Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 6 ta' April 2011 - Strasburgu
Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 1/2011 - Taqsima III – Il-Kummissjoni
 Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE - Għargħar fl-2010 fil-Polonja, is-Slovakkja, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, il-Kroazja u r-Rumanija
 L-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-KE u l-Komoros ***
 Mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-Ġordan ***
 Ftehim UE/Marokk li jistabbilixxi Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim ***
 Mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-Eġittu ***
 Il-parteċipazzjoni tal-Ukraina fil-programmi tal-Unjoni ***
 L-importazzjonijiet mill-Groenlandja ta' prodotti tas-sajd, molluski bivalvi ħajjin, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar ***I
 Standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali ***I
 L-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu ***I
 Miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar ***I
 Sajd - Miżuri tekniċi tranżitorji ***I
 Estimi tad-dħul u tan-nefqa għall-2012 - Taqsima I - Il-Parlament
 Politika Ewropea futura ta' investiment internazzjonali
 Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - Ġlieda kontra l-frodi
 Ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom
 Governanza u Sħubija fis-Suq Uniku
 Suq Uniku għall-Ewropej
 Suq Uniku għall-Impriżi u t-Tkabbir

Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 1/2011 - Taqsima III – Il-Kummissjoni
PDF 283kWORD 41k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill rigward l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 1/2011 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni (07704/2011 – C7-0072/2011 – 2011/2022(BUD))
P7_TA(2011)0128A7-0115/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, adottat b'mod definittiv fil-15 ta' Diċembru 2010(2),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(3),

–  wara li kkunsidra l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 1/2011 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, ippreżentat mill-Kummissjoni fil-14 ta' Jannar 2011 (COM(2011)0009),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 1/2011, li l-Kunsill stabilixxa fil-15 ta' Marzu, 2011 (07704/2011 – C7-0072/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 75b u 75e tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0115/2011),

A.  billi l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 1/2011 għall-baġit ġenerali tal-2010 għandu l-għan li jimmobilizza l-Fond ta' Solidarjetà tal-UE għall-ammont ta' EUR 182,4 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji u ħlasijiet sabiex jitnaqqas l-effett tal-għarar kkawżat minn xita qawwija fil-Polonja, is-Slovakkja, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Kroazja u r-Rumanija,

B.  billi l-iskop tal-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 1/2011 huwa li dan l-aġġustament baġitarju jiddaħħal b'mod formali fil-baġit tal-2011,

C.  billi d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet annessa mal-Baġit għas-sena Finanzjarja 2011 ipprevediet it-tressiq ta' baġit ta' emenda “jekk l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-2011 jirriżultaw li ma humiex biżżejjed biex ikopru n-nefqa”,

D.  billi l-Kunsill iddeċieda li jistabbilixxi “riżerva negattiva” kif previst fl-Artikolu 44 tar-Regolament Finanzjarju,

E.  billi din id-deċiżjoni tal-Kunsill hija sempliċement pragmatika, ma tipprovdix soluzzjoni soda sostenibbli u finanzjarja għal bżonnijiet potenzjali mhux previsti fil-ġejjieni, u għalhekk għandha titiqies bħala għażla ta' darba,

F.  billi l-Kunsill talab lill-Kummissjoni biex tressaq “kemm jista” jkun malajr' proposta għat-fassil ta' riżerva negattiva,

G.  billi l-Abbozz ta' baġit eta' emenda li jmiss dwar l-ibbaġitjar tal-bilanċ favorevoli għas-sena finanzjarja 2010 se jipprovdi opportunità xierqa u f'waqtha għat-tfassil ta' riżerva negattiva,

1.  Jieħu nota tal-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 1/2011;

2.  Huwa tal-fehma li l-Fond ta' Solidarjetà tal-UE għandu jiġi mobilizzat kemm jista' jkun malajr wara diżastru naturali, u li l-applikazzjonijiet għall-għajnuna finanzjarja, l-evalwazzjoni u l-abbozzar tal-proposti, kif ukoll l-adozzjoni ta' atti baġitarji u leġiżlattivi rilevanti għandhom jiġu indirizzati b'mod effikaċi u mgħaġġel;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni, bla ħsara għad-dritt ta' inizjattiva tagħha, li tirrikorri għall-Abbozz ta' baġit ta' emenda dwar l-ibbaġittjar tas-surplus għas-sena finanzjarja 2010, kif previst fl-Artikolu 15 tar-Regolament Finanzjarju, għat-tfassil ta' riżerva negattiva;

4.  Japprova, mingħajr emenda, il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 1/2011 u jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-Baġit Ta' emenda Nru 1/2011 ġie adottat b'mod definittiv u biex jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 68, 15.3.2011.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE - Għargħar fl-2010 fil-Polonja, is-Slovakkja, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, il-Kroazja u r-Rumanija
PDF 366kWORD 37k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE, skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2011)0010 – C7-0023/2011 – 2011/2021(BUD))
P7_TA(2011)0129A7-0114/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0010 – C7-0023/2011),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1) (minn hawn il quddiem “ftehim interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006”), u b'mod partikolari l-punt 26 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(2),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008 dwar il-Fond ta' Solidarjetà,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0114/2011),

1.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

2.  Ifakkar li l-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 jipprevedi li fejn hemm skop għar-riallokazzjoni ta' approprjazzjonijiet taħt l-intestatura li tirrikjedi nefqa addizzjonali, il-Kummissjoni għandha tqis dan meta tkun qed tagħmel il-proposta meħtieġa;

3.  Jinnota li l-Kummissjoni, bil-fatt li qed titlob għal impenji u ħlasijiet addizzjonali biex jiġu koperti l-ħtiġijiet tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea f'dan l-istadju bikri tas-sena, ma sabet l-ebda possibilità la għar-ridistribuzzjoni u l-anqas għar-riallokazzjoni fi ħdan u bejn l-intestaturi kkonċernati;

4.  Jinsab lest li jikkunsidra s-sitwazzjoni ġenerali tal-ħlasijiet fil-kuntest tar-riżultat tal-eżekuzzjoni tal-Baġit tal-2010;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond tas-Solidarjetà tal-UE skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2011/286/UE.)

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.


L-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-KE u l-Komoros ***
PDF 206kWORD 34k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Komoros (15572/2010 – C7-0020/2011 – 2010/0287(NLE))
P7_TA(2011)0130A7-0056/2011

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (15572/2010),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros (15571/2010),

–  wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6) it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0020/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0056/2011),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tibgħatlu l-konklużjonijiet tal-laqgħat u l-proċedimenti tal-Kumitat Konġunt li jistipula l-Artikolu 9 tal- Ftehim ta' Sħubija dwar is-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros(1), il-programm multiannwali settorjali msemmi fl-Artikolu 7(2) tal-Protokoll u dak li jirriżulta mill-evalwazzjonijiet annwali; jitlob li r-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, li jaġixxu bħala osservaturi, jingħataw l-opportunità li jattendu għal-laqgħat u l-proċedimenti tal-Kumitat Konġunt kif jistipula l-Artikolu 9 tal-Ftehim; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta reviżjoni tal-implimentazzjoni tal-Ftehim lill-Parlament u lill-Kunsill fl-aħħar sena tal-applikazzjoni tal-Protokoll qabel ma jinbdew in-negozjati dwar it-tiġdid tal-Ftehim;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Unjoni tal-Komoros.

(1) Approvat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1563/2006 tas-5 ta' Ottubru 2006 (ĠU L 290, 20.10.2006, p. 6).


Mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-Ġordan ***
PDF 203kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2011 dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim forma ta' Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra (13758/2010 – C7-0057/2011 – 2010/0173(NLE))
P7_TA(2011)0131A7-0067/2011

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill (13758/2010),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim forma ta' Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra (13974/2010),

–  wara li kkunsidra t-talba għal kunsens imressqa mill-Kunsill bi qbil mal-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7–0057/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0067/2011),

1.  Jagħti l-kunsens għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din il-pożizzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan.


Ftehim UE/Marokk li jistabbilixxi Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim ***
PDF 199kWORD 31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2011 dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li tistabbilixxi Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim (13754/2010 – C7-0431/2010 – 2010/0181(NLE))
P7_TA(2011)0132A7-0066/2011

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill (13754/2010),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim (13973/2010),

–  wara li kkunsidra t-talba għal kunsens imressqa mill-Kunsill bi qbil mal-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7–0431/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0066/2011),

1.  Jagħti l-kunsens għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din il-pożizzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tal-Marokk.


Mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-Eġittu ***
PDF 202kWORD 34k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2011 dwar l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonkludi Ftehim fil-forma ta' Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra (13762/2010 – C7-0372/2010 – 2010/0229(NLE))
P7_TA(2011)0133A7-0068/2011

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill (13762/2010),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim forma ta' Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra (13975/2010),

–  wara li kkunsidra t-talba għal kunsens imressqa mill-Kunsill bi qbil mal-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7–0372/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0068/2011),

1.  Jagħti l-kunsens għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din il-pożizzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu.


Il-parteċipazzjoni tal-Ukraina fil-programmi tal-Unjoni ***
PDF 203kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta' Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ukraina fil-programmi tal-Unjoni (13604/2010 – C7-0401/2010 – 2010/0218(NLE))
P7_TA(2011)0134A7-0063/2011

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (13604/2010),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, konkluż fl-14 ta' Ġunju 1994(1), fir-rigward ta' Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ukraina fil-programmi tal-Unjoni (13962/2010),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 114, 168, 169, 172, 173(3), 188 u 192 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0401/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81, 90(8) u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0063/2011),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ukraina.

(1) ĠU L 49, 19.2.1998, p. 3.


L-importazzjonijiet mill-Groenlandja ta' prodotti tas-sajd, molluski bivalvi ħajjin, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar ***I
PDF 436kWORD 83k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi r-regoli dwar l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea mill-Groenlandja ta' prodotti tas-sajd, ta' molluski bivalvi ħajjin, ta' ekinodermi, ta' tunikati, ta' gasteropodi u tal-prodotti sekondarji tagħhom (COM(2010)0176 – C7-0136/2010 – 2010/0097(COD))
P7_TA(2011)0135A7-0057/2011

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2010)0176),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 203 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C7-0136/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 204 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu Waħdani tal-Protokoll (Nru 34) dwar Arranġamenti Speċjali għall-Groenlandja, anness mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata, fil-qafas tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mis-Senat Taljan, li tafferma li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0057/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwestjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' April 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli dwar l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea mill-Groenlandja ta' prodotti tas-sajd, ta' molluski bivalvi ħajjin ta' ekinodermi, ta' tunikati, ta' gasteropodi u tal-prodotti sekondarji tagħhom [Em. 1]

P7_TC1-COD(2010)0097


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 204 tiegħu, [Em. 2]

Wara li kkunsidra l-Artikolu Waħdani tal-Protokoll (Nru 34) dwar Arranġamenti Speċjali għall-Groenlandja, anness mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,[Em. 3]

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(2), [Em. 2]

Billi

(1)  Il-Groenlandja qegħda fil-lista ta' pajjiżi u territorji barranin stipulati fl-Anness II tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Skont l-Artikolu 198 tat-TFUE, l-għan tal-assoċjazzjoni huwa li jippromwovi l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tat-terrirorji u l-pajjiżi lil hinn mix-xtut u jiġu stabbiliti relazzjonijiet ekonomiċi mill-qrib bejnhom u l-Komunità bħala unità.

(2)  Id-Danimarka u l-Groenlandja talbu li l-kummerċ bejn l-Unjoni u l-Groenlandja tal-prodotti tas-sajd, tal-molluski bivalvi, tal-ekinodermi, tat-tunikati, tal-gasteropodi marini u tal-prodotti sekondarji tagħhom li joriġinaw mill-Groenlandja bi qbil mal-Anness III tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta' Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u territorji barranin mal-Komunità Ewropea(3) ikun permess skont ir-regoli intra-UE tan-negozju.

(3)  Huwa xieraq li dan il-kummerċ isir b'konformità għar-regoli tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali u s-sikurezza fl-ikel stipulati fl-atti legali tal-Unjoni, kif ukoll ir-regoli dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodotti tas-sajd.

(4)  Għaldaqstant, id-Danimarka u l-Groenlandja għandhom jaċċertaw li l-konsenji tal-prodotti mibgħutin mill-Groenlandja għall-Unjoni Ewropea jikkonformaw mar-regoli rilevanti tal-Unjoni rigward is-saħħa tal-annimali, is-sikurezza fl-ikel u l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodotti tas-sajd. L-operaturi tan-negozji tal-għalf u tal-ikel li huma eliġibbli jridu jiġu reġistrati u elenkati skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-benessri tal-annimali(4).

(5)  L-awtorità kompetenti tal-Groenlandja pprovdiet l-assigurazzjonijiet uffiċjali lill-Kummissjoni fir-rigward tal-infurzar tal-konformità mar-regoli tal-Unjoni u l-kundizzjonijiet dwar is-saħħa tal-annimali għall-prodotti kkonċernati. Dawn l-assigurazzjonijiet ikopru, b'mod partikolari, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman(5), ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali(6) u d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard f'annimali akkwatiċi(7), u jinkludu impenn għal konformità kontinwa mar-regoli dwar il-kummerċ fl-Unjoni.

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali(8) titlob it-twaqqif ta' pjanijiet nazzjonali għas-sorveljanza tal-annimali tal-akkwakultura. Għalhekk, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw ukoll għall-Groenlandja.

(7)  Sabiex tkun tista' ssir l-importazzjoni ta' prodotti fl-Unjoni Ewropea mill-Groenlandja skont ir-regoli stipulati fl-atti legali tal-Unjoni Ewropea dwar il-kummerċ fl-Unjoni, id-Danimarka u l-Groenlandja iridu jikkommettu ruħhom li jittrasponu u jimplimentaw id-dispożizzjonijiet rilevanti fil-Groenlandja qabel id-data ta' adozzjoni ta' dan ir-Regolament.[Em. 1] Id-Danimarka u l-Groenlandja għandhom jimpenjaw ruħhom li jiżguraw li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi tal-prodotti kkonċernati fil-Groenlandja jikkonformaw mar-regoli tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali u s-sikurezza fl-ikel. Il-kontrolli veterinarji fil-postijiet tal-ispezzjoni fil-fruntieri għandhom isiru skont id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi(9). Il-kontrolli veterinarji fil-postijiet tal-ispezzjoni fil-fruntieri jiġu mwettqin b'kooperazzjoni mill-qrib mal-uffiċjali tad-dwana. Sabiex jiġi ssimplifikat dan il-kompitu jkun xieraq li l-awtoritajiet jingħataw għad-dispożizzjoni tagħhom ir-referenzi rilevanti għan-Nomenklatura Magħquda (NM) mniżżla fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE tas-17 ta' April 2007 dwar il-listi ta' annimali u prodotti li huma soġġetti għal kontrolli fil-postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntieri skont id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE(10).

(8)  Id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern(11) tipprevedi l-introduzzjoni ta' sistema komputerizzata li tgħaqqad l-awtoritajiet veterinarji bil-ħsieb partikolari li tiffaċilita l-ħeffa tat-tpartit tal-informazzjoni marbuta mas-saħħa u l-kura tal-annimali bejn l-awtoritajiet kompetenti (Traces). Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta' Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces(12) tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jużaw it-Traces mill-1 ta' April 2004. It-Traces hija ta' ħtieġa essenzjali għas-sorveljanza effettiva tal-kummerċ fl-annimali u fil-prodotti oriġinati mill-annimali, u għaldaqstant għandha tkun użata għat-trażmissjoni tad-dejta dwar il-movimenti u l-kummerċ ta' dawn il-prodotti fil-Groenlandja.

(9)  It-tfaqqigħ tal-mard tal-annimali elenkat fid-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta' Diċembru 1982 dwar in-notifika ta' mard tal-annimali fil-Komunità(13), għandu jiġi rrappurtat lill-Kummissjoni permezz tas-Sistema ta' Notifika tal-Mard tal-Annimali (ADNS) skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/176/KE tal-1 ta' Marzu 2005 li tistipula l-formola kkodifikata u l-kodiċi għan-notifika tal-mard tal-annimali skont id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE(14). Għall-prodotti kkonċernati, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw għall-Groenlandja wkoll.

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel(15), iwaqqaf sistema rapida ta' twissija għan-notifika tar-riskji, diretti jew indiretti għas-saħħa tal-bniedem li jkunu ġejjin minn xi ikel jew għalf (RASFF). Għall-prodotti kkonċernati, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw għall-Groenlandja wkoll.

(11)  Qabel ma tkun tista' l-Groenlandja twettaq il-kontrolli veterinarji fuq il-prodotti li jiddaħħlu fil-Groenlandja minn pajjiżi terzi, għandha ssir spezzjoni fil-Groenlandja mill-UE biex din tivverifika li l-post(ijiet) ta' spezzjoni fil-fruntiera(i) tal-Groenlandja jissodisfa(w) il-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 97/78/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 tat-22 ta' Jannar 2004 li jistabbilixxi proċeduri għal kontrolli veterinarji f'postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntieri tal-Komunità fuq prodotti importati minn pajjiżi terzi(16) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/812/KE tal-21 ta' Novembru 2001 li tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-approvazzjoni ta' postijiet ta' spezzjoni tal-fruntiera responsabbli għal kontrolli veterinarji ta' prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi(17).

(12)  Wara li ssir l-ispezzjoni msemmija b'riżultat pożittiv, il-postijiet tal-ispezzjoni tal-fruntiera fil-Groenlandja għandhom jiġu elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta' Settembru 2009 li tfassal lista approvata ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet mwettqa mill-esperti veternarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES(18). Biex ikun żgurat kontroll effettiv tal-prodotti tas-sajd li jiddaħħlu fil-Groenlandja u fl-Unjoni Ewropea, huwa xieraq li dan ir-Regolament[Em. 1] japplika mill-mument li l-postijiet tal-ispezzjoni tal-fruntierai fil-Groenlandja jiġu elenkati fid-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(13)  Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament[Em. 1] għandhom jiġu adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(19),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT[Em. 1]:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament[Em. 1] japplika għall-prodotti tas-sajd, għall-molluski bivalvi, għall-ekinodermi, għat-tunikati u l-gasteropodi tal-baħar u għall-prodotti sekondarji meħudin minn dawn is-sorsi (“il-prodotti”), li joriġinaw fil-Groenlandja jew jiddaħħlu fil-Groenlandja u mbagħad jiġu importati fl-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament[Em. 1], għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

   (a) “molluski bivalvi ħajjin” tfisser molluski kif definiti fil-punt 2.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
   (b) “prodotti tas-sajd” tfisser prodotti kif definiti fil-punt 3.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
   (c) “prodotti sekondarji” tfisser prodotti sekondarji kif definiti fl-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, li jitnisslu mill-prodotti tas-sajd, mill-molluski bivalvi, mill-ekinodermi, mit-tunikati jew mill-gastropodi tal-baħar;
   (d) “prodotti li joriġinaw fil-Groenlandja” tfisser prodotti kif definiti skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness III tad-Direttiva 2001/822/KE.

Artikolu 3

Ir-regoli ġenerali li jirrigwardaw il-kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Groenlandha ta' prodotti tas-sajd, ta' molluski bivalvi ħajjin ta' ekinodermi, ta' tunikati, ta' gasteropodi tal-baħar u l-prodotti sekondarji tagħhom

1.  L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea tal-prodotti mill-Groenlandja b'konformità mal-atti legali tal-Unjoni dwar il-kummerċ fi ħdan l-Unjoni.

2.  L-importazzjoni tal-prodotti fl-Unjoni għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

   (a) it-traspożizzjoni effettiva u l-implimentazzjoni fil-Groenlandja tar-regoli applikabbli stipulati fl-atti legali tal-Unjoni Ewropea dwar is-saħħa tal-annimali, is-sikurezza fl-ikel u l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodotti tas-sajd li jikkonċernaw il-prodotti;
   (b) il-kumpilazzjoni u l-aġġornament skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 mill-awtorita' kompetenti fid-Danimarka u fil-Groenlandja ta' lista aġġornata ta' operaturi ta' negozji tal-għalf u tal-ikel li ġew irreġistrati;
   (c) il-konformità ta' konsenji ta' prodotti mibgħuta lejn l-Unjoni Ewropea mill-Groenlandja mar-regoli applikabbli stipulati fl-atti legali tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali, is-sikurezza fl-ikel u l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodotti tas-sajd;
   (d) l-applikazzjoni korretta tar-regoli stipulati fl-atti legali tal-Unjoni li jikkonċernaw is-saħħa tal-annimali, is-sikurezza fl-ikel u l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodotti tas-sajd stipulati , għall-importazzjonijiet tal-prodotti fil- Groenlandja.

Artikolu 4

Pjanijiet ta' sorveljanza tal-annimali mrobbija fl-ilma

Id-Danimarka u Groenlandja għandhom iressqu għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni l-pjanijiet ta' sorveljanza għall-preżenza ta' reżidwi u sostanzi fl-annimali mrobbija fl-ilma b'konformità mad-Direttiva 96/23/KE.

Artikolu 5

Kontrolli fuq prodotti li jiġu importati fil-Groenlandja minn pajjiżi terzi

1.  Għandhom isiru t-testijiet veterinarji fuq konsenji tal-prodotti mdaħħlin fil-Groenlandja minn pajjiżi terzi b'konformità mar-regoli stipulati fid-Direttiva 97/78/KE.

Biex jiġu ffaċilitati dawn il-kontrolli veterinarji, il-Kummissjoni se tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti tad-Danimarka u tal-Groenlandja bir-referenzi għall-Kodiċijiet CN elenkati fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE fir-rigward tal-prodotti.

2.  Il-proposti għall-postijiet tal-ispezzjoni tal-fruntiera fil-Groenlandjagħandhom jiġu mressqa lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 97/78/KE.

Il-lista ta' postijiet tal-ispezzjoni tal-fruntiera fil-Groenlandja li jiġu approvati se jiddaħħlu fil-lista ta' postijiet tal-ispezzjoni tal-fruntiera tal-Istati Membri, approvati skont id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE.

Artikolu 6

Sistemi ta' informazzjoni

1.  Id-dejta dwar il-movimenti u l-kummerċ tal-prodotti kkonċernati fil-Groenlandja għandha tkun trażmessa bil-lingwa Daniża permezz ta' Traces skont id-Deċiżjoni 2004/292/KE.

2.  In-notifika ta' mard tal-annimali tal-ilma fir-rigward tal-prodotti fil-Groenlandja għandha tkun trażmessa permezz ta' ADNS, b'konformità mad-Direttiva 82/894/KEE u d-Deċiżjoni 2005/176/KE.

3.  In-notifika tar-riskji diretti jew indiretti għas-saħħa tal-bniedem ġejjin mill-prodotti fil-Groenlandja għandhom ikunu trażmessi permezz ta' RASFF imwaqqfa bir-Regolament (KE) Nru 178/2002.

Artikolu 7

Marka ta' identifikazzjoni

Il-konsenji tal-prodotti mibgħuta lejn l-Unjoni Ewropea mill-Groenlandjagħandhom ikunu mmarkati bis-sinjal ta' identifikazzjoni tal-Groenlandja, “GL”, b'konformità mar-regoli stipulati fit-Taqsima I(B) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 8

Il-Konferma tal-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati f“dan ir-Regolament[Em. 1]

Id-Danimarka u l-Groenlandja għandhom jipprovdu, qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament[Em. 1] msemmija fl-Artikolu 11, konferma bil-miktub li ttieħdu l-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament[Em. 1].

Artikolu 9

Miżuri implimentattivi

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament[Em. 1] għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10.

Artikolu 10

Il-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali stabbilit mill-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 tar-Regolament (UE) 182/2011.

Artikolu 11

Id-dħul fis-seħħ u l-applikabilità.

Dan ir-Regolament[Em. 1] se jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha [Em. 1].

Għandha tibda tapplika mid-data ta' meta jiġu elenkati fid-Deċiżjoni 2009/821/KE l-ewwel postijiet tal-ispezzjoni tal-fruntiera tal-Groenlandja.

Magħmul fi

Għall-Parlament Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU ...
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2011.
(3) ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1.
(4) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(5) ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.
(6) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(7) ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.
(8) ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.
(9) ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.
(10) ĠU L 116, 4.5.2007, p. 9.
(11) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(12) ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63.
(13) ĠU L 378, 31.12.1982, p. 58.
(14) ĠU L 59, 5.3.2005, p. 40.
(15) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.
(16) ĠU L 21, 28.1.2004, p. 11.
(17) ĠU L 306, 23.11.2001, p. 28.
(18) ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1.
(19) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.


Standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali ***I
PDF 765kWORD 548k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Anness
Anness
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (tfassil mill-ġdid) (COM(2009)0554 – C7-0248/2009 – 2009/0165(COD))
P7_TA(2011)0136A7-0085/2011

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2009)0554),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 63, l-ewwel inċiż, punti 1(d) u 2(a), tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0248/2009),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) u l-Artikolu 78(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta' April 2010(1),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2009 dwar il-futur tas-Sistema Komuni Ewropea tal-Ażil(3),

–  wara li kkunsidra l-ittra tat-2 ta' Frar 2010 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont it-termini tal-Artikolu 87(3) tar-Regola ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0085/2011),

A.  billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda emenda ta' sustanza għajr dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux tal-atti ta' qabel flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' April 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-  protezzjoni internazzjonali (tfassil mill-ġdid)

P7_TC1-COD(2009)0165


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(4),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(5),

Billi:

(1)  Għandhom isiru numru ta' bidliet sostantivi lid-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE tal-1 ta' Diċembru 2005 dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta' rifuġjat(6). Din id-Direttiva għandha tiġi mfassla mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza.

