Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/0242(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0061/2011

Testi mressqa :

A7-0061/2011

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 07/07/2011 - 7.1
CRE 07/07/2011 - 7.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0332

Testi adottati
PDF 296kWORD 40k
Il-Ħamis, 7 ta' Lulju 2011 - Strasburgu
Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv (2012) ***I
P7_TA(2011)0332A7-0061/2011
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv (2012) (COM(2010)0462 – C7-0253/2010 – 2010/0242(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0462),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 153(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C7-0253/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits dwar il-kompatibilità finanzjarja tal-proposta,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2010(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-18 ta' Mejju 2011, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 38 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0061/2011),

1.  Adotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 51, 17.2.2011, p.55.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tas-7 ta' Lulju 2011 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni .../2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet (2012)
P7_TC1-COD(2010)0242

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 940/2011/UE.)


ANNESS

Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-baġit

Skont l-Artikolu 8, l-allokazzjoni finanzjarja għall-implimentazzjoni tas-Sena Ewropa hija ta' mhux inqas minn EUR 5 000 000. EUR 2.3 miljun se jintużaw mill-baġit għas-sena 2011 mingħajr ma jintużaw marġni disponibbli biex jiġu ffinanzjati partikolarment attivitajiet ta' komunikazzjoni u l-konferenzi tal-UE għas-Sena Ewropea, u mill-inqas EUR 2.7 miljun, li għandhom jiġu prijoritizzati mill-ġdid minn riżorsi eżistenti mingħajr ma jintużaw il-marġni eżistenti, se jkunu riżervati u jsiru viżibbli fil-linja baġitarja fl-abbozz ta' baġit għall-2012.

Avviż legali - Politika tal-privatezza