Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0167(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0364/2010

Testi mressqa :

A7-0364/2010

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 05/04/2011 - 4.7
CRE 05/04/2011 - 4.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 13/09/2011 - 5.21
CRE 13/09/2011 - 5.21
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0126
P7_TA(2011)0363

Testi adottati
PDF 287kWORD 36k
It-Tlieta, 13 ta' Settembru 2011 - Strasburgu
Krediti ta' esportazzjoni b'sussidju uffiċjali ***I
P7_TA(2011)0363A7-0364/2010
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' ċerti linji gwida fil-qasam tal-krediti ta' esportazzjoni b'sussidju uffiċjali (COM(2006)0456 – C7-0050/2010 – 2006/0167(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0456),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tat-Trattat KE,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bl-isem “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0050/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenn magħti mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tad-29 ta' Ġunju 2011 li l-pożizzjoni tal-Parlament tiġi approvata, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0364/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(1);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Din il-pożizzjoni tieħu post l-emendi adottati fil-5 ta' April 2011 (Testi adottati P7_TA(2011)0126).


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' ċerti linji gwida fil-qasam tal-krediti ta' esportazzjoni b'sussidju uffiċjali u li tħassar id-deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/76/KE u 2001/77/KE
P7_TC1-COD(2006)0167

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1233/2011.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza