leġiżlattiva lill-Parlament u l-Kunsill li tawtorizza l-użu ta' proteini tal-annimali pproċessati mill-intern tal-annimali għall-produzzjoni tal-għalf għall-annimali monogastriċi (ħnieżer u tjur), sakemm l-ingredjenti joriġinaw minn laħam li ġie approvat għall-konsum tal-bniedem, u li l-projbizzjoni tar-riċiklaġġ bejn l-ispeċi u l-kannibaliżmu sfurzat tiġi infurzata u kkontrollata;
13. Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi programm ta' qafas speċifiku għal riċerka għall-iżvilupp agrikolu u rurali deċentralizzat u biex ittejjeb il-kooperazzjoni Ewropea u internazzjonali, inkluż programmi ta' taħriġ fuq il-post fl-impriżi tal-biedja stess dwar it-titjib tat-trawwim u t-tnissil ta' pjanti tal-proteini adattati lokalment, bil-għan li dan isir qasam innovattiv fl-Istati Membri varji;
14. Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi approċċ politiku globali u koerenti għall-applikazzjoni tar-regoli agroambjentali għall-prodotti tal-ikel mibjugħa fit-territorju tal-UE rigward l-importazzjoni ta' għelejjel tal-proteina modifikati ġenetikament;
15. Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi mekkaniżmu għall-monitoraġġ tal-oriġini ta' għelejjel tal-proteina impurtati fl-UE, li jiżvela b'mod partikolari s-sostenibilità tal-prattiki agrikoli applikati fil-pajjiż tal-oriġini, bħat-tibdil fl-użu tat-territorju u s-sostenibilità tal-użu tal-ilma, u l-użu ta' teknoloġiji agrikoli; jenfasizza li, għal dan il-għan, jeħtieġ li jkun hemm kontrolli regolari fuq il-post;
16. Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-inklużjoni fil-proposti leġiżlattivi tagħha dwar ir-riforma tal-PAK il-provvista ta' appoġġ lill-bdiewa li jikkoltivaw l-għelejjel b'sistemi tan-newba tal-għelejjel, li jikkontribwixxu għat-tnaqqis fil-GHGs u d-defiċit tal-proteina tal-għelejjel fl-UE u jtejbu l-kontroll tal-mard u l-fertilità tal-ħamrija;
17. Jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq miżuri bbażati fuq l-inċentivi li jħeġġu l-bidu tal-produzzjoni ta' art mhux maħduma, li jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għat-tnaqqis tad-defiċit tal-proteina fl-UE;
o o o
18. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
– wara li kkunsidra l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (ECHR),
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità(2), id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol(3) u d-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi(4),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2009 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel – 2010 (COM(2009)0694),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid)(5),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE(6),
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE tat-8 ta' Marzu 2010, li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li tħassar id-Direttiva 96/34/KE(7),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-3 ta' Ottubru 2008 bl-isem “Bilanċ aħjar bejn xogħol u ħajja: appoġġ akbar għar-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali, privata u tal-familja”, COM(2008)0635,
– wara li kkunsidra d-Direttiva 89/552/KEE dwar it-Televizjoni minghajr Fruntieri,
– wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni tat-3 ta' Ottubru 2008 bl-isem “Implimentazzjoni tal-għanijiet ta' Barċellona rigward il-faċilitajiet ta' kura għat-tfal f'età ta' qabel l-iskola” (COM(2008)0638),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-21 ta' Settembru 2010 bl-isem “Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015” (COM(2010)0491),
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1979 dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Bejging tan-NU,
– wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi adottat mill-Kunsill Ewropew fit-23 u l-24 ta' Marzu 2006,
– wara li kkunsidra l-opinjoni dwar id-differenza fil-pagi bejn is-sessi adottata mill-Kumitat Konsultattiv tal-Kummissjoni Ewropea dwar Opportunitajiet Indaqs għan-Nisa u l-Irġiel fit-22 ta' Marzu 2007,
– wara li kkunsidra d-Dokument Tematiku tal-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Identità Sesswali (2009),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali dwar l-omofobija, it-transfobija u d-diskriminazzjoni minħabba orjentazzjoni sesswali u identità sesswali (2010),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol(8),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Frar 2010 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2009(9),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar aspetti rigward il-ġeneru fil-kuntest tar-reċessjoni ekonomika u l-kriżi finanzjarja(10),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar l-evalwazzjoni tar-riżultati ta' Pjan Direzzjonali għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel 2006–2010, u rakkomandazzjonijiet għall-ġejjieni(11),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ottubru 2010 dwar il-ħaddiema nisa prekarji,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2007 dwar il-Pjan Direzzjonali għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel (2006-2010)(12),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Settembru 2008 dwar “L-Ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel – 2008”(13),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Novembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' pagi ugwali għall-irġiel u n-nisa(14),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2010 dwar l-impatt tar-riklamar fuq l-imġiba tal-konsumatur(15),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0029/2011),
A. billi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija prinċipju fundamentali tal-UE, li hu rikonoxxut fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; billi għad hemm bosta inugwaljanzi bejn in-nisa u l-irġiel,
B. billi l-Unjoni Ewropea għaddiet ukoll mill-kriżi ekonomika u finanzjarja, li għamlet dannu kbir lill-impjieg tan-nisa kif ukoll tal-irġiel, b'mod partikolari l-pożizzjoni ekonomika tan-nisa, u billi fuq medda twila ta' żmien, hemm ir-riskju li taffettwa iktar lin-nisa,
C. billi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għandha impatt pożittiv fuq il-produttività u t-tkabbir ekonomiku, u tgħin biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, li min-naħa tagħha għandha ħafna benefiċċji soċjali u ekonomiċi,
D. billi d-data statistika skont is-sess hija meħtieġa biex jiġi mqabbel l-impatt tal-kriżi fuq in-nisa u fuq l-irġiel; billi jitqies ukoll li l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għandu kapaċitajiet importanti f'dan il-qasam, u billi d-data hija meħtieġa sabiex jiġi vvalutat l-impatt li l-faqar għandu fuq is-saħħa tan-nisa, b'mod partikolari dik tan-nisa anzjani, ladarba huwa importanti li tiġi ggarantita s-saħħa tan-nisa,
E. billi r-rata tal-qgħad tan-nisa spiss tiġi sottovalutata minħabba li ma tingħaddx ir-rata ta' inattività tan-nisa (2/3 mit-63 miljun persuna inattiva mill-25 sal-64 sena) u r-rati ta' qgħad part-time, li huma għoljin,
F. billi r-rati tal-impjiegi huma aktar baxxi f'żoni rurali; billi, aktar minn hekk, għadd kbir ta' nisa mhumiex inklużi fis-suq uffiċjali tax-xogħol u mhumiex għalhekk irreġistrati bħala qegħda jew inklużi fl-istatistiki ta' dawk qegħda, li jikkawża problemi finanzjarji u legali partikolari rigward id-drittijiet tal-maternità u l-liv tal-mard, l-akkwist tad-drittijiet tal-pensjoni u l-aċċess għas-sigurtà soċjali, kif ukoll problemi fil-każ ta' divorzju; billi żoni rurali jinsabu fi żvantaġġ minħabba n-nuqqas ta' opportunitajiet ta' impjiegi ta' kwalità,
G. billi n-nisa huma żvantaġġati fis-suq tax-xogħol minħabba kuntratti part-time u kuntratti għal żmien qasir mhux volontarji u b'mod partikolari minħabba livelli ta' paga inferjuri għal dawk tal-irġiel; billi din id-disparità hija riflessa fil-kuntest tal-pensjonijiet u tippreżenta riskju ta' faqar ogħla għan-nisa milli għall-irġiel,
H. billi d-differenzi fis-salarji li jirċievu n-nisa u l-irġiel jirrappreżentaw sa llum medja ta' 18% fl-Unjoni Ewropea, u huma ta' “l fuq minn 25% f'ċerti pajjiżi, u saħansitra 30% fi Stat Membru wieħed, u billi, minkejja l-isforzi u l-progress li saru, id-differenza fil-pagi qed tiċkien bil-mod ħafna,
I. billi l-maternità m'għandhiex tikkostitwixxi ostaklu għall-karriera tan-nisa, u billi l-istatistiċi juru biċ-ċar li n-nisa li jkollhom it-tfal jiddedikaw inqas ħin għax-xogħol minn dawk li ma jkollhomx, kuntrarjament għall-missirijiet, li jaħdmu iktar mill-irġiel li ma jkollhomx tfal,
J. billi, matul il-Kunsill Ewropew ta' Barċellona ta' Marzu 2002, l-Istati Membri ġew mistiedna jagħmlu sforz sabiex sal-2010, iwaqqfu strutturi li jilqgħu tal-anqas 90 % tat-tfal ta' bejn it-3 snin u l-età meta jibdew l-iskola obbligatorja, u tal-anqas 33 % tat-tfal ta' inqas minn 3 snin, iżda billi f'bosta Stati Membri, l-għadd ta' dawn l-istrutturi b'fondi pubbliċi għadu baxx wisq meta għandu impatt b'mod partikolari negattiv fuq familji żvantaġġjati,
K. billi r-rata ta' impjieg tan-nisa jmur id f'id mar-responsabilitajiet tagħhom fil-familja; billi iktar minn 20 miljun Ewropew (fosthom, żewġ terzi nisa) jieħdu ħsieb il-persuni dipendenti adulti, u dan jimpedixxi li jeżerċitaw attività professjonali full-time; billi dan il-fenomenu joħloq riskju ta' deterjorament hekk kif jixjieħu l-popolazzjonijiet,
L. billi l-aċċess għas-servizzi ta' kura tat-tfal u assistenza max-xjuħ u persuni dipendenti oħra huwa vitali biex tiġi assigurata parteċipazzjoni ekwivalenti tan-nisa u l-irġiel fis-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni u t-taħriġ,
M. billi l-piż tar-responsabilità għax-xogħol tad-dar hija ħafna akbar għan-nisa milli hija għall-irġiel u mhix evalwata f'termini ta' flus jew f'termini ta' rikonoxximent tal-valur tiegħu, u billi xogħol fid-dar tieħu ħsieb it-tfal, nies morda jew xjuħ huwa xogħol diffiċli u mhux imħallas,
N. billi jeħtieġ li jiġu eliminati l-isterjotipi sessisti fl-edukazzjoni, li ta' spiss tirriżulta f'li t-tfal jiġu mħajra jieħdu suġġetti fl-iskola u fl-università tradizzjonalment rikonoxxuti bħala femminili u maskili; billi huwa importanti li jkun hemm diversifikazzjoni fl-għażla tal-iskola u dik professjonali,
O. billi l-għadd ta' nisa u bniet li sejrin jieħdu t-triq tal-istudji xjentifiċi – speċjalment il-matematika u s-settur tal-IT – għadu baxx ħafna, u dan għandu bħala konsegwenza segregazzjoni settorjali qawwija,
P. billi l-kriżi tista“ tkabbar is-segregazzjoni settorjali u professjonali bejn in-nisa u l-irġiel, li mhux biss ma naqsitx, iżda talli qed tiżdied, f'xi pajjiżi,
Q. billi l-Istrateġija tal-UE 2020 tagħmel enfasi fuq it-trasformazzjoni ekoloġika, is-setturi rinnovabbli, u fuq impjiegi ekoloġiċi intensivi fir-rigward tax-xjenza u t-teknoloġija għal ekonomija ġdida sostenibbli; billi l-inklużjoni attiva u l-integrazzjoni mill-ġdid tan-nisa fis-suq tax-xogħol hija kruċjali biex tintlaħaq il-mira tal-impjiegi ta' 75% għan-nisa u l-irġiel,