(2)  Politika komuni dwar l-ażil, li tinkludi Sistema Ewropea Komuni ta' Ażil, hija parti kostitwenti mill-għan tal-Unjoni Ewropea li tiġi stabbilita progressivament żona ta' libertà, ta' sigurtà, u ta' ġustizzja miftuħa għal dawk li, imġiegħla miċ-ċirkostanzi, ifittxu leġittimament protezzjoni fl-Unjoni.

(3)  Il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa speċjali tiegħu f'Tampere fil-15 u s-16 ta' Ottubru 1999, qabel li jaħdem sabiex tiġi stabbilita Sistema Ewropea Komuni ta' Ażil, ibbażata fuq l-applikazzjoni sħiħa u inklużiva tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tat-28 ta' Lulju 1951 dwar l-istatus ta' rifuġjati, kif emendata mill-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967 (“Konvenzjoni ta' Ġinevra”), u b'hekk ikun affermat il-prinċipju ta' non-refoulement u jkun żgurat li ħadd ma jintbagħat lura għall-persekuzzjoni.

(4)  Il-Konklużjonijiet ta' Tampere jipprovdu li Sistema Ewropea Komuni ta' Ażil għandha tinkludi, fi żmien qasir, standards komuni għal proċeduri ġusti u effiċjenti tal-ażil fl-Istati Membri u, fi żmien twil, regoli Komunitarji li jwasslu għal proċedura komuni tal-ażil fil-Komunità Ewropea.

(5)  Id-Direttiva 2005/85/KE   kienet  miżura inizjali dwar proċeduri tal-ażil.

(6)  L-ewwel fażi tal-ħolqien ta' Sistema Ewropea Komuni ta' Ażil issa nkisbet. Il-Kunsill Ewropew tal-4 ta' Novembru 2004 adotta l-Programm tal-Aja, li jistabbilixxi l-għanijiet li għandhom jiġu implimentati fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja matul il-perjodu 2005-2010. F'dan ir-rigward il-Programm tal-Aja stieden lill-Kummissjoni biex tikkonkludi l-evalwazzjoni tal-ewwel fażi tal-istrumenti legali u biex tippreżenta proposti għall-miżuri u strumenti tat-tieni fażi lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bil-ħsieb tal-adozzjoni tagħhom qabel it-tmiem tal-2010. Skont il-Programm tal-Aja, l-għan li għandu jintlaħaq għall-ħolqien ta' Sistema Ewropea Komuni ta' Ażil huwa l-istabbiliment ta' proċedura komuni ta' ażil u status uniformi validu madwar l-Unjoni.

(7)  Fil-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil, adottat fis-16 ta' Ottubru 2008, il-Kunsill Ewropew innota li għad hemm diverġenzi konsiderevoli bejn Stat Membru u ieħor dwar l-għoti tal-protezzjoni u sejjaħ għall-inizjattivi ġodda, inkluż proposta għall-istabbiliment ta' proċedura unika ta' ażil li tinkludi garanziji komuni, sabiex jitlesta l-istabbiliment ta' Sistema Ewropea Komuni ta' Ażil, prevista fil-Programm tal-Aja.

(8)  Jeħtieġ li r-riżorsi tal-Fond Ewropew għar-Rifuġjati u tal-Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Ażil jiġu mobilizzati, inter alia, sabiex jipprovdu appoġġ adegwat lill-isforzi tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-istandards stabbiliti fit-tieni fażi tas-Sistema Ewropea Komuni ta' Ażil, b'mod partikolari lil dawk l-Istati Membri li qed jaffaċċjaw pressjonijiet partikolari u sproporzjonati fuq is-sistemi ta' ażil tagħhom, minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom. Jeħtieġ ukoll li fl-Istati Membri li jirċievu għadd sproporzjonatament kbir ta' applikazzjonijiet għall-ażil meta mqabbel mal-kobor tal-popolazzjoni tagħhom, l-appoġġ finanzjarju u l-appoġġ amministrattiv/tekniku jiġu mobilizzati minnufih skont il-Fond Ewropew għar-Rifuġjati u l-Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Ażil rispettivament sabiex ikunu jistgħu jikkonformaw ma' din id-Direttiva. [Em. 1]

(9)  Sabiex tiġi żgurata valutazzjoni komprensiva u effiċjenti tal-ħtiġijiet tal-protezzjoni internazzjoni tal-applikanti skont it-tifsira tad-Direttiva […./../UE] [dwar Standards minimi għall-kwalifika u l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (Id-Direttiva dwar il-Kwalifika] il-qafas tal-Unjoni dwar il-proċeduri għall-għoti tal-protezzjoni internazzjonali għandu jkun ibbażat fuq il-kunċett ta' proċedura unika ta' ażil.

(10)  L-għan ewlieni ta' din id-Direttiva hu li  li jiġu żviluppati iktar standards minimi għall-proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali bl-għan li tiġi stabbilita proċedura komuni ta' ażil fl-Unjoni.

(11)  L-approssimazzjoni tar-regoli dwar il-proċeduri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali  għandha tgħin biex tillimita l-movimenti sekondarji tal-applikanti għall-  protezzjoni internazzjonali  bejn l-Istati Membri, fejn tali moviment ikun ikkawżat mid-differenzi fl-oqsfa legali  , u joħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti għall-applikazzjoni ta' Direttiva […./.../UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika] fl-Istati Membri.

(12)  In-natura stess tal-istandards minimi teħtieġ li l-Istati Membri jkollhom is-setgħa li jintroduċu jew iżommu fis-seħħ dispożizzjonijiet aktar favorevoli għal ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat li jitolbu protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru, fejn tali talba tkun ikkunsidrata bħala bbażata fuq il-fatt li l-persuna kkonċernata tkun  fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali  fis-sens ta'  Direttiva […./.../UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika].

(13)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 1, 4, 18, 19, 21, 24 u 47 tal-Karta u għandha tiġi implimentata kif xieraq.  [Em. 2]

(14)  Fir-rigward tat-trattament ta' persuni li jaqgħu fl-ambitu ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri huma marbuta b'obbligi taħt strumenti tal-liġi internazzjonali li għalihom huma parti.

(15)  L-Istati Membri huma obbligati jirrispettaw għalkollox il-prinċipju ta' non-refoulement u tad-dritt għall-ażil, li jinkludi l-aċċess għal proċedura ta' ażil għal kwalunkwe persuna li trid titlob l-ażil u li tkun fil-ġurisdizzjoni tagħhom, fosthom dawk taħt il-kontroll effettiv ta' korp tal-Unjoni jew ta' korp ta' Stat Membru.[Em. 3]

(16)  Huwa essenzjali li d-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet kollha għall-  protezzjoni internazzjonali  jittieħdu abbażi tal-fatti u, fl-istadju ta' prim'istanza, minn awtoritajiet li l-persunal tagħhom ikollu l-informazzjoni adegwata u jirċievi t-taħriġ meħtieġ fil-qasam ta' kwistjonijiet ta' ażil u ta' rifuġjati. [Em. 4]

(17)  Huwa fl-interess kemm tal-Istati Membri kif ukoll tal-applikanti għall-  protezzjoni internazzjonali  li jiġu deċiżi kemm jista' jkun malajr l-applikazzjonijiet għall-.  protezzjoni internazzjonali, mingħajr preġudizzju għall-eżaminazzjoni xierqa u kompluta .

(18)  Il-kunċett ta' ordni pubbliku jista'  inter alia  jkopri sentenza ta' kundanna għat-twettiq ta' delitt gravi.

(19)  Fl-interess li jiġu rikonoxxuti korrettament dawk il-persuni fil-bżonn ta' protezzjoni bħala rifuġjati fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra jew bħala persuni eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja , kull applikant għandu jkollu aċċess effettiv għall-proċeduri, għall-opportunità li jikkopera u jikkomunika sewwa mal-awtoritajiet kompetenti sabiex jippreżenta l-fatti relevanti tal-każ tiegħu u għal garanziji proċedurali effikaċi sabiex isegwi l-każ tiegħu matul l-istadji kollha tal-proċedura. Barra minn hekk, il-proċedura li fiha tiġi eżaminata applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali  għandha normalment tagħti lil applikant għall-inqas id-dritt li jibqa' fit-territorju tal-Istat Membru sa meta tittieħed deċiżjoni finali mill-awtorità determinanti u, f'każ ta' deċiżjoni negattiva, iż-żmien meħtieġ biex jintalab rimedju ġudizzjarju, u għat-tul ta' żmien li qorti jew tribunal kompetenti jawtorizzaw dan, aċċess għas-servizzi ta' interpretu sabiex ikun jista' jippreżenta l-każ tiegħu jekk jiġi intervistat mill-awtoritajiet, l-opportunità li jikkomunika ma' rappreżentant tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR) u ma' organizzazzjonijiet li jipprovdu pariri jew konsulenza lill-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali  , id-dritt ta' notifika adegwata ta' deċiżjoni, il-motivazzjoni ta' dik id-deċiżjoni fil-fatt jew fid-dritt, l-opportunità li jikkonsulta ma' konsulent legali jew konsulent ieħor, u d-dritt li jiġi nfurmat dwar il-pożizzjoni legali tiegħu f'mumenti deċiżivi matul il-proċedura, f'ilsien li jifhem jew li jista“ raġonevolment ikun mistenni jifhem u, fil-każ ta' deċiżjoni negattiva, id-dritt għall-soluzzjoni effettiva quddiem qorti jew tribunal. [Em. 5]

(20)  Bl-għan li jiżguraw aċċesss effettiv għall-proċedura ta' eżami, l-uffiċjali li jkollhom l-ewwel kuntatt ma' persuni li qed ifittxu protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari dawk li jwettqu sorveljanza tal-fruntieri tal-art jew tal-baħar jew li jwettqu kontrolli fil-fruntieri, għandhom jirċievu istruzzjonijiet u t-taħriġ meħtieġa dwar kif jirrikonoxxu, jirreġistraw u jressqu lill-awtorità determinanti kompetenti talbiet għall-protezzjoni internazzjonali. Dawn għandhom ikunu kapaċi jipprovdu liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat li huma preżenti fit-territorju, inkluż fil-fruntieri, fl-ilmijiet territorjali jew fiż-żoni ta' tranżitu tal-Istati Membri, u li jixtiequ jitolbu protezzjoni internazzjonali, bl-informazzjoni kollha relevanti dwar fejn u kif l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali jistgħu jkunu ppreżentati. Fejn dawk il-persuni jkunu preżenti fl-ilmijiet territorjali ta' Stat Membru, dawn għandhom jitniżżlu fuq l-art u jkollhom l-applikazzjonijiet tagħhom eżaminati skont din id-Direttiva. [Em. 6]

(21)  Barra minn hekk, garanziji proċedurali speċjali għall-applikanti vulnerabbli, bħal pereżempju minuri, minuri mhux akkumpanjati, nisa tqal, persuni li kienu soġġetti għal tortura, stupru jew atti serji oħra ta' vjolenza, bħall-vjolenza abbażi tas-sess u prassi tradizzjonali ta' ħsara, jew persuni b'diżabbiltà, għandhom ikunu stabbiliti sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-aċċess effettiv tagħhom għall-proċeduri u jkunu ppreżentati l-elementi meħtieġa biex jissostanzjaw l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. [Em. 7]

(22)  Il-miżuri nazzjonali li jittrattaw l-identifikazzjoni u d-dokumentazzjoni tas-sintomi u sinjali ta' tortura jew atti serji oħra ta' vjolenza fiżika jew mentali, inkluż atti ta' vjolenza sesswali, fil-proċeduri koperti minn din id-direttiva għandhom inter alia jkunu bbażati fuq il-Manual on Effective Investigation and Documentation of Torture and Other Cruel, Inhuman or Degrading Treatment or Punishment (Protokoll ta' Istanbul).

(23)  Bl-għan li tiġi żgurata l-ugwaljanza sustantiva bejn l-applikanti nisa u rġiel, il-proċeduri tal-eżami għandhom ikunu skont is-sess. B'mod partikolari, l-intervisti personali għandhom ikunu organizzati b'tali mod li jagħmilha possibbli kemm għall-applikanti nisa kif ukoll għall-irġiel biex jitkellmu dwar l-esperjenzi tal-passat tagħhom f'każijiet li jinvolvu persekuzzjoni bbażata fuq is-sess ma' intervistatur tal-istess sess jekk jintalab hekk, li jkollu taħriġ speċjali dwar il-kwistjoni ta' intervisti rigward persekuzzjoni bbażata fuq is-sess. Il-kumplessità tat-talbiet relatati mas-sess għandhom ikunu kkunsidrati sew fi proċeduri bbażati fuq il-kunċett tal-pajjiż terz bla periklu, il-kunċett tal-pajjiż ta' oriġini bla periklu jew il-kunċett tal-applikazzjonijiet sussegwenti. [Em. 8]

(24)  L-“aħjar interessi tat-tfal”, għandu jkun kunsiderazzjoni primarja tal-Istati Membri meta jkunu qed jimplimentaw din id-Direttiva, skont il-Konvenzjoni tan-NU tal-1989 dwar id-drittijiet tat-tfal.

(25)  Il-proċeduri għall-eżami tal-ħtiġijiet tal-protezzjoni internazzjonali għandhom ikunu organizzati b'tali mod li jagħmluha possibbli għall-awtoritajiet determinanti sabiex iwettqu eżami bir-reqqa tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali. [Em. 9]

(26)  Fejn sussegwentement applikant jagħmel applikazzjoni mingħajr ma jippreżenta provi jew argumenti ġodda, ikun sproporzjonat li l-Istati Membri jkunu obbligati jwettqu mill-ġdid proċedura sħiħa ta' eżaminazzjoni. F'dawn il-każijiet, l-Istati Membri għandhom  ikunu kapaċi jirrifjutaw applikazzjoni bħala inamissibbli skont il-prinċipju res judicata.

(27)  Ħafna applikazzjonijiet għall-  protezzjoni internazzjonali  isiru mal-fruntiera jew f'żona ta' tranżitu ta' Stat Membru qabel ma tittieħed deċiżjoni rigward id-dħul tal-applikant. L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi  jipprovdu għall-ammissibbiltà u/jew proċeduri ta' eżaminazzjoni sustantivi li jagħmluha possibbli li jkunu deċiżi applikazzjonijiet magħmula fil-fruntieri jew f'żoni ta' tranżitu f'dawn il-postijiet.

(28)  Konsiderazzjoni ċentrali ta' bażi tajba għall-applikazzjoni għall-  protezzjoni internazzjonali  hija s-sigurtà tal-applikant fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu. Fejn pajjiż terz ikun jista' jiġi meqjus bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jikklassifikawh bħala bla periklu u jassumu s-sigurtà tiegħu għal applikant partikolari, sakemm huwa ma jippreżentax kontraindikazzjonijiet.

(29)  Minħabba l-livell ta' armonizzazzjoni milħuq dwar il-kwalifika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u ta' persuni apolidi bħala rifuġjati, għandhom jiġu stabbiliti kriterji komuni sabiex pajjiżi terzi jiġu indikati bħala pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

(30)  L-indikazzjoni ta' pajjiż terz bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu għall-finijiet ta' din id-Direttiva ma tistax tistabbilixxi garanzija ta' sigurtà assoluta għaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż. Fin-natura stess tagħha, il-valutazzjoni li tkun il-bażi tal-indikazzjoni tista' tieħu kont biss taċ-ċirkostanzi ċivili, legali u politiċi ġenerali f'dak il-pajjiż u tikkunsidra jekk l-awturi tal-persekuzzjoni, tat-tortura jew ta' trattament jew kastig inuman jew degradanti humiex suġġetti għal sanzjonijiet fil-prattika meta jinstabu responsabbli fil-pajjiż konċernat. Għal din ir-raġuni, huwa importanti li, fejn l-applikant juri li jkun hemm raġunijiet  validi  sabiex il-pajjiż ma jiġix kunsidrat bħala wieħed bla periklu fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu, l-indikazzjoni tal-pajjiż bħala wieħed bla periklu ma tistax aktar tiġi meqjusa bħala relevanti għalih.

(31)  L-Istati Membri għandhom jeżaminaw l-applikazzjonijiet kollha abbażi tas-sustanza, jiġifieri jivvalutaw jekk l-applikant ikkonċernat jikkwalifikax għall-protezzjoni internazzjonali  skont  Direttiva […/../UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika] ħlief fejn din id-Direttiva tkun tipprovdi mod ieħor, partikolarment meta wieħed ikun jista' jiżgura li pajjiż ieħor ikun sejjer jagħmel l-eżami jew jipprovdi protezzjoni effikaċi. B'mod partikolari, l-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati jivvalutaw is-sustanza ta' applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali  fejn pajjiż ta' ażil preċedenti jkun ta lill-applikant l-istatus ta' rifuġjat jew inkella protezzjoni aċċessibbli u effikaċi u l-applikant jiġi ammess mill-ġdid f'dan il-pajjiż. L-Istati Membri għandhom jimxu b'dan il-mod biss f'każijiet meta l-applikant inkwistjoni ma jkunx fil-periklu fil-pajjiż terz konċernat.[Em. 10]

(32)  L-Istati Membri m'għandhomx ukoll ikunu obbligati li jivvalutaw is-sustanza ta' applikazzjoni għall-  protezzjoni internazzjonali  fejn l-applikant, minħabba konnessjoni  suffiċjenti  ma' pajjiż terz kif definit mil-liġi nazzjonali, jista' jkun mistenni b'mod raġonevoli li jfittex protezzjoni f'dak il-pajjiż terz  , u jkun hemm bażijiet għall-kunsiderazzjoni li applikant se jkun ammess jew ammess mill-ġdid f'dak il-pajjiż. L-Istati Membri għandhom jipproċedu biss fuq din il-bażi meta dan l-applikant partikolari jkun protett fil-pajjiż terz konċernat. Sabiex jiġu evitati movimenti sekondarji ta' applikanti, għandhom jiġu stabbiliti prinċipji komuni għall-konsiderazzjoni jew indikazzjoni mill-Istati Membri ta' pajjiżi terzi bħala bla periklu.
[Em. 11]

(33)  Fir-rigward tal-irtirar tal-istatus ta' rifuġjat  jew protezzjoni sussidjarja , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni li jibbenefikaw mill-  protezzjoni internazzjonali   jkunu debitament informati dwar il-possibbiltà ta' rikonsiderazzjoni tal-istatus tagħhom u jkollhom l-opportunità sabiex jagħtu l-fehma tagħhom qabel mal-awtoritajiet ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni motivata dwar l-irtirar tal-istatus tagħhom.

(34)  Ikun jirrifletti prinċipju bażiku tal-liġi tal-Unjoni li d-deċiżjonijiet meħuda fir-rigward ta' applikazzjoni għall-  protezzjoni internazzjonali  u fir-rigward tal-irtirar tal-istatus ta' rifuġjat  jew ta' protezzjoni sussidjarja  ikunu suġġetti għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal.

(35)  Skont l-Artikolu 72 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din id-Direttiva ma tolqotx l-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet li jaqgħu fuq l-Istati Membri fir-rigward taż-żamma tal-liġi u l-ordni u tas-salvagwardja tas-sigurtà interna.

(36)  Din id-Direttiva ma tittrattax dwar dawk il-proċeduri  bejn l-Istati Membri  li huma regolati mir- Regolament (UE) Nru […/… ][li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex ikun determinat l-Istat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali  depożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz (Ir-Regolament ta' Dublin)].

(37)  L-applikanti li għalihom japplika r-Regolament (UE) Nru […/…] [ir-Regolament ta' Dublin] għandhom igawdu minn aċċess għall-prinċipji u garanziji prinċipali stabbiliti f'din id-Direttiva u għall-garanziji speċjali skont dak ir-Regolament.

(38)  L-implementazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tiġi valutata f'intervalli regolari.

(39)  Ladarba l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu stabbiliti standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-  protezzjoni internazzjonali , ma jistax jintlaħaq suffiċjentement mill-Istati Membri u għalhekk jista“, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, il-Komunità tista” tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn min dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan.

(40)  Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tieħux sehem fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(41)  L-obbligu tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva 2005/85/KE. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jiġu trasposti ġej mid-Direttiva 2005/85/KE.

(42)  Din id-Direttiva għandha tkun bla preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għan

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li jiġu stabbiliti standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal- protezzjoni internazzjonali skont id-Direttiva …/…/UE [id-Direttiva dwar il-Kwalifika].

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:

   (a) “il-Konvenzjoni ta' Ġinevra” tfisser il-Konvenzjoni tat-28 ta' Lulju 1951 li għandha x'taqsam mal-istatus tar-rifuġjati, kif emendata bil-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967;
   (b) “applikazzjoni” jew “applikazzjoni” għal protezzjoni internazzjonali' tfisser talba magħmula minn ċittadin nazzjonali ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat għal protezzjoni minn Stat Membru, li tista' tinftiehem li tfittex stat ta' rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja, u li ma titlobx espliċitament tip ieħor ta' protezzjoni, barra mill-iskop tad-Direttiva […./../EU] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika], li tista' ssir applikazzjoni separata għaliha;
   (c) “applikant” jew “applikant għall-  protezzjoni internazzjonali  ” tfisser ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat li għamel applikazzjoni għall-  protezzjoni internazzjonali  li fir-rigward tagħha deċizjoni finali tkun għadha ma tteħditx;
   (d) “applikant bi bżonnijiet speċjali” tfisser applikant li minħabba età, sess, orjentament sesswali, identità sesswali, diżabbiltà, mard fiżiku jew mentali jew konsegwenzi ta' tortura, stupru jew forom serji oħra ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali għandu bżonn garanziji speċjali sabiex jibbenefika mid-drittijiet u jirrispetta l-obbligi skont din id-Direttiva; [Em. 13]
   (e) “deċiżjoni finali” tfisser deċiżjoni dwar jekk iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat jingħatawx status ta' rifuġjat  jew protezzjoni sussidjarja  taħt id-Direttiva […./../EU] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika] u li ma jkunx soġġett aktar għal rimedju fil-qafas tal-Kapitolu V ta' din id-Direttiva irrispettivament jekk tali rimedju għandux l-effett li jippermetti applikanti jibqgħu fl-Istati Membri konċernati sal-eżitu tagħha;
   (f) “awtorità determinanti” tfisser kwalunkwe korp semi-ġudizzjarju jew amministrattiv fi Stat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjonijiet għall-  protezzjoni internazzjonali , u kompetenti sabiex jieħu, fl-istadju ta' prim'istanza, deċiżjonjiet f'tali każijiet, suġġett għall-Anness I;
   (g) “rifuġjat” tfisser ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu  2 (d) of KEDirettiva […./../UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika];
   (h) “persuna eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja” tfisser ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 2 (f) tad-Direttiva […./../UE] [ id-Direttiva dwar il-Kwalifika];
   (i) “protezzjoni internazzjonali” ifisser l-għarfien minn Stat Membru ta' ċittadin nazzjonali ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat bħala refuġjat jew bħala persuna eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja;
   (j) “status ta' rifuġjat” ifisser l-għarfien minn Stat Membru ta' ċittadin nazzjonali ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat bħala rifuġjat;
   (k) “status ta' protezzjoni sussidjarja” ifisser l-għarfien minn Stat Membru ta' ċittadin nazzjonali ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat bħala persuna eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja;
   (l) “minuri” ifisser ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat taħt l-età ta' 18-il sena;
   (m) “minuri mhux akkumpanjat” ifisser minuri kif definit fl-Artikolu 2 (l) tad-Direttiva […./.../UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika];
   (n) “rappreżentant” tfisser persuna maħtura mill-awtoritajiet kompetenti biex taġixxi bħala tutur legali sabiex tgħin u tirrappreżenta minuri mhux akkumpanjat bil-għan li tiżgura l-aħjar interessi tat-tfal u teżerċita kapaċità legali għall-minuri fejn ikun meħtieġ;
   (o) “irtirar ta' protezzjoni internazzjonali  ” tfisser id-deċiżjoni minn awtorità kompetenti li tirrevoka, twaqqaf jew tirrifjuta li ġġedded status ta' rifuġjat  jew protezzjoni sussidjarja  ta' persuna skont id-Direttiva […./../UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika] ;
   (p) “tibqa” fl-Istat Membru' tfisser li tibqa' fit-territorju, inklużi l-fruntiera jew iż-żoni ta' transitu tal-Istat Membru li fih tkun saret l-applikazzjoni għall-  protezzjoni internazzjonali  jew li fih tkun saret jew qiegħda tiġi eżaminata tali applikazzjoni.
   (q) 'fatti u ċirkustanzi ġodda' tfisser fatti li jappoġġjaw is-sustanza tat-talba, li jistgħu jikkontribwixxu għar-rieżami ta' deċiżjoni preċedenti.[Em. 15]

Artikolu 3

Ambitu ta' applikazzjoni

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għall-applikazzjonijiet kollha għall-  protezzjoni internazzjonali  magħmula fit-territorju, inklużi dawk magħmula fil-fruntiera  fl-ilmijiet territorjali  jew fiż-żoni ta' transitu, tal-Istati Membri u għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali.

