Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 24 ta' Marzu 2011 - Brussell
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 55/2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova ***I
 Preferenzi tariffarji ġeneralizzati ***I
 Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru KE/Stati Uniti ***
 Ftehim bejn il-KE u l-Kanada dwar it-Trasport bl-Ajru ***
 Ftehim UE-Vjetnam dwar ċertu aspetti tas-servizzi tal-ajru ***
 Ir-relazzjonijiet tal-UE mal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf
 Il-Ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew: Peter Praet (BE)
 Ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE)
 Ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX)
 Ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS)
 It-tħejjija tal-baġit 2012
 Proċedura unika ta' applikazzjoni għal permess ta' residenza u ta' xogħol ***I
 Drittijiet tal-konsumatur ***I
 Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni ***I
 Is-sitwazzjoni fil-Ġappun, inklużi l-allarmi rigward l-impjanti nukleari
 Eżerċizzju tad-drittijiet tal-Parlament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (interpretazzjoni tal-Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura)

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 55/2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova ***I
PDF 285kWORD 34k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 55/2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova (COM(2010)0649 – C7-0364/2010 – 2010/0318(COD))
P7_TA(2011)0104A7-0041/2011

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0649),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0364/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0041/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' Marzu 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova

P7_TC1-COD(2010)0318


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 581/2011.)


Preferenzi tariffarji ġeneralizzati ***I
PDF 283kWORD 34k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2011 (COM(2010)0142 – C7-0135/2010 – 2010/0140(COD))
P7_TA(2011)0105A7-0051/2011

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0142),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0135/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar il-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0051/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif stabbilita hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tirreferi l-kwestjoni lill-Parlament mill-ġdid jekk ikollha l-ħsieb temenda l-proposta tagħha b'mod sostanzjali jew tissostitwiha b'test ieħor;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għal Regolament ġdid li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati mingħajr dewmien;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' Marzu 2011 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2011

P7_TC1-COD(2010)0140


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 512/2011.)


Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru KE/Stati Uniti ***
PDF 204kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqa' fi ħdan il-Kunsill, dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li Jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (15381/2010 – C7-0385/2010 – 2010/0112(NLE))
P7_TA(2011)0106A7-0046/2011

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqa' fil-Kunsill (15381/2010),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-protokoll li jemenda l-Ftehim tal-2007 bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar it-Trasport bl-Ajru (09913/2010),

–  wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(8), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0385/2010),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar il-ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-Istati Uniti(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0046/2011),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Kungress tal-Istati Uniti.

(1) Testi adottati, P7_TA(2010)0239.


Ftehim bejn il-KE u l-Kanada dwar it-Trasport bl-Ajru ***
PDF 203kWORD 31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2011 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, mlaqqgħin fil-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra (15380/2010 – C7-0386/2010 – 2009/0018(NLE))
P7_TA(2011)0107A7-0045/2011

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill (15380/2010),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-Kanada (08303/10/2009),

–  wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(8), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0386/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) u tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0045/2011),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Kanada.


Ftehim UE-Vjetnam dwar ċertu aspetti tas-servizzi tal-ajru ***
PDF 197kWORD 30k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (14876/2010 – C7-0366/2010 – 2007/0082(NLE))
P7_TA(2011)0108A7-0044/2011

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14876/2010),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (07170/2009),

–  wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0366/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0044/2011),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam.


Ir-relazzjonijiet tal-UE mal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf
PDF 386kWORD 126k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2011 dwar ir-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf (2010/2233(INI))
P7_TA(2011)0109A7-0042/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-ftehim ta' kooperazzjoni tal-25 ta' Frar 1989 bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf (GCC),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' April 2008 dwar il-ftehim ta' kummerċ ħieles bejn il-KE u l-Kunsill tal-Kooperazzjoni tal-Golf(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Lulju 1990 dwar is-sinifikat tal-ftehim ta' kummerċ ħieles li se tiġi konkluża bejn il-KEE u l-Kunsill tal-Kooperazzjoni tal-Golf (GCC)(2),

–  wara li kkunsidra r-Rapport dwar l-Implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tas-Sigurtà: Nipprovdu s-Sigurtà f'Dinja li qed Tinbidel, approvat mill-Kunsill f'Diċembru 2008,

–  wara li kkunsidra s-sħubija strateġika bejn l-Unjoni Ewropea mal-Mediterran u l-Lvant Nofsani approvata mill-Kunsill f'Ġunju 2004,

–  wara li kkunsidra l-komunikat konġunt tal-20 Kunsill Ministerjali tal-14 ta' Ġunju 2010 fil-Lussemburgu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tiegħu tal-10 ta' Mejju 2010 dwar l-Unjoni għall-Mediterran,

–  wara li kkunsidra l-komunikat konġunt tad-19-il Kunsill Ministerjali tad-29 ta' April 2009 f'Muscat,

–  wara li kkunsidra l-programm ta' azzjoni konġunta (2010-2013) għall-implimentazzjoni tal-ftehim ta' kooperazzjoni UE-GCC tal-1988,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi fil-qasam tal-edukazzjoni superjuri (COM(2001)0385),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2007 dwar ir-riformi fid-dinja Għarbija: x'inhi l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea?(3),

–  wara li kkunsidra l-ftehim ekonomiku bejn l-Istati tal-GCC, adottat fil-31 ta' Diċembru 2001 f'Muscat, fis-Sultanat tal-Oman, u d-Dikjarazzjoni ta' Doha tal-GCC dwar it-tnedija tal-unjoni doganali għall-Kunsill tal-Kooperazzjoni tal-Istati Għarab tal-Golf li saret fil-21 ta' Diċembru 2002,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 207 u 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kunsill għandu jitlob il-kunsens tal-Parlament qabel il-konklużjoni ta' kwalunkwe ftehim internazzjonali li jkopri oqsma li għalihom tapplika l-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

–  wara li kkunsidra r-rapporti annwali tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-1998 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar id-Dritt u r-Responsabilità tal-Individwi, tal-Gruppi u tal-Entitajiet tas-Soċjetà li Jippromwovu u Jħarsu d-Drittijiet tal-Bniedem Rikonoxxuti Universalment (magħrufa wkoll bħala d-“Dikjarazzjoni dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem”),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mir-Rappreżentant Għoli tal-10, l-15 u s-17 ta' Marzu 2011 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta' Marzu 2011 dwar il-Baħrajn u filwaqt li jiġbed l-attenzjoni f'dan il-kuntest tal-appoġġ sħiħ tiegħu għal-libertà tal-espressjoni u għad-dritt taċ-ċittadini li jiddimostraw b'mod paċifiku,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0042/2011),

A.  billi r-relazzjonijiet UE-GCC ta' bħalissa jeħtieġu reviżjoni u aġġornar kostanti minħabba l-iżviluppi lokali importanti ta' dan l-aħħar u li qed iseħħu b'mod mgħaġġel, u li fil-qalba tagħhom għandu jkun hemm it-twettiq tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija,

B.  billi d-dimostranti stqarru aspirazzjonijiet demokratiċi leġittimi f'bosta Stati tal-GCC; billi r-reazzjoni vjolenti mill-awtoritajiet għall-protesti fil-Baħrajn irriżultaw fi mwiet, korrimenti u tfigħ il-ħabs; billi waslu fil-pajjiż truppi Sawditi, mill-Emirati Għarab Magħquda u mill-Kuwajt taħt il-bandiera tal-GCC biex jieħdu sehem fir-ripressjoni tad-dimostranti,

C.  billi r-reġjun tal-Golf illum għandu jitqies bħala ċentru ekonomiku dinji emerġenti kostitwit mill-istati tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf (GCC), jinnota li l-UE hija t-tieni l-akbar sieħeb kummerċjali tal-GCC u li l-GCC huwa l-ħames l-akbar suq ta' esportazzjoni għall-UE,

D.  billi l-ambjent ġeopolitiku tiegħu jagħmel mill-Golf punt fokali ta' sfidi fi kwistjonijiet ta' sigurtà li għandhom implikazzjonijiet globali u reġjonali (il-proċess tal-paċi fil-Lvant Nofsani, il-programm nukleari tal-Iran, l-istabbilizzazzjoni tal-Iraq, tal-Jemen u d-Darfur, it-terroriżmu u l-piraterija) u li sal-lum il-GCC għadu l-unika organizzazzjoni reġjonali stabbli bbażata fuq il-multilateraliżmu u l-kooperazzjoni,

E.  billi l-istati tal-GCC għandhom f'idejhom iktar minn terz tal-valur totali tal-fondi sovrani dinjija, u, f'reazzjoni għall-kriżi finanzjarja, dawn il-fondi kkontribwew għas-salvataġġ tas-sistema finanzjarja dinjija u dik Ewropea,

F.  billi r-reġjun tal-Golf huwa ta' importanza kruċjali għall-Unjoni u li, f'dinja multipolari u interdipendenti, kooperazzjoni bħal din tippermetti li niffaċċjaw l-isfidi politiċi u ta' sigurtà,

G.  billi l-proċess tal-liberalizzazzjoni u d-diversifikazzjoni tal-istrutturi ekonomiċi mibdi f'diversi Stati Membri tal-GCC ħoloq dinamiċi interni ġodda, kemm politiċi (riformi kostituzzjonali, parteċipazzjoni politika u tisħiħ tal-istituzzjonijiet) u soċjali (nibet netwerk ta' assoċjazzjonijiet, qed jiżviluppaw għaqdiet ta' min iħaddem u n-nisa qed jiksbu aċċess għal karigi b'responsabilità) li ta' min jinkoraġġixxihom u jappoġġahom,

H.  billi l-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol tal-ħaddiema migranti, partikolarment tan-nisa li jaħdmu fid-djar tan-nies, huma preokkupanti u deplorabbli minkejja li dawn għandhom rwol ċentrali f'diversi setturi tal-attività ekonomika tal-Istati Membri tal-GCC, u fil-fatt jikkostitwixxu 40% tal-popolazzjoni tal-Istati Membri tal-GCC u jirrappreżentaw madwar 80% tal-popolazzjoni ta' ċerti emirati,

I.  billi s-sitt Stati Membri tal-GCC huma mingħajr eċċezzjoni monarkiji ereditarji fejn ir-rappreżentanza politika hija limita, b'mod partikolari dik tan-nisa, u fejn ma jeżistux, fil-parti l-kbira, parlamenti eletti,

J.  billi l-importanza tal-investimenti tal-pajjiżi tal-GCC u l-isfidi komuni fil-viċinat tan-Nofsinhar tal-Unjoni Ewropea jeħtieġu sinerġiji ta' kooperazzjoni bejn l-Ewropa, il-Mediterran u l-Golf,

K.  billi r-rijorjentazzjoni ġeoekonomika tal-istati tal-GCC lejn l-Asja, b'rispons għat-talba dejjem ikbar għaż-żejt fis-swieq Asjatiċi (iċ-Ċina, l-Indja, Singapor, il-Ġappun, il-Filippini u l-Korea t'Isfel) bħalissa qed twassal għal diversifikazzjoni fir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi li qed tkun ikkonsolidata minn ftehimiet ta' kummerċ ħieles u mill-iżvilupp ta' djalogu politiku,

L.  billi l-istati tal-GCC għandhom rwol ewlieni fix-xena globali u għaldaqstant għandhom interessi komuni mal-UE rigward l-istabilità internazzjonali u l-governanza ekonomika globali,

M.  billi l-influwenza tal-Istati Membri tal-GCC fid-dinja Għarbija u Musulmana qed tikber u dawn jistgħu jkollhom rwol importanti fid-djalogu interkulturali,

N.  billi n-negozjati dwar ftehim ta' kummerċ ħieles bejn l-UE u l-GCC, li nbdew 20 sena ilu, huma l-iktar negozjati li ilhom għaddejjin mingħajr konklużjoni li qatt kellha l-Unjoni Ewropea,

O.  billi jeħtieġ li tittieħed pożizzjoni ċara u li jittieħed impenn dewwiem min-naħa tal-UE fir-reġjun tal-Golf, biex ikun żgurat li jkollha viżibilità akbar kif ukoll preżenza strateġika fiż-żona,

P.  billi l-inklużjoni ta' klawsoli politiċi, u speċjalment il-klawsola marbuta mad-drittijiet tal-bniedem, hija parti integrali ta' kull ftehim kummerċjali konkluż bejn l-Unjoni u parti terza,

Q.  billi preżenza tal-Unjoni fir-reġjun hija limitata u l-perċezzjoni tal-Ewropa ta' spiss tkun konfusa mal-perċezzjoni ta' ċerti Stati Membri tal-UE li għandhom rabtiet żviluppati u antiki mar-reġjun,

R.  billi l-UE għandha għarfien espert fl-oqsma tat-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali, tal-edukazzjoni u r-riċerka, tal-iżvilupp ta' enerġija rinnovabbli u tal-ambjent, ta' appoġġ tekniku u regolamentazzjoni, u ta' djalogu politiku u diplomatiku dwar l-istabilità tal-viċinat u kwistjonijiet ta' sigurtà globali,

1.  Ifakkar li l-konklużjoni tal-ftehim ta' kummerċ ħieles bejn l-UE u l-GCC tibqa' prijorità, u li n-nuqqas ta' konklużjoni ma jkun fl-interess tal-ebda parti; jenfasizza li l-konklużjoni ta' dan il-ftehim se tikkostitwixxi rikonoxximent reċiproku tal-kredibilità taż-żewġ entitajiet li għażlu t-triq tal-multilateraliżmu u tal-integrazzjoni;

2.  Iqis li, ladarba l-preżenza tal-Unjoni fir-reġjun tal-Golf hija limitata, politika ta' komunikazzjoni integrata, fil-kuntest tal-istruttura l-ġdida tal-UE għar-relazzjonijiet esterni, għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' informazzjoni mmirata u effikaċi dwar l-UE fil-pajjiżi tal-Golf;

3.  Jemmen li jeħtieġ li l-UE tiżviluppa strateġija għar-reġjun bil-għan li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet tagħha mal-GCC, tappoġġja l-progress ta' integrazzjoni reġjonali, u tinkoraġġixxi r-relazzjonijiet bilaterali mal-Istati tal-GCC;

4.  Jenfasizza li l-objettiv huwa sħubija strateġika mal-GCC u l-Istati Membri tiegħu li tikkorrispondi għall-importanza tar-rwoli rispettivi taż-żewġ entitajiet fix-xena internazzjonali; jenfasizza l-importanza, għal dak il-għan, tal-introduzzjoni ta' laqgħat perjodiċi ta' livell għoli tal-kapijiet ta' stat u gvern, indipendentement mill-progress tan-negozjati li jkunu għaddejjin;

5.  Jenfasizza wkoll l-importanza ta' sħubija ndaqs fil-kooperazzjoni u d-djalogu, filwaqt li jinżammu f'kunsiderazzjoni d-differenzi bejn iż-żewġ entitajiet, u l-potenzjal għall-espansjoni tal-kooperazzjoni u d-djalogu f'diversi setturi;

6.  Jitlob li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), jiddedika aktar riżorsi umani għar-reġjun u li jinfetħu iktar missjonijiet diplomatiċi tal-UE fl-Istati Membri tal-GCC, biex l-Unjoni tkun iktar viżibbli, biex jitħaffef id-djalogu politiku u biex tissaħħaħ l-effikaċja tal-azzjoni tal-Unjoni; jenfasizza li dawn ir-riżorsi għandhom jiġu qabel kollox minn riallokazzjoni tal-istaff fis-SEAE; jistieden lil dawk l-Istati Membri tal-UE b'rappreżentanzi diplomatiċi fir-reġjun biex jaġixxu skont il-politika tal-UE; jenfasizza li l-approċċi bilaterali differenzjati lejn l-Istati tal-GCC inklini li jżidu l-kooperazzjoni tagħhom mal-UE jistgħu biss jikkomplementaw u jsaħħu l-qafas multilaterali; jitlob għalhekk li l-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jeżaminaw il-prospetti ta' tali kooperazzjoni bilaterali;

7.  Jiġbed l-attenzjoni għall-iżviluppi soċjali u politiċi li seħħew f'dawn l-aħħar snin fil-parti l-kbira tal-Istati Membri tal-GCC; jinkoraġġixxi lill-istati kollha biex isostnu l-isforzi tagħhom u jistedinhom jagħmlu aktar biex jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem, jiġġieldu kontra kull tip ta' diskriminazzjoni, inkluża dik ibbażata fuq il-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, jew ir-reliġjon; jistieden lill-Istati Membri tal-GCC biex jiggarantixxu u jippromwovu d-drittijiet tal-minoranzi, inklużi dawk reliġjużi, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, id-dritt għax-xogħol, inkluż għall-ħaddiema migranti, kif ukoll il-libertà tal-kuxjenza, tal-espressjoni u tal-opinjoni; iħeġġeġ djalogu kontinwu bejn l-UE u l-GCC dwar dawn it-temi; jistieden lill-Istati Membri tal-GCC biex jinteraġixxu b'mod aktar pożittiv mas-soċjetà ċivili u biex jappoġġjaw il-ħolqien ta' strutturi u assoċjazzjonijiet lokali; jistieden b'mod partikolari lill-Istati Membri tal-GCC biex:

   jiżguraw ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali, b'mod speċjali f'dawk li huwa d-dritt tal-kelma u ta' għaqda u d-dritt għal dimostrazzjonijiet paċifiċi, u jisimgħu u jqisu it-talbiet leġittimi ta' min qed jipprotesta u kif ukoll jiżguraw is-sigurtà tagħhom,
   jadottaw miżuri biex jinkoraġġixxu l-aċċess tan-nisa għas-suq tax-xogħol u għall-edukazzjoni billi jaffrontaw kull forma ta' diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru u dispożizzjonijiet ta' tradizzjoni jew legali oħra, fosthom dawk kollha marbuta mal-istatus personali,
   jabolixxu s-sistema ta' sponsorizzazzjoni imposta fuq il-ħaddiema migranti, fejn din għadha fis-seħħ, u jwettqu riformi tal-liġijiet tax-xogħol sabiex ikun żgurat li l-ħaddiema, inklużi l-ħaddiema migranti u dawk li jaħdmu fid-djar, jingħataw protezzjoni legali u soċjali sħiħa,
   joħolqu sinerġiji mal-UE u lill-Istati Membri tagħha b'appoġġ għal Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) għad-drittijiet tal-ħaddiema domestiċi;
   jiġġieldu kontra l-forom kollha ta' impunità, jiggarantixxu l-indipendenza tal-ġudikatura, jiżguraw id-dritt għall-proċess ġust u bla dewmien u jsaħħu r-rwol tal-professjonisti tas-sistema tal-ġustizzja,
   jieħdu passi biex ikun żgurat li n-normi kollha rigward id-drittijiet tal-bniedem jiġu ppubbliċizzati b'mod wiesa' u jintużaw fit-taħriġ għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, għall-avukati, u għall-membri tal-ġudikatura;

8.  Isejjaħ lill-Istati Membri kollha fil-GCC sabiex jagħrfu ċ-ċaqliq popolari li qed ikompli lejn ir-riforma demokratika fir-reġjun b'mod wiesgħa, u jsejjaħ għal diskussjonijiet sħaħ mal-gruppi tas-soċjeta ċivili li qed joħorġu sabiex jiġi promoss proċess ta' tranżizzjoni demokratika paċifika ġenwina, fil-pajjiżi tagħhom infushom, b'sieħba fir-reġjun u bl-appoġġ sħiħ tal-Unjoni Ewropea;

9.  Jesprimi t-tħassib profond tiegħu għar-reazzjoni vjolenti mill-awtoritajiet tal-Baħrajn u l-użu tas-saħħa minnhom kontra min qed jipprotesta u s-seħem ta' truppi barranin taħt il-bandiera tal-GCC fir-ripressjoni tad-dimostranti; jikkunsidra li dan jikkuntrasta bil-kbir mal-appoġġ tal-GCC għat-tħaris taċ-ċittadini li qed jitolbu l-ħelsien u d-demokrazija fil-Libja; isejjaħ għal tmiem minnufih tal-vjolenza kontra min ikun qed jipprotesta paċifikament u għal djalogu politiku li jista' jwassal għal aktar riformi politiċi meħtieġa fil-pajjiż;

10.  Jistieden lill-gvernijiet tal-Istati tal-GCC biex jaħdmu flimkien fi spirtu ta' kooperazzjoni biex jittrattaw il-problemi dwar id-drittijiet tal-bniedem fir-reġjun, speċjalment fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi, is-sitwazzjoni tal-grupp ta' persuni bla stat magħrufa bħala “bidun”, ir-restrizzjonijiet għal-libertà tal-espressjoni u tal-assemblea fosthom id-drittijiet tat-trejdjunjins u tal-ħtieġa li tiġi żgurata l-indipendenza tal-ġudikatura u d-dritt għal proċessi ġusti u li jsiru malajr; jitlob li t-tisħiħ propost tad-djalogu politiku mal-GCC jinkludi djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem f'livell tekniku u f'livell politiku;

11.  Jistieden lill-Istati tal-GCC biex jirtiraw ir-riżervi għall-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa kif ukoll għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Razzjali fejn dawn għadhom miżmuma, u lill-Istati kollha tal-GCC biex jirratifikaw il-Protokolli Fakultattivi għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, u għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Razzjali; jisħaq bl-istess mod fuq l-importanza li jiġu ratifikati u implimentati l-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Ħaddiema Migranti u l-Konvenzjonijiet 97 u 143 tal-ILO;

12.  Jinkoraġġixxi lill-UE biex teżamina u tipproponi, flimkien mal-GCC, soluzzjonijiet biex jitneħħew l-ostakli għall-eżerċizzju sħiħ u effettiv tad-dritt fundamentali tal-libertà tar-reliġjon, kemm fuq livell individwali kif ukoll kollettiv, u kemm fil-publiku kif ukoll fil-privat, għal membri ta' minoranzi reliġjużi f'dan ir-reġjun;

13.  Jisħaq fuq l-importanza tad-djalogu interkulturali u interreliġjuż; ifakkar li l-Unjoni Ewropea u l-GCC fissru l-impenn komuni tagħhom biex jippromwovu u jħarsu l-valuri tat-tolleranza, il-moderazzjoni u l-koeżistenza;

14.  Jinkoraġġixxi lill-Gvernijiet u lill-Assemblej Parlamentari eżistenti tal-GCC biex jieħdu passi immedjati biex jirratifikaw mingħajr riżervi l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, kif ukoll biex jikkooperaw mal-mekkaniżmi tematiċi tal-Kummissjoni tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem u jistednuhom għal żjara, b'mod partikolari lir-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-indipendenza tal-imħallfin u tal-avukati;

15.  Jiddikjara mill-ġdid l-oppożizzjoni tal-UE għall-użu tal-piena tal-mewt fil-każijiet kollha u t-talba tagħha għal moratorju globali fuq l-użu tal-piena tal-mewt; jiddeplora f'dan ir-rigward li l-piena tal-mewt għada fil-liġi fl-Istati Membri kollha tal-GCC; jistidinhom jadottaw moratorju fuq l-eżekuzzjonijiet kapitali; jistieden b'mod partikulari lill-istati li jużaw metodi bħad-dekapitazzjoni, it-tħaġġir, it-tislib, il-flaġellazzjoni jew l-amputazzjoni li jabolixxu dawn il-prattiki;

16.  Jinnota l-Programm ta' Azzjoni Konġunta triennali adottat mill-Kunsill Ministerjali tal-14 ta' Ġunju 2010 maħsub sabiex isaħħaħ il-kooperazzjoni f'diversi oqsma strateġiċi ta' interess reċiproku, anke billi jinħoloq netwerk li jgħaqqad ir-riċerkaturi, l-akkademiċi u n-negozjanti; jiddispjaċih, madankollu, li dan ma jinkludix taqsima dwar id-djalogu politiku miftuħ, regolari u kostruttiv;

17.  Iqis li l-implimentazzjoni ta' dan il-Programm ta' Azzjoni Konġunta għandha tkun appoġġjata bi skema ta' finanzjament preċiża u dettaljata u għandha titwettaq minn persunal assenjat speċifikament għal dan il-kompitu kemm fi Brussell kif ukoll fl-Istati Membri tal-GCC; jisħaq fuq l-importanza li tkun żgurata l-viżibilità ta' dan il-programm kif ukoll tat-tixrid ta' firxa wiesgħa ta' informazzjoni aċċessibbli għall-amministrazzjonijiet u l-istituzzjonijiet ikkonċernati; jitlob li fi tmiem il-perjodu ta' tliet snin issir evalwazzjoni tar-riżultati u li, jekk ir-riżultati jkunu sodisfaċenti, tkun prevista aġenzija ta' kooperazzjoni UE-GCC;

18.  Jistieden lill-UE biex tiffoka l-programmi ta' kooperazzjoni tagħha mal-Istati tal-GCC iktar fuq l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kif ukoll biex tappoġġa l-emanċipazzjoni tan-nisa u ż-żgħażagħ;

19.  Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu minħabba li r-reġjun tal-Golf inqabad fit-tiġrija għall-armi; jistieden lill-UE biex tibda djalogu strateġiku mal-Istati tal-GCC dwar kwistjonijiet ta' sigurtà reġjonali ta' interess komuni (il-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani, il-programm nukleari tal-Iran, l-istabbilizzazzjoni tal-Iraq, il-Jemen u d-Darfur, it-terroriżmu u l-piraterija) u, finalment, sabiex tikkontribwixxi għall-bini ta' struttura ta' sigurtà reġjonali fil-Lvant Nofsani fi sħubija mal-Istati tal-Golf;

20.  Ifakkar li l-Istati Membri tal-GCC huma atturi reġjonali importanti; jenfasizza li l-UE u l-GCC għandhom interessi komuni li jippromwovu l-paċi u l-istabilità fil-Lvant Nofsani, fl-Afrika ta' Fuq u fil-Qarn tal-Afrika, kif ukoll fid-dinja kollha; iħeġġeġ lis-sħab isaħħu l-kooperazzjoni rigward dawn l-interessi komuni;

21.  Jieħu nota tal-istqarrija mill-GCC tas-7 ta' Marzu 2011 f'Abu Dhabi, li tgħid li “l-kunsill Ministerjali jitlob li l-Kunsill ta' Sigurtà jieħu l-passi meħtieġa sabiex jiġu mħarsa ċ-ċivili, inkluża żona mingħajr titjir fil-Libja”, liema stqarrija ikkontribwiet għad-deċiżjoni tal-Lega Għarbija u imbgħad tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li jagħtu l-pożizzjoni tagħhom favur tali żona;

22.  Itenni l-appoġġ tiegħu għall-Inizjattiva Għarbija għall-Paċi mressqa minn wieħed mill-Istati Membri tal-GCC u approvata mill-Istati kollha tal-Lega Għarbija u mill-Organizzazzjoni tal-Konferenza Iżlamika; jistieden lill-Istati tal-GCC biex ikomplu bl-isforzi ta' medjazzjoni tagħhom u biex ikomplu jappoġġjaw il-proċess ta' paċi bejn l-Iżrael u l-Palestinjani; jitlob li l-UE u l-GCC jirduppjaw l-isforzi konġunti tagħhom biex in-negozjati jwasslu għat-tmiem tal-okkupazzjoni tat-Territorji Palestinjani waqt li jkomplu jagħtu l-appoġġ sħiħ tagħhom għal soluzzjoni b'żewġ stati tal-kunflitt bejn l-Iżrael u l-Palestinjani; jisħaq fuq l-interessi komuni tal-UE u tal-GCC li jaħdmu flimkien biex jistabbilixxu paċi reġjonali ġusta u dewwiema fil-Lvant Nofsani; jipproponi, f'dan ir-rigward, kooperazzjoni aktar regolari bejn il-Kwartett u l-kumitat ta' monitoraġġ tal-Lega Għarbija; Ifakkar li l-UE hija l-akbar donatur ta' għajnuna lill-poplu Palestinjan; jirrikonoxxi l-appoġġ tal-Istati tal-GCC għar-refuġjati Palestinjani u l-kontribuzzjoni tagħhom għall-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti (UNRWA); jistieden lill-Istati Membri tal-GCC biex jikkontribwixxu aktar għat-tisħiħ tal-istituzzjonijiet Palestinjani u għall-iżvilupp ekonomiku fil-kuntest tal-programm tal-gvern tal-Awtorità Palestinjana,u biex jikkunsidraw li jħallsu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji tagħhom permezz ta' mekkaniżmi ta' għajnuna internazzjonali, meta jkun xieraq;

23.  Jilqa' l-fatt li qed issir ħidma għall-integrazzjoni tal-GCC (unjoni doganali, suq komuni u finalment munita unika); iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tipproponi lis-Segretarjat tal-GCC li ż-żewġ korpi jfasslu flimkien qafas għall-kooperazzjoni, biex taqsam l-esperjenza tagħha fil-qasam tal-konsolidazzjoni istituzzjonali, tal-kapaċità amministrattiva, tal-mekkaniżmi ta' regolamentazzjoni u ta' soluzzjoni tat-tilwim; jenfassizza li approċċ bħal dan jista' jikkontribwixxi biex jispira proċessi ta' sjieda;

24.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-Presidenti tal-Parlamenti tal-Istati Membri tal-GCC, li ltaqgħu f'Abu Dhabi fit-23 ta' Novembru 2010, li jibdew jimmonitorjaw l-attivitajiet tal-GCC u d-deċiżjonijiet eżekuttivi tiegħu u li jistabbilixxu konferenza annwali tal-istituzzjonijiet parlamentari tal-Istati Membri tal-GCC; jilqa' l-istabbiliment fil-futur qrib ta' delegazzjoni interparlamentari għar-relazzjonijiet mal-Parlament Ewropew; huwa konvint li kooperazzjoni parlamentari wiesgħa tagħti kontribut sinifikanti lill-ħolqien ta' sħubija strateġika bejn iż-żewġ gruppi;

Relazzjonijiet kummerċjali

25.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' April 2008 dwar il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles (FTA) bejn il-KE u l-GCC, li kienet appoġġata minn 96% tal-Membri tal-Parlament Ewropew; jinnota li l-kwistjonijiet li tqajmu mir-riżoluzzjoni, bħall-ħtieġa għal aċċess reċiproku għas-swieq, il-ħarsien effettiv tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali (IPR), it-tneħħija ta' ostakoli li mhumiex tariffi għall-provvediment tas-servizzi, il-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli u r-rispett tal-konvenzjonijiet internazzjonali, għadhom jippersistu;

26.  Jiddispjaċih li n-negozjati dwar l-FTA UE-GCC kienu ripetutament posposti għal perjodi twal ta' żmien u jiddeplora d-deċiżjoni tal-GCC li jissospendi dawn in-negozjati fl-2008; jemmen li wasal iż-żmien li jkunu żblukkati dawn in-negozjati biex tinstab soluzzjoni definittiva, sabiex jitneħħew l-ostakoli għall-benefiċċju tas-soċjetajiet u l-komunitajiet tan-negozju fuq iż-żewġ naħat;

27.  Jiddispjaċih li r-reġjun ġie ttraskurat mill-UE minkejja l-importanza stateġika fejn jidħlu l-provvisti ta' żejt, l-opportunitajiet kummerċjali u l-istabbiltà reġjonali;

28.  Jinnota li, wara 20 sena ta' negozjati, il-FTA għad irid ikun konkluż; huwa konxju li l-klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-immigrazzjoni illegali sabu l-oppożizzjoni ta' ċerti stati tal-GCC;

29.  Jikkunsidra li, meta wieħed iqis l-importanza strateġika tar-reġjun, l-FTA għandu jitqies mhux biss bħala strument li jsaħħaħ il-benesseri permezz tal-kummerċ iżda wkoll bħala strument li jħeġġeġ l-istabilità ġeografika;

30.  Jinnota li l-GCC bħalissa huwa s-sitt l-ikbar suq tal-UE għall-esportazzjoni u li l-UE bħalissa hija s-sieħba prinċipali tal-kummerċ tal-GCC; jinnota li, minkejja dan il-livell diġà intensiv ta' kummerċ, għad hemm skop għall-approfondiment tiegħu, kif ukoll spazju għal iktar diversifikazzjoni tal-kummerċ bejn iż-żewġ partijiet, minħabba d-daqs tas-suq tal-UE u l-isforzi min-naħa tal-istati tal-GCC biex jiddiversifikaw l-esportazzjonijiet tagħhom; jinnota li FTA jista' jipprovdi wkoll opportunitajiet ġodda għall-kooperazzjoni u għajnuna teknika; huwa tal-fehma li l-konklużjoni tal-FTA bejn l-UE u l-GCC tkun tiffavorixxi bil-kbir rabtiet eqreb u diversifikazzjoni akbar;

31.  Jirrimarka li, ladarba l-pajjiżi tal-GCC qed jimxu lejn id-diversifikazzjoni ekonomika intiża sabiex tnaqqas id-dipendenza tagħhom fuq iż-żejt, żieda fil-kummerċ tas-servizzi u fl-investiment se tgħin biex trawwem l-iżvilupp tal-ekonomiji tal-GCC;

32.  Jilqa' l-fatt li matul l-aħħar żewġ deċennji r-relazzjonijiet ekonomiċi bejn lUE u l-GCC qed jintensifikaw u li l-volum tal-kummerċ bejn iż-żewġ naħat żdied b'mod sinifikanti, minkejja n-nuqqas ta' FTA; iqis dan bħala sinjal li l-FTA se jkompli jsaħħaħ dan it-tkabbir naturali u jintegrah f'ambjent iżjed miftuħ, prevedibbli u sikur;

33.  Jinnota li l-parti l-kbira tal-ħidma fuq l-FTA diġà saret, u huwa tal-fehma li l-ambitu tal-FTA kif inhu jwiegħed vantaġġi kbar għaż-żewġ partijiet; jistieden liż-żewġ partijiet, għalhekk, li jqisu dan l-FTA bħala sforz kbir u importanti għaż-żewġ reġjuni u l-popli tagħhom; iqis li l-UE u l-GCC għandhom interessi u ħtiġiet komuni u li l-esperjenza tal-UE fl-integrazzjoni reġjonali tista' tkun sors ta' ispirazzjoni għall-Golf; iqis li, f'dan ir-rigward, l-UE tista' tipprovdi assistenza teknika ta' valur;

34.  Jenfasizza li, sakemm ma jinstablux rimedju, in-nuqqas ta' trasparenza fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku u l-ostakli għad-dħul ta' investituri barranin fis-settur tas-servizzi jistgħu jipperikolaw il-konklużjoni tal-ftehim;

35.  Huwa tal-fehma soda li FTA bejn l-UE u l-GCC ikun ta' vantaġġ sostanzjali għaż-żewġ partijiet; jemmen li FTA mal-UE jsaħħaħ iktar l-integrazzjoni ekonomika tal-GCC u li, wara t-twaqqif tal-Unjoni Doganali tal-GCC, jista' jipprovdi wkoll spinta akbar għall-proġetti importanti bħas-suq komuni tal-GCC, u t-tlestija tal-Unjoni Monetarja tal-GCC b'munita unika; iqis li l-GCC jista' jibbenefika mill-esperjenza miksuba tul il-ħolqien tas-suq uniku u l-adozzjoni ta' munita unika mill-UE;

36.  Jappoġġa bil-qawwa l-messaġġ li r-Rappreżentant Għoli /Viċi President Catherine Ashton bagħtet matul il-Laqgħa tal-Kunsill Ministerjali Konġunt UE-GCC f'Ġunju 2010 u aktar reċentement fit-22 ta' Settembru 2010, matul il-laqgħa UE-GCC fil-marġini tal-konferenza ministerjali tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, fejn indikat li l-UE lesta li tagħmel sforz finali għall-konklużjoni ta' dawn in-negozjati; jilqa' wkoll ir-reazzjoni tal-GCC, li kkonferma wkoll ix-xewqa tiegħu li jikkonkludi n-negozjati;

37.  Jirrikonoxxi s-sensittivitajiet ta' xi pajjiżi tal-GCC dwar id-dazji fuq l-esportazzjoni, iżda jiddispjaċih dwar id-deċiżjoni reċenti tan-negozjaturi tal-GCC li jerġgħu lura għall-pożizzjoni tagħhom tal-2008 f'dan ir-rigward, jiġifieri li jħallu barra mill-FTA s-sanzjonijiet dwar din il-kwistjoni; huwa tal-fehma soda li l-ebda FTA attwali ma jista' jħalli barra l-kwistjoni tad-dazji fuq l-esportazzjoni u li regoli tad-WTO jgħidu li l-FTAs għandhom jipprovdu għal-liberalizzazzjoni sostanzjali kemm tal-importazzjonijiet u kif ukoll tal-esportazzjonijiet;

38.  Jirrakkomanda li l-UE talloka iktar riżorsi lill-GCC, permezz tal-istrument għal kooperazzjoni ma' pajjiżi industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli (ICIHI), li għandu jkun iktar viżibbli u għandu jiffoka fuq programmi xierqa għat-taħriġ ta' uffiċjali lokali, inkluż fi kwistjonijiet kummerċjali;

39.  Ifakkar li, wara t-Trattat ta' Lisbona, il-politika tal-kummerċ internazzjonali hija waħda mill-istrumenti tal-UE għall-politika barranija u bħala tali, għall-Unjoni, ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem, flimkien ma' dimensjonijiet soċjali u ambjentali, huma assolutament essenzjali fil-ftehimiet internazzjonali kollha tagħha; għalhekk jitlob li kwalunkwe ftehim ta' kummerċ ħieles fil-futur jinkludi klawżola dwar id-drittijiet tal-bniedem effettiva u infurzabbli;

40.  Jinnota li hemm 15-il miljun ħaddiem migrant fis-sitt stati tal-GCC u li dawk il-ħaddiema huma 40% tal-popolazzjoni totali; ifakkar fis-sitwazzjoni prekarja tal-ħaddiema migranti fl-Istati tal-Golf li ġibdet l-attenzjoni għaliha l-ILO u jappoġġja t-talba tal-ILO għal paga minima fir-reġjun biex ikun evitat li l-pożizzjoni tal-ħaddiema nazzjonali u migranti tibqa' sejra lura; jappoġġa wkoll id-dritt tal-ħaddiema kollha li jifformaw u jingħaqdu ma' trejdjunjins sabiex jiddefendu l-interessi tagħhom;

41.  Jinsisti li jkunu rrispettati l-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet fundamentali stabbiliti mill-Istqarrija Universali dwar il-Jeddijiet tal-Bniedem; iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-GCC jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni fir-rigward tan-nisa u l-isfruttament tat-tfal, b'mod partikolari fis-suq tax-xogħol, u jimplimentaw effettivament il-konvenzjonijiet tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' kull forma ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa u dwar id-Drittijiet tat-Tfal;

42.  Iqis li r-ratifika u l-implimentazzjoni kompleta tal-Istati Membri tal-GCC tal-qafas stabbilit mill-Konvenzjonijiet tan-NU kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali, il-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni u l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u l-Membri tal-Familja Tagħhom għandu jkollhom rwol essenzjali fin-negozjati tal-FTA;

43.  Jemmen li l-konklużjoni ta' FTA ttejjeb ferm ir-relazzjonijiet attwali bejn l-Istati Membri tal-UE u l-istati tal-GCC, u tipprovdi valur miżjud għall-Programm ta'Azzjoni Konġunta reċenti, b'mod partikulari, billi tipprovdi aktar bini tal-kapaċità u tal-qafas istituzzjonali, inkluż fis-Segretarjat tal-GCC; jiddispjaċih li l-preżenza diplomatika tal-UE fl-istati tal-GCC għadha waħda minima u jinsisti li taħt is-SEAE l-ġdid l-UE għandha żżid il-preżenza diplomatika tagħha fir-reġjun, inkluża Delegazzjoni tal-Unjoni f'kull wieħed mis-sitt stati tal-GCC, li għandha taħdem f'kooperazzjoni mill-qrib mas-servizzi diplomatiċi nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE li jinsabu fl-istati tal-GCC, sabiex ikun sfruttat kemm jista' jkun l-għarfien espert tagħhom dwar ir-reġjun; jemmen li preżenza diplomatika aktar sinifikanti żżid ħafna ċ-ċans ta' konklużjoni rapida tal-FTA u l-implimentazzjoni sussegwenti tiegħu;

44.  Jipproponi li jitwaqqaf samit regolari ta' Kapijiet ta' Stat u Gvern bejn l-UE u l-GCC; jenfasizza li dan is-summit jista' jtejjeb immens ir-rabtiet politiċi, finanzjarji, ekonomiċi, kummerċjali u kulturali bejn l-UE u l-GCC; jinkoraġġixxi bil-qawwa lil min hu l-iktar responsabbli mit-teħid tad-deċiżjonijiet kemm min-naħa tal-UE u kemm minn dik tal-GCC biex jiltaqgħu regolarment ħalli flimkien jiddefinixxu u jippromwovu l-interessi komuni, biex iżidu l-possibilità tal-konklużjoni u l-iffirmar tal-FTA mill-aktar fis possibbli; huwa tal-fehma li min hu l-iktar responsabbli mit-teħid tad-deċiżjonijiet kemm min-naħa tal-UE u kemm minn dik tal-GCC għandu jaħdem biex isir dan is-samit, irrispettivament mill-konklużjoni u l-iffirmar tal-FTA;

45.  Jilqa' l-fatt li matul is-snin l-UE u l-GCC saru sieħba kbar fl-investiment u li l-GCC flimkien mal-Iraq u l-Jemen, huwa kklasifikat bħala l-ikbar investitur fl-UE fl-2008; huwa tal-fehma li l-konklużjoni tal-FTA, jew għall-inqas il-ftuħ uffiċjali mill-ġdid tan-negozjati, żgur li se twitti t-triq għal ftehimiet ulterjuri li se jħeġġu u jiffaċilitaw l-investimenti diretti barranija (FDIs) reċiproċi bl-għan li jitneħħew l-ostakoli għas-sjieda barranija u l-ħarsien tal-investimenti; ifakkar li wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, l-FDIs issa jaqgħu taħt il-kompetenza tal-UE, u għalhekk hemm aktar lok għall-konklużjoni rapida ta' FTA bejn l-UE u l-GCC; jinnota li kwalunkwe FTA futur se joħloq opportunitajiet ta' investimenti ġodda għaż-żewġ naħat waqt li jtejjeb il-possibbiltajiet għall-GCC li jissodisfa l-kriterji bħala kandidat għal ftehim dwar l-investiment mill-UE fil-kuntest tal-politika futura tal-investiment tal-UE;

46.  Jirrimarka li t-tnaqqis fit-tariffi tal-GCC bħala riżultat tal-FTA se jagħmel iktar attraenti l-investiment minn barra minn impriżi transnazzjonali; huwa konvint li l-FTA se jġib miegħu żieda fl-investimenti relatati mas-servizzi li se jiffavorixxu l-iżvilupp tal-Istati tal-GCC u tal-Istati Membri tal-UE;

47.  Jissuġġerixxi l-użu tal-euro f'kull tip ta' skambji kummerċjali bejn l-UE u l-GCC; jilqa' l-fatt li, mill-ħolqien tiegħu, il-GCC esprima r-rieda tiegħu li joħloq unjoni doganali u monetarja; jinnota li filwaqt li tal-ewwel daħlet fis-seħħ fl-2009, bħalissa qed isiru negozjati dwar munita komuni;

48.  Jinnota li s-sitt stati tal-GCC bħalissa kollha jibbenefikaw minn aċċess preferenzjali għas-suq tal-UE taħt is-Sistema ta' Preferenzi Ġeneralizzati (SPĠ) tal-UE; jenfasizza li l-Istati tal-GCC kollha għandhom, f'konformità mal-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta' Lulju 2008, mhux biss jirratifikaw iżda wkoll jimplimentaw effettivament is-27 konvenzjoni tal-ILO u tan-NU elenkati fl-Anness III tar-regolament imsemmi; huwa tal-fehma li, minħabba l-livell tal-progress ekonomiku fir-reġjun, l-FTA jkun strument aħjar għat-tixrid tal-benefiċċji kummerċjali madwar ir-reġjun kollu;

49.  Jafferma mill-ġdid li l-objettiv primarju tal-UE fir-relazzjonijiet tagħha mal-GCC għandu jkun li tikkonkludi l-FTA, li se jkun ftehim importanti ta' kummerċ ħieles bejn reġjun u ieħor; iżda, sakemm dan iseħħ, u wara dak li sar diġà minn uħud mis-sieħba kummerċjali ewlenin tal-GCC, jinkoraġġixxi lir-Rappreżentant Għoli/Viċi President u lill-Kummissarju għall-Kummerċ sabiex jevalwaw approċċi sostituttivi għar-relazzjonijiet kummerċjali futuri mal-Istati tal-GCC, fil-forma ta' ftehimiet bilaterali bejn l-UE u dawk l-Istati tal-Golf li diġà jħossuhom lesti li jidħlu għal impenn ulterjuri mal-UE, waqt li jitqiesu l-ekonomiji eteroġeni tal-Istati tal-Golf, ir-reazzjonijiet differenti ta' dawk l-istati għall-kriżi finanzjarja u r-relazzjonijiet tagħhom ma' sieħba kummerċjali oħra.

