Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 5 ta' April 2011 - Strasburgu
Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Il-Polonja - Podkarpackie - Manifattura ta' makkinarju
 Il-flussi migratorji li joriġinaw mill-instabilità: ambitu u rwol tal-politika barranija tal-UE
 L-irwol tan-nisa fl-agrikoltura u ż-żoni rurali
 L-effiċjenza u l-effikaċja tal-finanzjament tal-UE fil-qasam tad-dekummissjonar tal-impjanti nukleari fl-Istati Membri l-ġodda
 Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Ir-Repubblika Ċeka - UNILEVER
 Il-kontroll tal-esportazzjonijiet ta' oġġetti u teknoloġiji b'użu doppju ***I
 Krediti ta' esportazzjoni b'sussidju uffiċjali ***I
 Qafas politiku ġdid tal-UE għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa

Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Il-Polonja - Podkarpackie - Manifattura ta' makkinarju
PDF 373kWORD 45k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/013 PL/makkinarju ta' Podkarpackie mill-Polonja) (COM(2011)0062 – C7-0056/2011 – 2011/2045(BUD))
P7_TA(2011)0120A7-0059/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0062– C7-0056/2011),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1) (Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(2) (ir-Regolament FEAG),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0059/2011),

A.   billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali globali u biex tgħinhom jerġgħu jiġu integrati fis-suq tax-xogħol,

B.   billi l-ambitu tal-FEAG twessa' temporanjament għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn għall-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,

C.   billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ġew issensjati għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista' jkun malajr u b'mod effiċjenti kemm jista' jkun, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 rigward l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-FEAG,

D.  billi l-Polonja talbet għajnuna fir-rigward ta' każijiet li jikkonċernaw 594 sensja (li 200 minnhom tqiegħdu fil-mira ta' għajnuna) fi tliet intrapriżi li joperaw fid-Diviżjoni 28, Reviżjoni 2 tan-NACE (manifattura ta' makkinarju u tagħmir) fir-reġjun NUTS II ta' Podkarpackie fil-Polonja,

E.  billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament FEAG,

1.  Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEAG; japprezza f'dan is-sens il-proċedura mtejba li bdiet titħaddem mill-Kummissjoni, wara t-talba tal-Parlament għar-rilaxx aċċellerat tal-għotjiet, bl-għan li tiġi ppreżentata lill-awtorità baġitarja l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta' applikazzjoni tal-FEAG flimkien mal-proposta biex jiġi mmobilizzat il-FEAG; jittama li jsir aktar titjib fil-proċedura fil-qafas tar-rieżamijiet imminenti tal-FEAG;

2.  Ifakkar fl-impenn li għandhom l-istituzzjonijiet li jassiguraw proċedura mgħaġġla u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEAG, biex jiġi pprovdut appoġġ individwali ta' darba u limitat fiż-żmien immirat biex jgħin lill-ħaddiema li ġew issensjati bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jiġbed l-attenzjoni fuq ir-rwol li jista' jwettaq il-FEAG biex il-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol; jitlob, madankollu, li ssir evalwazzjoni dwar l-integrazzjoni fiż-żmien twil ta' dawn il-ħaddiema fis-suq tax-xogħol bħala riżultat dirett tal-miżuri ffinanzjati mill-FEAG;

3.  Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament FEAG, għandu jkun żgurat li l-FEAG jappoġġa r-reintegrazzjoni fix-xogħol tal-ħaddiema individwali ssensjati; itenni li għajnuna mill-FEAG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta' ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;

4.  Jinnota li t-tagħrif pprovdut dwar il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEAG jinkludi tagħrif dwar il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta valutazzjoni kumparattiva ta' din id-data anki fir-rapporti annwali;

5.  Jilqa' l-fatt li wara talbiet ripetuti mill-Parlament, għall-ewwel darba l-baġit tal-2011 juri approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (ta' EUR 47 608 950) fil-linja baġitarja tal-FEAG 04 05 01; ifakkar li l-FEAG nħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u bl-iskadenzi tiegħu stess u li għalhekk jistħoqqlu allokazzjoni ddedikata, li tevita trasferimenti minn linji baġitarji oħra, kif ġara fl-imgħoddi, li hija xi ħaġa li tista' tkun ta' ħsara għall-ilħuq tal-bosta objettivi tal-politika;

6.  Japprova d-deċiżjoni mehmuża ma' din il-riżoluzzjoni;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/013 PL/Podkarpackie - manifattura ta' makkinarju)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2011/249/UE.)

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


Il-flussi migratorji li joriġinaw mill-instabilità: ambitu u rwol tal-politika barranija tal-UE
PDF 300kWORD 148k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2011 dwar il-flussi migratorji li joriġinaw mill-instabilità: ambitu u rwol tal-politika barranija tal-UE (2010/2269(INI))
P7_TA(2011)0121A7-0075/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 2006 li jistipula dispożizzjonijiet ġenerali li jistabbilixxu Strument Ewropew tal-Viċinanzi u ta' Sħubija(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1717/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Novembru 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Istabbiltà(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 dwar it-twaqqif ta' strument finanzjarju għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem mad-dinja kollha(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-koperazzjoni fl-iżvilupp(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta' Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja(5),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku, minn naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra, iffirmat fil-Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000(6),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (EEAS)(7),

–  - wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema migranti u tal-membri tal-familji tagħhom, adottata fit-18 ta' Diċembru 1990,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Ġinevra tat-28 ta' Lulju 1951 u l-Protokoll tal-31 ta' Jannar 1967 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati,

–  wara li kkunsidra l-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni adottat mill-Kunsill Ewropew fit-13 ta' Diċembru 2005, li jiddefinixxi d-dimensjoni esterna tal-politika ta' migrazzjoni u t-tliet prijoritajiet ewlenin tagħha, jiġifieri l-promozzjoni tal-migrazzjoni legali, it-taqbida għall-migrazzjoni irregolari u t-titjib tar-rabta bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp,

–  wara li kkunsidra l-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Asil adottat mill-Kunsill f'Ottubru 2008, l-Ewwel Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar l-Immigrazzjoni u l-Asil tal-2009 (COM(2010)0214) u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-segwitu mogħti lill-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Asil tat-3 ta' Ġunju 2010,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta Afrika-UE dwar il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp iffirmata f'Sirte fit-23 ta' Novembru 2006 li tenfasizza l-bżonn li l-Istati Afrikani u l-Istati Membri tal-UE jimpenjaw ruħhom fi sħubija bejn il-pajjiżi ta' oriġini, tranżitu u destinazzjoni bil-għan li tiġi ġestita aħjar il-migrazzjoni, filwaqt li titqies ir-rabta tagħha mal-iżvilupp,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-18 u d-19 ta' Ġunju 2009 dwar l-immigrazzjoni illegali,

–  wara li kkunsidra l-Programm ta' Stokkolma għall-2010-2014, il-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Asil, u l-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni – l-Implimentazzjoni tal-Programm ta' Stokkolma (COM(2010)0171),

–  wara li kkunsidra r-rapport tar-Rappreżentant Għoli u tal-Kummissjoni dwar il-Bidla fil-klima u s-Sigurtà Internazzjonali tal-14 ta' Marzu 2008, ir-rakkomandazzjonijiet relatati tat-18 ta' Diċembru 2008 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Diċembru 2009,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Konferenza Ministerjali “Bini ta' Sħubiji ta' Migrazzjoni” organizzata fi Praga fis-27 u fit-28 ta' April 2009,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali ta' Diċembru 2000 u l-protokolli tagħha,

–  wara li kkunsidra l-ftehim dwar aġenda ta' koperazzjoni bejn l-UE u l-Libja dwar il-migrazzjoni, li kienet iffirmata fl-4 ta' Ottubru 2010 fi Tripli mill-Kummissarju Malmström, il-Kummissarju Füle u, f'rappreżentanza tal-Libja, is-Sur Moussa Koussa, Segretarju tal-Kumitat Ġenerali tal-Poplu għar-Rabtiet Barranin u l-Koperazzjoni Internazzjonali, u s-Sur Yunis Al-Obeidi, Segretarju tal-Kumitat Ġenerali tal-Poplu għas-Sigurtà Pubblika,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Jannar 2011 lill-Kunsill dwar in-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar il-Ftehim ta' Qafas UE-Libja(8),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Tripli maħruġa fit-Tielet Samit Afrika-UE, li sar Tripli, il-Libja, fid-29 u t-30 ta' Novembru 2010,

–  wara li kkunsidra d-diskors mogħti mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Catherine Ashton, fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fl-4 ta' Mejju 2010, li fih saħqet dwar il-ħtieġa ta' approċċ komprensiv għall-ġestjoni tal-kriżijiet u għall-bini tal-paċi u aċċentwat ir-rabtiet evidenti bejn is-sigurtà, l-iżvilupp u l-jeddijiet tal-bniedem,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2009/50/KE tal- 25 ta' Mejju 2009 dwar il-kondizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijietta' impjieg bi kwalifiki għoljin (Direttiva tal-Karta l-Blu)(9),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Samit tas-Sħubija tal-Lvant li sar fi Praga fis-7 ta' Mejju 2009 u inawgura s-Sħubija tal-Lvant,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Settembru 2010 dwar it-tnaqqis tal-faqar u l-ħolqien tal-impjiegi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw: it-triq “il quddiem(10), b'mod partikulari l-paragrafi 71, 72 and 73 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar ir-Refuġjati Eritrej miżmuma ostaġġi fis-Sinaj(11),

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza mill-Konferenza “Lejn approċċ multidixxiplinari tal-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin, tal-azzjonijiet penali kontra t-traffikanti u tal-protezzjoni tal-vittmi” tas-27 ta' Jannar 2011,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 80 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jafferma li l-politiki relatati mall-kontrolli fil-fruntieri, l-asil u l-immigrazzjoni huma regolati mill-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà, inkluż l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħha bejn l-Istati Membri u li jeħtieġ li l-atti tal-Unjoni adottati skont dan il-kapitolu għandhom jinkludu l-miżuri xierqa għall-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0075/2011),

A.  billi l-instabilità politika, soċjali u ekonomika, in-nuqqas ta' sigurta, ir-repressjoni politika u r-reġimi awtoritarji huma fost l-iprem kaġunijiet għall-migrazzjoni, l-aktar il-migrazzjoni irregolari, billi ċċaħħad lill-komunitajiet milqutin minn prospetti lokali fattibbli, u għalhekk mill-jedd tal-għażla dwar il-migrazzjoni, b'hekk ħajjithom tkun f'riskju kostanti u tħallilhom biss bħala l-unika opzjoni l-migrazzjoni, bosta drabi dik irregolari; iqis li l-bidliet klimatiċi u d-degrad tal-ambjent jirrappreżentaw kawża dejjem ikbar tal-migrazzjonijiet,

B.  billi l-migrazzjoni li tirriżulta mill-instabilità hija dovuta b'mod partikolari għall-gwerra u l-kunflitti armati jew ir-riskji li dawn iseħħu, mill-abbużi tal-jeddijiet tal-bniedem - inklużi l-persekuzzjoni tal-oppożituri politiċi, tal-minoranzi, inklużi l-minoranzi reliġjużi, etniċi, u LGBTT, u tal-gruppi żvantaġġati jew il-limitazzjoni ta' jeddijiethom - mid-diżastri naturali u kkaġunati mill-bniedem, u n-nuqqas ta' prospetti ekonomiċi fattibbli u ta' struttura sostenibbli għall-garanzija tad-demokrazija u l-governanza tajba, u r-rispett għall-jeddijiet ċivili, politiċi, kulturali, ekonomiċi u soċjali u l-promozzjoni tagħhom,

C.  billi l-migrazzjoni, bħala fenomenu mxerred mad-dinja kollha, ikkontribwiet għall-iskambju ta' ideat iżda ġabet ukoll sfidi f'termini ta' integrazzjoni fis-soċjetajiet ospitanti, għaldaqstant ġabet magħha kemm arrikkiment kulturali u ekonomiku tal-Unjoni Ewropea kif ukoll kwestjonijiet ta' inklużjoni soċjali u adozzjoni; billi l-UE għandha bżonn immigrazzjoni sostanzjali iżda kkontrollata sabiex tiġi appoġġjata l-popolazzjoni li qed tixjieħ u jiġu indirizzati sfidi soċjali u ekonomiċi oħra,

D.   billi l-flussi migratorji bidlu r-rotot tagħhom fil-passat skont iż-żona li fiha ġiet applikata l-akbar pressjoni, iżda qatt ma waqqfu, u billi l-migrazzjoni ma tistax tiġi fi tmiemha iżda hemm il-probabilità li tiġi mibdula matul id-deċennji f'termini tal-iskala u l-kumplessità sabiex tiġi trattata biex nevitaw it-tbatija tal-bniedem,

E.   billi l-migrazzjoni legali hija proċess aqwa għall-individwi li qed ifittxu li jimxu mill-pajjiż tal-oriġini tagħhom lejn il-pajjiż riċeventi,

F.  billi l-pressjoni tal-flussi migratorji kkawżati mill-instabilità u li jieħdu l-forma tal-migrazzjoni illegali, qed tinħass ħafna aktar mill-Istati Membri jinstabu fil-fruntieri esterni tal-UE,

G.  billi l-ebda Stat Membru tal-Unjoni Ewropea ma rratifika l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema migranti u tal-membri tal-familji tagħhom; billi din tikkostitwixxi l-qafas ġuridiku internazzjonali l-aktar estiż għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiem migranti u tal-membri tal-familja tagħhom u billi din tiggwida lill-Istati fil-provvedimenti li għandhom jieħdu biex jirrispettaw il-jeddijiet tal-migranti huma u jiżviluppaw u jimplimentaw il-politiki relatati mal-migrazzjoni tal-ħaddiema,

H.  billi l-instabilità ekonomika għandha impatt partikolarment f'saħħtu fuq il-ġenerazzjonijiet żagħżugħa, in-nisa u l-minoranzi jew il-gruppi żvantaġġati li jisfaw mingħajr prospetti ta' impjieg u jistgħu aktar faċilment jaqgħu vittma tal-vjolenza, ir-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ mill-gruppi terroristiċi,

I.  billi l-bidliet klimatiċi huma marbuta mal-iskarsezza tal-ikel u tal-ilma, mad-deforestazzjoni u mad-degrad tal-art u kulma ma jmur qegħdin jiġu identifikati bħala theddida mill-ikbar għas-sigurtà u għall-istabilità internazzjonali,

J.  billi l-persuni mġiegħla iħallu djarhom minħabba diżastri fuq skala kbira kkaġunati mill-bidliet klimatiċi għandhom bżonn assistenza u protezzjoni; billi, iżda, il-leġiżlazzjoni eżistenti fil-qasam tar-refuġjati ma tirrikonoxxix id-dritt għall-protezzjoni internazzjnali għar-rifuġjati minħabba l-klima,

K.  billi f'xi reġjuni li huma l-aktar milqutin mill-bidliet klimatiċi u mit-telfien riżultanti tal-biodiversità, bħalma huwa s-Saħel, il-migrazzjoni saret l-unika forma ta' adattament għall-bidliet klimatiċi,

L.  billi wħud mill-migranti jafu jkunu wkoll applikanti għal asil u jistgħu potenzjalment isiru uffiċjalment rifuġjati rikonoxxuti,

M.  billi l-isfruttament tal-migrazzjoni irregolari tipperikola mhux biss ħajjet il-migranti imma ħafna drabi hija wkoll assoċjata mal-agħar abbużi tal-jeddijiet tal-bniedem, inklużi l-jasar, l-isfruttament sesswali, l-abbuż mill-minuri u l-vjolenza bejn is-sessi; billi l-azzjoni mill-UE għall-prevenzjoni ta' tali abbużi u għall-protezzjoni tal-migranti, inklużi l-migranti irregolari, f'sitwazzjonijiet ta' periklu għandha toktor ħalli tkun aktar effettiva,

N.  billi l-kuntrabandu ta' migranti tolqot kważi kull pajjiż tad-dinja; billi l-isfruttament tal-migrazzjoni irregolari, li b'xorti ħażina hija attività kummerċjali li tħalli l-qligħ għal dak imdaħħlin fil-kriminalità organizzata, jista' jkun ikkombinat mal-kutrabandu tal-armi u t-traffikar tal-bnedmin u d-drogi; billi l-isfruttament tal-migrazzjoni irregolari jista' jkun wieħed mill-għejun għall-finanzjament tal-gruppi radikali u terroristi u lill-migranti jġibhom vulnerabbli li jsiru vittmi tal-gruppi tal-kriminalità organizzata u n-netwerks estremisti,

O.   billi l-poltiki tal-UE għandhom jagħtu attenzioni partikulari għall-aktar migranti vulnerabbli, partikularment minuri mhux akkumpanjati,

P.  billi l-migrazzjoni irregolari għandha impatt fuq il-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-kapaċità ta' integrazzjoni kemm tal-pajjiżi riċeventi kemm ta' dawk ta' tranżitu; billi f'xi każijiet, fejn jidħlu l-pajjiżi ta' tranżitu, tista' tisfratta l-prospetti ta' sostenibilità u żvilupp tas-swieq lokali tax-xogħol u tiffomenta aktar l-instabilità,

Q.  billi t-tkattir demografiku li hu mistenni li jseħħ kemm fil-pajjiżi tal-oriġini kemm f'dawk ta' tranżitu, l-aktar fil-Magreb, fil-Maxreq u l-Afrika ta' Fuq f'sens usa“, jaf jolqot negattivament il-prospetti għat-tkabbir ekonomiku u għall-ħolqien tax-xogħol, b'hekk jaggrava l-qagħda soċjali u ekonomika f'dawk il-pajjiżi jekk ma jittiħdux id-deċiżjonijiet politiċi u ekonomiċi; billi dan, flimkien ma' assenza ta' prinċipji demografiċi se jikkawżaw tensjonijiet u instabilità interni, kif deher mid-dimostrazzjonijiet ta' dan l-aħħar fit-Tuneżija, fl-Alġerija, fl-Eġittu u bosta pajjiżi oħrajn tad-dinja Għarbija, u b'riżultat ta' dan se jwasslu f'żieda fil-flussi migratorji u jagħfsu aktar fuq il-kapaċità ta' integrazzjoni tal-pajjiżi riċeventi,

R.  billi l-UE, fid-dawl tat-tendenzi demografiċi attwali, l-UE għandha tirrifletti dwar kemm trid tiftaħ il-fruntieri tagħha għall-flussi migratorji minn pajjiżi tal-oriġini u ta' tranżitu biex ittaffilhom it-tensjonijiet demografiċi u soċjali interni, u b'hekk tgħinhom iżommu l-istabilità interna tagħhom, u dwar kemm jeħtiġilha tinvesti f'aġenda ekonomika mġedda għal dawn il-pajjiżi, inkluża aġenda li tkun tiffoka fuq l-investiment u l-ħolqien tal-impjiegi,

S.  billi għandhom jittieħdu miżuri biex jiġu evitati mewġiet ġodda ta' razziżmu u ksenofobija fil-pajjiżi li jirċievu u ta' tranżitu,

T.  billi l-migrazzjoni lejn l-UE hija biss parti mill-fenomenu usa' tal-migrazzjoni min-Nofsinhar lejn it-Tramuntana u min-Nofsinhar lejn in-Nofsinhar; billi l-fatt li l-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENP) huma ġeografikament qrib tal-UE u, fl-istess waqt, id-differenza ċara fl-istandards bejn il-liġijiet ta' migrazzjoni ta' xi pajjiżi tal-ENP u dawk tal-UE jistgħu joħolqu vantaġġ kompettiv għal dawk il-pajjiżi, billi jissaħħaħ l-istatus tagħhom ta' pajjiżi ta' tranżitu u jiġu limitati l-espożizzjoni u r-responsabilitajiet tagħhom bħala pajjiżi potenzjalment riċeventi,

U.  billi l-ENP għandha tappoġġja aktar attivament il-kapaċità tal-Istati ġirien tal-UE fil-ġestjoni tal-migrazzjoni,

V.  billi l-avvenimenti drammatiċi reċenti fl-Eġittu u f'pajjiżi oħra tal-Afrika ta' Fuq u tal-Lvant Nofsani x'aktarx li jżidu l-fluss lejn l-Ewropa kemm tal-migranti legali kif ukoll ta' dawk illegali,

W.  billi t-tensjonijiet bejn il-pajjiżi tal-oriġini u ta' tranżitu u bejn dawk li jirċievu u ta' tranżitu dwar il-ġestjoni tal-flussi migratorji jistgħu jisfaw ta' għajn ta' kunflitt potenzjali u n-nuqqas ta' ftehim fil-futur fl-assenza ta' politka ta' migrazzjoni aktar amornizzata, kordinata u effettiva, billi, madankollu, approċċ aktar koordinat u komprensiv lejn il-ġestjoni tal-migrazzjoni jista' jsaħħaħ ir-rispett għad-dinjità tal-migranti kollha li potenzjalment jistgħu jikkontribwixxu biex jiġu issodisfati l-ħtiġijiet ta' xogħol fil-pajjiżi ta' tranżitu u ta' destinazzjoni u jagħtu spinta lill-iżvilupp fil-pajjiżi tal-oriġini; billi approċċ aktar ikkordinat u komprensiv għall-ġestjoni tal-migrazzjoni għandu jiżgura rispett sħiħ għall-jeddijiet tal-bniedem tal-migranti li jkunu f'qagħdiet ta' periklu,

X.  billi meta jintbagħtu l-flus b'mod legali u trasparenti lura lejn il-pajjiż tal-oriġini jista' jkun hemm rwol potenzjalment pożittiv x'jintlagħab fit-tisdiq tal-iżvilupp ekonomiku, għandu jkun hemm attenzjoni partikolari għalbiex ikun żgurat il-jedd tal-migranti li jappoġġjaw lill-familji tagħhom u jinvestu fil-pajjiżi tagħhom,

Y.  billi jeħtieġ li l-Unjoni Ewropea tiżviluppa politika effiċjenti u għaqlija dwar il-migrazzjoni li tkun tixbaħ lill-politiki implimentati fil-Kanada, fl-Awstralja jew fi New Zealand; billi l-instabilità fir-reġjuni tal-viċinat tal-UE tipperikola l-ħolqien ta' tali politika,

Z.  billi l-politika barranija tal-UE tista' tikkomplementa pożittivament u ssaħħaħ il-politiki tal-UE dwar il-migrazzjoni, u għandha tindirizza l-għejun kollha tal-instabilità fil-pajjiżi tal-oriġini u tippersegwixxi djalogu attiv mal-pajjiżi ta' tranżitu dwar standards uniformi u msejsin fuq il-jeddijiet tal-bniedem għal-liġijiet nazzjonali tagħhom dwar il-migrazzjoni, u b'hekk jinħolqu kondizzjonijiet ugwali b'mod li kemm il-pajjiżi riċeventi kemm dawk ta' tranżitu jsegwu l-istess regoli u joffru lill-migranti l-istess livell ta' protezzjoni; billi l-livell differenti ta' żvilupp fil-pajjiżi ta' tranżitu jeħtieġ l-għoti ta' assistenza finanzjara tal-UE biex jgħinhom jilħqu standards paragunabbli għal dawk tal-UE,

AA.  billi l-VP/RGħ saħqet dwar l-importanza ta' approċċ komprensiv għall-kwestjonijiet ta' sigurta u stabilità, li permezz tagħhom l-istrateġiji ta' żvilupp u l-ħolqien ta' prospetti ekonomiċi sostenibbli jistgħu jikkomplementaw lil xulxin u jsaħħu aktar l-operazzjonijiet ta' żamma tal-paċi u ta' bini tal-paċi, u b'hekk jinħolqu l-kondizzjonijiet għall-istabilità u s-sigurtà fit-tul,

AB.  billi l-arkitettura ġdida tal-politika barranija mdaħħla bit-Trattat ta' Lisbona u l-ħolqien tal-EEAS jagħtu opportunità għall-iżvilupp ta' sinerġiji tabilħaqq siewja bejn il-politika barranija u l-politika tad-difiża, mill-banda l-waħda, u l-ENP u l-politika ta' koperazzjoni għall-iżvilupp, mill-banda l-oħra, bħala dimensjonijiet u strateġiji viċendevolment rafforzanti u interkonnessi; billi l-istruttura l-ġdida tippermetti wkoll li d-diplomazija kulturali jkollha rwol fl-azzjonijiet esterni tal-UE; billi tali sinerġiji għandhom diġà jitqiesu fl-istadju tal-programmazzjoni,

AC.  billi jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn il-migranti u l-persuni li jitolbu l-asil u r-rifuġjati,

1.  Jilqa' l-proposti riċenti tal-Kummissjoni dwar l-migrazzjoni legali għal dawk li mhux qed ifittxu l-asil u jħeġġiġha tiżviluppa aktar stumenti sabiex tiġi stabbilita poltika komuni ta' immigrazzjoni, sabiex tiġi ġestita l-migrazzjoni ekonomika bil-għan li jiġi promoss il-progress ekonomiku u soċjali fil-pajjiżi riċeventi, tat-tranżitu u ta' oriġini, sabiex titjieb il-koeżjoni soċjali billi titjieb l-integrazzjoni tal-migranti; jenfasizza l-ħtieġa ta' informazzjoni xierqa dwar il-possibilitajiet għall-immigrazzjoni legali lejn l-UE, sabiex tiġi evitata l-immigrazzjoni illegali, isir użu aħjar mill-iskemi tal-UE għall-immigrazzjoni legali, jiġu ċċarati l-perspettivi u l-opportunitajiet attwali fi ħdan l-UE u jitgiddbu l-wegħdiet foloz li jagħtu t-traffikanti, għaldaqstant jiġi limitat il-qligħ iġġenerat għall-kriminalità organizzata u t-traffikanti tal-bniedem minħabba l-ħtieġa tal-persuni li jiċċaqalqu; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi miżuri ta' protezzjoni għall-gruppi vulnerabbli u persuni (partikularment nisa u tfal), li ta' spiss jisfaw vittmi ta' traffikar u sfruttament sesswali u jħeġġiġha tibni ċentri ta' informazzjoni f'pajjiżi terzi dwar il-possibilitajiet ta' migrazzjoni lejn l-UE; jitlob, madankollu, għall-approċċ ibbilanċjat bejn il-promozzjoni tal-migrazzjoni legai fl-UE u li jiġi żgurat li din għandha l-kapaċità li tirċievi u tintegra b'suċċess il-migranti li jaslu;

2.  Ifakkar li migrazzjoni legali ġestita sew tista' twassal għal benefiċċji għall-pajjiżi terzi permezz tal-fondi li l-immigranti jibgħatu lejn il-pajjiżi tal-oriġini; barra minn dan, jenfasizza l-importanza ta' inizjattivi ta' appoġġ maħsuba biex jippromwovu l-involviment ta' migranti fi proġetti ta' żvilupp u taħriġ fil-pajjiżi ta' oriġini tagħhom;

3.  Jistieden lill-Istati Membri jaħdmu f'kollaborazzjoni ma' pajjiżi mhux membri tal-UE sabiex jiżguraw li l-informazzjoni rigward il-migrazzjoni legali tinsab disponibbli u li l-migrazzjoni legali hija promossa b'mod attiv;

4.  Jemmen li l-migrazzjoni sfurzata hija, fost ħwejjeġ oħra, riżultat tal-falliment tal-ekonomiji, it-tfaqqir tal-popolazzjoni, il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, id-degradazzjoni tal-ambjent, id-distakk dejjem jikber bejn il-pajjiżi sinjuri u dawk foqra, il-gwerer ċivili, il-gwerer għall-kontroll tar-riżorsi naturali u l-persekuzzjoni politika;