2.  Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika f'każijiet ta' rikjesti għall-ażil diplomatiku jew territorjali preżentati quddiem ir-rappreżentanzi ta' Stati Membri.

3.  , l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw din id-Direttiva fi proċeduri sabiex jiġu deċiżi applikazzjonijiet għal kull tip ta' protezzjoni internazzjonali  li jaqgħu barra l-ambitu tad-Direttiva […./.../UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika].

Artikolu 4

Awtoritajiet responsabbli

1.  L-Istati Membri għandhom jinnominaw, għall-proċeduri kollha, awtorità determinanti li tkun responsabbli li tagħmel eżaminazzjoni adegwata tal-applikazzjonijiet skont din id-Direttiva . L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din l-awtorità għandha numri biżżejjed ta' persunal kompetenti u speċjalizzati għad-dispożizzjonijiet tagħha għat-twettiq tal-kompiti tagħha fi ħdan il-limiti ta' żmien preskritti. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal taħriġ inizjali u ta' segwitu għall-applikazzjonijiet ta' eżaminazzjoni tal-persunal u jieħdu deċiżjonijiet dwar il-protezzjoni internazzjonali.

2.  It-taħriġ imsemmi fil-paragrafu 1 jikkonċerna, b'mod speċjali:

   (a) ir-regoli sustantivi u proċedurali dwar il-protezzjoni internazzjonali u d-Drittijiet tal-Bniedem stipulati fl-istrumenti internazzjonali u tal-Unjoni, inkluż il-prinċipji tan-non-refoulement u tan-non-diskriminazzjoni;
   (b) l-applikanti bi bżonnijiet speċjali, kif definiti fl-Artikolu 2(d);[Em. 16]
   (c) sess, orjentament sesswali, trawma u sensibilizzazzjoni dwar l-età, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-minuri mhux akkumpanjati; [Em. 17]
   (d) l-użu tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini;
   (e) tekniki dwar l-intervisti, inkluż il-komunikazzjoni bejn kulturi differenti;
   (f) identifikazzjoni u dokumentazzjoni ta' sinjali u sintomi ta' tortura;
   (g) valutazzjoni tal-evidenza, inkluż il-prinċipju tal-benefiċju tad-dubju;
   (h) kwistjonijiet ta' każistiki relevanti mal-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali.

3.  Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li awtorità oħra tkun responsabbli għall-finijiet li ġejjin l-ipproċessar ta' każijiet skont ir-Regolament (UE) Nru .../... [ir-Regolament ta' Dublin].

4.  Fejn awtorità  tiġi  nominati skont il-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal ta' dik l-awtorità  ikollu l-għarfien adegwat u jirċievi t-taħriġ meħtieġ sabiex jissodisfa l-obbligi tiegħu meta jimplementa din id-Direttiva. [Em. 18]

5.  L-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali magħmula fi Stat Membru lill-awtoritajiet ta' Stat Membru ieħor li jwettqu kontrolli tal-fruntiera jew tal-immigrazzjoni għandhom ikunu trattati mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun saret l-applikazzjoni.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet iktar favorevoli

L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu fis-seħħ standards aktar favorevoli għal proċeduri għall-għoti u l-irtirar tal-  protezzjoni internazzjonali , sa fejn dawk l-istandards ikunu kompatibbli ma' din id-Direttiva.

KAPITOLU II

PRINĊIPJI U GARANZIJI BAŻIĊI

Artikolu 6

Aċċess għall-proċedura

1.  L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-irċevuta u r-reġistrazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 5,6,7 u 8, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali jsiru personalment u/jew f'post indikat.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna li tixtieq tapplika għall-protezzjoni internazzjonali għandha opportunità effettiva biex tippreżenta applikazzjoni ma' awtorità kompetenti malajr kemm jista' jkun. Meta l-applikanti ma jkunux jistgħu jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom personalment, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li rappreżentant legali jkun jista' jippreżenta l-applikazzjoni tagħhom f'isimhom.[Em. 19]

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull adult li jkollu kapaċità legali jkollu d-dritt li jagħmel applikazzjoni għall-  protezzjoni internazzjonali  f'ismu stess.

4.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li applikazzjoni tkun tista' ssir minn applikant f'isem id-dipendenti tiegħu. F'dawn il-każijiet l-Istati Membri għandhom jiżguraw li adulti dipendenti jagħtu l-kunsens tagħhom għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni f'isimhom, u fin-nuqqas ta' dan għandhom ikollhom l-opportunità li jagħmlu applikazzjoni f'isimhom stess.

Il-kunsens għandu jkun mitlub fiż-żmien li tiġi ppreżentata l-applikazzjoni jew, mhux aktar tard minn meta titwettaq intervista personali mal-adult dipendenti.  Qabel ma jkun mitlub kunsens, kull adult fost dawn il-persuni għandu jkun informat fil-privat dwar il-konsegwenzi proċedurali rilevanti u dwar id-dritt tiegħu li jagħmel applikazzjoni separata għall-protezzjoni internazzjonali.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li minur għandu d-dritt li jagħmel applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jew f'ismu – jekk skont il-liġi nazzjonali jitqies bħala kapaċi li jressaq proċedimenti – jew permezz tar-rappreżentant legali tiegħu jew ta' rappreżentant awtorizzat ta' dan tal-aħħar. Fil-każijiet l-oħra kollha għandu japplika l-paragrafu 6.[Em. 20]

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet xierqa referuti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment(7) għandhom id-dritt li jippreżentaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali f'isem il-minuri mhux akkumpanjat jekk, fuq il-bażi ta' valutazzjoni individwali tas-sitwazzjoni personali tiegħu, dawn l-entitajiet huma tal-opinjoni li l-minuri jista' jkollu ħtiġijiet ta' protezzjoni skont id-Direttiva […./.../UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika].

7.  L-Istati Membri jistgħu jippreskrivu fil-liġi nazzjonali

   (a) il-każijiet li fihom minuri jista' jagħmel applikazzjoni f'ismu stess;
   (b) il-każijiet li fihom l-applikazzjoni ta' minuri mhux akkumpanjat ikollha tiġi preżentata minn rappreżentant kif previst fl-Artikolu 21 (1)(a).
  

[Em. 21]

8.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-gwardji tal-fruntiera, puliżija u awtoritajiet tal-immigrazzjoni, u persunal ta' faċilitajiet ta' detenzjoni jkollhom istruzzjonijiet u jirċievu t-taħriġ meħtieġ biex jirrikonoxxu, jirreġistraw u jressqu l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali Jekk dawn l-awtoritajiet huma nnominati bħala awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 1, l-istruzzjonijiet għandhom jinkludu l-obbligu tar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni. F'każijiet oħra, l-istruzzjonijiet għandhom jeħtieġu li l-applikazzjoni tintbagħat lill-awtorità kompetenti għal din ir-reġistrazzjoni flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti. [Em. 22]

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet li x'aktarx ikunu indirizzati minn persuna li tixtieq tagħmel applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jkunu kapaċi li jagħtu parir lil dik il-persuna dwar kif u fejn hija tkun tista' tagħmel tali applikazzjoni u/jew jistgħu jesiġu li dawn l-awtoritajiet jgħaddu l-applikazzjoni lill-awtorità kompetenti.

9.  Applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandha tkun irreġistrata mill-awtoritajiet kompetenti fi ħdan 72 siegħa mill-mument li persuna tkun esprimit x-xewqa tagħha li tapplika għall-protezzjoni internazzjonali skont is-subparagrafu 1 tal-paragrafu 8.

Artikolu 7

Informazzjonu u konsulenza f'punti ta' qsim bejn il-fruntieri u faċilitajiet ta' detenzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-proċeduri li jridu jkunu segwiti sabiex issir applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandha tkun disponibbli f“:

   (a) punti ta' qsim bejn il-fruntieri, inkluż żoni ta' transitu, fi fruntieri esterni; u
   (b) faċilitajiet ta' detenzjoni.

2.  L-Istati Membri għandhom jiprovdu għall-arranġamenti ta' interpretazzjoni sabiex jiżguraw komunikazzjoni bejn persuni li jixtiequ japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali u l-gwardji tal-fruntieri jew persunal tal-faċilitajiet ta' detenzjoni.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet li jipprovdu assistenza u/jew rappreżentanza legali lill-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali jkollhom aċċess malajr għall-punti ta' qsim bejn il-fruntieri, inklużi ż-żoni ta' transitu, u faċilitajiet ta' detenzjoni ▌. [Em. 23]

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal regoli li jkopru l-preżenza ta' dawn l-organizzazzjonijiet f'oqsma li ssir referenza għalihom f'dan l-Artikolu, sakemm ma jillimitawx l-aċċess tal-applikanti għall-pariri u l-konsulenza. [Em. 24]

Artikolu 8

Id-dritt tal-applikant li jibqa' fl-Istat Membru matul iż-żmien li fih tiġi eżaminata l-applikazzjoni

1.  L-applikanti għandhom jitħallew jibqgħu fl-Istat Membru, għall-fini tal-proċedura biss, sa meta l-awtorità determinanti tkun ħadet id-deċiżjoni finali, anke f'każijiet meta applikant jappella, u għall-perjodu ta' żmien li qorti jew tribunal kompetenti jawtorizzaw dan. Dan id-dritt li jitħallew jibqgħu fl-Istat Membru m'għandux jikkostitwixxi intitolament għall-permess ta' residenza. [Em. 25]

2.  L-Istati Membri jistgħu jagħmlu eċċezzjoni biss fejn,  persuna tagħmel  applikazzjoni sussegwenti  kif deskritt fl-Artikolu 34 (7) jew fejn dawn iċedu jew jestradixxu, skont il-każ, persuna lejn Stat Membru ieħor konformament ma' obbligi f'konformita' mad-Deċiżjoni kwadru 2002/584/ĠAI tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri(8) jew diversament, jew lejn pajjiż terz  , bl-eċċezzjoni tal-pajjiż ta' oriġini tal-applikant ikkonċernat, jew lejn qrati jew tribunali kriminali internazzjonali.

3.  Stat Membru jista' jestradixxi applikant f'pajjiż terz skont il-paragrafu 2 biss meta ▌ deċiżjoni ta' estradizzjoni mhux se tirriżulta f'refoulement diretta jew indiretta fi vjolazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Istat Membru jew ma tesponix lill-applikant għal trattament inuman jew degradanti meta jasal fil-pajjiż terz. [Em. 26]

Artikolu 9

Rekwiżiti għall-eżami ta' applikazzjonijiet

1.   l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjonijiet għall-  protezzjoni internazzjonali  la jiġu miċħuda u lanqas esklużi milli jiġu eżaminati għar-raġuni biss li ma kinux saru malajr kemm jista' jkun.

2.  L-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali l-ewwel għandhom ikunu eżaminati biex jiġi ddeterminat jekk l-applikanti jikkwalifikawx bħala rifuġjati. Jekk le, dawn għandhom ikunu eżaminati biex jiġi ddeterminat jekk humiex applikanti eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet mill-awtorità determinanti dwar applikazzjonijiet għall-  protezzjoni internazzjonali  jiġu meħuda wara eżami adegwat. Għal dik il-fini, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li

   (a) l-applikazzjonijiet jiġu eżaminati u d-deċiżjonijiet jiġu meħuda individwalment, oġġettivament u imparzjalment;
   (b) tiġi miksuba informazzjoni preċiża u aġġornata minn sorsi varji, bħall-Kummissarju Għoli għar-Rifuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHCR), ▌l-Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-qasam tal-Ażil, u organizzazzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, rigward is-sitwazzjoni ġenerali li teżisti fil-pajjiżi ta' origini tal-applikanti u, fejn meħtieġ, f'pajjiżi li għaddew minnhom, u li tali informazzjoni ssir disponibbli għall-persunal responsabbli mill-eżami tal-applikazzjonijiet u mit-teħid ta' deċiżjonijiet u, fejn l-awtorità determinanti tikkunsidra din l-informazzjoni biex tittieħed deċiżjoni, lill-applikant u lill-konsulent legali tiegħu; [Em. 27]
   (c) il-persunal li jeżamina l-applikazzjonijiet u li jieħu d-deċiżjonijiet ikollu l-konoxxenza tal-istandards relevanti applikabbli fil-qasam tal-liġi dwar l-ażil u dwar ir-rifuġjati kif ukoll tal-liġi dwar id-drittijiet tal-bniedem u jkun lesta l-programmi ta' taħriġ inizjali u ta' segwitu msemmija fl-Artikolu 4(1); [Em. 28]
   (d) il-persunal li jeżamina l-applikazzjonijiet u li jieħu d-deċiżjonijiet jingħata istruzzjonijiet u jkollu l-possibbiltà li jitlob parir, meta jkun meħtieġ, minn esperti dwar kwistjonijiet partikolari, bħal pereżempju kwistjonijiet mediċi, kulturali, reliġjużi, dwar it-tfal, is-sess jew l-orjentament sesswali. [Em. 29]
   (e) l-applikant u l-konsulent legali tiegħu jkollhom aċċess għall-informazzjoni mogħtija mill-esperti msemmija fil-punt (d).[Em. 30]

4.  L-awtoritajiet imsemmija fil-Kapitolu V għandhom, permezz tal-awtorità determinanti jew tal-applikant jew diversament, ikollhom aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3(b), li tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompitu tagħhom.

5.  L-Istati Membri  għandhom  jistabbilixxu regoli li jikkonċernaw it-traduzzjoni ta' dokumenti relevanti għall-eżami ta' applikazzjonijiet.

Artikolu 10

Rekwiżiti għal deċiżjoni mill-awtorità determinanti

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għall-  protezzjoni internazzjonali  jingħataw bil-miktub.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li, fejn applikazzjoni tiġi miċħuda jew aċċettata, fir-rigward tal-istatus ta' rifuġjat u/jew tal-protezzjoni sussidjarja, ir-raġunijiet ta' fatt u ta' dritt jiġu ddikjarati b'mod ċar fid-deċiżjoni u tiġi mogħtija bil-miktub informazzjoni dwar kif tiġi kontestata deċiżjoni negattiva meta tinħareġ id-deċiżjoni u ffirmata mir-riċevitur kif jirċeviha. [Em. 31]

▌ [Em. 32]

3.  Għall-finijiet tal-Artikolu 6(3)(4),u kull meta l-applikazzjoni tkun ibbażata fuq l-istess raġunijiet, l-Istati Membri jistgħu jieħdu deċiżjoni waħda, li tkopri d-dipendenti kollha.

4.  Il-paragrafu 3 m'għandux japplika għall-każijiet fejn l-iżvelar ta' ċirkustanzi partikolari ta' persuna lill-membri tal-familja tagħha tistà tipperikola l-interessi ta' dik il-persuna, inklużi każijiet li jinvolvu persekuzzjoni bbażata fuq sess, orjentament sesswali, identità sesswali u/jew età. F'każijiet bħal dawn, deċiżjoni separata għandha tinħareġ lill-persuna kkonċernata. [Em. 33]

Artikolu 11

Garanziji għall-applikanti għall- protezzjoni internazzjonali

1.  Fir-rigward tal-proċeduri provduti fil-Kapitolu III, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l  l-applikanti kollha għall-protezzjoni internazzjonali igawdu l-garanziji li gejjin:

   (a) għandhom jiġu informati f'ilsien li jifhmu jew li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija jifhmu bil-proċedura li jkollha tiġi segwita u bid-drittijiet u l-obbligi tagħhom matul il-proċedura u l-konsegwenzi eventwali f'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi tagħhom u ta' nuqqas ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet. Għandhom jiġu informati dwar il-perjodu ta' żmien, kif ukoll dwar il-mezzi għad-dispożizzjoni tagħhom, sabiex jissodisfaw l-obbligu tal-preżentazzjoni tal-elementi msemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva […./../KE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika ]. Din l-informazzjoni għandha tingħatalhom fil-ħin sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet garantiti f'din id-Direttiva u jikkonformaw mal-obbligi deskritti fl-Artikolu 12; [Em. 34]
   (b) għandhom jirċievu s-servizzi ta' interpretu sabiex jippreżentaw il-każ tagħhom quddiem l-awtoritajiet kompetenti meta dan ikun meħtieġ. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw bħala meħtieġ l-għoti ta' dawn is-servizzi għall-inqas meta l-awtorità determinanti ssejjaħ lill-applikant sabiex jiġi intervistat kif imsemmi fl-Artikoli  13, 14,  15, 16 u 31 u meta ma tkunx tista' tiġi żgurata komunikazzjoni adegwata mingħajr dawn is-servizzi. F'dan il-każ u f'każijiet oħra fejn l-awtoritajiet kompetenti jsejħu lill-applikant, dawn is-servizzi għandhom jiġu mħallsa minn fondi pubbliċi;
   (c) ma għandhiex tiġi miċħuda lilhom l-opportunità li jikkomunikaw mal-UNHCR jew ma' kwalunkwe organizzazzjoni oħra  li tipprovdi parir jew konsulenza legali lill-persuni li jfittxu ażil skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali  dak l-Istat Membru;
   (d) għandhom jingħataw notifika fi żmien raġonevoli tad-deċiżjoni mill-awtorità determinanti fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom għall-  protezzjoni internazzjonali  . Jekk l-applikant ikun qiegħed jiġi rappreżentat legalment minn konsulent legali jew konsulent ieħor, l-Istati Membri jistgħu jagħzlu li jinnotifikaw lil dan bid-deċiżjoni minflok lill-applikant għall-  proċedura internazzjonali;
   (e) għandhom jiġu infurmati dwar ir-riżultat tad-deċiżjoni mill-awtorità determinanti f'ilsien li jifhmu jew li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija jifhmu meta ma jkunux assistiti jew rappreżentati minn konsulent legali jew konsulent ieħor . L-informazzjoni provduta għandha tinkludi informazzjoni dwar kif tiġi kontestata deċiżjoni negattiva skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(2). [Em. 35]

2.  Fir-rigward tal-proċeduri previsti fil-Kapitolu V, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti kollha  igawdu garanziji ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1(b), (c) u (d) ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 12

Obbligi tal-applikanti għall- protezzjoni internazzjonali

1.  L-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali għandhom ikunu meħtieġa jgħinu, sal-punt li jistgħu meta jitqiesu l-kapaċitajiet fiżiċi u psikoloġiċi tagħhom, fil-kjarifika tas-sitwazzjoni u jiżvelaw lill-awtoritajiet kompetenti l-identità u n-nazzjonalità tagħhom u elementi oħra li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva […./.../UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika]. Jekk ma jkollhomx passaport validu jew dokument minflok il-passaport, l-applikanti għandhom ikunu meħtieġa jikkooperaw biex jinkiseb dokument tal-identità. Sakemm l-applikanti jitħallew jibqgħu fl-Istat Membru taħt protezzjoni internazzjonali matul il-kunsiderazzjoni tal-applikazzjoni, m'għandhomx ikunu meħtieġa jkollhom kuntatt mal-awtoritajiet tal-pajjiż tal-oriġini tagħhom jekk ikun hemm raġuni għalfejn wieħed jibża' li tkun se sseħħ persekuzzjoni minn dak l-Istat. L-Istati Membri jistgħu jimponu lill-applikant obbligi oħra  biex jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti sa fejn dawn l-obbligi huma meħtieġa għall-ipproċessar tal-applikazzjoni. [Em. 36]

2.  B'mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li

   (a) l-applikanti  ikunu meħtieġa jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti jew jidhru personalment quddiemhom mill-iktar fis possibbli jew fi żmien partikolari;
   (b) l-applikanti  ikollhom jagħtu dokumenti fil-pussess tagħhom li jkunu relevanti għall-eżami tal-applikazzjoni, bħall-passaporti tagħhom;
   (c) l-applikanti  jkunu meħtieġa jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti bil-post tar-residenza jew bl-indirizz attwali tagħhom u b'kull tibdil ta' dan mill-aktar fis possibbli. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li l-applikant għandu jaċċetta kull komunikazzjoni fil-post ta' residenza jew fl-indirizz l-aktar reċenti li huwa kien indika għal dan il-għan;
   (d) l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jfittxu l-applikant u l-affarijiet li jġorr miegħu, sakemm it-tfittxija titwettaq minn persuna tal-istess sess li tkun sensittiva għall-età u għall-kultura tal-applikant u tkun tirrispetta għalkollox il-prinċipju tad-dinjità tal-bniedem u tal-integrità fiżika u mentali; [Em. 37]
   (e) l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jieħdu ritratt tal-applikant; u
   (f) l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jirreġistraw l-istqarrijiet orali tal-applikant, sakemm dan ikun preċedentement ġie informat b'dan.

Artikolu 13

Intervista personali

1.  Qabel ma tittieħed deċiżjoni mill-awtorità determinanti, l-applikant għandu jingħata l-opportunità ta' intervista personali dwar l-applikazzjoni tiegħu għall-protezzjoni internazzjonali b'lingwa li jifhem ma' persuna li tkun, taħt il-liġi nazzjonali, kompetenti sabiex tmexxi tali intervista. L-intervisti dwar l-ammissibilità ta' applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali u dwar is-sustanza tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandhom jitwettqu mill-persunal tal-awtorità determinanti. [Em. 38]

Fejn persuna tkun għamlet applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali f'isem id-dipendenti tagħha, kull adult li l-applikant jirrilata miegħu għandu jingħata l-opportunità biex jesprimi l-opinjoni tiegħu fil-privat u li jkun intervistat dwar l-applikazzjoni tiegħu.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali dawk il-każijiet li fihom minuri għandu jingħata l-opportunità ta' intervista personali, filwaqt li jitqiesu l-aħjar interessi u l-bżonnijiet speċjali tat-tifel jew tifla. [Em. 39]

2.  L-intervista personali  dwar is-sustanza tal-applikazzjoni  tista' titneħħa meta:

   (a) l-awtorità determinanti tkun kapaċi li tieħu deċiżjoni pożittiva  fir-rigward tal-istatus ta' rifuġjat  abbażi tal-prova disponibbli; jew
   (b) l-awtorità determinanti tkun tal-fehma li l-applikant mhuwiex f'sikktu jew kapaċi sabiex jiġi intervistat minnħabba ċirkostanzi persistenti li fuqhom huwa ma jkollux kontroll. F'dubju, l-awtorità determinanti għandha tikkonsulta espert mediku biex tistabbilixxi jekk il-kundizzjoni hijiex temporanja jew permanenti.  [Em. 40]

Fejn l-awtorità determinanti ma tipprovdix l-opportunità għal intervista personali lill-applikant skont il-punt (b), jew fejn applikabbli, lid-dipendenti, l-awtorità determinanti għandha tippermetti lill-applikant jew id-dipendenti jitolbu data ġdida għall-intervista personali u jippreżentaw aktar informazzjoni.[Em. 41]

[Em. 42]

3.  In-nuqqas ta' intervista personali skont il-paragrafu 2(b)  ma għandhiex tinċidi negattivament fuq id-deċiżjoni tal-awtorità determinanti.

4.  Irrispettivament mill-Artikolu 25(1), l-Istati Membri, meta jiddeċiedu dwar l-applikazzjoni għall-  protezzjoni internazzjonali , jistgħu jieħdu kont tal-fatt li l-applikant naqas milli jidher għall-intervista personali sakemm huwa ma kellux raġunijiet tajbin għan-nuqqas li jidher.

Artikolu 14

Rekwiżiti għal intervista personali

1.  Intervista personali għandha normalment issir mingħajr il-preżenza ta' membri tal-familja sakemm l-awtorità determinanti ma tikkunsidrax bħala meħtieġ, sabiex isir eżami adegwat, li jkun hemm membri oħra tal-familja preżenti.

2.  Intervista personali għandha ssir taħt kondizzjonijiet li jiżguraw kunfidenzjalità adegwata.

3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-intervisti personali jitmexxew taħt kondizzjonijiet li jippermettu li l-applikanti jippreżentaw ir-raġunijiet għall-applikazzjonijiet tagħhom b'mod komprensiv. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom:

   (a) jiżguraw li l-persuna li tagħmel l-intervista tkun kwalifikata, imħarrġa u kompetenti sabiex tieħu kont taċ-ċirkostanzi personali u ġenerali attinenti għall-applikazzjoni, inkluż l-oriġini kulturali, sess, orjentament sesswali, identità sesswali  jew il-vulnerabbiltà tal-applikant; [Em. 43]
   (b) kull meta jkun possibbli, jipprovdu li l-intervista mal-applikant tkun imwettqa minn persuna tal-istess sess jekk l-applikant ikkonċernat jitlob dan;
   (c) jagħżlu interpretu kompetenti li jkun kapaċi jiżgura komunikazzjoni adegwata bejn l-applikant u l-persuna li tmexxi l-intervista u li jkun marbut b'kodiċi ta' kondotta li jiddefinixxi d-drittijiet u d-dmirijiet tal-interpretu. Mhuwiex meħtieġ li l-komunikazzjoni ssir fl-ilsien li jippreferi l-applikant jekk ikun hemm ilsien ieħor li huwa jifhem u li bih huwa jkun kapaċi jikkomunika b'mod ċar. Kull meta jkun possibbli, l-Istati Membri għandhom jipprovdu interpretu tal-istess sess jekk l-applikant jitlob dan; [Em. 44]
   (d) jiżguraw li l-persuna li tagħmel l-intervista dwar is-sustanza ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ma tilbisx uniformi;
   (e) jiżguraw li l-intervisti mal-minuri jsiru b'mod li jifhmuhom it-tfal u minn persuna bl-għarfien neċessarju tal-bżonnijiet speċjali u tad-drittijiet tal-minuri. [Em. 45]

4.  L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli li jikkonċernaw il-preżenza, waqt intervista personali, ta' terzi persuni.