L-enerġija

50.  Jilqa' l-livell sinifikanti ta' kooperazzjoni bejn l-UE u s-sieħba Mediterranji tagħha fil-qasam tal-enerġija, kooperazzjoni li issa ġiet estiża għall-enerġiji rinnovabbli; iqis li s-sinerġiji f'dan il-qasam għandhom ikunu mħeġġa bejn it-tliet żoni ġeografiċi għaliex hemm interessi konverġenti, kompetenza teknoloġika, sorsi ta' finanzjament u riżorsi abbundanti (ix-xemx u r-riħ); jilqa' l-istabbiliment tan-netwerk UE-GCC dwar l-enerġija nadifa, li bħalissa hija interess ewlieni għall-istati tal-GCC;

51.  Jinnota li, minħabba r-rabtiet strateġiċi, ekonomiċi, politiċi u kulturali bejn il-pajjiżi tal-Golf u l-pajjiżi tal-kosti tan-Nofsinhar tal-Mediterran, iżda anke minħabba l-influwenza li qed tikber tal-pajjiżi tal-Golf fuq il-pajjiżi tal-Mediterran, tista' tkun prevista sħubija aktar b'saħħitha u strutturata bejn il-GCC u l-Unjoni għall-Mediterran, u l-Unjoni Ewropea għandha timpenja ruħha attivament fil-promozzjoni ta' tali proġett li jkun ta' benefiċċju għall-partijiet kollha;

52.  Ifaħħar il-ħidma li saret mill-Grupp ta' Esperti dwar l-Enerġija UE-GCC, partikularment dwar il-gass naturali, l-effiċjenza tal-enerġija u s-sigurtà nukleari;

53.  Jitlob lill-Kummissjoni, filwaqt li titqies l-isfida tat-tibdil fil-klima u l-konsum tal-enerġija li kulma jmur qed jikber fiż-żewġ reġjuni, tindirizza l-effiċjenza tal-enerġija bħala wieħed mill-oqsma ewlenin tal-iżvilupp u biex issaħħaħ il-kooperazzjoni rigward kwistjonijiet ta' effiċjenza tal-enerġija;

54.  Jirrikonoxxi li l-karburanti fossili attwalment ilaħħqu mal-biċċa kbira tal-ħtiġijiet tal-enerġija tal-UE; jinnota madankollu li d-domanda għaż-żejt fil-futur fl-UE se tkun affetwata minn diversi fatturi bħall-politiki dwar il-klima u l-enerġija tal-UE, l-ispejjeż tal-provvista, in-nuqqas ta' stabbiltà fil-prezzijiet u l-iżviluppi industrijali (rigward ir-relazzjoni għall-effiċjenza tal-enerġija u l-mobilità elettrika, per eżempju), li flimkien iwasslu għal nuqqas ta' ċertezza fuq perjodu twil taż-żmien dwar id-domanda fil-futur u l-investiment fil-bidu jew fit-tarf tal-produzzjoni rigward il-kapaċità produttiva;

55.  Jitlob aktar trasparenza fid-data dwar iż-żejt u l-gass fil-kuntest tax-xenarju futur rigward id-domanda u l-provvista bl-għan li jkunu ggarantiti l-interessi reċiproċi fis-swieq prevedibbli taż-żejt; jilqa' għaldaqstant l-importanza tal-Inizjattiva Konġunta tad-Data taż-Żejt (Joint Oil Data Initiative);

56.  Jilqa' bil-qalb id-determinazzjoni tal-Kunsill Ministerjali Konġunt sabiex jaħdem favur kooperazzjoni eqreb dwar l-ambjent u t-tibdil fil-klima;

57.  Jirrikonoxxi li l-isforzi tal-GCC biex iżid il-potenzjal tar-riżervi tal-gass naturali u tal-gass naturali likwefat (LNG) jaqblu max-xewqa tal-UE li tiddiversifika s-sorsi u r-rotot tal-enerġija; jenfasizza għaldaqstant l-importanza taż-żieda fl-esportazzjonijiet ta' LNG lejn l-UE, bil-ħolqien ta' terminali tal-LNG fil-Kuritur tan-Nofsinhar, u wkoll bit-twaqqif ta' netwerks ta' pajpijiet taħt l-art mal-GCC, kemm direttament kemm b'konnessjoni mal-pajpijiet ta' taħt l-art attwali u ma' dawk ippjanati bħall-AGP, in-Nabucco u l-ITGI;

58.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri tal-GCC sabiex jikkoordinaw l-iżvilupp ulterjuri tat-teknika tal-likwefazzjoni tal-gass (GTL) mas-sħab Ewropej tagħhom biex jintegraw aħjar il-GTL fit-taħlita enerġetika Ewropea; jenfasizza li l-GCC jista' wkoll juża l-GTL bħala metodu alternattiv għall-emissjoni ta' gass maħruq fl-atmosfera;

59.  Jenfasizza li l-UE tista' tinvesti fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-enerġija tal-GCC bl-użu tal-aktar teknoloġiji reċenti f'termini ta' ġenerazzjoni, trażmissjoni u interkonnessjoni; jinkoraġġixxi f'dan ir-rigward il-kooperazzjoni futura b'attenzjoni partikolari għall-integrazzjoni tan-netwerks tal-elettriku u tat-teknoloġiji tal-grilji intelliġenti;

L-industrija u l-materja prima

60.  Jenfasizza l-importanza ta' sħubija ta' min jorbot fuqha bejn l-UE u l-GCC fl-użu u l-aċċess għall-materja prima; jiffavorixxi s-swieq miftuħha għall-prodotti u t-tneħħija ta' ostakli mhux tariffarji; jilqa' l-isforzi kollha li diġà saru fin-negozjati dwar kummerċ ħieles sabiex tiġi żgurata provvista sikura u sostenibbli tal-materji primi;

61.  Jitlob li jsiru sforzi komuni biex jiġu indirizzati l-ispekulazzjoni u l-volatilità tal-prezzijiet tal-materji primi permezz tat-titjib tat-trasparenza u tas-sorveljanza tal-bejgħ ta' prodotti derivati barra mill-Borża (OTC); f'dan il-kuntest, l-appell riċenti tal-OPEC għal kontrolli aktar stretti ta' negozjar OTC, flimkien mal-isforzi ta' Franza biex tindirizza fil-G-20 l-ispekulazzjoni fuq prodotti bażiċi;

Ir-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni

62.  Jenfasizza l-importanza ta' kooperazzjoni approfondita bilaterali mal-GCC dwar il-programmi tar-riċerka u t-teknoloġija, b'enfasi speċjali fuq l-industriji ġodda bbażati fuq l-għarfien f'oqsma bħal dawk tar-riżorsi rinnovabbli, il-qbid u l-ħżin tal-karbonju, il-prodotti derivati miż-żejt u mill-gass, l-effiċjenza tal-enerġija u l-bijomassa; jitlob li tkun stabbilita kooperazzjoni bilaterali li tinvolvi t-trasferiment tat-teknoloġiji flimkien ma' provvista sikura u sostenibbli ta' materji primi;

63.  Jitlob li l-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERC) u l-Istitut Ewropew tat-Teknoloġija (EIT) isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom mal-GCC sabiex jiġu promossi u jitħeġġew id-djalogu xjentifiku u l-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni f'dan il-qasam ukoll;

L-edukazzjoni

64.  Ifakkar li l-Istati Membri tal-GCC għamlu mill-edukazzjoni prijorità nazzjonali, minħabba li kellhom bżonn kbir f'termini ta' riżorsi umani (m'hemmx biżżejjed għalliema), ta' kontenut tal-korsijiet (li ma kienx adattat għall-evoluzzjoni tas-swieq tax-xogħol), tal-kwalità tas-sillabi (metodi ta' tagħlim u materjali antiki) u tal-użu ta' teknoloġiji ġodda; jitlob appoġġ attiv għall-isforzi tal-awtoritajiet sabiex jindirizzaw dawn in-nuqqasijiet u jipproponi kooperazzjoni ambizzjuża fl-edukazzjoni ta' livell ogħla, sekondarja u primarja biex jiġi promoss aċċess akbar għall-edukazzjoni kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa;

65.  Jenfasizza li din il-kooperazzjoni għandha wkoll tipprevedi appoġġ ikbar għall-programmi ta' skambji ta' studenti, akkademiċi u professjonisti; jiddispjaċih li l-Programm Erasmus Mundus għadu mhux magħruf fir-reġjun kollu, l-aktar minħabba n-nuqqas ta' informazzjoni; jilqa' l-inizjattivi meħuda minn universitajiet Franċiżi, Britanniċi u Ġermaniżi biex jistabbilixxu sħubijiet u programmi ta' skambju universitarji; ifakkar, madankollu, li l-Ewropa għadha lura f'dan il-qasam meta mqabbla mal-Istati Uniti u mal-Asja; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi ġranet ta' informazzjoni għall-promozzjoni tat-tagħlim u tar-riċerka xjetifika Ewropea fil-post; jinsisti li dawn il-programmi ta' skambju għandhom ikunu mmirati għall-istudenti, l-għalliema, ir-riċerkaturi u l-persunal amministrattiv, filwaqt li tkun żgurata rappreżentanza bilanċjata tas-sessi; jemmen li għandhom jiġu stabbiliti programmi ta' skambju għal tfal iżgħar u b'mod partikolari għall-istudenti tal-iskejjel sekondarji u post-sekondarji;

66.  Jilqa' l-proġett Al-Jisr dwar id-Diplomazija Pubblika u l-Attivitajiet ta' Komunikazzjoni, li bl-appoġġ tal-Kummissjoni, wera li huwa ta' benefiċċju kbir ferm; jinkoraġġixxi, f'dan ir-rigward, lis-servizzi tar-Rappreżentant Għoli/Viċi President jikkunsidraw it-twessigħ tal-attivitajiet ta' diplomazija pubblika f'reġjun fejn l-UE għadha mhijiex mifhuma b'mod ċar u fejn il-mekkaniżmi biex dan id-defiċit jitnaqqas huma limitati; jisħaq fuq l-importanza li tiġi żviluppata strateġija aħjar ta' komunikazzjoni, inkluża l-ħtieġa li l-politiki u l-pożizzjonijiet tal-UE jiġu spjegati bl-Għarbi sabiex ikunu jistgħu jifhmuhom aktar nies fir-reġjun;

67.  Jenfasizza li n-nuqqas ta' programmi ta' kooperazzjoni bejn l-UE u l-GCC fil-qasam tal-midja jirriżulta f'nuqqas ta' informazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tressaq miżuri biex tinvolvi lill-Istati tal-GCC f'kooperazzjoni eqreb f'dan il-qasam sabiex iżżid il-viżibilità tal-Unjoni fir-reġjun u tippromwovi l-fehim reċiproku;

68.  Iqis li huwa essenzjali li tinstab soluzzjoni għan-nuqqasijiet fl-Ewropa fir-rigward tar-riċerka u ta' studji dwar l-Istati tal-Golf; jinkoraġġixxi l-istabbiliment fl-universitajiet ta' programmi ta' studju kontemporanji dwar din il-parti tad-dinja Għarbija; jemmen li programmi ta' studju dwar l-Unjoni Ewropea għandhom jiġu offruti wkoll fl-universitajiet fir-reġjun;

o
o   o

69.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, lill-President tal-Kummissjoni Ewropea, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarjat tal-GCC, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri tal-GCC.

(1) ĠU C 259 E, 29.10.2009, p. 83.
(2) ĠU C 231, 17.9.1990, p. 216.
(3) ĠU C 76 E, 27.3.2008, p. 100.


Il-Ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew: Peter Praet (BE)
PDF 267kWORD 33k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2011 dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (00003/2011 – C7-0058/2011 – 2011/0802(NLE))
P7_TA(2011)0110A7-0064/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 (00003/2011),

–  wara li kkunsidra t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0058/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 109 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0064/2011),

A.  billi b'ittra tat-18 ta' Frar 2011 il-Kunsill Ewropew ikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar il-ħatra ta' Peter Praet bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta' tmien snin b'effett mill-1 ta' Ġunju 2011,

B.  billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament imbagħad evalwa l-kredenzjali tal-persuna nnominata, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fid-dawl tal-ħtieġa tal-indipendenza sħiħa tal-BĊE skont l-Artikolu 130 ta' dak it-Trattat, u billi fit-twettiq ta' din l-evalwazzjoni, il-kumitat irċieva CV mingħand il-kandidat kif ukoll it-tweġibiet tiegħu għall-kwestjonarju bil-miktub li ntbagħatlu,

C.  billi l-kumitat imbagħad kellu smigħ ta' siegħa u nofs mal-persuna nnominata fis-16 ta' Marzu 2011, li fiha għamel dikjarazzjoni tal-ftuħ u mbagħad wieġeb il-mistoqsijiet li sarulu mill-membri tal-kumitat,

1.  Jagħti opinjoni favorevoili lill-Kunsill Ewropew dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-ħatra ta' Peter Praet bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill.


Ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE)
PDF 191kWORD 30k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2011 dwar il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea
P7_TA(2011)0111B7-0222/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-10 ta' Marzu 2011 mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea)(1),

–  wara li kkunsidra l-fatt li, fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta' Marzu 2011, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji sema' lill-kandidat magħżul mill-Bord ta' Superviżuri tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi Adam Farkas jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010),

1.  Japprova l-ħatra ta' Adam Farkas bħala Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea),

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea).

(1) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.


Ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX)
PDF 195kWORD 31k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2011 dwar il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol)
P7_TA(2011)0112B7-0221/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-10 ta' Marzu 2011 mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol)(1),

–  wara li kkunsidra l-fatt li, fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta' Marzu 2011, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji sema' lill-kandidat magħżul mill-Bord ta' Superviżuri tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi Carlos Montalvo jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010),

1.  Japprova l-ħatra ta' Carlos Montalvo bħala Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol);

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol).

(1) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.


Ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS)
PDF 194kWORD 30k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2011 dwar il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq)
P7_TA(2011)0113B7-0200/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-ittra tat-28 ta' Frar 2011 mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq)(1),

–  wara li kkunsidra l-fatt li, fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta' Marzu 2011, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji sema' lill-kandidat magħżul mill-Bord ta' Superviżuri tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi Verena Ross tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010),

1.  Japprova l-ħatra ta' Verena Ross bħala Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq);

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq).

(1) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.


It-tħejjija tal-baġit 2012
PDF 180kWORD 102k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2011 dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit 2012 (2011/2042(BUD))
P7_TA(2011)0114A7-0058/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 313 u 314 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Frar 2011 dwar l-Ewropa 2020(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2010 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Programm ta' Ħidma 2011 tal-Kummissjoni(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar “il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali: rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu (rapport ta' nofs il-perjodu)”(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar il-governanza ekonomika(5),

–  wara li kkunsidra l-ipprogrammar finanzjarju aġġornat tal-Kummissjoni għall-2007-2013, imressaq f'konformità mal-Punt 46 tal-Ftehim Interistituzzjonali msemmi hawn fuq tas-17 ta' Mejju 2006,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-linji gwida tal-baġit għall-2012,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0058/2011),

Baġit 2012 taħt l-awspiċji ta' governanza ekonomika Ewropea msaħħa, il-mekkaniżmu Semestrali Ewropew u l-objettivi tal-Ewropa 2020 biex biex tingħata spinta lit-tkabbir u lill-impjiegi

1.  Hu tal-opinjoni li l-istrateġija Ewropa 2020 għandha tgħin lill-Ewropa biex tirkupra mill-kriżi u toħroġ aktar b'saħħitha, primarjament bil-promozzjoni tal-impjiegi, it-titjib tal-kundizzjonijiet – u n-nefqa pubblika – għall-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp, il-kisba tal-objettivi tagħna marbuta mat-tibdil fil-klima u l-enerġija, it-titjib tal-livelli edukattivi u l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, b'mod partikolari permezz tat-tnaqqis tal-faqar, ifakkar li l-Istati Membri innifishom ħaddnu bis-sħiħ dawn il-ħames miri;

2.  Jinnota li trid tiġi żgurata xi konsistenza bejn il-kisba ta' dawn l-objettivi u l-finanzjament allokat għalihom fil-livell Ewropew u f'dak nazzjonali; jinsisti li l-politika baġitarja tal-UE trid tkun f'konformità ma' dan il-prinċipju; hu tal-opinjoni li s-Semestru Ewropew, bħala mekkaniżmu ġdid għal governanza ekonomika Ewropea msaħħa, għandu jkollu l-opportunità li jikkunsidra kif l-aħjar jilħaq dawn il-ħames objettivi prinċipali;

3.  Jemmen bis-saħħa li s-Semestru Ewropew għandu jimmira li jtejjeb il-koordinazzjoni u l-konsistenza tal-politiki ekonomiċi u baġitarji nazzjonali u Ewropej; hu tal-fehma li għandu jiffoka fuq it-titjib tas-sinerġiji bejn l-investimenti pubbliċi Ewropej u nazzjonali sabiex jinkisbu aħjar l-objettivi politiċi ġenerali tal-UE; jieħu nota tad-differenzi fundamentali bejn l-istruttura tal-baġit tal-UE u dik tal-baġits nazzjonali; jemmen, madankollu, li n-nefqa pubblika nazzjonali u tal-UE aggregata għal dawn l-objettivi politiċi komuni għandha tiġi deċiża kemm jista' jkun malajr;

4.  Jirrikonoxxi t-tħassib tal-Kunsill dwar il-limiti ekonomiċi u baġitarji fil-livell nazzjonali, iżda jfakkar, l-ewwel u qabel kollox, li skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat il-baġit tal-UE ma jistax iġarrab difiċit pubbliku; ifakkar li, fl-2009, id-defiċit pubbliku akkumulat tal-UE bħala tali ammonta għal EUR 908 biljun, u li l-baġit tal-UE jirrappreżenta biss 2% tan-nefqa pubblika totali fl-UE;

5.  Hu tal-opinjoni, madankollu, li l-qagħda ekonomika diffiċli fl-Unjoni tagħmilha importanti aktar minn qatt qabel li tkun żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-baġit tal-UE, il-kwalità tal-infiq u l-użu ottimali tal-finanzjament eżistenti tal-Komunità; jissuġġerixxi li għandha ssir revista dettaljata ta' dawk il-linji li għandhom storja ta' eżitu baxx u fejn kien hemm problemi fl-implimentazzjoni;

6.  Hu tal-opinjoni li l-baġit tal-UE jagħti valur miżjud lin-nefqa pubblika nazzjonali meta joħloq, jappoġġa u jikkomplimenta l-investimenti f'dawk l-oqsma ta' politika li huma fil-qalba tal-Ewropa 2020; jemmen, barra minn hekk, li l-baġit tal-UE għandu rwol strumentali x'jilgħab biex jgħin lill-UE toħroġ mill-kriżi ekonomika u finanzjarja permezz tal-kapaċità tiegħu ta' katalist li jagħti impetu lill-investimenti, lit-tkabbir u lill-impjiegi fl-Ewropa; hu tal-opinjoni li l-baġit tal-UE jista' tal-anqas inaqqas l-effetti tal-politiki baġitarji nazzjonali restrittivi attwali waqt li jappoġġa l-isforzi tal-gvernijiet nazzjonali; jenfasizza wkoll li, meta tiġi kkunsidrata n-natura ridestributtiva tiegħu, it-tnaqqis fil-livell tal-baġit tal-UE jista' jagħmel ħsara lis-solidarjetà Ewropea u jħalli impatt negattiv fuq ir-ritmu tal-iżvilupp ekonomiku f'bosta Stati Membri; jemmen li strateġija tal-“kontributur nett”/“benefiċjarju nett” pura ma tqisx b'mod adegwat l-effetti tar-riperkussjonijiet bejn il-pajjiżi tal-UE u għalhekk tipperikola l-għanijiet tal-politika komuni tal-UE;

7.  Ifakkar li l-kisba tas-seba' inizjattivi prinċipali tal-istrateġija Ewropa 2020 teħtieġ ammont kbir ta' investiment orjentat lejn il-futur, li l-Kummissjoni Ewropea, fil-komunikazzjoni tagħha bit-titlu “Ir-reviżjoni tal-Baġit tal-UE” (COM(2010)0700), stmat għal mhux anqas minn 1 800 biljun Euro sal-2020; jenfasizza li wieħed mill-objettivi prinċipali tal-istrateġija Ewropea 2020 – primarjament, li jippromwovi l-impjiegi u l-impjiegi ta' kwalità għolja għall-Ewropej kollha – se jinkiseb biss jekk l-investimenti meħtieġa fl-edukazzjoni, favur soċjetà tal-għarfien, fir-riċerka u fl-iżvilupp, fl-innovazzjoni, fl-SMEs u fit-teknoloġiji ħodor u ġodda jsiru immedjatament u mingħajr dewmien; jitlob għal kompromess politiku mġedded li jgħaqqad it-tnaqqis tad-defiċits pubbliċi u d-dejn mal-promozzjoni ta' investimenti bħal dawn; jesprimi r-rieda tiegħu, bil-għan li jitkabbar l-impatt tal-baġit tal-UE u ssir kontribuzzjoni għar-rispons tal-UE fir-rigward tal-kriżi ekonomika, li jesplora modi differenti biex jitwessgħu l-istrumenti eżistenti li jsaħħu s-sinerġiji bejn il-baġit tal-UE u l-azzjonijiet tal-BEI, sabiex ikun hemm appoġġ għall-investimenti fuq medda twila ta' żmien; jilqa' b'sodisfazzjon, it-tnedija ta' konsultazzjoni pubblika min-naħa tal-Kummissjoni dwar l-inizjattiva tal-obbligi għall-finanzjament ta' proġetti (project bond) fil-qafas tal-Ewropa 2020;

8.  Hu kontra, għalhekk, kull tentattiv li jillimita jew inaqqas l-approprjazzjonjiet tal-baġit marbuta mal-kisba tal-miri prinċipali u s-seba' inizjattivi ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020; jinnota li tentattiv ta' dan it-tip ikun kontroproduċenti, u probabbli jwassal għall-falliment tal-Ewropa 2020, kif kien il-każ għall-Istrateġija ta' Lisbona; hu tal-fehma li l-istrateġija Ewropa 2020 tista' tkun kredibbli biss jekk tiġi ffinanzjata b'mod adegwat, u jfakkar li f'bosta ċirkostanzi l-Parlament Ewropew wera tħassib politiku serju dwar dan; itenni l-istedina qawwija tiegħu biex il-Kummissjoni tikkjarifika d-dimensjoni baġitarja tal-inizjattivi ewlenin, u tinforma lill-Parlament dwar il-mezzi baġitarji meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020;

9.  Jenfasizza l-fatt li l-miżuri baġitarji mhumiex l-uniku fattur biex jinkisbu l-miri tal-istrateġija Ewropa 2020, imma l-iżforzi baġitarji għandhom ikunu ssumplimentati bi proposti konkreti għas-simplifikazzjoni sabiex jinħoloq l-ambjent meħtieġ għall-kisba tal-għanijiet tagħna fl-oqsma tal-impjiegi, ir-riċerka u l-innovazzjoni kif ukoll fit-teknoloġiji ħodor u tal-enerġija; bl-istess mod konvint li l-kisba tal-objettivi tal-Ewropea 2020, inkluż il-ħolqien ta' impjiegi ħodor ġodda, hi kwistjoni mhux biss ta' żieda fil-mezzi baġitarji, iżda anki ffukar mill-ġdid kwalitattiv ta' politiki eżistenti tal-UE, inkluża il-PAK, billi jitqiesu sew il-kriterji ta' sostenibilità;

10.  Hu tal-fehma, barra minn hekk, li l-approprjazzjonijiet baġitarji tal-2012, inklużi f'dawk l-oqsma li mhumiex direttament marbuta mal-kisba tal-istrateġija Ewropa 2020, iridu jinżammu f'livell adegwat sabiex tkun żgurata l-kontinwazzjoni tal-politiki tal-UE u l-kisba tal-objettivi tal-UE sew lil hinn mid-dewmien tal-kriżi ekonomika attwali;

11.  Jitlob għal aktar koerenza bejn il-politiki esterni u interni tal-UE, b'kunsiderazzjoni għall-impatt qawwi tal-iżviluppi globali fuq l-ambjent ekonomiku, naturali u industrijali, fuq il-kompetittività u fuq l-impjiegi; jenfasizza, għalhekk, il-bżonn li l-UE tissaħħaħ bil-mezzi finanzjarji meħtieġa biex tkun tista' tirreaġixxi b'mod adegwat għall-isfidi globali dejjem akbar kif ukoll biex tiddefendi u tippromwovi l-interessi komuni u l-valuri fundamentali tagħha – bħad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, l-istat ta' dritt, il-libertajiet fundamentali u l-ħarsien tal-ambjent – b'mod effikaċi; ifakkar li ta' spiss nefqa addizzjonali moderata fil-livell tal-UE tista' toħloq aktar iffrankar proporzjonalment fil-livell tal-Istati Membri;

12.  Jemmen li l-UE għandha rwol importanti x'tilgħab billi tassisti u tappoġġa finanzjarjament lill-pajjiżi Għarab f'dan il-mument storiku ta' żvilupp demokratiku u fil-bidla ekonomika u soċjali tagħhom; jilqa' f'dan ir-rigward il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu “Sħubija għad-demokrazija u l-prosperità komuni fin-nofsinhar tal-Mediterran” (COM(2011)0200));

13.  Jikkundanna n-nuqqas ta' kwalunkwe dimensjoni parlamentari għall-ewwel eżerċizzju tas-Semestru Ewropew, minkejja r-rwol li l-Parlament Ewropew u s-27 parlament nazzjonali għandhom fil-proċeduri baġitarji rispettivi tagħhom; anzi hu konvint sew li involviment parlamentari aktar qawwi jtejjeb b'mod sinifikanti n-natura demokratika u t-trasparenza ta' eżerċizzju bħal dan; jappoġġa l-inizjattiva tal-Kumitat għall-Baġits tiegħu biex jorganizza, bħala l-ewwel pass, laqgħa mal-parlamenti nazzjonali sabiex jiddiskutu t-tfassil ġenerali tal-baġits tal-2012 tal-Istati Membri u tal-UE;

14.  Jilqa' l-impenn pubbliku tal-presidenza Ungeriża u Pollakka biex jidħlu fi djalogu miftuħ u kostruttiv mal-PE dwar kwistjonijiet baġitarji fl-2011; itenni r-rieda tiegħu li jaħdem f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kunsill u l-Kummissjoni f'konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona; jistenna li l-linji gwida preżenti se jitqiesu bis-sħiħ matul il-proċedura baġitarja 2012;

Sostenibilità u responsabilità fil-qalba tal-baġit 2012 tal-UE

15.  Jinnota li, għall-2012, il-Qafas Finanzjarju Multiannwali (QFM) għall-2007-2013 jipprevedi livell ġenerali ta' approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) ta' EUR 147.55 biljun u limitu ġenerali tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ) ta' EUR 141.36 biljun; ifakkar li dawn l-ammonti huma f'kull każ konsiderevolment aktar baxxi (b'madwar EUR 25 biljun fil-każ tal-AI, u madwar EUR 22 biljun fil-każ tal-AĦ) mil-limitu speċifikat fid-Deċiżjoni tar-Riżorsi Proprji attwali;

16.  Jenfasizza li l-ipprogrammar finanzjarju mressaq mill-Kummissjoni fil-31 ta' Jannar 2011 jirrappreżenta pakkett ta' referenza indikattiv għall-approprjazzjonijiet għall-impenji għal kull wieħed mill-programmi u l-azzjonijiet eżistenti tal-UE; jinnota li l-livell ġenerali tal-approprjazzjonijiet għall-impenji jista' jiġi stabbilit għal EUR 147.88 biljun;

17.  Jenfasizza li dawn iċ-ċifri jikkostitwixxu analiżi annwali ta' ammonti globali multiannwali bi qbil bejn il-Parlament u l-Kunsill meta dawn il-programmi u azzjonijiet kienu adottati; jenfasizza li l-ammonti annwali pprogrammati jirrappreżentaw approprjazzjonijiet li jippermettu li jinkisbu l-objettivi u l-prijoritajiet tal-UE primarjament fil-kuntest tal-Ewropa 2020; jirrikonoxxi madankollu li jista' jkun hemm xi spazju għal manuvrar taħt ċerti intestaturi tal-QFM, meta jitqiesu ċ-ċifri indikattivi proviżorji (b'mod partikolari fl-Intestatura 2) imressqa mill-Kummissjoni f'dak il-mument tas-sena;

18.  Jinnota li l-baġit 2012 hu s-sitta minn sebgħa taħt l-QFM attwali; jemmen li ż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja issa għandhom, għalhekk, viżjoni ċara tan-nuqqasijiet u tal-iżviluppi pożittivi assoċjati mal-programmi multiannwali eżistenti; jinnota li r-reviżjonijiet ta' nofs it-terminu ta' bosta programmi kodeċiżi diġà seħħew u jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta kull implikazzjoni baġitarja li tirriżulta minn dan l-eżerċizzju; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-PE determinat – jekk ikun hemm il-bżonn li l-prijoritajiet politiċi tal-UE jiġu appoġġati u msaħħa kif ukoll biex jiġu indirizzati l-bżonnijiet politiċi l-ġodda u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-kumitati speċjalizzati tiegħu – li jagħmel użu sħiħ, inter alia, mill-Punt 37 tat-IIA (jippermetti 5% marġini ta' flessibilità leġiżlattiva);

19.  Jenfasizza l-fatt li mhijiex l-unika soluzzjoni li jitħallew marġini biżżejjed taħt l-intestaturi kollha tal-QFM sabiex jiġu indirizzati ċirkostanzi mhux previsti; jinnota n-nuqqas ta' finanzjament rikorrenti ta' ċerti intestaturi tal-QFM, partikolarment l-Intestaturi 1a, 3b u 4, meta mqabbel mal-bżonnijiet u mal-prijoritajiet politiċi tal-UE mħaddna mill-Istati Membri; isib li l-istrateġija li sseddaq il-linji gwida tal-baġit tal-Kunsill għall-2012 ma tirriflettix perspettiva fuq medda twila ta' żmien, u tista' tipperikola azzjonijiet u programmi eżistenti, f'każ ta' avvenimenti mhux previsti jew jekk jinqalgħu prijoritajiet politiċi ġodda; jenfasizza li l-avvenimenti reċenti f'bosta pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq diġà jippuntaw lejn din id-direzzjoni, u jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa kif l-istrumenti finanzjarji eżistenti jistgħu jintużaw biex jappoġġaw l-aspirazzjonijiet għad-demokrazija;

20.  Jemmen, min-naħa l-oħra, li l-mekkaniżmi ta' flessibilità differenti previsti mit-IIA (bħal ċaqliq tan-nefqa bejn l-intestaturi jew mobilizzazzjoni tal-istrument ta' flessibilità) huma għodda li għandhom jintużaw bis-sħiħ; ifakkar li dawn kellhom jiġu wżati kull sena sa mill-2007 b'reazzjoni għall-isfidi diversi li nqalgħu; jistenna l-kooperazzjoni sħiħa tal-Kunsill fl-użu tagħhom, u li jidħol f'negozjati bħal dawn minn kmieni sabiex jevita negozjati twal u diffiċli b'mod sproporzjonat fir-rigward tal-mobilizzazzjoni tagħhom;

21.  Jenfasizza, f'dan ir-rigward, li ż-żamma ta' approprjazzjonijiet għall-impenji taħt kontroll strett tirrikjedi mhux biss riallokazzjoni u prijoritizzazzjoni mill-ġdid sinifikanti, iżda anki identifikazzjoni konġunta tal-prijoritajiet negattivi possibbli u tal-iffrankar mill-istituzzjonijiet; iħeġġeġ bis-saħħa lill-kumitati speċjalizzati tiegħu biex serjament jinvolvu ruħhom fil-proċess li jiddetermina prijoritajiet politiċi ċara fl-oqsma ta' politika kollha tal-UE; jenfasizza l-fatt madankollu li, għal dan il-għan, flessibilità baġitarja akbar hija meħtieġa u li reviżjoni tal-QFM (pereżempju, kumpens bejn l-intestaturi tal-QFM attwali) tista' tkun neċessità għall-abilità tal-Unjoni li tiffunzjona, mhux biss f'termini li jiġu affrontati l-isfidi l-ġodda iżda anki bil-għan li jkun iffaċilitat il-proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet fi ħdan l-istituzzjonijiet sabiex ir-riżorsi baġitarji jiġu allinjati maċ-ċirkostanzi u l-prijoritajiet li jevolvu; jenfasizza li dan il-proċess irid ikun totalment trasparenti;

22.  Jenfasizza li t-tisħiħ ta' għadd ta' politiki kif ukoll il-kompetenzi ġodda stabbiliti fil-livell tal-UE, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, għandhom loġikament jimplikaw kapaċità finanzjarja addizzjonali għall-UE, li rari kien il-każ għall-2011, l-ewwel sena wara d-dħul fis-seħħ tagħha; ifakkar lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bid-dikjarazjoni politika annessa mal-baġit 2011, fejn il-Kummissjoni impenjat ruħha li tqis modi kif issaħħaħ l-oqsma prijoritarji tat-Trattat ta' Lisbona u tevalwa sew il-bżonnjijiet fit-tħejjija tal-abbozz ta' baġit għall-2012; jistenna li l-Kummissjoni ssegwi, pereżempju, billi tipproponi li tbiddel proġetti pilota jew azzjonijiet preparatorji ta' suċċess marbuta ma' Lisbona fi programmi multiannwali;

23.  Iqis l-istrateġija tal-Kummissjoni, biex tiddetermina s-sussidji tal-aġenziji deċentralizzati tal-UE mill-baġit tal-Komunità, bħala affidabbli u li jipprovdu l-inċentivi t-tajba; jenfasizza li l-allokazzjonijiet baġitarji tal-aġenziji tal-EU huma “l bogħod milli jkunu konfinati għan-nefqa amministrattiva biss, iżda minflok jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet tal-Ewropa 2020 u tal-objettivi tal-UE in ġenerali, kif deċiż mill-awtorità leġiżlattiva; itenni l-bżonn li jiġu eżaminati b'attenzjoni r-rikjesti għal postijiet ġodda fir-rigward ta' ħidmiet ġodda assenjati; jenfasizza sabiex ma titfixkilx il-prestazzjoni tagħhom; jitlob għal strateġija speċifika fir-rigward tar-reklutaġġ ta' persunal xjentifiku speċjalizzat b'esperjenza professjonali, speċjalment meta dawn il-postijiet iffinanzjati esklussivament permezz ta' ħlasijiet u għalhekk huma newtrali fuq il-baġit għall-baġit tal-UE; jappoġġa x-xogħol imwettaq mill-grupp ta' ħidma interistituzzjonali dwar il-ġejjieni tal-aġenziji, li nħoloq fil-bidu tal-2009, u jistenna bil-ħerqa l-konklużjonijiet tiegħu, primarjament dwar il-punti msemmija hawn fuq;

Livell ta' ħlasijiet, RAL u ffinanzjar tal-baġit tal-UE

24.  Jinnota li l-livell ta' ħlasijiet tal-2012 se jirriżultaw direttament minn impenji legali u politiċi tas-snin ta' qabel; jemmen li żieda mqabbla mal-livell tal-baġit tal-2011 hi prevista u f'konformità mal-profil ġenerali tal-ħlasijiet matul il-perjodu ta' programmar 2007-2013 (ara t-tabelli fl-anness);

25.  Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tiġi indirizzata l-kwistjoni ta' livell dejjem akbar ta' impenji pendenti (RAL) fi tmiem l-2010 (EUR 194 biljun, ara t-tabella fl-anness); jiddispjaċih bl-atitudni adottata mill-Kunsill fir-rigward tad-deċiżjonijiet tiegħu għal-livell ta' ħlasijiet a priori mingħajr ma jqis il-valutazzjoni akkurata tal-bżonnijiet reali; jenfasizza l-fatt li l-livell ta' RAL hu partikolarment għoli fl-Intestatura 1b; ma jqisx l-għażla tal-Kunsill li jitnaqqsu l-impenji baġitarji tal-UE sabiex jitnaqqas il-livell ta' RAL bħala soluzzjoni sostenibbli, ladarba tista' tkun ta' detriment għall-kisba ta' objettivi u prijoritajiet tal-UE li diġà kien hemm qbil dwarhom; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-impenn tal-Kunsill għal dikjarazzjoni konġunta mal-Parlament dwar il-possibilità li jkunu sodisfatti l-bżonnijiet li joħroġu fil-livell tal-ħlasijiet tal-2011 permezz tal-baġit emendatorju;

26.  Jenfasizza li ċertu livell ta' RAL ma jistax jiġi evitat meta programmi multiannwali jiġu implimentati, u li l-eżistenza ta' impenji pendenti b'definizzjoni teħtieġ li jsiru ħlasijiet korrispondenti; jirrikjedi għalhekk li tinżamm relazzjoni xierqa bejn impenji u ħlasijiet, u se jagħmel dak kollu possibbli fil-proċedura baġitarja biex titnaqqas id-diskrepanza bejn l-approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet;

27.  Hu tal-istess fehma tal-Kusnill li bbaġitjar realistiku għandu jiġi promoss; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-abbozz ta' baġit tagħha jkun ibbażat fuq dan il-prinċipju; jinnota madankollu, li implimentazzjoni fil-passat, li tjiebet f'dawn l-aħħar snin, f'xi każijiet ma tikkostitwixxix indikatur ċar ħafna tal-bżonnijiet tal-2012, ladarba għal xi programmi l-implimentazzjoni tista' titħaffef fl-2012 u għalhekk jista' jikber il-bżonn għall-ħlasijiet; iħaddan is-sejħa tal-Kunsill għall-Istati Membri biex jipprovdu previżjonijiet ta' implimentazzjoni aħjar, primarjament bil-għan li tiġi evitata s-sottoimplimentazzjoni, u hu tal-fehma li l-maġġoranza tal-isforz f'dan ir-rigward għandu jittieħed mill-Istati Membri nnifishom, ladarba l-livell tal-abbozz ta' baġit tal-Kummissjoni determinat primarjament mill-previżjonijiet tagħhom stess (b'mod partikolari taħt l-Intestatura 2) u mill-kapaċità ta' implimentazzjoni tagħhom; ifakkar li l-Istati Membri jimmaniġġjaw, flimkien mal-Kummissjoni, aktar minn 80% tal-finanzjament tal-UE; ifakkar l-Istati Membri bir-responsabilità legali tagħhom fid-definizzjoni u l-infurzar tar-regoli finanzjarji għal dawk li jirċievu finanzjament tal-UE;

28.  Jinnota li, sa mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-ħarsien tal-interessi finanzjarji kienet ukoll ir-responsabilità tal-Istati Membri; jenfasizza s-sejba tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll f'xi Stati Membri mhumiex totalment effikaċi; ifakkar barra minn hekk, li fondi strutturali minfuqa ħażin u li jammontaw għal biljuni ta' euro għadhom ma ġewx irkuprati; jinnota li r-rapport annwali attwali tad-DĠ REGIO ma jistax jiddikjara l-legalità u r-regolarità tan-nefqa tal-Istati Membri, għaliex xi Stati Membri ma kkonformawx mal-obbligu tagħhom li jressqu r-rapporti tagħhom fil-ħin; jinnota li, minħabba s-sottofinanzjar kostanti tal-baġit tal-UE min-naħa tal-Istati Membri, il-Parlament jista' jkun obbligat li jidentifika prijoritajiet negattivi fost il-proġetti tal-UE, u sussegwentement jaqta' l-baġits tagħhom;

29.  Konxju li l-livell ta' ħlasijiet li finalment jiġu implimentati kull sena kultant jinkludi l-hekk imsejjaħ “bilanċ favorevoli” sinifikanti meta mqabbel mal-livell ta' ħlasijiet li oriġinarjament kien hemm qbil dwarhom mill-awtorità baġitarja, li jfisser li l-kontribuzzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE huma għalhekk imnaqqsa kif xieraq u l-qagħda fiskali tagħhom imtejba; ma jqisx t-tħassib tal-Kunsill, fir-rigward tal-livell u l-waqt ta' dan ir-“redditu”, bħala rilevanti fl-indirizzar tal-kwistjoni politika sottostanti u sensittiva tal-finanzjament tal-baġit tal-UE; hu, pjuttost tal-opinjoni li l-ħlasijiet li ma ntefqux mis-sena “n” jistgħu jiġu trasferiti għall-baġit tas-sena ta' wara (“n+1”) minflok jitnaqqsu mill-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni għalhekk biex tressaq proposti ambizzjużi għall-istabbiliment ta' riżorsi proprji ġodda u ġenwini sabiex l-Unjoni tingħata riżorsi finanzjarji konkreti u awtonomi; jinsisti, madankollu, li kwalunkwe riżorsa proprja ġdida għadha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tal-impatt komprensiv, u mmirata biex tiżviluppa modi li bihom tissaħħaħ il-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku; jitlob lill-Kunsill biex jikkoopera b'mod kostruttiv fid-dibattitu dwar riżorsi proprji ġusti u ġodda għall-UE;

In-nefqa amministrattiva taħt it-Taqsima III tal-baġit tal-UE

30.  Jieħu nota tal-ittra tat-3 ta' Frar 2011 mill-Kummissarju għall-Ipprogrammar Finanzjarju u l-Baġit, li fiha jtenni l-impenn tal-Kummissjoni li ma jkun hemm ebda żieda fil-persunal u tiġi limitata ż-żieda nominali (meta mqabbla mal-2011) fl-approprjazzjonijet amministrattivi fl-Intestatura 5; konxju madankollu, li waqt li l-kompetenzi tal-UE qed ikomplu jiżdiedu, din ix-xejra tista' ma tkunx sostenibbli fuq medda il-twila ta' żmien u tista' tħalli impatt negattiv fuq l-implimentazzjoni f'waqtha u effikaċi tal-azzjonijiet tal-UE;

31.  Jistieden lill-Kummissarju biex iqis l-impatt fit-tul tal-politika ta' esternalizzazzjoni, u tal-istrateġija tagħha li timpjega għadd dejjem akbar ta' aġenti kuntrattwali, fuq il-kwalità u l-indipendenza tas-servizz ċivili Ewropew; jenfasizza li għalkemm dan iwassal għal frankar fuq salarji u pensjonijiet, joħloq ukoll sitwazzjoni fejn għadd dejjem akbar ta' persunal impjegat mill-Kummissjoni mhuwiex inkluż fit-tabella tal-persunal; ifakkar fil-livelli tal-pensjonijiet u s-salarji stabbiliti bi ftehimiet li legalment jorbtu u li magħhom il-Kummisjoni trid tikkonforma fl-intier tagħhom;

32.  Jenfasizza l-fatt li, fil-każ ta' programmi multiannwali, xi nefqiet ammistrattivi speċifiċi (inklużi dawk tal-aġenziji eżekuttivi) huma inklużi fil-pakkett finanzjarju ġenerali tal-programmi fl-hekk imsejħa “nefqa operazzjonali”; jinnota li d-drawwa tal-Kunsill li jaqta' dawn il-linji baġitarji orizzontalment bl-għan li titnaqqas in-nefqa amministrattiva għandha inevitabbilment tispiċċa biex timmodifika l-pakkett kodeċiż kollu għal dawn il-programmi, u tissugra li taffettwa r-rapidità u l-kwalità tal-implimentazzjoni tagħhom;

o
o   o

33.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri.