R. billi n-nisa ġeneralment għandhom iktar lawrei mill-irġiel (58,9% tal-lawrei miksuba) iżda billi l-pagi tan-nisa għadhom b'medja ta' 18% anqas mill-pagi tal-irġiel, u huma inqas irrappreżentati fl-iktar postijiet imlaħħqa tal-impriżi, tal-amministrazzjoni pubblika u tal-entitajiet politiċi,
S. billi n-Netwerk Ewropew tan-Nisa li jokkupaw pożizzjonijiet ta' responsabilità fl-ekonomija u fil-politika, maħluq f'Ġunju 2008, jista“ jikkontribwixxi għat-titjib tal-bilanċ bejn in-nisa u l-irġiel fil-postijiet ta' responsabilità,
T. billi l-ilħiq tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fis-soċjetajiet tagħna jeħtieġ rappreżentanza politika aħjar tan-nisa fil-livelli kemm Ewropej kif ukoll nazzjonali, reġjonali u lokali; billi, f'ċerti Stati Membri, il-persentaġġ ta' nisa fil-parlamenti nazzjonali ma jaqbiżx il-15%,
U. billi azzjoni pożittiva għan-nisa wriet li tkun vitali biex tiġi assigurata l-integrazzjoni sħiħa tagħhom fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà inġenerali,
V. billi n-nisa huma iktar mhedda mill-faqar mill-irġiel, minħabba t-toroq professjonali skontinwi tagħhom, u l-livelli iktar baxxi ta' paga u ta' pensjoni tagħhom; billi, fil-kuntest tas-sena Ewropea ddedikata għall-ġlieda kontra l-faqar, mhux qed jiġu trattati biżżejjed il-kawżi profondi tal-faqar tan-nisa,
W. billi l-2011 se tkun iddedikata għall-volontarjat u billi jiġi enfasizzat ir-rwol pożittiv li jista“ jkollha l-promozzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fil-programmi ta' volontarjat,
X. billi n-nisa li jagħmlu parti minn minoranzi, u partikolarment in-nisa Roma, jaffaċċjaw regolarment diskriminazzjoni multipla u intersettorjali u huma żvantaġġjati mhux biss meta mqabbla mal-maġġoranza tan-nisa, iżda wkoll meta mqabbla mal-minoranza etnika tal-irġiel, u billi r-riskju ta' esklużjoni huwa partikolarment għoli għalihom,
Y. billi l-vjolenza fuq in-nisa tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom, m'għandhiex limiti ġeografiċi, ekonomiċi, kulturali jew soċjali, u tirrappreżenta ostaklu fundamentali għall-ugwaljanza; billi huwa stmat li bejn 20% u 25% tan-nisa fl-Ewropa sfaw vittmi ta' vjolenza fiżika tul ħajjithom; billi l-vjolenza ta' natura psikoloġika tista“ tkun kawża ta' qirda daqs kemm hija dik ta' natura fiżika,
Z. billi l-Parlament Ewropew f'għadd ta' okkażjonijiet talab li tinħoloq Sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa,
AA. billi n-nisa jiffaċċjaw diversi forom ta' diskriminazzjoni u huma aktar vulnerabbli għall-esklużjoni soċjali, il-faqar u vjolazzjonijiet estremi tad-drittijiet tal-bniedem, bħat-traffikar tal-bnedmin, speċjalment jekk ma jkunux jappartjenu għas-soċjetà inġenerali,
1. Ifakkar li s-setturi affettwati mill-kriżi l-ewwel kienu s-setturi prinċipalment marbuta mal-irġiel, bħas-setturi tal-kostruzzjoni u tal-industrija, iżda li l-kriżi nfirxet għal setturi oħra fejn hemm iktar bilanċ bejn is-sessi, u b'hekk żdiedet ir-rata ta' qgħad tan-nisa; jenfasizza li l-pagi naqsu l-aktar f'setturi ta' servizzi ddominati min-nisa u f'setturi ffinanzjati mill-baġits tal-Istat fejn il-biċċa l-kbira tal-impjegati huma nisa, u, konsegwentement, in-nisa jirċievu pensjonijiet iżgħar, li jirriżulta f'livell akbar ta' faqar fost in-nisa xjuħ;
2. Jinnota li fil-pajjiżi fejn it-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fis-suq tax-xogħol inkiseb, dan kellu riperkussjonijiet pożittivi għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, u li l-politiki ta' ugwaljanza ma għandhomx għalhekk jiġu abbandunati fi żminijiet ta' kriżi, u li minkejja r-rieda ddikjarata tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni, għadhom ma nkisbux kundizzjonijiet ugwali konsistenti; jinnota li minħabba r-reċessjoni, ħraxet aktar it-tendenza kostanti li matul dawn l-aħħar għaxar snin, jiġifieri l-fatt li n-nisa ħafna iktar mill-irġiel intlaqtu mill-faqar, mit-telf ta' impjieg jew mill-impjiegi insikuri, u b'hekk ġiet intensifikata l-femminizzazzjoni tal-faqar fl-UE;
3. Jenfasizza li l-Istrateġija ta' Lisbona tipprova tintegra fis-suq tax-xogħol 60% tan-nisa li jistgħu jaħdmu, filwaqt li l-isforzi fil-qasam demografiku għandhom ifittxu li jippromwovu żieda fir-rata tat-twelid biex jiġu affrontati l-isfidi tal-futur;
4. Jenfasizza li l-preżenza tan-nisa fis-suq tax-xogħol hija element pożittiv f'termini ta' tkabbir ekonomiku; jinnota li, skont statistika tal-OECD, il-komponent femminili kkontribwixxa għal kwart tat-tkabbir annwali bejn l-1995 u l-2008;
5. Jenfasizza li f'każ ta' telf tal-impjieg, in-nisa jiffaċċjaw riskju akbar li ma jerġgħux jiġu impjegati;
6. Jitlob biex jiġu stabbiliti miri għall-inklużjoni tan-nisa f'attivitajiet jew setturi, jew f'livelli li qabel kienu esklużi minnhom u li fihom għadhom mhumiex rappreżentati biżżejjed, permezz ta' miżuri li jinfurmaw u jimmotivaw lil min iħaddem biex jirreklutaw u jippromwovu lin-nisa, speċjalment fis-setturi u l-kategoriji msemmija;
7. Jenfasizza li huwa neċessarju li tingħata aktar attenzjoni lill-adegwatezza tal-pensjonijiet tan-nisa, minħabba li n-nisa li jaħdmu jinterrompu l-karrieri tagħhom ħafna aktar ta' spiss mill-irġiel sabiex jieħdu ħsieb it-tfal u l-membri tal-familja morda jew xjuħ, u bħala riżultat tal-impenji familjari tagħhom huma aktar inklinati mill-irġiel biex jagħmlu xogħol part-time jew jagħmlu xogħol prekarju;
8. Jitlob li l-impatt tal-kriżi fuq in-nisa jiġi kwantifikat u mkejjel permezz tat-tfassil ta' statistiċi preċiżi b'indikaturi disaggregati skont is-sess, li jiġu aġġornati u rieżaminati regolarment; iżid jgħid li dawn l-istatistiċi għandhom jippermettu li jiġu trattati b'mod iktar speċifiku l-problemi ċirkostanzjali kif ukoll strutturali biex tingħeleb il-kriżi iktar faċilment u jiġi promoss it-tixrid tal-prattika tajba;
9. Jikkritika l-fatt li l-pjanijiet għall-irkupru ekonomiku huma ffukati fuq is-setturi tax-xogħol iddominati mill-irġiel; jenfasizza l-fatt li l-appoġġ preferenzjali għall-futur tax-xogħol tal-irġiel fuq dak tan-nisa qed iżid aktar milli jnaqqas l-inugwaljanza tas-sessi; jenfasizza l-ħtieġa li l-politiki dwar l-ugwaljanza tas-sessi jiġu integrati fil-pjanijiet ta' rkupru ekonomiku nazzjonali, Ewropej u internazzjonali biex tiġi indirizzata l-kriżi;
10. Jinnota li kemm fir-rigward tal-irġiel u kemm fir-rigward tan-nisa, ir-rati tax-xogħol huma iktar baxxi fiż-żoni rurali u dan ipoġġi lil dawk li jgħixu fil-kampanja fi żvantaġġ f'termini tan-nuqqas ta' disponibilità ta' impjiegi ta' kwalità; barra minn hekk, ħafna nisa ma jiffurmawx parti mis-suq tax-xogħol uffiċjali u għalhekk ma jingħaddux bħala persuni qegħda reġistrati, u konsegwentement jiffaċċjaw problemi finanzjarji u legali f'termini tad-dritt għall-maternità, il-liv f'każ ta' mard u l-kisba tad-drittijiet għall-pensjoni;
11. Jenfasizza li l-kriżi ekonomika attwali ġabet magħha effetti ħżiena fuq il-ħaddiema; jinnota li, għalkemm il-livell tal-edukazzjoni tan-nisa żdied kunsiderevolment fl-aħħar snin, u n-numru ta' gradwati nisa llum jaqbeż lil dak tal-irġiel, in-nisa għadhom imġiegħla jassumu rwoli sekondarji inqas imħallsa;
12. Jenfasizza li n-nisa huma rrappreżentati żżejjed f'xogħol prekarju, xogħol part-time involontarju u fost in-nies li qed jgħixu fil-faqar, u għalhekk jitlob lill-Istati Membri jiżguraw li l-politiki biex tintlaħaq il-mira tal-UE-2020 fir-rigward tal-faqar u l-inklużjoni soċjali jkunu mmirati għan-nisa skont il-proporzjon tas-sehem ta' nies li qed jgħixu fil-faqar li huma jirrappreżentaw;
13. Ifakkar li l-inugwaljanzi bejn in-nisa u l-irġiel għadhom jeżistu, minkejja l-parteċipazzjoni dejjem ikbar tan-nisa fis-suq tax-xogħol; jenfasizza li l-kriżi ekonomika u finanzjarja għandha titqies bħala okkażjoni biex isiru proposti ġodda u innovattivi fil-qasam tar-rati ta' impjieg, tal-livelli ta' pagi, tal-ħinijiet tax-xogħol u tal-okkupazzjoni tal-pożizzjonijiet ta' responsabilità;
14. Jenfasizza l-effett pożittiv li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għandha fuq it-tkabbir ekonomiku; jindika li diversi studji kkalkulaw li, kieku l-impjiegi tan-nisa, l-impjiegi part-time u r-rati tal-produttività kienu simili għal tal-irġiel, il-PGD kien jiżdied bi 30%;
15. Ifakkar li l-ħolqien ta' setturi ġodda bil-potenzjal li joħolqu ħafna impjiegi, bħall-ekoloġija, l-ambjent u t-teknoloġiji l-ġodda, għandu jitqies fit-tfassil tal-politiki dwar l-impjieg; jenfasizza f'dan ir-rigward li n-nisa għandhom rwol importanti f'dawn is-setturi; jistieden lill-Istati Membri jħeġġu lill-bniet biex ma jittraskurawx studji f'dawn it-tipi ta' karrieri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tiżgura komunikazzjoni kontinwa dwar dawn il-perspettivi ġodda;
16. Jistieden lill-Istati Membri biex bl-għajnuna tal-Kummissjoni jintensifikaw l-azzjonijiet diġà eżistenti u jinkoraġġixxu s-sehem tan-nisa fit-taħriġ vokazzjonali fil-qafas tat-tagħlim tul il-ħajja, b'reazzjoni għat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli b'enfasi fuq l-SMEs, u b'hekk isaħħu l-impjegabilità tal-ħaddiema nisa;
17. Jitlob li jiġi promoss l-aċċess tan-nisa għal opportunitajiet usa“ fl-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali u l-impjiegi f'setturi mhux tradizzjonali u f'livelli ta' responsabilità ogħla;
18. Jitlob lill-Kummissjoni biex tinkuraġġixxi d-djalogu mas-sħab soċjali dwar kwistjonijiet bħal pereżempju t-trasparenza tal-paga, kundizzjonijiet tal-kuntratti ta' xogħol part-time u ta' xogħol għal żmien fiss għan-nisa, filwaqt li n-nisa jiġu inkoraġġiti jipparteċipaw f'setturi “ħodor” u innovattivi;
19. Ifakkar li l-impriżi tal-ekonomija soċjali (fundazzjonijiet, soċjetajiet mingħajr skop ta' qligħ, kooperattivi) jista“ jkollhom rwol fundamentali fir-rilanċ ekonomiku u li l-impjegati tagħhom huma prinċipalment nisa; jistieden lill-Istati Membri jqisu serjament dan it-tip ta' attività matul it-tfassil tal-politiki dwar ir-rilanċ;
20. Jenfasizza l-importanza li jiġi żviluppat il-kunċett legali ta' sjieda maqsuma biex jiġi assigurat ir-rikonoxximent sħiħ tad-drittijiet tan-nisa fis-settur agrikolu, protezzjoni xierqa rigward is-sigurtà soċjali u r-rikonoxximent tax-xogħol tagħhom, kif ukoll il-ħtieġa li jiġi emendat ir-Regolament dwar il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) sabiex, kif mal-Fond Soċjali Ewropew (FSE), tista“ tittieħed azzjoni pożittiva favur in-nisa fil-perjodu ta' programmazzjoni għall-futur 2014-2020, li kien possibbli f'perjodi preċedenti iżda kien nieqes fil-perjodu attwali, billi dawn il-miżuri jkunu ta' benefiċċju kbir rigward l-impjiegi tan-nisa fl-ambjent rurali;
21. Jenfasizza li l-eliminazzjoni tad-differenzi fil-pagi hija prijorità, u għalhekk jiddispjaċih f'dan ir-rigward li l-Kummissjoni Ewropea ma għamlitx biżżejjed biex tniedi mill-ġdid dan id-dibattitu fil-livell Ewropew, partikolarment permezz ta' rieżami tal-leġiżlazzjoni eżistenti fir-rigward tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel, kif talab il-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Novembru 2009;