Artikolu 15

Il-kontenut ta' intervista personali

Meta ssir intervista personali dwar is-sustanza ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, l-awtorità determinanti għandha tiżgura li l-applikant għandu opportunità adegwata biex jippreżenta l-elementi meħtieġa biex jissustanzja l-applikazzjoni tiegħu għall-protezzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 4 (1) u (2) tad-Direttiva […./.../UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika]. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

   (a) il-mistoqsijiet indirizzati lill-applikant huma relevanti għall-valutazzjoni ta' jekk l-applikant għandux bżonn protezzjoni internazzjonali skont id-Direttiva […./.../UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika];
   (b) l-applikant għandu opportunità adegwata biex jagħti spjegazzjoni dwar l-elementi meħtieġa biex jissustanzja l-applikazzjoni li jistgħu jkunu nieqsa u/jew kull inkonsistenza jew kuntradizzjoni fl-istqarrijiet tiegħu.

Artikolu 16

Traskrizzjoni u rapport tal-intervisti personali

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ssir traskrizzjoni ta' kull intervista personali.

2.  L-Istati Membri jistgħu jitolbu l-approvazzjoni tal-applikant dwar il-kontenut tat-traskrizzjoni fl-aħħar tal-intervista personali. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant ikollu l-opportunità li jagħmel kummenti u/jew jipprovdi kjarifi dwar kull traduzzjoni mhux korretta jew kunċetti żbaljati li jidhru fit-traskrizzjoni.

3.  Fejn applikant jirrifjuta li japprova l-kontenut tar-rapport, ir-raġunijiet ta' dan ir-rifjut għandhom jitniżżlu fil-file tal-applikant.

Ir-rifjut ta' applikant li japprova l-kontenut tar-rapport ma għandux jimpedixxi lill-awtorità determinanti milli tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tiegħu.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri jistgħu jiżguraw li jsir rapport bil-miktub ta' intervista personali, li jkun fih mill-inqas l-informazzjoni essenzjali dwar l-applikazzjoni, kif ippreżentat mill-applikant. F'każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-traskrizzjoni tal-intervista personali hija annessa mar-rapport.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess f'waqtu għat-traskrizzjoni u, fejn applikabbli, għar-rapport tal-intervista personali qabel ma l-awtorità determinanti tieħu deċiżjoni.

Artikolu 17

Rapporti mediċi-legali

1.  L-Istati Membri għandhom jippermetti lill-applikanti, fuq talba, li jkollhom eżaminazzjoni medika mwettqa sabiex jappoġġja stqarrijiet fir-rigward tal-persekuzzjoni jew dannu serju tal-passat. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-applikanti perjodu raġonevoli biex jissottomettu ċetifikat mediku lill-awtorità determinanti.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, f'każijiet fejn hemm raġunijiet raġonevoli biex jiġi kkunsidrat li l-applikant isoffri minn diżordni ta' stress post-trawmatiku, l-awtorità determinanti, soġġetta għall-kunsens tal-applikant, għandha tiżgura li titwettaq eżaminazzjoni medika.

3.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-arranġamenti relevanti sabiex jiżguraw li l-kompetenza medika imparzjali u kkwalifikata ssir disponibbli għall-għan tal-eżami mediku li ssir referenza għalih fil-paragrafu 2 u li jintgħażel l-inqas eżami mediku invażiv meta l-applikant ikun minuri. [Em. 46]

4.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu regoli u arranġamenti addizjonali għall-identifikazzjoni u d-dokumentazzjoni tas-sintomi ta' tortura u forom oħra ta' vjolenza fiżika, sesswali jew psikoloġika, relevanti għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni li jintervistaw l-applikanti skont din id-Direttiva jircievu t-taħriġ skont l-identifikazzjoni tas-sintomi tat-tortura.

6.  Ir-riżultati tal-eżaminazzjonijiet mediċi li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1 u 2 għandhom jiġu vvalutati mill-awtorità determinanti flimkien ma' elementi oħra tal-applikazzjoni. B'mod partikolari, dawn għandhom jiġu kkunsidrati meta jkun stabbilit jekk l-istqarrijiet tal-applikant humiex kredibbli u suffiċjenti.

Artikolu 18

Drittgħal konsulenza dwar l-aspetti proċedurali u legali u għalgħajnuna u rappreżentanzalegali[Em. 47]

1.  L-applikanti għall-proċedura internazzjonali għandhom jingħataw l-opportunità  biex jikkonsultaw b'mod effettiv konsulent legali jew ieħor, ammessi jew permessi taħt liġi nazzjonali, dwar kwistjonijiet relatati mal-applikazzjonijiet għall-  għall-protezzjoni internazzjonali, fl-istadji kollha tal-proċedura, inkluż wara d-deċiżjoni negattiva.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jingħataw għajnuna legali bla ħlas meta dawn jiġu mitluba, suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3.  Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom: 

   (a) jipprovdu konsulenza bla ħlas dwar aspetti proċedurali u legali fil-proċeduri skont il-Kapitolu III. Dan għandu jinkludi, mill-inqas, l-għoti tal-informazzjoni dwar il-proċedura lill-applikant fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tiegħu, il-preparazzjoni tad-dokumenti proċedurali meħtieġa, inkluż waqt l-intervista personali, u l-ispjegazzjonijiet tar-raġunijiet fil-fatt u fid-dritt fil-każ ta' deċiżjoni negattiva. Din il-konsulenza tista' tingħata minn entità mhux governattiva jew minn professjonisti kwalifikati.[Em. 48]
   (b) jipprovdu assistenza legali u rappreżentanza bla ħlas fil-proċeduri skont il-Kapitolu V. Dan għandu jinkludi, mill-inqas, il-preparazzjoni tad-dokumenti proċedurali meħtieġa u l-parteċipazzjoni fis-seduta quddiem qorti jew tribunal tal-prim istanza f'isem l-applikant. [Em. ma tikkonċernax il-lingwi kollha]

3.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu fil-liġi nazzjonali tagħhom li l-għajnuna legali u/jew ir-rappreżentanza bla ħlas tkun mogħtija:

   (a) biss lil dawk li ma jkollhomx riżorsi suffiċjenti; u/jew
   (b) biss għas-servizzi pprovduti minn konsulenti legali jew konsulenti oħra speċifikament nominati mil-liġi nazzjonali sabiex jgħinu u/jew jirrappreżentaw applikanti għall-protezzjoni internazzjonali. [Em. 50]

Fir-rigward tal-proċeduri provduti fil-Kapitolu V, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jagħmlu disponibbli bla ħlas biss l-assistenza legali lill-applikanti sakemm assistenza bħal din tkun meħtieġa biex jiġi żgurat l-aċċess effettiv għall-ġustizzja. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assistenza legali mogħtija skont dan il-paragrafu ma tkunx arbitrarjament ristretta. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jagħtu assistenza u/jew rappreżentanza legali bħal din biss jekk ikun hemm prospettiva suffiċjenti ta' suċċess skont kif ivvalutata mill-qorti.[Em. 51]

4.  L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli dwar il-modalitajiet għall-preżentazzjoni u għall-ipproċessar tat-talbiet għall-għajnuna legali .

5.  L-Istati Membri għandhom jippermettu u jiffaċilitaw organizzazzjonijiet mhux governattivi biex jipprovdu assistenza legali u/jew rappreżentanza bla ħlas għall-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali fi proċeduri pprovduti fil-Kapitolu III u/jew Kapitolu V. [Em. 52]

6.  L-Istati Membri jistgħu wkoll:

   (a) jimponu limiti ta' flus u/jew ta' żmien fuq l-għoti ta' għajnuna legal u/jew rappreżentanza bla ħlas sakemm dawn il-limiti ma jirrestrinġux arbitrarjament l-aċċess għall-għajnuna legali u/jew għar-rappreżentanza;
   (b) jiddisponu li, fir-rigward ta' ħlasijiet u spejjeż oħra, it-trattament tal-applikanti ma jkunx aktar favorevoli mit-trattament li jkun ġeneralment mogħti liċ-ċittadini tagħhom f'materji ta' għajnuna legali.

7.  L-Istati Membri jistgħu jesiġu li jiġu rimborsati b'mod sħiħ jew parzjali għal kwalunkwe spejjeż mogħtija jekk u meta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant tkun konsiderevolment tjiebet jew jekk id-deċiżjoni tal-għoti ta' dawn il-beneficcji kienet meħuda abbażi ta' informazzjoni falza mogħtija mill-applikant.

Artikolu 19

L-ambitu tal-għajnuna u r-rappreżentanza legali

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsulent legali jew konsulent ieħor, li jkun ammess jew permess bħala tali taħt il-liġi nazzjonali, u li jgħin jew jirrappreżenta applikant għall-protezzjoni internazzjonali skont il-liġi nazzjonali, għandu jgawdi aċċess għal l-informazzjoni li tinsab fil-file tal-applikant  li fuqu hemm jew se jkun hemm deċiżjoni.

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu eċċezzjoni fejn l-iżvelar ta' informazzjoni jew ta' sorsi jkun ta' ħsara għas-sigurtà nazzjonali, għas-sigurtà tal-organizzazzjonijiet jew tal-persuna jew persuni li jipprovdu l-informazzjoni jew għas-sigurtà tal-persuna jew persuni li għalihom tirriferi l-informazzjoni jew fejn l-interessi investigattivi relattivi għall-eżami tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali  mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew ir-relazzjonijiet internazzjonali tal-Istati Membri jkunu kompromessi. F'dawn il-każijiet,  l-Istati Membri għandhom:

   (a) jagħtu aċċess għall-informazzjoni jew sorsi kkonċernati mill-inqas lill-konsulent legali jew konsulent li għadda minn kontroll ta' sigurtà, sakemm l-informazzjoni tkun relevanti għall-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni jew t-teħid ta' deċiżjoni biex tkun irtirata l-protezzjoni internazzjonali;
   (b) jagħmlu  aċċess għall-informazzjoni jew għas-sorsi kkunċernati disponibbli għall-awtoritajiet imsemmija fil-Kapitolu V.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsulent legali jew konsulent ieħor li jgħin jew jirrappreżenta applikant għall-protezzjoni internazzjonali   ikollu aċċess għal postijiet magħluqa, bħal faċilitajiet ta' detenzjoni u żoni ta' transitu, sabiex jikkonsulta ma' dak l-applikant.

L-Istati Membri jistgħu biss jillimitaw il-possibilità ta' żjarat lill-applikanti f'żoni magħluqa fejn tali limitazzjoni tkun, skont il-liġi nazzjonali, oġġettivament meħtieġa għas-sigurtà, għall-ordni pubbliku jew għat-tmexxija amministrattiva taż-żona jew sabiex jiġi żgurat eżami effikaċi tal-applikazzjoni, sakemm l-aċċess għall-konsulent legali jew konsulent ieħor ma jkunx, bħala riżultat ta' dan, serjament limitat jew magħmul impossibbli.

3.  L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-applikant li jġib miegħu għall-intervista personali konsulent legali jew konsulent ieħor, ammess jew permess bħala tali taħt il-liġi nazzjonali, jew professjonist ikkwalifikat. [Em. 53]

4.  L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli li jkopru l-preżenza ta' konsulenti legali jew ta' konsulenti oħra waqt l-intervisti kollha fil-proċedura, mingħajr preġudizzju għal dan l-Artikolu jew għall-Artikolu 21(1)(b).

L-Istati Membri jistgħu jesiġu l-preżenza tal-applikant fl-intervista personali anke jekk huwa jkun rappreżentat skont il-liġi nazzjonali minn tali konsulent legali jew konsulent ieħor u jistgħu jesiġu li l-applikant jirrispondi personalment għall-mistoqsijiet li jsiru.

L-assenza ta' konsulent legali jew konsulent ieħor ma għandhiex timpedixxi lill-awtorità determinanti milli tintervista personalment lill-applikant,  mingħajr ħsara lill-Artikolu 21 1(b).

Artikolu 20

Applikanti bi bżonnijiet speċjali

1.  Bi qbil mal-Artikolu 21 tad-Direttiva […/…/UE] [li tistabbilixxi standards minimi għall-akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil] (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza), l-Istati Membri għandhom jipprevedu fil-liġi nazzjonali tagħhom proċeduri li jippermettu li jiġi vverifikat, minn meta tiġi ddepożitata applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, jekk l-applikant għandux bżonnijiet partikolari, kif ukoll li tiġi indikata n-natura ta' dawn il-bżonnijiet.[Em. 54]

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-applikanti bi bżonnijiet speċjali huma mogħtija l-opportunità biex jippreżentaw l-elementi ta' applikazzjoni sħiħa kemm jista' jkun u bl-evidenza kollha disponibbli. Fejn meħtieġ, għandhom jingħatawlhom estensjonijiet ta' żmien li jippermettilhom biex jissottomettu l-evidenza jew jieħdu passi oħra meħtieġa fil-proċedura.

3.  F'każijiet fejn l-awtorità determinanti tikkunsidra li applikant kien soġġett għal tortura, stupru jew forom serji oħra ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali kif deskritt fl-Artikolu 21 tad-Direttiva […/…/UE] [Id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza], l-applikant għandu jingħata biżżejjed żmien u appoġġ relevanti biex jipprepara għall-intervista personali dwar is-sustanza tal-applikazzjoni tiegħu. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil dawk l-applikanti li ma semmewx mill-ewwel l-orjentament sesswali tagħhom.[Em. 55]

4.  L-Artikoli 28 (6) u (7) m'għandhomx ikunu applikabbli għall-applikanti imsemmija f'paragrafu 3ta' dan l-Artikolu.

5.  Bi qbil mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 18, l-applikanti li jkollhom bżonnijiet speċjali għandhom jingħataw assistenza legali bla ħlas fir-rigward tal-proċeduri kollha previsti f'din id-Direttiva.[Em. 56]

Artikolu 21

Garanziji għal minuri mhux akkumpanjati

1.  Fir-rigward tal-proċeduri kollha previsti f'din id-Direttiva u mingħajr preġudizzju għall-Artikoli  13,  14  u 15, l-Istati Membri għandhom:

   (a) jieħdu mizuri immedjatament sabiex jiżguraw li l-minuri mhux akkumpanjat ikun rappreżentat u assistit minn rappreżentant fir-rigward  tal-preżentazzjoni u  l-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni. Ir-rappreżentant għandu jkun imparzjali u jkollu l-kompetenza meħtieġa fil-qasam tal-kura tat-tfal.  Dan ir-rappreżentant jista' jkun ukoll ir-rappreżentant li ssir referenza għalih id-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza]; [Em. ma tikkonċernax il-lingwi kollha]
   (b) jiżguraw li r-rappreżentant jingħata l-opportunità li jinforma lill-minuri mhux akkumpanjat dwar is-sinifikat u l-konsegwenzi eventwalment possibbli tal-intervista personali u, fejn ikun kunsiljabbli, kif jipprepara ruħu għall-intervista personali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li  rappreżentant u/jew konsulent legali jew konsulent ieħor ammess bħala tali taħt il-liġi nazzjonali jew professjonist ikkwalifikatikunu preżenti f'dik l-intervista u jkollhom opportunità  li jsaqsu mistoqsijiet jew jagħmlu kummenti, fi ħdan il-qafas stabbilit mill-persuna li tagħmel l-intervista. [Em. 58]

L-Istati Membri jistgħu jesiġu l-preżenza tal-minuri mhux akkumpanjat fl-intervista personali, anke jekk ir-rappreżentant ikun preżenti.

[Em. 59]

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li

   (a) jekk minuri mhux akkumpanjat ikollu intervista personali rigward l-applikazzjoni tiegħu għall-protezzjoni internazzjonali kif imsemmi fl-Artikoli 13, 14 u 15 dik l-intervista personali titmexxa minn persuna li jkollha l-għarfien meħtieġ tal-bżonnijiet speċjali u tad-drittijiet ta' persuni minuri; [Em. 60]
   (b) ikun uffiċjal li jkollu l-għarfien meħtieġ tal-bżonnijiet speċjali u tad-drittijiet ta' persuni minuri li jipprepara d-deċiżjoni mill-awtorità determinanti dwar l-applikazzjoni ta' minuri mhux akkumpanjat. [Em. 61]

3.  Soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 18, il-minuri mhux akkumpanjati flimkien mar-rappreżentant maħtur tagħhom, fir-rigward tal-proċeduri kollha previsti f'din id-Direttiva, għandhom jingħataw konsulenza legali bla ħlas fir-rigward tal-aspetti proċedurali u legali u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas. [Em. 62]

4.  L-Istati Membri jistgħu jużaw eżamijiet mediċi biex jiddeterminaw l-età tal-minuri mhux akkumpanjati fi ħdan il-qafas tal-eżami ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, fejn wara l-istqarrijiet ġenerali tiegħu jew evidenza relevanti oħra, l-Istati Membri għad għandhom dubji dwar l-età tiegħu . F'każ li jippersistu dubji wara l-eżami mediku, kull deċiżjoni għandha dejjem tittieħed għall-ġid tal-minuri mhux akkumpanjat.[Em. 63]

Kull eżami mediku għandu jitwettaq fir-rispett sħiħ tad-dinjità tal-individwu, b'għażla tal-eżamijiet l-aktar affidabbli u l-inqas invażivi u jsir minn esperti mediċi kwalifikati u imparzjali. [Em. 65]

F'każijiet fejn jiġu użati eżamijiet mediċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

   (a) il-minuri mhux akkumpanjati jiġu informati qabel l-eżami tal-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali, u f'ilsien li huma jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jifhmu, bil-possibbiltà li l-età tagħhom tiġi determinata permezz ta' eżami mediku. Dan għandu jinkludi informazzjoni dwar il-metodu tal-eżami u l-konsegwenzi eventwalment possibbli tar-riżultat tal-eżami mediku għall-eżami tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kif ukoll dwar il-konsegwenzi ta' rifjut min-naħa tal-minuri mhux akkumpanjat milli joqgħod għal eżami mediku; [Em. 66]
   (b) il-minuri mhux akkumpanjati u/jew ir-rappreżentanti tagħhom jagħtu l-kunsens tagħhom sabiex isir eżami li jiddetermina l-età tal-minuri konċernati; u
   (c) id-deċiżjoni li tiġi miċħuda applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali minn minuri mhux akkumpanjat li jkun irrifjuta li joqgħod għal eżami mediku ma għandhiex tkun ibbażata ▌fuq dak ir-rifjut. [Em. 67]

Il-fatt li minuri mhux akkumpanjat ikun irrifjuta li joqgħod għal tali eżami mediku ma għandhux iżomm lill-awtorità determinanti milli tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-  protezzjoni internazzjonali.

5.  L-Artikolu 28 (6) u (7), l-Artikolu 30 (2) (c) u l-Artikolu 36 m'għandhomx japplikaw għall-minuri mhux akkumpanjati.

6.  L-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu ta' importanza primarja għall-Istati Membri meta jimplementaw dan l-Artikolu.

Artikolu 22

Detenzjoni

1.  L-Istati Membri ma għandhomx iżommu persuna f'detenzjoni għar-raġuni biss li huwa jkun applikant għall-  protezzjoni internazzjonali  . Ir-raġunijiet u l-kundizzjonijiet ta' detenzjoni kif ukoll il-garanziji disponibbli għall-applikanti detenuti għall-protezzjoni internazzjonali għandhom huma konformi mad-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza].

2.  Fejn applikant għall-  protezzjoni internazzjonali  jinżamm f'detenzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li hemm possibbiltà ta' reviżjoni ġudizzjarja mgħaġġla  skont id-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza].

Artikolu 23

Detenzjoni ta' minuri

Id-detenzjoni ta' minuri għandha tkun strettament projbita fiċ-ċirkostanzi kollha. [Em. 68]

Artikolu 24

Proċedura f'każ ta' rtirar tal-applikazzjoni

1.  Safejn l-Istati Membri jipprovdu għall-possibbiltà tal-irtirar espliċitu tal-applikazzjoni taħt il-liġi nazzjonali, meta applikant b'mod espliċitu jirtira l-applikazzjoni tiegħu għall-protezzjoni internazzjonali l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità determinanti tieħu deċiżjoni li ▌ twaqqaf l-eżami u tispjega lill-applikant il-konsegwenzi tal-irtirar. [Em. 69]

2.  L-Istati Membri jistgħu wkoll jiddeċiedu li l-awtorità determinanti tista' tiddeċiedi li twaqqaf l-eżami mingħajr ma tadotta deċiżjoni. F'dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità determinanti għandha tinserixxi nota fil-file tal-applikant.

Artikolu 25

Proċedura f'każ ta' rtirar impliċitu jew ta' abbandun tal-applikazzjoni

1.  Meta jkun raġonevolment ġustifikabbli li jiġi kkunsidrat li applikant għall-protezzjoni internazzjonali b'mod impliċitu rtira jew abbanduna l-applikazzjoni tiegħu għall-protezzjoni internazzjonali mingħajr ġustifikazzjoni raġonevoli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità determinanti tieħu deċiżjoni li jew twaqqaf l-eżami jew tirrifjuta l-applikazzjoni abbażi tal-fatt li l-applikant ma stabbilixxiex dritt għall-istatus ta' rifuġjat skont id-Direttiva[.../.../UE ] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika], jekk hu/hi flimkien mar-raġunijiet imsemmija hawn fuq:

   irrifjuta li jikkoopera, jew
   ħarab illegalment, jew
   probabbilment m'għandux dritt għal protezzjoni internazzjonali, jew
   huwa ta' oriġini minn jew għamel tranżitu minn pajjiż terz sikur skont l-Artikolu 37. [Em. 103]

   (a) huwa naqas milli jirrispondi għal talbiet sabiex jipprovdi informazzjoni essenzjali għall-applikazzjoni tiegħu skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva [.../../UE][id-Direttiva dwar il-Kwalifika] jew ma deherx għal intervista personali kif previst fl-Artikoli 13, 14, 15 u 16, sakemm l-applikant ma jġibx prova fi zmien raġonevoli li n-nuqqas tiegħu kien dovut għal ċirkostanzi li fuqhom huwa ma kellux kontroll;
   (b) hu jkun ħarab jew telaq mingħajr awtorizzazzjoni mill-post fejn hu kien jgħix jew fejn kien miżmum, mingħajr ma kkuntattja l-awtorità kompetenti fi żmien raġonevoli, jew hu ma kkonformax fi żmien raġonevoli mal-obbligi ta' rappurtar jew obbligi oħrajn ta' komunikazzjoni.

Għall-finijiet tal-implementazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti ta' żmien jew linji ta' gwida.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant li jerġa' jirrapporta lill-awtorità kompetenti wara li tittieħed deċiżjoni ta' twaqqif kif imsemmi fil-paragrafu 1 , ikollu d-dritt li jitlob li jerġa' jinfetaħ il-każ tiegħu. Matul proċedura tal-ażil tista' tiġi ppreżentata talba waħda biss biex jerġa' jinfetaħ il-każ. [Em. 70]

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali persuna ma tiġix espulsa kuntrarjament għall-prinċipju tan-non-refoulement.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-awtorità determinanti terġa' taqbad u tkompli l-eżami mill-istadju fejn kien twaqqaf.

3.  Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr ħsara għar-Regolament (UE) Nru …/…. [ir-Regolament ta' Dublin].

Artikolu 26

L-irwol tal-UNHCR

1.  L-Istati Membri għandhom jippermettu li l-UNHCR:

   (a) jkollha aċċess għall-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, inklużi dawk miżmuma f'detenzjoni u f'żoni ta' ajruporti jew ta' transitu f'portijiet;
   (b) jkollha aċċess għal informazzjoni dwar applikazzjonijiet individwali għall-protezzjoni internazzjonali  dwar il-kors tal-proċedura u dwar id-deċiżjonijiet meħuda, sakemm l-applikant jaqbel li dan isir;
   (c) tippreżenta l-fehmiet tagħha, fl-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet superviżorji tagħha taħt l-Artikolu 35 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra, lil kull awtorità kompetenti dwar applikazzjonijiet individwali għall-  protezzjoni internazzjonali  f'kull stadju tal-proċedura.

2.  Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għal organizzazzjoni li taħdem fit-territorju tal-Istat Membru konċernat f'isem l-UNHCR skont ftehim ma' dak l-Istat Membru.