ANNESS

20110324-P7_TA(2011)0114_MT-p0000001.fig

20110324-P7_TA(2011)0114_MT-p0000003.fig

20110324-P7_TA(2011)0114_MT-p0000005.fig

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) Testi adottati, P7_TA(2011)0068.
(3) Testi adottati, P7_TA(2010)0481.
(4) Testi adottati, P7_TA(2010)0376.
(5) Testi adottati, P7_TA(2010)0224.


Proċedura unika ta' applikazzjoni għal permess ta' residenza u ta' xogħol ***I
PDF 554kWORD 146k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2011 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill dwar proċedura unika ta' applikazzjoni għal permess uniku għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi sabiex jgħixu u jaħdmu fit-territorju ta' Stat Membru kif ukoll dwar ġabra komuni ta' drittijiet għall-ħaddiema minn pajjiżi terzi li jkunu qed jgħixu legalment fi Stat Membru (COM(2007)0638 – C6-0470/2007 – 2007/0229(COD))
P7_TA(2011)0115A7-0265/2010

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0638),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 63(3)(a) u l-Artikolu 67 tat-Trattat KE, skond liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6–0470/2007),

–  wara li kkunsidra l-posizzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2008(1),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 79(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-18 ta' Ġunju 2008(3),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 u l-Artikolu 56(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u għall-Affarijiet Soċjali (A7-0265/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' Marzu 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċedura unika ta' applikazzjoni għal permess uniku għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta' Stat Membru kif ukoll dwar ġabra komuni ta' drittijiet għall-ħaddiema minn pajjiżi terzi li jkunu jirrisjedulegalment fi Stat Membru
[Em. 122 ħlief jekk jingħad mod ieħor]

P7_TC1-COD(2007)0229


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 79(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(4),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(5),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(6),

Billi:

(1)  Għall-istabbiliment gradwali ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-unjoni Ewropea (TFUE) jipprovdi għal miżuri li għandhom jiġu adottati fl-oqsma tal-ażil, l-immigrazzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi.

(2)  Il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa speċjali tiegħu f'Tampere fl-15 u 16 ta' Ottubru 1999, irrikonoxxa l-ħtieġa għall-armonizzazzjoni ta' leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-kondizzjonijiet għall-ammissjoni u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi. F'dan il-kuntest, iddikjara b'mod partikolari li l-Unjoni għandha tiżgura trattament ġust għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jgħixu legalment fit-territorju ta' Stat Membru u li politika ta' integrazzjoni aktar dinamika għandu jkollha l-għan li tagħtihom drittijiet u obbligi kumparabbli ma' dawk taċ-ċittadini tal-Unjoni. Il-Kunsill Ewropew għaldaqstant talab lill-Kunsill biex jadotta malajr l-istrumenti legali bbażati fuq il-proposti tal-Kummissjoni. Il-bżonn li jintlaħqu l-għanijiet definiti f'Tampere kien affermat mill-ġdid mill-Programm ta' Stokkolma li kien adottat mill-Kunsill Ewropew fil-10 u l-11 ta' Diċembru 2009(7).

(3)  ▌Dispożizzjonijiet għal proċedura unika ta' applikazzjoni li twassal għall-ħruġ ta' permess magħqud ta' residenza u xogħol f'“dokument amministrattiv wieħed għandhom jikkontribwixxu biex jiġu ssemplifikati u armonizzati r-regoli ▌applikabbli bħalissa fl-Istati Membri. Din is-semplifikazzjoni proċedurali diġà ġiet introdotta minn bosta Stati Membri u wasslet għal proċedura aktar effiċjenti kemm għall-migranti u kemm għal min iħaddimhom, u ppermettiet kontrolli eħfef tal-legalità tar-residenza u l-impjieg tagħhom.

(4)  Sabiex jippermettu d-dħul inizjali fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu joħorġu, f'waqtu, permess uniku jew, jekk joħorġu tali permessi esklussivament fit-territorju tagħhom, joħorġu viża.

(5)  Għandha tiġi stabbilita ġabra ta' regoli li jirregolaw il-proċedura għall-eżami tal-applikazzjoni għal permess uniku. Dawk il-proċeduri għandhom ikunu effettivi u maneġġabbli, filwaqt li għandu jitqies il-piż normali tax-xogħol tal-amministrazzjonijiet tal-Istat Membru, kif ukoll trasparenti u ġusti, biex tiġi offruta ċertezza legali xierqa lil dawk ikkonċernati.

(6)  Il-kundizzjonijiet u l-kriterji li fuqhom tista' tiġi rrifjutata applikazzjoni għal permess uniku għandhom ikunu oġġettivi u stabbiliti fil-liġi nazzjonali inkluż l-obbligu li jiġi rrispettat il-prinċipju tal-preferenza tal-Unjoni kif inhu espress partikolarment fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Atti ta' Adeżjoni tas-16 ta' April 2003 u tal-25 ta' April 2005. Kull deċiżjoni ta' ċaħda għandha tkun immotivata kif jistħoqq.

(7)  Il-permess uniku għandu jitfassal skont ir-Regolament (KE) Nru 1030/2002, tat-13 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi format uniformi għall-permess ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi(8), biex dan jippermetti lill-Istati Membri jdaħħlu tagħrif addizzjonali, partikolarment jekk il-persuna jkollhiex il-permess li taħdem. L-Istati Membri għandhom jindikaw – anke għal skop ta' kontroll aħjar tal-migrazzjoni – mhux biss fil-permess uniku iżda anke fil-permessi ta' residenza kollha maħruġa l-informazzjoni relatata mal-permess tax-xogħol irrispettivament mit-tip tal-permess jew mit-titolu ta' residenza li, fuq il-bażi tagħhom, iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikun ġie ammess fit-territorju ta' Stat Membru u jkun ingħata aċċess għas-suq tax-xogħol ta' Stat Membru ▌.

(8)  L-obbligu tal-Istati Membri li jiddeterminaw jekk applikazzjoni għal permess uniku għandhiex issir miċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew minn min iħaddmu għandu jkun bla ħsara għal kwalunkwe arranġament li jeħtieġ li t-tnejn li huma jkunu involuti fil-proċedura. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk l-applikazzjoni għal permess uniku għandhiex issir fl-Istat Membru ta' destinazzjoni jew minn pajjiż terz. Fejn iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ma jitħalliex japplika minn pajjiż terz, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni tista' ssir minn min se jħaddmu fl-Istat Membru ta' destinazzjoni.

(9)  Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar permessi ta' residenza għal skopijiet oħrajn għajr xogħol għandhom japplikaw biss għall-format ta' tali permessi u għandhom ikunu bla ħsara għar-regoli nazzjonali jew tal-Unjoni dwar il-proċeduri ta' ammissjoni u dwar il-proċeduri għall-ħruġ ta' tali permessi.

(10)  Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar il-proċedura ta' applikazzjoni unika u dwar il-permess uniku m' għandhomx japplikawx għal viżi uniformi u għal żmien twil.

(11)  L-iskadenza għall-adozzjoni ta' deċiżjoni dwar l-applikazzjoni m'għandhiex tinkludi ż-żmien meħtieġ għar-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali jew iż-żmien meħtieġ għall-ħruġ ta' viża. Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-proċeduri nazzjonali dwar ir-rikonoxximent ta' diplomi.

(12)  L-għażla tal-awtorità kompetenti skont din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għar-rwol u r-responsabilitajiet ta' awtoritajiet oħra u, fejn applikabbli, is-sieħba soċjali, fir-rigward tal-eżami tal-applikazzjoni u d-deċiżjoni dwarha.

(13)  Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva huma bla ħsara għall-kompetenza tal-Istati Membri li jiddeċiedu dwar l-ammissjoni, inklużi volumi ta' ammissjonijiet għal ċittadini minn pajjiżi terzi għal raġunijiet ta' xogħol.

(14)  Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li għandhom dokument tal-ivjaġġar validu u permess uniku maħruġ minn Stat Membru li japplika bis-sħiħ l-acquis ta' Schengen, għandhom ikunu jistgħu jidħlu fi u jiċċaqalqu liberament fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw bis-sħiħ l-acquis ta' Schengen, għal perjodu ta' mhux aktar minn tliet xhur skont ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)(9) u l-Artikolu 21 ta' l-acquis ta' Schengen – Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali tal-verifiki fil-fruntieri komuni tagħhom (Konvenzjoni ta' Implimentazzjoni ta' Schengen)(10).

(15)  Fin-nuqqas ta' liġi tal-Unjoni, id-drittijiet taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jvarjaw, skond l-Istat Membru li jaħdmu fih u skond in-nazzjonalità tagħhom. ▌Bil-għan li jiġi segwit l-iżvilupp ta' politika ta' l-immigrazzjoni koerenti, biex titnaqqas id-differenza tad-drittijiet bejn iċ-ċittadini tal-Unjoni u ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaħdmu legalment fi Stat Membru, u biex jiġi kkumplementat l-acquis eżistenti dwar l-immigrazzjoni, għandha tiġi stabbilita ġabra ta' drittijiet partikolarment billi jiġu speċifikati l-oqsma tal-politika fejn it-trattament ugwali maċ-ċittadini huwa pprovdut għall-ħaddiema ta' pajjiżi terzi ammessi legalment fi Stat Membru iżda li għadhom mhumiex residenti fit-tul. Tali dispożizzjonijiet huma maħsuba biex jistabbilixxu kondizzjonijiet ugwali minimi fl-Unjoni, biex jiġi rikonoxxut li dawn iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaħdmu legalment fi Stat Membru jikkontribwixxu għall-ekonomija Ewropea permezz tax-xogħol tagħhom u l-ħlas tat-taxxa u biex iservu bħala salvagwardja biex titnaqqas il-kompetizzjoni inġusta bejn iċ-ċittadini ta' l-UE u ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li tirriżulta fi sfruttar possibbli ta' dawn ta' l-aħħar. Id-definizzjoni ta' “ħaddiem ta' pajjiż terz” f' din id-Direttiva tfisser, mingħajr preġudizzju għall-interpretazzjoni tal-kunċett tar-relazzjoni tal-impjieg f'atti legali oħrajn tal-Unjoni, , ċittadin ta' pajjiż terz li ġie ammess fit-territorju ta' Stat Membru u li jkun legalment residenti u jitħalla jaħdem hemmhekk skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali.[Em. 123]

(16)  Iċ-ċittadini kollha ta' pajjiżi terzi b'residenza legali u b'xogħol fl-Istati Membri għandhom igawdu mill-inqas l-istess ġabra komuni ta' drittijiet fil-forma ta' trattament ugwali maċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti, irrispettivament mill-għan inizjali tal-ammissjoni jew il-bażi għaliha. Id-dritt għat-trattament ugwali fl-oqsma speċifikati minn din id-Direttiva għandu jingħata mhux biss lil dawk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li ġew ammessi fit-territorju ta' Stat Membru biex jaħdmu iżda wkoll lil dawk kollha li ġew ammessi għal skopijiet oħra u ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol ta' dak l-Istat Membru skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni, inklużi dawk ammessi skond id-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta' Settembru 2003 dwar id-dritt għar-reunifikazzjoni tal-familja(11), id-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 dwar il-kondizzjonijiet ta' ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għal skopijiet ta' studju, skambju tal-istudenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju(12) jew id-Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE tat-12 ta' Ottubru 2005 dwar proċedura speċifika għall-ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għal skopijiet ta' riċerka xjentifika(13).

(17)  Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti fit-tul skont id-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE(14) mhumiex koperti minn din id-Direttiva minħabba li għandhom istatus aktar privileġġjat u jgawdu minn tip speċifiku ta' permess ta' residenza: “resident fit-tul – KE”.

(18)  Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jintbgħatu jaħdmu f'pajjiż ieħor mhumiex koperti minn din id-Direttiva. Dan m'għandux iwaqqaf liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi milli jkunu residenti u jaħdmu legalment fi Stat Membru u li jintbgħatu jaħdmu fi Stat Membru ieħor milli jibqgħu jgawdu minn trattament ugwali meta mqabbla maċ-ċittadini tal-Istat Membru tal-oriġini matul il-perjodu li fih ikunu jaħdmu barra, skont dawk il-pattijiet u l-kundizzjonijiet li mhumiex affettwati mill-applikazzjoni tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi(15). [Em. 122 u 124]

(19)  Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ġew ammessi fit-territorju ta' Stat Membru ▌biex jaħdmu fuq bażi staġjonali m'għandhomx ikunu koperti mid-Direttiva minħabba l-istatus temporanju tagħhom.

(20)  Id-dritt għat-trattament ugwali f'oqsma ta' politika speċifikati għandhu jkun strettament marbut mar-residenza legali taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi u l-aċċess mogħti għas-suq tax-xogħol fi Stat Membru, li huwa inkluż f'permess uniku li jinkludi l-awtorizzazzjoni kemm għar-residenza u għax-xogħol u f'permessi ta' residenza maħruġa għal skopijiet oħra li jkunu jinkludu l-informazzjoni dwar il-permess tax-xogħol.

(21)  Il-kundizzjonijiet tax-xogħol f'din id-Direttiva għandhom jiġu interpretati b'mod li jkopru talinqas il-ħlas u t-tkeċċija, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-ħin tax-xogħol u l-liv, filwaqt li jitiqesu kwalunkwe ftehimiet kollettivi fis-seħħ. [Em. 122 u 125]

(22)  Il-kwalifiki professjonali akkwistati minn ċittadini ta' pajjiżi terz fi Stat Membru ieħor għandhom jiġu rikonoxxuti bl-istess mod bħal dawk ta' ċittadini tal-Unjoni u l-kwalifiki akkwistati f'pajjiż terz għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni b'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali(16). Id-dritt ta' ħaddiema ta' pajjiżi terzi għal trattament ugwali f'dak li huwa r-rikonoxximent ta' diplomi, ta' ċertifikati u ta' kwalifiki professjonali oħrajn skont il-proċeduri nazzjonali rilevanti, huwa mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri biex jippermettu lil dawk il-ħaddiema tal-pajjiżi terzi jidħlu fis-suq tax-xogħol tagħhom. [Em. 122 u 126]

(23)  Il-ħaddiema ta' pajjiżi terzi għandhom igawdu minn trattament ugwali fir-rigward tas-sigurtà soċjali. Fir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali(17) hemm definiti fergħat tas-sigurtà soċjali. Id-dispożizzjonijiet dwar it-trattament ugwali rigward is-sigurtà soċjali f'din id-Direttiva japplikaw ukoll għall-ħaddiema li jaslu fi Stat Membru direttament minn pajjiż terz. Madankollu, din id-Direttiva m'għandhiex tagħti lill-ħaddiema li ġejjin minn pajjiżi terzi aktar drittijiet minn dawk diġà pprovduti fil-liġi eżistenti tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkollhom elementi transkonfinali bejn l-Istati Membri. Barra minn hekk, din id-Direttiva ma għandhiex tagħti drittijiet marbuta ma' sitwazzjonijiet li jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, pereżempju lil membri tal-familja residenti f'pajjiż terz. Din id-Direttiva tagħti drittijiet biss b'rabta ma' dawk il-membri tal-familja li jingħaqdu mal-ħaddiem tal-pajjiż terz fi Stat Membru abbażi ta' reunifikazzjoni tal-familja jew membri tal-familja li jkunu diġà residenti legali fi Stat Membru mal-ħaddiem ta' pajjiż terz.[Em. 122 u 127]

(24)  Il-liġi tal-Unjoni ma tillimitax is-setgħa tal-Istati Membri li jorganizzaw l-iskemi tas-sigurtà soċjali tagħhom. Fin-nuqqas ta' armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni, il-kundizzjonijiet li skonthom jingħataw il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, kif ukoll l-ammont ta' tali benefiċċji u ż-żmien li għalihom jingħataw għandhom jiġu stipulati mil-liġi ta' kull Stat Membru. B'danakollu, meta jkunu qed jeżerċitaw dik is-setgħa, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni. [Em. 122 u 128]

(25)  L-Istati Membri għandhom talinqas jagħtu trattament ugwali lil dawk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li għandhom impjieg jew li wara perjodu minimu ta' impjieg ikunu rreġistrati li ma għandhomx impjieg. Kwalunkwe restrizzjoni għat-trattament ugwali fil-qasam tas-sigurtà soċjali fl-ambitu ta' din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet mogħtija bl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1231/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jestendi r-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b'dawn ir-Regolamenti unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom(18).[Em. 130]

(26)  It-trattament ugwali ta' ħaddiema ta' pajjiżi terzi ma jkoprix miżuri fil-qasam tat-taħriġ professjonali li huma ffinanzjati minn skemi ta' għajnuna soċjali. [Em. 122 u 129]

(27)  Minħabba li l-għanijiet ta' din id-Direttiva, notevolment l-istabbiliment ta' proċedura unika ta' applikazzjoni għall-ħruġ ta' permess uniku għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi biex ikunu jistgħu jaħdmu fit-territorju ta' Stat Membru u l-garanzija tad-drittijiet għall-ħaddiema ta' pajjiżi terzi b'residenza legali fi Stat Membru, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-iskala u d-daqs tal-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar f'livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif inhu stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(28)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tħares il-prinċipji rikonoxxuti mill- Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ▌, skont l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(29)  Din id-Direttiva għandha tkun applikata bla ħsara għad-dispożizzjonijiet aktar favorevoli li jinsabu fil-liġi tal-Unjoni u fl-istrumenti internazzjonali.

(30)  L-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva mingħajr diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjonijiet politiċi jew oħrajn, sħubija f'minoranza nazzjonali, ġid, twelid, diżabilitajiet, età jew orjentazzjoni sesswali partikolarment skont id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità(19) u d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol(20).

(31)  Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-TFUE u bla ħsara għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, dawk l-Istati Membri mhumiex jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva u mhumiex marbutin bl-applikazzjoni tagħha jew suġġetti għaliha.]

(32)  Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabilixxi:

   (a) proċedura unika ta' applikazzjoni għall-ħruġ ta' permess uniku għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi biex ikunu jistgħu jgħixu bl-iskop ta' xogħol fit-territorju ta' Stat Membru, sabiex ikunu semplifikati l-proċeduri tal-ammissjoni tagħhom u jiġi ffaċilitat il-kontroll tal-istatus tagħhom; u
   (b) ġabra komuni ta' drittijiet għal ħaddiema ta' pajjiżi terzi legalment residenti fi Stat Membru, irrispettivament mill-għanijiet li għalihom kienu ammessi fit-territorju ta' Stat Membru, fuq il-bażi ta' trattament ugwali bħal ċittadini ta' dak l-Istat Membru.

Din id-Direttiva hija bla ħsara għas-setgħat tal-Istati Membri rigward l-ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiż terz għas-swieq tax-xogħol tagħhom.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:

   (a) “ċittadin minn pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna li ma tkunx ċittadin tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 20(1) TFUE;
   (b) “ħaddiem ta' pajjiż terz” tfisser kwalunkwe ċittadin minn pajjiż terz li jkun ġie ammess fit-territorju ta' Stat Membru, ikun resident legali f'dak l-Istat Membru u jkun jista' jaħdem f'dak l-Istat Membru skont il-liġi jew il-prassi nazzjonali; [Em. 131]
   (c) “permess uniku” tfisser permess ta' residenza maħruġ mill-awtoritajiet ta' Stat Membru li jippermetti liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqgħodu▌legalment fit-territorju ta' Stat Membru għall-għanijiet ta' xogħol;
   (d) “proċedura unika ta' applikazzjoni” tfisser kwalunkwe proċedura li twassal, abbażi ta' applikazzjoni unika minn ċittadin ta' pajjiż terz jew minn min jimpjegah, għall-awtorizzazzjoni ta' residenza u tax-xogħol ▌fit-territorju ta' Stat Membru, għal deċiżjoni dwar dik l-applikazzjoni għall-permess uniku.

Artikolu 3

Ambitu

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika:

   (a) għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu jridu jgħixu fit-territorju ta' Stat Membru għall-għanijiet ta' xogħol;
   (b) għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li ġew ammessi fi Stat Membru għal skopijiet oħra għajr xogħol skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni u li jitħallew jaħdmu u jkun inħarġilhom permess ta' residenza skont ir-Regolament (KE) Nru 1030/2002; u
   (c) għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz li ġew ammessi fi Stat Membru għall-iskop ta' xogħol skont regoli nazzjonali jew tal-Unjoni.

2.  Din id-Direttiva ma tapplikax għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li:

   (a) ikunu membri tal-familja ta' ċittadini tal-Unjoni li jkunu eżerċitaw, jew ikunu qed jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-libertà tal-moviment fl-Unjoni b'konformità mad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri1;
   (b) flimkien mal-membri tal-familja tagħhom, u irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, igawdu drittijiet ta' moviment liberu ekwivalenti għal dawk ta' ċittadini tal-Unjoni skont ftehimiet bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, jew bejn l-Unjoni u pajjiż terz(21);
   (c) jintbgħatu jaħdmu f'pajjiż ieħor;
   (d) applikaw għal ammissjoni jew li ġew ammessi fit-territorju ta' Stat Membru għall-għanijiet ta' xogħol bħala ħaddiema trasferiti intrakorporattivi;
   (e) applikaw għall-ammissjoni jew ġew ammessi fit-territorju ta' Stat Membru bħala ħaddiema staġonali jew bħala au pairs;
   (f) ikunu awtorizzati jirrisjedu fi Stat Membru abbażi ta' protezzjoni temporanja jew li jkunu applikaw għall-awtorizzazzjoni biex jirrisjedu fuq dik il-bażi u li jkunu qed jistennew deċiżjoni dwar l-istatus tagħhom;
   (g) ikunu benefiċjarji ta' protezzjoni interna skont id-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta' April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li inkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija(22) jew li applikaw għal protezzjoni internazzjonali taħt dik id-Direttiva u li l-applikazzjoni tagħhom għadha ma wasslitx għal deċiżjoni aħħarija;
   (h) ikunu benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali b'mod konformi mad-dritt nazzjonali, l-obbligi internazzjonali jew il-prattika tal-Istat Membru jew li applikaw għal protezzjoni b'mod konformi mal-liġi nazzjonali, l-obbligi internazzjonali jew il-prattika tal-Istati Membri u li l-applikazzjoni tagħhom tkun għadha ma wasslitx għal deċiżjoni aħħarija.
  

   (i) ikunu residenti fit-tul skont id-Direttiva 2003/109/KE;
   (j) it-tneħħija tagħhom ġiet sospiża għal raġunijiet ta' fatt jew ta' dritt;
   (k) applikaw għal ammissjoni jew ġew ammessi fit-territorju ta' Stat Membru bħala persuni li jaħdmu għal rashom;
   (l) applikaw għal ammissjoni jew ġew ammessi bħala baħħara biex jiġu impjegati jew jaħdmu fi kwalunkwe kapaċità fuq bastiment irreġistrat fi Stat Membru jew li jtajjar il-bandiera tiegħu.

3.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-Kapitolu II ta' din id-Direttiva ma japplikax għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li ġew awtorizzati jaħdmu fit-territorju ta' Stat Membru għal perjodu li ma jisboqx is-sitt xhur jew li ġew ammessi f'dak l-Istat Membru għall-iskop ta' studju.

4.  Il-Kapitolu II ta' din id-Direttiva m'għandux japplika għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu awtorizzati jaħdmu abbażi ta' viża.

Kapitolu II

Proċedura unika ta' applikazzjoni u permess uniku

Artikolu 4

Proċedura unika ta' applikazzjoni

1.  L-applikazzjoni għal permess uniku għandha tiġi ppreżentata fi proċedura unika ta' applikazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk l-applikazzjonijiet għal permess uniku għandhomx isiru miċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew minn min iħaddmu. L-Istati Membri jistgħu wkoll jiddeċiedu li jippermettu l-applikazzjoni minn kwalunkwe minn dawn it-tnejn. Jekk l-applikazzjoni jkollha tiġi ppreżentata miċ-ċittadin tal-pajjiż terz, l-Istati Membri għandhom jippermettu li l-applikazzjoni tiġi introdotta minn pajjiż terz, jew jekk previst mid-dritt nazzjonali, fit-territorju tal-Istat Membru fejn ikun diġà ammessi legalment.

2.  L-Istati Membri għandhom jeżaminaw l-applikazzjoni u jadottaw deċiżjoni biex jingħata, jiġi modifikat jew jiġġedded il-permess uniku jekk l-applikant jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni. Id-deċiżjoni li jingħata, jiġi modifikat jew jiġġedded il-permess uniku għandha tikkostitwixxi att amministrattiv uniku li jgħaqqad permess ta' residenza u permess ta' xogħol.

3.  Il-proċedura unika ta' applikazzjoni hija bla ħsara għall-proċedura tal-viża li tista' tkun meħtieġa għad-dħul inizjali.

4.  L-Istati Membri għandhom joħorġu permess uniku, f'każ li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet previsti, lil dawk iċ-ċittadini ta' pajjiż terz li japplikaw għal ammissjoni, u lil dawk iċ-ċittadini ta' pajjiż terz diġà ammessi u li japplikaw biex iġeddu jew jimmodifikaw il-permess ta' residenza tagħhom wara d-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet implimentattivi nazzjonali.

Artikolu 5

Awtorità kompetenti

1.  L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-awtorità kompetenti biex tirċievi l-applikazzjoni u toħroġ il-permess uniku.

2.  L-awtorità kompetenti għandha tipproċessa l-applikazzjoni u tadotta deċiżjoni dwar l-applikazzjoni mill-iktar fis u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data li fiha tkun saret l-applikazzjoni.

F'ċirkostanzi eċċezzjonali marbuta mal-komplessità tal-eżami tal-applikazzjoni, it-terminu msemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jkun estiż.

Il-konsegwenza tan-nuqqas ta' teħid ta' deċiżjoni sa tmiem il-perjodu ta' erba' xhur imsemmi f'dan l-Artikolu għandha tiġi regolata mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru rilevanti.

3.  L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika d-deċiżjoni lill-applikant bil-miktub skont il-proċeduri ta' notifika stipulati fil-liġi nazzjonali.

4.  Jekk l-informazzjoni jew id-dokumenti li jappoġġaw l-applikazzjoni ma jkunux kompluti skont il-kriterji speċifikati fid-dritt nazzjonali, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-applikant bil-miktub dwar l-informazzjoni jew id-dokumenti addizzjonali meħtieġa u tista' tistabbilixxi skadenza raġonevoli biex jipprovduhom. Il-perjodu msemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi sospiż sakemm l-awtoritajiet jirċievu l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa. Jekk l-informazzjoni jew id-dokumenti addizzjonali ma jkunux ġew ipprovduti fi żmien l-iskadenza, l-applikazzjoni tista' tiġi miċħuda.

Artikolu 6

Permess uniku

1.  L-Istati Membri għandhom joħorġu l-permess uniku billi jużaw il-format uniformi stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1030/2002 u għandhom jindikaw l-informazzjoni dwar il-permess tax-xogħol skont il-punt 7.5-9 tal-punt (a) tal-Anness tiegħu.

2.  Meta jinħareġ il-permess uniku, l-Istati Membri m'għandhomx joħorġu permessi addizzjonali ▌ bħala prova tal-aċċess mogħti għas-suq tax-xogħol.

Artikolu 7

Permessi ta' residenza maħruġa għal skopijiet oħra li mhumiex ta' xogħol

Meta jinħarġu l-permessi ta' residenza skont ir-Regolament (KE) Nru 1030/2002 l-Istati Membri:

   (a) għandhom jindikaw l-informazzjoni relatata mal-permess tax-xogħol irrispettivament mit-tip tal-permess; u
   (b) m'għandhomx joħorġu permessi addizzjonali ▌ bħala prova ta' awtorizzazzjoni għall-aċċess għas-suq tax-xogħol.

Artikolu 8

Rimedji

1.  Deċiżjoni ta' ċħid ta' applikazzjoni għal permess uniku, jew li tiċħad li jsiru modifiki għal permess uniku jew li jiġi mġedded permess uniku, jew deċiżjoni li jiġi rtirat permess uniku, fuq il-bażi tal-kriterji stipulati fil-liġi nazzjonali jew dik tal-Unjoni, għandha tkun motivata fin-notifika bil-miktub.

2.  Kwalunkwe deċiżjoni ta' ċħid ta' applikazzjoni għal permess uniku, jew li tiċħad li jsiru modifiki għal permess uniku jew li jiġi mġedded permess uniku, jew deċiżjoni li jiġi rtirat permess unikugħandha tkun suġġetta għal appell fl-Istat Membru kkonċernat, skont il-liġi nazzjonali. In-notifika miktuba għandha tispeċifika l-qorti jew l-awtorità amministrattiva fejn għandu jsir l-appell u l-limitu ta' żmien għall-appell.

3.  Applikazzjoni tista' titqies inammissibbli minħabba l-volumi ta' ċittadini minn pajjiżi terzi ġejjin għal raġuni ta' xogħol u, fuq dik il-bażi, m'hemmx għalfejn tiġi pproċessata.

Artikolu 9

Aċċess għall-informazzjoni

L-Istati Membri, fuq talba, għandhom jipprovdu informazzjoni xierqa liċ-ċittadin minn pajjiż terz u lill-persuna li ser tħaddmu fil-futur dwar id-dokumenti meħtieġa biex issir applikazzjoni kompluta.

Artikolu 10

Miżati

L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-applikanti biex iħallsu miżata ▌. Fejn ikun xieraq, l-Istati Membri għandhom jimponu miżata għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet skont din id-Direttiva. Il-livell ta' dawn il-miżati għandu ikunu proporzjonat u jista' jkun ibbażat fuq l-ispejjeż tas-servizzi li tabilħaqq ġew ipprovduti għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-permessi.

Artikolu 11

Drittijiet fuq il-bażi tal-permess uniku

F'każ li permess uniku nħareġ b'mod konformi mad-dritt nazzjonali huwa għandu jawtorizza, matul il-perjodu tal-validità tiegħu, lid-detentur tiegħu għall-inqas:

   (a) li jidħol ▌u joqgħod fit-territorju tal-Istat Membru li joħroġ il-permess uniku, sakemm jilħaq ir-rekwiżiti ta' ammissjoni kollha b'mod konformi mal-liġi nazzjonali;
  

   (b) li jkollu aċċess liberu għat-territorju kollu tal-Istat Membru ▌li joħroġ il-permess uniku, fil-limiti previsti mil-liġi nazzjonali ▌;
   (c) li jeżerċita l-attività professjonali speċifika awtorizzata taħt il-permess uniku b'mod konformi mad-dritt nazzjonali;
   (d) li jkun infurmat dwar id-drittijiet tiegħu relatati mal-permess uniku mogħtija b'din id-Direttiva u/jew bil-liġi nazzjonali.

Kapitolu III

Dritt għat-trattament ugwali

Artikolu 12

Drittijiet

1.  Il-ħaddiema ta' pajjiżi terzi kif imsemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 3(1) għandhom igawdu minn trattament ugwali bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru li fih jirresjedu fir-rigward ta':

   (a) il-kondizzjonijiet tax-xogħol, inkluż il-ħlas u s-sensja kif ukoll is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol;
   (b) il-libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni u sħubija ta' organizzazzjoni li tirrappreżenta l-ħaddiema jew lil min iħaddem jew ta' xi organizzazzjoni li l-membri tagħha jkunu jwettqu xi xogħol speċifiku, inklużi l-benefiċċji konferiti minn dawn l-organizzazzjonijiet, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-politika pubblika u s-sigurtà pubblika;
   (c) l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali;
   (d) ir-rikonoxximent ta' diplomi, ċertifikati u kwalifiki professjonali oħra, skont il-proċeduri nazzjonali rilevanti;
   (e) il-fergħat tas-sigurtà soċjali, kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 883/2004; [Em. 122 u 132]
  

   (f) il-benefiċċji tat-taxxa, kemm-il darba l-ħaddiem ikun meqjus bħala residenti għal skopijiet fiskali fl-Istat Membru kkonċernat;[Em. 122 u 133]
   (g) l-aċċess għall-prodotti u s-servizzi u l-forniment tal-prodotti u s-servizzi disponibbli għall-pubbliku inkluż il-proċeduri biex tinkiseb akkomodazzjoni u l-assistenza u s-servizzi ta' konsulenza li jistgħu jagħtu l-uffiċċji tal-impjieg kif previst mil-liġi nazzjonali, mingħajr ħsara għal-libertà tal-kuntratt b'konformità mal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni.[Em. 134]

2.  L-Istati Membri jistgħu jillimitaw it-trattament ugwali bħaċ-ċittadini:

  (a) skont il-punt (c) tal-paragrafu 1:

[Em. 122 u 136]
   billi jillimitaw l-applikazzjoni tiegħu għal dawk il-ħaddiema minn pajjiżi terzi li jkunu impjegati jew li kienu impjegati; [Em.135]
   billi jeskludu lil dawk il-ħaddiema ta' pajjiżi terzi li tħallew jidħlu fit-territorju tagħhom b'konformità mad-Direttiva 2004/114/KE;
   billi jeskludu l-għotjiet u self marbutin mal-istudju u l-manteniment jew għotjiet u self oħra;
   billi jkunu stipulati prerekwiżiti speċifiċi inkluż l-għarfien sod fil-lingwa u l-ħlas ta' miżati għat-tagħlim, b'konformità mad-dritt nazzjonali, rigward l-aċċess għall-università u għall-edukazzjoni postsekondarja u għat-taħriġ vokazzjonali, li mhijiex marbuta direttament mal-attività konkreta ta' impjieg;
   (c) billi jillimitaw id-drittijiet mogħtija taħt il-paragrafu 1(e) għall-ħaddiema ta' pajjiżi terzi, iżda ma jillimitawx tali drittijiet mogħtija lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkollhom impjieg jew li jkunu f'impjeg għal mhux anqas minn sitt xhur u li jkunu reġistrati bħala mhux impjegati.

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-punt (e) tal-paragrafu 1 rigward il-benefiċċji għall-familja ma għandux japplika għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu awtorizzati jaħdmu fit-territorju ta' Stat Membru għal perjodu ta' żmien li ma jisboqx is-sitt xhur, għal ċittadini ta' pajjizi terzi li tħallew jidħlu minħabba l-istudji tagħhom jew għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkollhom il-permess jaħdmu permezz ta' viża.

[Em. 122 u 137]

   (d) skont il-paragrafu 1(f) fir-rigward tal-benefiċċji fiskali billi l-applikazzjoni tagħha tkun limitata għal każi fejn il-post ta' residenza rreġistrat jew tas-soltu tal-membri tal-familja tal-ħaddiem ta' pajjiż terz, li għalihom jitlob benefiċċji, ikun fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat. [Em. 122 u 140]
  (d) skont il-paragrafu 1(g):
   billi jillimitaw l-applikazzjoni tiegħu għal dawk il-ħaddiema minn pajjiżi terzi li jkunu impjegati;
   billi jillimitaw l-aċċess għad-djar;

3.  Id-dritt għal trattament ugwali kif stipulat fil-paragrafu 1 huwa bla ħsara għad-dritt tal-Istat Membru li jirtira jew li jirrifjuta li jġedded il-permess ta' residenza maħruġ skont din id-Direttiva, il-permess ta' residenza maħruġ għal finijiet għajr xogħol, jew kwalunkwe awtorizzazzjoni biex taħdem fi Stat Membru.

4.  Il-ħaddiema ta' pajjiżi terzi li jmorru joqogħdu f'pajjiż terz, jew is-sopravvissuti ta' tali ħaddiema li jkunu jirresjedu f'pajjiż terz li jkollhom drittijiet derivanti mill-ħaddiem, għandhom jirċievu, fir-rigward tax-xjuħija, invalidità u mewt, il-pensjonijiet dovuti bil-liġi msejsin fuq l-impjieg preċedenti tal-ħaddiema u akkwiżiti skont il-leġiżlazzjoni stipulata fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, b'dawk l-istess kondizzjonijiet u b'dawk l-istess rati bħalma jkunu dovuti liċ-ċittadini tal-Istati Membri konċernati meta jmorru joqogħdu f'pajjiż terz. [Em. 141]

Artikolu 13

Dispożizzjonijiet aktar favorevoli

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika bla ħsara għal dispożizzjonijiet aktar favorevoli ta':

   (a) il-liġi tal-Unjoni, inkluż il-ftehimiet bilaterali u multilaterali bejn l-Unjoni, jew l-Unjoni u l-Istati Membri, minn naħa l-waħda, u pajjiż terz wieħed jew aktar, min-naħa l-oħra;
   (b) il-ftehimiet bilaterali jew multilaterali bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew aktar.