5.  Jappoġġja l-analiżi u l-linja politika tal-VP/RGħ li jaċċentwaw il-ħtieġa għal approċċ komprensiv u koeżiv imsejjes fuq strateġiji speċifiċi ta' żvilupp u ta' jeddijiet tal-bniedem bħala strument vitali addizzjonali tal-politika barranija tal-UE fit-trattament tal-problemi ta' stabilità u sigurtà u fit-titjib tal-effikaċja tal-operazzjonijiet taż-żamma tal-paċi u tal-bini tal-paċi; f'dak il-kuntest, jitlob li jkun hemm rwol il-FRONTEX jissaħħaħ ħalli jkun jista' jikkontrolla aħjar il-flussi migratorji; jemmen li, fil-kuntest tal-arkitettura l-ġdida tal-politika barranija mdaħħla bit-Trattat ta' Liżbona u l-ħolqien tas-SEAE, għandu jkun siewi li jiġu kkonsolidati aktar id-djalogu interistituzzjonali u r-riflessjoni fuq is-sisien u l-objettivi ta' tali approċċ komprensiv, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-programmazzjoni u s-sħubijiet speċifiċi ma' pajjiżi benefiċjarji li jistgħu jagħtu lok għal proċess sostenibbli ta' demokratizzazzjoni, governanza tajba, rispett għall-jeddijiet tal-bniedem u tkabbir ekonomiku u b'hekk isaħħu s-sigurta u l-istabilità;

6.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa sistema ta' monitoraġġ permanenti għall-attivitajiet kollha tal-FRONTEX li huma marbuta mal-ġestjoni tal-flussi migratorji; iqis li d-dimensjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-operazzjonijiet tal-FRONTEX għandhom jiġu riflessi b'mod ċar permezz ta' test tal-verżjoni emendata tar-Regolament FRONTEX, partikularment id-dritt tal-persuna li titlaq minn pajjiżha, il-projbizzjoni tar-refoulement u d-dritt li jfittxu asil. jilqa' l-attivitajiet ta' suċċess imwettqin mill-FRONTEX u ta' kooperazzjoni tagħha ma' Stati Membri sabiex jimplimentaw is-Sistema Komuni Ewropea dwar l-Asil u jilqa' bl-istess mod it-twaqqif tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil; iqis li l-attivitajiet u l-operazzjonijiet tal-FRONTEX u l-EASO jeħtieġu li jkunu stabbli u permanenti, sabiex jingħataw l-appoġġ meħtieġ lill-Istati Membri affettwati b'mod partikularment ħażin; jenfasizza l-ħtieġa ta' solidarjetà akbar fost l-UE u l-Istati Membri kollha, partikularment dawk li huma l-aktar vulnerabbli, għall-koordinazzjoni ta' politika l-aktar effiċjenti u qsim ġust;

7.  Jinnota li fuq l-isfond tal-multilateraliżmu li kulma jmur qed jikber b'bosta atturi internazzjonali u donaturi kbar, bħalma huma l-UE, l-Istati Uniti, il-Ġappun, iċ-Ċina u potenzjalment, f'prospettiva aktar fit-tul, pajjiżi BRIC oħrajn, bħalma huma l-Brażil u l-Indja, l-istabilità u s-sigurtà huma objettiv komuni u prekondizzjoni essenzjali għat-tkabbir ekonomiku globali; jinnota, barra minn hekk, li l-isfidi tal-istabilità u s-sigurtà huma tali li jeħtieġu mhux biss riżorsi relevanti, fi żmien ta' sikkaturi baġitarji, imma wkoll ekonomiji ta' skala u sforzi kordinati; jemmen li għandu jinbeda proċess ta' riflessjoni fuq djalogu attiv bejn l-UE, l-Istati Uniti, il-Ġappun u ċ-Ċina u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali dwar strateġiji ġeografiċi u tematiċi kordinati dwar is-sigurtà, l-istabilità u l-assistenza, li jistgħu jwasslu għall-eżerċitar akbar ta' pressjoni b'mod kollettiv u għal allokazzjoni aktar bilanċjata, speċifika u effikaċi tar-riżorsi filwaqt li jiġi żgurat il-qsim ġust tal-piżijiet; jemmen, ukoll fid-dawl tar-rieżami ta' dan l-aħħar min-naħa tal-White House tal-assistenza barranija, li evidenzjat il-valur tal-kordinament tal-assistenza ma' donaturi maġġuri oħrajn, li l-ewwel pass importanti fit-triq lejn tali riflessjoni jista' jkun samit UE-Stati Uniti dwar il-koperazzjoni mtejba fl-għajnuna umanitarja u ta' żvilupp, minn prospettiva transatlantika, dwar oqsma ta' interess komuni u dwar is-sisien tal-kordinazzjoni tal-politika;

8.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li kull ftehim ta' riammissjoni ffirmat mill-UE u l-Istati Membri tagħha jirrispetta għalkollox id-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipju tan-“non-refoulement” u ma jqiegħed fl-ebda riskju lil kwalunkwe persuna li teħtieġ il-protezzjoni internazzjonali;

9.  Jinnota li l-għoti ta' kenn lil refuġjati fil-pajjiżi tal-viċinat, joffri benefiċċji sinifikati, u jitlob lill-UE biex tqis din il-kwistjoni bħala prijorità;

10.  Jesprimi t-tħassib tiegħu li bħalissa fid-dinja kollha hemm madwar 38 stat fraġli (Indiċi tal-Istati li Fallew 2010; Fond għall-Paċi) li fihom hemm milquta biljun ruħ (Bank Dinji) milqutin mill-problemi marbutin mal-instabilità; jinnota li l-istati fraġli huma l-aktar vulnerabbli għal xokkijiet interni u esterni, kemm politiċi u kemm ekonomiċi, u li l-instabilità tal-istati tikkontribwixxi għall-proċess tal-migrazzjoni;

11.  Iqis li l-appoġġ għall-istati politikament u ekonomikament fraġli, bħala għajn ta' migrazzjoni irregolari u tensjonijiet ta' sigurtà u stabilità, għandu dejjem jinkludi - barra mill-għajnuna u l-appoġġ baġitarji, u strateġiji li jistabbilixxu jew jikkonsolidaw l-istabilità - l-investiment dirett u l-istrateġiji ta' aċċess għas-swieq tal-UE, l-iżvilupp rurali u l-istrateġiji għas-sigurtà tal-ikel, appoġġ għall-MDG, il-politiki għall-ħolqien tal-impjiegi, l-iżvilupp tal-infrastruttura, appoġġ għall-SMEs, faċilitajiet ta' mikrokreditu u strateġiji mfasslin għall-promozzjoni tad-demokratizzazzjoni u l-governanza tajba, l-inklużjoni soċjali, l-għoti tas-setgħa lin-nisa u lil gruppi ta' minoranzi jew gruppi żvantaġġjati u t-tolleranza etnika u reliġjuża, biex b'hekk jiġu massimizzati l-prospetti lokali u l-alternattivi għall-migranti potenzjali; jemmen fermament li tali strateġiji għandhom ikunu msejsin fuq il-partenarjati attivi li jitnebbħu mill-prinċipji tas-sjieda u l-għoti ta' importanza tal-pajjiżi benefiċjarji, imma wkoll mill-objettivi, pjanijiet direzzjonali u kondizzjonijiet ċari għall-ksib tagħhom kodefiniti mal-pajjiżi donaturi, u mill-benchmarks u l-istandards ta' responsabilità politika stretta; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-programmi li jingħataw tali finanzjament irid ikollhom bħala l-kriterju bażiku tagħhom il-kisba tal-valur miżjud kemm f'livell reġjonali kif ukoll f'dak lokali, biex b'hekk jiġi żgurat li jikkontribwixxu sostanzjalment għall-iżvilupp tal-ekonomiji lokali;

12.  Jenfasizza li kull riċerka u analiżi dwar it-tendenzi futuri tal-migrazzjoni u l-forom ta' migrazzjoni bħall-migrazzjoni għal żmien qasir, il-migrazzjoni ċirkolari u l-migrazzjoni staġonali għandha tqis kaġunijiet possibbli tal-migrazzjoni bħall-kriżi politika u ekonomika jew it-tibdil fil-klima fil-pajjiżi tal-oriġini;

13.  Jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni kemm internament u fil-livell internazzjonali sabiex jinkoraġġixxu l-pajjizi ta' oriġini tal-migranti jadottaw u jimplimentaw miżuri u politiki li jgħinuhom jiżviluppaw soċjalment, ekonomikament u demografikament u ma jġiegħlux lin-nazzjonali jimigraw;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-SEAE jagħmlu aktar sforzi fir-rigward tal-iżvilupp u d-demokratizzazzjoni tal-pajjiżi ta' oriġini u biex jiġi promos l-istat tad-dritt, sabiex jiġu indirizzati l-problemi fundamentalment assoċjati mal-migrazzjoni;

15.  Iħeġġeġ it-twaqqif ta' ċentri ta' informazzjoni u ġestjoni tal-migrazzjoni lil hinn mill-UE sabiex jgħinu lill-pajjiż terzi ta' oriġini jew tranżitu biex jiddefinixxu politika ta' migrazzjoni b'reazzjoni għat-tħassib ta' migranti potenzjali u migranti li jmorru lura, joffru gwida dwar l-immigrazzjoni legali, kif ukoll fuq opportunitajiet ta' xogħol u l-kundizzjonijiet ta' ħajja fil-pajjiżi ta' destinazzjoni, u jgħinu bit-taħriġ għax-xogħol għall-migranti prospettivi, filwaqt li jibnu fuq l-esperjenza ta' proġett pilota f'Bamako, Mali (CIGEM). jitlob lill-Kummissjoni tagħti lill-kumitat responsabbli tagħha rapporti regolari dwar inizjattivi ġodda għalbiex jiġu stabbiliti ċentri bħal dawn;

16.  Ifakkar li fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Settembru 2010 dwar it-tnaqqis tal-faqar u l-ħolqien tal-impjiegi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw: it-triq “il quddiem enfasizza li l-UE ma għandhiex toqgħod teżita li tapplika s-sanzjonijiet meta pajjiżi li qed jiżviluppaw ma josservawx l-obbligi ta' governanza u rigward id-drittijiet tal-bniedem skont it-trattati ta' kummerċ, talab lill-awtoritajiet tal-UE jiżguraw l-osservanza skrupluża tal-prinċipju tal-kondizzjonalità, kif jingħad fil-Ftehim ta' Cotonou, u saħaq li l-istess kriterji ta' kondizzjonalità għandhom japplikaw ukoll għall-għoti ta' għajnuna kemm skont il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) kemm skont l-Istrument ta' Finanzjament tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI); jisħaq li kriterji bħal dawn ta' kondizzjonalità għandhom japplikaw ukoll għall-assistenza tal-UE li ma tkunx assistenza għall-iżvilupp jew għajnuna umanitarja, inkluża l-għajnuna makrofinanzjarja mogħtija permezz tas-self tal-FMI, kif ukoll l-operazzjonijiet ta' self tal-programmi tal-BEI u l-BERŻ, u li tali assistenza tkun imsejsa fuq sħubija, objettivi, valuri u fedeltà kondiviżi u għandhom ikunu jistgħu jissodisfaw l-istennijiet kemm tad-donatur kemm tal-benefiċjarju; jisħaq, barra minn hekk, li l-appoġġ attiv mill-UE għall-pajjiżi benefiċjarji għandu jkun effettiv u orjentat lejn ir-riżultati u li l-valuri essenzjali tal-UE għandhom ikunu rrispettati; jitlob lill-VP/RGħ u lill-Kummissjoni jippersegwixxu l-objettiv tal-lealtà lejn l-UE u lejn il-valuri essenzjali tagħha huma u jsawru l-arkitettura tal-assistenza finanzjarja tal-UE u fir-relazzjonijiet bilaterali mal-pajjiżi li huma benefiċjarji ta' tali assistenza; jemmen li għandha tinbeda riflessjoni f'livell ta' UE dwar il-bażijiet tal-applikazzjoni, u l-ambitu tagħha, tal-kriterji ta' kondizzjonalità għall-assistenza finanzjarja tal-UE;

17.  Jilqa' l-klawsoli tad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet kollha bilaterali tal-UE u jappoġġja l-introduzzjoni tal-prinċipju tal-kundizzjonalità fil-ftehimiet kummerċjali ma' pajjiżi żviluppati permezz tas-Sistema Ġenerali ta' Preferenzi; jagħraf li dan il-prinċipju ta' kundizzjonalità mhux dejjem huwa applikat, billi l-Kummissjoni wriet li toqgħod lura milli tapplika sanzjonijiet għal pajjiżi li qed jiżviluppaw li jonqsu li jonoraw l-impenji magħmula fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, governanza tajba u demokratizzazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra sanzjonijiet fejn dawn ikunu meħtieġa, iżda jitlobha sabiex qabel tagħmel dan, teżamina bir-reqqa l-konsegwenzi ta' dawn is-sanzjonijiet fuq il-popolazzjonijiet tal-pajjiżi benefiċjarji;

18.  Iqis li politiki simili għal dawk tal-pajjiżi tal-oriġini għandhom jiġu applikati wkoll għall-pajjiżi ta' tranżitu, pereżempju fir-rigward tal-istrateġiji għar-riduzzjoni tal-faqar, tal-investiment dirett u għall-aċċess għas-swieq u enfasi fuq aġenda għall-impjiegi li tkun tista' tiżgura prospetti fit-tul għall-inklużjoni soċjali, tistabilizza s-suq intern tal-impjiegi u ttejjeb il-potenzjal fit-tul tal-pajjiżi ta' tranżitu;

19.  Iqis li l-UE u l-Istati Membri tagħha, fil-ġestjoni tagħhom tal-flussi ta' migrazzjoni irregolari, għandhom jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet ta' dawk li jfittxu ażil u ma jieħdu ebda azzjoni li tista' timpedixxi lil refuġjati potenzjali milli jitolbu protezzjoni;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa mekkaniżmu biex tiddetermina min ikollu r-responsabilità biex jilqa' “l dawk li jfittxu ażil u biex jeżamina t-talbiet tagħhom, kif ukoll biex jiġġieldu kontra l-immigrazzjoni illegali, li huma żewġ oqsma fejn qed jinġarr piż sproporzjonat minn ċerti Stati Membri minħabba l-pożizzjoniji ġeografika jew it-taħlita demografika tagħhom;

21.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi sistema ta' monitoraġġ sabiex tivverifika r-rispett għad-drittijiet tar-rifuġjati u dawk li qed ifittxu asil fil-kontrolli tal-prestazzjoni tad-dħul (u qabel id-dħul) skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen, biex insiru konxji fil-pront dwar nuqqasijiet possibbli;

22.  Jisħaq dwar il-valur tal-missjonijiet osservatriċi tal-UE (EOM) għall-elezzjonijiet bħala l-ewwel pass importanti f'kull proċess ta' demokratizzazzjoni u governanza tajba, u jemmen li tali missjonijiet għandhom ikunu parti mill-qafas usa' ta' appoġġ fil-proċess ta' demokratizzazzjoni fit-tul; iħeġġeġ lill-VP/RGħ ssaħħaħ il-proċeduri u l-missjonijiet ta' segwitu għall-verifika ta' jekk ir-rakkomandazzjonijiet tal-EOM ġewx implimentati, u jisħaq, f'dan is-sens, li huwa kruċjali li jkun żgurat segwitu adegwat għall-implimentazzjoni ta' tali rakkomandazzjonijiet; jaċċentwa l-importanza tal-medjazzjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitti u l-istrateġiji ta' riżoluzzjoni u tal-bini tal-istituzzjonijiet u tal-kapaċità għall-organizzazzjoni reġjonali, bħalma hija l-Unjoni Afrikana (UA), li għandha rwol importanti fl-operazzjoni ta' żamma tal-paċi u ta' bini tal-paċi; jemmen li l-appoġġ għall-UA għandu jinkludi l-iżvilupp tal-kapaċità ta' kontroll fuq il-konfini u li tissokkorri lill-migranti kollha f'sitwazzjonijiet ta' saram; iqis li t-tisħiħ effettiv tal-organizzazzjonijiet reġjonali bħall-UA, l-Unjoni għall-Mediterran jew is-Sħubija tal-Lvant, bħala multiplikaturi tal-paċi u l-istabilità reġjonali għandu jseddaq l-integrazzjoni reġjonali u jwassal li jfiġġu zoni ekonomiċi bejn il-fruntieri;

23.  Jinnota li twettaq progress fl-implimentazzjoni tal-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni li għandu l-għan li jippromwovi sħubijiet komprensivi ma' pajjiżi tal-oriġini u ta' tranżitu u jħeġġeġ sinerġiji bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp; jenfasizza l-ħtieġa li jittejjeb aktar l-użu tal-għodod ewlenin tal-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni (sħubijiet għall-mobilità, missjonijiet dwar il-migrazzjoni, profili migratorji, pjattaformi ta' kooperazzjoni); jenfasizza l-ħtieġa kontinwa li l-għanijiet tal-politika ta' migrazzjoni jitpoġġew fiċ-ċentru tad-djalogu politiku mal-pajjiżi tal-oriġini u ta' tranżitu, kif ukoll il-ħtieġa li tissaħħaħ il-koerenza politika f'dan ir-rigward, b'mod partikulari bil-politika ta' żvilupp; huwa tal-opinjoni li d-diversi proċessi ta' djalogu għandhom ikunu razzjonalizzati, filwaqt li għandhom jissaħħu s-sinerġiji bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp; jemmen li għandhom jissaħħu l-isforzi biex ikunu ta' appoġġ għall-proġetti ta' żvilupp fil-pajjiżi tal-oriġini u ta' tranżitu li jgħollu l-istandard tal-għajxien tagħhom u jkabbru l-kapaċitajiet regolatorji u istituzzjonali tagħhom, kif ukoll l-infrastruttura tagħhom sabiex jimmaniġġjaw b'mod effettiv il-flussi migratorji, filwaqt li jiżguraw li jkun hemm rispett tal-istandards internazzjonali tal-protezzjoni u l-applikazzjoni tal-prinċipju tan-“non-refoulement”;

24.  Jenfasizza r-rwol importanti li għandu l-Forum Globali dwar il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp, li jipprovdi qafas strutturali għall-promozzjoni ta' djalogu u kooperazzjoni mtejba bejn kemm atturi governattivi u kemm dawk mhux governattivi, inkluża s-soċjetà ċivili;

25.  Jiddeplora l-fatt li fiċ-ċirkostanzi kurrenti l-unika opzjoni disponibbli kienet is-sospensjoni tal-ftehim dwar il-koperazzjoni bejn l-UE u l-Libja u huwa tal-fehma li s-sospensjoni għandha tkun revokata appena jkun hemm gvern tranżitorju ġdid lest jippromwovi l-implimentazzjoni demokratika u msejsa fuq il-jeddijiet tal-bniedem ta' tali ftehim, bl-objettiv li jingħata sostenn finanzjarju lill-pajjiżi Afrikani ħalli jinħolqu alternattivi fattibbli għall-migrazzjoni u għall-iżvilupp fil-Libja ta' sistema aktar effiċjenti għall-ġestjoni ta' migrazzjoni tal-ħaddiema, bil-massimizzar tal-ħiliet tal-migranti ġa preżenti fil-pajjiż, bit-titjib tal-kapaċità tal-Libja li tiġbed u tintegra soċjali u ekonomikament lill-migranti, b'mod partikolari minn pajjiżi mal-fruntieri tagħha tan-nofsinhar, u l-ħolqien tas-sisien għal sistema effettiva tal-ġestjoni tal-migrazzjoni fil-Libja; jisħaq, f'dan il-kuntest, dwar il-ħtieġa għall-UE li tuża l-influwenza tagħha ħalli tipperswadi lil-Libja tippermetti lill-UNHCR tirritorna fil-pajjiż; jemmen li l-ftehimiet dwar aġenda ta' koperazzjoni dwar il-migrazzjoni għandhom jiġu konklużi ma' pajjiżi oħrajn li huma ġeografikament qrib tal-UE li jistgħu jkunu sħab siewja fl-għoti ta' appoġġ, skont il-ftehimiet internazzjonali, lil Stati fraġli fil-viċinat tagħhom;

26.  Hu u jindirizza l-kriżi umanitarja kurrenti fl-Afrika ta' Fuq, jinnota li l-Frontex ma tistax tkun l-għodda ewlenija biex tittratta l-flussi migratorji riżultanti li joriġinaw mir-reġjun, u jitlob lill-UE tfassal rispons immedjat u kkordinat bħala parti minn strateġija koerenti fit-tul, ħalli tittratta mat-tranżizzjonijiet politiċi u l-Istati fraġli, u b'hekk tindirizza l-kawża li jinsabu fl-għerq tal-flussi migratorji; iħeġġeġ lill-Kunsill iniedi pjan ta' azzjoni ta' qsim tal-piż ħalli jgħin lir-refuġjati mir-reġjun isibu fejn jgħammru, fuq il-bażi tal-klawsola tas-solidarjetà delineata fl-Artikolu 80 tat-TFUE, u li jagħti appoġġ għall-persuni li m'għandhomx fejn joqogħdu skont id-dispożizzjonijiet delineati fid-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta' Lulju 2001 dwar dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta' influss bil-massa ta' persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta' dawn; jistieden lill-Kunsill jipproċedi b'urġenza bl-adozzjoni ta' Sistema Komuni tal-Asil tal-UE u li jikkompleta l-proċeduri ta' kodeċiżjoni marbutin mat-twaqqif ta' Programm konġunt tal-UE dwar is-Sistemazzjoni mill-ġdid u Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu 2008-2013, kif rakkomandat mill-Parlament f'Mejju 2010; ifakkar li l-Istati Membri hu rikjest minnhom li josservaw il-prinċipju ta' non-refoulement;

27.  Jisħaq dwar l-importanza essenzjali tal-Parlament Ewropew fit-titjib tal-libertà u d-demokrazija fil-viċinat tagħna; f'dan il-kuntest, jemmen li l-Parlament Ewropew għandu jimmonitorja mill-qrib il-proċess ta' demokratizzazzjoni fil-Mediterran tan-Nofsinhar, u għalhekk jissuġġerixxi djalogu strutturat ad hoc mal-VP/RGħ għall-valutazzjoni tal-iżviluppi f'dan ir-reġjun u għall-identifikazzjoni tal-objettivi fit-terminu l-qasir u fit-terminu t-twil u l-miżuri ta' appoġġ relevanti rikjesti;

28.  Jinsisti li għandha tingħata attenzjoni ġenwina għad-djalogi dwar il-jeddijiet tal-bniedem u d-demokrazija fl-ENP rieżaminat; jemmen li l-movimenti u d-dimostrazzjonijiet favur id-demokrazija u r-respressjoni brutali tagħhom mill-awtoritajiet f'pajjiżi bħat-Tuneżija u l-Eġittu juru li d-djalogi tal-ENP dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem ma kinux effettivi;

29.  Jilqa' t-tlestija tan-negozjati għall-Ftehim ta' Riammissjoni bejn l-UE u t-Turkija u jappella biex jitlestew b'suċċess il-fażijiet kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li l-Ftehim ikun implimentat bis-sħiħ mill-aktar fis mill-partijiet kollha;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni tintensifika l-kooperazzjoni mal-pajjiżi ta' tranżitu u tal-oriġini tal-immigranti illegali skont il-ftehimiet konklużi – jew li se jiġu konklużi – mill-UE u bi ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, sabiex titrażżan l-immigrazzjoni illegali u jitħeġġeġ ir-rispett tal-liġi għall-benefiċċju tal-migranti u tal-abitanti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi tal-oriġini;

31.  Iqis li l-armonizzazzjoni - b'kooperazzjoni mal-Istati Membri - tal-istatistiċi li jikkonċernaw il-migrazzjoni hija essenzjali għall-ippjanar, l-adozzjoni, l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni tal-politika tal-migrazzjoni; jenfasizza l-importanza tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni li jista' jkollu kontribut sostanzjali f'dan il-qasam;

32.  Jenfasizza l-bżonn urġenti ta' data consistenti, komprensiva u komparabbli dwar il-popolazzjoni tal-migranti minħabba li l-bidla kostanti f'dik il-popolazzjoni u n-natura tal-fluss attwali tal-migrazzjoni jippreżentaw sfida reali għal dawk li jfasslu l-politika li għandhom bżonn data u informazzjoni affidabbli li fuqhom tiġi bbażata d-deċiżjonijiet tagħhom;

33.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis bħala parti mir-rieżami tagħha li għaddej bħalissa tal-ENP, il-għoti ta' finanzjament speċifiku għall-iżvilupp ta' aġenda ekonomika f'saħħitha u rinnovata fil-pajjiżi tal-ENP, inkluża aġenda għax-xogħol; jemmen li għandu jiġi diskuss pjan direzzjonali mal-pajjiżi tal-ENP dwar l-allinjament tal-liġijiet nazzjonali tagħhom dwar il-migrazzjoni mal-istandards tal-UE, inklużi l-istandards tal-jeddijiet tal-bniedem, bħalma hu l-jedd għall-ażil, sistema ta' protezzjoni għall-migranti irregolari, u jeddijiet indaqs għall-migranti kollha; iħeġġeġ il-konklużjoni ta' aktar ftehimiet ta' sħubija fil-mobilità mal-pajjiżi tal-ENP oltre għal dawk ġa eżistenti mal-Moldova u l-Ġeorġja;

34.  Jitlob li tiġi stabbilita politika tal-migrazzjoni komprensiva marbuta mal-istrateġiji u l-istrumenti kollha tal-iżvilupp ibbażata fuq livell għoli ta' solidarjetà politika u operazzjonali, fiduċja reċiproka, trasparenza, sħubija, responsabilità kondiviża u sforzi konġunti permezz ta' prinċipji komuni u azzjonijiet konkreti, kif ukoll fuq il-valuri mnaqqxa fit-Trattat ta' Lisbona;

35.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa approċċ komprensiv għall-migrazzjoni legali, billi tqis il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol Ewropew għal forza tax-xogħol kif ukoll il-kapaċitajiet ta' kull Stat Membru li jilqa' u jintegra lill-migranti; jemmen li politika komuni tal-UE dwar il-migrazzjoni legali tista' tkun ta' stimolu kemm għall-ekonomija Ewropea kif ukoll għall-ekonomiji tal-pajjiżi tal-oriġini;

36.  Huwa tal-opinjoni li l-ftehimiet mal-pajjiżi terzi li jikkonċernaw diversi Stati Membri tal-UE għandhom jiġu nnegozjati fil-livell Ewropew b'konsiderazzjoni sħiħa tal-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

37.  Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri tal-UE biex jikkoordinaw aħjar l-għajnuna tad-donaturi sabiex jiġi ggarantit approċċ aktar komprensiv u sostenibbli għall-ġestjoni tal-flussi migratorji;

38.  Iħeġġeġ li l-għajnuna għall-iżvilupp għandha tkun diżassoċjata mill-ġestjoni tal-flussi migratorji u li l-għajnuna għall-iżvilupp m'għandhiex tkun kundizzjonali fuq il-migrazzjoni lura; jenfasizza li l-għajnuna għall-iżvilupp min-naħa tal-UE għandu jkolha l-mira li telimina r-raġunijiet għall-migrazzjoni, bħalma huma l-faqar, it-tibdil fil-klima u l-ġuħ;

39.  Jenfasizza l-valur miżjud li l-Unjoni għall-Mediterran (UgħM) u l-inizzjativa Sħubija tal-Lvant (EaP) jistgħu jġibu fil-mod kif tiġi ttrattata l-kwestjoni tal-migrazzjoni u l-implikazzjonijiet tagħha; jistieden lir-RGħ/VP u lill-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi sabiex l-Unjoni għall-Mediterran tibda titħaddem bis-sħiħ; jemmen li l-kwestjoni tal-flussi migratorji għandha tkun prijoritarja għall-azzjoni fil-qafas tal-UgħM u l-EaP;

40.  Jistieden lill-Unjoni Ewropea tikkunsidra passi biex taġġusta l-Istrumenti ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, il-Fond Ewropew tal-Iżvilupp u l-Istrument għall-Għajnuna Umanitarja ħalli jissaħħu l-effetti pożittivi tal-migrazzjoni f'dik li hi l-promozzjoni tal-iżvilupp tal-bniedem u d-demokrazija fi stati fraġli;

41.  Jitlob li jsiru sforzi addizzjonali biex tiġi promossa l-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp fi ħdan il-politika tal-migrazzjoni tal-UE u li noqogħdu lura milli nużaw l-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) għall-politiki li huma mmirati biex jiskuraġġixxu u jikkontrollaw il-migrazzjoni b'modi li jinvolvu l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem tal-migranti; iqis illi l-ODA għandha tintuża, madankollu, biex iġġib “il quddiem l-iżvilupp effikaċi, u b'hekk tnaqqas il-migrazzjoni kkawżata mill-faqar, l-instabilità politika u l-oppressjoni politika;

42.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-Dikjarazzjoni ta' Tripli maħruġa fi tmiem it-Tielet Samit bejn l-Afrika u l-UE, li tafferma mill-ġdid il-ħtieġa li l-isforzi konġunti biex jiġu indirizzati r-realtajiet u l-isfidi tal-migrazzjoni u r-rabtied tagħha mal-iżvilupp;

43.  Jitlob għal aktar sħubijiet effikaċi ma' istituzzjonijiet li jippromwovu l-integrazzjoni reġjonali u ekonomika, li jistgħu jikkontribwixxu wkoll biex jinstabu soluzzjonijiet dejjiema u fit-tul għar-realtajiet tal-migrazzjoni min-Nofsinhar għan-Nofsinhar;

44.  Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tagħmel aktar riċerka dwar il-migrazzjoni min-Nofsinhar għan-Nofsinhar ikkawżata mill-klima inkluż il-għadd ta' nies milquta, ir-reġjuni vulnerabbli, il-movimenti tal-migrazzjoni u kemm jifilħu jilqgħu nies il-pajjiżi ospitanti; jitlob ukoll li titrawwem il-kapaċità ta' riċerka tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

45.  Jenfasizza kemm hu importanti li l-migrazzjoni tiġi integrata fl-istrateġiji tal-iżvilupp nazzjonali tal-pajjiżi sħab bil-għan li jitnaqqas il-faqar u jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju;

46.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien tal-Osservatorju tal-AKP dwar il-Migrazzjoni bħala strument utli biex dawk li jfasslu l-politiki fil-pajjiżi tal-AKP jingħataw id-data u l-mezzi biex itejbu l-istrateġiji nazzjonali tagħhom rigward il-migrazzjoni, kif ukoll il-proposta għall-ħolqien ta' Osservatorju tal-Migrazzjoni responsabbli għal-monitoraġġ permanenti u mill-qrib tal-kwistjonijiet kollha marbuta mal-flussi migratorji fl-Amerika Latina, taħt is-superviżjoni u l-koordinazzjoni tal-Fondazzjoni Ewropa–Amerika Latina u l-Karibew;

47.  Jirrakkomanda li r-riżorsi finanzjarji għat-tisħiħ tar-rabta bejn il-migrazzjoni u l-żvilupp għandhom jiġu allokati b'mod aktar effiċjenti; jagħraf il-ħtieġa li jitejbu l-arranġamenti għall-mobilitizzazzjoni kumplementarja u f'waqtha tad-diversi strumenti ta' finanzjament tal-UE għall-azzjoni esterna tagħha;

48.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħu l-istrateġiji LRRD (li għandhom il-mira li joħolqu rbit bejn l-għajnuna ta' emerġenza, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp) bil-għan li jinstabu soluzzjonijiet sostenibbli għall-persuni spustati u r-rifuġjati; jagħraf l-importanza ta' rispons umanitarju kkoordinat bħala prekursur ta' politika vijabbli tal-iżvilupp fil-pajjiżi li jkunu għadhom kif għaddew minn konflitt;

49.  Jistieden lir-Rappreżentant Għoli tinvesti fl-għarfien espert u tistabbilixxi mandat ċar għall-persunal kemm fil-livell ta' kwartieri ġenerali u kemm fil-livell tad-delegazzjonijiet bil-għan li tintlaħaq koordinazzjoni aħjar bejn il-Programm Tematiku dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil u l-programmi ġeografiċi tal-Istrument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp;

50.  Jitlob li jiġu ċċarati r-rwoli rispettivi tas-SEAE u d-DEVCO, u li jkun hemm koordinazzjoni bejniethom; iħeġġeġ lid-DEVCO twettaq rwol ewlieni fil-fażi tal-ipprogrammar fir-rigward tal-politika tal-migrazzjoni;

51.  Jisħaq fuq kemm hu importanti li nisiltu t-tagħlimiet mill-Programm Tematiku dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil f'dak li hu djalogu dwar il-politiki fil-livell ta' pajjiż bil-għan li jkun żgurat ipprogrammar aktar koerenti u effettiv fil-kuntest tad-dokumenti ta' strateġija għall-pajjiżi u r-reġjuni.

52.  Iħeġġeġ li jiġu intensifikati l-isforzi mmirati biex jitnaqqsu l-effetti negattivi tal-ħrib tal-imħuħ u tal-eżodu tal-professjonisti li jolqot b'mod partikolari setturi ewlenin bħalma huma s-saħħa u l-edukazzjoni; jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni tat-tkattir tal-imħuħ, il-programmi tar-ritorn megħjun u l-migrazzjoni ċirkulari, ir-regolazzjoni ta' prattiki tar-reklutaġġ u l-appoġġ tal-bini tal-kapaċità permezz ta' prattiki bħalma huwa l-iżvilupp tat-taħriġ vokazzjonali; jitlob lill-Kummissjoni tistudja jekk l-iskemi tal-migrazzjoni ċirkulari humiex strument utli u liema tipi ta' ċirkularità (ta' darba/rikorrenti; għal żmien qasir/għal żmien twil; spontanja/ġestita) jistgħu jipproduċu l-aħjar riżultati kemm għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw kif ukoll għall-pajjiżi żviluppati;

53.  Jistieden lill-Kummissjoni, meta tipprepara l-istrumenti l-ġodda għall-azzjoni esterna għall-perijodu wara l-2013, tiżgura li l-arkitettura proposta tippermetti li jkun hemm is-sinerġiji u t-tisħiħ reċiproku bejn il-pilastru tal-iżvilupp u l-pilastru tas-sigurtà u l-istabilità u li tipprevedi l-allokazzjoni ta' fondi ta' emerġenza u ta' rkupru, rispons rapidu għas-sokkors u għall-għajnuna lill-migranti f'sitwazzjoni ta' saram - speċjalment dawk li jinsabu f'sitwazzjoni partikolarment vulnerabbli bħan-nisa u l-minorenni mhux akkumpanjati - programmi speċifiċi għall-għoti ta' appoġġ attiv għall-minoranzi, inklużi komunitajiet reliġjużi, etniċi u LGBTT, li jistgħu jkunu mheddin, kenn fl-UE għal difensuri tad-drittijiet tal-bniedem f'sitwazzjoni ta' saram u miżuri ta' appoġġ għall-mitigazzjoni tal-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima, d-diforestazzjoni, id-deżertifikazzjoni u t-telf tal-bijodiversità u għall-preservazzjoni tal-ambjent ekonomiku u soċjali tal-komunitajiet milquta;

54.  Jitlob li jiġu żviluppati politiki li jqisu s-sitwazzjoni speċifika ta' gruppi vulnerabbli bħalma huma n-nisa, it-tfal u l-persuni b'diżabilità, u għalhekk l-istabbiliment ta' infrastrutturi rilevanti bħalma huma sptarijiet, skejjel u tagħmir edukattiv, flimkien mal-appoġġ soċjali, psikoloġiku u amministrattiv meħtieġ;

55.  Jiġbed l-attenzjoni dwar ir-rwol importanti li kellhom iċ-ċentri ta' riabilitazzjoni għall-vittmi tat-tortura li integraw b'suċċess lill-migranti, inklużi r-refuġjati u dawk li qed ifittxu l-asil, fl-UE; jinnota bi tħassib id-deċiżjoni li l-iffinanzjar għal dawn iċ-ċentri fl-UE taħt l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem se jiġu eliminati gradwalment; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-iffinanzjar għal dawn iċ-ċentri ma jitnaqqsux u ma jitħallewx sempliċiment f'idejn l-Isati Membri;

56.  Jitlob lill-Kummissjoni tippublika l-evalwazzjoni esterna tal-Programmi ta' Protezzjoni Reġjonali (RPPs) u sabiex jingħata bidu għal dibattitu dwar jekk dan il-programm għandux jitkompla;

57.  Jemmen, fir-rigward tal-missjonijiet PESK/PSDK, u kif enfasizzat ukoll mir-RGħ/VP, li l-istrateġiji ta' sigurtà u stabilità għandhom ikunu kkumplimentati bi strateġiji ad hoc li jappoġġjaw l-għajnuna għall-iżvilupp u d-drittijiet tal-bniedem, b'mod li tiġi żgurata l-eliminazzjoni fuq żmien fit-tul tal-kawżi primarji tal-insigurtà u l-instabilità. f'dan il-kuntest jirrimarka dwar il-fatt li approċċ komprensiv bħal dan jeħtieġ mhux biss koordinazzjoni aħjar, permezz tas-SEAE, iżda wkoll approprjazzjonijiet baġitarji ad hoc ulterjuri għal dawn l-istrateġiji ta' appoġġ; Mozzjoni għal riżoluzzjoni;

58.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, lill-President tal-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lid-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti, lill-Bank Dinji, lill-IMF, lill-Unjoni Afrikana, lill-Parlament Pan-Afrikan u lill-Organizzazzjonijiet Internazzjonali għall-Migrazzjoni. 11. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Unjoni Ewropea, lill-Presidenza tal-Kunsill, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-pajjiżi kandidati għall-UE, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-pajjiżi membri tal-EURONEST u tal-EUROMED, lill-Unjoni Afrikana, lill-Parlament Pan-Afrikan, lill-Organizzazzjonijiet Internazzjonali għall-Migrazzjoni u lill-UNHCR.

(1) ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1.
(2) ĠU L 327, 24.11.2006, p. 1.
(3) ĠU L 386, 29.12.2006, p. 1.
(4) ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.
(5) ĠU L 163, 2.7.1996, p. 1.
(6) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(7) ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30.
(8) Testi adottati, P7_TA(2011)0020.
(9) ĠU L 155, 18.6.2009, p. 17.
(10) Testi Adottati, P7_TA(2010)0327.
(11) Testi Adottati, P7_TA(2010)0496.


L-irwol tan-nisa fl-agrikoltura u ż-żoni rurali
PDF 316kWORD 80k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2011 dwar ir-rwol tan-nisa fl-agrikoltura u ż-żoni rurali (2010/2054(INI))
P7_TA(2011)0122A7-0016/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 2 u 3, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 8, 153 u 157,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/144/KE tal- 20 ta' Frar 2006 dwar il-linji gwida strateġiċi Komunitarji għall-iżvilupp rurali (Perjodu ta' programmazzjoni 2007 sal-2013)(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta' Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD)(2),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2008 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa fiz-zoni rurali tal-UE(3),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tas-Seminar dwar it-tema “In-nisa fl-iżvilupp sostenibbli taż-żoni rurali”, li sar f'Cáceres bejn is-27 u d-29 ta' April 2010 fuq inizjattiva tal-Presidenza Spanjola tal-UE(4),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-principju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0016/2011),

Żoni rurali b'użu multifunzjonali

A.  billi l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli taż-żoni rurali u l-kapaċità funzjonali sostenibbli u fuq żmien twil tal-unitajiet ekonomiċi fl-Ewropa hija prijorità, u billi l-potenzjal partikolari taż-żoni agrikoli b'densità inqas ta' popolazzjoni għandu jintuża u jiġi żviluppat b'mod utli u sabiex jiġi żgurat li żoni bħal dawn jibqgħu abitati,

B.  billi r-reġjuni li huma ekonomikament u kulturalment awtonomi, fil-kuntesti rispettivi tagħhom, b'ċirkuwiti funzjonali ta' distribuzzjoni reġjonali, jistgħu jirreaġixxu b'mod aktar stabbli għat-tibdiliet mondjali,

C.  billi settur agrikolu kompetittiv orjentat lejn il-multifunzjonalità huwa bażi indispensabbli għal strateġiji ta' żvilupp sostenibbli u għal kummerċ imprenditorjali aktar ambizzjuż f'bosta reġjuni, u billi dan it-tip ta' potenzjal, fil-qafas ta' diversifikazzjoni aktar qawwija tal-attività ekonomika, għadu mhux qed jiġi sfruttat fl-oqsma kollha,

D.  billi ż-żoni rurali huma affettwati b'mod partikulari mit-tixjiħ tal-popolazzjoni, minn densità baxxa tal-popolazzjoni u mit-tnaqqis tal-popolazzjoni f'xi żoni,

E.  billi, minħabba t-tibdil demografiku, l-emigrazzjoni u t-tnaqqis ġenerali fis-sehem tan-nisa mill-popolazzjoni f'bosta żoni rurali, fil-ġejjieni l-provvista lokali ta' merkanzija u servizzi tal-bżonnijiet ta' kuljum, il-provvista tal-kura medika bażika, l-edukazzjoni qabel il-primarja, l-edukazzjoni skolastika, professjonali u akkademika kif ukoll it-taħriġ vokazzjonali ulterjuri u l-offerta kulturali u ta' divertiment ma jistgħux jibqgħu jkunu ggarantiti aktar bl-infrastruttura preżenti fiż-żoni rurali jew l-istrutturi li jipprovdu dawn is-servizzi jitilqu minħabba pressjonijiet ekonomiċi,

F.  billi kważi 42% mis-26,7 miljun ruħ li jaħdmu regolarment fl-agrikultura fl-Unjoni Ewropea huma nisa, u madwar proprjetà waħda minn ħamsa (29%) hija mmaniġġata minn mara,

G.  billi l-kontribut sinifikanti min-naħa tan-nisa għall-iżvilupp lokali u komunitarju huwa rifless b'mod inadegwat fil-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċessi rilevanti għat-teħid tad-deċiżjonijiet,

H.  billi l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi huwa rekwiżit bażiku għall-istrateġija Ewropa 2020 u għandu jiġi promoss sabiex jiżdied l-involviment attiv tan-nisa fl-attivitajiet ekonomiċi u soċjali u biex ikun iggarantit ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem,

Nisa fil-ħajja u l-ekonomija agrikola

I.  billi quddiem l-isfond tat-tibdil ekonomiku u soċjali r-realtajiet ta' ħajjiet in-nisa fiż-żoni rurali nbidlu u saru aktar diversi fl-aħħar għexieren ta' snin, u mhux l-inqas in-nisa li taw bidu u forma lil dan it-tibdil, fejn is-sitwazzjoni soċjali u ekonomika tan-nisa tvarja bil-kbir kemm bejn l-Istati Membri u fihom stess,

J.  billi n-nisa fis-soċjetà moderna, quddiem l-isfond tal-pożizzjoni stabbilita tagħhom fil-familji b'mod individwali u fil-ħajja tax-xogħol, jassumu rwol multifunzjonali, u proprju dawn id-diversi rwoli kapaċi jagħtu kontribut lill-progress u l-innovazzjoni fil-livelli kollha tas-soċjetà u lit-titjib tal-kwalità tal-ħajja, partikolarment fiż-żoni rurali,

K.  billi, speċjalment fiż-żoni rurali, il-kura tal-familja u l-kura tal-anzjani ta' spiss tiġi pprovduta min-nisa,

L.  billi, minħabba l-isforzi tal-politika tal-mara tul bosta snin u l-promozzjoni pubblika intensiva tal-edukazzjoni, il-konsulenza, l-inizjattivi ta' ħolqien ta' intrapriżi, fost affarijiet oħra fi ħdan it-tieni pilastru tal-PAK ġew reġistrati suċċessi kunsiderevoli fit-titjib tas-sitwazzjoni tal-ħajja għall-irġiel u n-nisa fil-kampanja,

M.  billi, minkejja individwalizzazzjoni kbira fil-kundizzjonijiet tal-ħajja, l-isfida fundamentali għan-nisa u l-irġiel se tibqa' dik li jikombinaw minn naħa waħda x-xogħol u l-impenn soċjali u kulturali tagħhom u min-naħa l-oħra r-responsabilità tal-familja,

N.  billi din “l-isfida multifunzjonali”, fiċ-ċirkustanzi tas-soċjetà moderna, tista' titwettaq biss permezz ta' servizzi ta' appoġġ, istituzzjonijiet u strutturi ta' kura, li għandhom ikunu aċċessibbli finanzjarjament u fiżikament,

O.  billi r-rwol multifunzjonali tal-mara fiż-żoni rurali jista' jagħti kontribut kunsiderevoli biex jistabbilixxi l-immaġini tal-mara moderna fis-soċjetà tagħna,

P.  billi, kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, ir-rati tal-impjieg huma baxxi fiż-żoni rurali u ħafna nisa qatt mhuma attivi fis-suq tax-xogħol, u għalhekk la huma rreġistrati bħala persuni qiegħda u lanqas mhuma inklużi fl-istatistika dwar il-qgħad,

Q.  billi l-ħarsien soċjali tan-nisa attivi fl-agrikoltura, inklużi n-nisa miżżewġa lill-proprjetarji agrikoli bi dħul addizzjonali (kombinazzjoni tad-dħul finanzjarju, dawk li jaħdmu għal rashom u dawk li jaħdmu part-time) kif ukoll ħaddiema temporanji u migranti, huwa element indispensabbli għal żvilupp modern u sostenibbli taż-żoni rurali,

R.  billi l-proprjetarju tal-azjenda agrikola huwa l-unika persuna li tissemma fid-dokumenti tal-bank u għal skopijiet ta' sussidji u drittijiet akkumulati, u huwa wkoll l-unika persuna li tirrappreżenta l-azjenda fi ħdan assoċjazzjonijiet u gruppi,

S.  billi t-turiżmu rurali, li jinvolvi l-provvista ta' prodotti u servizzi fil-kampanja permezz ta' intrapriżi tal-familja u intrapriżi kooperattivi tat-turiżmu, huwa negozju b'riskju baxx, joħloq opportunitajiet ta' xogħol, jippermetti li l-obbligi familjari jiġu kkombinati max-xogħol u jħeġġeġ lill-popolazzjoni rurali biex tibqa' fil-kampanja,

Żoni rurali bħala spazji fejn jgħix il-bniedem u jeżerċita attività ekonomika

1.  Jinnota li l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi hija objettiv ewlieni tal-UE u l-Istati Membri tagħha; jenfasizza l-importanza li dan il-prinċipju jiġi inkorporat fil-KAP bħala mod biex issir promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku u żvilupp rurali sostenibbli;

2.  Jinnota li, bħal fir-reġjuni urbani, hemm il-ħtieġa li fl-ispazji rurali wieħed ifittex il-kundizzjonijiet ta' ħajja adattati għar-realtà rurali, sabiex in-nisa u l-familji tagħhom ikollhom raġunijiet biex jibqgħu u li jkollhom suċċess hemmhekk;

3.  Jitlob li ż-żoni agrikoli jiġu megħjuna bħala spazji b'diversi aspetti fejn il-bniedem jgħix u jeżerċita attività ekonomika u għaldaqstant għandhom jiġu sfruttati l-funzjoni kruċjali, l-għarfien u l-kompetenzi tan-nisa b'mod partikolari;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex fin-negozjati dwar il-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss, ma tkomplix tnaqqas il-proporzjon tal-baġit totali allokat għall-ispiża agrikola;

5.  Jenfasizza li l-azjendi agrikoli differenti, anki dawk orjentati lejn is-servizzi (p.e. il-btala fil-farms, il-kummerċjalizzazzjoni diretta, is-servizzi soċjali bħal pereżempju l-kura tal-anzjani u t-tfal, tagħlim fil-farms fil-kuntest ta' skola regolari ta' kuljum) huma pedamenti importanti ta' infrastruttura tal-forniment tas-servizzi fiż-żoni rurali u għandhom jiġu appoġġati permezz tal-PAK b'mod sostenibbli; jitlob, għalhekk, biex tali servizzi jiġu promossi permezz tal-PAK, liema servizzi jiftħu prospetti ġodda u opportunitajiet ta' xogħol bi ħlas għan-nisa kif ukoll jiffaċilitaw b'mod sinifikanti l-konċiljazzjoni tal-ħajja professjonali ma' dik tal-familja;

6.  Jitlob li ssir promozzjoni ta' strateġiji ta' żvilupp dinamiċi proprji, permezz tal-appoġġ għall-kreattività tal-atturi nisa u rġiel tal-kampanja, filwaqt li jsir użu mir-riżorsi tradizzjonali speċifiċi ta' kull komunità rurali;

7.  Jenfasizza l-importanza ta' ambjent rurali vijabbli u dinamiku b'popolazzjoni bi kwalitajiet differenti; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza ta' opportunitajiet ta' żvilupp u sfidi adegwati għal nisa żgħażagħ;

8.  Jitlob li l-kundizzjonijiet ta' qafas fiż-żoni rurali jiġu strutturati b'mod li n-nisa ta' kull ġenerazzjoni jkunu jistgħu jibqgħu fl-ambjent immedjat tagħhom u jikkontribwixxu għar-riġenerazzjoni u għall-iżvilupp tiegħu;

9.  Jenfasizza l-importanza tal-arranġamenti għal irtirar bikri għall-bdiewa u l-ħaddiema tal-azjendi fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-għajxien għan-nisa fiż-żoni rurali; jistieden lill-Istati Membri li għadhom ma wettqux dan biex jimplimentaw dawn l-arranġamenti;

10.  Jitlob, f'dan il-kuntest, biex isiru sforzi akbar sabiex iż-żoni rurali fil-firxa wiesgħa tagħhom ikunu mogħnija b'infrastruttura tat-teknoloġija tal-informatika l-aktar moderna, fuq kollox kull aċċess adegwat għall-broadband, u biex tittieħed azzjoni biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-informazzjoni u t-teknoloġiji ta' komunikazzjoni u biex jiġu promossi opportunitajiet indaqs fir-rigward ta' tali aċċess u taħriġ xieraq dwar kif jintuża; jinnota li l-livelli baxxi ta' aċċess għall-broadband ixekklu t-tkabbir tan-negozji ż-żgħar f'bosta żoni rurali madwar l-UE; għalhekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżommu mal-impenn tagħhom li jtejbu l-provvista ta' broadband tagħhom fiż-żoni rurali bħala mod biex jagħtu spinta lill-kompetittività;

11.  Jitlob li forom elettroniċi ta' impriżi, bħal pereżempju n-negozju elettroniku, li jippermettu li jsir in-negozju irrispettivament mid-distanza miċ-ċentri urbani l-kbar, jiġu promossi u appoġġati fost in-nisa fiż-żoni rurali;

12.  Jinnota li, bħal fiż-żoni rurali, huwa kruċjali li titjieb il-kwalità u l-aċċessibilità tal-infrastruttura, il-faċilitajiet u s-servizzi għall-ħajja ta' kuljum fiż-żoni rurali sabiex l-irġiel u n-nisa jkunu jistgħu jibbilanċjaw il-ħajja tal-familja u l-ħajja professjonali tagħhom u jippreservaw il-komunitajiet fiż-żoni rurali; dan jinkludi l-faċilitajiet ta' kura tat-tfal bħala parti mill-infrastruttura tal-farm (bħal “farm crèches” u faċilitajiet oħra ta' qabel l-età tal-iskola), servizzi tal-kura tas-saħħa, faċilitajiet edukattivi (inkluż għat-tagħlim tul il-ħajja), istituti u kura għall-anzjani u dipendenti oħra, servizzi ta' sostituzzjoni fil-każ ta' mard jew tqala, ħwienet lokali għall-oġġetti ta' kuljum, u faċilitajiet ta' mistrieħ u faċilitajiet kulturali; jitlob li l-kundizzjonijiet ta' qafas tal-politika agrikola jiġu mfassla b'mod li lin-nisa tingħatalhom il-possibilità li jirrealizzaw il-potenzjal tagħhom għal ekonomija agrikola multifunzjonali;

13.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jużaw il-Fondi Strutturali u l-Fondi ta' Koeżjoni biex isibu soluzzjoni għan-nuqqas ta' infrastruttura tajba għat-trasport f'żoni rurali u biex jimplimentaw politiki pożittivi biex itejbu l-aċċess għat-trasport għal kulħadd, partikolarment għall-persuni b'diżabilitajiet, peress li t-trasport jibqa' fattur li jiggrava l-esklużjoni soċjali u l-inugwaljanza fis-soċjetà, li primarjament jaffettwaw lin-nisa;

14.  Jitlob li l-politika ta' għajnuna għaż-żoni rurali tkun indirizzata b'aktar qawwa lejn kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-kampanja li jkunu innovattivi u sostenibbli;

15.  Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jappoġġaw proġetti li jippromwovu u joffru pariri għat-twaqqif ta' intrapriżi innovattivi ta' produzzjoni agrikola primarja f'żoni rurali li jkunu jistgħu jipprovdu impjiegi ġodda, partikolarment għan-nisa, f'oqsma ta' azzjoni bħal: żieda fil-valur għall-prodotti agrikoli u provvista ta' ħwienet tal-bejgħ għalihom, użu ta' teknoloġiji ġodda u kontribut għad-diversifikazzjoni ekonomika taż-żona u provvista ta' servizzi li jippermettu l-konċiljazzjoni tal-ħajja professjonali ma' dik tal-familja;

16.  Jinnota li fil-kuntest ta' forom ta' offerti innovattivi l-esperjenzi magħmula sa issa tal-proġetti tan-nisa tat-tieni pilastru tal-PAK (b'mod partikolari l-Axis 3 u l-programm Leader +) għandhom jiġu segwiti, u eżempji tal-aħjar prattika għandhom jiġu identifikati;

17.  Jitlob li l-istrateġiji ta' żvilupp rurali jagħmlu enfasi speċjali fuq ir-rwol tan-nisa biex jiffaċilitaw il-kisba tal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020, partikolarment inizjattivi li jiffukaw fuq l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp;

18.  Jilqa“, b'rabta ma' dan, il-proġetti ESF/EQUAL, li l-għan tagħhom hu li jinvestigaw u jtejbu l-pożizzjoni tan-nisa fl-agrikultura u fiż-żoni rurali;

19.  Jitlob li r-Regolament FAEŻR il-ġdid jipprovdi għal miżuri speċifiċi li jkunu ta' appoġġ għan-nisa fil-perjodu ta' pprogrammar 2014-2020, li jkun ta' benefiċċju għall-impjieg tan-nisa f'żoni rurali;

Nisa fl-ekonomija agrikola

20.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkontribwixxu għal database sinifikattiva dwar is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tan-nisa u l-impenn imprenditorjali tagħhom fir-reġjuni rurali u biex itejbu l-valutazzjoni tad-data (p.e. permezz tal-Eurostat) li tinsab disponibbli, sabiex ikunu jistgħu jiġu adattati l-miżuri politiċi;

21.  Huwa konvint li t-taħriġ u l-assistenza għan-nisa speċifiċi għaż-żoni rurali, proprju fid-dawl tal-kundizzjonijiet fiż-żoni agrikoli, għandhom jinżammu u jiġu estiżi, l-aktar fir-rigward tal-ġestjoni finanzjarja agrikola;

22.  Iqis li hu mixtieq li jkun hemm ħidma biex jinħoloq netwerk Ewropew rurali tan-nisa (jew netwerk ta' assoċjazzjonijiet tan-nisa) u jiġbed l-attenzjoni għas-suċċessi miksuba permezz ta' miżuri tal-PAK tat-tieni pilastru;

23.  Jirrikonoxxi r-rwol importanti tan-netwerks eżistenti tan-nisa fil-livelli differenti, partikolarment f'termini ta' promozzjoni lokali taż-żoni rurali u l-perċezzjoni tagħhom fost il-pubbliku; jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa ta' rikonoxximnet soċjali akbar u ta' appoġġ politiku u finanzjarju għal dawn in-netwerks fil-livell lokali, nazzjoanli u Ewropew, fid-dawl tal-kontribut kbir tagħhom biex jiksbu aktar ugwaljanza, partikolarment fir-rigward tat-taħriġ għan-nisa fiż-żoni rurali u t-tnedija ta' proġetti għall-iżvilupp lokali, inkluż kampanji ta' informazzjoni dwar l-iskrining sabiex tiġi żgurata d-dijanjosi bikrija tal-kansers tan-nisa (il-kanser ċervikali, il-kanser tas-sider, eċċ.); jitlob lill-Istati Membri jappoġġaw parteċipazzjoni aktar qawwija tan-nisa fil-proċess politiku, inkluża r-rappreżentanza xierqa tan-nisa fil-bordijiet ta' istituzzjonijiet, impriżi u assoċjazzjonijiet;

24.  Jitlob għal benefiċċji xierqa għan-nisa fiż-żoni rurali min-naħa tas-sistemi soċjali li jikkunsidraw is-sitwazzjoni partikolari tan-nisa li jaħdmu u l-intitolamenti għall-pensjoni;

25.  Jilqa' f'dan il-kuntest id-Direttiva 2010/41/UE u jitlob lill-Istati Membri jimplimentawha b'mod effiċjenti mill-aktar fis possibbli, l-aktar sabiex jiżguraw:

   li l-konjuġi tal-bdiewa u l-imsieba tagħhom tul il-ħajja jirċievu protezzjoni soċjali;
   li n-nisa bdiewa li jaħdmu għal rashom u l-konjuġi nisa tal-bdiewa jkunu ggarantiti benefiċċji tal-maternità adegwati;

26.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-bżonn, b'mod partikolari fiż-żoni rurali, ta' strateġiji sostenibbli biex jinżammu l-kompetenzi vokazzjonali tan-nisa li jiddeċiedu jieħdu pawża mill-karriera tagħhom għat-trobbija tal-familja u għall-kura tal-familja; jitlob li l-konċiljazzjoni tal-ħajja professjonali ma' dik tal-familja tiġi ffaċilitata, sabiex is-sehem tan-nisa fil-forom differenti tax-xogħol ikun possibbli, jinżamm u jkompli jiġi żviluppat;

27.  Jinnota li d-“diversifikazzjoni tal-farms” hija aspett tal-ekonomija rurali li qed isir dejjem aktar importanti; jinnota li r-rwol tan-nisa biex jagħtu bidu, jiżviluppaw u jimmaniġġjaw il-proġetti tad-“diversifikazzjoni tal-farms” huwa sinifikanti;

28.  Jitlob għall-promozzjoni tal-ispirtu imprenditorjali tan-nisa, partikolarment permezz tal-promozzjoni tas-sjieda tan-nisa, tan-netwerks ta' imprendituri nisa, u l-opportunità fis-settur finanzjarju ta' faċilitazzjoni tal-aċċess għall-imprendituri agrikoli nisa (inklużi dawk li jaħdmu għal rashom individwalment, dawk li jaħdmu part-time bi dħul baxx u ż-żgħażagħ nisa) għall-kreditu – sabiex ikollhom aktar poter biex jaġixxu b'mod effettiv fis-suq u jkunu jistgħu jiżviluppaw negozji li minnhom ikunu jistgħu jaqilgħu l-għajxien b'mod stabbli; jitlob ukoll biex tittieħed azzjoni biex jitjiebu l-attitudnijiet, il-ħiliet u l-kapaċitajiet imprenditorjali tan-nisa biex tiġi promossa r-rappreżentanza tagħhom fl-entitajiet maniġerjali tal-intrapriżi u l-assoċjazzjonijiet;

29.  Jiltob lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali rilevanti biex jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tan-nisa fi gruppi ta' azzjoni lokali u l-iżvilupp ta' sħubija lokali skont il-programm Leader, kif ukoll li jiżguraw il-parteċipazzjoni bilanċjata fir-rigward tas-sessi fil-bordijiet tal-immaniġġjar tagħhom;

Nisa fl-ekonomija agrikola

30.  Jitlob li l-kompetenza professjonali agrikola u extra-agrikola tan-nisa tiġi kkunsidrata b'aktar attenzjoni fl-istrateġiji ta' żvilupp għall-azjendi individwali u fuq skala reġjonali; jenfasizza l-importanza tal-kwalifiki u l-edukazzjoni tal-bdiewa nisa u n-nisa li jaħdmu fil-kampanja bħala produtturi u imprendituri, u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, flimkien mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-organizzazzjonijiet rurali u l-assoċjazzjonijiet tan-nisa u tal-bdiewa, biex joħolqu inċentivi għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa fil-forza tax-xogħol, biex titneħħa kwalunkwe diskriminazzjoni kontra n-nisa waqt ix-xogħol, u biex jitjieb it-taħriġ tan-nisa, inkluż bil-promozzjoni tal-aċċess għal edukazzjoni postgraduate u korsijiet speċjalizzati f'istituzzjonijiet edukattivi, biex jipproponu miżuri korrispondenti għall-iżvilupp rurali taħt l-Axis 3 tal-programmi għall-iżvilupp rurali u biex jinkoraġġixxu l-inizjattivi eżistenti; jinnota li dawn il-miżuri se jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali fiż-żoni rurali u li n-nisa għandhom riskju ikbar li jsiru fqar meta mqabbla mal-irġiel;

31.  Jitlob li l-isforzi politiċi jiġu appoġġati sabiex ir-rwol tan-nisa fil-kampanja jiġi msaħħaħ permezz tal-fatt li, b'mod konkret u bis-saħħa legali, l-eżerċitar ta' attività agrikola imprenditorjali jiġi ssimplifikat anki fir-rigward tas-sjieda tal-azjenda, sabiex jipparteċipaw b'mod aktar mill-qrib fid-drittijiet u d-dmirijiet tal-kumpanija fuq il-bażi tar-responsabilità tagħhom fl-impriża, li jinkludi, fost l-oħrajn, ir-rappreżentanza tal-interessi f'kunsilli agrikoli u l-parteċipazzjoni effettiva fid-dħul kollu mill-impriżi;

32.  Jitlob biex jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tan-nisa u tal-bdiewa li għandhom sehem importanti biex iħeġġu u jagħtu bidu għal programmi ta' żvilupp ġodda u għad-diversifikazzjoni b'tali mod li n-nisa jkunu jistgħu jimplimentaw ideat ġodda sabiex jiddiversifikaw il-produzzjoni u l-provvista ta' servizzi fiż-żoni rurali;

33.  Huwa tal-fehma li, bħala parti mir-riforma tal-PAK tal-futur, il-bżonnijiet tan-nisa fiż-żoni rurali u r-rwol tan-nisa li qed jaħdmu fl-agrikultura għandhom jitqiesu u għandhom jingħataw prijorità fir-rigward tal-aċċess għal ċerti servizzi u għajnuna, skont il-bżonnijiet territorjali f'kull Stat Membru;

34.  Huwa konvint li fi żmien medju n-nisa għandhom ikunu rappreżentati b'mod xieraq fil-kunsilli politiċi, ekonomiċi u soċjali kollha tas-settur agrikolu, sabiex il-perspettivi tan-nisa u tal-irġiel jintisġu flimkien fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet; jenfasizza l-importanza tal-introduzzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi għall-benefiċċju tan-nisa, biex jiġi ggarantit li n-nisa jipparteċipaw f'tali entitajiet fuq bażi ugwali;

35.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffaċilitaw l-aċċess imtejjeb għall-art u l-kreditu għan-nisa biex in-nisa jistabbilixxu ruħhom fiż-żoni rurali u jkunu atturi fis-settur agrikolu;

36.  Jitlob li l-istrateġiji li hemm sa issa dwar il-ħarsien soċjali tan-nisa li jaħdmu fil-kampanja (bdiewa nisa, ħaddiema agrikoli nisa, ħaddiema staġjonali eċċ.), inkluża l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/41/UE, jiġu kkumpilati, quddiem l-isfond tas-sitwazzjoni nazzjonali partikolari rigward id-dritt tal-proprjetà u d-dritt fiskali, u li dawn l-esperjenzi jitpoġġew għad-dispożizzjoni għall-iżvilupp ta' ħarsien soċjali adegwat għan-nisa fiż-żoni rurali fl-Istati Membri;

37.  Jenfasizza li l-politiki Ewropej fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-għajxien tan-nisa f'żoni rurali għandhom iqisu wkoll il-kundizzjonijiet tal-għajxien u dawk fuq il-post tax-xogħol tal-immigranti nisa impjegati bħala ħaddiema staġjonali fil-farms, speċjalment fir-rigward tal-bżonn ta' akkomodazzjoni adegwata, protezzjoni soċjali, assigurazzjoni medika u kura tas-saħħa; jenfasizza li hemm bżonn li jingħata l-ikbar valur possibbli lix-xogħol tan-nisa;

38.  Jitlob li l-Kummissjoni tinkludi fir-rapport ta' sommarju tagħha, li għandu jiġi ppreżentat fl-2011 skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta' Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), analiżi fil-fond tal-impatt tal-miżuri meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni tan-nisa f'żoni rurali;

o
o   o

39.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 55, 25.2.2006, p. 20.
(2) ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.
(3) ĠU C 66 E, 20.3.2009, p. 23.
(4) Dokument tal-Kunsill 09184/2010.
(5) ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1.


L-effiċjenza u l-effikaċja tal-finanzjament tal-UE fil-qasam tad-dekummissjonar tal-impjanti nukleari fl-Istati Membri l-ġodda
PDF 327kWORD 83k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2011 dwar l-effiċjenza u l-effikaċja tal-finanzjament tal-UE fil-qasam tad-dekummissjonar tal-impjanti nukleari fl-Istati Membri l-ġodda (2010/2104(INI))
P7_TA(2011)0123A7-0054/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 tat-Trattat ta' Adeżjoni dwar l-impjant nukleari ta' Ignalina fil-Litwanja, u l-Protokoll Nru 9 dwar l-Unitajiet 1 u 2 tal-impjant nukleari Bohunice V1 fis-Slovakkja, u l-Artikolu 30 tal-Protokoll li jikkonċerna l-kundizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Protokoll 4 dwar l-impjant nukleari ta' Ignalina fil-Litwanja(1), dwar l-implimentazzjoni tal-Protokoll 9 dwar l-Unitajiet 1 u 2 tal-impjant nukleari Bohunice V1 fis-Slovakkja(2) u dwar l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni fir-rigward tad-diżattivazzjoni tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari ta' Kozloduy fil-Bulgarija (Programm Kozloduy)(3),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-użu ta' riżorsi finanzjarji allokati għad-dekommissjonar ta' stallazzjonijiet nukleari (COM(2007)0794) u d-dokument “Data tal-UE dwar il-finanzjament għad-dekummissjonar” li jakkumpanjaha (SEC(2007)1654),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar il-ġestjoni tar-riżorsi finanzjarji għad-dekummissjonar tal-installazzjonijiet nukleari(4),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0054/2011),

A.   billi meta l-Litwanja, is-Slovakkja u l-Bulgarija kienu għadhom pajjiżi kandidati tal-UE, kienu jħaddmu impjanti nukleari qodma li dwarhom kien intlaħaq qbil li jingħalqu, u n-negozjati ta' adeżjoni wasslu għall-iffissar ta' dati għall-għeluq tat-tliet impjanti kkonċernati,

B.   billi l-UE rrikonoxxiet li l-għeluq bikri u d-dekummissjonar sussegwenti ta' dawn l-unitajiet fit-tliet impjanti kien ifisser piż finanzjarju u ekonomiku sinifikanti li ma setgħux jidħlu għalih kollu kemm hu l-Istati Membri kkonċernati, u għaldaqstant it-Trattat ta' Adeżjoni, kif ukoll ir-Regolamenti sussegwenti tal-Kunsill għall-implimentazzjoni ta' dawn it-Trattati, ipprevedew assistenza finanzjarja lill-Istati Membri rispettivi; billi, madankollu, ma kienx ġie deċiż b'mod ċar jekk l-għajnuna kellhiex tkopri n-nefqa sħiħa tad-dekummissjonar jew tikkumpensa għall-konsegwenzi ekonomiċi kollha; jinnota li kemm il-Bulgarija kif ukoll is-Slovakkja għadhom s'issa esportaturi netti tal-elettriku,

C.  billi l-għajnuna tipprevedi miżuri fl-oqsma li ġejjin:

   id-dekummissjonar (xogħol ta' tħejjija għall-għeluq, sostenn lir-regolatur, it-tfassil tad-dokumentazzjoni meħtieġa għad-dekummissjonar u għal-liċenzjar, il-manutenzjoni u s-sorveljanza sikuri wara l-għeluq, it-trattament tal-iskart, il-ħżin u d-dekontaminazzjoni tal-iskart u tal-fjuwils użati, u xogħol ta' żarmar),
   l-enerġija (il-modernizzazzjoni u t-titjib ambjentali tal-faċilitajiet eżistenti, is-sostituzzjoni tal-kapaċità ta' produzzjoni tal-unitajiet li jingħalqu, it-titjib tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u tal-effiċjenza enerġetika u ta' miżuri oħra li jikkontribwixxu għar-ristrutturar u l-modernizzazzjoni meħtieġa tal-infrastruttura enerġetika),
   il-konsegwenzi soċjali (l-appoġġ għall-persunal tal-impjanti biex jinżamm livell għoli ta' sikurezza fiż-żmien qabel ma jiżżarmaw l-impjanti wara li dawn jingħalqu, u t-taħriġ mill-ġdid tal-istaff għall-inkarigi l-ġodda ta' dekummissjonar),

D.   billi l-għajnuna bdiet qabel l-adeżjoni u qabel ma ngħalqu l-unitajiet rispettivi, u l-fondi akkumulaw fi ħdan il-Fondi Internazzjonali ta' Appoġġ għad-Dekummissjonar (IDSF) sakemm komplew it-tħejjijiet amministrattivi,

E.  billi d-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari u l-immaniġġjar tal-iskart tagħhom huma operazzjonijiet teknikament kumplessi li jeħtieġu ħafna riżorsi finanzjarji u jinvolvu responsabilitajiet ambjentali, tekniċi, soċjali u finanzjarji,

1.  Jinnota li l-Litwanja, is-Slovakkja u l-Bulgarija ssodisfaw l-impenji tagħhom tat-Trattat ta' Adeżjoni li jagħlqu l-unitajiet rispettivi fit-tliet impjanti nukleari fiż-żmien maħsub: L-Unità 1 tal-impjant ta' Ignalina ngħalqet fil-31 ta' Diċembru 2004 u l-Unità 2 fil-31 ta' Diċembru 2009; L-Unità 1 tal-impjant Bohunice V1 ngħalqet fil-31 ta' Diċembru 2006 u l-Unità 2 fil-31 ta' Diċembru 2008; L-Unitajiet 1 u 2 tal-impjant ta' Kozloduy ingħalqu fil-31 ta' Diċembru 2002 u l-Unitajiet 3 u 4 fil-31 ta' Diċembru 2006;

2.  Jinnota wkoll li t-tliet Stati Membri kollha ppruvaw jinnegozjaw mill-ġdid l-impenji politiċi tagħhom rigward l-għeluq tar-reatturi u dan wassal għal dewmien fil-proċess;

3.  Jinnota l-eżistenza ta' bażi legali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja; Jinnota li l-ammonti huma stabbiliti annwalment permezz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni, ibbażata fuq dokumenti annwali individwali ta' programmazzjoni konġunta, li jippermettu li jkun hemm kontroll fuq l-iżvilupp u l-finanzjament tal-proġetti approvati;

4.  Jinnota li minħabba l-esperjenza u d-dejta limitata tal-UE fil-qasam tad-dekummissjonar, l-għajnuna finanzjarja ġiet deċiża mingħajr il-possibilità li jiġi definit limitu massimu finanzjarju; jinnota li ma kien għad hemm l-ebda kundizzjoni ċara għall-ispeċifikazzjoni dwar limiti massimi anki wara li kienu tfasslu l-pjanijiet u l-istrateġiji għad-dekummissjonar, li kien ifisser li l-għoti ta' aktar għajnuna finanzjarja kellu jiġi deċiż billi ssir kunsiderazzjoni stadju bi stadju u każ b'każ;

5.  Iqis li l-għan tal-assistenza tal-Kummissjoni huwa li tkun ta' appoġġ lil dawn it-tliet Stati Membri biex huma jlaħħqu mal-piż finanzjarju u ekonomiku minħabba d-dati fissi u bikrin għall-għeluq, biex tkopri l-ispejjeż tal-ħafna attivitajiet importanti tad-dekomissjonar, tinvesti fi proġetti tal-enerġija bil-għan li tonqos id-dipendenza fuq l-enerġija u tgħin biex jittaffa l-impatt soċjali tad-dekummissjonar tal-impjanti; jinnota, madankollu, li fit-tliet każijiet l-ispiża tad-dekummissjonar tal-impjanti qabżet l-għajnuna ppjanata tal-UE, u aktarx taqbeż ukoll l-istimi inizjali; jinnota wkoll li parti kbira mill-fondi ntużat għal proġetti tal-enerġija u mhux għall-għan ewlieni tal-għajnuna finanzjarja, jiġifieri d-dekummissjonar tal-impjanti nukleari;

6.  Jemmen li l-kunċett ta' solidarjetà tal-Unjoni Ewropea effettivament jikkontribwixxi biex jittaffew il-konsegwenzi ekonomiċi tal-għeluq bikri fis-settur tal-enerġija; jinnota, madankollu, li fiż-żmien meta tħejja dan ir-rapport, id-dekummissjonar innifsu kien għadu fl-istadju inizjali tiegħu;

7.  Jinnota li d-dekummissjonar tal-impjanti tal-enerġija nukleari konċernati għandu jingħata l-ogħla prijorità fl-interess tas-sikurezza u s-saħħa tal-popli kollha tal-Ewropa;

8.  Jibża' li nuqqas ta' riżorsi finanzjarji għall-miżuri ta' dekomissjonar se jdewwem id-dekummissjonar tal-impjanti tal-enerġija nukleari u jhedded l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem;

9.  Jenfasizza li l-kwistjoni tas-sikurezza hija tal-ogħla importanza għad-dekummissjonar tal-unitajiet magħluqa kmieni fit-tliet impjanti nukleari kkonċernati; jistieden, għaldaqstant, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżommu dan f'moħħhom meta fil-ġejjieni jiġu għal deċiżjonijiet dwar id-dekummissjonar nukleari, b'mod ġenerali, u dwar dawn it-tliet programmi ta' dekummissjonar, b'mod partikulari; jistieden lill-Kummissjoni biex torganizza koordinazzjoni xierqa mal-Istati Membri u biex tistabbilixxi skedi ta' żmien preċiżi għat-tlestija tal-proġetti;

10.  Jinnota b'ċertu tħassib li l-pjanijiet dettaljati dwar id-dekummissjonar tat-tliet programmi ta' dekummissjoni kkonċernati għadhom ma ġewx finalizzati u, b'riżultat ta' dan, m'hemmx biżżejjed informazzjoni dwar il-kalendarji, dwar in-nefqa ta' proġetti partikulari, u dwar is-sorsi ta' finanzjament għalihom; iħeġġeġ, għaldaqstant, lill-entitajiet nazzjonali relevanti biex jiffinalizzaw il-pjanijiet, u lill-Kummissjoni biex tirrapporta dwar dan il-proċess u tipprovdi ppjanar finanzjarju dettaljat u fit-tul tal-proġetti ta' dekomissjonar; jistieden lill-Kummissjoni biex tiddeskrivi biċ-ċar l-ambitu tal-iffinanzjar tal-UE meħtieġ biex jitwettqu dawn il-pjanijiet;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tistudja modi kif jinbidlu l-metodi ta' finanzjament tal-UE għall-operazzjonijiet ta' dekummissjonar fid-dawl tal-istrateġiji użati fl-Istati Membri u l-istrutturi amministrattivi nazzjonali tagħhom, u kif jiġu ssimplifikati r-regoli dwar il-ġestjoni tal-fondi b'tali mod li dawn ma jaffettwawx is-sikurezza u s-sigurtà tal-operazzjonijiet ta' dekummissjonar;

12.  Jinnota n-nuqqas ta' tqassim ċar ta' responsabilità fost il-parteċipanti fl-iffinanzjar u l-parteċipanti fil-proċess ta' dekummissjonar; jemmen li l-Kummissjoni għandu jkollha r-responsabilità ewlenija għall-implimentazzjoni tal-assistenza tal-UE, u li għandu jitwaqqaf immaniġġjar konġunt mal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (EBRD);

13.  Iqis li, għall-għan tal-għoti ta' kuntratti, ikun mixtieq li jiġi applikat kriterju tar-reċiproċità tal-Komunità għall-benefiċċju tal-impriżi Ewropej, bl-applikazzjoni b'mod partikolari tal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 58 tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkordina l-proċeduri ta' akkwist ta' entitajiet li joperaw, fost l-oħrajn, fis-settur tal-enerġija;

14.  Jinnota li l-assistenza finanzjarja totali mill-Unjoni Ewropea lit-tliet Stati Membri sal-aħħar tal-2013 jammontaw għal EUR 2 847,78 miljun; jinnota li, għalkemm jeżistu differenzi bejn l-impjanti nukleari, speċjalment rigward il-ħżin tal-fjuwil, fil-prinċipju l-programmi għandhom l-istess teknoloġija; jinnota, madankollu, li hemm differenzi konsiderevoli fl-ammonti allokati: Ignalina (2 unitajiet): EUR 1 367 miljun; Ignalina (2 unitajiet): EUR 613 miljun; u Ignalina (4 unitajiet): EUR 867,78 miljun;

15.  Jinnota, skont id-dejta disponibbli fl-aħħar tal-2009, is-sitwazzjonijiet differenti fost l-Istati Membri fir-rigward tal-ammonti mogħtija: Ignalina: total ta' EUR 1 367 miljun, b'impenn ta' EUR 875,5 miljun (64,04%), u b'EUR 760,4 miljun (55,62 %) mogħtija; Bohunice: total ta' EUR 613 miljun, b'impenn ta' EUR 363,72 miljun (59,33%), u b'EUR 157,87 miljun (25,75%) mogħtija; Kozloduy: total ta' EUR 867,78 miljun, b'impenn ta' EUR 567,78 miljun (65,42%), u b'EUR 363,149 miljun (41,84%) mogħtija, dovuti l-aktar għaż-żmien differenti tal-għeluq;

16.  Iqis li huwa meħtieġ li l-fondi jkunu mmaniġġjati u li r-riżorsi tagħhom jintużaw bi trasparenza assoluta; jirrikonoxxi l-importanza ta' mmaniġġjar sod u trasparenti tar-riżorsi finanzjarji, b'superviżjoni esterna xierqa ħalli tiġi żgurata l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-enerġija; jirrakkomanda t-trasparenza u l-parteċipazzjoni pubblika f'dan il-qasam;

17.  Jieħu nota tal-verifiki u l-valutazzjonijiet kompluti li ġejjin: “Valutazzjoni Intermedja tal-Assistenza għad-Dekummissjonar għal-Litwanja u s-Slovakkja” (2007); il-verifiki interni tal-Kummissjoni Ewropea tat-tliet programmi kollha fl-2007; il-verifiki tal-Aġenzija ċentrali tal-immaniġġjar tal-proġetti (CPMA) fl-2008 u fl-2009 mwettqa mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) dwar l-impjant ta' Ignalina; il-verifika tal-QEA għat-tfassil tad-dikjarazzjoni ta' affidabilità (DAS) tal-2008; l-istudju ta' fattibilità tal-2009 tal-QEA; u jqis ukoll attivitajiet li qed jitwettqu bħalissa: il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni mistennija kmieni fl-2011; il-verifika finanzjarja esterna tal-Fond Internazzjonali ta' Appoġġ għad-Dekummissjonar ta' Bohunice (BIDSF), imwettqa mill-Kummissjoni Ewropea; u l-verifika sħiħa tal-prestazzjoni għat-tliet programmi kollha;

18.  Iqis li, meta jitqiesu l-ammonti kbar ta' flus involuti, l-aspetti ġodda tal-użu tal-fondi, il-fatturi mhux magħrufa li ħarġu mill-proċess, u l-għadd numeruż ta' tibdiliet, adattamenti u l-allokazzjoni ta' ammonti addizzjonali sussegwenti, l-għadd u l-kamp ta' applikazzjoni tal-verifiki mwettqa jidhru li mhumiex biżżejjed; jiddispjaċih li l-Valutazzjoni Intermedja tal-assistenza għad-dekummissjonar lil-Litwanja u s-Slovakkja ta' Settembru 2007 tal-Kummissjoni ma koprietx il-Bulgarija (li diġà kienet qed tirċievi l-assistenza dak iż-żmien);

19.  Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' rapporti annwali mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew dwar l-użu ta' riżorsi finanzjarji allokati għad-dekummissjonar tal-impjanti tal-enerġija nukleari; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex timmoniterja u tirrapporta kull sena lill-Parlament dwar it-titjib fl-użu tal-fondi u dwar il-prospetti li l-fondi akkumulati għad-dekummissjonar ta' dawn l-unitajiet speċifiċi fit-tliet impjanti nukleari jkunu assorbiti matul it-tliet snin li ġejjin;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq analiżi biex taċċerta li l-possibilità li jingħataw fondi lill-proġetti ta' dekummissjonar li jitwettqu sal-2013 għadha teżisti, speċjalment peress li l-liċenzji għad-dekummissjonar se jinħarġu għal Bohunice f'Lulju 2011 u għal Kozloduy fl-aħħar tal-2011 u fl-aħħar tal-2012;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni komparattiva dwar l-implimentazzjoni tal-kalendarji inizjali u riveduti għall-istadji differenti tal-proċessi ta' dekummissjonar, kif ukoll dwar il-miżuri fil-qasam tal-enerġija u soċjali, qabel kull allokazzjoni ulterjuri ta' fondi tal-UE;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar it-titjib partikulari li ġej lill-istabbiliment, fl-2007, ta' Kumitat ta' Ġestjoni fil-livell tal-Istati Membri bil-għan li jgħinha fl-implimentazzjoni tal-programmi ta' assistenza, u biex tagħti rendikont tal-bidliet proċedurali li seħħew minn dakinhar;