Artikolu 27

Ġbir ta' informazzjoni dwar każijiet individwali

Għall-finijiet tal-eżami ta' każijiet individwali, l-Istati Membri ma għandhomx:

   (a) jiżvelaw  informazzjoni dwar applikazzjonijiet individwali għall-  protezzjoni internazzjonali  , jew il-fatt li tkun saret applikazzjoni, lill-persuna jew persuni allegatament l-awtur jew awturi tal-persekuzzjoni  jew dannu serju;
   (b) jiksbu kwalunkwe informazzjoni mill-persuna jew persuni allegatament l-awtur jew awturi tal-persekuzzjoni  jew dannu serju  b'mod li jirriżulta li tali awtur jew awturi jiġu informati ▌ bil-fatt li saret applikazzjoni mill-applikant ikkonċernat, u li jhedded l-integrità fiżika tal-applikant u tad-dipendenti tiegħu, jew il-libertà u s-sigurtà tal-membri tal-familja tiegħu li jkunu għadhom jgħixu fil-pajjiż tal-oriġini. [Em. 71]

KAPITOLU III

PROĊEDURI TA' PRIM'ISTANZA

TAQSIMA I

Artikolu 28

Proċedura ta' eżaminazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jipproċessaw l-applikazzjonijet għall-  protezzjoni internazzjonali  permezz ta' proċedura ta' eżaminazzjoni skont il-prinċipji u l-garanziji bażiċi tal-Kapitolu II.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali proċedura tkun konkluża mill-aktar fis possibbli, mingħajr preġudizzju għal eżami adegwat u komplet.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li proċedura tkun konkluża fi żmien 6 xhur wara l-preżentazzjoni ta' applikazzjoni.

L-Istati Membri jistgħu jestendu l-limitu ta' żmien għall-perjodu li ma jeċċediex 6 xhur oħra f'każijiet individwali li jinvolvu kwistjonijiet kkumplikati ta' fatt u ta' dritt.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn deċiżjoni ma tistax tittieħed fil-perjodu ta' żmien li ssir referenza għalih fis-subparagrafu 1 tal-paragrfau 3, l-applikant ikkonċernat għandu:

   (a) jiġi informat bid-dewmien; u
   (b) jirċievi, fuq talba tiegħu, informazzjoni dwar ir-raġunijiet għad-dewmien u l-medda ta' żmien li fih tkun mistennija li tingħata d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tiegħu.

Il-konsegwenzi tan-nuqqas li tiġi adottata deċiżjoni fil-limiti ta' żmien provduti fil-paragrafu 3 għandha tkun iddeterminata skont il-liġi nazzjonali.

5.  L-awtoritajiet determinanti jistgħu jipprijoritizzaw eżami ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali skont il-prinċipji u l-garanziji bażiċi tal-Kapitolu II: [Em. 73]

   (a) fejn l-applikazzjoni aktarx tkun iġġustifikata;
   (b) fejn l-applikant ikollu bżonnijiet speċjali, partikolarment minuri mhux akkumpanjati; [Em. 74]
   (c) f'każijiet oħra bl-eċċezzjoni tal-applikazzjonijiet li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 6.

6.  L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li tiġi mgħaġġla proċedura ta' eżaminazzjoni konformement mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi tal-Kapitolu II jekk:

   (a) l-applikant, fil-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu u fil-preżentazzjoni tal-fatti, qajjem biss kwistjonijiet li mhumiex relevanti għall-eżami dwar jekk huwa jikkwalifikax jew le bħala rifuġjat  jew bħala persuna eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja  taħt id-Direttiva […./../UE] [Id-Direttiva dwar il-Kwalifika]; jew
   (b) l-applikant ma jikkwalifikax, b'mod ċar, bħala rifuġjat jew għall-istatus ta' rifuġjat fi Stat Membru taħt id-Direttiva [.…/../UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika]; jew [Em. 105]
   (c) l-applikant ikun ġej minn pajjiż ta' oriġini bla periklu fis-sens ta din id-Direttiva, jew
   (d) l-applikant inganna lill-awtoritajiet billi ppreżenta informazjoni jew dokumenti foloz jew billi żamm għalih informazzjoni jew dokumenti relevanti fir-rigward tal-identità u/jew tan-nazzjonalità tiegħu li setgħu kellhom impatt negattiv fuq id-deċiżjoni; jew
   (e) probabbilment b'malafede iddistruġġa jew iddispona minn dokument tal-identità jew tal-ivvjaġġar li seta' għen sabiex tiġi stabbilita l-identità jew in-nazzjonalità tiegħu; jew
   (f) l-applikant għamel b'mod ċar sottomissjonijiet inkonsistenti, kontradittorji, improbabbli, insuffiċjenti jew rappreżentanzi foloz li jrendu t-talba tiegħu mhux konvinċenti b'mod ċar fir-rigward tal-fatti kien suġġett għall-persekuzzjoni kif imsemmi fid-Direttiva …/../UE] (id-Direttiva dwar il-Kwalifika); jew [Em. 75]
   (g) l-applikant issottometta applikazzjoni sussegwenti li b'mod ċar ma tqajjem l-ebda element ġdid relevanti fir-rigward taċ-ċirkustanzi tiegħu jew tas-sitwazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu; jew [Em. 107]
   (h) l-applikant naqas milli jagħmel applikazzjoni tiegħu qabel mingħajr ġustifikazzjoni raġonevoli, meta kellu l-opportunità li jagħmel dan; jew [Em. 108]
  

[Em. 76]

   (i) l-applikant ikun qiegħed jippreżenta applikazzjoni biss sabiex jittardja jew ifixkel l-infurzar ta' deċiżjoni preċedenti jew imminenti li tirriżulta fl-espulsjoni tiegħu.
   (j) l-applikant naqas, mingħajr raġuni tajba, milli jikkonforma mal-obbligu tiegħu li jikkoopera fl-eżami tal-fatti tal-każ tiegħu u fl-iffissar tal-identità tiegħu kif riferut fl-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva […/../UE] [id-Diretiiva dwar il-Kwalifiki] jew l-Artikolu 12(1) u (2)(a), (b) u (c) u l-Artikolu 25(1) ta' din id-Direttiva; jew [Em. 109]
   (k) l-applikant daħal fit-territorju tal-Istat Membru b'mod illegali jew tawwal b'mod illegali ż-żjara tiegħu, u mingħajr raġuni tajba, jew ma ppreżentax ruħu lill-awtoritajiet u/jew ma ssottomettiex applikazzjoni għall-ażil kemm jista' jkun malajr, fid-dawl taċ-ċirkostanzi tad-dħul tiegħu; jew [Em. 110]
   (l) għal raġunijiet serji l-applikant jista' jitqies bħala ta' periklu għas-sigurtà nazzjonali tal-Istat Membru, jew l-applikant ikun ġie mkeċċi bil-forza għal raġunijiet serji ta' sigurtà pubblika u tal-ordni pubblika skont il-liġi nazzjonali. [Em. 77]

7.  F'każijiet ta' applikazzjonijiet mhux iġġustifikati, kif issir referenza għalihom fl-Artikolu 29, fejn kull ċirkustanza mniżżla fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu tapplika, l-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw applikazzjoni bħala bla bażi b'mod ċar wara eżaminazzjoni adegwata u kompluta.

8.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu limiti ta' żmien għall-adozzjoni ta' deċiżjoni fil-proċedura ta' prim'istanza skont il-paragrafu 6.

9.  Il-fatt li applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet sottomessa wara dħul irregolari fit-territorju jew fil-fruntiera, inklużi ż-żoni ta' tranżitu, kif ukoll in-nuqqas ta' dokumenti mad-dħul jew l-użu ta' dokumenti falsifikati, m'għandhux per se jimplika rikors awtomatiku għall-proċedura ta' eżami mgħaġġel. [Em. 78]

Artikolu 29

Applikazzjonijiet bla bażi

▌L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw biss applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali bħala bla bażi biss jekk l-awtorità determinanti tkun stabbilixxiet li l-applikant ma jikkwalifikax għall-protezzjoni internazzjonali skont id-Direttiva […./../UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika]. [Em. 79]

TAQSIMA II

Artikolu 30

Applikazzjonijet inammissibbli

1.  Apparti l-każijiet fejn applikazzjoni ma tkunx eżaminata skont ir-Regolament (UE) [Nru …/….] [ir-Regolament ta' Dublin] , l-Istati Membri mhumiex meħtieġa li jeżaminaw jekk l-applikant jikkwalifikax  għall-protezzjoni internazzjonali  skont id- Direttiva …./../UE [id-Direttiva dwar il-Kwalifika] fejn applikazzjoni hi kkunsidrata inammissibbli skont dan l-Artikolu.

2.  L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw applikazzjoni għall-  protezzjoni internazzjonali  bħala inammissibbli  biss jekk:

   (a) l-istatus ta' rifuġjat ikun ġie mogħti minn Stat Membru ieħor;
   (b) pajjiż li ma jkunx Stat Membru jiġi kkunsidrat bħala l-ewwel pajjiż ta' ażil għall-applikant, skont l-Artikolu 32;
   (c) pajjiż li ma jkunx Stat Membru jiġi kkunsidrat bħala pajjiż terz bla periklu għall-applikant, skont l-Artikolu 37;
   (d) l-applikant ippreżenta applikazzjoni identika wara li tkun ingħatat deċiżjoni finali;
   (e) dipendent tal-applikant jippreżenta applikazzjoni, wara li huwa kien ta l-kunsens tiegħu skont l-Artikolu 6(4) sabiex il-każ tiegħu jkun parti minn applikazzjoni mressqa f'ismu, u ma jkunx hemm fatti relatati mas-sitwazzjoni tad-dipendenti li jiġġustifikaw applikazzjoni separata.

Artikolu 31

Regoli speċjali dwar l-intervista tal-ammissibbiltà

1.  L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-applikanti jippreżentaw il-fehmiet tagħhom dwar l-applikazzjoni tar-raġunijiet li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 30 fiċ-ċirkustanzi partikolari tagħhom qabel ma tittieħed deċiżjoni li tikkunsidra applikazzjoni inammissibbli. Għal dak l-għan, l-awtorità determinanti għandha twettaq intervista personali dwar l-inammissibbiltà tal-applikazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu eċċezzjoni biss skont l-Artikolu 35 f'każijiet ta' applikazzjonijiet sussegwenti. [Em. 80]

2.  Il-paragrafu 1 għandu jkun bla preġudizzju għall-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru …/…. [ir-Regolament ta' Dublin].

3.   l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-uffiċjal tal-persunal tal-awtorità determinanti li jmexxi l-intervista dwar l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni ma jkunx liebes uniformi.[Em. 81]

Artikolu 32

Il-kunċett tal-ewwel pajjiż ta' ażil

Pajjiż jista' jkun kunsidrat bħala l-ewwel pajjiż ta' ażil għal applikant partikolari għall-  protezzjoni internazzjonali  jekk:

   (a) huwa kien ġie rikonoxxut f'dak il-pajjiż bħala rifuġjat u huwa għadu jista' jirrikorri għal dik il-protezzjoni; jew
   (b) huwa jgawdi, diversament, protezzjoni effettiva f'dak il-pajjiż, inkluż il-benefiċċju mill-prinċipju tan-non-refoulement; [Em. 82]
  

sakemm huwa jerġa' jitħalla jidħol f'dak il-pajjiż.

Fl-applikazzjoni tal-kunċett tal-ewwel pajjiż ta' ażil għaċ-ċirkostanzi partikolari ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali  l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-Artikolu 37 (1).

L-applikant huwa awtorizzat jikkontesta l-applikazzjoni tal-kunċett tal-ewwel pajjiż ta' ażil minħabba li l-imsemmi l-ewwel pajjiż ta' ażil ma jkunx sikur fis-sitwazzjoni partikolari tiegħu.[Em. 83]

▌ [Em. 84]

TAQSIMA III

▌ [Em. 85]

Artikolu 33

Il-kunċett ta' pajjiż ta' oriġini bla periklu

1.  Pajjiż terz indikat bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu konformement ma'  din id-Direttiva  jista“, wara eżami individwali tal-applikazzjoni, ikun kunsidrat bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu għal applikant partikolari biss jekk:

   (a) l-applikant ikollu ċ-ċittadinanza ta' dak il-pajjiż; jew
   (b) l-applikant ikun persuna apolida u kien, preċedentement, abitwalment residenti f'dak il-pajjiż;
   (c) u ma ppreżenta l-ebda raġuni serja sabiex il-pajjiż ma jiġix kunsidrat bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu fis-sens tal-kwalifikazzjoni tiegħu bħala rifuġjat  jew persuna eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja  skont id-[Direttiva …./../UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika].

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali regoli u modalitajiet ulterjuri għall-applikazzjoni tal-kunċett ta' pajjiż ta' oriġini bla periklu.

TAQSIMA IV

Artikolu 34

Applikazzjoni sussegwenti

1.  Fejn persuna li applikat għall- protezzjoni internazzjonali  fi Stat Membru tagħmel sottomissjonijiet ulterjuri jew applikazzjoni sussegwenti fl-istess Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu  jeżamina dawn is-sottomissjonijiet ulterjuri jew l-elementi tal-applikazzjoni sussegwenti fil-kuntest tal-eżami tal-applikazzjoni preċedenti jew fil-kuntest tal-eżami tad-deċiżjoni li tkun qiegħda tiġi riveduta jew appellata safejn l-awtorità determinanti tista' tieħu kont ta' u tikkunsidra l-elementi kollha li fuqhom ikunu bażati s-sottomissjonijiet ulterjuri jew l-applikazzjoni sussegwenti f'dan il-kuntest. [Em. 87]

2.  Għall-għan li tittieħed deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 30 (2) (d)  l-Istati Membri jistgħu japplikaw għall-proċedura speċifika kif issir referenza għaliha fil-paragrafu 3  ta' dan l-Artikolu , fejn persuna tagħmel applikazzjoni sussegwenti għall-  protezzjoni internazzjonali:

   (a) wara li l-applikazzjoni preċedenti tiegħu kienet ġiet irtirata taħt l-Artikolu  24;
   (b) wara li ttieħdet deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni preċedenti.

3.  Applikazzjoni sussegwenti għall-  protezzjoni internazzjonali  għandha tkun suġġetta l-ewwel għal eżami preliminari dwar jekk, wara li l-applikazzjoni preċedenti tkun ġiet irtirata jew wara li tkun intlaħqet id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2(b) dwar din l-applikazzjoni, tfaċċawx jew ġewx preżentati mill-applikant elementi jew konklużjonijiet ġodda relatati mal-eżami jekk huwa jikkwalifikax jew le bħala rifuġjat  jew persuna eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja  taħt id-Direttiva […./../UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika].

4.  Jekk, wara l-eżami preliminari msemmi fil-paragrafu 3 , jitfaċċaw jew jiġu preżentati mill-applikant elementi jew konklużjonijiet ġodda li jżidu sostanzjalment il-probabbiltà li l-applikant jikkwalifika bħala rifuġjat  jew persuna eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja  taħt id-Direttiva […./../UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika], l-applikazzjoni għandha tiġi eżaminata ulterjorment skont il-Kapitolu II.

5.  L-Istati Membri jistgħu, konformement mal-liġi nazzjonali, jeżaminaw ulterjorament applikazzjoni sussegwenti fejn ikun hemm raġunijiet oħra li jindikaw għaliex proċedura għandha tiġi istitwita mill-ġdid.

[Em. 88]

6.  Il-proċedura msemmija f'dan l-Artikolu tista' tkun applikabbli wkoll fil-każ ta' dipendenti li jippreżenta applikazzjoni, wara li huwa kien ta l-kunsens tiegħu skont l-Artikolu 6(4), li l-każ tiegħu ikun parti minn applikazzjoni magħmula f'ismu. F'dan il-każ l-eżami preliminari msemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jikkonsisti fl-eżami jekk hemmx xi fatti relatati mas-sitwazzjoni tad-dipendenti li jiġġustifikaw applikazzjoni separata.

7.  Jekk wara l-proċedura rigward l-applikazzjoni inizjali tkun intemmet skont il-paragrafu 2, il-persuna kkonċernata tippreżenta applikazzjoni ġdida għall-protezzjoni internazzjonali fl-istess Stat Membru qabel ma tkun rinforzata deċiżjoni ta' ritorn, u dik l-applikazzjoni l-ġdida ma twassalx għal eżaminazzjoni ulterjuri skont dan l-Artikolu, dak l-Istat Membru jista“: [Em. 113]

   (a) jagħmel eċċezzjoni lid-dritt li jibqa” fit-territorju, sakemm l-awtorità determinanti hija sodisfatta li deċiżjoni ta' ritorn mhux se twassal għall-refoulement diretta jew indiretta fi ksur tal-obbligi internazzjonali u Komunitarji ta' dak l-Istat Membru; u/jew
   (b) jipprovdi li l-applikazzjoni hi soġġetta għall-proċeura ta' inamissibbiltà skont dan l-Artikolu u l-Artikolu 30; u/jew
   (c) jipprovdu li proċedura ta' eżaminazzjoni tkun mgħaġġla skont l-Artikolu 28 (6) (i).

Fil-każijiet li ssir referenza għalihom fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mil-limiti taż-żmien ġeneralment applikabbli fil-proċeduri ta'ammissibbiltà u/jew mgħaġġla, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

8.  Fejn persuna li fir-rigward tagħha trid tiġi nfurzata deċiżjoni ta' trasferiment skont ir-Regolament (UE) [Nru …/…] [ir-Regolament ta' Dublin] tagħmel rappreżentazzjonijiet addizjonali jew applikazzjoni sussegwenti fl-Istat Membru li jitrasferixxi, dawk ir-rappreżentazzjonijiet jew applikazzjonijiet sussegwenti għandhom ikunu eżaminati mill-Istat Membru responsabli, kif definit f'dak ir-Regolament , skont din id-Direttiva.

Artikolu 35

Regoli proċedurali

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appikanti  għall-protezzjoni internazzjonali  li l-applikazzjoni tagħhom tkun suġġetta għal eżami preliminari skont l-Artikolu  34 igawdu l-garanziji previsti fl-Artikolu  11 (1).

2.  L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli fil-liġi nazzjonali dwar l-eżami preliminari skont l-Artikolu  34. Dawk ir-regoli jistgħu, inter alia:

   (a) jobbligaw lill-applikant konċernat sabiex jindika l-fatti u jissostanzja l-prova li jiġġustifikaw proċedura ġdida;
   (b) jippermettu li titwettaq eżaminazzjoni preliminari fuq il-bażi unika ta' sottomissjonijiet miktuba mingħajr intervista personali  , bl-eċċezzjoni tal-każijiet li ssir referenza għalihom fl-Artikoli 34 (6).

Il-kondizzjonijiet ma għandhomx jagħmlu impossibbli l-aċċess, fir-rigward tal-applikanti , għal proċedura ġdida u ma għandhomx jirriżultaw fit-tneħħija effettiva jew f'limitazzjoni serja ta' dan l-aċċess.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

   (a) l-applikant jiġi informat b'mod adegwat bl-eżitu tal-eżami preliminari u, f'każ li l-applikazzjoni ma tkunx sejra tiġi eżaminata ulterjorment, bir-raġunijiet u bil-possibbiltajiet ta' rikors għal appell jew għal reviżjoni tad-deċiżjoni;
   (b) fil-każ li tkun tapplika waħda mis-sitwazzjonijiet previsti fl-Artikolu  34(3) l-awtorità determinanti għandha teżamina ulterjorment l-applikazzjoni sussegwenti konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II mill-aktar fis possibbli.

TAQSIMA V

Artikolu 36

Proċeduri fuq il-fruntiera

1.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal proċeduri, konformement mal-prinċipji u mal-garanziji bażiċi tal-Kapitolu II, ta' teħid ta' deċiżjonijiet, fuq il-fruntiera jew f'żoni ta' tranżitu tal-Istat Membru dwar:

   (a) l-ammissibbiltà ta' applikazzjoni, skont l-Artikolu 30, magħmula f'postijiet bħal dawn; u/jew [Em. 89]
   (b) is-sustanza ta' applikazzjoni fi proċedura mgħaġġla skont l-Artikolu 28 (6).

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjoni meħuda fil-kuntest ta' proċeduri previsti fil-paragrafu 1 tittieħed fi żmien raġonevoli. Meta deċiżjoni ma tkunx ittieħdet fi żmien erba' ġimgħat, l-applikant għandu jitħalla jidħol fit-territorju tal-Istat Membru sabiex l-applikazzjoni tiegħu tiġi proċessata konformement mad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' din id-Direttiva. Il-fatt li l-applikanti jinżammu mal-fruntiera tal-Istati Membri jew fiż-żoni ta' tranżitu ta' dawn tal-aħħar huwa ekwivalenti għal detenzjoni skont l-Artikolu 22.[Em. 90]

3.  Fil-każijiet ta' wasliet li jinvolvu numru kbir ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew ta' persuni apolidi li jippreżentaw applikazzjonijiet għall-  protezzjoni internazzjonali  fuq il-fruntiera jew f'żona ta' tranżitu, li jagħmluha prattikament impossibbli li jiġu applikati hemmhekk dawk id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 , dawk il-proċeduri jistgħu jiġu wkoll applikati fejn u sa meta dawn iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi jkunu normalment akkommodati f'postijiet qrib il-fruntiera jew iż-żona ta' tranżitu.

TAQSIMA VI

Artikolu 37

Il-kunċett ta' pajjiżi terzi ▌ bla periklu

1.  Pajjiż terz jista' jkun kunsidrat bħala pajjiż terz bla periklu biss ▌fejn persuna li tkun qed tfittex il-protezzjoni internazzjonali tiġi trattata bi qbil mal-prinċipji u l-kundizzjonijiet li ġejjin fil-pajjiż terz ikkonċernat:

   (a) il-ħajja u l-libertà ma jkunux mhedda minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, is-sħubija f'xi grupp soċjali jew l-opinjoni politika;
   (b) m'hemmx riskju ta' dannu serju kif definit fid-[Direttiva …./../UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika];
   (c) jiġi rispettat il-prinċipju tan-non-refoulement skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra;
   (d) tkun rispettata l-projbizzjoni tal-espulsjoni ta' persuna, bi ksur tad-dritt tal-libertà mit-tortura u minn trattament krudili, inuman jew degradanti kif stabbilit fid-dritt internazzjonali;
   (e) teżisti l-possibilità li jintalab l-istatus ta' refuġjat jew forma kumplimentari oħra tal-protezzjoni komparabbli għal dik mogħtija skont [Direttiva .../... UE] [ id-Direttiva dwar il-Kwalifika] u, jekk jingħata tali status jew protezzjoni, biex tingħata protezzjoni komparabbli ma' dik mogħtija skont dik id-Direttiva;
   (f) ikun irratifika u josserva d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra mingħajr limitazzjonijiet ġeografiċi;
   (g) għandu stabbilita proċedura ta' ażil preskritta mil-liġi; u
   (h) ikun ġie indikat mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill skont il-paragrafu 2.

2.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, bi qbil mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jadottaw jew jemendaw lista komuni ta' pajjiżi terzi li għandhom ikunu kkunsidrati bħala pajjiżi terzi bla periklu għall-finijiet tal-paragrafu 1.

3.  L-Istati Membri konċernati għandhom jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali l-modalitajiet għall-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 u r-regoli li jeħtieġu:

   (a) konnessjoni bejn il-persuna li tfittex protezzjoni internazzjonali u l-pajjiż terz ikkonċernat li abbażi tagħha jkun raġonevoli li dik il-persuna tmur f'dak il-pajjiż;
   (b) regoli dwar il-metodoloġija li biha l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw ruħhom li l-kunċett tal-pajjiz terz bla periklu jista' jiġi applikat għal xi pajjiż partikolari jew għal xi applikant partikolari. Tali metodoloġija għandha tinkludi l-konsiderazzjoni, każ b'każ, tas-sikurezza tal-pajjiż għal applikant partikolari;
   (c) regoli konformi mad-dritt internazzjonali, li jippermettu eżami individwali li jiddetermina jekk pajjiż terz konċernat huwiex bla periklu għal applikant partikolari u li, bħala minimu, għandu jippermetti lill-applikant jikkontesta l-applikazzjoni tal-kunċett tal-pajjiż terz bla periklu fuq il-bażi li l-pajjiż terz huwa ta' periklu għaċ-ċirkustanzi partikolari tiegħu. L-applikant għandu jkun permess li jikkontesta l-eżistenza ta' konnessjoni bejnu u l-pajjiż terz skont il-punt (a);

4.  Meta jimplementaw deċiżjoni bażata ▌fuq dan l-Artikolu, l-Istati Membri konċernati għandhom ▌jinformaw lill-applikant dwar dan ▌.

5.  Fejn il-pajjiż terz bla periklu ma jippermettix id-dħul mill-ġdid tal-applikant għall-ażil, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jingħata aċċess għal proċedura konformement mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi deskritti fil-Kapitolu II.

6.   L-Istati Membri m'għandhomx jaħtru listi nazzjonali ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu u lanqas listi nazzjonali ta' pajjiżi terzi bla periklu.[Em. 91]

KAPITOLU IV

PROĊEDURI GĦALL-IRTIRAR TAL-PROTEZZJONI INTERNAZZJONALI

Artikolu 38

Irtirar tal-protezzjoni internazzjonali

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun jista' jinbeda eżami sabiex tiġi irtirata l-protezzjoni internazzjonali  ta' persuna partikolari meta jitfaċċaw elementi jew konklużjonijiet ġodda li jindikaw li hemm raġunijiet għar-rikonsiderazzjoni tal-validità tal-istatus tiegħu ta' protezzjoni internazzjonali.