2.  Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għad-dritt tal-Istati Membri li jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli għall-persuni li tapplika għalihom.

Kapitolu IV

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 14

Informazzjoni lill-pubbliku ġenerali

Kull Stat Membru għandu jqiegħed għad-disponibilità tal-pubbliku ġenerali ġabra ta' informazzjoni aġġornata b'mod regolari, dwar il-kondizzjonijiet tad-dħul u ta' residenza taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi fit-territorju tiegħu għal għanijiet ta' xogħol.

Artikolu 15

Rappurtar

1.  Perjodikament, u għall-ewwel darba sa ...(23), il-Kummisjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva fl-Istati Membri u għandha tipproponi kwalunkwe emenda li tqis li tkun meħtieġa.

2.  Kull sena, u għall-ewwel darba sa l-1 ta' Lulju ...(24)*, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni ▌l-istatistiċi dwar il-volumi ta' ċittadini minn pajjiżi terzi li ngħataw ▌il-permess uniku ▌matul is-sena kalendarja preċedenti, b'mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali(25).

Artikolu 16

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa...(26). Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir din ir-referenza għandhom jiġu deċiżi mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi ppubblikata f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 18

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 16 E, 22.1.2010, p. 240.
(2) ĠU C 27, 3.2.2009, p. 114.
(3) ĠU C 257, 9.10.2008, p. 20.
(4) ĠU C 27, 3.2.2009, p. 114.
(5) ĠU C 257, 9.10.2008, p. 20.
(6) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2011.
(7) ĠU C 115, 4.5.2010, p. 1.
(8) ĠU L 157, 15.6.2002, p. 1.
(9) ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.
(10) ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.
(11) ĠU L 251, 3.10.2003, p. 12.
(12) ĠU L 375, 23.12.2004, p. 12.
(13) ĠU L 289, 3.11.2005, p. 15.
(14) ĠU L 16, 23.1.2004, p. 44.
(15) ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1.
(16) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.
(17) ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.
(18) ĠU L 344, 29.12.2010, p. 1.
(19) ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.
(20) ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.
(21) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.
(22) ĠU L 304, 30.9.2004, p. 12.
(23)* ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: tliet snin wara d-data speċifikata fl-Artikolu 16.
(24)** Sena wara d-data ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva.
(25) ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23.
(26)* ĠU daħħal id-data: ...


Drittijiet tal-konsumatur ***I
PDF 1148kWORD 1103k
Emendi tal-Parlament Ewropew adottati fl-24 ta' Marzu 2011 għall-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar drittijiet tal-konsumatur (COM(2008)0614 – C6-0349/2008 – 2008/0196(COD))
P7_TA(2011)0116A7-0038/2011

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-proposta ġiet emendata kif ġej(1):