23.  Jinnota li l-verifika tal-QEA għadha għaddejja; jissuġġerixxi li din għandha tgħin biex timmanifesta l-objettivi tal-użu tal-fondi u l-effikaċja tagħhom, kif ukoll dwar proposti vijabbli fil-ġejjieni, u tivvaluta l-fondi addizzjonali meħtieġa sabiex jitwettaq id-dekummissjonar; jissuġerixxi li, billi hija verifika kompleta tal-prestazzjoni, hija għandha tikkjarifika dan li ġej:

   jekk il-fondi ntużawx għall-għanijiet li għalihom kienu maħsuba,
   jekk il-proċeduri ta' akkwist tfasslux kif xieraq u ġewx rispettati,
   jekk il-flus allokati kkontribwewx biex tiżdied is-sikurezza fl-attività tad-dekummissjonar;
   jekk il-proċeduri ta' akkwist żgurawx li l-kumpaniji involuti kienu se jipprovdu sikurezza ta' standards tal-UE,
   jekk kienx hemm attivitajiet li fihom kien involut l-OLAF,
   jekk kienx hemm koordinazzjoni xierqa fost it-tliet programmi eżistenti, biex isir użu effiċjenti mill-esperjenza miksuba u mill-proġetti preċedentement imħejjija u ffinanzjati, u kemm kien hemm duplikazzjoni fil-programmi ta' dekummissjonar (minħabba li, pereżempju, hemm diversi proġetti simili li jirrigwardaw il-ħżin, il-kwalifiki personali, eċċ., li setgħu jiġu adattati minn impjant għall-ieħor, b'mod li jiġu ffrankati r-riżorsi);

24.  Iqis li, fir-rigward tal-attivitajiet tal-ġejjieni li jridu jiġu ffinanzjati mill-ammonti allokati mill-UE fil-perjodu 2007-2013, jeħtieġ li jiġu ċċarati l-kwistjonijiet li ġejjin:

   jekk il-pjanijiet u l-istrateġiji li diġà jeżistu humiex kompleti u jekk għadx hemm il-possibilità li jiżdiedu attivitajiet ġodda u, għaldaqstant, fondi addizzjonali,
   jekk il-kapaċità ta' ħżin temporanju ġenerali u l-proċedura biex jintgħażel sit tal-iskart domestiku final għall-iskart radjuattiv finali humiex kompleti jew le,
   jekk għadx hemm il-ħtieġa li jkunu allokati fondi addizzjonali għall-proġetti tal-enerġija jew jekk hemmx il-ħtieġa li wieħed jiffoka fuq il-proġetti ta' dekummissjonar,
   jekk, sakemm dan ma kienx il-każ s'issa, l-esperjenza miksuba u l-proġetti mwettqa għal impjant nukleari partikolari għandhom jintużaw għall-oħrajn ukoll;

25.  Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' tim ta' koordinaturi u esperti tal-UE tat-tliet proġetti kollha, li setgħu ppermettew il-programm ta' dekummissjonar li jkun trattat bħala pakkett sħiħ ibbażat fuq l-esperjenza tal-UE, biex b'hekk ikun hemm sinerġiji bejn it-tliet każijiet;

26.  Jenfasizza li jeħtieġ li jkun hemm koordinazzjoni msaħħa bejn it-tliet programmi sabiex jiġi assigurat ippjanar aħjar tal-attivitajiet u l-iskambju tal-esperjenza miksuba; iqis li l-Unjoni Ewropea fis-sħuħija tagħha tista' wkoll tibbenefika minn din l-esperjenza għax ir-reatturi jitwaqqfu mis-servizz fl-aħħar tal-ħajja ekonomika tagħhom; għalhekk jistieden lill-partijiet kollha involuti jiżviluppaw u jiġbru l-aħjar prattiki ta' dekummissjonar u biex jassiguraw l-aħjar użu tal-esperjenza u tal-informazzjoni miksuba fost l-Istati Membri l-oħra li għandhom impjanti tal-enerġija nukleari;

27.  Jistieden lill-Kummissjoni twaqqaf Tim ta' Koordinazzjoni, li għandu jkun responsabbli:

   mis-superviżjoni tat-tfassil ta' pjan finali b'kalendarju ċar,
   mis-superviżjoni tal-użu tal-flus allokati s'issa,
   li jistabbilixxi jekk hemmx aktar ħtieġa ta' rwol tal-UE u jekk hu hekk, jiddeċiedi l-livell eżatt tal-involviment tal-UE,
   li jiddeċiedi dwar ir-responsabilitajiet, inkluż ir-rwol tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp u jissorvelja l-finalizzazzjoni tal-proċess tad-dekummissjonar;

28.  Jinnota li l-prinċipju ta' min iniġġes iħallas għandu jiġi applikat għall-finanzjament tal-operazzjonijiet tad-dekummissjonar u li l-operaturi nukleari għandhom jiżguraw li jinżammu biżżejjed riżorsi finanzjarji biex ikopru l-ispejjeż tad-dekummissjonar futuri matul il-ħajja produttiva tal-istallazzjonijiet nukleari;

29.  Jinnota li l-għeluq bikri tar-reatturi ma ħalliex issir l-akkumulazzjoni ppjanata tal-ammonti meħtieġa fil-fondi nazzjonali rispettivi maħsuba biex ikopru l-ispejjeż kollha marbuta mad-dekummissjonar tal-impjanti;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni, billi jitqiesu l-istrateġiji varji użati mill-Istati Membri, biex tesplora mezzi possibbli biex jiġu armonizzati l-approċċi għall-iffinanzjar tad-dekummissjonar fl-UE sabiex tiġi żgurata l-akkumulazzjoni fil-ħin ta' riżorsi finanzjarji meħtieġa mingħajr ma jiġu kompromessi s-sikurezza u s-sigurtà tal-proċess tad- dekummissjonar;

L-impjant nukleari ta' Ignalina

31.  Jilqa' l-fatt li l-biċċa l-kbira tal-proġetti tal-programm ta' Ignalina dwar l-effiċjenza fl-enerġija u l-provvista tal-elettriku fiż-żgur jinsabu fil-fażi ta' implimentazzjoni jew diġà ġew implimentati;

32.  Jinnota bi tħassib li kien hemm dewmien serju fil-proġetti ewlenin fil-qasam tal-ġestjoni tal-infrastrutturi tal-iskart (proġett għall-ħżin ta' fjuwils użati u għat-tqegħid tal-iskart f'depożiti) li wassal għal spejjeż żejda apparti l-istimi oriġinali; jinnota li l-marġini disponibbli fis-sistema kważi nħela kollu u li kwalunkwe dewmien li jista' jkun hemm jista' jolqot ir-rotta kritika tal-pjan sħiħ ta' dekummissjonar, biż-żidiet fl-ispiża li jmorru miegħu; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar ir-riżultati tar-rieżami tal-kalendarju tal-proġett;

33.  Jinnota li l-parti l-kbira tal-fondi kienu allokati lil proġetti tal-enerġija, li għad hemm ħtieġa ta' finanzjament konsiderevoli għad-dekummissjonar u li l-fondi nazzjonali mhumiex biżżejjed biex ikopru dawn l-ispejjeż: il-Fond Nazzjonali għad-Dekummissjonar tal-impjant nukleari ta' Ignalina s'issa akkumula kemmxejn aktar minn EUR 100 miljun (filwaqt li l-ispejjeż tekniċi tad-dekummissjonar biss ilaħħqu għal bejn EUR 987 miljun u EUR 1 300 miljun), u parti sostanzjali minn dawn intużaw għal proġetti li m'għandhomx x'jaqsmu mad-dekummissjonar; jappella biex jittieħdu miżuri adegwati f'dan ir-rigward, partikolarment mill-Istat Membru;

L-impjant nukleari ta' Bohunice

34.  Jilqa' l-progress li twettaq dwar il-programm ta' Bohunice;

35.  Jinnota li, filwaqt li huwa previst li jkun hemm għajnuna għad-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari, partikolarment għar-reatturi tal-impjant V1, kif ukoll għas-sigurtà tal-provvista, il-Fond Nukleari nazzjonali ma warrab l-ebda sors speċifiku għall-finanzjament tal-proġett ta' dekummissjonar tal-impjant A1, li għaddej bħalissa;

36.  Jirrimarka li ċerti proġetti ta' dekummissjonar, bħall-bini mill-ġdid tas-sistema protettiva fiżika taż-żona, il-proġett tat-trattament tal-iskart storiku, u l-bini ta' ħażna proviżorja għall-iskart radjuattiv fis-sit ta' Bohunice, kellhom dewmien sinifikanti fl-implimenetazzjoni tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-parti Slovakka jieħdu passi biex jevitaw li jkun hemm dewmien u biex jevitaw li jipperikolaw il-progress skedat tax-xogħlijiet ta' dekummissjonar;

L-impjant nukleari ta' Kozloduy

37.  Jilqa' l-prestazzjoni teknika u finanzjarja, li ġeneralment kienet tajba, tal-programm ta' Kozloduy, u r-reviżjoni tal-istrateġija ta' dekummissjonar għall-Unitajiet 1 sa 4, li nbidlet minn strateġija ta' żarmar diferit għal strateġija ta' żarmar immedjat u kontinwu;

38.  Jinnota bi tħassib li, fejn tidħol id-distribuzzjoni tal-fondi pubbliċi allokati, il-perċentwali tal-proġetti dwar l-enerġija huwa pjuttost għoli; jistieden lill-Kummissjoni timmoniterja l-implimentazzjoni tal-bqija tal-proġetti tal-enerġija u biex tirrapporta dwar ir-riżultati; jappella għal żieda fil-proporzjon ta' proġetti li jirrigwardaw id-dekummissjonar u l-iskart fil-bqija tal-perjodu tal-programm ta' Kozloduy;

39.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' koordinazzjoni amministrattiva komprensiva bejn l-Impriża Statali għall-Iskart Radjuattiv (SERAW) u l-impjant nukleari ta' Kozloduy, li llum huma responsabbli mill-Unitajiet 1-2 u l-Unitajiet 3-4, rispettivament; jistieden lill-parti Bulgara tanalizza u timplimenta minnufih il-miżuri ta' titjib meħtieġa fir-rigward ta' din il-ġestjoni maqsuma, u/jew biex tiġbor l-Unitajiet 1-4 taħt ġestjoni komuni;

o
o   o

40.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet tal-Bulgarija, tal-Litwanja u tas-Slovakkja.

(1) ĠU L 411, 30.12.2006, p. 10.
(2) ĠU L 131, 23.5.2007, p. 1.
(3) ĠU L 189, 13.7.2010, p. 9.
(4) ĠU L 330, 28.11.2006, p. 31.


Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Ir-Repubblika Ċeka - UNILEVER
PDF 378kWORD 47k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l- amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEAG/2010/010 CZ/Unilever mir-Repubblika Ċeka) (COM(2011)0061 – C7-0055/2011 – 2011/2044(BUD))
P7_TA(2011)0124A7-0060/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0061 – C7-0055/2011),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1) (Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (ir-Regolament FEAG)(2),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits(A7-0060/2011),

A.  billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin u biex tgħinhom jerġgħu jiġu integrati fis-suq tax-xogħol,

B.  billi l-ambitu tal-FEAG twessa' temporanjament għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn għall-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,

C.  billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ġew issensjati għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista' jkun malajr u b'mod effiċjenti kemm jista' jkun, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 rigward l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-FEAG,

D.  billi r-Repubblika Ċeka talbet assistenza fir-rigward ta' każi li jikkonċernaw 634 sensja (kollha immirati għall-assistenza) fl-intrapriża Unilever ČR, spol.sr.o li topera fis-settur tal-bejgħ bl-imnut fir-reġjun ta' NUTS II ta' Střední Čechy,

E.  billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament FEAG,

1.  Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEAG; japprezza f'dan is-sens il-proċedura mtejba applikata mill-Kummissjoni, wara t-talba mill-Parlament sabiex jitħaffef ir-rilaxx ta' għotjiet, immirata biex tippreżenta lill-awtorità baġitarja l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta' applikazzjoni tal-FEAG flimkien mal-proposta li jiġi mobilizzat il-FEAG; jittama li jinkiseb iktar titjib fil-proċedura fil-qafas tar-reviżjonijiet li ġejjin tal-FEAG;

2.  Ifakkar fl-impenn li għandhom l-istituzzjonijiet li jassiguraw proċedura mgħaġġla u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEAG, biex jiġi pprovdut appoġġ individwali ta' darba u limitat fiż-żmien, immirat biex jgħin lill-ħaddiema li ġew issensjati bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jiġbed l-attenzjoni fuq ir-rwol li jista' jwettaq il-FEAG biex il-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol; jitlob, madankollu, li ssir evalwazzjoni dwar l-integrazzjoni fuq perjodu ta' żmien twil ta' dawn il-ħaddiema fis-suq tax-xogħol bħala riżultat dirett tal-miżuri ffinanzjati mill-FEAG;

3.  Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament FEAG, għandu jkun żgurat li l-FEAG jappoġġa r-reintegrazzjoni fix-xogħol tal-ħaddiema individwali ssensjati; itenni li għajnuna mill-FEAG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta' ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;

4.  Jiddispjaċih li r-Regolament dwar il-FEAG fil-forma preżenti tiegħu ma jirrikjediex investigazzjoni tas-saħħa finanzjarja, il-possibbiltà ta' evażjoni tat-taxxa jew is-sitwazzjoni rigward l-għajnuna mill-istat fir-rigward ta' kumpaniji multinazzjonali li r-ristrutturar tagħhom jiġġustifika l-intervent tal-FEAG; jemmen li dan għandu jiġi indirizzat fir-reviżjoni li ġejja tar-Regolament dwar il-FEAG, mingħajr ma' jiġi kompromess l-aċċess tal-ħaddiema ssensjati għall-FEAG;

5.  Jinnota li t-tagħrif pprovdut fuq il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandhom jiġu ffinanzjati mill-FEAG jinkludi tagħrif dettaljat dwar il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta' dawn id-data fir-rapporti annwali tagħha wkoll;

6.  Jilqa' l-fatt li wara talbiet ripetuti mill-Parlament, għall-ewwel darba l-baġit tal-2011 juri approprjazzjonijiet tal-ħlas ta' EUR 47,608,950 fil-linja baġitarja 04 05 01 tal-FEAG; ifakkar li l-FEAG inħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu stess u li, għalhekk, jixraqlu allokazzjoni dedikata, li tevita t-trasferimenti minn linji baġitarji oħra, kif ġara fil-passat, ħaġa li tista' tkun ta' detriment għall-ksib tal-bosta objettivi tad-politika;

7.  Japprova d-deċiżjoni mehmuża ma' din il-riżoluzzjoni;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEAG/2010/010 CZ/Unilever mir-Repubblika Ċeka)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2011/233/UE.)

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


Il-kontroll tal-esportazzjonijiet ta' oġġetti u teknoloġiji b'użu doppju ***I
PDF 540kWORD 271k
Emendi tal-Parlament Ewropew adottati fil-5 ta' April 2011 għall-p roposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1334/2000 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' oġġetti u teknoloġiji b'użu doppju (COM(2008)0854 – C7-0062/2010 – 2008/0249(COD))
P7_TA(2011)0125A7-0028/2011

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-proposta ġiet emendata kif ġej(1):