22. Jistieden lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jipprevjenu s-segregazzjoni tas-swieq tax-xogħol u biex jikkumbattu t-tendenza li ħafna nisa spiss jokkupaw impjiegi bl-agħar salarji, billi jħajru lis-subien u lill-bniet fl-iskejjel jieħdu interess fl-ispettru sħiħ tal-impjiegi possibbli, u billi jwessgħu l-opportunitajiet ta' taħriġ għan-nisa sabiex dawn ikunu jistgħu jadattaw ruħhom għall-bidliet fis-suq tax-xogħol matul il-karriera tagħhom; huwa mħasseb ħafna dwar is-sitwazzjoni inġusta li fiha ċittadina fl-UE, aktar minn nofs seklu wara l-inklużjoni fit-Trattati tal-prinċipju ta' ħlas indaqs għall-istess xogħol, bħala medja għandha taħdem 418-il jum kalendarju biex taqla“ dak li raġel jaqla” f'sena kalendarja;
23. Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' azzjoni urġenti għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fir-rigward tal-paga, permezz tar-reviżoni tad-Direttiva eżistenti, it-tfassil ta' pjanijiet settorjali fi stadji b'objettivi speċifiċi, li jistgħu jinkludu tnaqqis tad-differenza fil-paga b'0,5 % sal-2020, bil-għan li tintemm id-diskriminazzjoni diretta u indiretta, jew inkuraġġiment għal negozjati kollettivi, it-taħriġ ta' konsulenti dwar l-ugwaljanza, azzjoni dwar il-kwistjoni tad-diskrepanzi bejn in-nisa u l-irġiel fir-rigward tax-xogħol mingħajr ħlas, u l-introduzzjoni ta' pjanijiet ta' ugwaljanza fi ħdan l-impriżi u f'postijiet tax-xogħol oħra; jemmen li t-trasparenza fid-determinazzjoni tal-pagi għandha ssir ir-regola, sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni ta' negozjar tal-ħaddiema nisa;
24. Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri biex jintroduċu miżuri mmirati biex isolvu l-paradoss attwali fejn in-nisa, minkejja li huma edukati aħjar, għadhom imħallsin anqas mill-irġiel; jenfasizza li, għal tkabbir ekonomiku ottimali u żvilupp ġenwinament sostenibbli, il-potenzjal tal-karrieri tan-nisa jeħtieġ li jkun sfruttat bis-sħiħ;
25. Jenfasizza li dħul separat u impjieg imħallas u ta' kwalità għan-nisa huwa l-muftieħ għall-indipendenza ekonomika tagħhom u għal ekwità akbar bejn in-nisa u l-irġiel fis-soċjetà inġenerali;
26. Jistieden lill-Istati Membri biex japplikaw il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fis-sistemi nazzjonali tal-pensjoni f'dak li jirrigwarda kemm l-età kif ukoll il-paga;
27. Jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex jimplimentaw il-leġiżlazzjoni dwar l-istess paga għall-istess xogħol b'mod xieraq, u jistieden lill-Kummissjoni tapplika s-sanzjonijiet fuq l-Istati Membri li ma jikkonformawx;
28. Jenfasizza li l-ugwaljanza bejn is-sessi mhix biss kwistjoni ta' diversità u ġustizzja soċjali; hija tikkostitwixxi wkoll kundizzjoni bażika għall-ilħuq tal-objettivi ta' tkabbir sostenibbli, impjieg, kompetittività u koeżjoni soċjali kif previst fl-Istrateġija UE-2020; jistieden. għalhekk, lill-Kummissjoni biex issaħħaħ id-dimensjoni tas-sessi fil-partijiet kollha tal-istrateġija tagħha UE-2020, billi tikkunsidra b'mod partikolari l-ispeċifiċitajiet tas-sessi, u billi tiżviluppa miżuri u miri speċifiċi għall-ugwaljanza bejn is-sessi fil-miżuri kollha biex itejjeb l-Istrateġija Ewropea dwar l-impjiegi;
29. Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex jiffavorixxu proposti vinkolanti minflok strateġiji u dokumenti ta' politika li ma jorbtux fil-qasam tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel;
30. Jemmen li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw taħriġ u għodda ta' implimentazzjoni sabiex il-partijiet interessati kollha jqisu kif jixraq, fl-oqsma ta' kompetenza rispettiva tagħhom, il-perspettiva bbażata fuq opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel, inkluż l-evalwar tal-impatt speċifiku tal-politiki fuq in-nisa u l-irġiel;
31. Jenfasizza l-importanza li jiġu żviluppati indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi u statistiċi bbażati fuq is-sessi li jkunu affidabbli, komparabbli u disponibbli meta meħtieġa, li għandhom jintużaw biex jimmonitorjaw l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki kollha;
32. Jemmen li waħda mill-prijoritajiet għandha tkun il-ġlieda biex jinqered il-faqar, billi jiġu riveduti l-politiki makroekonomiċi, monetarji, soċjali u tax-xogħol li huma l-oriġini tiegħu, sabiex tiġi assigurata l-ġustizzja ekonomika u soċjali għan-nisa; jemmen li l-metodi użati biex jiġu determinati r-rati tal-faqar għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid u li l-istrateġiji għandhom ikunu żviluppati biex jippromwovu distribuzzjoni ġusta tad-dħul, jiggarantixxu dħul minimu, pagi u pensjonijiet diċenti, joħolqu impjiegi ta' kwalità għolja bid-drittijiet għan-nisa, jassiguraw aċċess għal servizzi pubbliċi ta' kwalità għolja għan-nisa kollha u t-tfajliet, u jtejbu l-assistenza soċjali u s-servizzi rispettivi lokali, b'mod partikolari l-crèches, in-nurseries, iċ-ċentri ta' matul il-jum, iċ-ċentri tal-komunità u għall-ħin liberu, u s-servizzi ta' appoġġ għall-familja;
33. Jilqa“ t-tnedija mill-Kummissjoni ta' kampanja mifruxa mal-UE biex tgħin tindirizza d-differenza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel; jinnota, madankollu, li l-inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa jibqgħu, u għalhekk jappella biex issir riflessjoni fil-livell Ewropew dwar il-ġlieda kontra l-isterjotipi marbuta mar-rwoli rispettivi tal-irġiel u tan-nisa; jenfasizza, għalhekk, l-importanza li jiġu organizzati kampanji ta' sensibilizzazzjoni fl-iskejjel, fil-postijiet tax-xogħol u fil-midja biex jiġu miġġielda l-isterjotipi persistenti bejn in-nisa u l-irġiel u b'mod partikolari l-immaġini degradanti; jindika li l-kampanji għandhom jenfasizzaw ir-rwol tal-irġiel biex jiġu assiguratai distribuzzjoni ġusta tar-responsabilitajiet familjari u bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;
34. Huwa tal-fehma li t-tibdil demografiku jagħmilha neċessarja li l-potenzjal tan-nisa jiġi realizzat, u li tiżdied ir-rata ta' impjieg tagħhom sabiex tintlaħaq il-mira ta' impjieg ta' 75% għan-nisa u l-irġiel fl-età ta' bejn 20 u 64 sena, kif stabbilit fl-istrateġija UE-2020; jemmen li fl-istess ħin il-persuni għandu jkollhom għażla ħielsa li jkollhom it-tfal u li bilanċ ġust bejn ix-xogħol u l-ħajja privata huwa kundizzjoni neċessarja biex tagħti spinta qawwija lill-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol;
35. Jitlob biex isiru proposti konkreti biex jintlaħaq bilanċ bejn il-ħajja professjonali u l-ħajja privata, partikolarment fil-qasam tal-kura ta' persuni dipendenti u fil-kura tat-tfal;
36. Jenfasizza li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jippromwovu, jappoġġaw u jsaħħu r-rwol tan-nisa fl-ekonomija soċjali, fid-dawl tar-rata għolja ta' nisa li jaħdmu fis-settur u l-importanza tas-servizzi li jipprovdu biex jippromwovu konċiljazzjoni ġusta bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;
37. Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżgura li d-diversi leġiżlazzjonijiet Ewropej relatati mal-konċiljazzjoni tal-ħajja professjonali ma' dik privata jiġu trasposti kif xieraq mill-Istati Membri billi jadattaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol bejn l-irġiel u n-nisa;
38. Jinnota li x-xogħol part-time jista“ jkollu effetti negattivi fuq l-individwu kkonċernat, pereżempju billi joħloq ostakli għall-karriera u jwassal għal faqar fix-xjuħija, jew inkella, minħabba d-dħul aktar baxx, tista” tkun meħtieġa assistenza addizzjonali mill-Istat għal skopijiet ta' sussistenza jew fil-każ ta' mard jew qgħad;
39. Jenfasizza l-importanza ta' kampanji ta' komunikazzjoni biex tiġi assigurata n-newtralità tal-ġeneru fis-snajja“ jew f'attivitajiet tradizzjonalment tal-irġiel jew tan-nisa; għall-istess raġuni, jistieden lill-Istati Membri biex jibdew dibattitu dwar ir-rwol tal-lingwa fil-persistenza ta' sterjotipi, b'mod partikolari dovut lill-feminizzazzjoni jew maskulinizzazzjoni ta' ċerti ismijiet ta' snajja”;
40. Jistieden l-istabbilimenti pubbliċi u privati biex jintroduċu pjanijiet ta' ugwaljanza fir-regoli u r-regolamenti interni tagħhom, flimkien ma' objettivi stretti fuq perdjodu ta' żmien qasir, medju u twil, u biex kull sena jevalwaw l-ilħuq ta' dawn l-objettivi;
41. Jitlob biex isiru proposti konkreti biex jintlaħaq bilanċ aħjar bejn il-ħajja tax-xogħol, tal-familja u dik privata, billi jitrawwem aktar qsim ta' responsabilitajiet tax-xogħol, familjari u soċjali bejn l-irġiel u n-nisa, partikolarment fil-qasam tal-għajnuna lil persuni dipendenti u fil-kura tat-tfal;
42. Jistieden lill-Istati Membri biex jappoġġaw l-impjieg għall-kategorija żvantaġġjata tan-“nisa tqal jew l-ommijiet b'responsabilitajiet tal-familja li jgħixu waħedhom”, billi jinkoraġġixxu l-provvista ta' impjiegi għal dan il-grupp, li jkunu deċenti, stabbli u kompatibbli ma' bilanċ xieraq bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;
43. Jemmen li sabiex jingħaqdu aħjar ix-xogħol u l-kura, hemm bżonn li jitjieb il-liv relatat mat-tfal; jistieden għalhekk lill-Kunsill biex tiġi adottata malajr pożizzjoni komuni dwar il-pożizzjoni tal-Parlament tal-20 ta' Ottubru 2010(16) dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE;
44. Jistieden lill-Istati Membri biex jinkoraġġixxu l-istabbiliment jew it-titjib tal-istrutturi ta' lqigħ għat-tfal bħall-crèches u l-kindergartens, u faċilitajiet għax-xjuħ u persuni dipendenti oħra biex ikollhom servizzi bi prezz raġonevoli, ikunu ta' kwalità u aċċessibbli f'ħinijiet kompatibbli mas-sigħat tax-xogħol full-time għall-parti l-kbira tal-ġenituri; iqis li dawn l-istrutturi jikkostitwixxu appoġġ kbir għall-ġenituri u jiffavorixxu l-aċċess tagħhom għas-suq tax-xogħol;
45. Jenfasizza li l-familja tikkostitwixxi s-sisien tas-soċjetà tagħna u fil-qalba hija marbuta mat-trażmissjoni ta' valuri u mas-solidarjetà; jenfasizza li l-introduzzjoni tas-sigħat tax-xogħol flessibbli u l-provvediment tal-opportunitajiet ta' teleworking, u anke l-iżvilupp tal-kura tat-tfal u l-professjonalizzazzjoni tal-kura tal-anzjani fid-djar jirrappreżentaw pass importanti għall-konċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-familja u biex tikber il-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa u l-irġiel fis-suq tax-xogħol u fl-edukazzjoni u t-taħriġ; jiddispjaċih għall-fatt li n-nuqqas ta' sistemi adegwati ta' liv, ta' skemi ta' liv għall-ġenituri u ta' skemi ta' xogħol flessibbli għaż-żewġ ġenituri spiss iwaqqfu lin-nisa milli jipparteċipaw b'mod attiv fis-suq tax-xogħol jew li jaħdmu full-time; iqis li dan jeħtieġ ukoll bidla fil-kultura imprenditorjali meta jiġu maħtura jew impjegati n-nisa; jistieden, għalhekk, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jipprevjenu tnaqqis fil-benefiċċji jew fis-servizzi soċjali fil-qasam tal-kura tat-tfal, il-kura tal-anzjani u l-persuni vulnerabbli bħala riżultat tal-kriżi ekonomika u finanzjarja;
46. Jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri għall-fatt li għandhom jiġu adottati miżuri pożittivi favur in-nisa u l-irġiel, b'mod partikolari bil-għan li jiġi ffaċilitat ir-ritorn tagħhom fuq il-post tax-xogħol wara perjodu ta' żmien iddedikat lill-familja (trobbija tat-tfal u/jew kura ta' qraba morda jew b'diżabilità), li għandu jitħeġġeġ id-dħul (mill-ġdid) fis-suq tax-xogħol u, għalhekk, li dawk ikkonċernati jingħataw il-possibilità li jerġgħu jsiru indipendenti ekonomikament;