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 2
(2)  Dawk id-Direttivi ġew riveduti fid-dawl tal-esperjenza bil-ħsieb li jissimplifikaw u jaġġornaw ir-regoli applikabbli, filwaqt li jneħħu inkonsistenzi u jagħlqu lakuni mhux mixtieqa fir-regoli. Dik ir-reviżjoni wriet li huwa xieraq li dawk l-erba' Direttivi jiġu sostitwiti minn din id-Direttiva unika. Id-Direttiva għandha skont dan tistipula regoli standard għall-aspetti komuni u tħalli l-istrateġija ta' armonizzazzjoni minima fid-Direttivi ta' qabel li permezz tagħhom l-Istati Membri setgħu jippreservaw jew jadottaw regoli nazzjonali aktar stretti.
(2)  Dawk id-Direttivi ġew riveduti fid-dawl tal-esperjenza bil-ħsieb li jissimplifikaw u jaġġornaw ir-regoli applikabbli, filwaqt li jneħħu inkonsistenzi u jagħlqu lakuni mhux mixtieqa fir-regoli. Dik ir-reviżjoni wriet li huwa xieraq li dawk l-erba' Direttivi jiġu sostitwiti minn din id-Direttiva unika. Id-Direttiva għandha skont dan tistipula regoli standard għall-aspetti komuni filwaqt li tippermetti li l-Istati Membri jippreservaw jew jadottaw regoli nazzjonali aktar stretti sabiex jipprovdu livell ogħla ta' protezzjoni għall-konsumatur.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 5
(5)  Il-potenzjal transkonfinali tal-bejgħ mill-bogħod li għandu jkun wieħed mir-riżultati tanġibbli tas-suq intern mhuwiex sfruttat bis-sħiħ mill-konsumaturi. Imqabbel mat-tkabbir sinifikanti tal-bejgħ domestiku mill-bogħod matul dawn l-aħħar snin, it-tkabbir fil-bejgħ transkonfinali mill-bogħod kien limitat. Id-diskrepanza hija partikolarment sinifikanti għall-bejgħ bl-Internet li għandu potenzjal qawwi ta' tkabbir ulterjuri. Il-potenzjal transkonfinali ta' kuntratti nnegozjati lil hinn mill-post tan-negozju (il-bejgħ dirett) huwa mxekkel b'għadd ta' fatturi inklużi r-regoli nazzjonali differenti tal-protezzjoni tal-konsumatur imposti fuq l-industrija. Imqabbel mat-tkabbir tal-bejgħ domestiku dirett matul dawn l-aħħr ftit snin, b'mod partikolari fis-settur tas-servizzi (pereżempju l-utilitajiet), l-għadd ta' konsumaturi li jużaw din ir-rotta għax-xirjiet transkonfinali baqa' ma nbidilx. Meta jirreaġixxu għal opportunitajiet miżjuda f'bosta Stati Membri, intrapriżi ta' daqs żgħir u medju (inklużi intraprendituri individwali) jew aġenti ta' kumpaniji ta' bejgħ dirett għandhom ikunu aktar inklinati li jfittxu opportunitajiet ta' negozju fi Stati Membri oħra, b'mod partikolari f'reġjuni konfinali. Għalhekk l-armonizzazzjoni sħiħa tal-informazzjoni tal-konsumatur u d-dritt ta' rtirar f'kuntratt mill-bogħod u dawk li jseħħu lil hinn mill-post tan-negozju se jikkontribwixxu għat-tħaddim aħjar tas-suq intern tan-negozju dirett lejn il-konsumatur.
(5)  Il-potenzjal transkonfinali tal-bejgħ mill-bogħod li għandu jkun wieħed mir-riżultati tanġibbli tas-suq intern mhuwiex sfruttat bis-sħiħ. Imqabbel mat-tkabbir sinifikanti tal-bejgħ domestiku mill-bogħod matul dawn l-aħħar snin, it-tkabbir fil-bejgħ transkonfinali mill-bogħod kien limitat. Id-diskrepanza hija partikolarment sinifikanti għall-bejgħ bl-Internet li għandu potenzjal qawwi ta' tkabbir ulterjuri. Il-potenzjal transkonfinali ta' kuntratti nnegozjati lil hinn mill-post tan-negozju (il-bejgħ dirett) huwa mxekkel b'għadd ta' fatturi inklużi r-regoli nazzjonali differenti tal-protezzjoni tal-konsumatur imposti fuq l-industrija. Imqabbel mat-tkabbir tal-bejgħ domestiku dirett matul dawn l-aħħr ftit snin, b'mod partikolari fis-settur tas-servizzi (pereżempju l-utilitajiet), l-għadd ta' konsumaturi li jużaw din ir-rotta għax-xirjiet transkonfinali baqa' ma nbidilx. Meta jirreaġixxu għal opportunitajiet miżjuda f'bosta Stati Membri, intrapriżi ta' daqs żgħir u medju (inklużi kummerċjanti individwali) jew aġenti ta' kumpaniji ta' bejgħ dirett għandhom ikunu aktar inklinati li jfittxu opportunitajiet ta' negozju fi Stati Membri oħra, b'mod partikolari f'reġjuni konfinali. Għalhekk l-armonizzazzjoni sħiħa dwar ċerti aspetti tal-informazzjoni tal-konsumatur u d-dritt ta' rtirar f'kuntratt mill-bogħod u dawk li jseħħu lil hinn mill-post tan-negozju se jikkontribwixxu għal livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi u għat-tħaddim aħjar tas-suq intern tan-negozju dirett lejn il-konsumatur.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 6
(6)  Il-liġijiet tal-Istati Membri dwar kuntratti tal-konsumatur juru differenzi ċari li jiġġeneraw distorzjonijiet sinifikanti ta' kompetizzjoni u xkiel għat-tħaddim bla skossi tas-suq intern. Il-leġiżlazzjoni attwali tal-Komunità fil-qasam tal-kuntratti tal-konsumatur konklużi mill-bogħod jew “il barra mill-post tan-negozju prodotti tal-konsumaturi u garanziji kif ukoll kondizzjonijiet żleali ta' kuntratt jistabbilixxu standards minimi għall-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni li tippermetti l-Istati Membri l-possibilità li jippreservaw jew idaħħlu miżuri aktar strinġenti li jiżguraw livell ogħla tal-protezzjoni tal-konsumatur fit-territorji tagħhom. Barra dan, bosta kwistjonijiet huma regolati b'mod inkonsistenti bejn id-direttivi jew ma ġewx konklużi. Dawn il-kwistjonijiet ġew indirizzati b'mod differenti mill-Istati Membri. B'riżultat ta' dan, id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-direttivi fil-liġi tal-kuntratti tal-konsumatur jiddevjaw b'mod sinifikanti.
imħassar
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 7
(7)  Dawn id-disparitajiet joħolqu ostakli sinifikanti tas-suq intern li jaffetwaw in-negozji u l-konsumaturi. Huma jżidu l-ispejjeż ta' konformità għan-negozji li jixtiequ jwettqu bejgħ transkonfinali ta' prodotti jew forniment ta' servizzi. Il-frammentazzjoni ddgħajjef ukoll il-kunfidenza tal-konsumatur fis-suq intern. L-effett negattiv fuq il-kunfidenza tal-konsumatur jissaħħaħ minn livell inkonsistenti ta' protezzjoni tal-konsumatur madwar il-Komunità sħiħa. Il-problema hija partikolarment gravi fid-dawl tal-iżviluppi ġodda tas-suq.
(7)  Ċerti disparitajiet fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tal-kuntratti li jsiru mal-konsumaturi, partikolarment kuntratti mill-bogħod jew li jsiru “l barra mill-post tan-negozju, joħolqu ostakli sinifikanti tas-suq intern li jaffetwaw il-kummerċjanti u l-konsumaturi. Huma jżidu l-ispejjeż ta' konformità għall-kummerċjanti li jixtiequ jwettqu bejgħ transkonfinali ta' prodotti jew forniment ta' servizzi. Il-frammentazzjoni sproporzjonata ddgħajjef ukoll il-kunfidenza tal-konsumatur fis-suq intern.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 8
(8)  L-armonizzazzjoni sħiħa ta' wħud mill-aspetti regolatorji ewlenin għandha żżid konsiderevolment iċ-ċertezza legali kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozju. Kemm il-konsumaturi kif ukoll in-negozju se jkunu jistgħu jorbtu fuq qafas regolatorju uniku bbażat fuq kunċetti legali definiti b'mod ċar li jirregolaw ċerti aspetti ta' kuntratti fil-Komunità tan-negozju dirett lejn il-konsumatur. L-effett se jkun li jinqerdu l-ostakli mnissla mill-frammentazzjoni tar-regoli u biex jitlesta s-suq intern f'dan il-qasam. Dawn l-ostakli jistgħu jinqerdu biss billi jitwaqqfu regoli uniformi fil-livell tal-Komunità. Barra dan il-konsumaturi jgawdu minn livell komuni għoli ta' protezzjoni madwar il-Komunità kollha.
(8)  Sakemm ma jiġix speċifikat b'mod ieħor u skont l-Artikolu 169 dwar it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva m'għandhomx iwaqqfu lill-Istati Membri milli jżommu jew jadottaw miżuri ta' liġi nazzjonali aktar stretti li jtejbu l-protezzjoni tal-konsumatur. Madankollu l-armonizzazzjoni sħiħa ta' wħud mill-aspetti regolatorji ewlenin huwa ġustifikat sabiex jiġi assigurat qafas regolatorju uniku għall-protezzjoni tal-konsumatur u sabiex iżżid konsiderevolment iċ-ċertezza legali kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozju f'negozju transkonfinali. F'dal-każ, kemm il-konsumaturi kif ukoll in-negozjanti se jkunu jistgħu jorbtu fuq qafas regolatorju uniku bbażat fuq kunċetti legali definiti b'mod ċar li jirregolaw ċerti aspetti ta' kuntratti fl-Unjoni tan-negozju dirett lejn il-konsumatur. Għaldaqstant, il-konsumatur igawdi livell għoli komuni ta' protezzjoni fl-Unjoni kollha. Barra minn hekk, billi jiġu stabbiliti regoli uniformi fil-livell tal-Unjoni, dan għandu jeqred l-ostakli mnissla mill-frammentazzjoni sproporzjonata tar-regoli u għandu jlesti s-suq intern f'dan il-qasam.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 10 a (ġdida)
(10a)  Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għall-kura tas-saħħa, jiġifieri s-servizzi tas-saħħa mogħtija mill-professjonijisti tas-saħħa lill-pazjenti biex jevalwaw, iżommu jew jreġġgħu lura s-saħħa tagħhom.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 10 b (ġdida)
(10b)  Il-logħob tal-azzard, inklużi l-lotteriji u l-imħatri, huwa eskluż mill-qasam ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva minħabba n-natura speċifika ħafna ta' dawk l-attivitajiet, li abbażi tagħha l-Istati Membri għandhom ikunu f'pożizzjoni jadottaw miżuri differenti, inklużi aktar stretti, ta' protezzjoni tal-konsumatur fir-rigward ta' dawn l-attivitajiet.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 11
(11)  Il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Komunità dwar servizzi finanzjarji tal-Komunità fiha bosta regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. Għal din ir-raġuni d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jkopru kuntratti relatati ma' servizzi finanzjarji sal-punt biss li dan jinħtieġ biex jimla l-lakuni regolatorji.
(11)  Il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni inter alia marbuta mas-servizzi finanzjarji jew il-vjaġġi kollox kompriż fiha bosta regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur Għal din ir-raġuni, l-Artikoli 5 sa 19 u l-Artikolu 23a ta' din id-Direttiva m'għandhomx japplikaw għal kuntratti marbutin mas-servizzi finanzjarji u l-Artikoli 9 sa 19 m'għandhomx japplikaw għal kuntratti mill-bogħod u li ma jsirux fuq il-post marbutin mal-vjaġġi kollox kompriż, mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħrajn tal-leġiżlazzjoni attwali tal-Unjoni. Fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, l-Istati Membri għandom jitħeġġew jisilitu ispirazzjoni mil-leġiżlazzjoni attwali tal-Unjoni f'dak il-qasam, fil-leġiżlazzjoni ta' oqsma li mhumiex regolati fil-livell tal-Unjoni, b'tali mod li jiġi żgurat ambjent ekwu'għall-konsumaturi kollha u għall-kuntratti kollha marbutin mas-servizzi finanzjarji. Il-Kummissjoni għandha timmira li tikkumplimenta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji sabiex tagħlaq id-diskrepanzi eżistenti u tipproteġi l-konsumaturi f'kull tip ta' kuntratt.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 11 a (ġdida)
(11a)  L-Artikoli 9 sa 19 ta' din id-Direttiva għandhom ikunu bla ħsara għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri dwar l-akkwist ta' proprjetà immobbli u l-garanziji dwar il-proprjetà immobbli jew il-formazzjoni jew it-trasferiment tad-drittijiet in rem għall-proprjetà immobbli. Dan jinkludi l-ftehimiet konnessi ma' atti legali, bħall-bejgħ ta' proprjetà immobbli li għad trid tiġi żviluppata jew ix-xiri bin-nifs.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 11b (ġdida)
(11b)  Minħabba li ma tapplika l-ebda sitwazzjoni psikoloġika fl-istabbiliment tal-kuntratti minn detentur ta' uffiċċju pubbliku, dawn il-kuntratti għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-Artikoli 9 sa 19 ta' din id-Direttiva, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 11 c (ġdida)
(11c)  Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, kuntratti ta' kiri ta' vetturi, fejn il-vettura tiġi ritornata mat-tmiem tal-kuntratt, għandhom jitqiesu bħala servizzi ta' kiri ta' vetturi.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 11 d (ġdida)
(11d)  Bosta Stati Membri għażla li japplikaw regoli ta' protezzjoni tal-kunsumaturi għal entitajiet oħrajn bħal organizzazzjonijiet non-governattivi, negozji li għadhom jibdew u intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u Stati Membri oħrajn li jixtiequ jagħmlu dan. Għandu jitfakkar li l-Istati Membri jistgħu jestendu l-ambitu tar-regoli nazzjonali adottati sabiex jimplimentaw din id-Direttiva biex ikopru l-persuni naturali jew legali li mhumiex konsumaturi skont id-definizzjoni ta' din id-Direttiva.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 11 e (ġdida)
(11e)  Kontenut diġitali li jiġi trasmess lill-konsumatur f'format diġitali, fejn il-konsumatur jikseb il-possibilità tal-użu fuq bażi permanenti jew b'mod simili għall-pussess fiżiku ta' prodott bil-possibilità li jaħżnu fil-kompjuter, għandhom jiġu ttrattati bħala prodotti għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li japplikaw għal kuntratti ta' bejgħ. Madankollu għandu jiġi applikat dritt ta' irtirar sa dak il-mument li fih il-konsumatur jagħżel li jniżżel il-kontenut diġitali.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 12
(12)  Id-definizzjoni ġdida ta' kuntratt mill-bogħod għandha tkopri l-każijiet kollha fejn il-kuntratti ta' bejgħ u ta' servizz huma konklużi bl-użu ta' mezz wieħed jew aktar ta' komunikazzjoni ta' distanza (pereżempju bejgħ bil-posta, Internet, telefown jew faks). Din għandha toħloq kondizzjonijiet ugwali għall-kummerċjanti mill-bogħod kollha. Għandha wkoll ittejjeb iċ-ċertezza legali meta mqabbla mad-definizzjoni attwali li tobbliga l-preżenza ta' skema ta' bejgħ mill-bogħod organizzata mmexxija mill-kummerċjant sal-konklużjoni tal-kuntratt.
(12)  Id-definizzjoni ġdida ta' kuntratt mill-bogħod għandha tkopri l-każijiet kollha fejn il-kuntratti li jikkonċernaw il-kunsinna ta' merkanzija jew il-forniment ta' servizz huma konklużi bejn il-kummerċjant u l-konsumatur taħt skema organizzata ta' distanza ta' bejgħ jew il-forniment ta' servizz mingħajr il-preżenza simultanja u fiżika tal-partijiet, u bl-użu ta' mezz wieħed jew aktar ta' komunikazzjoni ta' distanza (pereżempju bejgħ bil-posta, Internet, telefown jew faks). Siti tal-internet li joffru biss informazzjoni dwar il-kummerċjant, il-merkanzija u/jew servizzi tiegħu m'għandhomx ikunu kopruti mid-definizzjoni ta' din it-tip ta' skema organizzata ta' distanza ta' bejgħ jew ta' forniment ta' servizz, anke jekk dawn is-siti tal-internet jindikaw mezz wieħed jew aktar ta' komunikazzjoni fuq distanza. Din għandha toħloq kondizzjonijiet ugwali għall-kummerċjanti mill-bogħod kollha.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 13
(13)  Iċ-ċirkustanzi partikolari li fihom tkun saret offerta jew li fihom ġie nnegozjat kuntratt ma għandhomx ikunu relevanti fid-definizzjoni ta' kuntratt mill-bogħod. Il-fatt li l-kummerċjant huwa kultant bejjiegħ mill-bogħod jew li juża skema organizzata mmexxija minn parti terza bħalma hija pjattaforma fuq l-internet, ma għandux iċaħħad il-konsumaturi mill-protezzjoni tagħhom. Bl-istess mod, tranżazzjoni nnegozjata wiċċ imb wiċċ bejn il-kummerċjant u l-konsumatur lil hinn mill-post tan-negozju għandha tkun kuntratt mill-bogħod, jekk il-kuntratt imbagħad ġie konkluż permezz tal-użu esklussiv ta' komunikazzjoni mill-bogħod, bħalma huwa l-Internet jew it-telefown. Għall-kummerċjanti, definizzjoni aktar sempliċi ta' kuntratt mill-bogħod għandha ttejjeb iċ-ċertezza legali u tipproteġihom minn kompetizzjoni żleali.
(13)  Iċ-ċirkustanzi partikolari li fihom tkun saret offerta jew li fihom ġie nnegozjat kuntratt ma għandhomx ikunu relevanti fid-definizzjoni ta' kuntratt mill-bogħod. Il-fatt li l-kummerċjant juża skema organizzata ta' bejgħ mill-bogħod jew ta' forniment ta' servizz mmexxija minn parti terza bħalma hija pjattaforma fuq l-internet, ma għandux iċaħħad il-konsumaturi mill-protezzjoni tagħhom. Bl-istess mod, tranżazzjoni nnegozjata wiċċ imb wiċċ bejn il-kummerċjant u l-konsumatur lil hinn mill-post tan-negozju għandha tkun kuntratt mill-bogħod, jekk il-kuntratt imbagħad ġie konkluż permezz tal-użu esklussiv ta' komunikazzjoni mill-bogħod, bħalma huwa l-Internet jew it-telefown. Għall-kummerċjanti, definizzjoni aktar sempliċi ta' kuntratt mill-bogħod għandha ttejjeb iċ-ċertezza legali u tipproteġihom minn kompetizzjoni żleali.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 14
(14)  Kuntratt li jsir lil hinn mill-post tan-negozju għandu jiġi definit bħala kuntratt konkluż mal-preżenza fiżika simultanja tal-kummerċjant u l-konsumatur, lil hinn mil-lok tan-negozjiu, pereżempju għand dar il-konsumatur jew fil-post tax-xogħol tiegħu. F'kuntest lil hinn mill-post tan-negozju, il-konsumaturi huma taħt pressjoni psikoloġika irrispettivament jekk talbux iż-żjara tal-kummerċjant huma jew le. Barra dan, sabiex ma jkunx hemm lok għal tidwir mar-regoli meta l-konsumaturi jiġu avviċinati lil hinn mill-post tan-negozju, kuntratt li ġie nnegozjat, pereżempju d-dar tal-konsumatur iżda konkluż f'ħanut għandu jitqies bħala kuntratt li sar lil hinn mill-post tan-negozju.
(14)  Kuntratt li jsir lil hinn mill-post tan-negozju għandu jiġi definit bħala kuntratt konkluż mal-preżenza fiżika simultanja tal-kummerċjant u l-konsumatur, lil hinn mil-lok tan-negozjiu, pereżempju għand dar il-konsumatur jew fil-post tax-xogħol tiegħu. F'kuntest lil hinn mill-post tan-negozju, il-konsumaturi temporanjament jinsabu f'sitwazzjoni partikolari li hija differenti mis-sitwazzjoni f'ħanut, pereżempju mill-perspettiva psikoloġika u rigward l-iskop li wieħed iqabbel prodotti u prezzijiet; irrispettivament jekk talbux iż-żjara tal-kummerċjant huma jew le. Barra dan, sabiex ma jkunx hemm lok għal tidwir mar-regoli meta l-konsumaturi jiġu avviċinati lil hinn mill-post tan-negozju, kuntratt li ġie nnegozjat, pereżempju d-dar tal-konsumatur iżda konkluż f'ħanut għandu jitqies bħala kuntratt li sar lil hinn mill-post tan-negozju biss meta l-komponenti ewlenin tal-kuntratt ikunu ġew determinati waqt vjaġġ, avveniment ta' divertiment jew dimostrazzjoni ta' bejgħ. Madankollu, il-kuntratti li skonthom għandu jsir ħlas mill-konsumatur li ma jeċċedix EUR 40 m'għandhomx jiġu kopruti mir-rekwiżiti ta' informazzjoni koperti stabbiliti f'din id-Direttiva, sabiex, pereżempju biex ma jinħoloqx piż żejjed ta' rekwiżiti ta' informazzjoni għall-kummerċjanti li jbigħu prodotti fit-triq u jwettqu l-forniment minnufih. F'każijiet bħal dawn lanqas ma jinħtieġ dritt tal-irtirar minħabba l-impatt limitat ta' dawk it-tranżazzjonijiet hu faċli li jinftiehem. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jibqgħu ħielsa u għandhom jitħeġġu jiffissaw valur aktar baxx.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 15
(15)  Il-post tan-negozju għandu jinkludi l-lok fi kwalunkwe forma (bħalma huma ħwienet jew trakkijiet) li jservi bħala post permanenti ta' negozju għall-kummerċjant. Armar tal-monti u tal-fieri għandu jiġi ttrattat bħala post tan-negozju avolja jistgħu jintużaw mill-kummerċjant fuq bażi temporanja. Postijiet oħra li jiġu mikrija għal żmien qasir biss u fejn il-kummerċjant ma jkunx stabbilit (bħalma huma ħotels, ristoranti, ċentri tal-konferenzi, ċinemi mikrija minn kummerċjanti li mhumiex stabbiliti hemmhekk) ma għandhomx jitqiesu bħala postijiet tan-negozju. Bl-istess mod, l-ispazji pubbliċi kollha inklużi t-trasport jew il-faċilitajiet pubbliċi kif ukoll djar privati jew postijiet tax-xogħol ma għandhomx jitqiesu bħala postijiet tan-negozju.
(15)  Il-post tan-negozju għandu jinkludi l-lok fi kwalunkwe forma (bħalma huma ħwienet, taxis jew trakkijiet) li jservi bħala post permanenti ta' attività għall-kummerċjant. Armar tal-monti u tal-fieri għandu jiġi ttrattat bħala post tan-negozju avolja jistgħu jintużaw mill-kummerċjant fuq bażi temporanja jew regolari. Postijiet oħra li jiġu mikrija għal żmien qasir biss u fejn il-kummerċjant ma jkunx stabbilit (bħalma huma ħotels, ristoranti, ċentri tal-konferenzi, ċinemi mikrija minn kummerċjanti li mhumiex stabbiliti hemmhekk) ma għandhomx jitqiesu bħala postijiet tan-negozju. Bl-istess mod, l-ispazji pubbliċi kollha inklużi t-trasport jew il-faċilitajiet pubbliċi kif ukoll djar privati jew postijiet tax-xogħol ma għandhomx jitqiesu bħala postijiet tan-negozju.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 16
(16)   Id-definizzjoni ta' mezz li jservi għal żmien twil għandha tinkludi b'mod partikolari dokumenti tal-karti, USB sticks, CD-ROMs, DVDs, kards tal-memorja u l-hard drive tal-computer li fih jinħażnu l-posta elettronika jew pdf file.
(16)   Media li sservi għal żmien twil għandha tinkludi b'mod partikolari karti, USB sticks, CD-ROMs, DVDs, kards tal-memorja jew il-hard drives tal-computers. Sabiex il-posta elettronika jew sit jikkwalifikaw bħala “mezz li jservi għal żmien twil”, dawn għandhom l-ewwel nett jippermettu lill-konsumaturi jaħżnu l-informazzjoni rilevanti għalihom biex jipproteġu l-interessi tagħhom li joħorġu mir-relazzjoni tagħhom mal-kummerċjant. It-tieni nett, il-posta elettronika jew is-sit tal-internet għandhom jippermettu li l-informazzjoni tinħażen b'tali mod li jkun impossibbli li l-kummerċjant jibdilha b'mod unilaterali.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 17
(17)  Il-konsumaturi għandhom ikunu intitolati li jirċievu informazzjoni qabel il-konklużjoni tal-kuntratt. Minkejja dan il-kummerċjanti ma għandhomx għalfejn jagħtu informazzjoni meta tkun diġà evidenti mill-kuntest. Pereżempju fi tranżazzjoni fuq il-post, il-karatteristiċi ewlenin ta' prodott, l-identità tal-kummerċjant u l-arranġamenti għat-twassil jistgħu jkunu evidenti mill-kuntest. Fi tranżazzjonijiet mill-bogħod u lil hinn mill-post, il-kummerċjant għandu dejjem jagħti l-informazzjoni dwar arranġamenti għall-ħlas, twassil, eżekuzzjoni u l-prassi ta' ġestjoni tal-ilmenti, minħabba li jistgħu ma jkunux evidenti mill-kuntest.
(17)  Qabel ma l-konsumatur jintrabat b'kuntratt mill-bogħod, kuntratt lil hinn mill-post tan-negozju jew offerta kuntrattwali ekwivalenti, għandu jirċievi informazzjoni komprensiva fi żmien xieraq.
Bil-forniment ta' din l-informazzjoni, l-kummerċjant għandu jikkunsidra l-ħtiġijiet speċifiċi ta' konsumaturi li huma partikolarment vulnerabbli minħanna l-infirmità mentali, fiżika jew psikoloġika, età jew kredulità tagħhom b'tali mod li jista' jiġi mistenni li jkun previst mill-kummerċjant. Madankollu, il-kunsiderazzjoni ta' dawn il-ħtiġijiet speċifiċi m'għandhiex twassal għal livelli differenti ta' protezzjoni tal-konsumatur.
Emenda 228
Proposta għal direttiva
Premessa 17 a (ġdida)
(17a)  Minkejja l-eżenzjoni tal-kummerċjant mill-obbligu li jagħti l-informazzjoni stipulata fl-Artikolu 9 dwar mezz li jservi għal żmien twil meta jikkonkludi kuntratt imħallat lil hinn mill-post tan-negozju li fir-rigward tiegħu l-kummerċjant u l-konsumatur jissodisfaw immedjatament l-obbligi tagħhom u l-ħlas li jkollu jsir mill-konsumatur ma jaqbiżx is-somma ta' EUR 200, il-konsumatur għandu minkejja dan jingħata informazzjoni komprensiva mill-kummerċjant dwar il-punti essenzjali tal-kuntratt, speċjalment fir-rigward tal-prezz, qabel ma l-konsumatur jintrabat b'dak il-kuntratt.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 20
(20)  Il-konsumatur għandu jkun jaf jekk huwiex qed jagħmel kuntratt mal-kummerċjant jew ma intermedjarju li qed jaġixxi f'isem konsumatur ieħor, minħabba li fil-każ ta' dan tal-aħħar il-konsumatur jista' ma jgawdix mill-protezzjoni li taqa' taħt din id-Direttiva. Għalhekk l-intermedjarju għandu jinforma dwar dan il-fatt u l-konsegwenzi tiegħu. Il-kunċett ta' intermedjarju ma għandux jinkludi pjattaformi online ta' kummerċ li ma jikkonkludux il-kuntratt f'isem kwalunkwe parti oħra jew għaliha.
imħassar
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Premessa 22
(22)  Minħabba li fil-każ ta' bejgħ mill-bogħod, il-konsumatur ma jistax jara l-prodott qabel ma jikkonkludi l-kuntratt huwa għandu jkollu d-dritt ta' rtirar, li jippermettilu jiżgura n-natura u t-tħaddim tal-prodotti.
(22)  Minħabba li fil-każ ta' bejgħ mill-bogħod, il-konsumatur ma jistax jara l-prodott qabel ma jikkonkludi l-kuntratt huwa għandu jkollu d-dritt ta' rtirar sabiex, sakemm jiskadi l-perjodu tal-irtirar, ikun jista“ jiżgura n-natura, il-kwalità u t-tħaddim tal-prodotti. Dan id-dritt ta' irtirar għandu jingħata wkoll għall-kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju.
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Premessa 24
(24)  Biex jiżgura ċertezza legali, huwa xieraq li r-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tat-3 ta' Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta' żmien għandu japplika għall-kalkolu tal-perjodi f'din id-Direttiva. Għalhekk, il-perjodi kollha li hemm f'din id-Direttiva għandhom jinftiehmu bħala espressi f'jiem kalendarji.
imħassar
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Premessa 26
(26)  Meta l-konsumatur jordna iktar minn oġġett wieħed mill-istess kummerċjant, huwa għandu jkun intitolat għad-dritt tal-irtirar għal kull wieħed minn dawn il-prodotti. Jekk il-prodotti jitwasslu separatament, il-perjodu tal-irtirar għandu jibda meta l-konsumatur jikseb il-pussess materjali ta' kull oġġett individwali. Meta oġġett jitwassal f'lottijiet jew f'biċċiet differenti, il-perjodu tal-irtirar għandu jibda meta l-konsumatur jew il-parti terza indikat mill-konsumatur jikseb il-pussess materjali tal-aħħar lott jew biċċa.
(26)  Meta l-prodotti jiġu fornuti f'iktar minn kunsinna waħda, il-perjodu tal-irtirar għandu jibda mill-ġurnata li fiha l-konsumatur jew parti terza li mhuwiex it-trasportatur u indikat mill-konsumatur jikseb il-pussess materjali tal-ewwel kunsinna parzjali. Meta oġġett jitwassal f'lottijiet jew f'biċċiet differenti, il-perjodu tal-irtirar għandu jibda mill-ġurnata meta l-konsumatur jew il-parti terza indikat mill-konsumatur jikseb il-pussess materjali tal-aħħar lott jew biċċa. Jekk tiġi ordnata merkanzija multipla mill-konsumatur f'ordni waħda li jiġu kkunsinjati separatament, il-perjodu tal-irtirar għandu jibda meta l-konsumatur jirċievi l-aħħar prodott.
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Premessa 27
(27)  Jekk il-kummerċjant ma jkunx informa l-konsumatur dwar id-dritt tal-irtirar qabel il-konklużjoni ta' kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post, il-perjodu tal-irtirar għandu jiġi estiż. Minkejja dan, biex tiġi żgurata ċertezza legali biż-żmien, għandu jiddaħħal perjodu ta' limitazzjoni ta' tlietxhur, bil-kondizzjoni li l-kummerċjant ikun wettaq l-obbligi kuntrattwali tiegħu. Il-kummerċjant għandu jitqies li wettaq kompletament l-obbligi tiegħu meta jkun wassal il-prodotti jew wettaq kompletament is-servizzi ordnati mill-konsumatur.
(27)  Jekk il-kummerċjant ma jkunx informa l-konsumatur dwar id-dritt tal-irtirar qabel il-konklużjoni ta' kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post, il-perjodu tal-irtirar għandu jiġi estiż. Minkejja dan, biex tiġi żgurata ċertezza legali biż-żmien, għandha tiddaħħal perjodu ta' limitazzjoni għal sena. Minkejja dan, l-Istati Membri għandhom jitħallew iżommu leġislazzjoni nazzjonali eżistenti biex jestendu dak il-perjodu ta' limitazzjoni.
Emenda 229
Proposta għal direttiva
Premessa 28
(28)  Id-differenzi fil-modi kif huwa eżerċitat id-dritt tal-irtirar fl-Istati Membri kkawżaw spejjeż għal negozji li jbiegħu b'mod transkonfinali. L-introduzzjoni ta rtirar standard armonizzat li għandu jintuża mill-konsumatur għandu jissimplifika l-proċess ta rtirar u jġib ċertezza legali. Għal dawn ir-raġunijiet, l-Istati Membri għandhom joqgħodu lura milli jżidu kwalunkwe rekwiżit ta' preżentazzjoni għall-għamla tal-istandard li jifrex mal-Komunità kollha pereżempju d-daqs tat-tipa.
(28)  Id-differenzi fil-modi kif huwa eżerċitat id-dritt tal-irtirar fl-Istati Membri kkawżaw spejjeż għal negozji li jbiegħu b'mod transkonfinali. L-introduzzjoni ta rtirar standard armonizzat li l-konsumatur jista” juża għandu jissimplifika l-proċess ta rtirar u jġib ċertezza legali. Għal dawn ir-raġunijiet, l-Istati Membri għandhom joqgħodu lura milli jżidu kwalunkwe rekwiżit ta' preżentazzjoni għall-għamla tal-istandard li jifrex mal-Unjoni kollha pereżempju d-daqs tat-tipa. Madankollu, il-konsumatur għandu jibqa” ħieles li jirtira billi juża l-formulazzjoni tiegħu stess, sakemm id-dikjarazzjoni tiegħu lill-kummerċjant tkun ifformulata b'mod ċar. Modi oħra li jistgħu jissodisfaw dan ir-rekwiżit huma jekk jintbagħtu lura l-prodotti jew jekk tintbagħat ittra jew issir telefonata, iżda l-piż tal-prova biex jintwera li sar l-irtirar sal-limitu taż-żmien speċifikat f'din id-Direttiva jista' jkun fuq il-konsumatur. Għal din ir-raġuni, huwa fl-interess tal-konsumatur li jagħmel użu minn mezz li jservi fit-tul taż-żmien meta jikkomunika l-irtirar tiegħu lill-kummerċjant.
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Premessa 30
(30)  Fil-każ tal-irtirar il-kummerċjant għandu jagħti rimbors tal-ħlasijiet kollha li waslulu mingħand il-konsumatur, inklużi dawk li jkopru l-ispejjeż li ġarrab il-kummerċjant biex iwassal il-prodotti lill-konsumatur.
(30)  Fil-każ tal-irtirar il-kummerċjant għandu jagħti rimbors tal-ħlasijiet kollha li waslulu mingħand il-konsumatur, inklużi dawk li jkopru l-ispejjeż li ġarrab il-kummerċjant biex iwassal il-prodotti lill-konsumatur, bl-eċċezzjoni ta' ħlasijiet għall-kunsinni express fuq ix-xewqa espressa tal-konsumatur. Ir-rimborż għandu jkun possibbli b'kull mezz ta' paganent, sakemm dawn għandhom valuta legali fl-Istati Membri fejn jiġu rċevuti mill-konsumatur. Għalhekk ir-rimborż m'għandux iseħħ fil-forma ta' vouchers jew noti ta' kreditu.
Emenda 230
Proposta għal direttiva
Premessa 32
(32)  Sabiex jiġi evitat li kummerċjant jagħti rimbors lil konsumatur li ma rritornax il-prodotti, il-konsumatur għandu jkun obbligat li jibgħat il-prodotti mhux aktar tard minn erbatax-il jum wara li jkun informa lill-kummerċjant dwar id-deċiżjoni ta' rtirar.
(32)  Sabiex jiġi evitat li kummerċjant jagħti rimbors lil konsumatur li ma rritornax il-prodotti, il-konsumatur għandu jkun obbligat li jibgħat il-prodotti mhux aktar tard minn erbatax-il jum wara li jkun informa lill-kummerċjant dwar id-deċiżjoni ta' rtirar. Bl-istess mod, il-kummerċjant ukoll għandu jkun jista' jissuġġetta r-rimbors għall-kundizzjoni li l-konsumatur ikun ta prova li bagħat lura l-prodotti.
Emenda 231
Proposta għal direttiva
Premessa 33
(33)  Għandhom jeżistu ċerti eżenzjonijiet mid-dritt tal-irtirar, pereżempju f'każijiet fejn id-dritt tal-irtirar ma jkunx xieraq fid-dawl tan-natura tal-prodott. Dan huwa applikabbli pereżempju għall-inbid li jiġi fornut żmien twil wara l-konklużjoni tal-kuntratt ta' natura spekulattiva fejn il-valur jiddependi fuq il-varjazzjonijiet fis-suq (vin en primeur).
(33)  Għandhom jeżistu ċerti eżenzjonijiet mid-dritt tal-irtirar, pereżempju f'każijiet fejn id-dritt tal-irtirar ma jkunx xieraq fid-dawl tan-natura tal-prodott u l-eżerċizzju tad-dritt ta' rtirar jirrappreżenta żvantaġġ inġust għall-kummerċjant. Dan huwa applikabbli b'mod partikolari għall-prodotti tal-ikel jew għal prodotti oħra li huma iġjenikament sensittivi jew li jitħassru, pereżempju għall-inbid li jiġi fornut żmien twil wara l-konklużjoni tal-kuntratt ta' natura spekulattiva fejn il-valur jiddependi fuq il-varjazzjonijiet fis-suq (vin en primeur). Ċerti prodotti jew servizzi li l-prezz tagħhom jiddependi fuq il-fluttwazzjonijiet tas-suq, pereżempju prodotti bażiċi bħaż-żejt tal-fjuwil, għandhom ukoll jiġu eżentati mid-dritt tal-irtirar.
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Premessa 34
(34)  Barra minn hekk, f'każ ta' kuntratti mill-bogħod għall-forniment ta' servizzi, li l-eżekuzzjoni tagħhom tibda matul il-perjodu ta' rtirar (pereżempju dejta fajls imniżżla mill-konsumatur matul dak il-perjodu), ma jkunx ġust li l-konsumatur jingħata l-permess ta' rtirar wara li s-servizz ikun tgawda kompletament jew parzjalment mill-konsumatur. Għalhekk il-konsumatur għandu jitlef id-dritt tiegħu tal-irtirar meta tibda l-eżekuzzjoni bil-qbil espress preċedenti tiegħu.
(34)  Barra minn hekk, f'każ ta' kuntratti mill-bogħod u lil hinn mill-post tan-negozju għall-forniment ta' servizzi, li l-eżekuzzjoni tagħhom tibda matul il-perjodu ta' rtirar (pereżempju dejta fajls imniżżla mill-konsumatur matul dak il-perjodu), ma jkunx ġust li l-konsumatur jingħata l-permess ta' rtirar wara li s-servizz ikun tgawda kompletament jew parzjalment mill-konsumatur. Il-konsumatur jitlef id-dritt tiegħu tal-irtirar meta tibda l-eżekuzzjoni bil-qbil espress preċedenti tiegħu, sakemm tali ftehim jikkonstitwixxi kunsens informat, jiġifieri li l-konsumatur ġie infurmat dwar il-konsegwenzi tad-deċiżjoni tiegħu f'termini tat-telf tad-dritt tiegħu tal-irtirar.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Premessa 37
(37)  Għall-iskop ta' simplifikazzjoni u ċertezza legali, id-dritt tal-irtirar għandu japplika għat-tipi kollha ta' kuntratti “l barra mill-post tan-negozju, ħlief f'ċirkostanzi ddefiniti b'mod strett li jistgħu jingħataw prova tagħhom b'mod faċli. Għalhekk, ma għandu japplika l-ebda dritt għall-irtirar għal tiswijiet urġenti fid-dar tal-konsumatur li għalihom dritt tal-irtirar bħal dan ikun inkompatibbli mal-qagħda ta' emerġenza kif ukoll għal skemi ta' kunsinna d-dar tas-supermarkets li jippermettu li l-konsumaturi jagħżlu ikel, xorb u prodotti oħra maħsuba għal konsum attwali fid-dar permezz tal-websajt tas-supermarket u jitwaslulhom id-dar tagħhom. Dawn huma prodotti, li mhumiex għaljin u li jinxtraw regolarment mill-konsumaturi għall-konsum tagħhom ta' kuljum u għall-użu ta' kuljum fid-djar u għalhekk ma għandhomx ikunu soġġetti għal dritt tal-irtirar. Id-diffikultajiet ewlenin li jiltaqgħu magħhom il-konsumaturi u l-ikbar sorsi ta' tilwim mal-kummerċjanti jikkonċernaw it-twassil tal-prodotti, inklużi prodotti li jintilfu jew isofru ħsara matul it-trasport u kunsinna li tasal tard u b'mod parzjali. Għalhekk huwa xieraq li jiġu ċċarati u armonizzati r-regoli nazzjonali dwar il-kunsinna u t-trasferiment tar-riskju.
(37)  Għall-iskop ta' simplifikazzjoni u ċertezza legali, id-dritt tal-irtirar għandu japplika għat-tipi kollha ta' kuntratti mill-bogħod u 'l barra mill-post tan-negozju, ħlief f'ċirkostanzi ddefiniti b'mod strett li jistgħu jingħataw prova tagħhom b'mod faċli.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Premessa 37 a (ġdida)
(37a)  Id-diffikultajiet ewlenin li jiltaqgħu magħhom il-konsumaturi u l-ikbar sorsi ta' tilwim mal-kummerċjanti jikkonċernaw it-twassil tal-prodotti, inklużi prodotti li jintilfu jew isofru ħsara matul it-trasport u kunsinna li tasal tard u b'mod parzjali. Għalhekk huwa xieraq li jiġu armonizzati r-regoli nazzjonali dwar il-kunsinna u t-trasferiment tar-riskju.
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Premessa 37 b (ġdida)
(37b)  Jekk il-kummerċjant jonqos mid-dmir tiegħu li jipprovdi l-kunsinna tal-oġġetti, ikun xieraq li l-konsumatur, b'mezz li jservi għal żmien twil, iħeġġu jipprovdi l-kunsinna fi żmien perjodu ta' mill-inqas sebat ijiem u jinfurmaħ bl-intenzjoni tiegħu li jirrevoka l-kuntratt jekk il-forniment ma jsirx. Il-konsumatur għandu jitqies li rtira mill-kuntratt jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni sa meta jiskadi l-limitu ta' żmien. Mingħajr ħsara għad-drittijiet tiegħu li jitlob id-danni, il-konsumatur għandu jkun intitolat għal rimborż fi żmien sebat ijiem mir-revoka fil-każ li jkun diġà sar il-ħlas. Għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet ta' liġi nazzjonali, sabiex jiġi żgurat livell ogħla ta' protezzjoni tal-konsumatur.
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Premessa 38
(38)  Fil-kuntest tal-bejgħ lill-konsumaturi, il-kunsinna tal-prodotti jista' jseħħ f'diversi modi. Hija biss regola li minnha tista' tinkiseb deroga b'faċilità li se tippermetti l-flessibilità meħtieġa sabiex dawn il-varjazzjonijiet jittieħdu inkunsiderazzjoni. Il-konsumatur għandu jitħares kontra kull riskju ta' telf jew ħsara tal-prodotti li jsiru matul it-trasport organizzat jew imwettaq mill-kummerċjant. Ir-regola introdotta fuq it-trasferiment tar-riskju għandha tapplika meta l-konsumatur idum b'mod eċċessiv biex jieħu s-sjieda tal-prodotti (pereżempju, meta l-prodotti ma jinġabrux mill-konsumatur mingħand l-uffiċċju postali fi ħdan il-limitu ta' żmien imfassal minn dan tal-aħħar). F'dawk iċ-ċirkostanzi, il-konsumaturi għandhom jerfgħu r-riskju ta' telf jew ta' deterjorazzjoni wara ż-żmien ta' kunsinna kif miftiehem mal-kummerċjant.
(38)  Fil-kuntest tal-bejgħ lill-konsumaturi, il-kunsinna tal-prodotti jista' jseħħ f'diversi modi. jew b'mod immedjat jew aktar tard. Jekk il-partijiet ma jkunx jaqblu dwar data ta' kunsinna partikolari, il-kummerċjant għandu jikkunsinna l-oġġetti malajr kemm jista' jkun iżda f'kull każ mhux aktar tard minn tletin ġurnata mill-għeluq tal-kuntratt. Il-konsumatur għandu jitħares kontra kull riskju ta' telf jew ħsara tal-prodotti li jsiru matul it-trasport organizzat jew imwettaq mill-kummerċjant. Ir-regola introdotta fuq it-trasferiment tar-riskju għandha tapplika meta l-konsumatur idum b'mod eċċessiv biex jieħu s-sjieda tal-prodotti (pereżempju, meta l-prodotti ma jinġabrux mill-konsumatur mingħand l-uffiċċju postali fi ħdan il-limitu ta' żmien imfassal minn dan tal-aħħar). F'dawk iċ-ċirkostanzi, il-konsumaturi għandhom jerfgħu r-riskju ta' telf jew ta' deterjorazzjoni wara ż-żmien ta' kunsinna kif miftiehem mal-kummerċjant.
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Premessa 38 a (ġdida)
(38a)  F'ħafna tranżazzjonijiet il-konsumaturi ma jkunux ipprovduti b'biżżejjed għażliet ta' mezzi ta' ħlasijiet jew jintalbu jħallsu jekk jirrifjutaw li jużaw ċerti mezzi. Din is-sitwazzjoni teħtieġ li tiġi riflessa f'dispożizzjoni li tassigura li l-kummerċjant irid joffri lill-konsumatur diversi mezzi ta' ħlas u fil-każ ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod dawn għandhom jinkludu kemm mezzi ta' ħlas elettroniku kif ukoll mhux elettroniku. Bħala eżempju, sistema ta' ħlas tista' tkun il-possibilità li tistampa ordni fuq il-websajt tal-kummerċjant biex titħallas bi flus kontanti minn bank jew fi kwalunkwe punt ta' kuntatt ieħor tal-kummerċjant.
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Premessa 39
(39)  Il-kummerċjant għandu jkun legalment responsabbli għall-konsumatur jekk il-prodotti mhumiex f'konformità mal-kuntratt. Il-prodotti għandhom ikunu preżunti konformi mal-kuntratt jekk jissodisfaw għadd ta' kondizzjonijiet li jikkonċernaw fil-biċċa l-kbira l-kwalitajiet tal-prodotti. Il-kwalità u l-eżekuzzjoni li l-konsumaturi raġonevolment jistgħu jistennew se jiddependu inter alia fuq jekk il-prodotti humiex ġodda jew użati kif ukoll fuq il-ħajja mistennija tal-prodotti.
(39)  Il-kummerċjant għandu jkun legalment responsabbli għall-konsumatur jekk il-prodotti mhumiex f'konformità mal-kuntratt. Il-prodotti għandhom ikunu preżunti konformi mal-kuntratt jekk jissodisfaw għadd ta' kondizzjonijiet li jikkonċernaw fil-biċċa l-kbira l-kwalita' u l-kwantita tal-prodotti. Il-kwalità u l-eżekuzzjoni li l-konsumaturi raġonevolment jistgħu jistennew se jiddependu inter alia fuq jekk il-prodotti humiex ġodda jew użati kif ukoll fuq il-ħajja mistennija tal-prodotti. Fejn il-prodott ma jkunx dak ordnat jew fil-każ ta' nuqqasijiet fil-kunsinna, il-prodott għandu jitqies li mhuwiex konformi mal-kuntratt.
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Premessa 40
(40)  Jekk l-oġġett mhuwiex konformi mal-kuntratt, l-ewwel nett, il-konsumatur għandu jkollu l-possibilità li jobbliga l-kummerjċant li jsewwi l-prodotti jew jissostitwihom skont l-għażla tal-kummerċjant ħlief jekk il-kummerċjant jagħti prova li dawk ir-rimedji jiksru l-liġi, huma impossibbli jew jikkawżaw lill-kummerċjant sforz sproporzjonat. L-isforz tal-kummerċjant għandu jiġi ddeterminat b'mod oġġettiv filwaqt li jitqiesu b'mod oġġettiv l-ispejjeż li jeħel il-kummerċjant waqt rimedju tan-nuqqas ta' konformità, il-valur tal-prodotti u s-sinifikat tan-nuqqas ta' konformità. In-nuqqss ta' sperparts ma għandux iservi ta' raġuni valida biex jiġġustifika n-nuqqas tal-kummerċjant li jirrimedja n-nuqqas ta' konformità fi żmien raġonevoli jew bi sforz sproporzjonat.
(40)   Bħala l-ewwel ħaġa, il-konsumatur jista' jitlob li l-bejjiegħ jirranġa l-prodott jew jissostitwih, sakemm dawn ir-rimedji ma jkunux impossibbli jew sproporzjonati. In-nuqqas ta' proporzjonalità b'rabta ma' ċertu rimedju għandu jiġi ddeterminat b'mod oġġettiv. Sproporzjonati għandhom jitqiesu rimedji li, meta mqabbla ma' oħrajn, jikkawżaw spejjeż inġusti. biex wieħed iwieġeb għall-mistoqsija jekk l-ispejjeż humiex inġusti, għandu jkun ta' importanza deċiżiva jekk l-isppejjeż tar-rimedju humiex sinifikantement ogħla minn dawk ta' rimedju ieħor.
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Premessa 41
(41)  Il-konsumatur ma għandu jerfa' l-ebda spiża għar-rimedju tan-nuqqas tal-konformità, partikolarment l-ispiża tal-posta, ix-xogħol u l-materjal. Barra dan, il-konsumatur ma għandux jikkumpensa l-kummerċjant għall-użu tal-prodotti difettużi.
(41)  Il-konsumatur ma għandu jerfa' l-ebda spiża għar-rimedju tan-nuqqas tal-konformità, partikolarment l-ispiża tal-posta, ix-xogħol u l-materjal. Barra dan, il-konsumatur ma għandux jikkumpensa l-kummerċjant għall-użu tal-prodotti difettużi. Il-konsumatur għandu jkollu d-dritt li jitlob rimedju għad-danni, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali applikabbli, għal kull nuqqas kaġun ta' nuqqas ta' konformità mal-kuntratt ta' bejgħ u m'għandhux jiġi rranġat mill-kummerċjant. Għal dawn it-tip ta' danni għandu jkun possibbli li jiddaħħlu għal ħsarat mhux pekunjarji fejn stipulat mill-liġi nazzjonali applikabbli.
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Premessa 42
(42)  Meta l-kummerċjant ikun jew irrifjuta li jirrimedja n-nuqqas ta' konformità inkella ma rnexxilux iktar minn darba l-konsumatur għandu jkun intitolat li jagħżel b'mod ħieles kwalunkwe wieħed mir-rimedji disponibbli. Ir-rifjut tal-kummerċjant jista' jkun jew espliċitu inkella impliċitu, li jfisser fil-każ tal-aħħar li l-kummerċjant ma jirreaġix jew jinjora t-talba tal-konsumatur biex jirrimedja n-nuqqas ta' konformità.
(42)  Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jagħżel b'mod ħieles kwalunkwe wieħed mir-rimedji disponibbli jekk ma jkunx intitolat la għat-tiswija u lanqas għas-sostituzzjoni. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità li jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali dwar l-għażla ħielsa ta' rimedji fil-każ ta' nuqqas ta' konformità, sabiex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur.
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Premessa 42 a (ġdida)
(42 a)  Għandu jiġi stipulat li f'ċerti każijiet il-kummerċjant jista' jinżamm responsabbli għal nuqqas ta' konformità li kienet eżistenti meta r-riskju ġie ttrasferit lill-konsumatur, anke jekk in-nuqqas ta' konformità jsir biss evidenti sussegwentement.
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Premessa 42 b (ġdida)
(42b)  Jekk il-kummerċjant huwa responsabbli bħala l-aħħar bejjiegħ fil-konfront tal-konsumatur minħabba azzjoni jew nuqqas min-naħa tal-produttur, għandu jiġi żgurat li l-kummerċjant, bħala l-aħħar bejjiegħ, jista' jitlob rimedju mill-persuna jew persuni risponsabbli fi ħdan il-katina tal-kuntratt. Għal dan l-iskop, id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-persuna jew persuni responsabbli kif ukoll il-proċedura u l-modalitajiet.
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Premessa 42 c (ġdida)
(42 c)  Il-konsumatur għandu jgawdi minn perjodu ta' garanzija ta' sentejn għan-nuqqas ta' konformità mal-kuntratt. Għandu jkun hemm preżunzjoni konfutabbli favur il-konsumatur li n-nuqqasijiet ta' konformità li jsiru fi żmien sitt xhur wara t-trasferiment tar-riskju kienu diġà jeżistu fil-mument tat-trasferiment tar-riskju. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità li jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali dwar il-perjodi ta' responsabilità, it-tul tal-perjodu għall-inverżjoni tad-dmir tal-prova jew regoli speċifiċi dwar nuqqas serju ta' konformità mal-kuntratt li joħroġ biċ-ċar wara l-perjodu ta' responsabilità, sabiex jiġi żgurat livell ogħla ta' ħarsien għall-konsumatur.
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Premessa 43
(43)  Id-Direttiva 1999/44/KE ppermettiet l-Istati Membri biex jistipulaw perjodu ta' mill-inqas xahrejn li matulhom il-konsumatur kellu jinforma lill-kummerċjant dwar kwalunkwe nuqqas ta' konformità. Il-liġijiet diverġenti ta' traspożizzjoni ħolqu ostakli għall-kummerċ. Għalhekk, huwa meħtieġ li titneħħa din l-alternattiva regolatorja u tittejjeb iċ-ċertezza legali billi l-konsumaturi jkollhom l-obbligu li jinformaw lill-kummerċjant bin-nuqqas ta' konformità fi żmien xahrejn mid-data ta' meta jintebħu bih.
imħassar
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Premessa 44
(44)  Uħud mill-kummerċjanti jew produtturi joffru lill-konsumaturi garanziji kummerċjali. Sabiex jiżguraw li l-konsumaturi ma jitqarrqux, il-garanziji kummerċjali għandhom jinkludu ċerta informazzjoni, li tinkludi t-tul ta' żmien tagħhom, il-firxa territorjali tagħhom u dikjarazzjoni li l-garanzija ma taffettwax id-drittijiet legali tal-konsumatur.
(44)  Uħud mill-kummerċjanti jew produtturi joffru lill-konsumaturi garanziji kummerċjali. Sabiex jiżguraw li l-konsumaturi ma jitqarrqux, il-garanziji kummerċjali għandhom jinkludu ċerta informazzjoni, li tinkludi t-tul ta' żmien tagħhom, il-firxa territorjali tagħhom u dikjarazzjoni li l-garanzija ma taffettwax id-drittijiet legali tal-konsumatur skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ u dawk li huma stipulati f'din id-Direttiva.
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Premessa 45 a (ġdida)
(45a)  L-aspetti regolatorji armonizzati jikkonċernaw biss kuntratti konklużi bejn il-kummerċjanti u l-konsumaturi. Għalhekk, din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-liġi nazzjonali fil-qasam tal-kuntratti dwar l-impjieg, il-kuntratti dwar id-drittijiet tas-suċċessjoni, il-kuntratti dwar il-liġi tal-familja u l-kuntratti dwar it-twaqqif u l-organizzazzjoni ta' kumpaniji jew ftehimiet ta' sħubija u termini ta' bonds.
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Premessa 46
(46)  Id-dispożizzjonijiet fuq kondizzjonijiet kuntrattwali żleali ma għandhomx japplikaw għal kondizzjonijiet kuntrattwali, li direttament jew indirettament jirriflettu dispożizzjonijiet mandatorji jew regolatorji tal-Istati Membri li jikkonformaw mal-liġi Komunitarja. Bl-istess mod kondizzjonijiet li jirriflettu l-prinċipji jew id-dispożizzjonijiet ta' konvenzjonijiet internazzjonali li tagħhom huma parti, partikolarment fil-qasam tat-trasport, ma għandhomx ikunu soġġetti għall-investigazzjoni ta' żlealtà.
(46)  Id-dispożizzjonijiet fuq kondizzjonijiet kuntrattwali żleali ma għandhomx japplikaw għal kondizzjonijiet kuntrattwali, li direttament jew indirettament jirriflettu dispożizzjonijiet regolatorji jew regolatorji tal-Istati Membri li jikkonformaw mal-liġi Komunitarja. B'mod simili, il-klawżoli kuntrattwali għandu jirrifletti l-prinċipji u d-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Klawżoli li jirriflettu l-prinċipji jew id-dispożizzjonijiet ta' konvenzjonijiet internazzjonali li tagħhom l-Unjoni jew l-Istati Membri huma parti, partikolarment fil-qasam tat-trasport, ma għandhomx ikunu soġġetti għall-investigazzjoni ta' żlealtà.
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Premessa 47
(47)  Għalhekk il-kuntratti tal-konsumaturi għandhom jitfasslu f'kitba sempliċi, li tinftiehem u li tista' tinqara faċilment. Il-kummerċjanti għandhom ikollhom il-libertà li jagħżlu d-daqs jew it-tip tat-tipa li fihom jitfasslu l-kondizzjonijiet kuntrattwali. Il-konsumatur għandu jingħata l-opportunità li jaqra l-kondizzjonijiet qabel ma jikkonkludi l-kuntratt. L-opportunità tista' tingħata lill-konsumatur billi jingħatawlu l-kondizzjonijiet malli jitlobhom (għal kuntratti fuq il-post tan-negozju) jew billi dawk il-kondizzjonijiet jkunu disponibbli mod ieħor (pereżempju fuq il-websajt tal-kummerċjant fir-rigward ta' kuntratti mill-bogħod) jew billi jinhemżu kondizzjonijiet standard mal-formola tal-ordni (fir-rigward ta' kuntratti “l barra mill-post tan-negozju). Il-kummerċjant għandu jfittex il-kunsens espress tal-konsumatur għal kwalunkwe ħlas li jiżdied mal-pagament tal-obbligu kuntrattwali ewlieni tal-kummerċjant. Id-deduzzjoni tal-kunsens permezz ta' sistemi ta' parteċipazzjoni passiva, bħalma huma kaxxi diġà mmarkati onlajn għandhom ikunu pprojbiti.
(47)  Il-klawżoli kuntrattwali kollha għandhom jiġu espressi b'mod ċar u b'mod li jinftiehem. Jekk il-klawżola kuntrattwali jkunu bil-miktub, għandhom jitfasslu dejjem f'kitba sempliċi, li tinftiehem u jkunu jistgħu jinqraw faċilment. Il-kummerċjanti għandhom ikollhom il-libertà li jagħżlu d-daqs jew it-tip tat-tipa li fihom jitfasslu l-kondizzjonijiet kuntrattwali. Il-konsumatur għandu jingħata l-opportunità li jaqra l-kondizzjonijiet qabel ma jikkonkludi l-kuntratt. L-opportunità tista' tingħata lill-konsumatur billi jingħatawlu l-kondizzjonijiet malli jitlobhom (għal kuntratti fuq il-post tan-negozju) jew billi dawk il-kondizzjonijiet jkunu disponibbli mod ieħor (pereżempju fuq il-websajt tal-kummerċjant fir-rigward ta' kuntratti mill-bogħod) jew billi jinhemżu kondizzjonijiet standard mal-formola tal-ordni (fir-rigward ta' kuntratti “l barra mill-post tan-negozju). Il-kummerċjant għandu jfittex il-kunsens espress tal-konsumatur għal kwalunkwe ħlas li jiżdied mal-pagament tal-obbligu kuntrattwali ewlieni tal-kummerċjant. Id-deduzzjoni tal-kunsens permezz ta' sistemi ta' parteċipazzjoni passiva, bħalma huma kaxxi diġà mmarkati onlajn għandhom ikunu pprojbiti.
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Premessa 47 a (ġdida)
(47a)  Il-kummerċjanti għandhom ikunu liberi li jagħżlu l-mod li bih jiġu kkomunikati l-klawżoli kuntrattwali, pereżempju d-daqs jew it-tip tat-tipa li bih jitfasslu l-klawżoli kuntrattwali. L-Istati Membri għandhom jirrinunċjaw li jimponu kwalunkwe rekwiżit ta' preżentazzjoni, ħlief għal dawk relatati ma' persuni b'diżabilitajiet jew fejn il-prodotti jew is-servizzi jistgħu jkunu ta' riskju partikulari għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumatur jew ta' terza persuna. L-Istati Membri għandhom ifittxu li jimponu rekwiżiti addizzjonali f'każijiet dovuti għall-kumplessitajiet inerenti f'kuntratti għal tali prodotti jew servizzi, fejn hemm riskju ta' detriment għall-konsumatur inklużi kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kompetizzjoni f'dan is-settur. Dan jista' japplika, pereżempju, għall-kuntratti li jikkonċernaw is-servizzi finanzjarji, il-gass, l-elettriku u l-ilma, it-telekomunikazzjonijiet u l-proprjetà immobbli. Madankollu, dan m'għandux japplika għar-rekwiżiti nazzjonali formali li jikkonċernaw il-konklużjoni tal-kuntratt jew rekwiżiti formali oħrajn bħal pereżempju l-lingwa tal-kondizzjonijiet, rekwiżiti dwar il-kontenut tal-kondizzjonijiet jew il-formulazzjoni ta' ċerti kondizzjonijiet kuntrattwali għal setturi speċifiċi. Din id-Direttiva ma tarmonizzax ir-rekwiżiti ta' lingwa applikabbli għall-kuntratti tal-konsumatur. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jżommu jew jintroduċu rekwiżiti lingwistiċi fil-liġi nazzjonali tagħhom rigward il-kondizzjonijiet kuntrattwali.
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Premessa 49
(49)  Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, la l-ekwità tal-kondizzjonijiet li jiddeskrivu s-suġġett ewlieni tal-kuntratt, u lanqas il-proporzjon ta' kwalità għal prezz tal-prodotti jew is-servizzi fornuti ma għandhom jiġu vvalutati ħlief jekk dawn il-kondizzjonijiet ma kenux jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' trasparenza. Madankollu s-suġġett ewlieni tal-kuntratt u l-proporzjoni ta' kwalità għal prezz għandu jittieħed inkunsiderazzjoni meta tkun qed issir valutazzjoni tal-ekwità ta' kondizzjonijiet oħra. Pereżempju, f'kuntratti ta' assikurazzjoni, il-kondizzjonijiet li b'mod ċar jiddefinixxu jew jiddemarkaw ir-riskju assikurat u r-responsabilità ta' assikuratur ma għandhomx ikunu suġġetti għal valutazzjoni bħal din minħabba li dawn ir-restrizzjonijiet jitqiesu waqt li jkun qiegħed jiġi kkalkulat il-primjum li għandu jitħallas mill-konsumatur.
(49)  Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, la l-ekwità tal-kondizzjonijiet li jiddeskrivu s-suġġett ewlieni tal-kuntratt, u lanqas il-proporzjon ta' kwalità għal prezz tal-prodotti jew is-servizzi fornuti ma għandhom jiġu vvalutati ħlief jekk dawn il-kondizzjonijiet ma kenux jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' trasparenza. Madankollu s-suġġett ewlieni tal-kuntratt u l-proporzjoni ta' kwalità għal prezz għandu jittieħed inkunsiderazzjoni meta tkun qed issir valutazzjoni tal-ekwità ta' kondizzjonijiet oħra. Pereżempju, f'kuntratti ta' assikurazzjoni, il-kondizzjonijiet li b'mod ċar jiddefinixxu jew jiddemarkaw ir-riskju assikurat u r-responsabilità ta' assikuratur ma għandhomx ikunu suġġetti għal valutazzjoni bħal din minħabba li dawn ir-restrizzjonijiet jitqiesu waqt li jkun qiegħed jiġi kkalkulat il-primjum li għandu jitħallas mill-konsumatur. Din l-esklużjoni ma tapplikax għar-rimunerazzjoni prevista għall-kummerċjant minn ħlasijiet anċillari jew kontinġenti stipulati fil-kuntratt, inklużi multi jew imposti minħabba ksur ta' kwalunkwe kondizzjoni tal-kuntratt, li għandha tkun suġġetta b'mod sħiħ għall-valutazzjoni tal-ekwità.
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Premessa 50
(50)  Sabiex tiġi żgurata ċertezza legali u jittejjeb it-tħaddim tas-suq intern, id-Direttiva għandha tinkludi żewġ listi ta' kondizzjonijiet żleali. L-Anness II fih lista ta' kondizzjonijiet li għandhom jitqiesu żleali fiċ-ċirkustanzi kollha. L-Anness III fih lista tal-kondizzjonijiet li għandhom jitqiesu bħala ġusti ħlief jekk il-kummerċjant jagħti prova tal-kuntrarju. L-istess listi għandhom japplikaw fl-Istati Membri kollha.
(50)  Sabiex tiġi żgurata ċertezza legali u jittejjeb it-tħaddim tas-suq intern, id-Direttiva għandha tinkludi żewġ listi mhux eżawrjenti ta' kondizzjonijiet żleali. L-Anness II fih lista ta' kondizzjonijiet li għandhom jitqiesu żleali fiċ-ċirkustanzi kollha. L-Anness III fih lista tal-kondizzjonijiet li għandhom jitqiesu bħala ġusti ħlief jekk il-kummerċjant jagħti prova tal-kuntrarju.
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Premessa 51
(51)  Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni.
imħassar
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Premessa 52
(52)  B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Annessi II u III dwar il-kondizzjonijiet kuntrattwali li għandhom jitqiesu jew jiġu preżunti bħala żleali. Ladarba dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
imħassar
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Premessa 53
(53)  Is-setgħa tal-Kummissjoni li temenda l-Annessi II u III għandha tintuża biex tiżgura implimentazzjoni konsistenti tar-regoli dwar kondizzjonijiet żleali billi tissuplementa dawk l-Annessi b'kondizzjonijiet kuntrattwali, li għandhom jitqiesu bħala żleali fiċ-ċirkustanzi kollha jew li għandhom jitqiesu żleali ħlief jekk il-kummerċjant jagħti prova tal-kuntrarju.
imħassar
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Premessa 55 a (ġdida)
(55a)  L-istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom ikollhom il-livell meħtieġ ta' koperazzjoni man-netwerk taċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur (ECC), sabiex jirreaġixxu f'każijiet transkonfinali, speċjalment dwar talbiet pendenti fl-ECCs.
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Premessa 60
(60)  Il-Kummissjoni Ewropea se tinvestiga l-mod l-iktar xieraq li jiżgura li l-konsumaturi kollha jkunu konxji mid-drittijiet tagħhom fil-mument tal-bejgħ.
(60)  Wara li tkun ikkonsultat lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati, il-Kummissjoni Ewropea se tinvestiga l-mod l-iktar xieraq li jiżgura li l-konsumaturi u l-kummerċjanti kollha jkunu konxji mid-drittijiet tagħhom fil-mument tal-bejgħ. Il-Kummissjoni għandha tagħmel użu, b'mod speċjali, mill-mezzi pprovduti mill-għodda tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u l-midja pubblika.
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Premessa 61 a (ġdida)
(61a)  Għandu jiġi pprovdut għal proċess ta' evalwazzjoni reċiproka li fil-qafas tagħha l-Istati Membri jkunu jistgħu, matul il-perjodu ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, jeżaminaw id-dispożizzjonijiet legali tagħhom, biex jiddeterminaw liema dispożizzjonijiet konformi mal-kuntratt li huma aktar stretti fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom għandhom jinżammu jew jiġu adottati, sabiex jiżguraw livell ogħla ta' protezzjoni għall-konsumatur. Sa mhux aktar tard mit-tmiem tal-perjodu għat-traspożizzjoni tad-direttiva, l-Istati Membri għandhom ifasslu rapport dwar ir-riżultati ta' din l-evalwazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tissottometti kull rapport lill-Istati Membri l-oħra kollha u lill-gruppi interessati. L-Istati Membri u l-Parlament Ewropew jistgħu fi żmien sitt xhur jippreżentaw ir-rimarki tagħhom dwar dawk ir-rapporti. Il-Kummissjoni għandha sa mhux aktar tard minn sena wara l-iskadenza tal-perjodu għat-traspożizzjoni tad-direttiva u sussegwentement kull tliet snin, tfassal rapport , akkumpanijat bi proposti leġiżlattivi fejn ikun xieraq. Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tappoġġa lill-Istati Membri fit-tfassil ta' metodu komuni.