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament - att li jemenda
Titlu
Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nruº1334/2000 li jwaqqaf reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet ta' oġġetti u teknoloġiji b'użu doppju
Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nruº428/2009 li jwaqqaf reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti u teknoloġiji b'użu doppju (riformulazzjoni).
Emenda 2
Proposta għal regolament - att li jemenda
Premessa 1
(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1334/2000 tat-22 ta' Ġunju 2000 li jwaqqaf reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet ta' oġġetti u teknoloġiji b'użu doppju jirrikjedi li l-oġġetti b'użu doppju (inkluż softwer u teknoloġiji) jkunu soġġetti għal kontroll effettiv meta jkunu esportati mill-Komunità.
(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1334/2000 tat-22 ta' Ġunju 2000, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jwaqqaf reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti u teknoloġiji b'użu doppju1 jirrikjedi li l-oġġetti b'użu doppju (inkluż softwer u teknoloġiji) jkunu soġġetti għal kontroll effettiv meta jkunu esportati mill-Unjoni jew ikunu fi transitu fiha, jew li huma kkonsenjati lil pajjiż terz bħala riżultat tas-servizzi ta' senserija pprovduti minn sensar residenti jew stabbilit fl-Unjoni.
1ĠU L 134, 29.5.2009, p.1.
Emenda 3
Proposta għal regolament - att li jemenda
Premessa 2
(2)  Ikun xieraq li l-applikazzjoni tal-kontrolli tkun uniformi u konsistenti madwar il-Komunità sabiex tkun evitata kompetizzjoni inġusta bejn l-esportaturi Komunitarji u tkun żgurata l-effiċjenza għall-kontrolli tas-sigurtà fil-Komunità.
(2)  Ikun xieraq li l-applikazzjoni tal-kontrolli tkun uniformi u konsistenti madwar l-Unjoni sabiex tkun evitata kompetizzjoni inġusta bejn l-esportaturi tal-Unjoni, ikun armonizzat l-ambitu tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali tal-esportazzjoni u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom u tkun żgurata l-effiċjenza għall-kontrolli tas-sigurtà fl-Unjoni.
Emenda 4
Proposta għal regolament - att li jemenda
Premessa 3
(3)  Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-18 ta' Diċembru 2006, il-Kummissjoni ressqet il-proposta tal-ħolqien tal-Awtorizzazzjoni Ġenerali Komunitarja għall-Esportazzjoni fi sforz biex tkun simplifikata s-sistema legali eżistenti, titjieb il-kompetittività tal-industrija u jitwaqqaf kamp komuni għall-esportaturi kollha tal-Komunità meta dawn jesportaw ċerti oġġetti lejn ċerti destinazzjonijiet.
(3)  Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-18 ta' Diċembru 2006, il-Kummissjoni ressqet il-proposta tal-ħolqien ta' Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni fi sforz biex tkun simplifikata s-sistema legali eżistenti, titjieb il-kompetittività tal-industrija u jitwaqqaf kamp komuni għall-esportaturi kollha tal-Unjoni meta dawn jesportaw ċerti oġġetti lejn ċerti pajjiżi ta' destinazzjoni.
Emenda 5
Proposta għal regolament - att li jemenda
Premessa 3 a (ġdida)
(3a)  Fil-5 ta' Mejju 2009, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 428/2009. Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1334/2000 tħassar b'effett mill-27 ta' Awwissu 2009. Id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000 jibqgħu japplikaw biss għal applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni mressqa qabel is-27 ta' Awwissu 2009.
Emenda 6
Proposta għal regolament - att li jemenda
Premessa 4
(4)  Sabiex tkun maħluqa Awtorizzazzjoni Ġenerali Komunitarja għall-Esportazzjoni għal ċerti oġġetti mhux sensittivi ta' użu doppju lejn ċerti pajjiżi mhux sensittivi, id-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000 għandhom bżonn ikunu emendati biż-żieda tal-Annessi l-ġodda.
(4)  Sabiex tkun maħluqa Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni ġdida għal ċerti oġġetti speċifiċi ta' użu doppju lejn ċerti pajjiżi speċifiċi, id-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (KE) Nru 428/2009jeħtieġ li jiġu emendati biż-żieda tal-Annessi l-ġodda.
Emenda 7
Proposta għal regolament - att li jemenda
Premessa 5
(5)  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-esportatur huwa rreġistrat għandhom jingħataw il-possibilità li ma jħallux l-użu tal-Awtorizzazzjoni Ġenerali Komunitarja għall-Esportazzjoni msemmija f'dan ir-Regolament meta l-esportatur ikun sanzjonat minħabba offiża relatata mal-esportazzjoni li hija sanzjonabbli bl-irtirar tad-dritt tal-użu ta' dawn l-awtorizzazzjonijiet.
(5)  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-esportatur huwa rreġistrat għandhom jingħataw il-possibilità li ma jħallux l-użu tal-Awtorizzazzjoni Ġenerali għall-Esportazzjoni tal-Unjoni msemmija f'dan ir-Regolament meta l-esportatur ikun sanzjonat minħabba offiża relatata mal-esportazzjoni li hija sanzjonabbli bl-irtirar tad-dritt tal-użu ta' dawn l-awtorizzazzjonijiet.
Emenda 9
Proposta għal regolament - att li jemenda
Premessa 6
(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2000 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.
(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 428/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.
Emenda 10
Proposta għal regolament - att li jemenda
Artikolu 1 – punt 2 a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 428/2009
Artikolu 13 – paragrafu 6
(2a)  Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 6 għandu jinbidel b'dan li ġej:
'6.  In-notifiki kollha meħtieġa taħt dan l-Artikolu ser isiru permezz ta' mezzi elettroniċi sikuri inkluż permezz ta'[...] sistema sikura li għandha tiġi stabbilita b'konformità mal-Artikolu 19(4).“
Emenda 11
Proposta għal regolament - att li jemenda
Artikolu 1, punt 2 b (ġdid)
Regolament (KE) Nru 428/2009
Artikolu 19 – paragrafu 4
(2b)  Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:
'4.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema sikura u kriptata għall-iskambju tal-informazzjoni fost l-Istati Membri u fejn adatt il-Kummissjoni, b'konsultazzjoni mal-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar l-Użu Doppju stabbilit taħt l-Artikolu 23. Il-Parlament Ewropew għandu jkun infurmat dwar il-baġit, l-iżvilupp l-implimentazzjoni provviżorja u finali u l-funzjonament tas-sistema, u dwar l-ispejjeż tan-netwerk.“
Emenda 12
Proposta għal regolament - att li jemenda
Artikolu 1 – punt 2 c (ġdid)
Regolament (KE) Nru 428/2009
Artikolu 23
(2c)  L-Artikolu 23, jiżdied paragrafu ġdid wara l-paragrafu 2:
2a.  Il-President tal-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar l-Użu Doppju għandu jissottometti lill-Parlament Ewropew rapport annwali dwar l-attivitajiet, l-eżamijiet u l-konsultazzjonijiet tiegħu kif ukoll lista tal-esportaturi, is-sensara u l-persuni interessati li jkunu ġew ikkonsultati. “
Emenda 13
Proposta għal regolament - att li jemenda
Artikolu 1, punt 2 ċ (ġdid)
Regolament (KE) Nru 428/2009
Artikolu 25
(2d)  L-Artikolu 25 għandu jinbidel b'dan li ġej:
'Artikolu 25
Reviżjoni u rappurtar
1.   Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati biex ikun implimentat dan ir-Regolament, inklużi l-miżuri msemmija fl-Artikolu 24. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.
2.   Kull tliet snin il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni u stima tal-impatt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tiegħu, li jista' jinkludi proposti biex ir-Regolament jiġi emendat. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha adatta għall-preparazzjoni tar-rapport.
3.  Sezzjonijiet speċjali tar-rapport għandhom jittrattaw:
(a) il-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar l-Użu Doppju u jkopru l-attivitajiet, l-eżamijiet u l-konsultazzjonijiet tiegħu kif ukoll lista tal-esportaturi, is-sensara u l-persuni interessati li jkunu ġew ikkonsultati;
(b) l-implimentazzjoni tal-Artikolu 19(4), u għandhom jirrapportaw dwar l-istadju li jkun intlaħaq fl-implimentazzjoni tas-sistema sikura u kriptata għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni;
(c) l-implimentazzjoni tal-Artikolu 15(1), li jipprovdi li l-Anness I jiġi aġġornat kont l-obbligi u l-impenji rilevanti, u kwalunkwe modifika tagħhom, li l-Istati Membri jkunu aċċċettaw bħala membri tas-sistemi internazzjonali ta' nonproliferazzjoni u tal-arranġamenti ta' kontroll tal-esportazzjoni, jew bir-ratifika ta' trattati internazzjonali rilevanti, inklużi -Grupp tal-Awstralja, ir-Reġim tal-Kontroll tat-Teknoloġija tal-Missili (MTCR), il-Grupp ta' Fornituri Nukleari (NSG), l-Arranġament ta' Wassenaar u l-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi (CWC);
(d) l-implimetazzjoni tal-Artikolu 15(2), li jipprovdi biex l-Anness IV, bħala parti sekondarja għall-Anness I, ikun aġġornat fir-rigward tal-Artikolu 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-interessi tal-politika pubblika u tas-sigurtà pubblika tal-Istati Membri.
Sezzjoni speċjali oħra tar-rapport għandha tagħti evidenza komprensiva dwar il-penalitajiet, inklużi s-sanzjonijiet kriminali għal ksur serju tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, bħalma huma l-esportazzjonijiet intenzjonali maħsuba għall-użu fi programm għall-iżvilupp jew għall-manufattura ta' armi kimiċi, bijoloġiċi jew nukleari jew ta' missili li kapaċi jwassluhom mingħajr l-awtorizzazzjoni rekwiżita skont dan ir-Regolament, jew il-falsifikazzjoni jew ommissjoni ta' informazzjoni bil-għan li tinkiseb awtorizzazzjoni li għajr dan tkun ġiet irrifjutata.
4.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jistiednu lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat kompetenti tal-Parlament jew tal-Kunsill sabiex tjippreżenta u tispjega kwalunkwe kwistjoni li tirrigwarda l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Emenda 14
Proposta għal regolament - att li jemenda
Artikolu 1 – punt 2 e (ġdid)
Regolament (KE) Nru 428/2009
Artikolu 25 a (ġdid)
(2e)  Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
'Artikolu 25a
Il-kooperazzjoni internazzjonali
Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet dwar ftehimiet rigward l-għajnuna amministrattiva reċiproka jew protokolli f'dak li jirrigwarda ħwejjeġ doganali konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, il-Kummissjoni tista' tinnegozja ma' pajjiżi terzi ftehimiet li jipprovdu dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' kontrolli tal-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju koperti b'dan ir-Regolament u b'mod partikolari għall-eliminazzjoni ta' rekwiżiti ta' awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni mill-ġdid fi ħdan it-territorju tal-Unjoni. Dawk in-negożjati għandhom jitmexxew skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 207(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont ma jkun f'loku.
Meta dan ikun xieraq u meta jkun hemm fin-nofs proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni tista' tagħmel proposti skont l-oqfsa leġiżlattivi rilevanti tal-Unjoni Ewropea jew fl-arranġamenti ma' pajjiżi terzi, biex ikun jista' jitwaqqaf kumitat ad hoc li jinvolvi l-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri u biex ikollu d-dritt jiddeċiedi dwar l-għoti tal-awtorizzazzjonijiet tal-esportazzjoni meħtieġa biex jiżgura l-funzjonament tajjeb ta' dawn il-proġetti li jinvolvu oġġetti jew teknoloġiji b'użu doppju.“
Emenda 15
Proposta għal regolament - att li jemenda
Anness
Regolament (KE) Nru 428/2009
Anness IIb - Parti 3 – paragrafu 5
5.  Għall-fini ta' din l-awtorizzazzjoni, “merkanzija ta' valur baxx” tfisser oġġetti li huma inklużi f'ordni ta' esportazzjoni waħda jew li huma mibgħuta minn esportatur lil riċevitur imsemmi f'kunsinna waħda jew aktar li l-valur totali tagħhom ma jaqbiżx EUR 5 000. Għal din ir-raġuni, “il-valur” jirreferi għall-prezz fatturat lir-riċevitur; jekk ma hemmx riċevitur jew prezz li jista' jkun determinat, dan ikun il-valur tal-istatistika.
5.  Għall-fini ta' din l-awtorizzazzjoni, “merkanzija ta' valur baxx” tfisser oġġetti li huma inklużi f'kuntratt ta' esportazzjoni waħda u li huma mibgħuta minn esportatur lil riċevitur imsemmi f'kunsinna waħda jew aktar li l-valur totali tagħhom ma jaqbiżx EUR 3000. Jekk jirriżulta li tranżazzjoni jew att tkun/ikun parti minn operazzjoni ekonomika waħda, il-valur tal-operazzjoni kollha għandu jitqies għall-kalkolu tal-valur ta' din l-awtorizzazzjoni. Għal din ir-raġuni, “il-valur” jirreferi għall-prezz fatturat lir-riċevitur; jekk ma hemmx riċevitur jew prezz li jista' jkun determinat, dan ikun il-valur tal-istatistika. Għall-kalkolu tal-valur statistiku,, l-Artikoli 28 sa 36 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għandhom japplikaw. Jekk il-valur ma jistax jiġi ffissat, l-awtorizzazzjoni m'għandhiex tingħata.
Kosta adizzjonali bħal dawk tal-pakkeġġar u tat-trasport jistgħu jitħallew barra mill-kalkolu tal-valur biss jekk:
(a) ikunu rrapportati separatament fil-kont; u
(b) ma jkun fihom l-ebda fattur addizzjonali li jinfluwenza l-valur tal-oġġett.
Emenda 16
Proposta għal regolament - att li jemenda
Anness
Regolament (KE) Nru 428/2009
Anness IIb - Parti 3 – paragrafu 5 a (ġdid)
5a L-ammont f'euro kif stipulat fl-Artikolu 5 għandu jiġi rivedut annwalment mill-31 ta' Ottubru 2012 “il quddiem, sabiex jitqiesu l-bidliet fl-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Konsumatur tal-Istati Membri kollha kif ippubblikati mill-Kummissjoni wropea (Eurostat). Dak l-ammont għandu jiġi adattat awtomatikament, billi l-ammont ta' bażi f'euro jiżdied bil-perċentwali tal-bidla f'dak l-indiċi tul il-perjodu bejn 31 ta' Diċembru 2010 u d-data ta' reviżjoni.
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill annwalment bir-reviżjoni u bl-ammont adattat imsemmi fil-paragrafu 1.
Emenda 17
Proposta għal regolament - att li jemenda
Anness
Regolament (KE) Nru 428/2009
Anness IIc - Parti 1 – Oġġetti
1-1)  Din hija awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni skont l-Artikolu 6(1) u tkopri l-oġġetti li ġejjin:
1-1)  Din hija awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni skont l-Artikolu 9(1) u tkopri l-oġġetti li ġejjin:
Il-prodotti kollha b'użu doppju speċifikati f'xi annotazzjoni fl-Anness I minbarra dawk elenkati fil-paragrafu 1-2 ta' hawn taħt:
Il-prodotti kollha b'użu doppju speċifikati f'xi annotazzjoni fl-Anness I minbarra dawk elenkati fil-paragrafu 1-2 ta' hawn taħt:
a. fejn l-oġġetti huma importati minn territorju tal-Komunità Ewropea għall-fini ta' manutenzjoni jew tiswija, u huma esportati lejn il-pajjiż tal-kunsinna mingħajr tibdil fil-karatteristiċi oriġinali tagħhom, jew
a. fejn l-oġġetti huma importati mill-ġdid fit-territorju doganali tal-Unjoni għall-fini ta' manutenzjoni, tiswija jew rimpjazzament, u huma esportati jew esportati mill-ġdid lejn il-pajjiż tal-kunsinna mingħajr tibdil fil-karatteristiċi oriġinali tagħhom f'perjodu ta' ħames snin mid-data li fiha tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni oriġinali tal-esportazzjoni, jew
b. fejn l-oġġetti huma esportati lejn il-pajjiż tal-kunsinna bi tpartit ma' oġġetti tal-istess kwalità u tal-istess numru li kienu importati mill-ġdid fit-territorju tal-Komunità Ewropea għat-tiswija jew tibdil taħt il-garanzija.
b. fejn l-oġġetti huma esportati lejn il-pajjiż tal-kunsinna bi tpartit ma' oġġetti tal-istess kwalità u tal-istess numru li kienu importati mill-ġdid fit-territorju doganali tal-Unjoni għall-manutenzjoni, it-tiswija jew ir-rimpjazzament f'perjodu ta' ħames snin mid-data li fiha ngħatat l-awtorizzazzjoni oriġinali tal-esportazzjoni.
Emenda 18
Proposta għal regolament - att li jemenda
Anness
Regolament (KE) Nru 428/2009
Anness IIc - Parti 2 – Il-Pajjiżi ta' Destinazzjoni
L-Algerija, l-Andorra, l-Antigwa u l-Barbuda, l-Arġentina, Aruba, il-Baħamas, il-Baħrejn, il-Bangladexx, il-Barbados, il-Belize, il-Benin, il-Bhutan, il-Bolivja, il-Botswana, il-Brażil, il-Gżejjer Virgin Britanniċi, il-Brunej, il-Kamerun, il-Kap Verde, iċ-Ċili, iċ-Ċina, il-Gżejjer Komoros, il-Kosta Rika, Ġibuti, Dominika, ir-Repubblika Domenikana, l-Ekwador, l-Eġittu, El Salvador, il-Gineja Ekwatorjali, il-Gżejjer Falkland, il-Gżejjer Faeroe, il-Fiġi, il-Gujana Franċiża, it-Territorji Barranin Franċiżi, il-Gabon, il-Gambja, Ġibiltà, Greenland, Grenada, Guadeloupe, Guam, il-Gwatemala, il-Gana, il-Ginea Bissaw, il-Gujana, il-Ħonduras, ir-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Ħong Kong, l-Iżlanda, l-Indja, l-Indoneżja, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Kuwajt, il-Lesoto, il-Liechtenstein, il-Makaw, il-Madagaskar, il-Malawi, il-Malażja, il-Maldivi, il-Mali, Martinique, il-Mawrizju, il-Messiku, Monako, Montserrat, il-Marokk, in-Namibja, l-Antilli Olandiżi, il-Kaledonja l-Ġdida, in-Nikaragwa, in-Niġer, in-Niġerja, l-Oman, il-Panama, il-Papwa Ginea l-Ġdida, il-Peru, il-Filippini, Puerto Rico, il-Qatar, ir-Russja, is-Samoa, San Marino, Sao Tome u Prinċipe, l-Għarabja Sawdija, is-Senegal, is-Seychelles, Singapor, il-Gżejjer Solomon, l-Afrika t'Isfel, il-Korea t'Isfel, Sri Lanka, St Helena, St Kitts u Nevis, St Vincent, is-Surinam, is-Sważiland, it-Tajwan, it-Tajlandja, it-Togo, it-Trinidad u Tobago, it-Tuneżija, it-Turkija, il-Gżejjer Torka u Caicos, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Urugwaj, il-Gżejjer Verġni Amerikani, il-Vanwatu, il-Veneżwela.
L-Albanija, l-Arġentina, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Brażil, iċ-Ċili, iċ-Ċina (inklużi Ħong Kong u Macao), il-Kroazja, Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, it-Territorji Franċiżi extra-Ewropej, l-Islanda, l-Indja, l-Iżrael, il-Kazakistan, , il-Messiku, il-Montenegro, il-Marokk, ir-Russja, is-Serbja, Singapor, l-Afrika t'Isfel, il-Korea t'isfel, it-Tuneżija, it-Turkija, l-Ukraina, l-Emirati Għarab Magħquda.
Emenda 19
Proposta għal regolament - att li jemenda
Anness
Regolament (KE) Nru 428/2009
Anness IIc - Parti 3 – paragrafu 1
1.  L-awtorizzazzjoni ġenerali tista' tintuża biss meta l-esportazzjoni inizjali tkun saret permezz tal-Awtorizzazzjoni Ġenerali Komunitarja għall-Esportazzjoni jew l-awtorizzazzjoni ġenerali inizjali tkun ingħatat mill-awtoritajit kompetenti fl-Istat Membru fejn l-esportatur oriġinali kien irreġistrat għall-esportazzjoni tal-oġġetti li kienu sussegwentement importati mill-ġdid fit-territorju Doganali Komunitarju għall-fini ta' tiswija jew tibdil taħt il-garanzija, kid definit hawn taħt.
1.  L-awtorizzazzjoni tista' tintuża biss meta l-esportazzjoni inizjali tkun saret permezz tal-Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni jew l-awtorizzazzjoni ġenerali inizjali tkun ingħatat mill-awtoritajit kompetenti fl-Istat Membru fejn l-esportatur oriġinali kien irreġistrat għall-esportazzjoni tal-oġġetti li kienu sussegwentement importati mill-ġdid fit-territorju doganali tal-Unjoni għall-fini ta' manutenzjoni, tiswija jew tibdil. Din l-awtorizzazzjoni ġenerali hija valida biss għal esportazzjonijiet lill-utent aħħari oriġinali.
Emenda 20
Proposta għal regolament - att li jemenda
Anness
Regolament (KE) Nru 428/2009
Anness IIc - Parti 3 – paragrafu 2 – punt 4
(4) għal transazzjoni kważi identika meta l-awtorizzazzjoni oriġinali kienet irrevokata.
(4) meta l-awtorizzazzjoni oriġinali kienet annullata, sospiża, modifikata jew irrevokata.
Emenda 21
Proposta għal regolament - att li jemenda
Anness
Regolament (KE) Nru 428/2009
Anness IIc - Parti 3 – paragrafu 2 – punt 4 a (ġdid)
(4a) meta l-użu aħħari tal-oġġetti inkwistjoni huwa differenti minn dak speċifikat fl-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni oriġinali.
Emenda 22
Proposta għal regolament - att li jemenda
Anness
Regolament (KE) Nru 428/2009
Anness IIc - Parti 3 – paragrafu 3 – punt 2
(2) jipprovdu lill-uffiċjlai tad-dwana, jekk mitluba, evidenza permezz ta' dokumenti dwar id-data tal-importazzjoni tal-oġġetti fil-Komunità Ewropea, ta' kull tiswija lill-oġġetti li saret fil-Komunità Ewropea u tal-fatt li l-oġġetti qed ikunu ritornati lill-persuna u lill-pajjiż minn fejn dawn kienu importati fil-Komunità Ewropea.
(2) jipprovdu lill-uffiċjlai tad-dwana, jekk mitluba, evidenza permezz ta' dokumenti dwar id-data tal-importazzjoni tal-oġġetti fl-Unjoni, ta' kull tiswija lill-oġġetti li saret fl-Unjoni u tal-fatt li l-oġġetti qed ikunu ritornati lill-utent aħħari u lill-pajjiż minn fejn dawn kienu importati fl-Unjoni.
Emenda 48
Proposta għal regolament – att li jemenda
Anness
Regolament (KE) Nru 428/2009
Anness IIc - Parti 3 – paragrafu 4
4.  Kull esportatur li juża awtorizzazzjoni għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat (kif imsemmi fl-Artikolu 6(6)) bl-ewwel użu tal-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 ġurnata mill-ewwel esportazzjoni.
4.  Kull esportatur li juża awtorizzazzjoni għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit (kif imsemmi fl-Artikolu 6(6)) bl-ewwel użu ta' din l-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 ġurnata mill-ewwel esportazzjoni jew, alternattivament, u bi qbil ma' rekwiżit mill-awtorità tal-Istat Membru fejn l-esportatur ikun stabbilit, qabel l-ewwel użu ta' din l-Awtorizzazzjoni Ġenerali għall-Esportazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummisjsoni dwar il-metodu ta' notifika magħżul għal din l-Awtorizzazzjoni Ġenerali għall-Esportazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni nnotofikata lilha fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Ir-rekwiżiti ta' rappurtar marbuta mal-użu ta' dik l-awtorizzazzjoni u informazzjoni addizzjonali li l-Istat Membru li minnu ssir l-esportazzjoni jista' jesiġi fuq oġġetti esportati taħt dik l-awtorizzazzjoni huma ddefiniti mill-Istati Membri.
Stat membru jista' jobbliga lill-esportatur stabbilit f'dak l-Istat Membru biex jirreġistra qabel l-ewwel użu ta' dik l-awtorizzazzjoni. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun awtomatika u għandha tiġi rikonoxxuta lill-esportatur mill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mill-wasla tat-talba għar-reġistrazzjoni.
Fejn applikabbli, ir-rekwiżiti stipulati fl-ewwel u t-tielet subparagrafu għandhom ikunu bbażati fuq dawk definiti għall-użu tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali nazzjonali għall-esportazzjoni mogħtija minn dawk l-Istati Membri li jipprovdu awtorizzazzjonijiet tali.
Emenda 24
Proposta għal regolament - att li jemenda
Anness 
Regolament (KE) Nru 428/2009
Anness IId - Parti 2 – Il-Pajjiżi ta' Destinazzjoni
L-Arġentina, il-Baħrejn, il-Bolivja, il-Brażil, iċ-Ċili, iċ-Ċina, l-Ekwador, l-Eġittu, ir-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Ħong Kong, l-Iżlanda, il-Ġordan, il-Kuwajt, il-Malasja, il-Mawrizju, il-Messiku,il-Marokk, l-Oman, il-Filippini, il-Qatar, ir-Russja, l-Għarabja Sawdija, Singapor,l-Afrika t'Isfel, il-Korea t'Isfel, it-Tuneżija, it-Turkija, l-Ukraina.
L-Albanija, l-Arġentina, , il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Brażil, iċ-Ċili, iċ-Ċina (inklużi Ħong Kong u Macao), il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, it-Territorji Franċiżi extra-Ewropej,l-Islanda, l-Indja, l-Iżrael, il-Kazakistan, il-Messiku, il-Montenegro, il-Marokk, ir-Russja, is-Serbja, Singapor, l-Afrika t'Isfel, il-Korea t'Isfel, it-Tuneżija, it-Turkija, l-Ukraina, l-Emirati Għarab Magħquda.
Emenda 26
Proposta għal regolament - att li jemenda
Anness
Regolament (KE) Nru 428/2009
Anness IId - Parti 3 – paragrafu 1 – punt 4 a (ġdid)
(4a) meta r-ritorn tagħhom, fl-istat oriġinali tagħhom mingħajr it-tneħħija, l-ikkupjar jew id-disseminazzjoni ta' kwalunkwe komponent jew softwer, ma jkunx jista' jiġi ggarantit mill-esportatur, jew meta t-trasferiment tat-teknoloġija jkun marbut ma' preżentazjoni;
Emenda 27
Proposta għal regolament - att li jemenda
Anness 
Regolament (KE) Nru 428/2009
Anness IId - Parti 3 – paragrafu 1 – punt 4 b (ġdid)
(4b) meta l-oġġetti relevanti jkunu se jiġu esportati għal preżentazzjoni privata jew dimostrazzjoni (pereżempju, f'showrooms tal-azjenda stess);
Emenda 28
Proposta għal regolament - att li jemenda
Anness
Regolament (KE) Nru 428/2009
Anness IId - Parti 3 – paragrafu 1 – punt 4 c (ġdid)
(4c) meta l-oġġetti relevanti jkunu se jiġu amalgamati fi proċess ta' produzzjoni;
Emenda 29
Proposta għal regolament - att li jemenda
Anness
Regolament (KE) Nru 428/2009
Anness IId - Parti 3 – paragrafu 1 – punt 4 d (ġdid)
(4d) meta l-oġġetti relevanti jkunu se jintużaw għall-iskop intenzjonat tagħhom, minbarra sal-punt minimu meħtieġ għal dimostrazzjoni effettiva u mingħajr ma r-riżultati ta' testijiet speċifiċi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' terzi persuni;
Emenda 30
Proposta għal regolament - att li jemenda
Anness
Regolament (KE) Nru 428/2009
Anness IId - Parti 3 – paragrafu 1 – punt 4 e (ġdid)
(4e) meta l-esportazzjoni tkun se ssir bħala riżlutat ta' tranżazzjoni kummerċjali, b'mod partikolari rigward il-bejgħ, il-kiri jew il-lokazzjoni tal-oġġetti relevanti;
Emenda 31
Proposta għal regolament - att li jemenda
Anness
Regolament (KE) Nru 428/2009
Anness IId - Parti 3 – paragrafu 1 – punt 4 f (ġdid)
(4f) meta l-oġġetti relevanti jkunu se jiġu maħżuna f'esibizzjoni jew fiera għall-iskop uniku ta' bejgħ, kiri jew lokazzjoni mingħajr ma jiġu ppreżentati jew dimostrati;
Emenda 32
Proposta għal regolament - att li jemenda
Anness
Regolament (KE) Nru 428/2009
Anness IId - Parti 3 – paragrafu 1 – punt 4 g (ġdid)
(4g) meta l-esportatur jagħmel xi arranġamenti li jżommuh milli jkollu l-oġġetti relevanti taħt il-kontroll tiegħu tul il-perjodu kollu ta' esportazzjoni temporanja.
Emenda 25
Proposta għal regolament - att li jemenda
Anness 
Regolament (KE) Nru 428/2009
Anness IId - Parti 3 – paragrafu 1 a (ġdid)
1a.  Din l-awtorizzazzjoni ġenerali tawtorizza l-esportazzjoni ta' oġġetti elenkati fil-Parti 1 bil-kundizzjoni li l-esportazzjoni tikkonċerna esportazzjoni temporanja għall-esibizzjoni jew għal fiera u li l-oġġetti jkunu importati mill-ġdid f'perjodu ta' 120 ġurnata wara l-esportazzjoni inizjali, sħaħ u mingħajr modifiki, fit-territorju doganali tal-Unjoni.
Emenda 49
Proposta għal regolament – att li jemenda
Anness
Regolament (KE) Nru 428/2009
Anness IId - Parti 3 – paragrafu 3
3.  Kull esportatur li juża din l-awtorizzazzjoni ġenerali għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat (kif imsemmi fl-Artikolu 6(6)) bl-ewwel użu tal-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 ġurnata mid-data tal-ewwel esportazzjoni.
3.  Kull esportatur li juża din l-awtorizzazzjoni għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit (kif imsemmi fl-Artikolu 6(6)) bl-ewwel użu tal-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 ġurnata mid-data tal-ewwel esportazzjoni. jew, alternattivament, u bi qbil ma' rekwiżit mill-awtorità tal-Istat Membru fejn l-esportatur ikun stabbilit, qabel l-ewwel użu ta' din l-Awtorizzazzjoni Ġenerali għall-Esportazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummisjsoni dwar il-metodu ta' notifika magħżul għal din l-Awtorizzazzjoni Ġenerali għall-Esportazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni nnotofikata lilha fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Ir-rekwiżiti ta' rappurtar marbuta mal-użu ta' dik l-awtorizzazzjoni u informazzjoni addizzjonali li l-Istat Membru li minnu ssir l-esportazzjoni jista' jesiġi fuq oġġetti esportati taħt dik l-awtorizzazzjoni huma ddefiniti mill-Istati Membri.
Stat membru jista' jobbliga lill-esportatur stabbilit f'dak l-Istat Membru biex jirreġistra qabel l-ewwel użu ta' dik l-awtorizzazzjoni. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun awtomatika u għandha tiġi rikonoxxuta lill-esportatur mill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mill-wasla tat-talba għar-reġistrazzjoni.
Fejn applikabbli, ir-rekwiżiti stipulati fl-ewwel u t-tielet subparagrafu għandhom ikunu bbażati fuq dawk definiti għall-użu tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali nazzjonali għall-esportazzjoni mogħtija minn dawk l-Istati Membri li jipprovdu awtorizzazzjonijiet tali.
Emenda 34
Proposta għal regolament - att li jemenda
Anness
Regolament (KE) Nru 428/2009
Anness IId - Parti 3 – paragrafu 4
4.  Għall-fini ta' din l-awtorizzazzjoni, “esebizzjoni” tfisser kull esibizzjoni kummerċjali jew industrijali, fiera jew kull tip ta' wirja jew mostra pubblika simili li mhijiex organizzata għal skopijiet privati fi ħwienet jew postijiet kummerċjali bl-iskop li jinbiegħu prodotti barranin, u waqt liema l-prodotti jibqgħu taħt il-kontroll doganali.
4.  Għall-fini ta' din l-awtorizzazzjoni, “esebizzjoni jew fiera” tfisser avvenimenti kummerċjali ta' tul ta' żmien speċifiku li matulu diversi esebituri jagħmlu wirja tal-prodotti tagħhom għal min imur il-fiera jew għall-pubbliku b'mod ġenerali.
Emenda 35
Proposta għal regolament - att li jemenda
Anness
Regolament (KE) Nru 428/2009
Anness IIe -
ANNESS IIe
imħassar
AWTORIZZAZZJONI ĠENERALI KOMUNITARJA GĦALL-ESPORTAZZJONI Nru UE005
Kompjuters u apparat relatat
Awtorità Emittenti: Il-Komunità Ewropea
Parti 1
Din l-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni hija skont l-Artikolu 6(1) u tkopri l-oġġetti li ġejjin fl-Anness I:
1.  Kompjuters diġitali speċifikati fl-annotazzjoni 4A003a jew 4A003b, meta l-kompjuters ma jaqbżux il-“Prestazzjoni Massima Aġġustata” (“APP”, Adjusted Peak Perfomance) ta' aktar minn 0.8 TeraFLOPS Mwieżna (WT)
2.  Muntaturi elettroniċi speċifikati fl-annotazzjoni 4A003c, disinjati speċifikament jew modifikati biex itejbu l-prestazzjoni permezz tal-aggregazzjoni ta' proċessuri biex il-“Prestazzjoni Massima Aġġustata” (“APP”, Adjusted Peak Perfomance) tal-aggregazzjoni ta' 0.8 TeraFLOPS Mwieżna (WT) ma tkunx maqbuża.
3.  Partijiet ta' skambju, inkluż mikro-proċessuri għall-apparat msemmi aktar “il fuq, meta huma speċifikat b'mod esklussiv fl-annotazzjonijiet 4A003a, 4A003b jew 4A003c u ma jtejbux il-prestazzjoni tal-apparat għal ”Prestazzjoni Massima Aġġustata' (“APP”) għal aktar minn 0.8 TeraFLOPS Mwieżna (WT).
4.  L-oġġetti deskritti fl-annotazzjonijiet 3A001.a.5, 4A003.e, 4A003.g.
Parti 2 – Il-Pajjiżi ta' Destinazzjoni
L-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni hija valida f'kull parti tal-Komunità għall-esportazzjoni lejn id-destinazzjonijiet li ġejjin:
L-Algerija, l-Andorra, l-Antigwa u l-Barbuda, l-Arġentina, Aruba, il-Baħamas, il-Baħrejn, il-Barbados, il-Beliże, il-Benin, il-Bhutan, il-Bolivja, il-Botswana, il-Brażil, il-Gżejjer Verġni Britanniċi, il-Brunej, il-Kamerun, il-Kap Verde, iċ-Ċili, il-Gżejjer Komoros, il-Kosta Rika, il-Kroazja, Ġibuti, Dominika, ir-Repubblika Domenikana, l-Ekwador, l-Eġittu, El Salvador, il-Gineja Ekwatorjali, il-Gżejjer Falkland, il-Gżejjer Faeroe, il-Fiġi, il-Gujana Franċiża, it-Territorji Barranin Franċiżi, il-Gabon, il-Gambja, Ġibiltà, Greenland, Grenada, Guadeloupe, Guam, il-Gwatemala, il-Gana, il-Ginea Bissaw, il-Gujana, il-Ħonduras, ir-Reġjun Amministrattivi Speċjali tal-Ħong Kong, l-Iżlanda, l-Indja, il-Ġordan, il-Kuwajt, il-Lesoto, il-Liechtenstein, il-Madagaskar, il-Malawi, il-Malażja, il-Maldivi, il-Mali, Martinique, il-Mawrizju, il-Messiku, il-Moldova, Monako, il-Mongolja, Montserrat, il-Marokk, in-Namibja, l-Antilli Olandiżi, il-Kaledonja l-Ġdida, in-Nikaragwa, in-Niġer, in-Niġerja, l-Oman, il-Panama, il-Papwa Ginea l-Ġdida, il-Peru, il-Filippini, Puerto Rico, il-Qatar, ir-Russja, is-Samoa, San Marino, Sao Tome u Prinċipe, l-Għarabja Sawdija, is-Senegal, is-Seychelles, Singapor, il-Gżejjer Solomon, l-Afrika t'Isfel, il-Korea t'Isfel, Sri Lanka, St Helena, St Kitts u Nevis, St Vincent, is-Surinam, is-Sważiland, it-Togo, it-Trinidad u Tobago, it-Tuneżija, it-Turkija, il-Gżejjer Torka u Caicos, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Ukraina, l-Urugwaj, il-Gżejjer Verġni Amerikani, il-Vanwatu.
Parti 3 – Il-kundizzjonijiet u l-ħtiġijiet għall-użu ta' din l-awtorizzazzjoni
1.  Din l-awtorizzazzjoni ma tistax tintuża:
(1) meta l-esportatur kien infurmat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat li l-oġġetti involuti huma jew jistgħu jkunu intiżi, fit-totalità tagħhom jew parzjalment,
(a) għal użu relatat mal-iżvilupp, produzzjoni, ġestjoni, operazzjoni, manutenzjoni, ħażna, skoperta, identifikazzjoni jew disseminazzjoni ta' armi kimiċi, bijoloġiċi jew nukleari jew apparat splussiv nukleari ieħor, jew l-iżvilupp, produzzjoni, manutenzjoni jew ħażna ta' missili li kapaċi jkunu parti minn armi simili,
(b) għal użu finali militari meta l-pajjiż li qed jixtri jew dak ta' destinazzjoni huwa suġġett għal embargo tal-armi stipulat minn Pożizzjoni Komuni jew Azzjoni Konġunta adottata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew deċiżjoni tal-OSCE jew imposta minn riżoluzzjoni li torbot tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, jew
(c) għal użu bħala partijiet jew komponenti ta' oġġetti militari mniżżla fil-listi militari nazzjonali li kienu esporati minn territorju tal-Istat Membru kkonċernat mingħajr awtorizzazzjoni jew bi ksur tal-awtorizzazzjoni preskritta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru;
(2) meta l-esportatur huwa konxju li l-oġġetti kkonċernati huma intiżi, fit-totalità tagħhom jew parzjalment, għall-użu msemmi fl-Artikoli 4(1) u 4(2);
(3) meta l-oġġetti relevanti huma esportati lejn żona bla dazju jew maħżen ħieles li qiegħed f'destinazzjoni koperta minn din l-awtorizzazzjoni.
2.  Kull esportatur li juża din l-awtorizzazzjoni għandu:
(1) jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat (kif imsemmi fl-Artikolu 6(6)) bl-ewwel użu tal-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 ġurnata wara d-data tal-ewwel esportazzjoni;
(2) jinforma lix-xerrej barrani, qabel l-esportazzjoni, li l-oġġetti li għandu l-intenzjoni li jesporta skont din l-awtorizzazzjoni ma jistgħux ikunu esportati mill-ġdid lejn destinazzjoni oħra f'pajjiż li ma huwiex Stat Membru tal-Komunità Ewropea jew territorju barrani Franċiż u li ma huwiex imsemmi fil-Parti 2 ta' din l-awtorizzazzjoni.
Emenda 36
Proposta għal regolament - att li jemenda
Anness
Regolament (KE) Nru 428/2009
Anness II f – Parti 1 – paragrafi 3 u 4
3.  Oġġetti, inkluż komponenti ddisinjati jew żviluppati speċifikament u aċċessorji msemmija fil-Kategorija 5 Parti 2 A sa D (Sigurtà tal-Informazzjoni), kif ġej:
imħassar
(a) oġġetti speċifikati fl-annotazzjonijiet li ġejjin sakemm il-funzjonijiet ta' kodifikazzjoni tagħhom kienu ddisinjati għal-użu minn utenti li jaħdmu mal-gvern fil-Komunità Ewropea:
– 5A002a1;
softwer fl-annotazzjoni 5D002c1 li għandu l-karatteristiċi, jew li jagħmel jew jissimula l-funzjonijiet, tat-tagħmir speċifikat fl-annotazzjoni 5A002a1.
(b) tagħmir speċifikat fl-annotazzjoni 5B002 għal oġġetti msemmija taħt a) ;
(c) softwer bħala parti minn tagħmir liema karatteristiċi u funzjonijiet huma speċifikati taħt b).
4.  Teknoloġija għall-użu ta' oġġetti speċifikati fil-punti 3a) sa 3c)
Emenda 37
Proposta għal regolament - att li jemenda
Anness
Regolament (KE) Nru 428/2009
Anness IIf - Parti 2 – Il-Pajjiżi ta' Destinazzjoni
l-Arġentina, il-Kroazja, ir-Russja, l-Afrika t'Isfel, il-Korea t'Isfel, it-Turkija, l-Ukraina.
L-Arġentina, iċ-Ċina (inklużi Ħong Kong u Macao), il-Kroazja, l-Islanda, l-Indja, l-Iżrael, ir-Russja, l-Afrika t'Isfel, il-Korea t'Isfel, it-Turkija, l-Ukraina.
Emenda 39
Proposta għal regolament - att li jemenda
Anness
Regolament (KE) Nru 428/2009
Anness IIf - Parti 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt c b (ġdid)
(cb) għall-użu f'konnessjoni ma' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tal-prinċipji demokratiċi jew tal-libertà tal-espressjoni kif definiti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li għaliha jirreferi l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, billi jużaw teknoloġiji ta' interċezzjoni u tagħmir diġitali tat-trasferiment tad-data għall-monitoraġġ tat-telefonija mobbli u tal-messaġġi testwali u s-sorveljanza mmirata tal-użu tal-internet (eż. permezz ta' Ċentri ta' Monitoraġġ u Lawful Interception Gateways);
Emenda 40
Proposta għal regolament - att li jemenda
Anness
Regolament (KE) Nru 428/2009
Anness IIf - Parti 3 – paragrafu 1 – punt 2
(2) meta l-esportatur huwa konxju li l-oġġetti kkonċernati huma intiżi, fit-totalità tagħhom jew parzjalment, għall-użu msemmi fl-Artikoli 4(1) u 4(2).
(2) meta l-esportatur huwa konxju li l-oġġetti kkonċernati huma intiżi, fit-totalità tagħhom jew parzjalment, għall-użu msemmi fis-subparagrafu 1;
Emenda 41
Proposta għal regolament - att li jemenda
Anness
Regolament (KE) Nru 428/2009
Anness IIf - Parti 3 – paragrafu 1 – punt 2 a (ġdid)
(2a) meta l-esportatur ikun jaf li l-oġġetti jkunu se jerġgħu jiġu esportati lejn kwalunkwe pajjiż ta' destinazzjoni għajr dawk elenkati fil-Parti 2 ta' din l-awtorizzazzjoni, dawk elenkati fil-Parti 2 tal-awtorizzazzjoni UE 001 CGEA jew lejn l-Istati Membri.
Emenda 50
Proposta għal regolament – att li jemenda
Anness
Regolament (KE) Nru 428/2009
AnnessIIf - Parti 3 – paragrafu 3 – punt 1
(1) jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat (kif imsemmi fl-Artikolu 6(6)) bl-ewwel użu tal-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 ġurnata wara d-data tal-ewwel esportazzjoni;
(1) jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit (kif imsemmi fl-Artikolu 6(6)) bl-ewwel użu ta' din l-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 ġurnata wara d-data meta ssir l-ewwel esportazzjoni jew, alternattivament, u bi qbil ma' rekwiżit mill-awtorità tal-Istat Membru fejn l-esportatur ikun stabbilit, qabel l-ewwel użu ta' din l-Awtorizzazzjoni Ġenerali għall-Esportazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummisjsoni dwar il-metodu ta' notifika magħżul għal din l-Awtorizzazzjoni Ġenerali għall-Esportazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni nnotofikata lilha fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Ir-rekwiżiti ta' rappurtar marbuta mal-użu ta' dik l-awtorizzazzjoni u informazzjoni addizzjonali li l-Istat Membru li minnu ssir l-esportazzjoni jista' jesiġi fuq oġġetti esportati taħt dik l-awtorizzazzjoni huma ddefiniti mill-Istati Membri.
Stat membru jista' jobbliga lill-esportatur stabbilit f'dak l-Istat Membru biex jirreġistra qabel l-ewwel użu ta' dik l-awtorizzazzjoni. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun awtomatika u għandha tiġi rikonoxxuta lill-esportatur mill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mill-wasla tat-talba għar-reġistrazzjoni.
Fejn applikabbli, ir-rekwiżiti stipulati fl-ewwel u t-tielet subparagrafu għandhom ikunu bbażati fuq dawk definiti għall-użu tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali nazzjonali għall-esportazzjoni mogħtija minn dawk l-Istati Membri li jipprovdu awtorizzazzjonijiet tali.
Emenda 43
Proposta għal regolament - att li jemenda
Anness
Regolament (KE) Nru 428/2009
Anness II g – Parti 2 – Pajjiżi ta' destinazzjoni
l-Arġentina; il-Bangladexx, il-Beliże, il-Benin, il-Bolivja, il-Brażil; il-Kamerun, iċ-Ċili; il-Gżira Cook, il-Kosta Rika; Dominika, l-Ekwador, El Salvador, il-Fiġi, il-Ġorġja, il-Gujana, l-Indja, il-Lesoto, il-Maldivi, il-Mawrizju, il-Messiku, in-Namibja, in-Nikaragwa, l-Oman, il-Panama, il-Paragwaj, ir-Russja, St Lucia, is-Seychelles, il-Peru, Sri Lanka, l-Afrika t'Isfel; is-Sważiland, it-Turkija; l-Urugwaj, l-Ukraina; ir-Repubblika tal-Korea.
L-Arġentina
Il-Kroazja
L-Islanda
Il-Korea t'Isfel
It-Turkija
Ukraine.
Emenda 44
Proposta għal regolament - att li jemenda
Anness
Regolament (KE) Nru 428/2009
Anness II g – parti 3 – paragrafu 1 – punt 2
(2) meta l-esportatur huwa konxju li l-oġġetti kkonċernati huma intiżi, fit-totalità tagħhom jew parzjalment, għall-użu msemmi fl-Artikoli 4(1) u 4(2).
(2) meta l-oġġetti kkonċernati huma intiżi, fit-totalità tagħhom jew parzjalment, għall-użu msemmi fl-Artikoli 4(1) u 4(2);
Emenda 45
Proposta għal regolament - att li jemenda
Anness
Regolament (KE) Nru 428/2009
Anness IIg - Parti 3 – paragrafu 1 – punt 2 a (ġdid)
(2a) meta l-esportatur ikun jaf li l-oġġetti jkunu se jerġgħu jiġu esportati lejn kwalunkwe pajjiż ta' destinazzjoni għajr dawk elenkati fil-Parti 2 ta' din l-awtorizzazzjoni, dawk elenkati fil-Parti 2 tal-awtorizzazzjoni UE 001 CGEA jew lejn l-Istati Membri.
Emenda 51
Proposta għal regolament – att li jemenda
Anness
Regolament (KE) Nru 428/2009
Anness IIg - Parti 3 – paragrafu 4 – punt 1
(1) jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat (kif imsemmi fl-Artikolu 6(6)) bl-ewwel użu tal-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 ġurnata wara d-data tal-ewwel esportazzjoni;
(1) jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit (kif imsemmi fl-Artikolu 6(6)) bl-ewwel użu ta' din l-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 ġurnata wara d-data meta ssir l-ewwel esportazzjoni jew, alternattivament, u bi qbil ma' rekwiżit mill-awtorità tal-Istat Membru fejn l-esportatur ikun stabbilit, qabel l-ewwel użu ta' din l-Awtorizzazzjoni Ġenerali għall-Esportazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummisjsoni dwar il-metodu ta' notifika magħżul għal din l-Awtorizzazzjoni Ġenerali għall-Esportazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni nnotofikata lilha fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Ir-rekwiżiti ta' rappurtar marbuta mal-użu ta' dik l-awtorizzazzjoni u informazzjoni addizzjonali li l-Istat Membru li minnu ssir l-esportazzjoni jista' jesiġi fuq oġġetti esportati taħt dik l-awtorizzazzjoni huma ddefiniti mill-Istati Membri.
Stat membru jista' jobbliga lill-esportatur stabbilit f'dak l-Istat Membru biex jirreġistra qabel l-ewwel użu ta' dik l-awtorizzazzjoni. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun awtomatika u għandha tiġi rikonoxxuta lill-esportatur mill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mill-wasla tat-talba għar-reġistrazzjoni.
Fejn applikabbli, ir-rekwiżiti stipulati fl-ewwel u t-tielet subparagrafu għandhom ikunu bbażati fuq dawk definiti għall-użu tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali nazzjonali għall-esportazzjoni mogħtija minn dawk l-Istati Membri li jipprovdu awtorizzazzjonijiet tali.