47. Jinsisti li l-edukazzjoni għandha rwol importanti li trawwem fit-tfal, sa minn età żgħira, l-importanza tal-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll li tgħinhom jaċċettaw il-kulturi differenti u l-għarfien tal-impatt tad-diskriminazzjoni u l-preġudizzju; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu programmi edukattivi, kif ukoll programmi ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni tul il-ħajja skolastika għall-promozzjoni tal-valuri tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment tal-Artikolu 23 tagħha;
48. Jenfasizza l-bżonn li ż-żgħażagħ jitħallew fil-libertà li jagħmlu l-għażliet professjonali tagħhom; ifakkar f'dan ir-rigward li huwa importanti li l-għalliema ma jiddiriġux awtomatikament lill-istudenti tagħhom lejn karrieri skont l-isterjotipi sessisti u li għandha tkun enfasizzata l-medda sħiħa tal-opportunitajiet ta' xogħol;
49. Jistieden lill-Istati Membri biex jassiguraw, permezz ta' programmi ta' sensibilizzazzjoni fis-settur tal-edukazzjoni, li l-bniet ma jiġux orjentati awtomatikament fid-direzzjoni ta' karrieri u setturi tradizzjonalment femminili;
50. Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-isforzi mwettqa fil-livell Ewropew biex tiżdied ir-rappreżentanza tan-nisa fl-oqsma politiċi; iħeġġeġ f'dan ir-rigward il-parteċipazzjoni tan-nisa fl-istituzzjonijiet Ewropej kollha, partikolarment fil-postijiet ta' responsabilità; jenfasizzal i għandhom isiru iktar sforzi fil-livelli nazzjonali, reġjonali u muniċipali; jitlob miri vinkolanti biex tiġi assigurata rappreżentanza ugwali tan-nisa u l-irġiel; jinnota f'dan ir-rigward l-effetti pożittivi tal-użu tal-kwoti fuq ir-rappreżentanza tan-nisa; jindika, għalhekk, li l-użu tal-kwoti elettorali għandu effetti pożittivi fuq ir-rappreżentanza tan-nisa;
51. Ifakkar li huma biss it-3% tal-impriżi l-kbar li għandhom mara li tmexxi l-entità suprema ta' teħid ta' deċiżjonijiet; jenfasizza, għalhekk, l-eżempju tan-Norveġja, li mill-2003 applikat b'suċċess politika ta' kwota biex tassigura parità fuq il-bordijiet amministrattivi tal-kumpaniji, u dan l-eżempju issa qed jiġi segwit minn Spanja u Franza; jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri effettivi, bħall-kwoti, li jiggarantixxu rappreżentanza aħjar tan-nisa fis-soċjetajiet kbar ikkwotati fil-borża u fil-bords amministrattivi tal-impriżi b'mod ġenerali, speċjalment dawk b'parteċipazzjoni pubblika;
52. Jenfasizza li għandhom jiġu stabbiliti pjanijiet ta' ugwaljanza għan-negozji u b'mod settorjali, fuq bażi statutorja, biex tiġi kumbattuta l-inġustizzja fl-impjieg fl-Istati Membri; dawn għandhom ikunu mnedija u l-implimentazzjoni tagħhom immonitorjata miż-żewġ naħat tal-industrija;
53. Jenfasizza l-ħtieġa għall-Istati Membri biex jieħdu l-passi, partikolarment permezz ta' leġiżlazzjoni, biex jistabbilixxu miri vinkolanti ħalli jiggarantixxu parità bejn l-irġiel u n-nisa f'pożizzjonijiet ta' responsabilità f'kumpaniji, amministrazzjonijiet pubbliċi u korpi politiċi;
54. Jistieden lill-Istati Membri jidentifikaw l-impriżi li jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol, il-familja u l-ħajja privata u biex ixerrdu b'mod vast l-aħjar prattiki, partikolarment permezz tal-kmamar tal-kummerċ u tal-industrija;
55. Jilqa“ d-dibattitu ġenerali dwar żieda tal-proporzjon ta' nisa f'pożizzjonijiet maniġerjali fl-industrija u jissuġġerixxi l-introduzzjoni ta' kwota volontarja mmirata għal dan l-għan fi ħdan l-impriżi, li tirrifletti d-distribuzzjoni tas-sessi fost l-impjegati;
56. Jappella biex tittieħed azzjoni f'livell nazzjonali u Ewropew biex jiġi promoss l-intraprenditorjat fost in-nisa billi jinħolqu strutturi għat-taħriġ u konsulenza professjonali u legali u billi jiġi ffaċilitat l-aċċess għal finanzi pubbliċi u privati;
57. Jinkoraġġixxi skambju regolari ta' informazzjoni u esperjenzi bejn il-partijiet interessati li jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi, bil-għan li jiġu implimentati prattiki tajba fis-soċjetà kollha, f'livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali u kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat;
58. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea jagħtu attenzjoni partikolari lill-gruppi tan-nisa vulnerabbli; in-nisa diżabbli, anzjani, immigranti, leżbjani, bisesswali u transġeneru, u n-nisa li jagħmlu parti minn minoranzi u nisa li għandhom ftit jew xejn taħriġ u huma responsabbli għal persuni dipendenti, billi dawn kollha jirrappreżentaw gruppi speċifiċi li jeħtieġu t-twaqqif ta' miżuri adattati għall-kundizzjonijiet tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura kontinwità sabiex is-Sena Ewropea 2011 iddedikata għall-volontarjat tħeġġeġ ukoll il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa;
59. Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri biex ikabbru l-prospetti tan-nisa żvantaġġati, bħall-immigranti nisa, il-membri ta' minoranzi etniċi, in-nisa b'diżabilità, u l-ommijiet li jrabbu lil uliedhom waħedhom, biex b'hekk iżidu l-possibilità tagħhom għal ħajja ekonomikament indipendenti, billi jtejbu l-aċċess tagħhom għall-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali; jiġbed l-attenzjoni għad-diskriminazzjoni multipla li tolqot lill-immigranti nisa minħabba s-sess, l-etniċità jew ir-razza oriġinali tagħhom u ħafna drabi anki l-età tagħhom;
60. Jistieden lill-korpi nazzjonali, reġjonali u lokali responsabbli għall-ugwaljanza biex jadottaw approċċi integrati li jtejbu r-rispons tagħhom u t-trattament tal-każijiet ta' diskriminazzjoni multipla; jenfasizza wkoll li dawn il-korpi għandhom joffru taħriġ lill-imħallfin, lill-ġurati u l-istaff ġenerali sabiex dawn ikunu jistgħu jidentifikaw, jantiċipaw u jittrattaw sitwazzjonijiet ta' diskriminazzjoni multipla;
61. Ifakkar li n-nisa diżabbli ta' spiss jisfaw vittmi ta' diskriminazzjoni fl-oqsma tal-ħajja soċjali, kulturali, politika u professjonali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu proposti konkreti għat-titjib tas-sitwazzjoni tagħhom;
62. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu attenzjoni partikolari lin-nisa Roma matul l-applikazzjoni tal-istrateġija Ewropea għall-integrazzjoni tar-Roma;
63. Jinnota li nies transesswali għadhom grupp marġinalizzat għall-aħħar u vvittimizzat li jiffaċċja grad għoli ta' stigmatizzazzjoni, esklużjoni u vjolenza, kif irrappurtat mill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali; jinkoraġġixxi bil-qawwa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex isegwu r-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija għal protezzjoni aktar qawwija u aktar ċara kontra d-diskriminazzjoni minħabba l-orjentazzjoni sesswali;
64. Huwa favur l-aċċess tan-nisa u tal-irġiel għall-informazzjoni u l-appoġġ xierqa relatati mal-kura tas-saħħa riproduttiva, u jenfasizza li n-nisa għandu jkollhom l-istess drittijiet u opportunitajiet bħall-irġiel li jaċċedu għas-servizzi f'dan il-qasam; jenfasizza li n-nisa għandu jkollhom kontroll fuq id-drittijiet sesswali u riprodutttivi tagħhom, b'mod partikolari permezz ta' aċċess faċli għall-kontraċezzjoni u l-abort; jistieden lill-Istati Membri u l-Kummissjoni biex jadottaw miżuri u azzjonijiet li jqajmu kuxjenza fost l-irġiel dwar ir-responsabilitajiet tagħhom fi kwistjonijiet sesswali u riproduttivi;
65. Ifakkar li l-vjolenza kontra n-nisa tikkostitwixxi ostaklu kbir għall-ilħiq tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa; jistieden lill-Kummissjoni biex tibda bit-tħejjija ta' proposta għal direttiva globali dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra kwalunkwe forma ta' vjolenza fuq in-nisa, kemm fiżika, sesswali jew psikoloġika, partikolarment it-traffikar tan-nisa;
66. Jilqa“ l-isforzi magħmula fil-livelli Komunitarji u nazzjonali fil-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, iżda jenfasizza li l-fenomenu għadu jikkostitwixxi problema kbira li ma ssolvietx u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri ħalli jassiguraw l-aċċess biex jappoġġjaw is-servizzi mmirati biex jipprevjenu l-vjolenza ta' natura sesswali u jipproteġu n-nisa minn vjolenza bħal din irrispettivament mill-istatus legali, ir-razza, l-età, l-orjentazzjoni sesswali, l-oriġini etnika jew ir-reliġjon tagħhom; jilqa” r-rilanċ tad-dibattitu dwar dan it-tip ta' vjolenza, partikolarment permezz tal-ħolqien tal-Ordni Ewropea ta' Protezzjoni u d-Direttiva dwar it-Traffikar tal-Bnedmin; jistieden lill-presidenzi suċċessivi tal-Unjoni biex jissoktaw f'din it-triq; jenfasizza l-ħtieġa li l-Kunsill u l-Kummissjoni jaċċettaw il-ftehim milħuq fil-Parlament Ewropew dwar l-Ordni Ewropea ta' Protezzjoni sabiex id-Direttiva tista“ tidħol fis-seħħ kemm jista” jkun malajr;
67. Jistieden mill-ġdid lill-Kummissjoni biex fl-erba“ snin li ġejjin, toħloq Sena Ewropea biex tikkumbatti l-vjolenza kontra n-nisa; jindika f'dar-rigward li dan iqajjem kuxjenza fost iċ-ċittadini Ewropej u jimmobilizza l-gvernijiet biex jiġġieldu l-vjolenza kontra n-nisa;
68. Jenfasizza l-ħtieġa li jsir stħarriġ wiesa“ li jkopri l-pajjiżi kollha tal-UE u li juża metodoloġija komuni biex jiġi determinat l-ambitu reali tal-problema; jindika x-xogħol importanti li għandu jsir f'dan il-qasam mill-Osservatorju Ewropew dwar il-Vjolenza ta' natura Sesswali, li jkun jipprovdi statistiċi ta' kwalità għolja biex jiġu appoġġjati l-miżuri politiċi li jikkumbattu dan il-flaġell soċjali;
69. Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw taħriġ aħjar għal, u kooperazzjoni bejn, il-persunal fis-settur tas-saħħa, is-servizzi soċjali, il-pulizija u l-ġudikatura, u biex jistabbilixxu l-istrutturi li jkunu kapaċi jittrattaw il-forom kollha ta' vjolenza fuq in-nisa, inklużi l-forom rari ta' vjolenza fiżika u psikoloġika bħall-attakki bl-aċidu;
70. Jenfasizza l-importanza tal-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali li jieħdu azzjoni biex jgħinu l-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol għan-nisa li jkunu sofrew vjolenza marbuta mas-sess, billi jużaw strumenti bħall-FSE jew il-programm PROGRESS;
71. Jindika li għandhom jittejbu l-iskemi li jgħinu l-organizzazzjonijiet tan-nisa u s-soċjetà ċivili inġenerali biex jikkollaboraw ma' u jipparteċipaw fi proċessi biex jintegraw il-perspettiva tal-ġeneru;
72. Jenfasizza l-ħtieġa biex jiġu integrati l-perspettiva tal-ġeneru u l-ġlieda kontra l-vjolenza ta' natura sesswali fil-politika esterna u għall-kooperazzjoni fl-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea;
73. Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jippromwovu, fil-midja inġenerali u fil-materjal pubbliċitarju u promozzjonali b'mod partikolari, rappreżentazzjoni tal-immaġini femminili li tkun tirrispetta d-dinjità, id-diversità tar-rwol u l-identità tan-nisa;
74. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtorità baġitarja jirrispettaw il-kriterji tal-ibbaġitjar skont is-sessi (gender budgeting) meta jfasslu l-baġits u l-qafas finanzjarju multiannwali l-ġdid tal-UE; iħeġġeġ lill-Istati Membri jsegwu dan l-eżempju fit-tfassil tal-baġits pubbliċi nazzjonali;
75. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.
– wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3(3), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 8, 151, 153 u 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsira l-Karta tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet tagħha dwar id-drittijiet soċjali u l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,
– wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1966 dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1979 dwar l-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa (CEDAW),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Pekin u l-Pjattaforma għall-Azzjoni adottati waqt ir-Raba“ Konferenza Dinjija dwar in-Nisa fil-15 ta' Settembru 1995,
– wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju definiti min-Nazzjonijiet Uniti fl-2000, b'mod partikolari l-Mira 1 (li jinqerdu l-faqar estrem u l-ġuħ) u l-Mira 3 (li tiġi promossa l-ugwaljanza bejn il-ġeneri),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 1558(2007) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-femminizzazzjoni tal-faqar,
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta“ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid)(1),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1098/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010)(2),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta“ Marzu 2010 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress għall-Impjiegi u l-Inklużjoni Soċjali(3),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30 ta' Ottubru 2007 dwar ir-Reviżjoni tal-implimentazzjoni mill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE tal-Pjattaforma għal Azzjoni ta' Beijing - Indikaturi fir-rigward tan-Nisa u l-Faqar (13947/07),
– wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni tat-3 ta' Ottubru 2008 dwar l-Implimentazzjoni tal-għanijiet ta' Barċellona rigward il-faċilitajiet ta' kura għat-tfal f'età ta' qabel l-iskola (COM(2008)0638),
– wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel - 2010 (COM(2009)0694),
– wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja r-rapport mill-Kummissjoni dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel - 2010 (SEC(2009)1706),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel - 2010-2015 (COM(2010)0491),
– wara li kkunsidra d-dokumenti ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaw il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel - 2010-2015 (SEC(2010)1079) u (SEC(2010)1080),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv (COM(2010)2020),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tal-24 ta' Marzu 2010 “it-Tieni Sondaġġ dwar il-Kwalità tal-Ħajja Ewropea: il-ħajja tal-familja u x-xogħol”,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ottubru 2005 dwar in-nisa u l-faqar fl-Unjoni Ewropea(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Novembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' pagi indaqs għall-irġiel u n-nisa(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Frar 2010 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2009(7),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar aspetti rigward il-ġeneru fil-kuntest tar-reċessjoni ekonomika u l-kriżi finanzjarja(8),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar l-evalwazzjoni tar-riżultati ta' pjan ta' rotta għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006-2010 u rakkomandazzjonijiet għall-ġejjieni(9),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Settembru 2010 dwar ir-rwol tan-nisa f'soċjetà li qed tixjieħ(10),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ottubru 2010 dwar ħaddiema nisa prekarji(11),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0031/2011),
A. billi, skont d-Deċiżjoni 1098/2008/KE msemmija hawn fuq, l-attivitajiet fil-qafas tas-Sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali kellhom iqisu r-riskji u d-dimensjonijiet differenti tal-faqar u l-esklużjoni soċjali esperjenzati min-nisa u mill-irġiel; billi 85 miljun Ewropew jgħixu taħt il-linja tal-faqar u 17% min-nisa kollha fis-27 pajjiż tal-UE huma klassifikati li jgħixu fil-faqar, billi, barra minn hekk, fl-aħħar 10 snin l-ammont ta' nisa li jgħixu fil-faqar żdied b'mod sproporzjonat meta mqabbel mal-ammont ta' rġiel, billi l-faqar tal-ġenituri spiss iwassal għall-faqar tat-tfal u lit-tfal jaffettwahom serjament aktar tard fil-ħajja,
B. billi l-Unjoni Ewropea qed tiffaċċa kriżi ekonomika, finanzjarja u soċjali maġġuri li partikolarment tpoġġi fi żvantaġġ lin-nisa fis-suq tax-xogħol u fil-ħajja personali tagħhom, peress li għandhom ċans akbar li jkunu f'impjieg inċert, huma aktar esposti għar-riskju ta' sensja u li anqas għandhom ċans li jkollhom kopertura tas-sigurtà soċjali; billi, barra minn hekk, fi żminijiet ta' reċessjoni ekonomika, il-persuni li diġà huma fir-riskju li jiftaqru, li l-maġġoranza tagħhom huma nisa, isiru aktar vulnerabbli, speċjalment gruppi li diġà jiffaċċaw żvantaġġi numerużi,
C. . billi l-miżuri ta' awsterità li qed jiġu implimentati fl-UE kollha se jkollhom impatt partikolarment ta' ħsara fuq in-nisa, li jiddominaw is-settur pubbliku kemm bħala impjegati u bħala benefiċjarji tas-servizzi,
D. billi l-ġlieda kontra l-faqar hija waħda mill-ħames miri li jistgħu jitkejlu tal-Kummissjoni proposti għall-UE 2020; billi l-Linja Gwida Integrata 10 tal-Istrateġija Ewropa 2020 (il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar) se tinkoraġġixxi l-adozzjoni ta' politiki nazzjonali biex jipproteġu n-nisa, b'mod partikolari, mir-riskju tal-faqar, filwaqt li jiżguraw is-sigurtà tad-dħul għall-familji b'ġenitur wieħed jew għan-nisa anzjani,
E. billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija arma għall-ġlieda kontra l-faqar fost in-nisa, peress li għandha impatt pożittiv fuq il-produttività u t-tkabbir ekonomiku u twassal għal parteċipazzjoni akbar fis-suq tax-xogħol, li min-naħa tiegħu għandu bosta benefiċċji soċjali u ekonomiċi,
F. billi r-rata tal-impjieg tan-nisa hija f'medja ta' 59,1%; billi mill-2000 “il quddiem, il-qabża medja fil-pagi bejn il-ġeneri baqgħet sinifikanti (18% fl-UE in ġenerali u sa aktar minn 30% f'xi Stati Membri fl-2010) u l-prinċipju tal-prinċipju ta' pagi ugwali għall-irġiel u n-nisa jikkostitwixxi wieħed mill-prinċipji fundamentali stabbiliti fit-trattati Ewropej, billi s-suq tax-xogħol segregat skont il-ġeneru għandu konsegwenzi diretti fuq in-nisa,
G. billi f'16-il Stat Membru r-riskju ta' faqar estrem fost in-nisa jaqbeż sew ir-riskju ta' faqar estrem fost l-irġiel,
H. billi l-impjieg innifsu ma jikkostitwixxix protezzjoni adegwata kontra l-faqar estrem; billi, prinċipalment bħala konsegwenza tas-segregazzjoni fil-post tax-xogħol, aktar nisa milli rġiel jaħdmu f'impjiegi bi ħlas aktar baxx, filwaqt li spiss jagħti l-każ li l-ħlasijiet tas-sigurtà soċjali waħedhom lanqas ma joffru l-ebda protezzjoni kontra l-faqar estrem,
I. billi aktar ma jkun twil il-perjodu ta' ħajja fil-faqar bi dħul partikolarment baxx, aktar ikun kbir ir-riskju li wieħed jaqa“ fi stat ta' privazzjoni ekonomika u l-esklużjoni soċjali permanenti; billi, għalhekk, il-miżuri biex jikkumbattu l-faqar ma għandhomx jimmiraw sempliċement biex jgħinu lil dawk li diġà jgħixu fi privazzjoni ekonomika estrema, iżda għandhom ukoll jippruvaw jipprevjenu u jindirizzaw fil-pront fatturi li jwasslu liċ-ċittadini u partikolarment lin-nisa għal privazzjoni ekonomika u soċjali estrema,
J. billi hemm disparitajiet konsiderevoli bejn l-età u l-ġeneru fl-ammont ta' ħin li wieħed jiddedika għax-xogħol mhux imħallas u għall-involviment kwotidjan fl-attivitajiet ta' kura; billi n-nisa b'mod partikolari jġorru l-ikbar piż ta' xogħol mhux imħallas,
K. billi l-aċċess universali għas-servizzi ta' appoġġ bi prezzijiet aċċessibbli u ta' kwalità, bħall-faċilitajiet tal-indukrar tat-tfal u faċilitajiet għall-anzjani u persuni dipendenti oħra, huwa importanti għall-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa u tal-irġiel fis-suq tax-xogħol u bħala mezz biex ikun evitat u jitnaqqas il-faqar,
L. billi l-anzjani jiffaċċaw riskju ogħla ta' faqar mill-popolazzjoni ġenerali, u jilħqu rata ta' madwar 19% tal-persuni ta' 65 sena u aktar fl-2008 fis-27 Stat tal-UE; billi n-nisa aktar anzjani jinsabu f'pożizzjoni partikolarment prekarja, peress id-dritt tagħhom għal dħul minn pensjoni spiss huwa derivat mill-istat ċivili tagħhom (benefiċċji favur il-konjuġi jew pensjoni ta' superstitu) u peress li rarament għandhom dritt għal pensjoni adegwata tagħhom stess, minħabba waqfiet fil-karriera, inugwaljanza fil-paga u fatturi oħrajn, u li, b'konsegwenza, in-nisa jinsabu aktar spiss mill-irġiel f'sitwazzjonijiet ta' faqar estrem u persistenti (22% tan-nisa ta' età ta' 65 sena u aktar huma f'riskju ta' faqar, meta mqabbel mas-16% tal-irġiel),
M. billi n-nisa, b'mod partikolari fiż-żoni rurali, huma aktar spiss parti mill-ekonomija informali mill-irġiel, peress li ma jkunux irreġistrati fis-suq uffiċjali tax-xogħol jew ikollhom kuntratti ta' xogħol għal żmien qasir, ħaġa li tiġġenera problemi partikolari fir-rigward tad-drittijiet soċjali tan-nisa, inklużi d-drittijiet matul it-tqala, il-lif tal-maternità u għat-treddigħ, il-ksib ta' drittijiet għall-pensjoni u l-aċċess għas-sigurtà soċjali,
N. billi l-faqar huwa fattur assoċjat mar-riskju akbar ta' vjolenza bbażata fuq il-ġeneru, li huwa ostaklu maġġuri għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri; billi, peress li l-vjolenza domestika spiss twassal għat-telf tal-impjiegi, problemi tas-saħħa u telf tad-dar, tista“ wkoll tikkostrinġi lin-nisa f'ċiklu ta' faqar; billi, barra minn hekk, it-traffikar tal-bnedmin huwa forma moderna ta' skjavitù li taffettwa lin-nisa u lit-tfajliet fi skala kbira u tikkostitwixxi fattur sinifikanti li huwa kemm konsegwenza tal-faqar u li wkoll jikkontribwixxi għalih,
O. billi l-vjolenza kontra n-nisa, fil-forom kollha tagħha, hija waħda mill-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem l-aktar mifruxa, li ma tafx limiti ġeografiċi, ekonomiċi jew soċjali; billi hija problema akuta fl-Unjoni, fejn madwar 20-25% tan-nisa jġarrbu vjolenza fiżika, u iktar minn 10% vjolenza sesswali matul il-ħajja adulta tagħhom,
P. billi n-nisa b'diżabilità jsofru diskriminazzjoni fi ħdan l-ambjent familjari u f'dak edukattiv, l-opportunitajiet ta' impjieg tagħhom huma limitati u l-benefiċċji soċjali li jirċievu fil-maġġoranza tal-każi ma joħorġuhomx mill-faqar billi jeħtieġ li l-Istati Membri għalhekk jipprovdu lin-nisa b'diżabilità l-assistenza speċjalizzata li għandhom bżonn sabiex igawdu drittijiethom u jipproponu miżuri biex jintegraw lil dawn in-nisa permezz ta' programm addizzjonali ta' appoġġ;
Q. billi n-nisa kulma jmur aktar qed jerfgħu l-piż tal-faqar, in-nisa huma aktar esposti għar-riskju ta' faqar, speċjaliment fil-każ ta' kategoriji ta' nisa bi bżonnijiet speċjali, bħan-nisa b'diżabilità, in-nisa anzjani u l-ġenituri li jrabbu wild waħedhom (partikolarment l-ommijiet mingħajr sieħeb u n-nisa romol b'ulied dipendenti) u l-kategoriji l-aktar f'riskju ta' esklużjoni, bħan-nisa Rom, li skont it-tradizzjonijiet tagħhom ix-xogħol tad-dar u ta' kura huwa assenjat lilhom b'mod esklużiv u għalhekk jinqatgħu qabel iż-żmien mill-edukazzjoni u mill-impjiegi u n-nisa immigrati; billi hemm il-ħtieġa ta' kundizzjonijiet xierqa tax-xogħol, inkluż il-ħarsien tad-drittijiet bħalma hi paga deċenti, lif tal-maternità u ambjent tax-xogħol li jkun ħieles mid-diskriminazzjoni, li huma essenzjali għal dawn in-nisa,
R. billi l-programm Progress huwa maħsub biex jappoġġa l-implimentazzjoni effikaċi tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u biex jippromwovi l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki tal-UE; billi dan il-programm huwa għodda tal-akbar importanza fil-ġlieda kontra l-femminilizzazzjoni tal-faqar,
S. billi t-tul ta' ħajja mistenni għan-nisa huwa sitt snin iktar mill-irġiel, skont l-istatistika għall-UE-27 fl-2007 li turi li l-irġiel jgħixu sa 76 sena u n-nisa sa 82; billi dan għandu implikazzjonijiet importanti għall-faqar femminili, partikolarment peress li n-nisa għandhom diffikultà akbar biex ikollhom aċċess għas-sigurtà soċjali u s-sistemi tal-pensjoni,