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Premessa 61 b (ġdida)
(61b)  Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, fl-Istati Membri kollha, persuni u organizzazzjonijiet li għandhom interess leġittimu fil-protezzjoni tal-konsumatur għandhom jiġu mħeġġa jinnotifikaw lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni dwar l-evalwazzjonijiet tagħhom u jesprimu rakkomandazzjonijiet li ma jorbtux, sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati fil-qafas tar-reviżjoni ta' din id-Direttiva.
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Premessa 63
(63)  Huwa xieraq li din id-Direttiva tiġi riveduta jekk ġew identifikati xi ostakli għas-suq intern. Ir-reviżjoni tista' twassal għal proposta tal-Kummissjoni li temenda din id-Direttiva, li tista' tinkludi emendi għal leġiżlazzjoni oħra għall-protezzjoni tal-konsumatur li tirrifletti l-impenn tal-Istrateġija tal-Politika tal-Konsumatur tal-Kummissjoni biex tirrevedi l-acquis sabiex jintlaħaq livell għoli, komuni ta' protezzjoni tal-konsumatur.
imħassar
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Artikolu 1
L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għat-tħaddim tajjeb tas-suq intern u li tikseb livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur billi tagħmel approssimazzjoni ta' ċerti aspetti tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar kuntratti bejn konsumaturi u kummerċjanti.
L-għan ta' din id-Direttiva huwa li li tikseb livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u tikkontribwixxi għat-tħaddim tajjeb tas-suq intern billi tagħmel approssimazzjoni ta' ċerti aspetti tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar kuntratti bejn konsumaturi u kummerċjanti.
Emenda 59
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 - punt 1
(1) “konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li, f'kuntratti koperti minn din id-Direttiva, tkun qiegħda taġixxi għal skopjiet li jkunu lil hinn mis-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħha;
(1) “konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li, f'kuntratti koperti minn din id-Direttiva, tkun qiegħda taġixxi għal skopjiet li primarjament ikunu lil hinn mis-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħha;
L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jestendu l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għal persuni ġuridiċi jew fiżiċi li mhumiex “konsumaturi” fis-sens ta' din id-Direttiva;
Emenda 60
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 - punt 2
(2) “kummerċjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, f'kuntratti koperti b'din id-Direttiva, għal skopijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha u kull minn jaġixxi f'isem kummerċjant jew għalih;
(2) “kummerċjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, irrispettivament jekk jekk hux negozju privat jew pubbliku, qed taġixxi għal skopijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha u kull minn jaġixxi f'isem kummerċjant jew għalih fir-rigward tal-kuntratti kopruti minn din id-Direttiva;
Emenda 61
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 - punt 2 a (ġdid)
(2a) “prodotti” tfisser kull oġġett tanġibbli li jista' jiċċaqlaq u kull oġġett intanġibbli li jista' jintuża b'mod li jkun simili għall-pussess fiżiku tiegħu, bl-eċċezzjoni tal-prodotti mibjugħa permezz ta' eżekuzzjoni jew inkella bl-awtorità tal-liġi. L-ilma, il-gass u l-elettriku għandhom jitqiesu bħala “prodotti” fis-sens ta' din id-Direttiva jitqiesu anki l-ilma u l-gass jekk ikunu għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa;
Emenda 62
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 - punt 2 b (ġdid)
(2b) “prodott li sar għall-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur” tfisser kwalunkwe prodott li ma ġiex prefabbrikat li sar fuq il-bażi ta' għażla jew deċiżjoni individwali tal-konsumatur;
Emenda 63
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 - punt 3
(3) “kuntratt tal-bejgħ” tfisser kwalunkwe kuntratt għall-bejgħ ta' prodotti mill-kummerċjant lill-konsumatur inkluż kwalunkwe kuntratt bi skop imħallat li għandu bħala għan tiegħu kemm prodotti kif ukoll servizzi;
imħassar
Emenda 64
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 - punt 4
(4) “prodotti” tfisser kwalunkwe oġġett tanġibbli mobbli, bl-eċċezzjoni ta':
imħassar
a) prodotti mibjugħa permezz ta' eżekuzzjoni jew b'mod ieħor bl-awtorità tal-liġi,
b) ilma u gass fejn mhumiex għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa,
c) l-elettriku;
Emenda 65
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 - punt 5
(5) 'kuntratt ta' servizz' tfisser kwalunkwe kuntratt li mhuwiex kuntratt ta' bejgħ fejn servizz huwa fornut mill-kummerċjant lill-konsumatur;
(5) “servizz” tfisser kwalunkwe xogħol jew servizz ieħor ta' kwalunkwe tip fornut mill-kummerċjant lill-konsumatur bi ħlas;
Emenda 66
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 - punt 5 a (ġdid)
(5a) 'kuntratt tal-bejgħ' tfisser kwalunkwe kuntratt li permezz tiegħu kummerċjant, f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli, jgħaddi s-sjieda ta' oġġetti lill-konsumatur jew jintrabat li jgħaddi s-sjieda ta' oġġetti lill-konsumatur, u li permezz tiegħu l-konsumatur jintrabat li jħallas il-prezz ikkonċernat.
Kuntratti għall-forniment ta' oġġetti li għad iridu jiġu manifatturati jew prodotti jitqiesu wkoll bħala kuntratti tal-bejgħ fis-sens ta' din id-Direttiva;
Emenda 67
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 - punt 5 b (ġdid)
(5b) “kuntratt imħallat” tfisser kull kuntratt li fih kemm elementi relatati mal-provvista ta' servizz u kemm elementi relatati mal-forniment ta' oġġett;
Emenda 68
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 - punt 6
(6) “kuntratt mill-bogħod” tfisser kwalunkwe kuntratt ta' bejgħ jew servizz fejn il-kummerċjant, għall-konklużjoni tal-kuntratt, jagħmel użu esklussiv ta' mezz wieħed jew aktar ta' komunikazzjoni mill-bogħod;
(6) “kuntratt mill-bogħod” tfisser kwalunkwe kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur għall-provvista ta' prodott jew servizz taħt skema ta' bejgħ mill-bogħod organizzat jew skema ta' proviżjoni ta' servizzi fejn il-kummerċjant u l-konsumatur, għall-konklużjoni tal-kuntratt, ma jkunux preżenti fl-istess ħin fiżikament, iżda, pjuttost, jagħmlu użu esklussiv ta' mezz wieħed jew aktar ta' komunikazzjoni mill-bogħod;
Emenda 69
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 - punt 7
(7) “mezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod” tfisser kwalunkwe mezz li, mingħajr il-preżenza simultanja u fiżika tal-kummerċjant u l-konsumatur, jista' jintuża għall-konklużjoni ta' kuntratt bejn dawk il-partijiet;
imħassar
Emenda 70
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 - punt 8
(8) “kuntratt ”il barra mill-post tan-negozju' tfisser:
(8) “kuntratt ”il barra mill-post tan-negozju' tfisser kwalunkwe kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur għall-kunsinna ta' oġġett jew il-forniment ta' servizz:
(a) kwalunkwe kuntratt ta' bejgħ jew servizz konkluż lil hinn mill-post tan-negozju bil-preżenza simultanja u fiżika tal-kummerċjant u l-konsumatur jew kwalunkwe kuntratt ta' bejgħ jew servizz li saret offerta għalih mill-konsumatur f'ċirkustanzi simili, jew
(a) li hu konkluż lil hinn mill-post tan-negozju bil-preżenza simultanja u fiżika tal-kummerċjant u l-konsumatur, jew
(aa) li għalih tkun saret offerta mill-konsumatur fil-preżenza simultanja u fiżika tal-kummerċjant u l-konsumatur barra minn stabbilimenti kummerċjali, jew
(b) kwalunkwe kuntratt ta' bejgħ jew servizz konkluż fil-post tan-negozju iżda nnegozjat lil hinn mill-post tan-negozju, bil-preżenza simultanja u fiżika tal-kummerċjant u l-konsumatur.
(b) li l-elementi ewlenin tiegħu ġew determinati tul vjaġġ, avveniment ta' divertiment jew tul dimostrazzjoni ta' bejgħ organizzata mill-kummerċjant lil hinn mill-post tan-negozju, bil-preżenza simultanja u fiżika tal-kummerċjant u l-konsumatur, bl-iskop ta' dan il-vjaġġ, avveniment ta' divertiment jew dimostrazzjoni jkun li eventwalment jikkonkludi kuntratt fil-post tan-negozju;
Emenda 71
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 - punt 9 – punt b
(b) armar tal-monti jew tal-fieri fejn il-kummerċjant iwettaq l-attività tiegħu fuq bażi regolari jew temporanja;
(b) armar tal-monti fejn il-kummerċjant iwettaq l-attività tiegħu fuq bażi regolari jew temporanja;
Emenda 72
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 - punt 12
(12) “prodott” tfisser kwalunkwe oġġett jew servizz inkluż proprjetà immobbli, drittijiet u obbligi;
imħassar
Emenda 73
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 - punt 14
(14) “diliġenza professjonali” tfisser l-istandard ta' sengħa u kura speċjali li kummerċjant hu raġonevolment mistenni li jeżerċita fir-rigward ta' konsumaturi, proporzjonat ma' prassi onesta tas-suq u/jew mal-prinċipju ġenerali tal-bona fide fil-qasam ta' attività tal-kummerċjant;
imħassar
Emenda 74
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 - punt 15
(15) “irkant” tfisser metodu ta' bejgħ fejn il-prodotti jew is-servizzi jiġu offruti mill-kummerċjant permezz ta' proċedura kompetittiva ta' offerti li jista' jinkludi l-użu ta' mezzi ta' komunikazzjoni mill-bogħod u fejn min jagħmel l-aqwa offerta huwa obbligat li jixtri l-prodotti jew is-servizzi. Tranżazzjoni konkluża fuq il-bażi ta' offerta bi prezz fiss, minkejja l-għażla mogħtija lill-konsumatur li jikkonkludiha permezz ta' proċedura ta' offerti mhijiex irkant.
imħassar
Emenda 75
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 punt 16
(16) “irkant pubbliku” tfisser metodu ta' bejgħ fejn prodotti huma offruti mill-kummerċjant lill-konsumaturi, li jattendu jew jingħataw il-possibilità li jattendu l-irkant fiżikament, permezz ta' proċedura kompetittiva ta' offerti mmexxija minn irkantatur u fejn min jagħmel l-aqwa offerta huwa obbligat li jixtri l-prodotti;
(16) “irkant pubbliku” tfisser metodu ta' bejgħ fejn prodott jew servizz huma offruti mill-kummerċjant lill-konsumaturi waqt avveniment li huwa fiżikament aċċessibbli għall-pubbliku, permezz ta' proċedura trasparenti u kompetittiva ta' offerti mmexxija minn parti terza (irkantatur) li għal rimunerazzjoni, jaġixxi bħala l-aġent tal-kummerċjant; F'irkant ta' prezz axxendenti, l-oġġett jew is-servizz jinbiegħ lill-konsumatur jew lill-persuna li qed taġixxi f'ismu bl-ogħla offerta; F'irkant bi prezz dixxendenti, l-oġġett jew is-servizz jinbiegħ lill-konsumatur li jkun l-ewwel li jaqbel minnufih li jixtri l-oġġett jew is-servizz għall-prezz mitlub;
Emenda 76
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 punt 17
(17) “produttur” tfisser il-manifattur ta' prodotti, l-importatur ta' prodotti fit-territorju tal-Komunità jew kwalunkwe persuna li tippreżenta lilha nnfisha bħala produttur billi tqiegħed isimha, il-marka kummerċjali tagħha jew xi sinjal distintiv ieħor fuq il-prodotti;
(17) “produttur” tfisser il-manifattur ta' prodotti, l-importatur ta' prodotti fit-territorju tal-Unjoni jew kwalunkwe persuna li tippreżenta lilha nnfisha bħala produttur billi tqiegħed isimha, il-marka kummerċjali tagħha jew xi sinjal distintiv ieħor fuq il-prodotti;
Emenda 77
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 - punt 18
(18) “garanzija kummerċjali” tfisser kwalunkwe impenn mill-kummerċjant jew il-produttur (il-“garantur”) lill-konsumatur ta' rimbors tal-prezz imħallas jew ta' sostituzzjoni, tiswija jew manutenzjoni ta' prodotti fi kwalunkwe mod jekk ma jissodisfawx l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fid-dikjarazzjoni tal-garanzija jew fir-riklamar relevanti disponibbli fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt, jew qablu.
(18) “garanzija kummerċjali” tfisser kwalunkwe impenn mill-kummerċjant jew il-produttur (il-“garantur”) lill-konsumatur, flimkien mal-obbligi legali tiegħu li jirrigwardaw il-garanzija tal-konformità, ta' rimbors tal-prezz imħallas jew ta' sostituzzjoni, tiswija jew manutenzjoni ta' prodotti fi kwalunkwe mod jekk ma jissodisfawx l-ispeċifikazzjonijiet jew kwalunkwe rekwiżit ieħor li ma jirrigwardax il-konformità stipulat fid-dikjarazzjoni tal-garanzija jew fir-riklamar relevanti disponibbli fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt, jew qablu;
Emenda 78
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 - punt 19
(19) “intermedjarju” tfisser kwalunkwe kummerċjant li jikkonkludi l-kuntratt f'isem il-konsumatur jew għalih;
imħassar
Emenda 79
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 - punt 20
(20) “kuntratt anċillari” tfisser kuntratt li bih il-konsumatur jakkwista prodotti jew servizzi relatati ma kuntratt mill-bogħod jew kuntratt “il barra mill-post tan-negozju u dawn il-prodotti jew is-servizzi jiġu fornuti mill-kummerċjant jew minn parti terza fuq il-bażi ta' arranġament bejn dik il-parti terza u l-kummerċjant.
(20) kuntratt marbut” tfisser kwalunkwe tip ta' kuntratt għall-forniment ta' prodott jew għall-provviżjoni ta' servizz:
(a) li jifforma, minn perspettiva oġġettiva unità kummerċjali b'kuntratt mill-bogħod jew b'kuntratt lil hinn mill-post tan-negozju; u
(b) meta l-prodotti huma fornuti u s-servizzi huma pprovduti minn kummerċjant jew minn parti terza abbażi ta' ftehim bejn il-parti terza u l-kummerċjant.
Unità kummerċjali teżisti meta l-prodotti u s-servizzi pprovduti skont kuntratt marbut huma relatati mal-prestazzjoni tal-kuntratt mill-bogħod jew b'kuntratt lil hinn mill-post tan-negozju, kif jista' jkun il-każ, jew għall-użu ta' prodotti fornuti jew servizzi pprovduti stipulat skont kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju.
Emendi 80 u 232
Proposta għal direttiva
Artikolu 3
1.  Din id-Direttiva għandha tapplika, fil-kondizzjonijiet u sal-punt stipulati fid-dispożizzjonijiet tagħha, għal kuntratti ta' bejgħ u ta' servizz konklużi bejn il-kummerċjant u l-konsumatur.
1.  Din id-Direttiva għandha tapplika, fil-kondizzjonijiet u sal-punt stipulati fid-dispożizzjonijiet tagħha, għal kuntratti konklużi bejn il-kummerċjant u l-konsumatur għall-provvista ta' prodott jew ta' servizz u għall-kuntratti mħallta.
2.  Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal servizzi finanzjarji fir-rigward ta' ċerti kuntratti “l barra mill-post tan-negozju kif previsti mill-Artikoli 8 sa 20, kondizzjonijiet kuntrattwali żleali kif previsti mill-Artikoli 30 sa 39 u dispożizzjonijiet ġenerali kif previsti mill-Artikoli 40 sa 46, li jinqraw flimkien mal-Artikolu 4 dwar armonizzazzjoni sħiħa.
2.  Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-kuntratti speċifiċi għas-settur li jiggvernaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni konklużi bejn il-kummerċjant u l-konsumatur.
2a.  Din id-Direttiva ma tapplikax għal kuntratti relatati ma':
(a) servizzi soċjali;
(b) kura tas-saħħa, jiġifieri s-servizzi tas-saħħa mogħtija mill-professjonijisti tas-saħħa lill-pazjenti biex jevalwaw, iżommu jew jreġġgħu lura s-saħħa tagħhom.
(c) azzard, li jinvolvu mħatri ta' flus f'logħob tal-fortuna, inklużi lotteriji, logħob tal-każinò u transazzjonijiet ta' mħatri.
2b. l-Artikoli 5 sa 19 u l-Artikolu 23 ma japplikawx għall-kuntratti:
(a) marbutin mas-servizzi finanzjarji;
(b) li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta' servizzi finanzjarji ta' konsumaturi1.
3.   Huma biss l-Artikoli 30 sa 39 dwar id-drittijiet tal-konsumatur dwar kondizzjonijiet kuntrattwali żleali, li jinqraw flimkien mal-Artikolu 4 dwar l-armonizzazzjoni sħiħa, li għandhom japplikaw għal kuntratti li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 94/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE.
3.   Skont il-paragrafi 4 sa 4c ta' dan l-Artikolu, l-Artikoli 9 sa 19 għandhom japplikaw għal kuntratti mill-bogħod u lil hinn mill-post ta' negozju.
4.  L-Artikoli 5, 7, 9 u 11 għandhom ikunu bla ħsara għad-dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti ta' informazzjoni li jinsabu fid-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Dierrtiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
4.  L-Artikoli 9 sa 19 ma għandhomx japplikaw għal kuntratti mill-bogħod u dawk “il barra mill-post tan-negozju:
(a) relatati mat-taħriġ, il-kisba jew l-għoti ta' drittijiet fi proprjetà immobbli jew għal garanziji fi proprjetà immobbli, jew li huma relatati mal-kostruzzjoni jew ma' modifika qawwija ta' binja jew għall-kera ta' binja jew appartament;
(b) li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar vjaġġar kollox kompriż, vaganzi kollox kompriż u ġiti kollox kompriż2 jew fid-Direttiva 2008/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta' kuntratti ta' timeshare, kuntratti dwar prodotti ta' vaganza għal perijodu fit-tul, kuntratti ta' bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta' skambju3;
(c) li, skont id-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri, huma stabbiliti minn persuna f'kariga pubblika li jkollha obbligu statutorju li tkun indipendenti u imparzjali u għandha tiżgura, billi tipprovdi informazzjoni legali komprensiva, li l-konsumatur jikkonkludi biss il-kuntratt abbażi tal-kunsiderazzjoni bir-reqqa u l-għarfien dwar l-ambitu ta' applikazzjoni legali tiegħu;
4a. l-Artikoli 9 sa 19 m'għandhomx japplikaw għall-kuntratti lil hinn mill-post ta' negozju li għalihom il-kummerċjant u l-konsumatur minnufih iwettqu l-obbligi kuntrattwali tagħhom u li għalihom ikun sar ħlas mill-konsumatur li ma jaqbiżx l-EUR 40. jekk dawn il-kuntratti, minħabba n-natura tagħhom jiġu konklużi lil hinn mill-postijiet ta' negozju. L-Istati Membri jistgħu jiddeffinixxu valur aktar baxx fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom.
4b.  L-Artikoli 9 sa 19 ma għandhomx japplikaw għal kuntratti mill-bogħod:
(a) konklużi permezz ta' makni awtomatiċi tal-bejgħ jew bini kummerċjali awtomatizzat,
(b) konklużi ma' operaturi tat-telekomunikazzjoni permezz ta' telefowns pubbliċi għall-użu tagħhom jew li jirrigwardaw il-konnessjoni indiviwali tat-telefown, tal-internet jew tal-faks stabbilita mill-konsumatur;
4c.  L-Artikoli 12 sa 19 ma għandhomx japplikaw għal kuntratti mill-bogħod għall-forniment ta' akkomodazzjoni, trasport, servizzi tal-kiri tal-karozzi, kejtering jew servizzi ta' divertiment fir-rigward ta' kuntratti li jipprevedu data speċifika jew perjodu ta' eżekuzzjoni speċifiku.
4d.  Soġġett għall-paragrafi 4e, 4f u 4g ta' dan l-Artikolu, l-Artikoli 22 sa 29 għandhom japplikaw għall-kuntratti ta' bejgħ. Bla ħsara għall-Artikolu 24(5), fejn il-kuntratt ikun kuntratt ta' skop imħallat, l-Artikoli 22 sa 29 għandhom japplikaw biss għall-prodotti.
4e.  L-Artikoli 22a u 23a għandhom japplikaw ukoll għal kuntratti ta' servizz u kuntratti ta' natura mħallta.
4f.  L-Artikoli 22 sa 29 ma għandhomx japplikaw għal:
a) l-elettriku;
b) l-ilma u gass fejn mhumiex għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa,
4g. l-Artikoli 22 sa 29 m'għandhomx japplikaw għal prodotti użati li jinbiegħu f'irkant pubbliku.
ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16.
2ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59.
3ĠU L 33, 3.2.2009, p. 10.
Emenda 81
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – titoli
L-armonizzazzjoni sħiħa
Il-Grad ta' armonizzazzjoni
Emenda 82
Proposta għal direttiva
Artikolu 4
L-Istati Membri ma jistgħux jippreservaw jew jintroduċu, fil-liġi nazzjonali tagħhom, dispożizzjonijiet diverġenti minn dawk stipulati f'din id-Direttiva, inklużi dispożizzjonijiet iktar jew inqas strinġenti biex jiżguraw livell differenti ta' protezzjoni tal-konsumatur.
1.  B'eċċezzjoni għal fejn stipulat fil-paragrafu 1a u 1b, l-Istati Membri jistgħu jippreservaw jew jintroduċu dispożizzjonijiet aktar stretti fil-liġijiet nazzjonali tagħhom li huma kompatibbli mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sabiex jiżguraw livell ogħla ta' protezzjoni tal-konsumatur skont il-kondizzjonijiet u l-ambitu speċifikat fl-Artikolu 5, l-Artikolu 9(5) u 9(6), l-Artikoli 22 sa 29, l-Artikolu 31(4) u l-Artikoli 34 u 35.
2.  L-Istati Membri jistgħu jippreservaw fis-seħħ, fil-liġi nazzjonali tagħhom, dispożizzjonijiet aktar stretti kompatibbli mat-Trattat għall-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sabiex jiżguraw livell ogħla ta' protezzjoni tal-konsumatur kif stipulat fl-Artikolu 12(4) u l-Artikolu 13(2).
3.  L-Istati Membri ma jistgħux jippreservaw jew jintroduċu, fil-liġi nazzjonali tagħhom, dispożizzjonijiet diverġenti minn dawk stipulati fl-Artikolu 2, l-Artikoli 9(1) sa (4) u l-Artikolu 9(8), l-Artikoli 10 sa 11, l-Artikoli 12(1) sa (3), l-Artikolu 13(1), l-Artikoli 14 sa 19, l-Artikoli 30 sa 33 u l-Artikoli 36, 37 , inklużi dispożizzjonijiet iktar stretti biex jiżguraw livell differenti ta' protezzjoni tal-konsumatur.
Emenda 83
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 a (ġdid)
Artikolu 4a
Skadenzi, dati u limiti ta' żmien
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tat-3 ta' Ġunju 1971 li jiddetermina r-regoli applikabbli għall-iskadenzi, dati u limiti ta' żmien, għandu japplika għall-kalkulazzjoni tal-iskadenzi, dati u limiti ta' żmien msemmija f'din id-Direttiva.
____________________
ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1.
Emenda 84
Proposta għal direttiva
Kapitolu II - titolu
L-informazzjoni għall-konsumatur
L-informazzjoni għall-konsumatur għall-kuntratti fil-post ta' negozju
Emenda 85
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – titolu
Rekwiżiti ġenerali ta' informazzjoni
Rekwiżiti ta' informazzjoni għall-kuntratti fil-post ta' negozju
Emenda 86
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Qabel il-konklużjoni ta' kwalunkwe kuntratt ta' bejgħ jew ta' servizz, il-kummerċjant għandu jagħti lill-konsumatur l-informazzjoni li ġejja, jekk mhijiex diġà evidenti mill-kuntest:
1.   Mal-konklużjoni ta' kuntratt fil-post ta' negozju, il-kummerċjant għandha tagħti lill-konsumatur l-informazzjoni li ġejja, jekk mhijiex diġà evidenti mill-kuntest, b'mod ċar u li jinftiehem:
Emenda 87
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 - paragrafu 1 - punt a
(a) il-karatteristiċi prinċipali tal-prodott, safejn xieraq għall-mezz u l-prodott;
(a) il-karatteristiċi prinċipali tal-oġġett jew servizz, safejn xieraq għall-mezz u l-oġġett jew servizz;
Emenda 88
Proposal for a directive
Artikolu 5 - paragrafu 1 - punt b
(b) l-indirizz ġeografiku u l-identità tal-kummerċjant, bħall-isem kummerċjali tiegħu u, fejn ikun applikabbli, l-indirizz ġeografiku u l-identità tal-kummerċjant li f'ismu qiegħed jaġixxi;
(b) l-identità tal-kummerċjant, bħall-isem kummerċjali tiegħu ;
Emenda 89
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b a (ġdid)
ba) l-indirizz tan-negozju ta' kummerċjant kif ukoll in-numru tat-telefon u l-indirizz elettroniku tiegħu, fejn disponibbli, sabiex il-konsumatur ikun jista' jikkuntattja l-kummerċjant malajr u jikkomunika mal-kummerċjant b'mod effiċjenti;
Emenda 90
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 - paragrafu 1 - punt c
(c) il-prezz inklużi t-taxxi, jew fejn in-natura tal-prodott tfisser li l-prezz ma jistax b'mod raġonevoli jiġi kkalkolat minn qabel, il-mod li bih il-prezz hu kkalkolat, kif ukoll, fejn hu xieraq, kull ammont ta' ħlas addizzjonali għat-trasport ta' merkanzija, ħlas ta' kunsinna jew ħlas postali jew, fejn dawn l-ammonti ta' ħlas ma jistgħux jiġu raġonevolment ikkalkolati minn qabel, il-fatt li tali ammonti ta' ħlas addizzjonali jistgħu jkunu dovuti;
(c) il-prezz totali nklużi t-taxxi, jew fejn in-natura tal-oġġett jew servizz tfisser li l-prezz ma jistax b'mod raġonevoli jiġi kkalkolat minn qabel, il-mod li bih il-prezz hu kkalkolat, kif ukoll, fejn hu xieraq, kull ammont ta' ħlas addizzjonali għat-trasport ta' merkanzija, ħlas ta' kunsinna jew ħlas postali u ta' spejjeż oħrajn jew, fejn dawn l-ammonti ta' ħlas ma jistgħux jiġu raġonevolment ikkalkolati minn qabel, il-fatt li tali ammonti ta' ħlas addizzjonali jistgħu jkunu dovuti. Fil-każ ta' kuntratt għal perjodu indeterminat, il-prezz finali għandu jfisser l-ispejjeż totali fix-xahar
Emenda 91
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 - paragrafu 1 - punt d
(d) l-arranġamenti għall-ħlas, kunsinna, eżekuzzjoni u l-prassi tal-ġestjoni tal-ilmenti, jekk dawn jitbiegħdu mir-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali;
(d)  Meta meħtieġ, l-arranġamenti għall-ħlas, kunsinna, eżekuzzjoni, id-data li fiha l-kummerċjant jimpenja ruħu li jagħti l-oġġetti jew li jipprovdi s-servizz u l-prassi tal-ġestjoni tal-ilmenti tal-kummerċjant;
Emenda 92
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt f
(f) l-eżistenza u l-kondizzjonijiet ta' servizzi ta' wara l-bejgħ u garanziji kummerċjali, fejn applikabbli;
(f) flimkien ma' tfakkira tal-eżistenza ta' garanzija legali tal-konformità tal-prodotti, l-eżistenza u l-kondizzjonijiet ta' servizzi ta' wara l-bejgħ u garanziji kummerċjali, fejn applikabbli;
(fa) l-eżistenza ta' kodiċijiet ta' kondotta u kif jistgħu jinkisbu, fejn applikabbli;
Emenda 93
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 - paragrafu 1 - punt a
(g) it-tul ta' żmien tal-kuntratt fejn applikabbli jew jekk il-kuntratt huwa ta' żmien indefinit, il-kondizzjonijiet biex ittemm il-kuntratt;
(g) it-tul ta' żmien tal-kuntratt fejn applikabbli jew jekk il-kuntratt huwa ta' żmien indefinit jew se jiġi estiż awtomatikament, il-kondizzjonijiet biex ittemm il-kuntratt;
Emenda 94
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 - paragrafu 1 - punt i
i) l-eżistenza u l-kondizzjonijiet ta' depożiti jew garanziji finanzjarji oħra li għandhom jitħallsu jew li għandhom jingħataw mill-konsumatur fuq talba tal-kummerċjant.
i) fejn applikabbli, l-eżistenza u l-kondizzjonijiet ta' depożiti jew garanziji finanzjarji oħra li għandhom jitħallsu jew li għandhom jingħataw mill-konsumatur fuq talba tal-kummerċjant.
Emenda 95
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punti i a, i b u i c (ġodda)
(ia) l-applikazzjoni ta' miżuri ta' protezzjoni teknika għall-prodotti diġitali, fejn japplika;
(ib) l-interoperabilità ta' prodotti diġitali ma' hardware u software skont dak li jkun konxju tiegħu l-kummerċjant jew jista' b'mod raġonevoli kien konxju tiegħu, inkluż kull nuqqas ta' interoperabilità, fejn japplika;
(ic) fejn japplika, il-possibilità ta' rikors għal proċedura estraġudizzjarja ta' lment jew ta' rimedju li huwa suġġett għaliha l-intraprenditur kif ukoll il-kondizzjonijiet għall-dan ir-rikors.
Emenda 96
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 2
2.  Fil-każ ta' rkant pubbliku, l-informazzjoni fil-paragrafu 1(b) tista' tinbidel bl-indirizz ġeografiku u l-identità tal-irkantatur.
2.  Il-paragrafu 1 m'għandux japplika għal kuntratti għat-tqassim ta' oġġetti jew għall-provviżjoni ta' servizz, li jinvolvi transazzjonijiet ta' kuljum u li fihom il-kummerċjant għandu jqassam l-oġġett jew jipprovdi servizz hekk kif jiġi konkluż il-kuntratt.
Emenda 97
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 3
3.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tifforma parti integrali tal-kuntratti ta' bejgħ jew ta' servizz.
3.  L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew jippreservaw rekwiżiti ta' informazzjoni prekuntrattwali ulterjuri.
Emenda 98
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 2
2.  Bla ħsara għall-Artikoli 7(2), 13 u 42, il-konsegwenzi ta' kwalunkwe ksur tal-Artikolu 5, għandhom jiġu ddeterminati skont il-liġi nazzjonali applikabbli. L-Istati Membri għandhom jipprevedu rimedji effettivi ta' liġi kuntrattwali fil-liġijiet nazzjonali tagħhom għal kwalunkwe ksur tal-Artikolu 5.
2.  Bla ħsara għall-Artikoli  13 u 42, il-konsegwenzi ta' kwalunkwe ksur tal-Artikolu 5, għandhom jiġu ddeterminati skont il-liġi nazzjonali applikabbli. L-Istati Membri għandhom jipprevedu rimedji effettivi u proporzjonati ta' liġi kuntrattwali fil-liġijiet nazzjonali tagħhom għal kwalunkwe ksur tal-Artikolu 5.
Emenda 99
Proposta għal direttiva
Artikolu 7
Artikolu 7
Rekwiżiti ta' informazzjoni speċifika għal intermedjarji
imħassar
1.  Qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, l-intermedjarju għandu jiżvela lill-konsumatur, li huwa qiegħed jaġixxi f'isem konsumatur ieħor jew għalih u li l-kuntratt konkluż, ma għandux jitqies bħala kuntratt bejn il-konsumatur u l-kummerċjant iżda minflok bħala kuntratt bejn żewġ konsumaturi u bħala tali jaqa' lil hinn mill-ambitu ta' din id-Direttiva.
2.  L-intermedjarju, li ma jissodisfax l-obbligu skont il-paragrafu 1, se jitqies li kkonkluda l-kuntratt f'ismu stess.
3.  Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-irkanti pubbliċi.
Emenda 100
Proposta għal direttiva
Artikolu 8
Artikolu 8
imħassar
L-Ambitu
Dan il-Kapitolu għandu japplika għal kuntratti mill-bogħod u “l barra mill-post tan-negozju
Emenda 101
Proposta għal direttiva
Artikolu 9
Artikolu 9
Artikolu 9
Ir-rekwiżiti ta' informazzjoni għal kuntratti mill-bogħod u “l barra mill-post tan-negozju
Ir-rekwiżiti ta' informazzjoni prekuntrattwali għal kuntratti mill-bogħod u lil hinn mill-post tan-negozju
Fir-rigward ta' kuntratti mill-bogħod u “l barra mill-post tan-negozju, il-kummerċjant għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja li se tifforma parti integrali mill-kuntratt:
1.  Fi żmien xieraq qabel ma l-konsumatur jintrabat b'kuntratt mill-bogħod jew “l barra mill-post tan-negozju jew offerta kuntrattwali ekwivalenti, il-kummerċjant għandu jagħti lill-konsumatur l-informazzjoni li ġejja b'mod ċar u li jinftiehem:
(a) l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 5 u 7 u, permezz ta' deroga mill-Artikolu 5(1)(d), l-arranġamenti għal ħlas, kunsinna, eżekuzzjoni fil-każijiet kollha;
(a) il-karatteristiċi prinċipali tal-oġġett jew is-servizz, safejn xieraq għall-mezz u għall-oġġett jew is-servizz;
(b) fejn japplika dritt tal-irtirar, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-eżerċitar ta' dak id-dritt skont l-Anness I;
(b) l-identità tal-kummerċjant, bħall-isem kummerċjali tiegħu ;
ba) l-indirizz tan-negozju ta' kummerċjant, in-numru tat-telefon, in-numru tal-faks u l-indirizz elettroniku tiegħu, fejn disponibbli, sabiex il-konsumatur ikun jista' jikkuntattja l-kummerċjant malajr u jikkomunika miegħu b'mod effiċjenti;
(c) jekk differenti mill-indirizz ġeografiku tiegħu, l-indirizz ġeografiku tal-post tan-negozju tal-kummerċjant (u fejn applikabbli dak tal-kummerċjant li f'ismu qed jaġixxi) fejn il-konsumatur jista' jirreferi kwalunkwe lment;
(c) il-prezz inklużi t-taxxi, jew fejn in-natura tal-prodott tfisser li l-prezz ma jistax b'mod raġonevoli jiġi kkalkolat minn qabel, il-mod li bih il-prezz hu kkalkolat, kif ukoll, fejn hu xieraq, kull ammont ta' ħlas addizzjonali għat-trasport ta' merkanzija, ħlas ta' kunsinna jew ħlas postali jew, fejn dawn l-ammonti ta' ħlas ma jistgħux jiġu raġonevolment ikkalkolati minn qabel, il-fatt li tali ammonti ta' ħlas addizzjonali jistgħu jkunu dovuti; fil-każ ta' kuntratt għal perjodu indeterminat, il-prezz finali għandu jfisser l-ispejjeż totali fix-xahar
(d) l-eżistenza ta' kodiċijiet ta' kondotta u kif jistgħu jinkisbu, fejn applikabbli;
(d) l-arranġamenti għall-ħlas, kunsinna, eżekuzzjoni, id-data li fiha l-kummerċjant jimpenja ruħu li jwettaq is-servizz u l-prassi tal-ġestjoni tal-ilmenti tal-kummerċjant;
(e) il-possibilità ta' rikors għal soluzzjoni amikevoli ta' tilwim, fejn applikabbli;
(e) safejn jeżisti d-dritt tal-irtirar, il-kundizzjonijiet, l-iskadenza u l-proċedura għall-eżerċizzju ta' dak id-dritt inklużi l-ispejjeż eventwali tar-ritorn tal-prodotti għall-konsumatur; għal dan il-għan, in-negozju jista' juża l-mudell ta' istruzzjonijiet dwar l-irtirar stipulat fl-Anness I(A) u l-mudell tal-formola tal-irtirar stipulati fl-Anness I(B) jew kwalunkwe dikjarazzjoni oħra b'lingwaġġ ċar; jekk il-kummerċjant jinforma lill-konsumatur billi jagħmel użu mill-mudell ta' istruzzjonijiet dwar l-irtirar fl-Anness I (A), huwa se jitqies li jkun issodisfa r-rekwiżiti ta' informazzjoni stipulati f'dan l-Artikolu dwar id-dritt tal-irtirar;
(ea) meta dritt tal-irtirar ma jkunx japplika b'konformità mal-Artikolu 19(1), l-informazzjoni li l-konsumatur ma jistax jeżerċita dritt tal-irtirar;
(f) li l-kuntratt se jiġi konkluż ma' kummerċjant u li b'riżultat ta' dan il-konsumatur se jgawdi mill-protezzjoni mogħtija minn din id-Direttiva.
(f) flimkien ma' tfakkira tal-eżistenza ta' garanzija legali tal-konformità tal-prodotti, l-eżistenza u l-kondizzjonijiet ta' servizzi ta' wara l-bejgħ u garanziji kummerċjali, fejn applikabbli;
(fa) l-eżistenza ta' kodiċijiet ta' kondotta u kif jistgħu jinkisbu kopji tagħhom, fejn applikabbli;
(fb) it-tul ta' żmien tal-kuntratt meta applikabbli, jew, jekk il-kuntratt huwa ta' żmien indefinit jew se jiġi estiż awtomatikament, il-kondizzjonijiet biex ittemm il-kuntratt;
(fc) iż-żmien minimu tal-obbligi tal-konsumatur skont il-kuntratt, fejn applikabbli;
(fd) l-eżistenza u l-kondizzjonijiet ta' depożiti jew garanziji finanzjarji oħra li għandhom jitħallsu jew li għandhom jingħataw mill-konsumatur fuq talba tal-kummerċjant.
(fe) l-applikazzjoni ta' miżuri ta' protezzjoni teknika għall-prodotti diġitali, fejn japplika;
(ff) l-interoperabilità ta' prodotti diġitali ma' hardware u software skont dak li jkun konxju tiegħu l-kummerċjant jew jista' b'mod raġonevoli kien konxju tiegħu, inkluż kull nuqqas ta' interoperabilità, fejn japplika;
(fg) fejn ikun japplika, il-possibilità ta' rikors għal proċedura estraġudizzjarja ta' lment jew ta' rimedju li huwa suġġett għaliha l-intraprenditur kif ukoll il-kondizzjonijiet għall-dan ir-rikors.
2.  Fil-każ ta' rkant pubbliku, l-informazzjoni msemmija fil-punti (b), (ba) u (c) tal-paragrafu 1 tista' tiġi sostitwita b'dettalji ekwivalenti għall-irkantatur.
3.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tifforma parti integrali tal-kuntratti ta' bejgħ jew ta' servizz.
4.  L-Istati Membri m'għandhom jimponu ebda rekwiżit ieħor dwar il-kontenut tal-mudell ta' istruzzjonijiet dwar l-irtirar stipulat fl-Anness I(A).
5.  Għal kuntratti mill-bogħod u dawk “il barra mill-post tan-negozju relatati mas-servizzi ta' trasport jew rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza, l-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu rekwiżiti tal-liġi nazzjonali li jistipulaw rekwiżiti ta' informazzjoni prekuntrattwali addizzjonali sakemm li dawn ikunu kumpatibbli mat-Trattat dwar il-Funzjomanet tal-Unjoni Ewropea u li tali rekwiżiti jkunu xierqa għall-informazzjoni xierqa tal-konsumatur.
6.  L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu rekwiżiti ta' informazzjoni prekuntrattwali addizzjonali għal kuntratti mill-bogħod u dawk “il barra mill- post tan-negozju għall-provvista ta' servizzi li għalihom, skont l-Artikolu 22(5) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar servizzi fis-suq intern, dawn jimponu rekwiżiti ta' informazzjoni addizzjonali applikabbli għal fornituri stabbiliti fit-territorju tagħhom.
7.  L-Artikolu 5 għandu jkun bla preġudizzju għad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern2.
8.  Fir-rigward tad-dimostrazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti ta' informazzjoni msemmija f'dan il-Kapitolu, l-oneru tal-prova għandu jkun tal-kummerċjant.
____________________
ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.
2ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.
Emenda 102
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – titolu
Ir-rekwiżiti formali għal kuntratti “l barra mill-post tan-negozju
Ir-rekwiżiti formali ta' informazzjoni prekuntrattwali għal kuntratti “l barra mill-post tan-negozju
Emenda 233
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 1
1.  Fir-rigward ta' kuntratti “l barra mill-post tan-negozju, l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 9 għandha tingħata fil-formola tal-ordni f'kitba sempliċi, li tinftiehem u li tista” tinqara faċilment. Il-formola tal-ordni għandha tinkludi l-formola standard tal-irtirar stipulata fl-Anness I(B).
1.  Fir-rigward ta' kuntratti “l barra mill-post tan-negozju, l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 9 għandha tingħata lill-konsumatur fil-formola tal-ordni bil-miktub jew, jekk il-konsumatur jaqbel, b'mezz ieħor li jservi fit-tul taż-żmien f'kitba sempliċi u li tinftiehem u għandha tkun tista” tinqara faċilment.
Emenda 104
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 2
2.  Kuntratt “il barra mill-post tan-negozju għandu jkun validu biss jekk il-konsumatur jiffirma formola tal-ordni u f'każijiet fejn il-formola tal-ordni mhijiex fuq karta, jirċievi kopja tal-formola tal-ordni fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil.
2.  Kuntratt “il barra mill-post tan-negozju għandu jsir validu biss jekk il-konsumatur ikun iffirma l-formola tal-ordni.
Emenda 234
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.  Minkejja l-paragrafi 1 u 2, fir-rigward ta' kuntratti mħalltin li jsiru lil hinn mill-post tan-negozju li fir-rigward tiegħu l-kummerċjant u l-konsumatur jissodisfaw immedjatament l-obbligi tagħhom u l-ħlas li jkollu jsir mill-konsumatur ma jaqbiżx is-somma ta' EUR 200:
(a) il-kummerċjant m'għandux jiġi obbligat jipprovdi l-informazzjoni stipulata fl-Artikolu 9 bil-miktub jew b'mezz ieħor li jservi fit-tul taż-żmien; u
(b) il-firma mill-konsumatur ta' formola tal-ordni m'għandhiex tkun meħtieġa għall-validità tal-kuntratt;
sakemm dawn il-kuntratti, minħabba n-natura tagħhom, is-soltu jiġu konklużi lil hinn mill-post tan-negozju.
Emenda 105
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 3
3.  L-Istati Membri ma għandhom jimponu l-ebda rekwiżit formali ħlief dawk previsti fil-paragrafi 1 u 2.
3.  L-Istati Membri ma għandhom jimponu l-ebda rekwiżit formali ulterjuri ta' informazzjoni prekuntrattwali biex jiġu ssodisfati l-obbligi ta' informazzjoni msemmija fil-paragrafu 9(1).
Emenda 106
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – titolu
Ir-rekwiżiti formali għal kuntratti mill-bogħod
Ir-rekwiżiti formali ta' informazzjoni prekuntrattwali għal kuntratti mill-bogħod
Emendi 107, 235 u 236
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 1
1.  Fir-rigward ta' kuntratti mill-bogħod, l-informazzjoni previstafl-Artikolu 9(a)għandha tingħata lill-konsumatur jew tkun disponibbli għalihqabel il-konklużjoni tal-kuntratt, f'kitba sempliċi, li tinftiehem u li tista' tinqara faċilment, f'mod li jixraq għall-mezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod użat.
1.  Fir-rigward ta' kuntratti mill-bogħod, l-informazzjoni previstafl-Artikolu 9għandha tingħata lill-konsumatur jew tkun disponibbli għalihf'mezz li jservi fit-tul,f'kitba sempliċi, li tinftiehem ugħandha tkuntista' tinqara faċilment, f'mod li jixraq għall-mezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod użat.
1a.  Jekk kuntratt mill-bogħod, li l-kundizzjonijiet tiegħu ma jkunux ġew innegozjati individwalment u li jkun se jiġi konkluż b'mezzi elettroniċi għall-kunsinna ta' prodott jew għall-għoti ta' servizz, iqiegħed konsumatur taħt obbligu li jagħmel pagament, il-konsumatur għandu jkun marbut bil-kuntratt fil-każ biss li:
(a) il-kummerċjant ikun ġibed l-attenzjoni tal-konsumatur b'mod ċar u prominenti għall-prezz totali, inklużi l-komponenti relatati kollha tal-prezz; u
(b) il-konsumatur ikun ikkonferma li jkun qara u fehem l-informazzjoni meħtieġa skont il-punt (a). Fir-rigward ta' kuntratti konklużi permezz ta' websajts, dan ir-rekwiżit għandu jitqies li jkun ġie ssodisfat jekk il-websajt tkun iddisinjata b'tali mod li ma tkunx tista' ssir ordni vinkolanti ħlief fil-każ li l-konsumatur ikun irreġistra minn qabel fuq il-websjat tal-kummerċjant biex juża l-offerta tal-kummerċjant.
1b.  Bħala deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 1a, meta kuntratt mill-bogħod imsemmi f'dak il-paragrafu għandu jiġi konkluż bit-telefon, il-konsumatur għandu jkun marbut biss b'dak il-kuntratt jekk il-kummerċjant ikun bagħat lill-konsumatur, b'mezz li jservi fit-tul taż-żmien, konferma tal-offerta tiegħu, li tkun tinkludi l-informazzjoni meħtieġa skont il-punt (a) tal-paragrafu 1a.
Emenda 108
Proposta għal direttiva
Article 11 – paragrafu 2
2.  Jekk il-kummerċjant jagħmel telefonata lill-konsumatur bil-ħsieb li jikkonkludi kuntratt mill-bogħod, huwa għandu jiżvela l-identità tiegħu u l-iskop kummerċjali tat-telefonata fil-bidu tal-konverżazzjoni mal-konsumatur.
2.  Jekk il-kummerċjant jew intermedjarju li jaġixxi f'isem il-kummerċjant jagħmel telefonata lill-konsumatur bil-ħsieb li jikkonkludi kuntratt mill-bogħod, huwa għandu jiżvela l-identità tiegħu u l-iskop kummerċjali tat-telefonata fil-bidu tal-konverżazzjoni mal-konsumatur.
2a.  Is-siti kummerċjali fl-internet għandhom jindikaw b'mod ċar u li jista' jinqara faċilment fuq il-paġna prinċipali tagħhom jekk ikunx hemm xi tip ta' kwalunkwe restrizzjoni – inkluż dwar il-mezzi ta' ħlas – fir-rigward tal-kunsinna lejn ċerti Stati Membri.
Emenda 109
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 3
3.  Jekk il-kuntratt jiġi konkluż permezz ta' mezz li jippermetti spazju jew ħin limitat biex tintwera l-informazzjoni, il-kummerċjant għandu jipprovdi mill-inqas l-informazzjoni li tirrigwarda l-karatteristiċi ewlenin tal-prodott u l-prezz totali msemmi fl-Artikolu 5(1)(a) u (c) fuq dak il-mezz partikolari qabel il-konklużjoni ta' kuntratt bħal dan. L-informazzjoni l-oħra msemmija fl-Artikoli 5 u 7 għandha tingħata mill-kummerċjant lill-konsumatur f'mod xieraq skont il-paragrafu 1.
3.  Jekk il-kuntratt jiġi konkluż permezz ta' mezz li jippermetti spazju jew ħin limitat biex tintwera l-informazzjoni, il-kummerċjant għandu jipprovdi mill-inqas, fuq dak il-mezz partikolari qabel il-konklużjoni ta' tali kuntratt, l-informazzjoni prekuntrattwali li tirrigwarda l-karatteristiċi ewlenin tal-beni jew servizz, il-prezz totali, it-tul ta' żmien tal-kuntratt u, jekk il-kuntratt ikun għal żmien indefinit, il-kundizzjonijiet biex wieħed itemm il-kuntratt imsemmija fl-Artikolu 9(1)(a), (b), (c), (e) u (g). L-informazzjoni l-oħra msemmija fl-Artikolu 9 għandha tingħata mill-kummerċjant lill-konsumatur f'mod xieraq skont il-paragrafu 1.
Emenda 110
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 4
4.  Il-konsumatur għandu jirċievi konferma tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(a) sa (f), f'mezz li jdum iservi, fi żmien raġonevoli wara l-konklużjoni ta' kwalunkwe kuntratt mill-bogħod, u mhux iktar tard mill-kunsinna tal-prodotti jew meta tinbeda l-eżekuzzjoni tas-servizz, ħlief jekk l-informazzjoni diġà ngħatat lill-konsumatur qabel il-konklużjoni ta' kwalunkwe kuntratt mill-bogħod f'mezz li jservi fit-tul.
imħassar
Emenda 237
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 5
5.  L-Istati Membri ma għandhom jimponu l-ebda rekwiżit formali ħlief dawk previsti fil-paragrafi 1 sa 4.
5.  L-Istati Membri ma għandhom jimponu l-ebda rekwiżit formali ulterjuri ta' informazzjoni prekuntrattwali biex jiġu ssodisfati l-obbligi ta' informazzjoni msemmija fil-paragrafu 9(1).
Minkejja l-ewwel subparagrafu, fir-rigward tal-kuntratti msemmija fil-paragrafu 1b ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jdaħħlu jew iżommu dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jistipulaw li l-konsumatur ikun marbut biss bil-kuntratt jekk ikun ikkonferma lill-kummerċjant il-konklużjoni tal-kuntratt b'mezz li jservi fit-tul taż-żmien. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni li għandha tagħmel din l-informazzjoni pubblika b'mod faċilment aċċessibbli.
Emenda 112
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 1 a (ġdid)
1a.  Fil-każ tal-kuntratti mill-bogħod jew kuntratti konklużi barra mill-post tan-negozju, il-perjodu ta' irtirar imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jibda mill-jum tal-konklużjoni tal-kuntratt jew fil-jum li fih il-konsumatur jirċievi kopja tad-dokument iffirmat tal-kuntratt f'mezz li jservi fit-tul, jekk dan ikun differnti mill-jum tal-konklużjoni tal-kuntratt.
Emenda 113
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 2
2.  Fil-każ ta' kuntratt “il barra mill-post tan-negozju, il-perjodu tal-irtirar għandu jibda mill-jum li fih il-konsumatur jiffirma l-formola tal-ordni jew f'każijiet fejn il-formola tal-ordni mhijiex karta, meta l-konsumatur jirċievi kopja tal-formola tal-ordni f'mezz ieħor li jservi fit-tul.
2.  Minkejja l-paragrafu 1, fil-każ ta' kuntratt mill-bogħod jew 'il barra mill-post tan-negozju dwar il-forniment ta' oġġetti, il-perjodu tal-irtirar għandu jibda mill-jum li fih il-konsumatur jew parti terza minbarra l-kunsinnatur u indikat mill-konsumatur jikseb il-pussess materjali ta' kull wieħed mill-prodotti ordnati:
Fil-każ ta' kuntratt mill-bogħod għall-bejgħ tal-prodotti, il-perjodu tal-irtirar għandu jibda mill-jum li fih il-konsumatur jew parti terza minbarra l-kunsinnatur u indikata mill-konsumatur jikseb il-pussess materjali ta' kull wieħed mill-prodotti ordnati.
Fil-każ ta' kuntratt mill-bogħod għall-forniment ta' servizzi, il-perjodu tal-irtirar għandu jibda mill-jum li fih jiġi konkluż il-kuntratt.
(a) fil-każ ta' beni multipli ordnati mill-konsumatur f'ordni waħda u mibgħuta separatament, tal-aħħar beni mibgħut;
(b) fil-każ ta' beni li jikkonsistu minn lottijiet jew biċċiet multipli, tal-aħħar lot jew biċċa;
(c) fil-każ tal-forniment rikorrenti ta' beni tal-istess tip matul perjodu definit ta' żmien, tal-ewwel beni mibgħuta.
Emenda 115
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 4
4.  L-Istati membri ma għandhomx jipprojbixxu l-partijiet milli jwettqu l-obbligi tagħhom li jaqgħu taħt il-kuntratt matul il-perjodu tal-irtirar.
4.  L-Istati membri ma għandhomx jipprojbixxu l-partijiet milli jwettqu l-obbligi tagħhom kuntrattwali matul il-perjodu tal-irtirar. Madankollu, fil-każ ta' kuntratti barra mill-post tan-negozju, l-Istati Membri jistgħu jżommu l-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti li timpedixxi lill-kummerċjant li jiġbor il-ħlas matul perjodu speċifiku wara l-konklużjoni tal-kuntratt.
Emenda 116
Proposta għal direttiva
Artikolu 13
Jekk kummerċjant ma pprovdiex lill-konsumatur bl-informazzjoni tad-dritt tal-irtirar bi ksur tal-Artikoli 9(b), 10(1) u 11(4), il-perjodu tal-irtirar għandu jiskadi tliet xhur wara li l-kummerċjant ikun wettaq l-obbligi kuntrattwali tiegħu l-oħra.
1.  Jekk negozju ma pprovdiex lill-konsumatur bl-informazzjoni tad-dritt tal-irtirar bi ksur tal-Artikolu 9(1)(e), il-perjodu tal-irtirar għandu jiskadi sena minn meta jispiċċa l-perjodu inizjali ta' irtirar, kif determinat bi qbil mal-Artikolu 12(1a) u (2).
2.  Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jżommu l-leġiżlazzjoni eżistenti li tipprovdi għal perjodu itwal tal-iskadenza tal-perjodu tal-irtirar.
Emendi 238 u 239
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
1.  Il-konsumatur għandu jinforma lill-kummerċjant bid-deċiżjoni tal-irtirar fuq mezz li jservi fit-tul jew f'dikjarazzjoni indirizzata lill-kummerċjant imfassla fi kliemu jew bl-użu ta' formola standard tal-irtirar kif stipulata fl-Anness I(B).
1.  Qabel l-iskadenza tal-perjodu tad-dritt tal-irtirar, il-konsumatur għandu jinforma lill-kummerċjant bid-deċiżjoni tal-irtirar. Għal dan il-għan, il-konsumatur jista“:
(a) juża jew il-mudell ta' formola tal-irtirar stipulata fl-Anness I(B) jew jagħmel kwalunkwe dikjarazzjoni ċara oħra; jew
(b) jirritorna l-prodotti lill-kummerċjant, flimkien ma' dikjarazzjoni ċara mill-konsumatur li tfisser id-deċiżjoni tiegħu li jirtira.
L-Istati Membri ma għandhomx jipprovdu l-ebda rekwiżit formali ieħor applikabbli għal din il-formola standard tal-irtirar.
L-Istati Membri ma għandhomx jipprovdu l-ebda rekwiżit formali applikabbli għall-mudell tal-formola tal-irtirar ħlief dawk stipulati fl-Anness I(B).
Emenda 240
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 2
2.  Għal kuntratti mill-bogħod konklużi fuq l-Internet, il-kummerċjant jista“, flimkien mal-possibilitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, jagħti lill-konsumatur l-għażla li jimla elettronikament u jressaq il-formola standard tal-irtirar fil-websajt tal-kummerċjant. F'dak il-każ il-kummerċjant għandu jikkomunika lill-konsumatur nota ta' konferma permezz tal-posta elettronika mingħajr dewmien.
2.  Għal kuntratti mill-bogħod konklużi fuq l-Internet, il-kummerċjant jista“, flimkien mal-possibilitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, jagħti lill-konsumatur l-għażla li jimla elettronikament u jressaq jew il-mudell tal-formola tal-irtirar li jinsab fl-Anness I(B) jew kwalunkwe dikjarazzjoni oħra fformulata b'mod ċar fil-websajt tal-kummerċjant. F'dawk il-każijiet il-kummerċjant għandu jikkomunika lill-konsumatur nota ta' konferma permezz tal-posta elettronika b'mezz li jservi fit-tul taż-żmien mingħajr dewmien.
Emenda 119
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – punti a u b
(a) li jwettqu l-kuntratt mill-bogħod jew “il barra mill-post tan-negozju, jew
(a) li jwettqu l-kuntratt mill-bogħod jew “il barra mill-post tan-negozju, jew
(b) li jikkonkludu kuntratt “il barra mill-post tan-negozju, f'każijiet fejn l-offerta saret mill-konsumatur.
(b) li jikkonkludu l-kuntratt mill-bogħod jew “il barra mill-post tan-negozju, f'każijiet fejn l-offerta saret mill-konsumatur.
Emenda 120
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 1
1.  Il-kummerċjant għandu jagħti rimbors ta' kwalunkwe ħlas li rċieva mingħand il-konsumatur fi żmien tletin jum minn dak li fih irċieva l-komunikazzjoni tal-irtirar.
1.  Il-kummerċjant għandu jagħti rimbors ta' kwalunkwe ħlas li rċieva mingħand il-konsumatur, inklużi, jekk huwa applikabbli, l-ispejjeż tal-kunsinna, mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn erbatax-il jum mill-jum li fih jiġi infurmat dwar id-deċiżjoni tal-konsumatur li jirtira bi qbil mal-Artikolu 14. Il-kummerċjant jista' jwettaq tali rimborż bi kwalunkwe mezz ta' ġlas, li jkun valuta legali fil-pajjiż fejn il-konsumatur jirċevih u sakemm il-konsumatur ma jġarrabx spejjeż bħala riżultat tar-rimborż.
Emenda 241
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 2
2.  Għall-kuntratti tal-bejgħ, il-kummerċjant jista“ jżomm ir-rimbors sakemm ikun irċieva jew ġabar lura l-prodotti, jew sakemm il-konsumatur ikun ipprovda evidenza li bagħat il-prodotti lura, skont liema minnhom iseħħ l-ewwel.
2.  Minkejja l-paragrafu 1, il-kummerċjant m'għandux jintalab jirrimborsa l-ispejjeż addizzjonali ta' kunsinna jekk il-konsumatur ikun għażel b'mod ċar tip ta' kunsinna li ma tkunx dik standard. Għall-kuntratti tal-bejgħ, il-kummerċjant jista' jissuġġetta r-rimbors għall-kundizzjoni li l-konsumatur ikun ipprovda evidenza li bagħat il-prodotti lura.
Emenda 122
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 1
1.  Għall-kuntratti ta' bejgħ li għalihom il-pussess materjali tal-prodotti ġie trasferit lill-konsumatur jew fuq talba tiegħu, lil parti terza qabel l-iskadenza tal-perjodu tal-irtirar, il-konsumatur għandu jibgħat lura l-prodotti jew jagħtihom lill-kummerċjant jew lil persuna awtorizzata mill-kummerċjant biex tirċevihom, fi żmien erbatax-il jum minn dak li fih ikun ikkomunika l-irtirar tiegħu lill-kummerċjant, ħlief jekk il-kummerċjant joffri li jiġbor il-prodotti huwa stess.
1.  Għal kuntratti mill-bogħod jew barra mill-post tan-negozju għall-provvista ta' oġġetti lill-konsumatur għandu jibgħat lura l-prodotti jew jagħtihom lill-kummerċjant jew lil persuna awtorizzata mill-kummerċjant biex tirċevihom, mingħajr dewmien bla bżonn u fi kwalunkwe każ mhux iktar tard minn erbatax-il jum minn dak li fih ikun ikkomunika d-deċiżjoni tal-irtirar lill-kummerċjant bi qbil mal-Artikolu 14, ħlief jekk il-kummerċjant joffri li jiġbor il-prodotti huwa stess
Il-konsumatur għandu jħallas biss l-ispiża diretta tar-ritorn tal-prodotti ħlief jekk il-kummerċjant ikun qabel li jeħel dik l-ispiża huwa.
Il-konsumatur għandu jħallas biss l-ispiża diretta tar-ritorn tal-prodotti. Hu m'għandux jiġi mitlub ħlas għal dik l-ispiża, jekk il-kummerċjant ikun qabel fil-kuntratt li jeħel dik l-ispiża huwa jew il-prezz tal-merkanzija li għandha tiġi rritornata jkun aktar minn EUR 40.
Emenda 123
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 2
2.  Il-konsumatur għandu jkun responsabbli biss għal kwalunkwe valur imnaqqas tal-prodotti li jirriżulta mill-manipulazzjoni ħlief dik meħtieġa biex taċċerta n-natura u t-tħaddim tal-prodotti. Huwa ma għandux ikun responsabbli għal valur imnaqqas fejn il-kummerċjant ikun naqas milli jipprovdi avviż tad-dritt tal-irtirar skont l-Artikolu 9(b). Għal kuntratti ta' servizz soġġetti għal dritt ta' rtirar, il-konsumatur ma għandu jeħel l-ebda spiża għas-servizzi mwettqa, kompletament jew parzjalment, matul il-perjodu tal-irtirar.
2.  Il-konsumatur għandu jkun responsabbli biss għal kwalunkwe valur imnaqqas tal-prodotti li jirriżulta mill-manipulazzjoni ħlief dik meħtieġa biex tiġi stabbilita n-natura, il-kwalitajiet u t-tħaddim tal-prodotti. Il-konsumatur fl-ebda każ ma għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe valur imnaqqas tal-prodotti meta l-kummerċjant ikun naqas milli jipprovdi avviż tad-dritt tal-irtirar skont l-Artikolu 9(1)(e).
2a.  Ħlief kif stipulat f'dan l-Artikolu, il-konsumatur m'għandu jġorr l-ebda responsabilità bl-eżerċizzju tad-dritt tal-irtirar.
Emenda 125
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 1
1.  Bla ħsara għall-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/48/KE, jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu tal-irtirar minn kuntratt mill-bogħod jew “il barra mill-post tan-negozju skont l-Artikoli 12 sa 17, kull kuntratt anċillari għandu jintemm awtomatikament, mingħajr ebda spiża għall-konsumatur.
1.  Bla ħsara għall-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/48/KE, jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu tal-irtirar minn kuntratt mill-bogħod jew “il barra mill-post tan-negozju skont l-Artikoli 12 sa 17, kull kuntratt marbuta għandu jintemm awtomatikament, mingħajr ebda spiża għall-konsumatur li m'hemmx provdut għaliha f'din id-Direttiva.
Emenda 126
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Fir-rigward ta' kuntratti mill-bogħod, id-dritt tal-irtirar ma għandux japplika fir-rigward ta' dan li ġej:
1.  Fir-rigward ta' kuntratti mill-bogħod u mhux fil-post tan-negozju, id-dritt tal-irtirar ma għandux japplika fir-rigward ta' dan li ġej:
Emenda 127
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt a
(a) servizzi fejn l-eżekuzzjoni nbdiet, bil-kunsens preċedenti tal-konsumatur, qabel it-tmiem tal-perjodu ta' erbatax-il jum imsemmi fl-Artikolu 12;
(a) servizzi fejn l-eżekuzzjoni nbdiet, bil-kunsens preċedenti tal-konsumatur f'mezz li jservi fit-tul, qabel it-tmiem tal-perjodu ta' erbatax-il jum imsemmi fl-Artikolu 12; f'tali każi, il-kunsens għandu wkoll jestendi li jneħħi d-dritt tal-konsumatur tal-irtirar;
Emenda 128
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt b
(b) għall-forniment ta' prodotti jew servizzi li l-prezz tagħhom jiddependi fuq varjazzjonijiet fis-suq finanzjarju li ma jistax ikun ikkontrollat mill-kummerċjant,
(b) għall-forniment ta' prodotti jew servizzi li l-prezz tagħhom jiddependi fuq varjazzjonijiet fis-suq li ma jistgħux ikunu kkontrollati mill-kummerċjant u li jafu jseħħu waqt perjodu tal-irtirar;
Emenda 129
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt c
(c) il-forniment ta' prodotti li saru għall-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur jew personalizzati b'mod ċar jew li huma predisposti li jiddeterjoraw jew jiskadu b'mod mgħaġġel;
(c) il-forniment ta' prodotti jew servizzi provduti li saru għall-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur jew personalizzati b'mod ċar, li jirrikjedu li l-kummerċjant jagħmel arranġamenti individwali li hu ma jkunx jista' jagħmel użu ieħor minnhom, jew li huma predisposti li jiddeterjoraw jew jiskadu b'mod mgħaġġel;
Emenda 130
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt d
(d) il-forniment tal-inbid, li l-prezz tiegħu inqabel fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt tal-bejgħ, li l-kunsinna tiegħu tista' ssir biss lil hinn mil-limiti ta' żmien imsemmi fl-Artikolu 22(1) u li għandu l-valur reali tiegħu li jiddependi fuq varjazzjonijiet fis-suq li ma jistgħux jiġu kkontrollati mill-kummerċjant;
(d) il-forniment ta'
- prodotti tal-ikel,
- xorb,
- prodotti farmaċewtiċi, jew
- oġġetti oħra li huma sensittivi għall-iġjene li l-ippakkettjar jew l-issiġillar tagħhom diġà nfetaħ mill-konsumatur wara li kien avżat dwar l-esklużjoni mid-dritt tal-irtirar;
(da) kuntratti li għalihom il-konsumatur, sabiex jirreaġixxi għal emerġenza immedjata talab it-twettiq immedjat mill-kummerċjant; jekk, f'din l-okkażjoni, il-kummerċjant jipprovdi jew ibiegħ servizzi jew prodotti addizzjonali minbarra dawk li huma strettament meħtieġa li jilħqu l-emerġenza immedjata tal-konsumatur, id-dritt tal-irtirar għandu japplika għal dawk il-prodotti jew servizzi addizzjonali;
