Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta' Riżorsi tas-Sajd f'Ibħra Miftuħa fin-Nofsinhar tal-Oċean Paċifiku (08135/2011 – C7-0098/2011 – 2011/0047 (NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (08135/2011),
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta' Riżorsi tas-Sajd f'Ibħra Miftuħa fin-Nofsinhar tal-Oċean Paċifiku (08135/2011),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u t-tieni subparagrafu, punt a) tal-Artikolu 218(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0098/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 81 u l-Artikolu 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-sajd (A7-0274/2011),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-Konvenzjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni taħdem attivament f'dawk il-fora kollha, kemm internazzjonali u bilaterali, li għalihom jistgħu jattendu pajjiżi bi flotot b'interessi tas-sajd fir-reġjun kopert mill-Konvenzjoni, biex jippromwovu l-iffirmar, ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni, biex jitħaffef il-pass tad-dħul fis-seħħ tagħha;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-gvern ta' New Zealand, bħala d-depożitarju tal-Konvenzjoni.