(1) Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat skont l-Artikolu 57(2), it-tieni subparagrafu (A7-0028/2011).


Krediti ta' esportazzjoni b'sussidju uffiċjali ***I
PDF 431kWORD 115k
Emendi tal-Parlament Ewropew adottati fil-5 ta' April 2011 għall-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' ċerti linjigwida fil-qasam tal-krediti ta' esportazzjoni b'sussidju uffiċjali (COM(2006)0456 – C7-0050/2010 – 2006/0167(COD))
P7_TA(2011)0126A7-0364/2010

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-proposta ġiet emendata kif ġej(1):

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 2 a (ġdida)
(2a)  L-Arranġament ikkontribwixxa sabiex jittaffa l-impatt tal-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali, permezz tal-ħolqien ta' impjiegi billi jiġi appoġġjat il-kummerċ u l-investiment ta' kumpaniji li, mingħajr l-arranġament, ma kinux jingħataw kreditu fis-settur privat.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2 b (ġdida)
(2b)  L-aġenziji tal-krediti tal- esportazzjoni għandhom jikkunsidraw u jirrispettaw l-objettivi u l-politiki tal-Unjoni. Meta jappoġġjaw il-kumpaniji tal-Unjoni, dawn l-aġenziji għandhom jikkonformaw mal-prinċipji u l-istandards tal-Unjoni u jipprowovuhom f'tali oqsma bħalma huma l-konsolidazzjoni tad-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l- koerenza tal-politika biex iseħħ l-iżvilup.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 2 c (ġdida)
(2c)  Madankollu, l-aġenziji tal- krediti tal-esportazzjoni tal-Istati Membri għandhom jeżaminaw bir-reqqa l-applikazzjonijiet li jaslulhom filwaqt li jikkunsidraw li l-appoġġ uffiċjali mogħti bħala kreditu tal-esportazzjoni jista' potenzjalement, fiż-żmien medju u fit-tul, jikkontribwixxi għad-defiċit pubbliku tal-Istat Membru tagħhom, partikularment meta jiġi kkunsidrat ir-riskju miżjud li ma jirrispettawx l-obbligi tagħhom minħabba l-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 2 d (ġdida)
(2d)  L-aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni għandhom jeżaminaw bir-reqqa l-applikazzjonijiet li jaslulhom sabiex jiżdiedu bl-aktar mod possibbli l-benefiċċji tal-appoġġ uffiċjali pprovdut filwaqt li jiġi kkunsidrat il-fatt li kreditu tal-esportazzjoni mmirat tajjeb jikkontribwixxi għal opportunitajiet ġodda ta' aċċess għas-swieq għall-kumpaniji tal-Unjoni, speċjalment l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (SMEs), filwaqt li jiġi mrawwem kummerċ miftuħ u ġust u tkabbir li jkun ta' benefiċċju reċiproku fis-sitwazzjoni li rriżultat mill-kriżi.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 2 e (ġdida)
(2e)  L-OECD teħtieġ l-iżvelar ta' informazzjoni dwar il-krediti tal-esportazzjoni mill-Membri tagħha bil-għan li tipprevenihom minn imġiba li tkun protezzjonista jew li jgħawweġ is-suq. Fi ħdan l-Unjoni, it-trasparenza għandha tiġi żgurata sabiex jiġu ggarantiti kundizzjonijiet indaqs għall-Istati Membri.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 2 f (ġdida)
(2f)  L-aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni (ECAs) saru l-akbar għajn ta' finanzjament uffiċjali għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Għalhekk, id-dejn relatat mal-krediti tal-esportazzjoni huwa l-akbar komponent tad-dejn uffiċjali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Proporzjon sinifikanti mill-finanzjament ta' proġetti permezz tal-krediti tal-esportazzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw huwa kkonċentrat f'setturi bħat-trasport, iż-żejt, il-gass u l-minjieri u l-infrastruttura fuq skala kbira, bħalma huma d-digi kbar.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 2 g (ġdida)
(2g)  Il-Parteċipanti fl-Arranġament huma involuti fi proċess kontinwu li l-għan tiegħu huwa li jnaqqas kemm jista' jkun it-tagħwiġ tas-suq kif ukoll li jistabbilixxi kundizzjonijiet indaqs li fihom il-primjums iċċarġjati mill-aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati tal-Membri tal-OECD ikunu bbażati fuq ir-riskji u jkopru l-ispejjeż operattivi u t-telf tagħhhom għal perjodu fit-tul. Biex dan il-għan jintlaħaq, huma meħtieġa t-trasparenza u r-rappurtar min-naħa tal-aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 2 h (ġdida)
(2h)  B'appoġġ għall-proċess kontinwu fi ħdan l-OECD lejn standards ogħla ta' trasparenza u rappurtar għall-aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati tal-Membri tal-OECD u aktar minn hekk, l-Unjoni għandha tapplika miżuri addizzjonali ta' trasparenza u rappurtar għall-aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati li huma bbażati fl-Unjoni kif stipulat fl-Anness 1a ta' dan ir-Regolament.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 2 i (ġdida)
(2i)  L-isviluppar u l-ikkonsolidar tad-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali kif stipulat fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u kif imsemmi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-prinċipji ambjentali u l-prinċipji ġenerali tar-Responsabilità Soċjali Korporattiva (RSK), issupplementati minn eżempji oħra ta' prattika tajba internazzjonali, għandhom jiġu utilizzati bħala gwida għall-proġetti kollha ffinanzjati minn aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati bbażati fl-Unjoni, u jinkludu valutazzjoni tal-impatt soċjali u ambjentali, li tkun tinkludi d-drittijiet tal-bniedem u l-istandards inkorporati fil-ġabra tal-leġiżlazzjoni ambjentali u soċjali tal-Unjoni relevanti għas-setturi u l-proġetti ffinanzjati minn aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni. L-“Approċċi Komuni” tal-OECD fl-ifformular preżenti tal-kliem tagħhom diġà fihom għażla espliċita li jintużaw l-istandards tal-Komunità Ewropea fuq it-tixħim, is-self sostenibbli u l-ambjent bħala punti ta' referenza fit-twettiq tal-eżminar mill-ġdid tal-proġetti. L-użu ta' din id-dispożizzjoni għandu jkompli jiġi inkoraġġit aktar, filwaqt li jitqies li l-isponsers tal-proġetti, l-esportaturi, l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni għandhom rwoli, responsabilitajiet u saħħa differenti fir-rigward ta' proġetti li jibbenefikaw minn appoġġ uffiċjali.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 2 j (ġdida)
(2j)  L-objettivi tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha fir-rigward tal-klima f'dawk li huma l-impenji tagħhom fil-livell tal-Unjoni u fil-livell internazzjonali, għandhom jiggwidaw il-proġetti kollha ffinanzjati minn aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati bbażati fl-Unjoni. Dawn jinkludu: id-dikjarazzjoni finali tal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern fis-Samit tal-G20 ta' Pittsburgh fl-24 u l-25 ta' Settembru 2009 biex is-sussidji għall-fjuwils fossili jitneħħew gradwalment; l-objettivi tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjonijiet tagħha talgassijiet b'effett ta' serra bi 30% meta mqabbla mal-livelli tal-1990, li żżid l-effiċjenza enerġetika b'20 % u li 20% tal-konsum enerġetiku tagħha jiġi minn sorsi rinnovabbli sal-2020; kif ukoll l-għan tal-Unjoni li sal-2050 tnaqqas l-emissjonijiet tagħha tal-gassijiet b'effett ta' serra bi 80 sa 95%. It-tneħħija tas-sussidji għall-fjuwils fossili għandha tkun akkumpanjata minn miżuri li jiżguraw li l-istandards tal-għajxien tal-ħaddiema u tal-fqar ma jintlaqtux ħażin.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 2 k (ġdida)
(2k)  Il-prinċipji li jirfdu r-RSK, li huma rikonoxxuti għalkollox fil-livell internazzjonali, kemm jekk mill-OECD, mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) jew min-Nazzjonijiet Uniti, jikkonċernaw l-imġiba responsabbli mistennija mill-impriżi, u jippresupponu, l-ewwel u qabel kollox, il-konformità mal-leġiżlazzonijiet fis-seħħ, partikolarment fil-qasam tal-impjiegi, ir-relazzjonijiet tax-xogħol, id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent, l-interessi tal-konsumaturi u t-trasparenza fir-rigward tagħhom, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-tassazzjoni. Barra minn hekk għandhom jitqiesu s-sitwazzjoni speċifika u l-kapaċitajiet tal-SMEs.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 2 l (ġdida)
(2l)  Minħabba s-sitwazzjoni kompetittiva intensifikata fis-swieq dinjija u sabiex jiġu evitati żvantaġġi kompetittivi għall-kumpaniji tal-Unjoni, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom isaħħu l-isforzi tal-OECD biex jintlaħqu dawk li mhumiex jipparteċipaw fil-Arranġament u għandhom jużaw negozjati bilaterali u multilaterali bil-għan li jiġu stabbiliti standards globali għall-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati. L-istandards globali f'dan il-qasam huma prerekwiżit biex ikun hemm kundizzjonijiet indaqs fil-kummerċ dinji.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 2 m (ġdida)
(2m)  Għalkemm il-pajjiżi tal-OECD huma ggwidati mill-Arranġament, il-pajjiżi li mhumiex fl-OECD, u b'mod partikolari l-pajjiżi li qed jitfaċċaw, ma jeħdux sehem fl-Arranġament bir-riżultat li dan jista' jwassal għal vantaġġ inġust għall-esportaturi ta' dawn il-pajjiżi. Dawn il-pajjiżi għandhom għalhekk jiġu inkoraġġiti jingħaqdu mal-OECD u jipparteċipaw fl-Arranġament.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 2 n (ġdida)
(2n)  Minħabba l-politika tal-UE ta' Regolamentazzjoni Aħjar li għandha l-għan li r-regolamentazzjoni eżistenti tiġi ssimplifikata u mtejba l-Kummissjoni u l-Istati Membri, fir-rieżamijiet futuri tal-Arranġament, għandhom jiffukaw fuq it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi minn fuq in-negozji u l-amministrazzjonijiet nazzjonali, inklużi l-aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 2 o (ġdida)
(2o)  It-titjibiet fl-Arranġament għandhom jiżguraw koerenza sħiħa mal-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), biex jingħata kontribut għar-realizzazzjoni tal-objettiv ġenerali li jiġu żviluppati u kkonsolidati d-demokrazija u l-istat tad-dritt, kif ukoll li jiġu rispettati d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. Għandhom għalhekk jiġu applikati miżuri addizzjonali fl-Unjoni meta l-Arranġament tal-OECD jkun qed jiġi traspost għal ġod-dritt tal-Unjoni bil-għan li tiġi ggarantita l-kompatibilità bejn l-Arranġament tal-OECD u d-dritt tal-Unjoni.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 2 p (ġdida)
(2p)  Il-metodoloġija tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u soċjali li tiżgura konformità mar-rekwiżiti tal-krediti tal-esportazzjoni għandha tkun konsistenti għalkollox mal-prinċipji tal-Istrateġija tal-UE għal Żvilupp Sostenibbli, il-Ftehim ta' Cotonou u l-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp u għandha tirrifletti l-impenn u l-obbligi tal-Unjoni skont il-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD) kif ukoll l-ilħuq tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju tan-NU (MDGs) u l-istandards soċjali, tax-xogħol u tal-ambjent kif inkorporati fil-ftehimiet internazzjonali.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Id-Deċiżjoni 2001/76/KE għandha għalhekk tiġi rrevokata u flokha tidħol din id-Deċiżjoni bit-test ikkonsolidat u mmodifikat tal-Ftehim mehmuż magħha bħala Anness u d-Deċiżjoni 2001/77/KE għandha tiġi revokata.
(4)  Id-Deċiżjoni 2001/76/KE għandha għalhekk tiġi rrevokata u flokha jidħol dan ir-regolament bit-test ikkonsolidat u rrivedut tal-Arranġament mehmuż magħha bħala l-Anness 1, u d-Deċiżjoni 2001/77/KE għandha tiġi revokata.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 1 - subparagrafu 1
Il-linjigwida li jinsabu fil-Ftehim dwar Il-Linjigwida dwar Krediti ta' Esportazzjoni b'Sussidju Uffiċjali għandhom japplikaw fil-Komunità.
Il-linjigwida li jinsabu fl-Arranġament dwar Il-Linjigwida għal Krediti tal-Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġjati għandhom japplikaw fl-Unjoni.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 1 a (ġdid)
Artikolu 1a
Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għal regolament ġdid sabiex tirrevoka u tissostitwixxi dan ir-regolament mill-aktar fis possibbli ladarba tiġi miftiehma verżjoni ġdida tal-Arranġament fost il-Parteċipanti tal-OECD u sa mhux aktar tard minn xahrejn wara d-dħul fis-seħħ tagħha.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 1 b (ġdid)
Artikolu 1b
Il-miżuri addizzjonali dwar it-trasparenza u r-rappurtar li għandhom jiġu applikati fl-Unjoni huma spjegati fl-Anness 1a ta' dan ir-regolament.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Article 1 c (ġdid)
Artikolu 1c
Il-Kunsill għandu jirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni, min-naħa ta' kull Stat Membru, tal-Arranġament dwar il-Linjigwida għal Krediti tal-Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġjati.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Article 1 d (ġdid)
Artikolu 1d
Il-karta tal-bilanċ tal-aġenzija tal-krediti tal-esportazzjoni ta' kwalunkwe Stat Membru għandha tipprovdi ħarsa ġenerali sħiħa tal-assi u tal-passiv tal-aġenzija. L-użu ta' vetturi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ minn aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni għandu jsir trasparenti għalkollox.
Il-kumpaniji, minbarra l-SMEs, li jibbenefikaw minn krediti tal- esportazzjoni għandhom jippubblikaw kontijiet finanzjarji annwali skont kull pajjiż għalih.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Anness I a (ġdid)
Anness Ia
1)  Mingħajr ħsara għall-prerogattivi tal-istituzzjonijiet tal-Istati Membri li jeżerċitaw is-superviżjoni tal-programmi nazzjonali tal-krediti tal-esportazzjoni, kull Stat Membru għandu jipprovdi Rapport tal-Attività Annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni.
Dan ir-Rapport tal-Attività Annwali għandu jkun fih it-tagħrif li ġej:
• Verifika tal-istrumenti u l-programmi nazzjonali kollha li għalihom huwa applikabbli l-Arranġament u tal-konformità tagħhom mal-Arranġament, b'mod partikolari r-rekwiżit tiegħu li l-primjums ikunu bbażati fuq ir-rikji u jkopru l-ispejjeż operattivi li jsiru fuq żmien twil;
• Ħarsa ġenerali tal-iżviluppi operazzjonali maġġuri li jkunu seħħew waqt il-perjodu tar-rappurtar u l-konformità tagħhom mal-Arranġament (jiġu elenkati l-impenji ġodda, l-espożizzjoni, il-ħlasijiet mitluba tal-primjums, il-pretensjonijiet imħallsa u l-irkupri, u l-mekkaniżmi għall-ikkostjar tar-riskju ambjentali);
• Preżentazzjoni tal-politiki li għandu l-Istat Membru biex jiżgura li l-objettivi u l-politiki tal-Unjoni rigward l-iżvilupp jiggwidaw l-attivitajiet fl-oqsma tal-krediti tal-esportazzjoni relatati ma' kwistjonijiet ambjentali u soċjali, id-drittijiet tal-bniedem, is-self sostenibbli u l-miżuri ta' kontra t-tixħim.
2)  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-analiżi tagħha tar-Rapport tal-Attività Annwali, filwaqt li tivvaluta l-koerenza tal-Istati Membri mal-politiki tal-Unjoni rigward l-iżvilupp, u tikkummenta fuq l-iżviluppi ġenerali fil-qasam tal-politiki lill-Parlament Ewropew.
3)  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew rapport annwali fuq l-isforzi li jkunu saru fid-diversi fora ta' kooperazzjoni internazzjonali, inklużi l-OECD u l-G20, u fil-laqgħat bilaterali ma' pajjiżi terzi, inklużi Samits u negozjati dwar Ftehimiet ta' Sħubija u Kooperazzjoni u Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles, biex pajjiżi terzi, speċjalment l-ekonomiji li qed jitfaċċaw, jitħeġġu jdaħħlu linjigwida rigward it-trasparenza tal-aġenziji tal-krediti tal-esportazzjoni tagħhom f'livell li tal-anqas ikun jaqbel mal-Approċċi Komuni tal-OECD.

(1) Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat skont l-Artikolu 57(2), it-tieni subparagrafu (A7-0364/2010).