Artikolu 39

Regoli proċedurali

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-awtorità kompetenti tkun qiegħda tikkunsidra li tirtira l-protezzjoni internazzjonali  ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew ta' persuna apolida skont l-Artikolu 14  jew Artikolu 19 tad-Direttiva […./../UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika], il-persuna konċernata għandha tgawdi mill-garanziji li ġejjin:

   (a) li tkun informata bil-miktub li l-awtorità kompetenti tkun qiegħda tikkunsidra mill-ġdid il-kwalifikazzjoni tagħha għall- protezzjoni internazzjonali u r-raġunijiet għal tali rikonsiderazzjoni; u
   (b) li tingħata l-opportunità sabiex tippreżenta, f'intervista personali skont l-Artikolu  11 (1) (b) u l-Artikoli  1314 u 15 jew f'dikjarazzjoni bil-miktub, raġunijiet għaliex ma għandhiex tiġi rtirata l-protezzjoni internazzjonali.

   (a) l-awtorità kompetenti tkun tista' tikseb informazzjoni preċiża u aġġornata minn sorsi varji, bħal, skont il-każ, mill-UNHCR  u l-Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-qasam tal-Ażil , rigward is-sitwazzjoni ġenerali li tkun attwalment teżisti fil-pajjiżi tal-oriġini tal-persuni konċernati; u
   (b) fejn tiġi miġbura informazzjoni dwar każ individwali għall-finijiet tar-rikonsiderazzjoni tal-protezzjoni internazzjonali  , din ma tiġix ottenuta mill-awtur jew awturi ta' persekuzzjoni  jew periklu serju  b'mod li jirriżulta li tali awtur jew awturi jiġu informati direttament bil-fatt li l-persuna konċernata tkun  benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali  li jkollu l-istatus tiegħu qiegħed jiġi kunsidrat mill-ġdid, jew li jipperikola l-integrità fiżika tal-persuna u tad-dipendenti tagħha, jew il-libertà u sigurtà tal-membri tal-familja tagħha li jkunu għadhom jgħixu fil-pajjiż tal-oriġini.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tirtira l-istatus ta' protezzjoni internazzjonali tiġi mogħtija bil-miktub. Ir-raġunijiet ta' fatt u ta' dritt għandhom jiġu dikjarati fid-deċiżjoni u l-informazzjoni dwar kif tiġi kontestata d-deċiżjoni għandha tingħata bil-miktub.

3.  Ladarba l-awtorità kompetenti tkun ħadet id-deċiżjoni sabiex tirtira l-protezzjoni internazzjonali , l-Artikolu 18, paragrafu 2, l-Artikolu 19, paragrafu 1 u l-Artikolu  26 għandhom ikunu ugwalment applikabbli.

4.  B'deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-protezzjoni internazzjonali  tintemm bil-liġi jekk il-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali  irrinunzja b'mod inekwivoku r-rikonoxximent tiegħu bħala  benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali.

KAPITOLU V

PROĊEDURI TA' APPELL

Artikolu 40

Id-dritt għal rimedju effettiv

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti għall-  protezzjoni internazzjonali  ikollhom id-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal, kontra dawn li ġejjin:

  (a) deċiżjoni meħuda dwar l-applikazzjoni tagħhom għall-  protezzjoni internazzjonali, inkluża deċiżjoni:
   (i) li tkun ikkunsidrata applikazzjoni bla bażi fir-rigward ta' status ta' rifuġjat u/jew status ta' protezzjoni sussidjarja,
   (ii) li permezz tagħha applikazzjoni tiġi kunsidrata bħala inammissibbli skont l-Artikolu  30,
   (iii) meħuda fuq il-fruntiera jew fiż-żoni ta' tranżitu ta' Stat Membru kif deskritt fl-Artikolu  36 (1),
   (iv) li ma jsirx eżami skont l-Artikolu 37;
   (b) rifjut li jinfetaħ mill-ġdid l-eżami ta' applikazzjoni wara li tkun ġiet rinunzjata skont l-Artikoli  24 u 25;
   (c) deċiżjoni li tirtira l-protezzjoni internazzjonali  skont l-Artikolu 39.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni rikonoxxuti mill-awtorità determinanti bħala eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja jkollhom id-dritt għall-soluzzjoni effettiva kif issir referenza għaliha fil-paragrafu 1 kontra deċiżjoni li tiġi kkunsidrata applikazzjoni bla bażi fir-rigward tal-istatus ta' rifuġjat.

Il-persuna kkonċernata għandha tkun intitolata għad-drittijiet u l-benefiċċji garantiti lill-benefiċjarji tal-protezzjoni sussidjarja skont id-Direttiva […./../UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika] fl-istennija tar-riżultat tal-proċeduri ta' appell.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rimedju effettiv li ssir referenza għalih fil-paragrafu 1 jipprovdi eżaminazzjoni sħiħa ta' kemm il-fatt kif ukoll tal-punti tad-dritt, inkluż eżaminazzjoni ex nunc tal-ħtiġijiet ta' protezzjoni internazzjonali skont id-Direttiva […./../KE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika], ta' mill-inqas fi proċeduri ta' appell quddiem qorti jew tribunal tal-prim'istanza.

4.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu termini ta' żmien minimi u regoli meħtieġa oħra għall-applikant sabiex jeżerċita d-dritt tiegħu għal rimedju effettiv skont il-paragrafu 1. [Em. 92]

L-Istati Membri għandhom jiffissaw limitu ta' żmien minimu ta' ħamsa u erbgħin jum ta' xogħol li matulhom l-applikanti jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal rimedju effettiv. Għall-applikanti suġġetti għall-proċedura mgħaġġla msemmija fl-Artikolu 28(6), l-Istati Membri għandhom jipprevedu limitu ta' żmien minimu ta' tletin jum ta' xogħol. Il-limiti ta' żmien m'għandhomx jagħmlu l-aċċess impossibbli jew eċċessivament diffiċli tal-applikanti għal rimedju effettiv skont il-paragrafu 1. L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu reviżjoni ex officio tad-deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikolu 36. [Em. 93]

5.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6, ir-rimedju provdut fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jkollu l-effett li jħalli l-applikanti jibqgħu fl-Istat Membru kkonċernat fl-istennija tar-riżultat.

6.  Fil-każ ta' deċiżjoni meħuda fil-proċedura mgħaġġla skont l-Artikolu 28 (6) u ta' deċiżjoni li applikazzjoni tkun ikkunsidrata inammissibbli skont l-Artikolu 30 (2) (d), u jekk, f'tali każijiet, id-dritt li tibqa' fl-Istat Membru fl-istennija tar-riżultat tar-rimedju mhuwiex previst taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali, qorti jew tribunal għandu jkollhom is-setgħa biex jiddeċiedu jekk l-applikant jistax jibqa' jew le fit-territorju tal-Istat Membru, jew fuq talba tal-applikant ikkonċernat jew billi jaġixxi minn jeddu. [Em. 94]

Dan il-paragrafu m'għandux japplika għall-proċeduri msemmija fl-Artikolu 36.

7.  L-Istati Membri għandhom iħallu lill-applikant jibqa' fit-territorju fl-istennija tar-riżultat tal-proċedura msemmija fil-paragrafu 6. Tista' ssir eċċezzjoni għal applikazzjonijiet sussegwenti li ma jwasslux għal eżami ulterjuri skont l-Artikoli 34 u 35, jekk tkun ittieħdet deċiżjoni ta' ritorn skont l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2008/115/KE, u għal deċiżjonijiet fil-proċedura skont l-Artikolu 37 jekk dan ikun previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.[Em. 117]

8.  Il-paragrafi 5, 6 u 7 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru …/…. [ir-Regolament ta' Dublin].

9.  L-Istati Membri  għandhom  jistabbilixxu termini ta' żmien għall-qorti jew tribunal skont il-paragrafu 1 sabiex tiġi eżaminata d-deċiżjoni tal-awtorità determinanti.

10.  Fejn applikant ikun ġie mogħti status li joffri l-istess drittijiet u benefiċċji taħt il-liġijiet nazzjonali u tal-Unjoni bħall-istatus ta' rifuġjat taħt id-Direttiva […./../UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika] , l-applikant jista' jkun kunsidrat li jkollu rimedju effettiv fejn qorti jew tribunal jiddeċiedi li r-rimedju skont il-paragrafu 1 ikun inammissibbli jew mingħajr il-probabbiltà li jirnexxi minħabba n-nuqqas ta' interess min-naħa tal-applikant li jkomplew l-proċedimenti.

11.  L-Istati Membri jistgħu wkoll jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali l-kondizzjonijiet li taħthom jista' jiġi assunt li l-applikant impliċitament irrinunzja jew abbanduna r-rimedju tiegħu skont il-paragrafu 1, flimkien mar-regoli dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 41

Kontestazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi

Din id-Direttiva ma tolqotx il-possibbiltà, għall-awtoritajiet pubbliċi, li jikkontestaw id-deċiżjonijiet amministrattivi u/jew ġudizzjarji kif previst fil-liġi nazzjonali.

Artikolu 42

Il-kunfidenzjalità

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet li jimplementaw din id-Direttiva jkunu marbuta bil-prinċipju tal-kunfidenzjalità, kif definit fil-liġi nazzjonali, fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni li jottjenu fil-kors tax-xogħol tagħhom.

Artikolu 43

Kooperazzjoni

L-Istati Membru għandhom kull wieħed minnhom jaħtru punt ta' kuntatt nazzjonali u jikkomunikaw l-indirizz tiegħu lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dik l-informazjoni lill-Istati Membri l-oħra kollha.

L-Istati Membri għandhom, f'għaqda mal-Kummissjoni, jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex tiġi stabbilita kooperazzjoni diretta u bdil ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 44

Rapport

Mhux aktar tard mill- […]  , il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni u l-ispiża finanzjarja ta' din id-Direttiva fl-Istati Membri u għandha tipproponi kull emenda li tkun meħtieġa. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha u d-data finanzjarja meħtieġa sabiex jitfassal dan ir-rapport. Wara li tippreżenta r-rapport, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva fl-Istati Membri mill-anqas kull sentejn. [Em. 95]

Artikolu 45

Traspożizzjoni

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikoli  sa mhux iktar tard minn […] . Għandhom  jikkomunikaw  minnufih lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet u tabella tal-korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva  .

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi mal-Artikolu 28 (3) sa (9)[]. Minn hemm 'il quddiem għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. [Em. 96]

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Għandhom ukoll jinkludu dikjarazzjoni li fiha jingħad li referenzi għad-Direttiva mħassra minn din id-Direttiva fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif tali referenza għandha tiġi magħmula u kif tali dikjarazzjoni għandha tiġi mfassla. 

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet  ewlenin  tal-liġi nazzjonali kopert minn din id-Direttiva  u tabella li tindika l-korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva .

Artikolu 46

Dispożizzjonijiet tranżitorji

L-Istati Membi għandhom japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi stabbiliti fis-subparagrafu 1 tal-Artikolu 45 fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-  proċedura internazzjonali  wara l-  […]  u fir-rigward tal-proċeduri għall-irtirar tal-  protezzjoni internazzjonali  li jkunu mibdija wara l- […] . L-applikazzjonijiet ppreżentati qabel […] u l-proċeduri għall-irtirar tal-istatus ta' rifuġjat mibdija qabel […] għandhom ikunu governati mil-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi skont id-Direttiva 2005/85/KE. 

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi stabbiliti fis-subparagrafu 2 tal-Artikolu 45 dwar l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentati wara […]. L-applikazzjonijiet ippreżentati qabel […].għandhom ikunu governati mil-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi skont id-Direttiva 2005/85/KE. 

Artikolu 47

Revoka

Id-Direttiva 2005/85/KE hi mħassra bis-seħħ minn [jum wara d-data stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45 ta' din id-Direttiva], mingħajr preġudizzju tal-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward għall-limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva stabbilita fl-Anness II, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 48

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara  dak tal-  pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikoli [...] għandhom japplikaw minn [jum wara d-data stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45].

Artikolu 49

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi […]

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

Definizzjoni tal-“awtorità determinanti”

Meta timplementa d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, l-Irlanda tista“, safejn ikunu għadhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17(1) tar-Refugee Act 1996 (kif emendat), tikkonsidra li:

   ”l-awtorità determinanti' prevista fl-Artikolu 2 (f) ta' din id-Direttiva, safejn ikun konċernat l-eżami dwar jekk l-applikant għandu jew, skont il-każ, ma għandux jiġi dikjarat bħala rifuġjat, għandha tfisser l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Applikazzjonijiet ta' Rifuġjati; u
   “deċiżjonijiet fl-istadju ta' prim'istanza” previsti fl-Artikolu 2 (f) ta' din id-Direttiva għandhom jinkludu rakkommandazzjonijiet tal-Kummissarju għall-Applikazzjonijiet ta' Rifuġjati dwar jekk applikant għandu jew, skont il-każ, ma għandux jiġi dikjarat bħala rifuġjat.

L-Irlanda tinnotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe emenda li ssir lid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17(1) tar-Refugee Act 1996 (kif emendat).
▌ [Em. 85]

ANNESS II

Parti A

Direttiva Mħassra

(imsemmija fl-Artikolu 47)

Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE

(ĠU L 326, 13.12.2005, p. 13)

Parti B

Limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 48)

Direttiva

Limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni

2005/85/KE

L-ewwel data tal-għeluq l-1 ta' Diċembru 2007

It-tieni data tal-għeluq l-1 ta' Diċembru 2008

ANNESS III

Tabella ta' Korrelazzjoni(10)

Direttiva 2005/85/KE

Id-Direttiva preżenti

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2 (a)

Artikolu 2 (a)

Artikolu 2 (b)

Artikolu 2 (b)

Artikolu 2 (c)

Artikolu 2 (c)

-

Artikolu 2 (d)

Artikolu 2 (d)

Artikolu 2 (e)

Artikolu 2 (e)

Artikolu 2 (f)

Artikolu 2 (f)

Artikolu 2 (g)

-

Artikolu 2 (h)

-

Artikolu 2 (i)

Artikolu 2 (g)

Artikolu 2 (j)

-

Artikolu 2 (k)

-

Artikolu 2 (l)

Artikolu 2 (h)

Artikolu 2 (m)

Artikolu 2 (i)

Artikolu 2 (n)

Artikolu 2 (j)

Artikolu 2 (o)

Artikolu 2 (k)

Artikolu 2 (p)

Artikolu 3 (1)

Artikolu 3 (1)

Artikolu 3 (2)

Artikolu 3 (2)

Artikolu 3 (3)

-

Artikolu 3 (4)

Artikolu 3 (3)

Artikolu 4(1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(1) it-tieni subparagrafu

-

-

Artikolu 4 (2)

Artikolu 4 (2)

Artikolu 4 (3)

Artikolu 4 (3)

Artikolu 4 (4)

-

Artikolu 4 (5)

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6 (1)

-

-

Artikolu 6 (1)

-

Artikolu 6 (2)

Artikolu 6 (2)

Artikolu 6 (3)

Artikolu 6 (3)

Artikolu 6 (4)

-

Artikolu 6 (5)

-

Artikolu 6 (6)

Artikolu 6 (4)

Artikolu 6 (7)

Artikolu 6 (5)

-

-

Artikolu 6 (8)

-

Artikolu 6 (9)

-

Artikolu 7 (1) sa (3)

Artikolu 7 (1)

Artikolu 8 (1)

Artikolu 7 (2)

Artikolu 8 (2)

-

Artikolu 8 (3)

Artikolu 8 (1)

Artikolu 9 (1)

-

Artikolu 9 (2)

Artikolu 8 (2) (a)

Artikolu 9 (3) (a)

Artikolu 8 (2) (b)

Artikolu 9 (3) (b)

Artikolu 8 (2) (c)

Artikolu 9 (3) (c)

-

Artikolu 9 (3) (d)

Artikolu 8 (3)

Artikolu 9 (4)

Artikolu 8 (5)

Artikolu 9 (5)

Artikolu 9 (1)

Artikolu 10 (1)

Artikolu 9 (2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 10 (2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 9 (2), it-tieni subparagrafu

-

Artikolu 9 (3)

Artikolu 10 (3)

-

Artikolu 10 (4)

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12 (1)

Artikolu 13 (1)

Artikolu 12 (2) (a)

Artikolu13 (2) (a)

Artikolu 12 (2) (b)

-

Artikolu 12 (2) (c)

-

Artikolu 12 (3)

Artikolu 13 (2) (b)

Artikolu 12 (4) sa (6)

Artikolu 13 (3) sa (5)

Artikolu 13 (1) u (2)

Artikolu 14 (1) u (2)

Artikolu 13 (3) (a)

Artikolu 14 (3) (a)

-

Artikolu 14 (3) (b)

Artikolu 13 (3) (b)

Artikolu 14 (3) (c)

-

Artikolu 14 (3) (d)

-

Artikolu 14 (3) (e)

Artikolu 13 (4)

Artikolu 14 (4)

Artikolu 13 (5)

-

-

Artikolu 15

Artikolu 14

-

-

Artikolu 16

-

Artikolu 17

Artikolu 15 (1), (2) u (3) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 18 (1), (2) u (3) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 15 (3) (a)

-

Artikolu 15 (3) (b)

Artikolu 18 (3) (a)

Artikolu 15 (3) (c)

Artikolu 18 (3) (b)

Artikolu 15 (3) (d)

-

Artikolu 15 (3) it-tieni subparagrafu

-

Artikolu 18 (3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 15 (4)

Artikolu 18 (4)

-

Artikolu 18 (5)

Artikolu 15 (5)

Artikolu 18 (6)

Artikolu 15 (6)

Artikolu 18 (7)

Artikolu 18 (8)

Artikolu 16 (1)

Artikolu 19 (1)

Artikolu 16 (2)

Artikolu 19 (2)

-

Artikolu 19 (3)

Artikolu 16 (3)

Artikolu 19 (4)

Artikolu 16 (4)

Artikolu 19 (4)

-

Artikolu 20 (1) sa (3)

Artikolu 17 (1)

Artikolu 21 (1)

Artikolu 17 (2) (a)

Artikolu 21 (2) (a)

Artikolu 17 (2) (b)

-

Artikolu 17 (2) (c)

Artikolu 21 (2) (b)

Artikolu 17 (3)

-

Artikolu 17 (4)

Artikolu 21 (3)

-

Artikolu 21 (4)

Artikolu 17 (5)

Artikolu 21 (5)

-

Artikolu 21 (6)

Artikolu 17 (6)

Artikolu 21 (7)

Artikolu 18

Artikolu 22

Artikolu 19

Artikolu 23

Artikolu 20

Artikolu 24

Artikolu 20 (1) (a) u (b)

Artikolu 24 (1) (a) u (b)

Artikolu 20 (2)

Artikolu 24 (2)

-

Artikolu 24 (3)

Artikolu 21

Artikolu 25

Artikolu 22

Artikolu 26

Artikolu 23

Artikolu 27

Artikolu 23 (1)

Artikolu 27 (1)

Artikolu 23 (2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 27 (2)

Artikolu 23 (2), it-tieni subparagrafu

-

-

Artikolu 27 (3)

-

Artikolu 27 (4)

Artikolu 23 (3)

Artikolu 27 (5)

Artikolu 23 (4)

Artikolu 27 (6)

Artikolu 23 (4) (a)

Artikolu 27 (6) (a)

Artikolu 23 (4) (b)

-

Artikolu 23 (4) (c) (i)

Artikolu 27 (6) (b)

Artikolu 23 (4) (c) (ii)

-

Artikolu 23 (4) (d)

Artikolu 27 (6) (c)

Artikolu 23 (4) (e)

-

Artikolu 23 (4) (f)

Artikolu 27 (6) (d)

Artikolu 23 (4) (g)

-

Artikolu 23 (4) (h)

-

Artikolu 23 (4) (i)

-

Artikolu 23 (4) (j)

Artikolu 27 (6) (f)

Artikolu 23 (4) (k) sa (n)

-

Artikolu 23 (4) (o)

Artikolu 27 (6) (e)

-

Artikolu 27 (7)

-

Artikolu 27 (8)

-

Artikolu 27 (9)

-

Artikolu 28

Artikolu 24

-

Artikolu 25

Artikolu 29

Artikolu 25 (1)

Artikolu 29 (1)

Artikolu 25 (2) (a) sa (c)

Artikolu 29 (2) (a) sa (c)

Artikolu 25 (2) (d) u (e)

-

Artikolu 25 (2) (f) u (g)

Artikolu 29 (2) (d) u (e)

-

Artikolu 30

Artikolu 26

Artikolu 31

Artikolu 27

Artikolu 32

Artikolu 27 (1) (a)

Artikolu 32 (1) (a)

-

Artikolu 32 (1) (b)

Artikolu 27 (1) (b) sa (d)

Artikolu 32 (1) (c) sa (e)

Artikolu 27 (2) sa (5)

Artikolu 32 (2) sa (5)

Artikolu 28

-

Artikolu 29

-

Artikolu 30

Artikolu 33

Artikolu 30 (2) sa (4)

-

-

Artikolu 33 (2)

Artikolu 30 (5)

Artikolu 33 (3)

Artikolu 30 (6)

Artikolu 33 (4)

Artikolu 31

Artikolu 34

Artikolu 31 (2)

-

Artikolu 31 (3)

Artikolu 34 (2)

Artikolu 32 (1) sa (7)

Artikolu 35 (1) sa (7)

-

Artikolu 35 (8) u (9)

Artikolu 33

-

Artikolu 34

Artikolu 36

Artikolu 34 (1) u (2) (a)

Artikolu 36 (1) u (2) (a)

Artikolu 34 (2) (b)

-

Artikolu 34 (2) (c)

Artikolu 36 (2) (b)

Artikolu 34 (3) (a) u (b)

Artikolu 36 (3) (a) u (b)

Artikolu 35 (1)

Artikolu 37 (1) (a)

-

Artikolu 37 (1) (b)

Artikolu 35 (2) u (3) (a) sa (f)

-

Artikolu 35 (4)

Artikolu 37 (2)

Artikolu 35 (5)

Artikolu 37 (3)

Artikolu 36(1) sa (2)(c)

Artikolu 38(l) sa 2(c)

Artikolu 36(2)(d)

Artikolu 36(3)

Artikolu 36(4)

Artikolu 38(3)

Artikolu 36(5)

Artikolu 38(4)

Artikolu 36(6)

Artikolu 38(5)

Artikolu 36(7)

Artikolu 37

Artikolu 39

Artikolu 38

Artikolu 40

Artikolu 39

Artikolu 41

Artikolu 39 (1) (a)

Artikolu 41 (1) (a)

-

Artikolu 41 (1) (a) (i)

Artikolu 39 (1) (a) (i)

Artikolu 41 (1) (a) (ii)

Artikolu 39 (1) (a) (ii)

Artikolu 41 (1) (a) (iii)

Artikolu 39 (1) (a) (iii)

-

Artikolu 39 (1) (b)

Artikolu 41 (1) (b)

Artikolu 39 (1) (c) u (d)

-

Artikolu 39 (1) (e)

Artikolu 41 (1) (c)

-

Artikolu 41 (2) u (3)

Artikolu 39 (2)

Artikolu 41 (4)

Artikolu 39 (3)

-

-

Artikolu 41 (5) sa (8)

Artikolu 39 (4)

Artikolu 41 (9)

Artikolu 39 (5)

Artikolu 41 (10)

Artikolu 39 (6)

Artikolu 41 (11)

Artikolu 40

Artikolu 42

Artikolu 41

Artikolu 43

-

Artikolu 44

Artikolu 42

Artikolu 45

Artikolu 43

Artikolu 46

Artikolu 44

Artikolu 47

-

Artikolu 48

Artikolu 45

Artikolu 49

Artikolu 46

Artikolu 50

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Anness III

-

-

Anness III

-

Anness IV

(1) ĠU C 18, 19.1.2011, p. 85.
(2) ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.
(3) ĠU C 87 E, 1.4.2010, p. 10.
(4)1 ĠU C 18, 19.1.2011, p. 85.
(5)2 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2011.
(6) ĠU L 326, 13.12.2005, p. 13.
(7) ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98.
(8) ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1.
(9) Sentejn mid-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva.
(10)1 It-Tabella ta' Korrelazzjoni ma ġietx aġġornata.


L-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu ***I
PDF 287kWORD 34k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istatistiċi Ewropej dwar it-turiżmu (COM(2010)0117 – C7-0085/2010 – 2010/0063(COD))
P7_TA(2011)0137A7-0329/2010

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0117),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0085/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-kontributi mill-Assemblea tar-Repubblika tal-Portugall u mis-Senat Taljan dwar l-abbozz ta' att leġiżlattiv,

–   wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-22 ta' Marzu 2011, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0329/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' April 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE

P7_TC1-COD(2010)0063


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 692/2011.)


Miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar ***I
PDF 290kWORD 36k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (COM(2010)0145 – C7-0107/2010 – 2010/0080(COD))
P7_TA(2011)0138A7-0017/2011

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0145),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0107/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-kontributi li tressqu mill-Assemblea tar-Repubblika tal-Protugall u mis-Senat Taljan dwar l-abbozz ta' att leġiżlattiv,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta' Lulju 2010(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tal-11 ta' Marzu 2011 li tiġi approvata l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0017/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Isejjaħ lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha b'mod sostanzjali jew tibdilha b'test ieħor;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' April 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar

P7_TC1-COD(2010)0080


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 693/2011.)