(db) kuntratti fejn il-konsumatur ikun talab speċifikament li l-kummerċjant iżuru f'daru għall-finijiet tat-twettiq ta' tiswijiet jew manutenzjoni; jekk fl-okkażjoni ta' din iż-żjara, il-kummerċjant jipprovdi servizzi flimkien ma' dawk speċifikatament mitluba mill-konsumatur jew prodotti minbarra parts ta' sostituzzjoni użati bi ħtieġa fl-eżekuzzjoni tal-manutenzjoni jew fit-tiswijiet, id-dritt tal-irtirar għandu japplika għal dawk is-servizzi jew prodotti addizzjonali.
Emenda 132
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt f
(f) il-forniment ta' gazzetti, perjodiċi u rivisti;
(f) il-forniment ta' gazzetti, perjodiċi u rivisti bl-eċċezzjoni tal-kuntratti ta' abbonament għall-forniment ta' tali pubblikazzjonijiet;
Emenda 133
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt g
(g) servizzi ta' logħob u lotteriji.
imħassar
Emenda 134
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt h (ġdid)
h) kuntratti konklużi waqt irkant.
h) kuntratti konklużi waqt irkant pubbliku.
(ha) il-forniment ta' kontenut diġitali malli l-konsumatur ikun beda jiddownloadja l-kontenut diġitali.
Emenda 135
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 2
2.  Fir-rigward ta' kuntratti “l barra mill-post tan-negozju, id-dritt tal-irtirar ma għandux japplika fir-rigward ta' dan li ġej:
imħassar
(a) kuntratti għall-forniment tal-oġġetti tal-ikel, xorb, jew prodotti oħra maħsuba għal konsum immedjat fid-djar, magħżula minn qabel mill-konsumatur minn mezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod u fornuti fiżikament id-dar, ir-residenza jew il-post tax-xogħol tal-konsumatur mill-kummerċjant li s-soltu jbiegħ prodotti bħal dawn fil-post tan-negozju tiegħu stess;
(b) kuntratti li għalihom il-konsumatur, sabiex jirreaġixxi għal emerġenza immedjata talab l-eżekuzzjoni immedjata tal-kuntratt mill-kummerċjant; jekk, f'din l-okkażjoni, il-kummerċjant jipprovdi jew ibiegħ servizzi jew prodotti addizzjonali minbarra dawk li huma strettament meħtieġa li jilħqu l-emerġenza immedjata tal-konsumatur, id-dritt tal-irtirar għandu japplika għal dawk is-servizzi jew prodotti addizzjonali;
(c) kuntratti li għalihom il-konsumatur sepċifikament talab lill-kummerċjant, permezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod, biex iżur daru għall-iskop ta' tiswija jew ta' eżekuzzjoni ta' manutenzjoni fuq il-proprjetà tiegħu; jekk f'din l-okkażjoni, il-kummerċjant jipprovdi servizzi flimkien ma' dawk speċifikatament mitluba mill-konsumatur jew prodotti minbarra parts ta' sostituzzjoni użati bi ħtieġa fl-eżekuzzjoni tal-manutenzjoni jew fit-tiswijiet, id-dritt tal-irtirar għandu japplika għal dawk is-servizzi jew prodotti addizzjonali.
Emenda 136
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 3
3.  Il-partijiet jistgħu jaqblu biex ma japplikawx il-paragrafi 1 u 2.
2.  Il-kummerċjant u l-konsumatur jistgħu jaqblu biex ma japplikawx il-paragrafu 1.
Emenda 137
Proposta għal direttiva
Artikolu 20
Artikolu 20
Il-kuntratti mill-bogħod u dawk “il barra mill-post tan-negozju esklużi
imħassar
1.  L-Artikoli 8 sa 19 ma għandhomx japplikaw għal kuntratti mill-bogħod u dawk “il barra mill-post tan-negozju:
(a) għall-bejgħ ta' proprjetà immobbli jew li jirrelataw ma' drittijiet oħra ta' proprjetà immobbli, ħlief għall-kiri u xogħlijiet relatati mal-proprjetà immobbli;
(b) konklużi permezz ta' makni awtomatiċi tal-bejgħ jew bini awtomatizzat kummerċjali,
(c) konklużi ma' operaturi tat-telekomunikazzjoni permezz ta' telefowns pubbliċi għall-użu tagħhom;
(d) għall-forniment ta' oġġetti tal-ikel jew xorb minn kummerċjant fuq rondi frekwenti jew regolari fil-viċinat tal-post tan-negozju tiegħu.
2.  L-Artikoli 8 sa 19 ma għandhomx japplikaw għal kuntratti “l barra mill-post tan-negozju relatati ma':
(a) assikurazzjoni,
(b) servizzi finanzjarji li l-prezz jiddependi fuq il-varjazzjonijiet fis-suq finanzjarju lil hinn mill-kontroll tal-kummerċjant, li jistgħu jseħħu matul il-perjodu tal-irtirar, kif definiti fl-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2002/65/KE u
(c) kreditu li jaqa' fl-ambitu tad-Direttiva 2008/48/KE.
3.  L-Artikoli 8 sa 19 ma għandhomx japplikaw għal kuntratti mill-bogħod għall-forniment ta' akkomodazzjoni, trasport, servizzi tal-kiri tal-karozzi, kejtering jew servizzi ta' divertiment fir-rigward ta' kuntratti li jipprevedu data speċifika jew perjodu speċifiku ta' eżekuzzjoni.
Emenda 138
Proposta għal direttiva
Artikolu 21
Artikolu 21
L-Ambitu
imħassar
1.  Dan il-Kapitolu għandu japplika għal kuntratti ta' bejgħ. Bla ħsara għall-Artikolu 24(5), fejn il-kuntratt ikun kuntratt ta' skop imħallat li għandu bħala l-għan tiegħu kemm il-prodotti kif ukoll is-servizzi, dan il-Kapitolu se japplika biss għall-prodotti.
2.  Dan il-Kapitolu għandu japplika wkoll għal kuntratti għall-forniment ta' prodotti li jridu jiġu manifatturati jew prodotti.
3.  Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għall-isperparts sostitwiti mill-kummerċjant meta jkun irrimedja n-nuqqas ta' konformità tal-prodotti permezz tat-tiswija skont l-Artikolu 26.
4.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dan il-Kapitolu għall-bejgħ ta' prodotti użati fl-irkanti pubbliċi.
Emenda 139
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 – paragrafu 1
1.  Sakemm il-partijiet ma jkunux qablu mod ieħor, il-kummerċjant għandu jwassal il-prodotti billi jittrasferixxi l-pussess materjali tal-prodotti lill-konsumatur jew lil parti terza, li mhijiex min qed twassalu li kienet indikata mill-konsumatur, fi żmien massimu ta' tletin jum minn dak li fih ġie konkluż il-kuntratt.
1.  Fil-każ li l-partijiet ma jkunux qablu dwar il-ħin tal-kunsinna, il-kummerċjant għandu jwassal il-prodotti billi jittrasferixxi l-pussess materjali tal-prodotti lill-konsumatur jew lil parti terza, indikata mill-konsumatur u li mhijiex min qed iwassal, malajr kemm jista' jkun imma mhux iktar tard minn tletin jum minn dak li fih ġie konkluż il-kuntratt.
Emenda 140
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 – paragrafu 2
2.  Meta l-kummerċjant ikun naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu biex iwassal, il-konsumatur għandu jkun intitolat għal rifużjoni ta' kwalunkwe somom imħallsa fi żmien sebat ijiem mid-data tal-kunsinna prevista fil-paragrafu 1.
2.  Meta l-kummerċjant ikun naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu biex iwassal il-prodotti fil-ħin miftiehem mal-konsumatur, jew bi qbil mal-paragrafu 1, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jtemm il-kuntratt sakemm il-prodotti ma jintbagħtux fi żmien perjodu ġdid iddeterminat mill-konsumatur, li ma għandux ikun aktar minn sebat ijiem. Għal dan il-għan, il-konsumatur għandu javża minn qabel bil-miktub lill-kummerċjant, filwaqt li jispeċifika l-perjodu l-ġdid ta' kunsinna u jiddikjara l-intenzjoni tiegħu li jġib fi tmiem il-kuntratt fil-każ li l-kunsinna ma ssirx sal-aħħar tal-perjodu ġdid ta' kunsinna. Jekk il-perjodu msemmi jiskadi mingħajr ma ssir il-kunsinna, il-konsumatur se jitqies li jkun irtira mill-kuntratt.
Minkejja l-ewwel subparagrafu, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jtemm il-kuntratt b'effett immedjat meta l-kummerċjant ikun irrifjuta b'mod impliċitu jew espliċitu li jibgħat il-prodotti, jew meta l-konformità mal-ħin tal-kunsinna miftiehem jitqies bħala element essenzjali tal-kuntratt, b'kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi marbuta mal-konklużjoni tal-kuntratt.
2a.  Malli jintemm il-kuntratt, il-kummerċjant għandu immedjatament, u fi kwalunkwe każ mhux iktar tard minn sebat ijiem wara li jintemm il-kuntratt, jirrimborża s-somom kollha mħallsa skont il-kuntratt.
2b.  Dan l-Artikolu għandu jkun bla preġudizzju għad-dritt tal-konsumatur li jitlob għal ħlas tad-danni.
Emenda 141
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 a (ġdid)
Artikolu 22a
Id-dritt għall-kunsinna ta' oġġetti jew forniment ta' servizzi fi Stat Membru ieħor
Fil-każ ta' kuntratt mill-bogħod, il-konsumatur għandu jkun intitolatli jirrikjedi li l-kummerċjant jikkunsinja l-prodotti jew iforni s-servizz fi Stat Membru ieħor. Il-kummerċjant għandu jissodisfa t-talba tal-konsumatur jekk din tkun teknikament fattibbli u jekk il-konsumatur jaqbel li jħallas l-ispejjeż relatati kollha. Il-kummerċjant għandu fi kwalunkwe każ jiddikjara dawn l-ispejjeż minn qabel.
Emenda 142
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 b (ġdid)
Artikolu 22b
Mezzi ta' ħlas
1.  Il-kummerċjant u l-konsumatur jistgħu jaqblu dwar ħlas minn qabel jew depożitu fil-mument tal-kunsinna.
2.  Bi qbil mal-Artikolu 52(3) tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar servizzi fis-suq intern, l-Istati Membri jistgħu jiprojbixxu jew jillimitaw id-dritt tal-kummerċjant li jitlob spejjeż mill-konsumaturi b'kunsiderazzjoni tal-bżonn li titħeġġeġ il-kompetizzjoni u li jiġi promoss l-użu ta' strumenti effiċenti ta' ħlas.
3.  L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu lill-kummerċjanti milli jitolbu l-flus mill-konsumaturi fir-rigward tal-użu ta' mezz speċifiku ta' ħlas permezz ta' miżati li jaqbżu n-nefqa mġarrba mill-kummerċjant għall-użu tat-tali mezzi
ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1
Emenda 143
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 1
1.  Ir-riskju ta' telf jew ħsara għall-prodotti għandu jiġi trasferit lill-konsumatur meta huwa jew parti terza, li mhijiex min qed iwassal u li kienet indikata mill-konsumatur jakkwista/takkwista l-pussess materjali tal-prodotti.
1.  Ir-riskju ta' telf jew ħsara għall-prodotti għandu jiġi trasferit lill-konsumatur meta huwa jew parti terza, indikata mill-konsumatur u li mhijiex min qed iwassal,takkwista l-pussess materjali tal-prodotti. Ir-riskju għandu jsir tal-konsumatur, wara li ssir il-kunsinna lil min qed iwassal, jekk dan ikun ingħata l-kompitu mingħand il-konsumatur li jwassal l-oġġetti u jekk dik l-għażla ma kenitx offruta mill-kummerċjant, bla preġudizzju għad-drittijeit tal-konsumatur kontra min iwassal.
Emenda 144
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 2
2.  Ir-riskju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jgħaddi lill-konsumatur fil-mument tal-kunsinna kif miftiehem mill-partijiet, jekk il-konsumatur jew parti terza, li mhijiex min qed twassal u li kienet indikata mill-konsumatur naqas/naqset li jieħu/tieħu passi raġonevoli biex jakkwista/takkwista l-pussess materjali tal-prodotti.
2.  Ir-riskju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jgħaddi lill-konsumatur fil-mument tal-kunsinna kif miftiehem mill-partijiet, jekk il-konsumatur jew parti terza, li mhijiex min qed twassal u li kienet indikata mill-konsumatur naqas/naqset b'mod evidenti li jieħu/tieħu passi raġonevoli biex jakkwista/takkwista l-pussess materjali tal-prodotti.
Emenda 145
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 a (ġdid)
Artikolu 23a
It-tul tal-kuntratti
1.  Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar termini tal-kuntratt inġusti, il-kuntratti konklużi bejn il-konsumaturi u l-kummerċjanti ma jistgħux jistipulaw perjodu ta' impenn inizjali ta' iktar minn tnax-il xahar.
2.  Fl-aħħar tal-perjodu inizjali ta' impenn ta' tnax-il xahar, il-konsumaturi għandhom ikunu intitolati li jtemmu l-kuntratt fi kwalunkwe ħin. It-terminazzjoni tal-kuntratt għandha tkun soġġetta għal perjodu ta' avviż minn qabel, li ma jistax jaqbeż ix-xahrejn. Il-konsumaturi għandhom ikunu intitolati li jagħtu avviż minn qabel qabel it-tmien tal-perjodu inizjali ta' impenn sabiex jitterminaw il-kuntratt b'effett mill-aħħar ta' dak il-perjodu.
Emenda 146
Proposta għal direttiva
Artikolu 24 – paragrafu 1
1.  Il-kummerċjant għandu jwassal il-prodotti f'konformità mal-kuntratt tal-bejgħ.
1.  Il-kummerċjant għandu jwassal il-prodotti f'konformità mal-kuntratt, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwalità u l-kwantità, li jkunu miftiehma b'mod konġunt mill-partijiet.
Emenda 147
Proposta għal direttiva
Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt a
(a) jikkonformaw mad-deskrizzjoni mogħtija mill-kummerċjant u jippossjedu l-kwalitajiet tal-prodotti li l-kummerċjant wera lill-konsumatur bħala kampjun jew mudell;
(a) jikkonformaw mad-deskrizzjoni mogħtija mill-kummerċjant u jippossjedu l-kwalitajiet tal-prodotti li l-kummerċjant wera lill-konsumatur bħala kampjun jew mudell, u
Emenda 148
Proposta għal direttiva
Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt b
(b) huma tajbin għal kull skop partikolari li għalih jeħtieġhom il-konsumatur u li għarraf lill-kummerċjant dwarhom fil-ħin meta ġie konkluż il-kuntratt u li l-kummerċjant aċċetta;
(b) fin-nuqqas ta' ftehim dwar il-karatteristiċi tagħhom, għall-iskop li l-partijiet tal-kuntratt ħasbuhom għalih fil-ħin meta ġie konkluż il-kuntratt, u
Emenda 149
Proposta għal direttiva
Artikolu 24 – paragrafu 2 – punti c u d
(c) huma tajbin għall-iskopijiet li għalihom normalment jintużaw prodotti tal-istess tip jew
(c) huma tajbin għall-iskopijiet li għalihom normalment jintużaw prodotti tal-istess tip u juru l-kwalità u l-prestazzjoni li huma normali f'oġġetti tal-istess tip inklużi, b'kunsiderazzjoni inter alia tal-iskop, l-apparenza, id-durabilità u l-irtokki finali, u li l-konsumatur jista' jippretendi b'mod raġonevoli, fid-dawl tan-natura tal-prodotti u b'konsiderazzjoni mogħtija għal kull stqarrija pubblika dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodotti magħmulha dwarhom mill-kummerċjant, il-produttur jew ir-rappreżentant tiegħu, partikolarment fir-riklami jew fuq it-tikketta.
(d) juru l-kwalità u l-prestazzjoni li huma normali f'oġġetti tal-istess tip u li l-konsumatur jista' jippretendi b'mod raġonevoli, fid-dawl tan-natura tal-prodotti u b'konsiderazzjoni mogħtija għal kull stqarrija pubblika dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodotti magħmulha dwarhom mill-kummerċjant, il-produttur jew ir-rappreżentant tiegħu, partikolarment fir-riklami jew fuq it-tikketta.
Emenda 151
Proposta għal direttiva
Artikolu 24 – paragrafu 4 – punt b
(b) sakemm ġie konkluż il-kuntratt l-istqarrija ġiet korretta;
(b) sakemm ġie konkluż il-kuntratt l-istqarrija ġiet korretta fiż-żmien xieraq u b'mod ekwivalenti jew mill-inqas b'enfasi partikolari fil-kuntratt;
Emenda 152
Proposta għal direttiva
Artikolu 24 – paragrafu 5
5.  Kull nuqqas ta konformità li jirriżulta minn installazzjoni mhux korretta tal-prodotti għandu jitqies bħala nuqqas ta' konformità tal-prodotti jekk l-installazzjoni tifforma parti mill-kuntratt tal-bejgħ u l-prodotti kienu installati mill-kummerċjant jew kienu fir-responsabilità tiegħu. Dan għandu jgħodd bl-istess mod jekk il-prodotti, maħsuba li jkunu installati mill-konsumatur, ikunu installati mill-konsumatur u l-installazzjoni ħażina tkun dovuta għal żball fl-istruzzjonijiet tal-installazzjoni.
5.   Il-kummerċjant għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta konformità li jirriżulta mill-ippakkjar jew minn installazzjoni mhux korretta jekk l-installazzjoni tifforma parti mill-kuntratt tal-bejgħ , u l-prodotti kienu installati mill-kummerċjant jew kienu fir-responsabilità tiegħu. Dan għandu jgħodd bl-istess mod jekk il-prodotti, maħsuba li jkunu installati mill-konsumatur, ikunu installati mill-konsumatur u l-installazzjoni ħażina tkun dovuta għal żball fl-istruzzjonijiet tal-installazzjoni.
Emenda 153
Proposta għal direttiva
Artikolu 26 – paragrafu 1
1.   Kif previst fil-paragrafi 2 sa 5, fejn il-prodotti ma jikkonformawx mal-kuntratt, il-konsumatur huwa intitolat li:
1.  Meta l-prodotti ma jikkonformawx mal-kuntratt, il-konsumatur huwa intitolat li jew:
(a) jkollu n-nuqqas ta' konformità rimedjat permezz ta' tiswija jew sostituzzjoni,
(a) ikollu n-nuqqas ta' konformità rimedjat permezz ta' tiswija jew sostituzzjoni bi qbil mal-paragrafi 2, 3 u 5, jew li,
(b) jitnaqqaslu l-prezz,
(b) jkollu tnaqqis raġonevoli fil-prezz jew irrevokar tal-kuntratt bi qbil mal-paragrafi 4, 5 u 5a.
(c) ikollu l-kuntratt revokat.
Emenda 154
Proposta għal direttiva
Artikolu 26 – paragrafu 2
2.   Il-kummerċjant għandu jirrimedja n-nuqqas ta' konformità permezz ta' jew tiswija inkella b'sostituzzjoni skont l-għażla tiegħu.
2.   Il-konsumatur jista' l-ewwel jitlob li l-kummerċjant jirranġa l-prodotti jew jissostitwihom, sakemm dawn ir-rimedji ma jkunux impossibbli jew sproporzjonati.
Emenda 155
Proposta għal direttiva
Artikolu 26 – paragrafu 3
3.  Meta l-kummerċjant ikun ta prova li r-rimedju tan-nuqqas ta' konformità permezz ta' tiswija jew sostituzzjoni jikser il-liġi, huwa impossibbli jew jikkawża lill-kummerċjant sforz sproporzjonat, il-konsumatur jista' jagħżel li jitnaqqaslu l-prezz jew li jkollu l-kuntratt revokat. L-isforz ta' kummerċjant huwa sproporzjonat jekk jimponilu spejjeż fuqu li, b'paragun mat-tnaqqis fil-prezz jew mar-revoka tal-kuntratt, huma eċċessivi, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l-valur tal-prodotti kieku ma kienx hemm nuqqas ta' konformità u s-sinifikat tan-nuqqas ta' konformità.
3.  Kull rimedju msemmi fil-paragrafu 2 jitqies bħala sproporzjonat jekk dan jikkawża spejjeż għall-kummerċjant li ma jkunux raġjonevoli meta mqabbel mar-rimedju alternattiv (tiswija jew sostituzzjoni):
Il-konsumatur jista' jirrevoka l-kuntratt biss jekk in-nuqqas ta' konformità mhuwiex minuri.
(a) fid-dawl tal-valur tal-prodotti mingħajr l-ebda nuqqas ta' konformità,
(b) filwaqt li jitqies is-sinifikat tan-nuqqas ta' konformità,
(c) wara li titqies il-kwistjoni jekk setax isir użu ta' rimedji alternattivi (tiswija jew sostituzzjoni) mingħajr inkonvenjenzi kunsiderevoli għall-konsumatur, ma jkunx raġonevoli
It-tiswija jew is-sostituzzjoni għandha ssir f'perjodu xieraq ta' żmien u mingħajr inkonvenjenza sinifikanti għall-konsumatur.
Emenda 156
Proposta għal direttiva
Artikolu 26 – paragrafu 4
4.  Il-konsumatur jista' jagħżel kwalunkwe rimedju disponibbli skont il-paragrafu 1, fejn teżisti waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet li ġejjin:
4.  Bla ħsara għall-paragrafu 5b, il-konsumatur jista“ jesiġi tnaqqis adegwat tal-prezz jew it-tħassir tal-kuntratt ta' bejgħ, fejn teżisti waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet li ġejjin:
(a) il-kummerċjant irrifjuta b'mod impliċitu jew espliċitu li jirrimedja n-nuqqas ta' konformità;
(a) il-konsumatur m'għandux dritt għal tiswija u lanqas sostituzzjoni;
(aa) il-kummerċjant irrifjuta, b'mod espliċitu jew bl-imġiba tiegħu, li jirrimedja n-nuqqas ta' konformità;
(b) il-kummerċjant naqas milli jirrimedja n-nuqqas ta' konformità fi żmien raġonevoli;
(b) il-kummerċjant naqas milli jirrimedja n-nuqqas ta' konformità fi żmien raġonevoli;
(c) il-kummerċjant ipprova jirrimedja n-nuqqas ta' konformità, u kkawża inkonvenjenza sinifikanti lill-konsumatur;
(c) il-kummerċjant irrimedja n-nuqqas ta' konformità, u kkawża inkonvenjenza sinifikanti lill-konsumatur;
(d) l-istess difett reġa' deher aktar minn darba f'perjodu żgħir ta' żmien.
Emenda 158
Proposta għal direttiva
Artikolu 26 – paragrafu 5 a (ġdid)
5a.  Il-konsumatur ma għandux ikun intitolat għar-revoka tal-kuntratt jekk in-nuqqas ta' konformità jkun minuri.
Emenda 159
Proposta għal direttiva
Artikolu 26 – paragrafu 5 b (ġdid)
5b.  L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu d-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali, fil-każ ta' nuqqas ta' konformità, id-dritt għal perjodu qasir ta' żmien biex itemmu l-kuntratt u jirċievu rimborż sħiħ jew għażla libera minn fost ir-rimedji msemmija f'paragrafu 1, sabiex jiġi assigurat livell ogħla ta' protezzjoni għall-kunsumaturi.
Emenda 160
Proposta għal direttiva
Artikolu 27 – paragrafu 2
2.  Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, il-konsumatur jista' jitlob danni għal kwalunkwe telf mhux rimedjat skont l-Artikolu 26.
2.  Bi qbil mad-dispożizzjonijeit tal-liġi nazzjonali applikabbli u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, il-konsumatur jista' jitlob danni skont il-liġi nazzjonali applikabbli għal kwalunkwe telf mhux rimedjat skont l-Artikolu 26.
Emenda 161
Proposta għal direttiva
Artikolu 27 a (ġdid)
Artikolu 27a
Id-dritt tar-rikors
Fejn il-kummerċjant, bħala l-bejjiegħ aħħari, huwa responsabbli lejn il-konsumatur minħabba nuqqas ta' konformità li tirriżulta minn azzjoni jew nuqqas min-naħa tal-produttur, bejjiegħ preċedenti fi ħdan l-istess katina ta' kuntratt jew peruna oħra intermedjarja, il-kummerċjant jista“, bħala l-aħħar bejjiegħ, jitlob rimedju mill-persuna jew persuni risponsabbli fi ħdan il-katina tal-kuntratt. Il-persuna jew persuni responsabbli li l-bejjiegħ finali jista” jfittex rimedji kontrihom, flimkien mal-azzjonijiet u proċeduri rilevanti, għandhom jiġu determinati mil-liġi nazzjonali, b'tali mod li tiġi assigurata l-effettività ta' dak id-dritt.
Persuna stabbilita bħala li tkun responsabbli fis-sens tal-paragrafu preċedenti għandha jkollha l-oneru tal-prova ta' nuqqas ta' responasabilità għan-nuqqas ta' konformità, jew li r-rimedju li jkun għamel il-bejjiegħ finali għall-konsumatur ma kienx fil-fatt meħtieġ.
Emenda 162
Proposta għal direttiva
Artikolu 28 – paragrafu 2
2.  Meta kummerċjant ikun irrimedja n-nuqqas ta' konformità b'sostituzzjoni, huwa għandu jinżamm responsabbli skont l-Artikolu 25 fejn in-nuqqas ta' konformità tkun evidenti fi żmien sentejn minn meta l-konsumatur jew parti terza magħżula minnu jakkwista l-pussess materjali tal-prodotti sostitwiti.
imħassar
Emenda 163
Proposta għal direttiva
Artikolu 28 – paragrafu 4
4.  Sabiex igawdi mid-drittijiet tiegħu skont l-Artikolu 25, il-konsumatur għandu jinforma lill-kummerċjant dwar in-nuqqas ta' konformità fi żmien xahrejn mid-data li fiha ntebaħ bin-nuqqas ta' konformità.
imħassar
Emenda 164
Proposta għal direttiva
Artikolu 28 – paragrafu 5 a (ġdid)
5a.  L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew jippreservaw dispożizzjonijiet legali li jipprovdu għal perjodu itwal ta' garanzija, għal żmien itwal ta' trasferiment tad-dmir tal-prova favur il-konsumatur jew regoli speċifiċi għal nuqqasijiet serji ta' konformità mal-kuntratt, li jkunu ħarġu wara li jkun skada l-perjodu ta' garanzija, biex ikun żgurat livell ogħla ta' protezzjoni tal-konsumatur.
Emenda 165
Proposta għal direttiva
Artikolu 28 a (ġdid)
Artikolu 28 a
Komunikazzjoni u possibilità ta' kuntatt
Il-kummerċjant jiżgura matul il-perjodu ta' validità ta' kuntratt ta' servizz jew ta' provvista' jew mill-konklużjoni ta' kuntratt tal-bejgħ sal-iskadenza msemmija fl-Artikolu 28(1) għal offerti formali, notifiki u mistoqsijiet tal-konsumatur relatati ma' drittijiet u dmirijiet li jirriżultaw mill-kuntratt ta' provvista' ta' servizzi jew mill-kuntratt tal-bejgħ jew meta jkun skada l-kuntratt ta' bejgħ, il-konsumatur jiġi infurmat skont kundizzjonijiet xierqa. B'mod partikolari għandu jiżgura li offerti formali mill-konsumatur rigward il-kuntratt jasslu għandu mingħajr dewmien u l-konsumatur ikun informat minnufih bil-wasla tagħhom. Ma tista' tiġi ddebitata l-ebda spiża lill-konsumatur biex il-kummerċjant jaċċetta u jwieġeb bit-telefown dikjarazzjonijiet, komunikazzjonijiet u mistoqsijiet b'rabta mal-kuntratt ta' provvista' ta' servizzi jew mal-kuntratt tal-bejgħ; din id-dispożizzjoni ma taffettwax id-dritt tal-fornitur tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni li jitlob il-ħlas għal dawn it-telefonati.
Emenda 166
Proposta għal direttiva
Artikolu 29 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  Id-dikjarazzjoni tal-garanzija għandha titfassal f'kitba sempliċi, li tinftiehem u li tista' tinqara faċilment. Hija għandha tinkludi dan li ġej:
2.  Id-dikjarazzjoni tal-garanzija għandha titfassal f'kitba sempliċi, li tinftiehem, li tista' tinqara faċilment u bl-istess qies tat-tipi. Hija għandha tinkiteb bl-istess lingwa tal-kuntratt. Id-dikjarazzjoni tal-garanzija għandha tinkludi dan li ġej:
Emenda 167
Proposta għal direttiva
Artikolu 29 – paragrafu 2 – punti a, b u c(ġodda)
(a) drittijiet legali tal-konsumatur, kif previst fl-Artikolu 26 u dikjarazzjoni ċara li dawk id-drittijiet mhumiex affetwati mill-garanzija kummerċjali,
(a) drittijiet legali tal-konsumatur skont l-Artikoli 26 u 28, u d-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali applikabbli, kif ukoll id-dikjarazzjoni ċara li dawk id-drittijiet mhumiex affetwati mill-garanzija kummerċjali;
(b) il-kontenut tal-garanzija kummerċjali u l-kondizzjonijiet biex isiru t-talbiet, notevolment it-tul ta' żmien, il-firxa territorjali u l-isem u l-indirizz tal-garantur,
(b) il-kontenut tal-garanzija kummerċjali u l-kondizzjonijiet biex isiru t-talbiet, notevolment it-tul ta' żmien, il-firxa territorjali u l-isem u l-indirizz tal-garantur,
(c) bla ħsara għall-Artikoli 32 u 35 u l-Anness III(1)(j), stipulat, fejn applikabbli, li l-garanzija kummerċjali ma tistax tiġi trasferita lil xerrej sussegwenti.
(c) l-informazzjoni li l-garanzija kummerċjali tista“ tiġi trasferita lil xerrej sussegwenti.
Emenda 168
Proposta għal direttiva
Artikolu 29 – paragrafu 3
3. jekk il-konsumatur jixtieq hekk, il-kummerċjant għandu jagħmel id-dikjarazzjoni tal-garanzija disponibbli f'mezz li jservi għal żmien twil.
3.  Il-kummerċjant għandu jagħmel id-dikjarazzjoni tal-garanzija disponibbli f'mezz li jservi għal żmien twil u, jekk ikun mitlub mill-konsumatur, ukoll bil-miktub fuq karta.
Emenda 169
Proposta għal direttiva
Artikolu 30 – paragrafu 1
1.  Dan il-Kapitolu għandu japplika għal kondizzjonijiet ta' kuntratt li tfassal bil-quddiem mill-kummerċjant jew minn parti terza, li l-konsumatur qabel miegħu mingħajr ma kellu l-possibilità li jinfluwenza l-kontenut tagħhom, b'mod partikolari fejn kondizzjonijiet kuntrattwali bħal dawn huma parti minn kuntratt standard ifformulat minn qabel.
1.  Dan il-Kapitolu għandu japplika għal kondizzjonijiet ta' kuntratt li tfassal bil-quddiem min-negozju jew minn parti terza, li ma kinux innegozjati individwalment. Kondizzjoni ta' kuntratt għandha titiqes dejjem li ma ġietx innegozjata individwalment meta tfasslet bil-quddiem u l-konsumatur għalhekk ma setax jinfluwenza s-sustanza tal-kondizzjoni tal-kuntratt, b'mod partikolari fejn kondizzjoni kuntrattwali bħal din hija parti minn kuntratt standard ifformulat minn qabel.
Emenda 170
Proposta għal direttiva
Artikolu 30 – paragrafu 2
2.  Il-fatt li l-konsumatur kellu l-possibilità li jinfluwenza l-kontenut ta' ċerti aspetti ta' kondizzjoni tal-kuntratt jew ta' kondizzjoni speċifika waħda, ma għandux jeskludi l-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu għal kondizzjonijiet kuntrattwali oħra li jifformaw parti mill-kuntratt.
2.  Il-fatt li l-kontenut ta' ċerti aspetti ta' kondizzjoni tal-kuntratt jew ta' kondizzjoni speċifika waħda ġie nnegozjat individwalment, ma għandux jeskludi l-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu għal kondizzjonijiet kuntrattwali oħra li jifformaw parti mill-kuntratt.
Emenda 171
Proposta għal direttiva
Artikolu 30 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3.  Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għal kondizzjonijiet kuntrattwali li jirriflettu dispożizzjonijiet mandatorji statutorji jew regolatorji, li jikkonformaw mal-liġi Komunitarja u d-dispożizzjonijiet jew il-prinċipji ta' konvenzjonijiet internazzjonali li għalihom il-Komunità jew l-Stati Membri huma parti.
3.  Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għal kondizzjonijiet kuntrattwali li jirriflettu dispożizzjonijiet statutorji, regolatorji jew ta' politika pubblika, li jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni u d-dispożizzjonijiet jew il-prinċipji ta' konvenzjonijiet internazzjonali li għalihom l-Unjoni jew l-Stati Membri huma parti.
Emenda 172
Proposta għal direttiva
Artikolu 30 a (ġdid)
Artikolu 30a
Il-livell ta' armonizzazzjoni
Għajr jekk ipprovdut b'mod ieħor, l-Istati Membri ma jistgħux jippreservaw jew jintroduċu, fil-liġi nazzjonali tagħhom, dispożizzjonijiet diverġenti minn dawk stipulati f'dan il-Kapitolu, inklużi dispożizzjonijiet iktar jew inqas stretti biex jiżguraw livell differenti ta' protezzjoni tal-konsumatur.
Emenda 173
Proposta għal direttiva
Artikolu 31 – paragrafu 1
1.  Kondizzjonijiet kuntrattwali għandhom jitfasslu f'kitba sempliċi, li tinftiehem u jkunu jistgħu jinqraw faċilment.
1.  Il-klawżoli kuntrattwali kollha għandhom jiġu espressi b'mod ċar u b'mod li jinftiehem. Jekk il-kondizzjonijiet kuntrattwali jkunu bil-miktub, għandhom jitfasslu dejjem f'kitba sempliċi, li tinftiehem u jkunu jistgħu jinqraw faċilment.
Emenda 174
Proposta għal direttiva
Artikolu 31 – paragrafu 4
4.  L-Istati Membri għandhom jirrinunċjaw li jimponu kwalunkwe rekwiżit ta' preżentazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-mod kif jiġu espressi kondizzjonijiet kuntrattwali jew il-mod kif inhuma disponibbli għall-konsumatur.
4.  L-Istati Membri għandhom jirrinunċjaw li jimponu kwalunkwe rekwiżit fuq il-preżentazzjoni ta' kondizzjonijiet kuntrattwali, ħlief għal preżentazzjoni tar-rekwiżiti fir-rigward ta' persuni b'diżabilitajiet, jew fejn il-prodotti jew is-servizzi jistgħu jkunu ta' riskju partikulari fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-konsumatur jew persuna terza, jew fir-rigward ta' prodotti jew servizzi speċifiċi fejn hemm evidenza li turi li hemm ħsara għall-konsumatur.
Emenda 175
Proposta għal direttiva
Artikolu 32 – paragrafu 2
2.  Bla ħsara għall-Artikolu 34 sa 38, l-iżlealtà ta' kondizzjoni kuntrattwali għandha tiġi vvalutata, billi titqies in-natura tal-prodotti li għalihom ġie konkluż il-kuntratt u billi ssir referenza, fil-waqt li jiġi konkluż il-kuntratt, għaċ-ċirkostanzi kollha preżenti waqt il-konklużjoni tal-kuntratt u għall-kondizzjonijiet l-oħra kollha tal-kuntratt jew ta' kuntratt ieħor li jiddependi fuqu dak tal-ewwel. Meta tkun qed tivvaluta l-ekwità ta' kondizzjoni kuntrattwali, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tqis ukoll il-mod li bih tfassal il-kuntratt u kif ġie kkomunikat lill-konsumatur mill-kummerċjant skont l-Artikolu 31.
2.  Bla ħsara għall-Artikolu 34 sa 38, l-iżlealtà ta' kondizzjoni kuntrattwali għandha tiġi vvalutata, billi titqies in-natura tal-prodotti li għalihom ġie konkluż il-kuntratt u billi ssir referenza, fil-waqt li jiġi konkluż il-kuntratt, għaċ-ċirkostanzi kollha preżenti waqt il-konklużjoni tal-kuntratt u għall-kondizzjonijiet l-oħra kollha tal-kuntratt jew ta' kuntratt ieħor li jiddependi fuqu dak tal-ewwel.
Emenda 176
Proposta għal direttiva
Artikolu 32 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.  Meta tkun qed tivvaluta l-ekwità ta' kondizzjoni kuntrattwali, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tqis ukoll il-mod li bih tfassal il-kuntratt u kif ġie kkomunikat lill-konsumatur mill-kummerċjant skont l-Artikolu 31 (1) u (2). Kondizzjoni li tkun ikkomunikata mill-kummerċjant fi ksur tal-obbligu ta' trasparenza impost bl-Artikolu 31 (1) u (2) tista' abbażi ta' dan biss titqies bħala żleali.
Emenda 177
Proposta għal direttiva
Artikolu 32 – paragrafu 3
3.  Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-valutazzjoni tas-suġġett ewlieni tal-kuntratt jew għall-adegwatezza tal-ħlas previst għall-obbligu kuntrattwali ewlieni tal-kummerċjant, bil-kondizzjoni li l-kummerċjant jikkonforma kompletament mal-Artikolu 31.
3.  Il-paragrafi 1, 2, u 2a ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-valutazzjoni tas-suġġett ewlieni tal-kuntratt jew għall-adegwatezza tal-ħlas previst għall-obbligu kuntrattwali ewlieni tan-negozju, bil-kondizzjoni li n-negozju jikkonforma kompletament mal-Artikolu 31(1), (2) u (3).
Emenda 178
Proposta għal direttiva
Artikolu 33
Meta bejjiegħ jasserixxi li kondizzjoni kuntrattwali tkun ġiet innegozjata b'mod individwali, id-dmir tal-prova għandu jaqa' fuqu.
Meta n-negozju jasserixxi li l-klawżoli kuntrattwali jkunu ġew innegozjati b'mod individwali, jew li l-klawżola kuntrattwali hija f'konformità mar-rekwiżiti tat-trasparenza tal-Artikolu 31(1) u 31(2), id-dmir tal-prova għandu jaqa' fuqu.
Emenda 179
Proposta għal direttiva
Artikolu 34
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet kuntrattwali, hekk kif stipulati fil-lista tal-Anness II, jitqiesu bħala żleali fiċ-ċirkustanzi kollha. Dik il-lista ta' kondizzjonijiet kuntrattwali għandha tapplika fl-Istati Membri kollha u tista' tiġi emendata biss skont l-Artikoli 39(2) u 40.
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet kuntrattwali, hekk kif stipulati fil-lista tal-Anness II, jitqiesu bħala żleali fiċ-ċirkustanzi kollha.
2.  L-Istati Membri jistgħu jadottaw fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom klawżoli kuntrattwali addizzjonali li huma meqjusa żleali fiċ-ċirkustanzi kollha. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-klawżoli kuntrattwali li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1.
Il-Kummissjoni għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku b'mod li jkun faċilmenti aċċessibbli.
Emenda 180
Proposta għal direttiva
Artikolu 35
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kondizzjonijiet kuntrattwali, kif stipulati fil-lista fil-punt 1 tal-Anness III, jitqiesu bħala żleali, sakemm il-kummerċjant ma jagħtix prova li kondizzjonijiet kuntrattwali bħal dawn huma ġusti skont l-Artikolu 32. Dik il-lista ta' kondizzjonijiet kuntrattwali għandha tapplika fl-Istati Membri kollha u tista' tiġi emendata biss skont l-Artikoli 39(2) u 40.
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kondizzjonijiet kuntrattwali, kif stipulati fil-lista fil-punt 1 tal-Anness III, jitqiesu bħala żleali, sakemm il-kummerċjant ma jagħtix prova li kondizzjonijiet kuntrattwali bħal dawn huma ġusti skont l-Artikolu 32.
2.  L-Istati Membri jistgħu jiddisponu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom għal kundizzjonijiet kuntrattwali addizzjonali li huma meqjusa żleali. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kundizzjonijiet kuntrattwali li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1.
Il-Kummissjoni għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku b'mod li jkun faċilmenti aċċessibbli.
Emenda 181
Proposta għal direttiva
Artikolu 37
Kondizzjonijiet kuntrattwali li huma żleali ma jorbtux lill-konsumatur. Il-kuntratt għandu jissokta jorbot il-partijiet jekk jista' jibqa' fis-seħħ mingħajr kondizzjonijiet żleali.
Il-klawżoli kuntrattwali li huma żleali skont din id-Direttiva ma jorbtux lill-konsumatur skont il-liġi nazzjonali. Il-kuntratt għandu jissokta jorbot il-partijiet jekk jista' jibqa' fis-seħħ mingħajr kondizzjonijiet żleali.
Emenda 182
Proposta għal direttiva
Artikolu 38 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-interessi tal-konsumaturi u l-kompetituri, jeżistu mezzi adegwati u effettivi biex jipprevjenu l-użu ssuktat ta' kondizzjonijiet żleali f'kuntratti konklużi mal-konsumaturi mill-kummerċjanti.
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-interessi tal-konsumaturi u l-kompetituri, jeżistu mezzi adegwati u effettivi biex jipprevjenu l-użu ta' kondizzjonijiet żleali f'kuntratti konklużi mal-konsumaturi mill-kummerċjanti.
Emenda 184
Proposta għal direttiva
Artikolu 39
Artikolu 39
imħassar
Ir-reviżjoni tal-kondizzjonijiet fl-Annessi 2 u 3
1. l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kondizzjonijiet li nstabu li huma żleali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u li huma jqisu bħala relevanti għall-iskop tal-emendar ta' din id-Direttiva kif previst bil-paragrafu 2.
2.  Fid-dawl tan-notifiki li waslulha skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha temenda l-Anness II u III. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 40(2).
Emenda 185
Proposta għal direttiva
Artikolu 40
Artikolu 40
Il-Kumitat
imħassar
1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar kondizzjonijiet żleali fil-kuntratti tal-konsumatur (minn issa “l quddiem ”il-Kumitat“).
2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Emenda 186
Proposta għal direttiva
Artikolu 41 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mezzi adegwati u effettivi sabiex jiżguraw konformità ma' din id-Direttiva.
1.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li jeżistu mezzi adegwati u effettivi sabiex jiżguraw konformità mad-drittijiet tal-konsumaturi kif ipprovduti f'din id-Direttiva.
Emenda 187
Proposta għal direttiva
Artikolu 44
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adegwati biex jgħarrfu lill-konsumaturi dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u għandhom, fejn xieraq, iħeġġu lill-kummerċjanti u lis-sidien ta' kodiċijiet biex jgħarrfu lill-konsumaturi dwar il-kodiċijiet ta' kondotta tagħom.
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu miżuri adegwati biex jgħarrfu lill-konsumaturi u lill-kummerċjanti, speċjalment permezz ta' għodda tal-ICT u l-midja pubblika, dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u għandhom, fejn xieraq, iħeġġu lill-kummerċjanti u lis-sidien ta' kodiċijiet biex jgħarrfu lill-konsumaturi dwar il-kodiċijiet ta' kondotta tagħhom.
Amendment 188
Proposal for a directive
Artikolu 45
Il-konsumatur għandu jkun eżentat milli jieħu kwalunkwe kunsiderazzjoni f'każijiet ta' forniment mhux mitlub ta' prodott kif ipprojbit mill-Artikolu 5(5) u l-punt 29 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE. In-nuqqas ta' reazzjoni mill-konsumatur wara forniment mhux mitlub bħal dan ma għndux jikkostitwixxi kunsens.
Il-konsumatur għandu jkun eżentat milli jieħu kwalunkwe kunsiderazzjoni f'każijiet ta' forniment mhux mitlub ta' oġġetti jew provvediment ta' servizz kif ipprojbit skont l-Artikolu 5(5) u l-punt 29 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE. F'każijiet bħal dawn, in-nuqqas ta' reazzjoni mill-konsumatur wara forniment mhux mitlub bħal dan ma għndux jikkostitwixxi kunsens.
Emenda 189
Proposta għal direttiva
Artikolu 46 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.
imħassar
Emenda 190
Proposta għal direttiva
Artikolu 46 a (ġdid)
Artikolu 46a
Rappurtar u l-evalwazzjoni reċiproka mill-Istati Membri
1.  Sa [tmiem il-perjodu ta' traspożizzjoni], u wara dan kull tliet snin, l-Istati Membri għandhom jagħmlu rapport li għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a) it-test ta' kwalunkwe rekwiżit ta' informazzjoni addizzjonali qabel il-kuntratt li l-Istati Membri jadottaw jew iżommu skont l-Artikolu 9(5) u (6);
(b) it-test tad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali diverġenti li l-Istati Membri jadottaw jew iżommu skont l-Artikoli 12(4) u 13(2);
(c) it-test tad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali diverġenti li l-Istati Membri jadottaw jew iżommu skont l-Artikolu 22(2a);
(d) it-test tad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali diverġenti li l-Istati Membri jadottaw jew iżommu skont l-Artikoli 26(5b) u 28(5a);
(e) it-test tal-kondizzjonijiet kuntrattwali addizzjonali li l-Istati Membri jiddikjaraw bħala żleali fiċ-ċirkostanzi kollha skont l-Artikolu 34(1a);
(f) it-test tal-kondizzjonijiet kuntrattwali addizzjonali li l-Istati Membri jiddikjaraw li huma kondizzjonijiet preżunti inġusti skont l-Artikolu 35(1a);
(g) it-test ta' deċiżjonijiet ta' importanza fundamentali – flimkien mar-raġunijiet għalihom – meħuda mill-qrati, entitajiet ta' arbitraġġ jew awtoritajiet amministrattivi kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
2.  Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun sottomess lill-Kummissjoni. Fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi (a) sa (e) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jispjegaw għaliex id-dispożizzjonijiet legali nazzjonali diverġenti huma adattati u proporzjonati biex jintlaħaq l-għan tad-Direttiva.
3.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni msemmija fil-punti (d) u (e) tal-paragrafu 1 tkun faċilment aċċessibbli għall-konsumaturi u l-kummerċjanti, inter alio permezz ta' website dedikat imwaqqaf u mantnut mill-Kummissjoni.
4.  Il-Kummissjoni għandha tgħaddi r-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 lill-Istati Membri l-oħra u lill-Parlament Ewropew, li fi żmien sitt xhur minn meta jirċevuhom għandhom jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom fir-rigward ta' kull wieħed minn dawn ir-rapporti. Fl-istess perjodu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati dwar dawn ir-rapporti.
Emenda 191
Proposta għal direttiva
Artikolu 46 b (ġdid)
Artikolu 46b
Rappurtar ta'aġenti li jipproteġu l-konsumaturi
Persuni jew organizzazzjonijiet li għandhom interess leġittimu fil-ħarsien tal-konsumaturi skont il-liġi nazzjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 38(2) għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-konklużjonijiet li waslu għalihom mill-evalwazzjoni tal-applikazzjoni u l-impatt ta' din id-Direttiva fuq id-drittijiet tal-konsumatur u l-funzjonament tas-suq intern.
Emenda 192
Proposta għal direttiva
Artikolu 46 c (ġdid)
Artikolu 46c
Rappurtar mill-Kummissjoni u rieżami
Sa [sena wara l-perijodu ta' traspożizzjoni], u kull tliet snin wara, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport komprensiv dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jqis l-informazzjoni miġbura l-Artikolu 46a(4) u l-Artikolu 46b. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat fejn jista' jkun minn proposti leġislattivi biex din id-Direttiva tiġi adattata għall-iżviluppi fil-qasam tad-drittijiet tal-konsumatur.
Emenda 193
Proposta għal direttiva
Artikolu - 47 (ġdid)
Direttiva 2002/65/KE
Artikolu -47
Emenda għad-Direttiva 2002/65/KE
L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2002/65/KE għandu jinbidel b'dan li ġej:
(a) 'kuntratt mill-bogħod” tfisser kwalunkwe kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur għall-forniment ta' prodott jew servizz taħt skema organizzata ta' bejgħ jew provista ta' servizzi b'distanza fejn il-kummerċjant u l-konsumatur, għall-konklużjoni tal-kuntratt, ma jkunux preżenti fl-istess ħin fiżikament, iżda, pjuttost, jagħmlu użu esklussiv minn mezz wieħed jew aktar ta' komunikazzjoni mill-bogħod;.
Emenda 194
Proposta għal direttiva
Artikolu 47 – paragrafu 1
Id-Direttivi 85/577/KEE, 93/13/KEE u 97/7/KE u d-Direttiva 1999/44/KE, kif emendati bid-Direttivi elenkati fl-Anness IV, huma rrevokati.
Id-Direttivi 85/577/KEE, 93/13/KEE u 97/7/KE u d-Direttiva 1999/44/KE, kif emendati bid-Direttivi elenkati fl-Anness IV, huma mħassra minn [data tat-traspożizzjoni].
Emenda 195
Proposta għal direttiva
Artikolu 48
Artikolu 48
Ir-reviżjoni
imħassar
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill mhux aktar tard minn [daħħal l-istess data bħal dik fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 46(1) u żid ħames snin].
Jekk hemm bżonn, għandha tagħmel proposti biex tadattaha għall-iżviluppi fil-qasam. Il-Kummissjoni tista' tirrikjedi informazzjoni mill-Istati Membri.
(Ara l-emenda għall-Artikolu 46 c)
Emenda 196
Proposta għal direttiva
Artikolu 48 a (ġdid)
Artikolu 48a
Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tadotta proposta għal Regolament dwar kuntratti mill-bogħod u dawk li jsiru barra mill-post tan-negozju, li minnu jkunu eżentati s-servizzi tat-trasport u tas-saħħa.
Emenda 197
Proposta għal direttiva
Anness I – Parti A
A.  L-informazzjoni li trid tingħata mal-formola tal-irtirar
A.   Mudell ta' istruzzjonijiet dwar l-irtirar
1.  L-isem, l-indirizz ġeografiku u l-indirizz elettroniku tal-kummerċjant li għandu trid tintbagħat il-formola tal-irtirar.
Dritt għall-irtirar
2.  Dikjarazzjoni li l-konsumatur għandu dritt ta' rtirar mill-kuntratt u li dan id-dritt jista' jiġi eżerċitat billi tintbagħat il-formola tal-irtirar ta' hawn isfel f'mezz li jdum iservi lill-kummerċjant imsemmi fil-paragrafu 1:
Għandek perjodu ta' erbatax-il jum kalendarju biex tirrevoka dan il-kuntratt mingħajr ma tagħti raġuni, b'mezz li jservi għal żmien twil [jew, jekk tirċievi l-oġġetti qabel ma jiskadi l-perjodu, billi tibgħathom lura].
(a) għal kuntratti “l barra mill-post tan-negozju, fi żmien erbatax-il jum war l-firma tiegħu tal-formola tal-ordni;
Il-perjodu għall-irtirar għandu jibda [meta wieħed jirċievi l-merkanzija ordnata] (1). Il-[jum li fih wieħed jirċievi l-merkanzija] (2) m'għandux jingħadd bħala parti mill-perjodu għall-irtirar. Jekk l-aħħar jum tal-perjodu jinzerta btala, is-Sibt jew il-Ħadd, il-perjodu jintemm fil-jum tax-xogħol li jmiss.
Il-perjodu għall-irtirar għandu jitqies osservat jekk in-notifika ta' rtirar tintbagħat, jew jintbagħtu l-prodotti qabel id-data ta' skadenza. Wieħed għandu jkun jista' jagħti prova li l-prodotti jew in-notifika ntbagħtu qabel l-iskadenza tal-perjodu tal-irtirar (pereżempju permezz ta' irċevuta postali).
(b) għal kuntratti ta' bejgħ mill-bogħod, fi żmien erbatax-il jum wara l-pussess materjali tal-prodotti mill-konsumatur jew minn parti terza, minbarra min qed iwassalhom u indikata mill-konsumatur;
L-avviż tal-irtirar għandu jintbagħat fuq mezz li jservi għal żmien twil (pereżempju bħala ittra bil-posta) (3) lil: (4). Il-konsumatur jista' juża l-formola ta' hawn taħt, iżda mhijiex obbligatorja.
(c) għal kuntratti ta' servizz mill-bogħod:
L-effetti tal-irtirar
- fi żmien erbatax-il jum wara l-konklużjoni tal-kuntratt, fejn il-konsumatur ma jkunx ta l-kunsens espress tiegħu biex tibda l-eżekuzzjoni tal-kuntratt qabel it-tmiem ta' dan il-perjodu ta' erbatax-il jum;
Biex l-irtirar ikun validu għandek tirritorna l-oġġetti [għas-spejjeż tagħna](5) fi żmien erbatax-il jum minn mindu tkun bgħatt l-avviż tal-irtirar. Il-perjodu għar-rimbors tiegħek jibda minn meta aħna nirċievu l-avviż tal-irtirar min-naħa tiegħek jew l-oġġetti. Il-ġurnata li fiha nirċievu l-avviż tal-irtirar ma tgħoddx bħala parti mill-perjodu għar-rimbors. Jekk l-aħħar jum ta' dan il-perjodu jinzerta btala, is-Sibt jew il-Ħadd, il-perjodu jintemm fil-jum tax-xogħol li jmiss.
- fi żmien perjodu li jispiċċa meta tibda l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, fejn il-konsumatur ma jkunx ta l-kunsens espress tiegħu biex tibda l-eżekuzzjoni tal-kuntratt qabel it-tmiem tal-perjodu ta' erbatax-il jum.
Jekk ma tistax tibgħat l-oġġetti rċevuti lura fil-kundizzjoni oriġinali tagħhom, inti responsabbli għat-telf ta' valur tagħhom. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika biss jekk it-telf fil-valur jista' jiġi attribwit għall-fatt li l-oġġetti ġew ittrattati b'mod ieħor għajr dak meħtieġ biex tiġi aċċertata n-natura, il-kwalitajiet u l-funzjonament tagħhom. Tista' tipprevjeni d-deterjorazzjoni billi tastjeni milli tuża l-oġġetti bħalli kieku kienu proprjetà tiegħek stess u billi tevita kwalunkwe forma ta' trattament li jista' jnaqqas il-valur tagħhom.
3.  Għall-kuntratti kollha ta' bejgħ, dikjarazzjoni li tinforma lill-konsumatur dwar il-limiti ta' żmien u l-modalitajiet biex jintbagħtu lura l-prodotti lill-kummerċjant u l-kondizzjonijiet għar-rimbors skont l-Artikoli 16 u 17(2).
Fil-każ ta' rtirar validu, irridu nagħtu r-rimborż fi żmien 14-il jum għal kwalunkwe ħlas li tkun għamilt lilna. Il-perjodu għar-rimbors jibda meta aħna nirċievu l-avviż tiegħek tal-irtirar. Il-ġurnata li fiha nirċievu l-avviż tal-irtirar ma tgħoddx bħala parti mill-perjodu għar-rimbors. Jekk l-aħħar jum ta' dan il-perjodu jinzerta btala, is-Sibt jew il-Ħadd, il-perjodu jintemm fil-jum tax-xogħol li jmiss.
4.  Għal kuntratti mill-bogħod konklużi fuq l-Internet, dikjarazzjoni li l-konsumatur jista' jimla b'mod elettroniku u jressaq formola standard tal-irtirar minn fuq il-websajt ta' kummerċjant u li huwa se jirċievi nota ta' konferma ta' formola tal-irtirar bħal din mill-kummerċjant permezz tal-posta elettronika mingħajr dewmien.
Aħna nistgħu nissuġġettaw ir-rimborż ta' ħlasijiet għall-kundizzjoni li nkunu rċevejna l-oġġetti li ntbagħtu lura.
5.  Dikjarazzjoni li l-konsumatur jista' juża l-formola tal-irtirar stipulata fil-Parti B.
Suġġerimenti ta' formular alternattiv:
(1)  Fil-każijiet speċifiċi li ġejjin, it-test fil-parentesi għandu jkun kif indikat:
fil-każ tal-kuntratti mill-bogħod jew kuntratti konklużi barra mill-post tan-negozju għall-provvista ta' servizzi: “mill-jum tal-konklużjoni tal-kuntratt jew fil-jum li fih inti tirċievi
kopja tal-kuntratt iffirmat fuq mezz li jservi għal żmien twil, fil-każijiet fejn dan ma jseħħx fil-jum tal-konklużjoni tal-kuntratt“.
(2)  Fil-każijiet speċifiċi li ġejjin, it-test fil-parentesi għandu jkun kif indikat:
fil-każ tal-kuntratti mill-bogħod jew kuntratti konklużi barra mill-post tan-negozju għall-provvista ta' servizzi: “tal-konklużjoni tal-kuntratt jew il-jum li fih tirċievi kopja tad-dokument iffirmat tal-kuntratt b'mezz li jservi għal żmien twil, fil-każijiet fejn dan ma jseħħx fil-jum tal-konklużjoni tal-kuntratt”.
(3)  Fil-każ ta' kuntratti mill-bogħod, għandu jiddaħħal test addizzjonali kif ġej:
(a) jekk il-kummerċjant jippermetti lill-konsumatur biex jirtira mill-kuntratt permezz ta' imejl: “jew bil-posta elettronika”;
(b) jekk il-kummerċjant jippermetti lill-konsumatur biex jimla mudell ta' formola tal-irtirar b'mod elettroniku fuq websajt: “jew permezz tal-websajt tagħna”.
(4)  Għandu jiddaħħal: isem il-kummerċjant u l-indirizz tan-negozju. Fil-każ tal-kuntratti mill-bogħod, dan li ġej għandu wkoll jiġi indikat: l-imejl u / jew l-indirizz tal-websajt tal-kummerċjant li l-konsumatur jista' juża biex jirtira mill-kuntratt.
(5)  Jekk il-prezz tal-oġġett li jrid jiġi rritornat ma jkunx ta' aktar minn EUR 40, it-test fil-parentesi għandu jkun kif ġej: “spejjeż tiegħek”.
Emenda 198
Proposta għal direttiva
Anness I – parti B
(imla u rritorna din il-formola fil-każ biss li tixtieq tirtira mill-kuntratt)
Lil:
Lil: (isem il-kummerċjant, l-indirizz tan-negozju u, fejn xieraq, l-imejl tal-kummerċjant) (*)
Jien/Aħna* permezz ta' dan ta' hawnhekk niddikjara(w) li Jien/Aħna* nirtira(w) mill-kuntratt ta' bejgħ tiegħi/tagħna* tal-prodotti li ġejjin*/tal-forniment tas-servizz li ġej*
Jien/Aħna** permezz ta' dan ta' hawnhekk niddikjara(w) li Jien/Aħna** nirtira(w) mill-kuntratt ta' bejgħ tiegħi/tagħna** tal-prodotti li ġejjin*/tal-forniment tas-servizz li ġej**
Li kien(u) ordnat(i) fi*/li wasal/waslu fi*
Li kien(u) ordnat(i) fi():
Isem il-konsumatur(i)
Isem (ismijiet) tal-konsumatur(i) ():
L-indirizz tal-konsumatur(i)
L-indirizz(i) tal-konsumatur(i) ():
Il-firma tal-konsumatur(i) (fil-każ biss li din il-formola hija notifikata bil-kitba)
Firma (firem) tal-konsumatur(i) (biss jekk din il-formola tintbagħat fuq karta) ():
Id-data
Id-data ():
*Aqta' fejn xieraq.
(*) Tiddaħħal mill-kummerċjant qabel ma jagħti l-formola lill-konsumatur.
(**) Ħassar fejn mhux applikabbli.
() Għandha tintela mill-konsumatur(i).
Emenda 199
Proposta għal direttiva
Anness II – paragrafu 1 – punt a a (ġdid)
(aa) li jeskludu jew jillimitaw ir-responsabbiltà tal-kummerċjant għal ħsara fil-proprjetà tal-konsumatur ikkawżata deliberatament jew bħala riżultat ta' negliġenza kbira permezz ta' att jew ommissjoni mill-kummerċjant;
Emenda 201
Proposta għal direttiva
Anness II – paragrafu 1 – punt c a (ġdid)
(ca) li jagħtu l-ġurisdizzjoni esklużiva għat-tilwim kollu li joriġina mill-kuntratt lill-post fejn huwa stabbilit il-kummerċjant sakemm il-qorti magħżula ma tkunx ukoll il-qorti għall-post fejn il-konsumatur huwa domiċiljat;
Emenda 202
Proposta għal direttiva
Anness III – paragrafu 1 – punt a a (ġdid)
(aa) li jagħmlu vinkolanti għall-konsumatur obbligu li jkun suġġett għal kundizzjoni li l-issodisfar tagħha jiddependi unikament mill-intenzjoni tal-kummerċjant;
Emenda 203
Proposta għal direttiva
Anness III – paragrafu 1 – punt c a (ġdid)
(ca) li jġiegħlu konsumatur jixtri oġġetti jew servizzi anċillari mhux riklamati fil-prezz tal-kuntratt ewlieni;
Emenda 204
Proposta għal direttiva
Anness III – paragrafu 1 – punt c b (ġdid)
(cb) li japplikaw ħlasijiet kontinġenti, bħal penali għall-ksur tal-kondizzjonijiet kuntrattwali, li huma sproporzjonati b'mod ċar għall-ispejjeż imġarrba mill-kummerċjant minħabba l-ksur tal-kondizzjonijiet;
Emenda 205
Proposta għal direttiva
Anness III – paragrafu 1 – punt d a (ġdid)
(da) li jeskludu jew ixekklu d-dritt tal-konsumatur li jitlob u jawtorizza lil parti terza tikkonkludi kuntratt bejn il-konsumatur u l-kummerċjant u/jew li jieħdu passi li huma maħsuba biex iwasslu għall-konlużjoni ta' kuntratt bejn il-konsumatur u l-kummerċjant, jew biex jiffaċilitawha.
Emenda 206
Proposta għal direttiva
Anness III – paragrafu 1 – punt e
(e) li jippermettu l-kummerċjant li jittermina kuntratt ta' żmien indefinit mingħajr avviż raġonevoli ħlief meta l-konsumatur ikun wettaq ksur serju tal-kuntratt;
(e) li jippermettu n-negozju jittermina kuntratt ta' tul indeterminat mingħajr avviż raġonevoli, ħlief meta jkun hemm raġunijiet serji biex dan isir; dan ma jaffettwax il-kondizzjonijiet f'kuntratti ta' servizzi finanzjarji meta jkun hemm raġuni valida, sakemm il-fornitur jintalab jinforma lill-parti kontraenti l-oħra dwar dan minnufih;
Emenda 207
Proposta għal direttiva
Anness III – paragrafu 1 – punt g
(g) li jippermetti lill-kummerċjant li jżid il-prezz miftiehem mal-konsumatur meta l-kuntratt ġie konkluż mingħajr ma l-konsumatur jingħata d-dritt li jittermina l-kuntratt;
(g) jekk il-prezz tal-oġġetti jew ta' assi oħra għandu jiġi determinat mal-kunsinna jew il-forniment jew ikun permess lin-negozju li jżid il-prezz miftiehem mal-konsumatur meta l-kuntratt ġie konkluż mingħajr ma l-konsumatur jingħata d-dritt li jittermina l-kuntratt jekk il-prezz ogħla jkun għoli wisq meta mqabbel mal-prezz miftiehem fil-konklużjoni tal-kuntratt; dan ma jaffettwax il-klawżoli tal-indiċjar tal-prezzijiet, fejn legali, sakemm il-metodu li bih ivarjaw il-prezzijiet jiġi deskritt b'mod espliċitu;
Emenda 208
Proposta għal direttiva
Anness III – paragrafu 1 – punt k
(k) li jippermettu l-kummerċjant sabiex unilateralment ibiddel il-kondizzjonijiet tal-kuntratt inklużi l-karatteristiċi tal-prodott jew servizz;
(k) li jippermettu l-kummerċjant sabiex unilateralment ibiddel il-kondizzjonijiet tal-kuntratt inklużi l-karatteristiċi tal-prodott jew servizz mingħajr raġuni valida li hija speċifikata fil-kuntratt; dan ma jaffettwax il-kondizzjonijiet li bihom fornitur ta' servizzi finanzjarji jirriserva d-dritt li jibdel ir-rata tal-imgħax li għandha titħallas mill-konsumatur jew dovuta lilu, jew l-ammont ta' imposti oħra għal servizzi finanzjarji bla avviż fejn ikun hemm raġuni valida, sakemm il-fornitur ikun meħtieġ jinforma lill-konsumatur mal-ewwel opportunità u l-konsumatur ikun liberu li jxolji r-relazzjoni kuntrattwali immedjatament; lanqas ma jaffettwa l-kondizzjonijiet li taħthom kummerċjant jirriserva d-dritt li jbiddel unilateralment il-kondizzjonijiet ta' kuntratt ta' żmien indefinit, sakemm il-kummerċjant ikun obbligat jinforma lill-konsumatur u javżah fi żmien raġonevoli, u li l-konsumatur ikun liberu li jittermina r-relazzjoni kuntrattwali;
Emenda 209
Proposta għal direttiva
Anness III – paragrafu 1 – punt 1 a (ġdid)
(la) li jippermettu li kummerċjant, meta dak li jkun ġie ordnat ma jkunx disponibbli, iforni prodott ekwivalenti bla ma jkun avża b'mod ċar lill-konsumatur dwar din il-possibbiltà u dwar il-fatt li kummerċjant irid iġarrab l-ispejjeż tal-prodott li jkun irritorna l-konsumatur skont il-kuntratt jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt li jirtira.
Emenda 210
Proposta għal direttiva
Anness III – paragrafu 2
2.  Il-Punt 1(e) ma għandux japplika għal termini li bihom fornitur ta' servizz finanzjarju jirriserva d-dritt li jittermina b'mod unilaterali kuntratt ta' żmien indefinit mingħajr ma javża, bil-kondizzjoni li l-fornitur huwa obbligat jinforma l-parti kontraenti l-oħra jew il-partijiet tagħha minnufih.
imħassar
Emenda 211
Proposta għal direttiva
Anness III – paragrafu 3 – punt c a (ġdid)
(ca) kuntratti ta' ġiti kollox inkluż irregolati mid-Direttiva 90/314/KEE
Emenda 212
Proposta għal direttiva
Anness III – paragrafu 4 – parti introduttorja
4.  Il-Punt 1(k) ma għandux japplika għal
4.  Il-Punt 1(e), (g) u (k) ma għandux japplika għal
Emenda 213
Proposta għal direttiva
Anness III – paragrafu 4 – punt a
(a) kondizzjonijiet li fihom fornitur ta' servizzi finanzjarji jirriserva d-dritt li jibdel ir-rata tal-imgħaxx li għandha titħallas mill-konsumatur jew dovuta lilu, jew l-ammont ta' imposti oħra għal servizzi finanzjarji bla avviż fejn ikun hemm raġuni valida, sakemm dak il-fornitur ikun meħtieġ jinforma lil parti jew partijiet kontraenti oħra tagħhom mal-ewwel opportunità u li dawn tal-aħħar ikunu liberi li jxolju l-kuntratt immedjatament;
imħassar
Emenda 214
Proposta għal direttiva
Anness III – paragrafu 4 – punt b
(b) tranżazzjonijiet f'titoli trasferibbli, strumenti finanzjarji u prodotti jew servizzi oħra fejn il-prezz ikun marbut mal-varjazzjonijiet fi kwotazzjoni tal-borsa jew indiċi jew rata tas-suq finanzjarju li l-fornitur ma jikkontrollax;
imħassar
Emenda 215
Proposta għal direttiva
Anness III – paragrafu 4 – punt d
(d) kondizzjonijiet li taħthom il-kummerċjant jirriserva d-dritt li jbiddel unilateralment il-kondizzjonijiet ta' kuntratt ta' żmien indefinit, bil-kondizzjoni li huwa obbligat jinforma lill-konsumatur u javżah fi żmien raġonevoli u li l-konsumatur ikun liberu li jittermina l-kuntratt.
imħassar

