Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0062(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0208/2011

Testi mressqa :

A7-0208/2011

Dibattiti :

PV 05/07/2011 - 15
CRE 05/07/2011 - 15

Votazzjonijiet :

PV 06/07/2011 - 6.5
CRE 06/07/2011 - 6.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0325

Testi adottati
PDF 293kWORD 44k
L-Erbgħa, 6 ta' Lulju 2011 - Strasburgu
L-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar reati tat-traffiku marbuta mas-sikurezza fit-toroq ***II
P7_TA(2011)0325A7-0208/2011
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bl-għan li tiġi adottata d-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni fir-rigward ta' reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq (17506/1/2010 – C7-0074/2011 – 2008/0062(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari(17506/1/2010 - C7-0074/2011)),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2008)0151),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-22 ta' Ġunju 2011, li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(8)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat tat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0208/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni mehmużin ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 45 E, 23.2.2010, p. 149.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari tas-6 Lulju 2011 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni fir-rigward ta' reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq
P7_TC2-COD(2008)0062

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2011/82/UE.)


ANNESS

Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill dwar tabelli ta' korrelazzjoni

Il-qbil milħuq bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fit-trilogu tal-20 ta' Ġunju 2011, dwar il-proposta għal Direttiva li tiffaċilita l-infurzar transkonfinali fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq ma jippreġudikax l-eżitu tad-diskussjonijiet interistituzzjonali li jinsabu għaddejjin dwar tabelli ta' korrelazzjoni.“

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-tabelli ta' korrelazzjoni

Il-Kummissjoni tfakkar fl-impenn tagħha biex tiggarantixxi li l-Istati Membri jistabbilixxu tabelli ta' korrelazzjoni li jorbtu l-miżuri li huma jadottaw mad-direttiva tal-UE u jikkomunikawhom lill-Kummissjoni fil-qafas tat-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE, fl-interess taċ-ċittadini, tat-tfassil aħjar tal-liġijiet u tat-trasparenza legali akbar u sabiex il-verifika tal-konformità tar-regoli nazzjonali mad-dispożizzjonijiet tal-UE tiġi ffaċilitata.

Il-Kummissjoni jiddispjaċiha għan-nuqqas ta' appoġġ għad-dispożizzjoni inkluża fil-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva li tiffaċilita l-infurzar transkonfinali fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq, li kellha l-għan li tagħmel obbligatorju l-ħolqien ta' tabelli ta' korrelazzjoni.

Il-Kummissjoni, fi spirtu ta' kompromess u bil-għan li tiżgura l-adozzjoni immedjata ta' dik il-proposta, tista' taċċetta li d-dispożizzjoni obbligatorja dwar it-tabelli ta' korrelazzjoni inkluża fit-test tiġi ssostitwita bi premessa relevanti li tinkuraġġixxi lill-Istati Membri jsegwu din il-prattika.

Madankollu, il-pożizzjoni meħuda mill-Kummisjsoni f'dan id-dossier m'għandhiex titqies bħala preċedent. Il-Kummissjoni se tkompli bl-isforzi tagħha sabiex, flimkien mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill, issib soluzzjoni xierqa għal din il-kwistjoni istituzzjonali orizzontali.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-linji gwida għas-sikurezza fit-toroq

Il-Kummissjoni għandha teżamina l-ħtieġa li tiżviluppa linji gwida fil-livell tal-UE sabiex tiżgura konverġenza akbar fl-infurza tar-regoli tat-traffiku tat-triq mill-Istati Membri permezz ta' metodi, prattiki, standards u l-frekwenza ta' kontrolli komparabbli , b'mod partikolari rigward sewqan eċċessiv, sewqan taħt l-influwenza tax-xorb, in-nuqqas tal-użu taċ-ċinturin tas-sikurezza u l-qbiż tad-dawl l-aħmar.

Avviż legali - Politika tal-privatezza