Femminilizzazzjoni tal-faqar
1. Iqis li l-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-faqar tan-nisa huma element importanti tal-prinċipju fundamentali tas-solidarjetà soċjali li l-Unjoni Ewropea hija marbuta miegħu, kif dispost mill-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jimplika l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, il-ġustizzja soċjali kif ukoll il-protezzjoni u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni;
2. Jirrikonoxxi li l-“femminilizzazzjoni tal-faqar” tfisser li n-nisa għandhom inċidenza ogħla ta' faqar mill-irġiel, li l-faqar tagħhom huwa aktar akut minn dak tal-irġiel u li l-faqar fost in-nisa qiegħed jiżdied;
3. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li skont l-indikatur “riskju ta' faqar” tal-Eurostat, kważi 85 miljun ruħ fl-Unjoni Ewropea kienu jinsabu fir-riskju tal-faqar fl-2008, u li skont l-indikatur “privazzjoni materjali” huwa stmat li ċ-ċifra titla“ għal 120 miljun; iqis li d-deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-indikaturi tal-faqar tista” twassal għal ambigwitajiet rigward il-mira tat-tnaqqis ġenerali li sal-2020 ikunu ħarġu mill-faqar u l-esklużjoni 20 miljun ruħ (tnaqqis ta' 23,5% skont l-indikatur “riskju ta' faqar” tal-Eurostat, imma biss 16,7% sont l-indikatur “privazzjoni materjali”); Jenfasizza li dawk li jgħixu fil-faqar huma fil-parti l-kbira nisa, sitwazzjoni li ġiet ikkawżata mill-qgħad, ix-xogħol każwali, salarji baxxi, pensjonijiet taħt il-livell minimu ta' sussistenza, u d-diffikultà mifruxa li jinkiseb aċċess għas-servizzi pubbliċi;
4. Jenfasizza li l-inugwaljanza bejn il-ġeneri tostakola t-tnaqqis tal-faqar u tipperikola l-prospetti ta' żvilupp ekonomiku u uman;
5. Jistieden lill-Istati Membri jintegraw il-kunċett tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki u l-miżuri speċjali kollha li għandhom x'jaqsmu mal-impjiegi ħalli jtejbu l-aċċess għall-impjiegi, jevitaw li jkun hemm rappreżentanza żejda ta' nisa f'impjiegi prekarji, iżidu l-parteċipazzjoni sostenibbli u jippromwovu l-progress tan-nisa fis-settur tal-impjiegi, kif ukoll ħalli jnaqqsu s-segregazzjoni tas-sessi fis-suq tax-xogħol billi jsibu tarf tal-kawżi diretti u indiretti;
6. Jindika li l-faqar fost in-nisa mhuwiex biss ir-riżultat tal-kriżi ekonomika li seħħet dan l-aħħar, imma l-konsegwenza ta' diversi fatturi, inklużi l-istereotipi, l-inugwaljanzi bejn il-pagi għaż-żewġ sessi, l-ostakli li hemm minħabba n-nuqqas ta' rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja tal-familja u dik tax-xogħol, il-medja itwal tat-tul tal-ħajja mistennija tan-nisa u, b'mod ġenerali, id-diversi tipi ta' diskriminazzjoni sesswali, li tagħha huma vittmi l-aktar lin-nisa;
7. Ifakkar li l-Kummissjoni għażlet is-sena 2010 bħala s-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali, bil-għan li tafferma mill-ġdid u ssaħħaħ l-impenn politiku tal-Unjoni għat-temma ta' avvanz deċiżiv fil-ġlieda kontra l-faqar u tagħraf id-dritt fundamentali ta' dawk li qed jgħixu fil-faqar u l-esklużjoni soċjali li jgħixu ħajja deċenti u jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà;
8. Ifakkar li s-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali 2010 kellha tkun mhux biss kampanja medjatika, iżda inizjattiva li tistimola iktar politiki multidimensjonali kontra l-faqar u indikaturi tal-faqar aktar avvanzati; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tagħti deskrizzjoni ġenerali kritika tal-miżuri l-ġodda li ttieħdu mill-Istati Membri biex jegħlbu l-faqar u l-esklużjoni soċjali f'dan il-kuntest;
9. Jissuġġerixxi li hu meħtieġ li jiġi sostnut, kemm fil-livell Ewropew u kemm fil-livell nazzjonali, impenn sod li jkompli jsir aktar progress lejn l-ugwaljanza bejn is-sessi, permezz ta' strateġiji li jkomplu jmexxu “l quddiem il-linji gwida tal-Kummissjoni dwar il-parità bejn in-nisa u l-irġiel, il-Patt għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi adottat mill-Kunsill tal-Ewropa, u l-qafas ta' azzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi konkluż mill-imsieħba soċjali Ewropej;
10. Jenfasizza li l-ugwaljanza bejn is-sessi hija waħda mill-prerekwiżiti għat-tkabbir sostenibbli, l-impjiegi, il-kompetittività u l-koeżjoni soċjali;
11. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill iqisu kif dovut it-talbiet tal-Parlament li saru fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta' Novembru 2007 dwar inventarju tar-realtà soċjali(12), tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar, inkluż il-faqar fost it-tfal, fl-UE(13), tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol u tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar ir-rwol tad-dħul minimu fil-ġlieda kontra l-faqar u l-promozzjoni ta' soċjetà inklużiva fl-Ewropa(14) meta jkunu qed jiġu mfassla l-politiki u l-miżuri għall-istadju li jmiss tal-OMC dwar l-Inklużjoni Soċjali u l-Ħarsien Soċjali, l-Istrateġija tal-Inklużjoni Soċjali u l-inizjattiva ewlenija tal-“Ewropa 2020” għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, li tinvolvi lill-partijiet interessati kollha fi proċess parteċipattiv;
12. Jieħu nota tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jadottaw prospettiva speċifika għall-ġeneru bħala element prinċipali tal-politiki komuni u tal-programmi nazzjonali kollha biex jinqered il-faqar u tiġi miġġielda l-esklużjoni soċjali;
13. Jilqa“ l-inizjattiva tal-Kummisjoni dwar ”Pjattaforma Ewropea Kontra l-Faqar“; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu d-dimensjoni tal-ġeneru f'din il-pjattaforma;
14. Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-istrateġija Ewropea dwar l-inklużjoni u l-ħarsien soċjali, skont l-inizjattiva “Pjattaforma Ewropea Kontra l-Faqar” imsemmija hawn fuq, u żżid l-isforzi tagħha b'mod partikolari għat-titjib tas-sitwazzjoni tal-ġenituri waħedhom sabiex ikunu jistgħu jgħixu b'dinjità;
15. Jirrimarka li, bħala konsegwenza tal-kriżi ekonomika, il-qgħad u t-tbatija soċjali għadhom jiżdiedu f'numru ta' Stati Membri u jaffettwaw liż-żgħażagħ u lill-anzjani, lill-irġiel u lin-nisa u l-familji tagħhom b'mod differenti, u għalhekk jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri jsaħħu l-impenn tagħhom u jieħdu miżuri speċifiċi għall-qerda tal-faqar u biex jikkumbattu l-esklużjoni soċjali, partikolarment il-faqar fost in-nisa u l-impatt dirett tiegħu fuq il-ħajja tal-familja, għaliex il-faqar u l-esklużjoni soċjali jikkostitwixxu ksur tad-drittijiet tal-bniedem u jaffettwaw mill-inqas wieħed minn kull sitt ċittadini Ewropej; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu enfasi speċifika fuq l-aktar gruppi vulnerabbli (familji b'ġenitur wieħed, familji bi tlett itfal jew aktar, persuni b'diżabilità, minoranzi etniċi, speċjalment ir-Rom, nies li jgħixu fil-mikroreġjuni l-aktar żvantaġġati, persuni b'kapaċità għax-xogħol imnaqqsa u żgħażagħ mingħajr esperjenza ta' xogħol); jemmen li l-aċċess għall-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol u l-parteċipazzjoni fis-soċjetà huma meħtieġa għal ħajja deċenti; jistieden lill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri jiżguraw li jittieħdu miżuri sabiex jinqered il-faqar tat-tfal u li t-tfal kollha jkollhom opportunitajiet indaqs fil-ħajja;
16. Jinnota li l-integrazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol fid-deċennji reċenti tindika mhux biss impatt dirett akbar tar-reċessjoni fuq in-nisa innifishom iżda wkoll fuq in-nuklei familjari, li fihom id-dħul finanzjarju se jkun affettwat b'mod sinifikattiv mit-telf ta' impjieg tal-mara; jenfasizza li l-qgħad fost in-nisa jista“ jkun mistenni jogħla b'mod sproporzjonat hekk jif jitħabbar tnaqqis fil-baġit tas-settur pubbliku, peress li n-nisa huma impjegati fis-setturi tal-edukazzjoni, is-saħħa u s-servizzi soċjali b'mod sproporzjonat;
17. Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw l-indikaturi fir-rigward tan-nisa u l-faqar żviluppati b'rabta mal-Pjattaforma għall-Azzjoni ta' Pekin bħala għodda għas-sorveljanza tal-impatt ta' politiki soċjali, ekonomiċi u tal-impjieg usa“ dwar it-tnaqqis tal-faqar; jistieden lill-Istati Membri jidentifikaw mezzi aktar xierqa għall-kejl tal-faqar fost in-nisa;
18. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu data u informazzjoni sistematiċi tal-ġeneri mhux aggregati fit-tfassil ta' rapporti nazzjonali u fir-Rapport Konġunt annwali dwar il-Protezzjoni Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali;
19. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintroduċu indikaturi individwali ġodda fir-rigward tan-nisa u l-faqar bħala għodda biex jiġi sorveljat l-impatt li jkollhom fuq in-nisa u l-faqar politiki usa“ soċjali, ekonomiċi u tal-impjiegi;
20. Jenfasizza n-neċessità biex jiġi miftiehem segwitu għall-Karta tan-Nisa, b'konsultazzjoni wiesgħa mal-Parlament Ewropew, u b'kunsiderazzjoni tal-fehmiet tal-imsieħba soċjali u tas-soċjetà ċivili, biex ikunu promossi mekkaniżmi li jiksbu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-aspetti kollha tal-ħajja soċjali, ekonomika u politika;
21. Jiġbed attenzjoni partikolari għall-ħtieġa li jitkomplu ulterjorment ir-riċerki u l-analiżijiet rigward il-fenomenu tal-“femminilizzazzjoni tal-faqar”; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Eurofound jikkooperaw mal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u biex jagħtu bidu għal riċerka mmirata sabiex jivvalutaw, fost ħwejjeġ oħra, l-effetti tal-kriżi dinjija fuq in-nisa;
22. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-individwi kollha, speċjalment it-tfal u l-anzjani, jkollhom aċċess għall-kura bażika;
23. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw l-aċċess għall-mediċina preventiva u dijanjostika għal mard tipiku ta' nisa anzjani bħala strument għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali;
24. Jistieden lill-Istati Membri jiffaċilitaw l-aċċess għall-kura medika ta' nisa immigrati minħabba mard kaġun ta' drawwiet alimentari u prattiċi ritwali; jistieden rispettivament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindikaw politiki tas-saħħa bil-għan li jiġġieldu u jipprevjenu prattiki ta' periklu għas-saħħa tan-nisa u li huma wkoll kawża ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali;
25. Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-politiki tal-ġeneri u l-prinċipji tal-UE jiġu applikati fil-livelli kollha, lokali u nazzjonali;
26. Ifakkar li l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali għandha ssir kemm fi ħdan l-Unjoni Ewropea u kemm esternament, sabiex isir adempiment tal-impenn tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri li jilħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju tan-NU sal-2015;
Ġlieda kontra l-faqar tan-nisa permezz tal-politiki tal-impjieg u l-protezzjoni soċjali
27. Jistieden lill-Istati Membri jadottaw programmi speċifiċi li jippromwovu l-inklużjoni attiva jew ir-reintegrazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u għal opportunitajiet speċifiċi għat-taħriġ tul il-ħajja bil-għan li jiġu provduti l-ħiliet u l-kwalifiki, bħal l-għoti ta' setgħa, trawwim ta' fiducja u tisħiħ tal-kapaċitajiet, neċessarji fid-dawl tal-Istrateġija UE 2020 li tenfasizza l-proġetti u l-programmi dwar trasformazzjoni ekoloġika, jiġifieri, is-settur rinnovabbli, l-impjiegi ħodor b'element xjentifiku u tekonoloġiku qawwi għal ekonomija sostenibbli ġdida; jitlob li, fl-interess li ma jiżdiedx in-nuqqas ta' sigurtà esperjenzat min-nisa fis-suq tax-xogħol, jitqiesu r-responsabilitajiet tal-familja meta jkunu qed jintgħażlu l-ħaddiema għas-sensja, filwaqt li dak li jkun iżomm quddiem għajnejh li f'ħafna sitwazzjonijiet in-nisa huma inkarigati mit-tfal;
28. Jiġbed l-attenzjoni għad-differenzi konsiderevoli li hemm bejn in-nisa f'żoni rurali u urbani fir-rigward tal-aċċess għat-taħriġ, l-impjiegi u l-kwalità tax-xogħol; jagħti importanza konsiderevoli lid-dritt li għandhom dawn ir-residenti kollha, partikolarment dawk l-aktar żgħar fl-età u l-aktar vulnerabbli, li jirċievu edukazzjoni kif għandha tkun, bit-taħriġ professjonali u l-istudji universitarji, u għalhekk jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jappoġġaw lil dawn il-gruppi permezz ta' sistema effikaċi ta' politiki attivi u miżuri ta' taħriġ xierqa sabiex ikunu jistgħu jadegwaw ruħhom malajr għar-rekwiżiti tas-suq tax-xogħol;