(1) ĠU C 44, 11.2.2011, p. 171.


Sajd - Miżuri tekniċi tranżitorji ***I
PDF 291kWORD 37k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 li jistabbilixxi miżuri tekniċi tranżitorji mill-1 ta' Jannar 2010 sat-30 ta' Ġunju 2011 (COM(2010)0488 – C7-0282/2010 – 2010/0255(COD))
P7_TA(2011)0139A7-0024/2011

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0488),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0282/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Jannar 2011(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tad-9 ta' Marzu 2011 li tiġi approvata l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0024/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Posizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' April 2011 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 li jistabbilixxi miżuri tekniċi tranżitorji mill-1 ta' Jannar 2010 sat-30 ta' Ġunju 2011

P7_TC1-COD(2010)0255


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 579/2011.)

(1) ĠU C 84, 17.3.2011, p. 47.


Estimi tad-dħul u tan-nefqa għall-2012 - Taqsima I - Il-Parlament
PDF 365kWORD 58k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2011 dwar l-estimi tad-dħul u tan-nefqa tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2012 - Taqsima I - Il-Parlament Ewropew (2011/2018(BUD))
P7_TA(2011)0140A7-0087/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2011 dwar il-linji gwida għall-proċedura baġitarja 2012 – it-Taqsimiet I, II, IV, V, VI, VII, VIII, IX u X(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali lill-Bureau bl-għan li jitħejja l-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2012,

–  wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-estimi mħejji mill-Bureau fit-23 ta' Marzu 2011 skont l-Artikoli 23(7) u 79(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-estimi mħejji mill-Kumitat għall-Baġits skont l-Artikolu 79(2) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati (A7-0087/2011),

A.  billi s-sitwazzjoni finanzjarja, ekonomika u soċjali attwali tal-Unjoni tobbliga lill-istituzzjonijiet jirreaġixxu bil-kwalità u bl-effiċjenza meħtieġa u li jimpjegaw proċeduri ta' ġestjoni stretti sabiex jiġi żgurat li jinkiseb l-iffrankar; iqis li dan l-iffrankar għandu jinvolvi linji baġitarji relatati mal-Membri tal-Parlament Ewropew,

B.  billi l-istituzzjonijiet għandhom ikunu pprovduti b'riżorsi biżżejjed, għalkemm fil-kuntest ekonomiku attwali dawn ir-riżorsi għandhom jiġu ġestiti b'rigorożità u b'effiċjenza,

C.  billi huwa partikolarment mixtieq li l-Kumitat għall-Baġits u l-Bureau jkomplu bil-kooperazzjoni msaħħa tul il-proċedura baġitarja annwali skont l-Artikoli 23 u 79 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, li jipprevedu li l-Bureau ikun responsabbli biex jieħu deċiżjonijiet finanzjarji, organizzattivi u amministrattivi dwar l-organizzazzjoni interna tal-Parlament kif ukoll biex ifassal l-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament u li l-Kumitat għall-Baġits huwa responsabbli għar-rapport lill-plenarja dwar l-estimi baġitarji tal-Parlament fil-kuntest tal-proċedura annwali,

D.   billi l-prerogattivi tal-plenarja biex jiġu adottati l-estimi u l-baġit finali se jinżammu għal kollox skont it-Trattat u r-Regoli ta' Proċedura,

E.   billi laqgħa ta' prekonċiljazzjoni bejn id-delegazzjonijiet tal-Bureau u tal-Kumitat għall-Baġits seħħet fil-15 u fit-22 ta' Marzu 2011;

F.  billi f'ittra riċenti, il-Kummissarju responsabbli għall-baġit stieden lill-istituzzjonijiet kollha jagħmlu l-isforzi kollha possibbli biex tiġi limitata n-nefqa fit-tħejjija tal-estimi tagħhom tan-nefqa għall-Abbozz ta' Baġit 2012;

Il-qafas ġenerali u l-baġit globali

1.  Jilqa' l-kooperazzjoni bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits, li s'issa kienet tajba, matul il-proċedura baġitarja attwali u l-ftehim bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits waqt il-prekonċiljazzjoni tiegħu fit-22 ta' Marzu 2011;

2.  Jinnota li l-livell tal-Abbozz Preliminari tal-Estimi għall-baġit 2012, kif issuġġerit mis-Segretarju Ġenerali lill-Bureau, jammonta għal EUR 1 773 560 543, li jirrappreżenta 20.26% tal-intestatura 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali (MFF); jinnota li r-rata taż-żieda ssuġġerita hija 5.20% aktar mill-baġit 2011;

3.  Jilqa' l-fatt li l-Bureau kiseb iffrankar fl-Abbozz Preliminari tal-Estimi tiegħu għall-Baġit 2012, kif adottat fil-laqgħa tiegħu tat-23 ta' Marzu 2011 wara l-prekonċiljazzjoni tiegħu mal-Kumitat għall-Baġits, meta mqabbel mal-Abbozz Preliminari tal-Estimi kif propost oriġinarjament; jikkonferma l-proposta tal-Bureau u jistabbilixxi l-livell globali tal-Abbozz tal-Estimi għall-2012 fil-livell ta' EUR 1 724 575 043, li jirrappreżenta 19.70% tal-intestatura 5 tal-MFF; jinnota li r-rata taż-żieda ssuġġerita hija 2.30% aktar mill-baġit 2011;

4.  Jitlob li jsir rieżami fit-tul tal-baġit tal-Parlament; jitlob li jiġi identifikat iffrankar potenzjali ġejjieni biex jitnaqqsu l-ispejjeż u jinħolqu riżorsi għat-tħaddim fuq perjodu twil ta' żmien tal-Parlament bħala parti mill-awtorità leġiżlattiva;

5.  Jerġa' jafferma li, fid-dawl tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u baġitarji diffiċli fl-Istati Membri, il-Parlament għandu juri r-responsabilità baġitarja u l-awtokontroll tiegħu billi jibqa' taħt ir-rata ta' inflazzjoni attwali(4); skont l-orjentament interistituzzjonali, il-ħtiġijiet relatati mat-tkabbir għandhom jiġu integrati permezz ta' ittra ta' emenda jew ta' baġit emendatorju; anke l-ħtiġijiet għat-18-il MPE ġdid b'segwitu għat-Trattat ta' Lisbona se jiġu intergrati permezz ta' ittra ta' emenda jew ta' baġit emendatorju;

6.  Barra minn hekk iħeġġeġ lill-amministrazzjoni biex tippreżenta valutazzjoni oġġettiva tal-baġit tal-Parlament bl-għan li jiġi identifikat l-iffrankar kollu possibbli u biex tippreżenta din il-valutazzjoni lill-Kumitat għall-Baġits biżżejjed qabel it-tmiem tal-proċedura baġitarja;

7.  Ifakkar li l-limitu massimu għall-intestatura 5 tal-MFF għall-baġit tal-UE fl-2012 huwa EUR 8 754 miljun;

8.  Huwa tal-fehma li l-Parlament u l-istituzzjonijiet l-oħra għandhom juru responsabilità baġitarja u awtokontroll fil-kuntest ta' kriżi ekonomika u tal-piż tqil tad-dejn pubbliku, kif ukoll trażżin fi żminijiet ta' sforzi ta' konsolidazzjoni baġitarja nazzjonali li għadhom għaddejjin, mingħajr ma jdgħajfu l-għan tal-eċċellenza leġiżlattiva;

Kwistjonijiet speċifiċi

9.  Iħeġġeġ lill-Bureau japplika approċċ strett rigward il-ġestjoni tar-riżorsi umani qabel l-istabbiliment ta' karigi ġodda fil-Parlament;

10.  Jikkunsidra li l-isforzi li għaddejjin bħalissa biex jiġu mmodernizzati u rrazzjonalizzati l-amministrazzjoni u l-proposti għall-2012 għandhom jikkontribwixxu għal tnaqqis fil-forniment ta' servizzi esterni u jistenna li hawn isir iffrankar sinifikanti sabiex jinkiseb livell ta' nfiq komparabbli mill-inqas għal dak tal-2010;

11.  Jilqa' l-proposta tas-Segretarju Ġenerali li titkompla l-implimentazzjoni tal-politika ambjentali tal-Parlament, li tinbeda kampanja ta' informazzjoni, li jingħata appoġġ għall-istrateġija multiannwali tal-ICT u li tkompli tiġi mmodernizzata u rrazzjonalizzata l-amministrazzjoni;

12.  L-isforzi biex tiġi mmodernizzata u rrazzjonalizzata l-amministrazzjoni għandhom jinkludu wkoll is-sigurtà tal-Parlament; jitlob riżerva ta' EUR 3 miljun, li tiġi rilaxxata fuq preżentazzjoni ta' kunċett vijabbli għal titjib u pjani tal-ispejjeż; ifakkar mir-riżoluzzjoni hawn fuq imsemmija tad-9 ta' Marzu 2011, li għandu jiġi implimentat rieżami bir-reqqa dwar jekk id-dritt għal libertà ta' aċċess għaċ-ċittadini Ewropej biex jiltaqgħu mar-rappreżentanti Ewropej tagħhom jistax jitqabbel b'mod aktar effikaċi mal-ħtieġa urġenti li tiġi provduta sigurtà għal dawk li jaħdmu fl-istituzzjonijiet; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta rapport ta' dan it-tip sat-30 ta' Ġunju 2011;

13.  Ifakkar fl-importanza tal-punti kollha msemmija fil-linji gwida għall-baġit 2012 bħall-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-applikazzjonijiet tas-softwer inklużi l-istrateġija diġitali b'rabta mal-għodda Web 2.0 u n-netwerks soċjali, is-sistema tal-“cloud computing” u l-Wifi, il-politika tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, is-sistema tal-ġestjoni tal-għarfien, it-traduzzjoni u l-interpretazzjoni, il-politika ambjentali u l-EMAS u politika attiva ta' kontra d-diskriminazzjoni;

14.  Iqis li fl-implimentazzjoni tal-baġit 2012 għandu jintlaħaq aktar iffrankar billi jitnaqqas il-konsum, b'mod partikolari tal-ilma, tal-elettriku u tal-karti u li għandu jsir sforz biex jitnaqqsu l-ispejjeż tat-trasport relatati mal-missjonijiet u mal-ivvjaġġar uffiċjali;

15.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' tagħrif kostanti u mqassam b'mod indaqs liċ-ċittadini Ewropej u jitlob l-amministrazzjoni tiegħu tissorvelja b'mod kostanti l-postijiet eżistenti u potenzjali għall-uffiċċji ta' informazzjoni tiegħu, b'mod partikolari fejn l-akkomodazzjoni tiġi offruta mingħajr ħlas;

16.  Jirrikjedi li jitwettaq rieżami metikoluż tar-rabtiet attwali bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali bil-ħsieb li jinkixef kif jistgħu jitjiebu l-kuntatti settorjali bejn il-kumitati parlamentari fil-Parlament Ewropew u l-Istati Membri biex jinħoloq djalogu aktar sostantiv u sodisfaċenti;

Bini li qed jinbena

17.  Ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu, espressa fir-riżoluzzjoni hawn fuq imsemmija tad-9 ta' Marzu 2011; iqis li ħlas bikri, bil-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż ta' finanzjament, jibqa' waħda mill-prijoritajiet ewlenin għall-ġejjieni; jitlob f'dan il-kuntest li jsir l-aħjar użu possibbli mir-riżorsi baġitarji, mill-iżvilupp ta' strateġija fuq perjodu medju u twil ta' żmien li tfittex li ssib l-aħjar soluzzjoni kif ukoll jitqies il-bżonn li jkunu valutati possibilitajiet diversi u possibilitajiet ta' finanzjament alternattivi filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji tat-trasparenza u tal-ġestjoni finanzjarja soda;

18.  Ifakkar li l-Parlament Ewropew se jikkunsidra finanzjament addizzjonali biss fuq il-bażi ta' tagħrif meħtieġ marbut ma' (1) l-ammont u s-sorsi tal-mezzi mistennija ta' finanzjament, (2) it-tagħrif addizzjonali dwar l-implikazzjonijiet legali, u sakemm (3) id-deċiżjonijiet kollha marbuta mal-proġett ikunu soġġetti għal proċedura ta' teħid tad-deċiżjonijiet xierqa li tiżgura dibattitu miftuħ u trasparenti; jieħu nota tal-istima tal-ispiża totali għat-twaqqif tad-Dar tal-Istorja Ewropea, l-istima tal-ispejjeż kurrenti u l-ħtiġijiet ta' persunal; jitlob lill-Bureau jnaqqas l-istima tal-ispejjeż kurrenti; jitlob - sabiex jinżamm djalogu trasparenti u li jħalli l-frott mal-partijiet involuti - li jiġi ppreżentat bi pjan kummerċjali li jispjega l-istrateġija kummerċjali fit-tul tad-Dar tal-Istorja Ewropea u jitlob li jiġi mgħarraf malajr kemm jista' jkun dwar il-proġett tal-bini skont l-Artikolu 179(3) tar-Regolament Finanzjarju; jipproponi riżerva ta' EUR 2 miljun sakemm jirċievi dak il-pjan kummerċjali;

19.  Ma jappoġġax il-ħolqien ta' linja baġitarja ġdida f'dan l-istadju speċifikament għad-Dar tal-Istorja Ewropea; jitlob għalhekk li l-EUR 1 miljun li diġà ġie allokat għall-partita l-ġdida “3247” (Dar tal-Istorja Ewropea) jiġi ttrasferit fil-kapitolu 101 (riżerva ta' kontinġenza); iqis madankollu li kwalunkwe ħolqien ta' tali linja għandu jkun parti minn proċedura trasparenti u għandu jkun approvat mill-awtorità tal-baġit;

Kunsiderazzjonijiet aħħarin

20.  Jadotta l-estimi għas-sena finanzjarja 2012 u jfakkar li l-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar l-Abbozz tal-Baġit, kif modifikat mill-Kunsill, se sseħħ f'Ottubru 2011, skont il-proċedura stipulata fit-Trattat;

o
o   o

21.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u l-estimi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(2) ĠU C 139, 14.6.2006, p.1.
(3) Testi adottati, P7_TA(2011)0088.
(4) Stqarrija għall-istampa tal-Eurostat 41/2011, 16 ta' Marzu 2011.


Politika Ewropea futura ta' investiment internazzjonali
PDF 315kWORD 79k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2011 dwar il-politika Ewropea futura ta' investiment internazzjonali (2010/2203(INI))
P7_TA(2011)0141A7-0070/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tas-7 ta' Lulju 2010 bit-titolu “Lejn politika komprensiva ta' investiment internazzjonali Ewropew” (COM(2010)0343), kif ukoll il-Proposta tal-Kummissjoni tas-7 ta' Lulju 2010 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi arranġamenti tranżizzjonali għal ftehimiet bilaterali ta' investiment bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (COM(2010)0344),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 bit-titolu “Ewropa 2020 - Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020), u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni tad-9 ta' Novembru 2010 bit-titolu “Kummerċ, Tkabbir u Affarijiet Dinjija - Il-Politika tal-Kummerċ bħala element prinċipali mill-istrateġija tal-UE 2020” (COM(2010)0612),

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2010 dwar politika Ewropea komprensiva ta' investiment internazzjonali,

–  wara li kkunsidra l-Linji gwida aġġornati tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali,

–  wara li kkunsidra l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar każijiet fejn l-Istati Membri naqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom, u partikolarment is-sentenza tat-3 ta' Marzu 2009 fil-kawża l-Kummissjoni v l-Awstrija (Kawża C–205/06), is-sentenza tat-3 ta' Marzu 2009 fil-kawża l-Kummissjoni v l-Isvezja (Kawża C–249/06), u s-sentenza tad-19 ta' Novembru 2009 fil-kawża l-Kummissjoni v il-Finlandja (Kawża C–118/07),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7–0070/2011),

A.  billi t-Trattat ta' Lisbona ġab l-investiment barrani dirett (IBD) taħt kompetenza esklussiva tal-UE, kif stipulat fl-Artikoli 3(1)(e), 206 u 207 tat-Tratatt dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

B.  billi mill-1959 aktar minn 1 200 trattat bilaterali ta' investiment (TBI) ġew konklużi mill-Istati Membri fl-livell bilaterali u kważi 3 000 TBI ġew konklużi b' kollox,

C.  billi huwa ġeneralment rikonoxxut li investiment “il ġewwa jista” jtejjeb l-kompetittività tal-pajjiżi ospitanti iżda l-għajnuna ta' aġġustament għal ħaddiema b'livell baxx ta' ħiliet tista' tkun meħtieġa fil-każ ta' investimet “il barra; billi hija r-responsabbiltà ta' kwalunkwe gvern li jħeġġeġ l-impatti tal-investimenti li huma ta' benefiċċju filwaqt li jipprevjeni kwalunkwe effetti ta' ħsara,

D.  billi l-Artikoli 206 u 207 tat-TFUE ma joffrux definizzjoni tal-IBD, filwaqt li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea(1) speċifikat it-tifsira tagħha tat-terminu IBD, fuq il-bażi ta' tliet kriterji: għandu jiġi kkunsidrat bħala investiment fit-tul, li jirrappreżenta tal-anqas 10% tal-kapital ta' ekwità/tal-ishma tal-kumpanija affiljata u għandu jipprovdi kontroll maniġerjali tal-operazzjonijiet tal-kumpanija affiljata lill-investitur, billi din id-definizzjoni taqbel ma' dawk tal-FMI u l-OECD u tmur kontra, b'mod partikolari, l-investimenti ta' portafoll u d-drittijiet tal-proprjetà intelletwali; billi huwa diffiċli li ssir distinzjoni ċara bejn l-IBD u l-investimenti ta' portafoll u se jkun diffiċli wkoll li tiġi adottata definizzjoni legali stretta tal-prattiki tal-investituri fid-dinja reali,

E.  billi xi Stati Membri jużaw definizzjonijiet wiesgħa tat-terminu “investitur barrani”, fejn sempliċi indirizz postali huwa biżżejjed biex bih tiġi determinata n-nazzjonalità ta' intrapriża, u billi dan ta l-opportunità lil xi intrapriżi biex jistitwixxu kawżi kontra pajjiżhom stess permezz ta' TBI iffirmati minn pajjiżi terzi, u billi kwalunkwe kumpanija għandha tkun tista' toqgħod fuq il-ftehimiet ta' investiment futuri tal-UE jew il-ftehimiet ta' kummerċ ħieles (FTAs) bil-kapitoli tal-investiment,

F.  billi l-emerġenza ta' pajjiżi ġodda b'kapaċità ta' investiment qawwija bħala awtoritajiet lokali jew dinjija biddlet il-perċezzjoni klassika li skontha l-pajjiżi żviluppati kienu l-uniċi investituri,

G.  billi, wara l-ewwel każijiet tad-disgħinijiet li fihom instabet soluzzjoni għal tilwim, u minkejja esperjenzi ġeneralment pożittivi, għadd ta' problemi ħarġu fil-beraħ minħabba l-użu ta' lingwaġġ vag fil-ftehimiet li setgħu jiġu interpretati b'diversi modi, b'mod partikolari dwar il-possibbiltà ta' kunflitt bejn interessi privati u l-kompiti regolatorji tal-awtoritajiet pubbliċi, pereżempju fil-każijiet fejn l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni leġittima wasslet biex stat ġie kundannat minn arbitri internazzjonali għal ksur tal-prinċipju ta' “trattament ġust u ekwu”,

H.  filwaqt li l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Kanada, li kienu fost l-ewwel stati li ħabbtu wiċċhom ma' tali sentenzi, adattaw il-mudell tat-TBI tagħhom sabiex jillimitaw il-wisa' ta' interpretazzjoni mill-arbitraġġ u jiżguraw protezzjoni aħjar tad-dominju tagħhom għall-intervent pubbliku,

I.  billi l-Kummissjoni elenkat il-pajjiżi li se jkunu sħab privileġġjati matul in-negozjati għall-ewwel ftehimiet ta' investiment (il-Kanada, iċ-Ċina, l-Indja, Mercosur, ir-Russja u Singapor),

J.   billi s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) li għadu kif ġie stabbilit għandu jirrinforza wkoll il-preżenza globali u r-rwol tal-UE, inklużi l-promozzjoni u d-difiża tal-għanijiet tal-kummerċ tal-UE, fil-qasam tal-investiment,

1.  Jirrikonoxxi li, bħala riżultat tat-Trattat ta' Lisbona, l-IBD issa jaqa' taħt il-kompetenza esklużiva tal-UE; jinnota li din il-kompetenza ġdida tal-UE tippreżenta sfida doppja, minn banda biex jiġu ġestiti t-TBI eżistenti u mill-banda l-oħra biex tinstab definizzjoni għall-politika ta' investiment Ewropea li tissodisfa l-aspettattivi tal-investituri u tal-Istati benefiċjarji iżda anke l-interessi ekonomiċi usa' tal-UE u l-objettivi tal-politika esterna tagħha;

2.  Jilqa' din il-kompetenza ġdida tal-UE u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jaħtfu din l-opportunità biex ifasslu, flimkien mal-Parlament, politika ta' investiment koerenti u integrata li tippromwovi investimenti ta' kwalità għolja u li tagħti kontribut pożittiv lill-progress ekonomiku u l-iżvilupp sostenibbli fid-dinja kollha; huwa tal-fehma li l-Parlament irid ikun involut b'mod xieraq fit-tiswir tal-politika futura dwar l-investiment u li dan jirrikjedi konsultazzjoni xierqa dwar il-mandati għan-negozjati li jmiss, kif ukoll għoti siewi ta' rapporti qosra regolari dwar l-istat tan-negozjati li jkunu għaddejjin;

3.  Jinnota li l-UE hija blokk ekonomiku importanti li għandu piż konsiderevoli fin-negozjati; jemmen li politika komuni dwar l-investiment tissodisfa l-aspettattivi kemm tal-investituri kif ukoll tal-istati kkonċernati u tgħin fit-tkattir tal-kompetittività tal-UE u tan-negozji tagħha u fit-tkattir tal-impjieg;

4.  Jinnota l-ħtieġa ta' qafas Ewropew ikkoordinat, wieħed li jkun imfassal biex jipprovdi ċertezza u li jinkoraġġixxi l-promozzjoni tal-prinċipji u tal-objettivi tal-UE;

5.  Ifakkar li l-fażi attwali tal-globalizzazzjoni rat żieda drammatika fl-IBD, li fl-2007, is-sena ta' qabel l-investiment kien affettwat mill-kriżi ekonomika u finanzjarja dinjija, kien ilaħħaq livell rekord għoli ta' kważi EUR 1 500 biljun, bl-UE tkun l-ikbar sors ta' IBD fl-ekonomija dinjija kollha; jissottolinja, madankollu, li fl-2008 u fl-2009 l-investiment naqas minħabba l-kriżi ekonomika u finanzjarja dinjija; jenfasizza wkoll li madwar 80% tal-valur totali tal-IBD dinji jikkonċerna fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet transkonfinali;

6.  Jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Lejn politika komprensiva ta' investiment internazzjonali Ewropew” iżda jenfasizza li, filwaqt li se tiffoka sew fuq il-protezzjoni tal-investitur, għandha tindirizza aħjar id-dritt li tkun protetta l-kapaċità tar-regolamentazzjoni pubblika u li tissodisfa l-obbligu tal-UE li teżerċita koerenza politika għall-iżvilupp;

7.  Iqis li l-investiment jista' jkollu impatt pożittiv fuq it-tkabbir u l-impjiegi, mhux biss fl-UE iżda wkoll f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, sakemm l-investituri jikkontribwixxu b'mod attiv għall-objettivi ta' żvilupp tal-istati ospitanti, jiġifieri billi jappoġġjaw l-ekonomija lokali permezz ta' trasferiment teknoloġiku u billi jużaw ħaddiema u mezzi ta' produzzjoni lokali;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżomm quddiem għajnejha l-lezzjonijiet meħuda fuq livell multilaterali, plurilaterali u bilaterali, b'mod partikolari fir-rigward tal-falliment tan-negozjati OECD dwar il-Ftehim Multilaterali dwar l-Investimenti;

9.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżviluppa l-istrateġija ta' investiment tal-UE bir-reqqa u b'mod koordinat billi tqis l-aħjar prattiki tal-IBD; jinnota d-diverġenza tal-kontenut bejn il-ftehimiet tal-Istati Membri u jistieden lill-Kummissjoni biex tirrikonċilja dawn id-diverġenzi biex tipprovdi mudell b'saħħtu tal-UE għall-ftehimiet ta' investiment, li jista' jiġi aġġustat ukoll skont il-livell ta' żvilupp tal-pajjiż sieħeb;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni toħroġ gwida mhux obbligatorja malajr kemm jista' jkun, pereżempju fil-forma ta' mudell għat-TBI, li jkun jista' jintuża mill-Istati Membri biex itejbu ċ-ċertezza u l-konsistenza;