Qafas politiku ġdid tal-UE għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa
PDF 254kWORD 89k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2011 dwar prijoritajiet u punti prinċipali ta' qafas politiku ġdid tal-UE rigward il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa (2010/2209(INI))
P7_TA(2011)0127A7-0065/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tal-istrumenti legali tan-NU fl-isfera tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw id-drittijiet tan-nisa, bħalma huma l-Karta tan-NU, id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patti Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Konvenzjoni dwar is-Soppressjoni tat-Traffikar tal-Bnedmin u l-Isfruttament tal-Prostituzzjoni ta' Oħrajn, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) u l-Protokoll Fakultattiv tagħha, il-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra, il-Konvenzjoni tal-1951 li tirrigwarda l-istatus tar-refuġjati, u l-prinċipju tan-non-refoulement,

–  wara li kkunsidra strumenti oħra tan-NU dwar il-vjolenza kontra n-nisa, bħalma huma d-Dikjarazzjoni ta' Vjenna u l-Programm ta' Azzjoni tal-25 ta' Ġunju 1993 adottat mill-Konferenza Dinjija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (A/CONF. 157/23) u d-Dikjarazzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa tal-20 ta' Diċembru 1993 (A/RES/48/104),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tat-12 ta' Diċembru 1997 bit-titolu “Il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-miżuri ta' ġustizzja kriminali għall-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa” (A/RES/52/86), tat-18 ta' Diċembru 2002 bit-titolu “Ħidma lejn l-eliminazzjoni tad-delitti kontra n-nisa mwettqa f'isem l-unur”, (A/RES/57/179), u tat-22 ta' Diċembru 2003 bit-titolu “L-eliminazzjoni tal-vjolenza domestika kontra n-nisa” (A/RES/58/147),

–  wara li kkunsidra r-rapporti mir-Rapporteurs Speċjali tal-Kummissarju Għoli tan-NU tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-vjolenza kontra n-nisa u r-Rakkomandazzjoni Ġenerali Nru 19 adottata mill-Kumitat għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa (il-11-il Sessjoni, 1992),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Pekin adottati mir-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa fil-15 ta' Settembru 1995 u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament tat-18 ta' Mejju 2000 dwar is-segwitu għall-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Pekin(1) u tal-10 ta' Marzu 2005 dwar is-segwitu għar-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa - Pjattaforma ta' Azzjoni (Pekin+10)(2) u tal-25 ta' Frar 2010 dwar is-segwitu għall-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Pekin (Pekin +15)(3),

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tad-19 ta' Diċembru 2006 bit-titolu “Intensifikazzjoni tal-isforzi biex tiġi eliminata kull forma ta' vjolenza kontra n-nisa” (A/RES/61/143), u r-riżoluzzjonijiet 1325 u 1820 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà,

–  wara li kkunsidra x-xogħol tal-Kumitat Ad hoc tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza Kontra n-Nisa u l-Vjolenza Domestika (CAHVIO), stabbilit f'Diċembru 2008 biex iħejji Konvenzjoni ġejjiena tal-Kunsill tal-Ewropa dwar dan is-suġġett,

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill EPSCO tat-8 ta' Marzu 2010 dwar il-vjolenza,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-14 ta' Diċembru 2010 dwar l-abbozz ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordni Ewropea ta' Protezzjoni(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Novembru 2009 dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa(5),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tiegħu tal-21 ta' April 2009 dwar il-kampanja “Għid LE għall-Vjolenza kontra n-Nisa”(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Marzu 2009 dwar il-ġlieda kontra l-mutilazzjoni ġenitali femminili fl-Unjoni Ewropea(7),

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-Kummissjoni għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015 li ġiet ippreżentata fil-21 ta' Settembru 2010,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0065/2011),

A.  billi m'hemm l-ebda intervent wieħed li se jelimina waħdu l-vjolenza bbażata fuq is-sess, imma kombinazzjoni ta' azzjonijiet infrastrutturali, legali, ġudizzjarji, ta' infurzar, edukattivi, tas-saħħa u azzjonijiet oħra relatati mas-servizzi jistgħu jnaqqsu din il-vjolenza u l-konsegwenzi tagħha b'mod sinifikanti,

B.  billi, għalkemm m'hemmx definizzjoni rikonoxxuta internazzjonalment tat-terminu “vjolenza kontra n-nisa”, dan huwa definit min-Nazzjonijiet Uniti bħala kull att ta' vjolenza bbażata fuq is-sess li jirriżulta, jew x'aktarx li jirriżulta, fi ħsara jew tbatija fiżika, sesswali jew psikoloġika lin-nisa, inkluż it-theddid ta' atti bħal dawn, ġegħil jew deprivazzjoni arbitrarja tal-libertà, kemm jekk dan isir fil-ħajja pubblika u kemm jekk fil-ħajja privata(8),

C.  billi l-vjolenza hija esperjenza trawmatika għal kwalunkwe raġel, mara, tifel jew tifla, imma l-vjolenza bbażata fuq is-sess hija fil-biċċa l-kbira mwettqa mill-irġiel fuq in-nisa u l-bniet, u tirrefletti u tqawwi l-inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa u tikkomprometti s-saħħa, id-dinjità, is-sigurtà u l-awtonomija tal-vittmi tagħha,

D.  billi l-istudji fuq il-vjolenza bbażata fuq is-sess jikkalkulaw li waħda minn kull ħamsa sa kwart tan-nisa kollha fl-Ewropa sofrew atti ta' vjolenza fiżika għallinqas darba tul il-ħajja adulta tagħhom, u aktar minn waħda minn kull għaxra sofriet vjolenza sesswali li tinvolvi l-użu tal-forza; billi r-riċerka turi wkoll li 26% tat-tfal u ż-żgħażagħ jirrappurtaw vjolenza fiżika fit-tfulija,

E.  billi r-reklamar u l-pornografija spiss juru diversi tipi ta' vjolenza bbażata fuq is-sess, u b'hekk irendu l-vjolenza kontra n-nisa bħala ħaġa trivjali u jostakolaw l-istrateġiji ta' ugwaljanza bejn is-sessi,

F.  billi l-vjolenza maskili kontra n-nisa ssawwar il-post tan-nisa fis-soċjetà: is-saħħa tagħhom, l-aċċess tagħhom għall-impjiegi u l-edukazzjoni, l-integrazzjoni tagħhom fl-attivitajiet soċjali u kulturali, l-indipendenza ekonomika tagħhom, il-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja pubblika u politika u fit-teħid tad-deċiżjonijiet u r-relazzjonijiet tagħhom mal-irġiel,

G.  billi f'bosta każi n-nisa jonqsu milli jressqu lmenti kontra atti ta' vjolenza bbażati fuq is-sess kontrihom, għal raġunijiet li huma kumplessi u diversi u li jinkludu fatturi psikoloġiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali, filwaqt li jistgħu wkoll ma jkollhomx fiduċja fil-pulizija, fis-sistema legali u fis-servizzi soċjali u tas-saħħa,

H.  billi l-vjolenza bbażata fuq is-sess, b'mod predominanti mill-irġiel kontra n-nisa, hija problema strutturali u mifruxa mal-Ewropa kollha u mad-dinja, hija fenomenu li jinvolvi l-vittmi u lil dawk li jwettqu d-delitt irrispettivament mill-età, l-isfond tal-edukazzjoni, id-dħul finanzjarju u l-pożizzjoni soċjali, u huwa marbut mad-distribuzzjoni inugwali tal-poter bejn in-nisa u l-irġiel fis-soċjetà tagħna,

I.  billi l-pressjoni ekonomika spiss twassal għal abbuż aktar frekwenti, aktar vjolenti u aktar perikoluż; billi l-istudji wrew li l-vjolenza kontra n-nisa tintensifika ruħha meta l-irġiel ikunu kostretti jħallu pajjiżhom u jitilfu l-proprjetà tagħhom bħala riżultat tal-kriżi ekonomika,

J.  billi l-vjolenza kontra n-nisa tkopri firxa wiesgħa ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi: l-abbuż sesswali, l-istupru, il-vjolenza domestika, l-attakk sesswali u l-fastidju sesswali, il-prostituzzjoni, it-traffikar tan-nisa u l-bniet, il-ksur tad-drittijiet sesswali u riproduttivi tan-nisa, il-vjolenza kontra n-nisa fuq il-post tax-xogħol, il-vjolenza fuq in-nisa f' sitwazzjonijiet ta' kunflitt, il-vjolenza kontra n-nisa fil-ħabs jew fl-istituti ta' kura, u bosta prattiki tradizzjonali ta' ħsara; billi kull wieħed minn dawn l-abbużi jista' jħalli feriti psikoloġiċi profondi, jgħarraq is-saħħa ġenerali tan-nisa u l-bniet, inkluża s-saħħa riproduttiva u sesswali tagħhom, u f'xi każijiet, jirriżulta f'mewt,

K.  billi f'bosta Stati Membri l-vjolenza mill-irġiel kontra n-nisa fil-forma ta' stupru ma tiġix trattata bħala delitt li jagħti lok għal proċedimenti ex officio(9),

L.  billi ma tinżammx b'mod regolari data komparabbli dwar it-tipi differenti tal-vjolenza kontra n-nisa fl-Unjoni Ewropea, u b'hekk huwa diffiċli li jiġi aċċertat kemm hi realment mifruxa l-problema u li jinstabu soluzzjonijiet xierqa. billi huwa diffiċli ħafna li tinżamm data affidabbli peress li n-nisa u l-irġiel isibuha bi tqila jirrappurtaw l-esperjenzi tagħhom lill-partijiet interessati minħabba l-biża' jew il-mistħija,

M.  billi, skont l-istudji eżistenti rigward l-istati membri tal-Kunsill tal-Ewropa, l-ispiża annwali tal-vjolenza kontra n-nisa hija stmata li tammonta għal madwar EUR 33 biljun(10),

N.  billi n-nisa fl-Unjoni Ewropea mhumiex protetti b'mod ugwali kontra l-vjolenza mill-irġiel minħabba politiki u leġiżlazzjoni varji madwar l-Istati Membri,

O.  billi l-Unjoni Ewropea, bit-Trattat ta' Lisbona, għandha kompetenza usa' fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, inkluż dwar il-liġi tal-proċedura kriminali u l-liġi kriminali sostantiva, kif ukoll fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija,

P.  wara li kkunsidra n-numru allarmanti ta' nisa li huma vittmi tal-vjolenza bbażata fuq is-sess,

Q.  billi l-fastidju tal-ommijiet u nisa tqal huwa forma oħra ta' vjolenza jew abbuż li n-nisa jsofru, li jseħħ primarjament fi ħdan il-familja jew koppja u fl-isferi soċjali u professjonali, u jwassal għat-tkeċċija mill-impjieg tagħhom jew għat-tluq volontarju mill-impjieg tagħhom, u għal sitwazzjonijiet ta' diskriminazzjoni u dipressjoni,

R.  billi l-Kummissjoni enfasizzat fl-istrateġija tagħha għall-ugwaljanza bejn is-sessi 2010-2015 li l-vjolenza bbażata fuq is-sess kienet waħda mill-problemi ewlenin li kellhom jiġu indirizzati sabiex tinkiseb ugwaljanza ġenwina bejn is-sessi,

S.  billi l-Kummissjoni ħabbret li se tissottometti proposta fl-2011 għal strateġija biex tiġġieled il-vjolenza kontra n-nisa, iżda ma sar l-ebda riferiment espliċitu għal din l-istrateġija fil-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2011,

1.  Jilqa' l-impenn mill-Kummissjoni fil-Pjan ta' Azzjoni tagħha li jimplimenta l-Programm ta' Stokkolma li tippreżenta fl-2011-2012 “Komunikazzjoni dwar strateġija biex tiġi miġġielda l-vjolenza kontra n-nisa, il-vjolenza domestika u l-mutilazzjoni ġenitali femminili, li għandha tiġi segwita minn pjan ta' azzjoni tal-UE”(11),

2.  Jipproponi approċċ ġdid ta' politika komprensiva kontra l-vjolenza bbażata fuq is-sess inklużi:

   strument tal-liġi kriminali fil-forma ta' direttiva kontra l-vjolenza bbażata fuq is-sess,
   miżuri biex jiġi indirizzat il-qafas “six P” dwar il-vjolenza kontra n-nisa (politika, prevenzjoni, protezzjoni, prosekuzzjoni, proviżjoni u partnership),
   rikjesti lill-Istati Membri biex jiżguraw li dawk li jwettqu d-delitt jiġu ppenalizzati kif inhu xieraq skont is-serjetà tad-delitt,
   rikjesti lill-Istati Membri biex jiżguraw taħriġ għall-uffiċjali li aktarx jiġu f'kuntatt ma' każijiet ta' vjolenza kontra n-nisa – inkluż l-infurzar tal-liġi, il-kura soċjali, il-benesseri tat-tfal, il-kura tas-saħħa u l-persunal taċ-ċentri ta' emerġenza – sabiex jiskopru, jidentifikaw u jittrattaw kif xieraq każijiet bħal dawn, b'attenzjoni speċjali għall-ħtiġijiet u d-drittijiet tal-vittmi,
   rekwiżiti biex l-Istati Membri juru d-diliġenza dovuta u biex jirreġistraw u jinvestigaw is-suriet kollha ta' delitti ta' vjolenza bbażata fuq is-sess bil-għan li jingħata bidu għal prosekuzzjoni pubblika,
   pjanijiet biex jiġu żviluppati rutini investigattivi għall-pulizija u għall-professjonisti tas-settur tas-saħħa bil-għan li tiġi żgurata evidenza ta' vjolenza bbażata fuq is-sess,
   il-ħolqien ta' partnerships ma' istituzzjonijiet edukattivi ogħla bil-ħsieb li jiġu pprovduti korsijiet ta' taħriġ dwar il-vjolenza bbażata fuq is-sess għal professjonisti fl-oqsma relevanti, speċjalment l-imħallfin, l-uffiċjali tal-pulizija kriminali, il-professjonisti tas-saħħa u l-edukazzjoni u l-persunal ta' appoġġ għall-vittmi,
   proposti ta' politiki biex il-vittmi jiġu megħjuna jibnu ħajjithom mill-ġdid, li jindirizzaw il-bżonnijiet speċifiċi ta' gruppi differenti ta' vittmi bħan-nisa f'minoranza, minbarra li tkun żgurata s-sikurezza tagħhom u tiġi stabbilita mill-ġdid is-saħħa fiżika u psikoloġika tagħhom, u miżuri li jinkoraġġixxu l-iskambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattika għat-trattament ta' dawk li jkunu sofrew il-vjolenza kontra n-nisa,
   l-integrazzjoni ta' mekkaniżmi speċifiċi ta' identifikazzjoni u dijanjożi fi ħdan is-servizzi tal-emerġenza tal-isptar u n-netwerk tal-kura primarja, bil-ħsieb li tiġi kkonsolidata sistema ta' aċċess u ta' monitoraġġ aktar effiċjenti għall-vittmi kkonċernati,
   rikjesti lill-Istati Membri biex jipprovdu kenn għall-vittmi ta' vjolenza bbażata fuq is-sess b'kooperazzjoni mal-NGOs relevanti,
   rekwiżiti minimi rigward l-għadd ta' strutturi ta' appoġġ għall-vittmi għal kull 10 000 abitant għall-vittmi ta' vjolenza bbażata fuq is-sess fil-forma ta' ċentri b'perizja speċifika biex il-vittmi jiġu megħjuna,
   it-tfassil ta' karta Ewropea li tistabbilixxi livell minimu ta' servizzi ta' assistenza li jiġu offruti lill-vittmi tal-vjolenza kontra n-nisa, inkluż: id-dritt għall-għajnuna legali; il-ħolqien ta' djar ta' kenn biex jissodisfaw il-bżonnijiet tal-vittmi ta' protezzjoni u akkomodazzjoni temporanja; servizzi ta' għajnuna psikoloġika urġenti, li jiġu pprovduti bla ħlas minn speċjalisti fuq bażi deċentralizzata u aċċessibbli; u arranġamenti ta' għajnuna finanzjarja intiżi għall-promozzjoni tal-indipendenza tal-vittmi u li jiffaċilitaw ir-ritorn tagħhom għall-ħajja normali u għad-dinja tax-xogħol,
   standards minimi biex ikun żgurat li l-vittmi jkollhom appoġġ professjonali fil-forma ta' pariri minn professjonist legali jkun xi jkun ir-rwol tagħhom fil-proċeduri kriminali,
   mekkaniżmi biex jiffaċilitaw l-aċċess għal għajnuna legali, li jagħtu l-possibilità lill-vittmi li jasserixxu drittijiethom mal-Unjoni kollha,
   pjanijiet biex jiġu żviluppati linji gwida metodoloġiċi u biex isiru sforzi ġodda għall-ġbir tad-data biex tinkiseb data statistika komparabbli fuq il-vjolenza bbażata fuq is-sess, inkluża l-mutilazzjoni ġenitali femminili, sabiex tiġi identifikata l-firxa tal-problema u tiġi pprovduta bażi għal bidla fl-azzjoni fil-konfront tal-problema,
   l-istabbiliment, fil-ħames snin li ġejjin, ta' Sena Ewropea Kontra l-Vjolenza Fuq in-Nisa bil-għan li titqajjem kuxjenza fost iċ-ċittadini Ewropej,
   rikjesti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri xierqa dwar il-prevenzjoni, inklużi kampanji ta' tqajjim ta' kuxjenza, fejn ikun relevanti b'kooperazzjoni mal-NGOs,
   l-implimentazzjoni ta' miżuri rigward ftehimiet fuq is-salarji u koordinazzjoni akbar bejn dawk li jimpjegaw, it-trejdjunjins u l-impriżi, kif ukoll bejn l-entitajiet ta' ġestjoni rispettivi tagħhom, sabiex jipprovdu “l vittmi b'informazzjoni relevanti dwar id-drittijiet ta' impjieg tagħhom,
   żieda fl-ammont tal-qrati li speċifikament jittrattaw vjolenza bbażata fuq is-sess; aktar riżorsi u materjal ta' taħriġ dwar il-vjolenza bbażata fuq is-sess għall-imħallfin, il-prosekuturi pubbliċi u l-avukati; u titjib fl-unitajiet ta' speċjalizzazzjoni fl-entitajiet ta' infurzar tal-liġi, billi jiżdied l-ammont tal-persunal tagħhom u jitjiebu t-taħriġ u t-tagħmir tagħhom;

3.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jirrikonoxxu l-istupru u l-vjolenza sesswali kontra n-nisa, partikolarment fi ħdan iż-żwieġ u relazzjonijiet informali intimi u/jew meta mwettqa minn qraba maskili, bħala delitt f'każijiet fejn il-vittma ma tkunx tat il-kunsens tagħha, biex jiżguraw li tali delitti jirriżultaw fi prosekuzzjoni awtomatika u biex jiċħdu kull riferiment għall-prattiki kulturali, tradizzjonali jew reliġjużi bħala fattur li jtaffi s-serjetà f'każijiet ta' vjolenza kontra n-nisa, inklużi l-hekk imsejħa “delitti tal-unur” u l-mutilazzjoni ġenitali femminili;

4.  Jirrikonoxxi li l-vjolenza kontra n-nisa hija waħda mill-iktar forom serji ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem ibbażat fuq is-sess u li l-vjolenza domestika – fil-konfront ta' vittmi oħra bħat-tfal, l-irġiel u x-xjuħ – hija wkoll fenomenu moħbi li jaffettwa wisq familji u għalhekk ma jistax jiġi injorat;

5.  Jenfasizza li l-espożizzjoni għall-vjolenza u l-abbuż fiżiku, sesswali u psikoloġiku bejn il-ġenituri jew membri l-oħra tal-familja għandha impatt serju fuq it-tfal;

6.  Jistieden lill-Istati Membri biex, meta huma involuti tfal li huma xhieda ta' kull forma ta' vjolenza, jiżviluppaw servizz ta' pariri psikosoċjali adattat għall-età li huwa mfassal speċifikament għat-tfal biex jaffaċjaw l-esperjenzi trawmatiċi tagħhom u biex tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-aħjar interessi tat-tfal;

7.  Jenfasizza li n-nisa migranti, inklużi n-nisa migranti bla dokumenti, u n-nisa li jfittxu asil jikkostitwixxu żewġ subkategoriji ta' nisa li huma partikolarment vulnerabbli għall-vjolenza bbażata fuq is-sess;

8.  Jenfasizza l-importanza ta' taħriġ adegwat għal dawk kollha li jaħdmu man-nisa li huma vittmi tal-vjolenza bbażata fuq is-sess, speċjalment għal dawk li jirrappreżentaw is-sistema legali u l-infurzar tal-liġi, b'referenza speċjali għall-pulizija, l-imħallfin, il-ħaddiema soċjali u l-ħaddiema fil-kura tas-saħħa;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex, bl-użu ta' servizzi ta' esperti kollha disponibbli, tiżviluppa u tipprovdi statistika annwali dwar il-vjolenza bbażata fuq is-sess, inklużi ċifri dwar kemm nisa jinqatlu kull sena mis-sieħeb jew l-ex-sieħeb tagħhom, fuq il-bażi ta' data mogħtija mill-Istati Membri;

10.  Jenfasizza li r-riċerka fil-qasam tal-vjolenza kontra t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa u f'livell aktar ġenerali fil-qasam tal-vjolenza bbażata fuq is-sess u l-vjolenza sesswali, għandha tiġi inkluża bħala qasam ta' riċerka multidixxiplinari fit-Tmien Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku li jmiss;

11.  Jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra li tistabbilixxi osservatorju dwar il-vjolenza kontra n-nisa bbażat fuq ir-rappurtaġġ ta' każijiet tal-qorti li jinvolvu vjolenza kontra n-nisa;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha fil-ġlieda kontra l-vjolenza bbażata fuq is-sess permezz ta' programmi Komunitarji, speċjalment il-Programm Daphne li diġà kien ta' suċċess fil-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa;

13.  Jinnota li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) se twettaq inkjesta b'kampjun rappreżentattiv ta' nisa mill-Istati Membri kollha rigward l-esperjenzi tagħhom ta' vjolenza, u jitlob li l-attenzjoni tiġi ffukata fuq l-eżami tat-tweġibiet li n-nisa fil-fatt jirċievu mid-diversi awtoritajiet u servizzi ta' appoġġ meta jirrapportaw;

14.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex, fl-istatistika nazzjonali tagħhom, juru b'mod ċar id-daqstal-vjolenza bbażata fuq is-sess u jieħdu passi biex jiżguraw li tinġabar id-data dwar il-vjolenza bbażata fuq is-sess, fost oħrajn fuq is-sess tal-vittmi, is-sess ta' dawk li jkunu wettqu d-delitt, ir-relazzjoni tagħhom, l-età, il-post fejn ikun seħħ id-delitt u l-ħsarat imġarrba;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni tissottometti studju dwar l-impatt finanzjarju tal-vjolenza kontra n-nisa, li jibni fuq ir-riċerka bl-użu ta' metodoloġiji li jistgħu jikkwantifikaw f'termini finanzjarji l-impatt ta' din il-forma ta' vjolenza fuq is-servizzi tas-saħħa, is-sistemi tal-benesseri u s-suq tax-xogħol;

16.  Jistieden lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi biex jagħmlu riċerka li tanalizza l-firxa tal-vjolenza f'relazzjonijiet bejn iż-żgħażagħ u l-impatt li dan għandu fuq il-benesseri tagħhom;

17.  Jinnota li l-insegwiment malizzjuż (stalking), li 87% tal-vittmi tiegħu huma nisa, jikkawża trawma psikoloġika u tensjoni emozzjonali akuta u li għalhekk għandu jitqies bħala forma ta' vjolenza kontra n-nisa u għandu jkun suġġett għal qafas legali fl-Istati Membri kollha;

18.  Jinnota li prattiki tradizzjonali ta' ħsara bħall-Mutilazzjoni Ġenitali Femminili (FGM) u l-hekk imsejjaħ “qtil tal-unur” huma forom ta' vjolenza kontra n-nisa estremament kontestwalizzati u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni speċifika lill-prattiki tradizzjonali ta' ħsara fl-istrateġija tagħha biex tiġġieled il-vjolenza kontra n-nisa;

19.  Jirrikonoxxi l-problema serja tal-prostituzzjoni, inkluża l-prostituzzjoni tat-tfal, fl-Unjoni Ewropea u jitlob li jsiru studji ulterjuri dwar ir-rabta bejn il-qafas legali tal-Istat Membru inkwistjoni u l-forma u l-firxa tal-prostituzzjoni li qed isseħħ; jiġbed l-attenzjoni għaż-żieda allarmanti fit-traffikar ta' bnedmin deħlin fl-UE u fi ħdanha – kummerċ li jolqot partikolarment lin-nisa u lit-tfal – u jħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu azzjoni iebsa biex jiġġieldu din il-prattika illegali;

20.  Jitlob lill-Istati Membri jirrikonoxxu l-problema serja tat-tqala għal terzi persuni, li tikkostitwixxi sfruttament tal-ġisem femminili u l-organi riproduttivi tagħha;

21.  Jenfasizza li n-nisa u t-tfal huma suġġetti għall-istess forom ta' sfruttament, u t-tnejn li huma jistgħu jitqiesu bħala kommoditajiet fis-suq internazzjonali tar-riproduzzjoni, u dawn l-arranġamenti riproduttivi l-ġodda, bħat-tqala għal terzi persuni, qed iżidu t-traffikar tan-nisa u t-tfal u l-adozzjoni illegali matul il-konfini nazzjonali;

22.  Jinnota li l-vjolenza domestika ġiet identifikata bħala kawża prinċipali ta' korriment fit-tqala u twelid ta' trabi mejta, u jitlob lill-Kummissjoni tiffoka aktar fuq il-vjolenza kontra nisa tqal peress li f'dan il-każ dak li jwettaq id-delitt qed jikkaġuna ħsara fuq iktar minn persuna waħda;

23.  Jirrimarka li s-soċjetà ċivili, partikolarment l-NGOs, l-assoċjazzjonijiet tan-nisa u organizzazzjonijiet pubbliċi u privati volontarji oħra li joffru appoġġ lill-vittmi tal-vjolenza, joffru servizz ta' valur kbir, partikolarment billi jassistu lill-vittmi nisa li jixtiequ jiksru s-silenzju li l-vjolenza tagħlaqhom fih, u għandhom jingħataw appoġġ mill-Istati Membri;

24.  Itenni l-ħtieġa li wieħed jaħdem kemm mal-vittmi kif ukoll mal-aggressuri, bil-ħsieb li dawn tal-aħħar ikunu aktar konxji mis-sitwazzjoni, u li jingħata kontribut għall-bidla tal-isterjotipi u l-kunċetti determinati mis-soċjetà, li jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-kundizzjonijiet li jiġġeneraw dan it-tip ta' vjolenza u l-aċċettazzjoni tagħha;

25.  Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu djar ta' kenn għan-nisa sabiex jgħinu lin-nisa u t-tfal jgħixu ħajja determinata minnhom, mingħajr vjolenza u faqar, u li dawn joffru servizzi speċjalizzati, trattament mediku, għajnuna legali, pariri psikosoċjali u terapewtiċi, appoġġ legali tul il-proċeduri fil-qrati, appoġġ għat-tfal effettwati mill-vjolenza, eċċ.;

26.  Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jallokaw riżorsi xierqa għall-prevenzjoni u l-ġlieda tal-vjolenza kontra n-nisa, inkluż permezz tar-rikors għall-Fondi Strutturali;

27.  Jenfasizza kemm huwa importanti li l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali jieħdu azzjoni biex jiffaċilitaw ir-ritorn fis-suq tax-xogħol tan-nisa li jkunu sfaw vittmi tal-vjolenza bbażata fuq is-sess permezz ta' strumenti bħall-ESF jew il-Programm Progress;

28.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jistabbilixxu qafas legali li jagħti lin-nisa immigranti d-dritt li jżommu l-passaport u l-permess ta' residenza tagħhom, u jagħmluha possibbli li persuna li tikkonfiska dawn id-dokumenti tinżamm responsabbli kriminalment;

29.  Itenni l-fehma espressa fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2010 li l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-qafas legali l-ġdid stabbilit mit-Trattat ta' Lisbona, għandha ssir firmatarja tal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) u l-Protokoll Fakultattiv tagħha;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw il-vjolenza kontra n-nisa u d-dimensjoni relatata mas-sess tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fuq skala internazzjonali, b'mod partikolari fil-kuntest tal-assoċjazzjoni bilaterali u l-ftehimiet kummerċjali internazzjonali fis-seħħ u dawk li qed jiġu nnegozjati;

31.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 59, 23.2.2001, p. 258.
(2) ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 247.
(3) ĠU C 348 E, 21.12.2010, p. 11.
(4) Testi adottati, P7_TA(2010)0470.
(5) ĠU C 285 E, 21.10.2010, p. 53.
(6) ĠU C 184 E, 8.7.2010, p. 131.
(7) ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 52.
(8) Artikolu 1 tad-Dikjarazzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa tal-20 ta' Diċembru 1993 (A/RES/48/104); punt 113 tal-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Pekin tal-1995 tan-Nazzjonijiet Uniti.
(9) Studju tal-Kummissjoni 2010 bit-titolu “Studju ta' fattibilità biex jiġu eżaminati l-possibilitajiet, l-opportunitajiet u l-ħtiġijiet ta' standardizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-vjolenza kontra n-nisa, il-vjolenza kontra t-tfal u l-vjolenza kontra l-orjentazzjoni sesswali”, p. 53.
(10) “Il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa: Rendikont tal-miżuri u l-azzjonijiet li ttieħdu fl-Istati Membri tal-Kunsill tal-Ewropa”, Kunsill tal-Ewropa, 2006.
(11) COM(2010)0171 Il-kisba ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għaċ-ċittadini tal-Ewropa, Pjan ta' Azzjoni li Jimplimenta l-Programm ta' Stokkolma, p. 13.

Avviż legali - Politika tal-privatezza