29. Jirrimarka li l-protezzjoni soċjali, il-politiki tas-suq u l-politika soċjali jagħtu kontribut importanti għat-tnaqqis tal-intensità u t-tul tar-reċessjoni billi jistabbilizzaw is-swieq tax-xogħol u l-konsum, u li s-sistema tal-protezzjoni soċjali hija stabbilizzant kemm rigward id-dħul u kemm rigward l-infiq;
30. Iqis lill-politika tal-impjiegi attiva (eżempju t-taħriġ waqt ix-xogħol, l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali) importanti ħafna fil-prevenzjoni tal-faqar u proċess li fih l-imsieħba soċjali jiżvolġu rwol essenzjali; iqis barra minn hekk lil-politika tal-impjiegi proattiva (eżempju l-prattika professjonali għaż-żgħażagħ, workshops u postijiet tax-xogħol imħarsa) kruċjali fl-iżgurar tal-bilanċ tas-suq tax-xogħol u żżid l-aċċessibilità għalih, u ssostni l-impjiegi għall-gruppi żvantaġġati;
31. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi stabbilit qafas regolatorju trasparenti għal forom atipiċi ta' impjieg sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol kif suppost u paga deċenti, ladarba s-sejbien ta' impjieg huwa mutur għall-ġlieda kontra l-faqar;
32. Jikkunsidra li l-integrazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol hija element prinċipali fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali; jenfasizza l-importanza li jiġi appoġġat il-ħolqien ta' impjiegi ġodda, ikunu ffaċilitati t-taħriġ u l-edukazzjoni għan-nisa li jgħixu fir-riskju tal-faqar u jissaħħaħ is-sejbien tax-xogħol;
33. Jirrikonoxxi l-konnessjoni diretta bejn l-inugwaljanza ekonomika u d-dipendenza femminili, kif ukoll l-inugwaljanzi li għadhom jeżistu bejn l-irġiel u n-nisa f'termini ta' aċċess għall-edukazzjoni, ir-responsabilitajiet tal-familja u l-kura ġenerali tal-familja, u jesprimi d-dispjaċir tiegħu li l-inugwaljanza fil-paga bejn iż-żewġ ġeneri għadha preżenti u tipproduċi effetti negattivi;
34. Jenfasizza li f'każ ta' qgħad ir-riskju li ma jerġgħux jiġu impjegati huwa ogħla għan-nisa, u li wkoll aktar hu probabbli li jkunu aktar żvantaġġati meta jiġu għal xi reklutaġġ, peress li aktar nisa jiġu impjegati fuq kuntratti insikuri jew part-time mingħajr ma jkunu għażlu hekk huma jew minħabba li l-paga inugwali qed tkompli taffettwa lin-nisa;
35. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li skont l-Istħarriġ Speċjali tal-Ewrobarometru “L-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE fl-2009” l-ħtieġa li jitnaqqas l-inugwaljanza fil-paga tan-nisa u tal-irġiel hija rikonoxxuta kullimkien fl-Ewropa;
36. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji biex jeliminaw l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri fl-impjiegi bħala parti mill-Istrateġija UE 2020; inkoraġġixxi bil-qawwa li t-tnaqqis ta' 1% fis-sena tal-inugwaljanza fil-paga bejn il-ġeneri jiġi stabbilit bħala objettiv, sabiex jinkiseb l-objettiv ta' tnaqqis ta' 10% sal-2020 u jiġi żgurat paga sħiħa lin-nisa tul il-lif statutorju tal-maternità kif rakkomandat mill-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Ottubru 2010(15) dwar dan is-suġġett, peress li dan se jikkontribwixxi biex jelimina l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri fl-impjiegi; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa għal azzjoni pożittiva biex tiżdied il-preżenza tan-nisa fl-entitajiet eżekuttivi politiċi, ekonomiċi u imprenditorjali;
37. Jinnota li l-aċċess tal-imprendituri nisa għall-kreditu huwa limitat, fatt li hu ostaklu maġġuri għall-iżvilupp professjonali u l-indipendenza ekonomika tagħhom, u li huwa f'kunflitt mal-prinċipju tat-trattament ugwali;
38. Jistieden lil dawk li jfasslu l-politika, kemm fil-livell tal-UE u nazzjonali, biex jibnu r-reazzjoni tal-politika tagħhom, li jimmiraw lejn limitazzjoni tar-riperkussjonijiet negattivi tal-kriżi ekonomika, fuq analiżi tas-suq tax-xogħol li tikkunsidra l-ġeneri u kif ukoll valutazzjonijiet u evalwazzjonijiet sistemati tal-impatt fuq il-ġeneri;
39. Jistieden lill-Kummissjoni tkompli bl-inizjattivi mmirati lejn rikonoxximent tal-ekonomija informali u l-kwantifikazzjoni tal-“ekonomija tal-ħajja”, bl-użu ta' approċċi speċifiċi għall-ġeneri bi qbil mal-proġett “Beyond GDP” mniedi mill-Kummissjoni; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu benefiċċji soċjali xierqa għan-nisa u l-irġiel li jieħdu ħsieb l-anzjani, il-morda jew il-qraba b'diżabilità, u għan-nisa anzjani li jirċievu pensjonijiet partikolarment baxxi;
40. Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-leġiżlazzjoni eżistenti rigward l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ugwali għall-irġiel u n-nisa kif rikjest mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta“ Novembru 2008(16) (inizjattiva leġiżlattiva li titlob lill-Kummissjoni tressaq proposta xierqa sa tmiem l-2009);
41. Jenfasizza l-importanza kruċjali tar-riforma tal-politiki makroekonomiċi, soċjali u tas-suq tax-xogħol, sabiex tkun iggarantita ġustizzja ekonomika u soċjali għan-nisa, biex jergħu jiġu kkunsidrati l-metodi użati biex jiddeterminaw ir-rata tal-faqar u biex jiġu żiluppati strateġiji għall-promozzjoni ta' distribuzzjoni ġusta tal-ġid, biex ikunu ggarantiti dħul minimu u pagi u pensjonijiet deċenti, biex jinħolqu aktar impjiegi ta' kwalità għolja għan-nisa, flimkien ma' drittijiet, sabiex in-nisa u t-tfajliet ikunu jistgħu jibbenefikaw minn servizzi pubbliċi ta' standard għoli, u biex jitjieb il-forniment ta' servizzi tal-welfare u l-viċinat, inklużi crèches, kindergartens u forom oħra ta' edukazzjoni preskolastika, day centres, ċentri ta' divertiment tal-komunità u ċentri ta' appoġġ għall-familja u ċentri interġenerazzjonali, li għandhom ikunu bi ħlas raġonevoli u aċċessibbli għan-nisa u l-irġiel u fl-istess ħin għaż-żgħażagħ u l-anzjani u li jkunu kompatibbli mal-ħinijiet tax-xogħol full-time;
42. Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu ċentri ta' konsulenza biex jiġi identifikat u kumbattut l-isfruttament tan-nisa li jaħdmu, li huwa waħda mill-kawżi prinċipali tal-faqar u l-eżklużjoni soċjali;
43. Jistieden lill-Istati Membri jqisu r-rieżami tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali bil-ħsieb li jiġu individwalizzati d-drittijiet għall-iskemi pensjonistiċi u tas-sigurtà soċjali biex jiġi eliminat il-“vantaġġ ta' min jaqla” l-għajxien tal-familja“, jiggarantixxu drittijiet tal-pensjoni ugwali;
44. Jenfasizza l-effett pożittiv li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għandha fuq it-tkabbir ekonomiku; jinnota li bosta studji jikkalkolaw li kieku r-rati ta' impjieg, impjieg part-time u ta' produttività tan-nisa kienu l-istess bħal dawk tal-irġiel, il-PDG kien jiżdied bi 30%, li mhux biss ikun ta' benefiċċju għall-ekonomija kollha kemm hi iżda jnaqqas ukoll ir-riskju li jgħaddu minnu ħafna nisa li jiftaqru;
45. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżviluppaw u jimplimentaw bħala kwistjoni ta' urġenza strateġija li tnaqqas bin-nofs il-faqar tat-tfal sal-2012 u tkisser l-ispirali tal-faqar b'mod ġenerali, minħabba r-riskju għoli li l-faqar persistenti jingħadda mill-ġenituri lit-tfal tagħhom, li jista“ jfixkel konsiderevolment iċ-ċansijiet tat-tfal għal ħajja aħjar; għalhekk jenfasizza l-ħtieġa li d-drittijiet tat-tfal individwali jkunu integrati fil-politiki u l-miżuri kollha tal-UE għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-passi meħuda biex jintemm il-faqar tat-tfal, għall-identifikazzjoni u l-iżvilupp ta' azzjonijiet prijoritarji, għat-tisħiħ tal-ġbir ta' data u għall-iżvilupp ulterjuri ta' indikaturi komuni fil-livell ta' UE; jemmen li f'dan il-kuntest huwa essenzjali jiġu ffaċilitati kemm id-dħul u kemm ir-ritorn tal-ġenituri waħedhom fis-suq tax-xogħol, kif ukoll arranġamenti ta' assistenza soċjali għall-familji b'ġenitur wieħed fid-dawl tal-problemi li jiffaċċjaw, filwaqt li jiġi żgurat ukoll appoġġ konkret għall-familji kbar; iqis li t-tfal li ġejjin minn familji foqra li fihom ma jkun hemm ħadd li jaħdem għandhom jirċievu attenzjoni u appoġġ speċjali, sabiex ikun evitat il-faqar fil-ġejjieni;
46. Jitlob lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti jeżaminaw mill-ġdid il-politiki tagħhom tal-immigrazzjoni bil-għan li jneħħu l-ostakli strutturali għall-parteċipazzjoni sħiħa tal-migranti fis-suq tax-xogħol, jiġbru data dwar il-progress rigward id-diskriminazzjoni kontra gruppi vulnerabbli u biex jivvalutaw l-impatt tat-tnaqqis fl-infiq rigward l-aċċess għal servizzi tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-protezzjoni soċjali;
47. Jinnota d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2010 li jħalli f'idejn l-Istati Membri biex jistabbilixxu, f'kooperazzjoni mar-reġjuni, l-objettivi nazzjonali tagħhom għat-tnaqqis tan-numru ta' nies fir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fuq il-bażi ta' wieħed jew iktar mit-tliet indikaturi maqbula mill-Kunsill; iqis li l-Istati Membri li qed jużaw biss l-indikatur ta' familja fejn ħadd m'għandu impjieg jistgħu sistematikament jittraskuraw problemi bħal faqar għalkemm wieħed ikollu xogħol, faqar f'termini ta' enerġija, il-faqar tal-ġenituri waħedhom, il-faqar tat-tfal u l-esklużjoni soċjali; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex ma jabbużawx mil-libertà li jagħżlu l-indikatur tagħhom bil-ħsieb li jilħqu objettivi kontra l-faqar li jkunu anqas ambizzjużi; jiġbed l-attenzjoni għall-problemi li qed jiffaċċjaw miljuni ta' pensjonanti Ewropej li l-pensjonijiet tagħhom mhumiex biżżejjed biex ilaħħqu mal-ħajja u jkopru l-ħtiġijiet partikolari marbuta mal-età, speċjalment kaġun ukoll tal-prezz għoli tal-mediċini u tat-trattament mediku; jenfasizza li l-edukazzjoni skolastika u universitarja għall-gruppi l-iktar vulnerabbli għandha tkun objettiv prijoritarju li f'konnessjoni magħha kull Stat Membru jrid jistabbilixxi objettivi;
48. Jirrimarka li, peress li parteċipazzjoni ndaqs u sħiħa fil-ħajja ekonomika, politika u soċjali għandha tkun meqjusa bħala dritt individwali, il-politiki attivi tal-inklużjoni soċjali għandhom jużaw approċċ olistiku biex jeqirdu l-faqar u l-esklużjoni soċjali, speċjalment billi jiżguraw aċċess sħiħ għal servizzi soċjali u servizzi ta' interess ġenerali (ekonomiku) ta' kwalità għal kulħadd;
49. Jenfasizza l-ħtieġa tal-iżvilupp ta' politiki xierqa ta' integrazzjoni tax-xogħol u ta' taħriġ fil-livell nazzjonali, flimkien ma' arranġamenti fiskali speċjali għall-familji b'ġenitur wieħed bħala parti mill-ġlieda kontra l-faqar, il-faqar tat-tfal u l-esklużjoni soċjali;
50. Jenfasizza l-ħtieġa li jittieħdu miżuri fuq livell nazzjonali u Ewropew biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni fir-rigward tal-opportunitajiet tas-suq tal-impjiegi u l-politiki tal-pagi;
51. Jistieden lill-Kummissjoni teżamina mill-qrib l-ostakli li hemm għall-parteċipazzjoni soċjali bħalma huma l-faqar fl-enerġija, l-esklużjoni finanzjarja u ostakli fl-aċċess għat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT);
52. Jenfasizza l-importanza ta' politiki ta' koordinament biex jiġu miġġielda l-qgħad u l-esklużjoni soċjali fil-livelli kollha ta' gvern sabiex il-faqar ikun miġġieled b'mod effikaċi;
53. Jistieden lill-Istati Membri jiffaċilitaw l-aċċess għall-programmi ta' edukazzjoni u ta' taħriġ għall-immigrati u għal minoranzi etniċi, li jaġevola l-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol;
Rikonċiljazzjoni tal-ħajja tal-familja u tax-xogħol min-nisa li jgħixu fil-faqar jew li huma esposti għar-riskju tal-faqar
54. Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji biex jippromwovu r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol u dik privata, sabiex jagħmluha possibbli għan-nisa esposti għar-riskju tal-faqar li jkomplu l-karrieri tagħhom f'xogħol full-time, jew biex joffrulhom l-aċċess għal xogħol part-time jew arranġamenti flessibbli ta' xogħol, anki billi jużaw arranġamenti ta' xogħol part-time reversibbli waqt il-perjodi li tulhom jieħdu ħsieb persuni oħra;
55. Jenfasizza li terz tal-familji b'ġenitur wieħed fl-Ewropa qed jgħixu fil-faqar;