(1) Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat skont l-Artikolu 55(2), it-tieni paragrafu (A7-0038/2011).


Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni ***I
PDF 289kWORD 36k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 460/2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni f'dak li jirrigwarda l-perjodu effettiv (COM(2010)0520 – C7-0297/2010 – 2010/0274(COD))
P7_TA(2011)0117A7-0039/2011

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0520),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0297/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta' Diċembru 2010(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0039/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' Marzu 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 460/2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni f'dak li jirrigwarda l-perjodu effettiv

P7_TC1-COD(2010)0274


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 580/2011.)

(1) ĠU C 54, 19.2.2011, p. 35.


Is-sitwazzjoni fil-Ġappun, inklużi l-allarmi rigward l-impjanti nukleari
PDF 194kWORD 31k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2011 dwar is-sitwazzjoni fil-Ġappun, b'mod partikolari l-istat ta' allarm fl-impjanti nukleari
P7_TA(2011)0118B7-0224/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċeduri tiegħu,

A.  billi jitqiesu t-terrimot devastanti u t-tsunami li laqtu lill-Ġappun u r-reġjun Paċifiku fil-11 ta' Marzu 2011, li rriżultaw f'eluf ta' mejtin u nies mitlufin u ħafna ħsarat materjali,

B.  billi din il-katastrofi wasslet għal inċident nukleari li gravi ħafna li affettwa l-impjant nukleari ta' Fukushima u li jikkostitwixxi theddida ġdida,

C.  billi d-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru Ġappuniż, Naoto Kan, li skontu l-pajjiż qed jaffaċċja l-aktar kriżi serja tiegħu f'dawn l-aħħar 65 sena, minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija,

1.  Jesprimi l-akbar solidarjetà tiegħu mal-poplu Ġappuniż u l-gvern tiegħu u jgħaddi l-kondoljanzi lill-vittmi ta' din il-katastrofi tripla, filwaqt li l-għadd ta' mwiet u l-ħsarat materjali għadhom ma ġewx għal kollox evalwati; jikkumplimenta l-mobilizzazzjoni, il-kuraġġ u d-determinazzjoni tal-poplu Ġappuniż u tal-awtoritajiet li qed jaffaċċjaw din il-katastrofi;

2.  Jitlob lill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha biex b'mod prijoritarju jibagħtu lejn il-Ġappun u r-reġjuni milquta l-għajnuna kollha u l-appoġġ neċessarji fil-livelli umanitarju, tekniku u finanzjarju u jifraħ għall-fatt li l-Unjoni ħaddmet immedjatament il-mekkaniżmu tagħha ta' protezzjoni ċivili sabiex tiġi kkoordinata l-għajnuna ta' emerġenza tagħha;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet Ġappuniżi.


Eżerċizzju tad-drittijiet tal-Parlament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (interpretazzjoni tal-Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura)
PDF 192kWORD 27k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2011 dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Parlament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (interpretazzjoni tal-Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-ittra tat-22 ta' Marzu 2011 tal-President tal-kumitat dwar l-affarijiet kostituzzjonali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 211 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  jiddeċiedi li japplika l-interpretazzjoni li ġejja dwar l-Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu:"

L-Artikolu 90, paragrafu 6, jistabilixxi proċedura speċifika għad-deċiżjoni tal-Parlament dwar l-eżerċitar tad-dritt li l-Qorti tal-Ġustizzja tintalab, skont l-Artikolu 218 paragrafu 11 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tagħti opinjoni dwar il-kompatibbiltà ta' xi ftehima internazzjonali mat-trattati. Din id-dispożizzjoni hija ‘lex specialis’ li tipprevali fuq ir-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 128.

Meta il-Parlament jeżerċita d-dritt tiegħu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-att in kwistjoni ma jkunx kopert bl-Artikolu 128, il-proċedura stipulata f'dan l-Artikolu tapplika b'analoġija.

"

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament, għall-informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Avviż legali - Politika tal-privatezza