56. Jistieden lill-Istati Membri, fil-kuntest tal-proċedura msemmija hawn fuq li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu s-sensja ta' ħaddiema matul it-tqala jew il-maternità; jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri attivi biex jipprevjenu d-diskriminazzjoni kontra n-nisa tqal fis-suq tax-xogħol, kif ukoll miżuri biex ikun żgurat li l-maternità ma taffettwax id-dritt tal-ħaddiema nisa għall-pensjonijiet u li l-iskala ta' dawk il-pensjonijiet ma tiġix affettwata mill-fatt li jkunu ħadu l-lif tal-maternità;
57. Ifakkar lill-Istati Membri li l-provvediment għall-indukrar tat-tfal adegwat huwa parti fundamentali mill-ugwaljanza bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol; jiddispjaċih li l-objettivi tal-Kunsill Ewropew ta' Barċellona tal-2002 dwar l-għoti ta' assistenza preskolastika tat-tfal għal tal-anqas 90% tat-tfal f'età bejn it-3 snin u l-età skolastika obbligatorja u tal-anqas 33% tat-tfal taħt l-età ta' 3 snin, li stabbilixxa objettivi sal-2010, altru mhumiex qed ikunu sodisfatti; jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri jġeddu u jonoraw l-impenji tagħhom għall-objettivi ta' Barċellona għall-għoti ta' assistenza tat-tfal aċċessibbli, li ma tqumx wisq flus u ta' kwalità għolja u għall-iżvilupp ta' objettivi ġodda għall-kura ta' persuni dipendenti; jistieden għalhekk lill-Istati Membri jtejbu l-aċċessibilità, partikolarment permezz ta' sostenn finanzjarju għall-indukrar tat-tfal, u jtejbu l-faċilitajiet pubbliċi għall-indukrar tat-tfal u jipprovdu inċentivi lill-impriżi biex jistabbilixxu faċilitajiet fuq il-post tax-xogħol;
58. Jistieden lill-Istati Membri jieħdu azzjoni mmirata biex jiżguraw li n-nisa li jinsabu f'ambjent żvantaġġat ikollhom aċċess ġust għas-sistemi ta' saħħa pubblika – b'mod partikolari għall-kura tas-saħħa primarja (inkluż il-protezzjoni tal-ommijiet u tat-tfal) kif definit mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa – u wkoll kura tas-saħħa ġinekoloġika u ostetrika, akkomodazzjoni deċenti, ġustizzja, edukazzjoni, taħriġ, tagħlim tul il-ħajja, sport u kultura, għall-prevenzjoni ta' abbandun bikri mill-iskola u għall-iffaċilitar ta' tranżazzjoni bla xkiel mill-iskola għas-suq tax-xogħol;
59. Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw miżuri adegwati għall-appoġġ ta' ommijiet żgħażagħ, li spiss jaffaċċjaw diffikultà biex isibu impjieg u li jgħixu fil-faqar minħabba l-livell ta' edukazzjoni baxx tagħhom u minħabba l-preġudizzji soċjali;
Ġlieda kontra l-faqar fost in-nisa anzjani
60. Jisħaq li r-riskju li wieħed jaqa“ fil-faqar huwa ikbar għan-nisa milli għall-irġiel, partikolarment fl-età kbira, meta s-sistema tas-sigurtà soċjali huma bbażati fuq il-prinċipju tal-impjieg imħallas kontinwu; jinnota li, f'xi każi, in-nisa ma jissodisfawx dan ir-rekwiżit minħabba interruzzjonijiet fix-xogħol tagħhom u li jiġu penalizzati minħabba diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol, b'mod partikolari minħabba l-inugwaljanza fil-paga, il-lif tal-maternità u x-xogħol part-time, jew b'riżultat ta' waqfien qasir jew għat-tul mix-xogħol biex jerfgħu r-responsabilitajiet familjari, jew minħabba li ħadmu fl-impriża tar-raġel, b'mod partikolari fis-setturi agrikoli u kummerċjali, mingħajr ħlas u mingħajr affiljazzjoni ta' sigurtà soċjali; jistieden lill-gvernijiet tal-Istati Membri jagħtu rikonoxximent lit-trobbija tat-tfal u jiżguraw li dan il-perjodu jkun jgħodd għal pensjoni, u b'hekk in-nisa jkunu jistgħu jibbenefikaw minn pensjonijiet sħaħ; jirrakkomanda li l-Istati Membri jiżguraw l-għoti ta' pensjonijiet adegwati għan-nisa;
61. Jistieden lill-Istati Membri jieħdu azzjoni sabiex jiżguraw l-aċċess ġust għan-nisa għas-sistemi tas-sigurtà soċjali u tal-pensjoni, b'kunsiderazzjoni tal-għomor itwal tan-nisa u sabiex jiżguraw li l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel jiġi applikat b'mod konsistenti fl-iskema tal-assikurazzjoni tal-pensjoni sabiex titnaqqas id-diskrepanza tal-pensjonijiet bejn il-ġeneri;
62. Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu assistenza tas-sigurtà soċjali adegwata għan-nisa responsabbli mill-kura tal-morda, tal-anzjani jew ta' membri tal-familji tagħhom, u għan-nisa anzjani li jirċievu pensjoni partikolarment baxxa.
Impatt tal-vjolenza tal-ġeneru fuq ir-riskju ta' faqar
63. Jinnota li l-vjolenza fuq in-nisa li taffettwa lill-vittmi u lil min iwettaqha, irrispettivament mill-età, l-edukazzjoni, id-dħul jew il-pożizzjoni soċjali, għadha problema maġġuri fil-livell tal-Unjoni Ewropea, għandha impatt dejjem akbar fuq ir-riskju ta' emarġinazzjoni, faqar u esklużjoni soċjali, u tista“ tkun ostaklu għall-indipendenza ekonomika, is-saħħa u l-aċċess għas-suq tax-xogħol u għall-edukazzjoni għan-nisa; jistieden għal darb'oħra lill-Kummissjoni tistabbilixxi Sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa;
64. Jistieden lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-ġbir, l-analiżi u l-istudju ta' fatturi li jikkontribwixxu għall-vjolenza domestika, sabiex ikunu jistgħu jiġu żviluppati minnufih politiki għall-prevenzjoni u t-trattament tal-konsegwenzi ta' din it-tip ta' vjolenza, bħal pereżempju l-għoti ta' kenn għan-nisa bla dar li huma vittmi ta' vjolenza domestika;
65. Jenfasizza l-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi Ewropej għall-qerda tat-traffikar tal-bniedem u tal-isfruttament sesswali permezz ta' kooperazzjoni ġudizzjarja u l-pulizija aktar mill-qrib; iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa għat-tneħħija tal-attitudnijiet u prattiki komuni jew tradizzjonali ta' ħsara, inkluż il-mutilazzjoni ġenitali tan-nisa, iż-żwiġijiet bikrija jew furzati u d-delitti tal-unur;
66. Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu, fejn għadhom ma jeżistux, pjanijiet nazzjonali għall-ġlieda kontra kull forma ta' vjolenza kontra n-nisa, jiżguraw il-monitoraġġ kontinwu u sistematiku tal-progress tal-miżuri, jiżguraw l-ogħla standards leġiżlattivi bil-għan li jikkumbattu l-vjolenza maskili kontra n-nisa u biex jipprovdu finanzjament adegwat għall-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-vjolenza, bħala mod biex ikun evitat u jitnaqqas il-faqar;
67. Jirrikonoxxi, barra minn hekk, li s-sejbien ta' soluzzjonijiet sinifikanti biex jiġi affaċċjat il-faqar tan-nisa jista“ jkun mezz wieħed ta' tnaqqis tal-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru, peress li n-nisa li jinsabu fil-faqar jinsabu f'riskju akbar ta' abbuż;
68. Jenfasizza l-importanza tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fit-teħid ta' azzjoni bħala għajnuna għall-reintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol għal dawk in-nisa li jkunu sofrew vjolenza abbażi tal-ġeneru bl-użu ta' strumenti bħall-Fond Soċjali Ewropew (FSE) jew il-programm PROGRESS;
69. Jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri speċifiċi għall-ġeneru għall-indirizzar ta' kwistjonijiet li mhumiex direttament marbuta mad-dħul tal-faqar, iżda minflok għandhom rabta mal-kultura, mal-parteċipazzjoni soċjali u politika u man-netwerks soċjali;
Djalogu soċjali u soċjetà ċivili fil-ġlieda kontra l-faqar tan-nisa
70. Jenfasizza l-importanza ta' djalogu soċjali strutturat fil-ġlieda kontra l-faqar tan-nisa; jinnota, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa ta' titjieb fis-sistemi ta' parteċipazzjoni u ta' kollaborazzjoni mal-organizzazzjonijiet tan-nis, ma' NGOs u partijiet interessati rilevanti oħrajn u mas-soċjetà ċivili b'mod ġenerali;
71. Iqis li djalogu soċjali ġenwin, għandu jkollu l-għan li jippermetti lill-membri tal-aktar gruppi żvantaġġati, flimkien mal-amministrazzjoni nazzjonali u tal-UE, jaqsmu l-opinjonijiet u jikkontribwixxu biex jingħeleb il-faqar estrem, filwaqt li jingħata eżempju konkret tal-aħjar prattika fil-livell Ewropew f'dan il-qasam.
72. Jistieden lill-Kummissjoni żżomm l-allokazzjoni finanzjarja li tista“ tintuża fost l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-ġlieda kontra l-faqar tan-nisa u biex jingħelbu l-effetti ta' dan;
Garanzija ta' sostenn finanzjarju għall-ġlieda kontra l-faqar
73. Jenfasizza l-importanza tal-fondi strutturali, b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew, bħala għodda prinċipali biex l-Istati Membri jiġu megħjuna jiġġieldu kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali; jistieden lill-Istati Membri jieħdu iktar azzjonijiet kofinanzjati biex jagħtu sostenn akbar lis-servizzi bħall-faċilitajiet tal-indukrar tat-tfal u tall-anzjani u għall-persuni dipendenti, anke permezz tal-verifika ta' forom ta' kooperazzjoni organizzattiva u finanzjarja pubblika u privata ġodda u ta' arranġamenti ġodda għal din il-kooperazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-użu ġust u adegwat tar-riżorsi allokati;
74. Jenfasizza l-importanza li jiġi żviluppat il-kunċett legali ta' sjieda konġunta bil-għan li d-drittijiet tan-nisa fis-settur agrikolu jiġu rikonoxxuti bis-sħiħ, li jirċievu protezzjoni xierqa tas-sigurtà soċjali u li x-xogħol tagħhom jiġi rikonoxxut; jenfasizza, barra minn hekk, il-bżonn li r-Regolament tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)(17) jiġi emendat biex jippermetti, kif jiġri bil-Fond Soċjali Ewropew (FSE), li jittieħdu miżuri proattivi b'appoġġ għan-nisa fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, li kien fattibbli f'perjodi preċedenti, iżda mhux f'dak attwali, u li se jkollhom effetti ta' benefiċċju kbir għan-nisa f'żoni rurali;
75. Jilqa“ l-istabbiliment ta' faċilità Ewropea ta' mikrofinanzi għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali; jitlob, f'dan il-qafas, li jkun hemm azzjonijiet imfassla, b'mod partikolari assistenza teknika u miżuri ta' sostenn, speċifikament orjentati biex jiżguraw aċċess u disponibilità miżjuda tal-mikrofinanzi għan-nisa li jaffaċċaw diffikultajiet biex jidħlu fis-suq tax-xogħol jew li jkunu jridu jistabbilixxu ruħhom bħala ħaddiema impjegati għal rashom jew jibdew l-mikroimpriżi tagħhom stess;
o o o
76. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (P7_TA(2010)0373).
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta' Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilipp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1).
It-treġġigħ lura tar-reċiproċità fis-sistema tal-viżi – solidarjetà mal-istatus inugwali taċ-ċittadini Ċeki wara l-introduzzjoni unilaterali ta' viżi mill-Kanada
73k
33k
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Marzu 2011 dwar it-treġġigħ lura tar-reċiproċità fis-sistema tal-viżi – solidarjetà mal-istatus inugwali taċ-ċittadini Ċeki wara l-introduzzjoni unilaterali ta' viżi mill-Kanada
– wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi, f'Ġunju 2009, il-Kanada, b'mod unilaterali, imponiet rekwiżit għal viża għaċ-ċittadini tar-Repubblika Ċeka, li għaldaqstant l-istatus tagħhom issa hu inugwali għal dak taċ-ċittadini oħra fl-UE u billi l-Kanada, minkejja talbiet ripetuti biex tagħmel dan, għadha ma tatx data meta se tħassar dan ir-rekwiżit għal viża,
B. billi dewmien ulterjuri fit-terminazzjoni tal-istatus inugwali taċ-ċittadini Ċeki jista“ jhedded ir-ratifikazzjoni fil-ġejjin tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn l-UE u l-Kanada,
C. billi r-Repubblika Ċeka ma tistax tintroduċi b'mod awtonomu rekwiżi għal viża għaċ-ċittadini Kanadiżi,
D. billi l-Kummissjoni u l-Kunsill mhumiex qed jaġixxi b'biżżejjed saħħa f'din il-kwestjoni,
1. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill iżidu l-pressjoni politika fuq il-Kanada sabiex tistabbilixxi l-aktar data kmieni possibbli għat-tħassir tas-sistema tal-viżi għaċ-ċittadini Ċeki, kif ukoll għat-tmiem ta' ksur ieħor ta' reċiproċità tal-viżi fir-rigward taċ-ċittadini tal-Bulgarija u r-Rumanija;
2. Jenfasizza li, sakemm ma jissolviex dalwaqt dan il-ksur ta' reċiproċità, hu probbabli li jsegwu miżuri ritaljatorji ekwivalenti mill-UE;
3. Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi, minflok arranġament bilaterali, mekkaniżmu ġdid li jiggarantixxi reċiproċità sħiħa tal-viżi għall-Istati Membri kollha, waqt li tiżgura li jekk pajjiż mhux tal-UE jikser dik ir-reċiproċità tal-viżi, l-Istati Membri kollha jreġġgħu lura minnufih ir-rekwiżit għal viża għaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji(1), lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-parlamenti tal-Istati Membri.