Definizzjonijiet u ambitu

11.  Jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi definizzjoni ċara tal-investimenti li għandhom jiġu protetti, inklużi l-IBD u l-investiment ta' portafoll; iqis, madankollu, li forom spekulattivi ta' investiment, kif definiti mill-Kummissjoni, m'għandhomx jiġu protetti; jinsisti li meta d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jiġu inklużi fl-ambitu tal-ftehim ta' investiment, inklużi dawk il-ftehimiet fejn l-abbozzi tal-mandati diġà ġew proposti, id-dispożizzjonijiet għandhom jevitaw li jkollhom impatt negattiv fuq il-produzzjoni ta' mediċini ġeneriċi u jridu jirrispettaw l-eċċezzjonijiet TRIPS għas-saħħa pubblika;

12.  Jinnota bi tħassib li n-negozjar ta' varjetà wiesgħa ta' investimenti se jwassal għal taħlit bejn kompetenzi esklussivi u kondiviżi;

13.  Jitlob l-introduzzjoni tat-terminu “investitur tal-UE” li, filwaqt li jirrifletti l-ispirtu tal-Artikolu 207 TFUE, jissottolinja s-sinifikat tal-promozzjoni tal-investituri mill-Istati Membri kollha fuq termini ugwali, filwaqt li jiżguralhom kundizzjonijiet għall-funzjonament u l-protezzjoni tal-investimenti tagħhom fuq bażi ugwali;

14.  Ifakkar li t-TBI standard tal-Istati Membri tal-UE juża definizzjoni wiesgħa ta' “investitur barrani”; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta fejn dan wassal għal prattiki abbużivi; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi definizzjoni ċara ta' “investitur barrani” abbażi ta' din il-valutazzjoni u billi tfassal fuq id-definizzjoni ta' riferiment l-iktar riċenti tal-OECD ta' IBD;

Protezzjoni tal-investituri

15.  Jenfasizza li l-protezzjoni tal-investitur għall-investituri kollha tal-UE għandha tibqa' l-ewwel prijorità ta' ftehimiet ta' investiment;

16.  Jinnota li n-negozjar tat-TBI huwa proċess li jieħu ħafna żmien; jistieden lill-Kummissjoni biex tinvesti f'termini tar-riżorsi materjali u tal-persunal tagħha fin-negozjar u l-konklużjoni ta' ftehimiet ta' investiment tal-UE;

17.  Iqis li t-talba li saret mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu dwar il-Komunikazzjoni – li l-qafas legali l-ġdid Ewropew m'għandux ikollu impatt negattiv fuq il-protezzjoni tal-investitur u l-garanziji skont il-ftehimiet eżistenti – tista' toħloq riskju ta' oppożizzjoni għal kull ftehim ġdid, u tista' twassal biex il-bilanċ meħtieġ bejn il-protezzjoni tal-investitur u l-protezzjoni tad-dritt għar-regolamentazzjoni – fi żmien ta' żieda fl-investiment “il ġewwa fl-UE – jitqiegħed f'riskju; iqis, barra minn hekk, li tali formulazzjoni tal-kriterju tal-evalwazzjoni tista” tikkontradixxi t-tifsira u l-ispirtu tal-Artikolu 207 tat-TFUE;

18.  Jemmen li l-ħtieġa li jkunu identifikati l-aħjar prattiki, li għalihom jirreferu wkoll il-konklużjonijiet tal-Kunsill, hija għażla ferm aktar loġika u effettiva, u b'dan il-mod tista' tiġi żviluppata politika ta' investiment Ewropea konsistenti;

19.  Jikkunsidra li ftehimiet ta' investiment futuri konklużi mill-UE għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar prattiki meħuda mill-esperjenzi tal-Istati Membri u jinkludu l-istandards li ġejjin:

   non-diskriminazzjoni (trattament nazzjonali u l-aktar nazzjon favorit), bi kliem aktar preċiż fid-definizzjoni li tgħid li investituri nazzjonali u barranin għandhom joperaw taħt “kundizzjonijiet simili” u li tippermetti ċerta flessibilità fil-klawsola MFN sabiex ma jiġux ostakolati l-proċessi ta' integrazzjoni reġjonali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;
   trattament ġust u ekwu, definit fuq il-bażi tal-livell ta' trattament stabbilit mil-liġi internazzjonali li tiġi applikata normalment;
   protezzjoni kontra l-esproprjazzjoni diretta u indiretta, filwaqt li tingħata definizzjoni li tistabbilixxi bilanċ ċar u ġust bejn l-objettivi dwar il-benesseri pubbliku u l-interessi privati, u li tippermetti kumpens xieraq skont id-danni li jkunu saru f'każ ta' esproprjazzjoni illegali;

20.  Jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatt potenzjali tal-inklużjoni ta' klawsola ġenerika fi ftehimiet futuri dwar investiment Ewropew, u tippreżenta rapport kemm lill-Parlament Ewropew kif ukoll lill-Kunsill;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura reċiproċità meta tkun qiegħda tinnegozja aċċess għas-suq mas-sħab prinċipali żviluppati tagħha u mal-ekonomiji emerġenti ewlenin, filwaqt li tikkunsidra l-ħtieġa li teskludi setturi sensittivi u li żżomm asimetrija fir-relazzjonijiet kummerċjali tal-UE mal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

22.  Jinnota li t-titjib mistenni fiċ-ċertezza se jgħin lill-SMEs jinvestu barra mill-pajjiż, u jinnota f'dan is-sens li leħen l-SMEs għandu jinstema' matul in-negozjati;

Protezzjoni tad-dritt tar-regolamentazzjoni

23.  Jenfasizza li ftehimiet futuri ta' investiment konklużi mill-UE għandhom jirrispettaw il-kapaċità għal intervent min-naħa tal-pubbliku;

24.  Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar il-livell ta' diskrezzjoni tal-arbitri internazzjonali li jużaw interpretazzjoni wiesgħa tal-klawsoli dwar il-protezzjoni tal-investitur, li twassal għall-esklużjoni ta' regolamenti pubbliċi leġittimi; jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq definizzjonijiet ċari ta' standards dwar il-protezzjoni tal-investitur sabiex problemi bħal dawn ikunu evitati fil-ftehimiet ta' investiment il-ġodda;

25.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi fil-ftehimiet futuri kollha, klawsoli speċifiċi li jistipulaw id-dritt tal-partijiet għall-ftehim għal regolamentazzjoni, inter alia, fl-oqsma tal-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali, tal-ambjent, tas-saħħa pubblika, tad-drittijiet tal-ħaddiema u tal-konsumatur, tal-politika industijali u tad-diversità kulturali;

26.  Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tiddeċiedi każ b'każ dwar setturi li m'għandhomx ikunu koperti minn ftehimiet futuri, pereżempju setturi sensittivi bħalma huma l-kultura, l-edukazzjoni, is-saħħa pubblika u dawk is-setturi li huma strateġikament importanti għad-difiża nazzjonali, u jitlob lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament Ewropew dwar il-mandat li ngħatat f'kull każ; jinnota li l-UE għandha tkun konxja wkoll tal-elementi ta' tħasssib tas-sħab tagħha li qegħdin jiżviluppaw u ma għandhiex titlob aktar liberalizzazzjoni jekk dawn jemmnu li li din hija neċessarja għall-protezzjoni ta' ċerti setturi, b'mod partikolari s-servizzi pubbliċi;

Inklużjoni ta' standards soċjali u ambjentali

27.  Jenfasizza li l-politika futura tal-UE għandha tippromwovi wkoll investiment li huwa sostenibbli, li jirrispetta l-ambjent (b'mod partikolari fil-qasam ta' industriji ta' estrazzjoni) u li jinkoraġġixxi kundizzjonijiet tax-xogħol tajba fl-intrapriżi fil-mira tal-investiment; jitlob lill-Kummissjoni biex tinkludi, fil-ftehimiet futuri kollha, referenza għal-Linji gwida aġġornati tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali;

28.  Itenni t-talba tiegħu, fir-rigward tal-kapitoli ta' investiment f'FTAs usa“, biex tiddaħħal klawsola korporattiva dwar ir-responsabbiltà soċjali u biex jiddaħħlu klawsoli ambjentali u soċjali effikaċi f'kull FTA iffirmat mill-UE;

29.  Jitlob li l-Kummissjoni tivvaluta kif klawsoli bħal dawn ġew inklużi fit-TBI tal-Istati Membri u kif jistgħu jiġu inklużi wkoll fi ftehimiet ta' investiment indipendenti futuri;

30.  Jilqa' l-fatt li għadd ta' TBI attwalment fihom klawsola li tostakola d-dgħufija ta' leġiżlazzjoni soċjali u ambjentali li tista' sservi biex tattira l-investiment u jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-inklużjoni ta' klawsola bħal din fil-ftehimiet futuri tagħha;

Mekkaniżmu għal soluzzjoni tat-tilwim u r-responsabbiltà tal-UE

31.  Jemmen li għandhom isiru tibdiliet fir-reġim preżenti għal soluzzjoni tat-tilwim, sabiex ikunu inklużi aktar trasparenza, l-opportunità biex il-partijiet ikunu jistgħu jappellaw, l-obbligu li jiġu eżawriti r-rimedji ġudizzjarji lokali meta jkunu affidabbli biżżejjed biex jiggarantixxu proċess xieraq, il-possibbiltà li jintużaw rappreżentanzi amicus curiae u l-obbligu li jintgħażel post uniku ta' arbitraġġ tal-istat investitur;

32.  Huwa tal-fehma li, minbarra l-implimentazzjoni tas-soluzzjoni għal tilwim bejn stat u stat għandu jkun hemm ukoll l-implimentazzjoni tas-soluzzjoni għal tilwim bejn investitur u stat biex b'hekk tiġi żgurata protezzjoni komprensiva tal-investimenti;

33.  Huwa konxju mill-fatt li l-UE ma tistax tuża mekkaniżmi għal soluzzjoni tat-tilwim taċ-Ċentru Internazzjonali għas-Soluzzjoni ta' Tilwim dwar l-Investiment (ICSID) u tal-Kummissjoni tan-Nazzjonaijiet Uniti dwar il-Liġi Kummerċjali Internazzjonali (UNCITRAL) billi l-UE bħala tali m'hija membru tal-ebda waħda minn dawn l-organizzazzjonijiet; jistieden lill-UE biex tinkludi kapitolu dwar is-soluzzjoni tat-tilwim f'kull trattat ġdid tal-UE dwar l-investiment skont ir-riformi proposti f'din ir-riżoluzzjoni; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jassumu r-responsabbiltà tagħhom bħala parteċipanti internazzjonali prinċipali biex jaħdmu favur ir-riformi neċessarji tar-regoli tal-ICSID u tal-UNCITRAL;

34.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta soluzzjonijiet li permezz tagħhom l-SMEs ikunu jistgħu jiffinanzjaw aħjar l-ispejjeż għoljin tal-proċeduri għas-soluzzjoni għal tilwim;

35.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta, kemm jista' jkun malajr, regolament dwar kif jistgħu jitqassmu r-responsabbiltajiet bejn il-livelli nazzjonali u tal-UE, b'mod partikolari f'termini finanzjarji, jekk każ ta' arbitraġġ internazzjonali jinqata' kontra l-UE;

L-għażla tas-sħab u l-poteri tal-Parlament

36.  Japprova l-prinċipju li s-sħab ta' prijorità għal ftehimiet futuri ta' investiment tal-UE għandhom ikunu pajjiżi li għandhom potenzjal kbir fis-suq iżda fejn investimenti barranin jeħtieġu protezzjoni aħjar;

37.  Jinnota li r-riskju tal-investiment huwa ġeneralment ogħla fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u dawk anqas żviluppati u li l-protezzjoni b'saħħitha u effettiva tal-investitur fil-forma ta' trattati ta' investiment hija fundamentali għall-protezzjoni tal-investituri Ewropej u tista' ttejjeb il-governanza, biex b'hekk twassal għall-ambjent stabbli meħtieġ biex jiżdied l-IBD f'dawn il-pajjiżi; jinnota li, biex ftehimiet ta' investiment ikunu ta' benefiċċju akbar għal dawn il-pajjiżi, għandhom ikunu bbażati wkoll fuq l-obbligi tal-investituri f'termini ta' konformità mal-istandards tad-drittijiet tal-bniedem u kontra l-korruzzjoni bħala parti minn sħubija usa' bejn l-UE u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw għall-finijiet tat-tnaqqis tal-faqar; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta sħab futuri vijabbli, filwaqt li tqis l-aħjar prattiki tal-Istati Membri fir-rigward tat-TBI;

38.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-IBD fil-pajjiżi l-inqas żviluppati huwa limitat ħafna u għandu t-tendenza li jkun ikkonċentrat fuq ir-riżorsi naturali;

39.  Iqis li fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandu jingħata appoġġ akbar lid-ditti lokali, b'mod partikolari permezz ta' inizjattivi biex tissaħħaħ il-produttività tagħhom, biex ikun hemm kooperazzjoni aktar mill-qrib u biex jittejbu l-ħiliet tal-ħaddiema – oqsma li huma ta' potenzjal konsiderevoli f'termini ta' spinta lill-iżvilupp ekonomiku, lill-kompetittività u lit-tkabbir; jinkoraġġixxi, bl-istess mod, it-trasferiment ta' teknoloġiji ambjentali ġodda tal-UE lejn pajjiżi li qed jiżviluppaw, bħala l-aħjar mod kif jiġi promoss it-tkabbir ambjentali u sostenibbli;

40.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkunsidraw bis-sħiħ il-pożizzjoni tal-Parlament qabel ma jibdew in-negozjati ta' investiment, kif ukoll matul tali negozjati; ifakkar fil-kontenut tal-Ftehim ta' Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni u jistieden lill-Kummissjoni biex tikkonsulta mal-Parlament dwar l-abbozz tal-mandati ta' negozjar meta xieraq sabiex ikun jista' jressaq il-pożizzjoni tiegħu, li għandha, imbagħad, tkun ikkunsidrata mill-Kummissjoni u mill-Kunsill;

41.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi inkluż ir-rwol tad-delegazzjonijiet tas-SEAE fl-istrateġija tal-politika futura tal-investiment, filwaqt li jirrikonoxxi l-potenzjal u l-kompetenzi lokali tagħhom bħala assi strateġiċi fil-ksib tal-għanijiet il-ġodda tal-politika;

o
o   o

42.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

(1) Sentenza tat-12 ta' Diċembru 2006 fil-kawża Test Claimants in the FII Group Litigation v Commissioners of Inland Revenue (Kawża C–446/04).


Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - Ġlieda kontra l-frodi
PDF 320kWORD 85k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2011 dwar il-Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – Ġlieda kontra l-frodi – Rapport Annwali 2009 (2010/2247(INI))
P7_TA(2011)0142A7-0050/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar rapporti annwali preċedenti tal-Kummissjoni u tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-14 ta' Lulju 2010 tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bit-titolu “Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – Ġlieda kontra l-frodi – Rapport Annwali 2009” (COM(2010)0382), inkluż l-annessi (SEC(2010)0897 u SEC(2010)0898) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Għaxar Rapport ta' Attività tal-OLAF – Rapport Annwali 2010(1),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit fir-rigward tas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(2),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-Tmien, id-Disa' u l-Għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni(3),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 319(3) u 325(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(4),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tiegħu tat-18 ta' Mejju 2010 dwar l-isforzi tal-Unjoni biex tiġġieled kontra l-korruzzjoni(5), bl-għan li jiżgura li l-fondi tal-UE ma jkunux suġġetti għall-korruzzjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0050/2011),

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1.  Jiddispjaċih li, b'mod ġenerali, ir-rapport tal-Kummissjoni dwar il-Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – Ġlieda kontra l-frodi – Rapport Annwali 2009 (COM(2010)0382) (“ir-Rapport PIF 2009”), imressaq skont l-Artikolu 325(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), ma jipprovdi l-ebda informazzjoni dwar il-livell stmat ta' irregolaritajiet u ta' frodi fl-Istati Membri individwali billi dan jikkonċentra fuq il-livell ta' rappurtar, u għalhekk mhuwiex possibbli li wieħed ikollu ħarsa ġenerali tal-livell effettivi ta' irregolaritajiet u ta' frodi fl-Istati Membri u li jidentika u jieħu passi kontra dawk bl-ogħla livell ta' irregolaritajiet u ta' frodi;

2.  Jenfasizza li l-frodi hija eżempju ta' għemil ħażin intenzjonat u hija reat kriminali, u li irregolarità hija nuqqas ta' konformità ma' regola; jiddispjaċih li r-rapport tal-Kummissjoni jonqos li jqis il-frodi fid-dettall u jittratta l-irregolaritajiet b'mod wiesa' ħafna; jirrimarka li l-Artikolu 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea huwa relatat mal-frodi, mhux mal-irregolaritajiet, u jitlob li ssir distinzjoni bejn il-frodi u l-iżbalji jew l-irregolaritajiet;

3.  Jirrimarka li matul l-aħħar snin ġew żviluppati tekniki għall-kejl tal-frodi bħala parti minn tentattiv usa' biex tkun miġġielda l-korruzzjoni, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħti spinta lil dawn l-isforzi ta' riċerka u biex timplimenta, inizjalment bħala proġetti pilota, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, il-metodoloġiji ġodda u adegwati li qed jiġu żviluppati biex ikejlu l-fenomeni tal-irregolaritajiet u l-frodi;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni teżerċita r-responsabilità tagħha sabiex tiżgura l-konformità tal-Istati Membri mal-obbligi tagħhom ta' rappurtar, bl-għan li tiġi pprovduta data affidabbli u paragunabbli f'dak li jikkonċerna l-irregolaritajiet u l-frodi anke jekk dan jirrikjedi li l-Kummissjoni timmodifika s-sistema ta' penali għan-nuqqas ta' konformità ma' dawn l-obbligi ta' rappurtar;

5.  Jiddeplora l-fatt li ammonti kbar ta' fondi tal-UE għadhom qed jintefqu ħażin u jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-passi meħtieġa għall-irkupru fil-pront ta' dawn il-fondi;

6.  Huwa mħasseb dwar il-livell ta' irregolaritajiet li għadhom mhux irkuprati jew iddikjarati mhux irkuprabbli fl-Italja fl-aħħar tas-sena fiskali tal-2009;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni żżomm l-Istati Membri iktar responsabbli għall-ammont ta' irregolaritajiet li għad iridu jkunu rkuprati;

8.  Jinnota li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni teħtieġ li l-Istati Membri jirrappurtaw kull irregolarità mhux aktar tard minn xahrejn wara t-tmiem tat-trimestru li fih din tkun ġiet suġġetta għall-ewwel att ta' aċċertament amministrattiv jew ġudizzjarju u/jew tkun inkixfet informazzjoni ġdida dwar l-irregolarità rrappurtata; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu l-isforzi kollha meħtieġa, inkluża r-razzjonalizzazzjoni tal-proċeduri amministrattivi nazzjonali, biex jintlaħqu l-iskadenzi meħtieġa u jitnaqqas il-perjodu ta' żmien bejn l-identifikazzjoni u r-rappurtar ta' dik l-irregolarità; jistieden lill-Istati Membri biex, fl-impenn tagħhom kontra l-frodi, jaġixxu l-ewwel nett biex iħarsu l-flus tal-kontribwenti;

9.  Jistaqsi x'passi ħadet il-Kummissjoni biex tikkumbatti ż-żieda fil-frodi ssuspettata, fin-numru ta' każijiet u l-ammonti meta mqabbla man-numru totali ta' każijiet ta' irregolaritajiet fl-Istati Membri tal-Polonja, ir-Rumanija u l-Bulgarija;

10.  Huwa mħasseb bir-rati suspettużament baxxi tal-frodi fi Spanja u Franza, speċjalment meta wieħed iqis id-daqs tagħhom u l-appoġġ finanzjarju li jirċievu, kif deskritti mill-Kummissjoni fir-rapport PIF 2009, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tinkludi informazzjoni dettaljata dwar il-metodoloġija ta' rappurtar applikata u l-kapaċità li tiskopri l-frodi f'dawn l-istati;

11.  Jistieden lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma rratifikawx il-Konvenzjoni tas-26 ta' Lulju 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (6) jew il-protokolli tagħha (7) (l-istrumenti PIF), jiġifieri r-Repubblika Ċeka, Malta u l-Estonja, biex jipproċedu bir-ratifika ta' dawn l-istrumenti ġuridiċi mingħajr dewmien; iħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri li rratifikaw l-istrumenti PIF jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex tissaħħaħ il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom fil-qasam kriminali biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b'mod partikolari billi jiġu indirizzati n-nuqqasijiet eżistenti żvelati fit-tieni rapport tal-Kummissjoni għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej u l-protokolli tagħha (COM(2008)0077);

12.  Jilqa' l-introduzzjoni, fl-2009, tas-Sistema ta' Ġestjoni tal-Irregolaritajiet (IMS), li hija applikazzjoni żviluppata u operata mill-OLAF, u l-iżviluppi pożittivi li din ġabet magħha; huwa mħasseb li l-Kummissjoni tispjega ż-żieda fin-numru ta' każijiet irrappurtati u l-impatt finanzjarju bl-użu tar-rappurtar teknoloġiku l-ġdid; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament b'metodoloġija dettaljata tar-rappurtar teknoloġiku implimentat reċentement u biex tinkludiha fir-rapport li jmiss; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ l-IMS u jtejbu ulterjorment il-konformità tagħhom mal-obbligi ta' rappurtar;

13.  Jitlob lill-Kummissjoni tinkludi fir-rapport tagħha tas-sena d-dieħla l-ammont ta' irregolaritajiet irrappurtati bl-użu tar-rappurtar teknoloġiku l-ġdid imqabbel mal-metodi tradizzjonali ta' rappurtar; jistieden lill-Istati Membri jtejbu l-ħeffa li biha jiġu rrappurtati l-irregolaritajiet;

14.  Itenni d-dispjaċir tiegħu – meta jitqiesu d-dubji serji dwar il-kwalità tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati membri – li l-Kummissjoni tagħmel iktar sforzi biex tikkonvinċi lill-Parlament Ewropew dwar il-bżonn ta' introduzzjoni ta' “riskju tollerabbli ta' żball” milli biex tikkonvinċi lill-Istati Membri dwar il-bżonn ta' dikjarazzjonijiet obbligatorji ta' ġestjoni nazzjonali, li jiġu verifikati kif xieraq mill-uffiċċju nazzjonali ta' verifika u kkonsolidati mill-Qorti tal-Awdituri; jistieden lill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u billi tfassal rapport xieraq skont it-Trattat, tipprovdi lill-Parlament assigurazzjoni raġonevoli li dan l-għan intlaħaq u li l-azzjoni sabiex tikkumbatti l-frodi qed titwettaq kif suppost;

Dħul: Riżorsi proprji

15.  Jinsab imħasseb dwar l-ammont ta' frodi meta mqabbla ma' irregolaritajiet fis-settur tar-Riżorsi Proprji għall-Istati Membri tal-Awstrija, Spanja, l-Italja, ir-Rumanija u s-Slovakkja, ladarba l-frodi tikkostitwixxi aktar minn nofs l-ammont totali ta' irregolaritajiet f'kull wieħed mill-Istati Membri; jistieden lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha neċessarji, inkluża l-kooperazzjoni mill-qrib mal-istituzzjonijiet Ewropej, biex jindirizzaw il-kawżi kollha tal-frodi relatata mal-fondi tal-UE;

16.  Jiddeplora n-nuqqasijiet fis-sorveljanza doganali nazzjonali żvelati mill-Qorti tal-Awdituri – b'mod partikolari fir-rigward tal-prestazzjoni tal-analiżi tar-riskju għall-għażla ta' kummerċjanti u importazzjonijiet li għandhom ikunu soġġetti għall-kontrolli doganali – li jżidu r-riskju ta' irregolaritajiet li jibqgħu ma jinkixfux u jistgħu jwasslu għal telf ta' Riżorsi Proprji Tradizzjonali (TOR); jistieden lill-Istati Membri jsaħħu s-sistemi tagħhom ta' sorveljanza doganali u lill-Kummissjoni biex tipprovdi l-appoġġ rilevanti f'dan ir-rigward;

17.  Jenfasizza l-fatt li madwar 70 % tal-proċeduri doganali għall-importazzjonijiet kollha huma semplifikati, u dan ifisser li kellhom impatt sostanzjali fuq il-ġbir ta' TOR u fuq l-effikaċja tal-politika kummerċjali komuni; iqis li, f'dan il-kuntest, in-nuqqas ta' kontrolli effikaċi fuq il-proċeduri semplifikati għall-importazzjonijiet fl-Istati Membri, kif żvelat fir-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 1/2010, huwa inaċċettabbli u jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga ulterjorment dwar l-effikaċja ta' kontrolli għal proċeduri semplifikati fl-Istati Membri, u b'mod partikolari tinvestiga l-progress fit-twettiq min-naħa tal-Istati Membri ta' verifiki ex-post, u biex tippreżenta r-riżultati ta' dan l-istħarriġ lill-Parlament sa tmiem l-2011;

18.  Jinnota r-riżultat pożittiv tal-istħarriġ li sar mill-OLAF fil-qasam tar-riżorsi proprji; jinsab ferm inkwetat dwar l-ammont ta' frodi li jinvolvi merkanzija importata miċ-Ċina u jħeġġeġ lill-Istati Membri jirkupraw l-ammonti kkonċernati mingħajr dewmien;

19.  Jilqa' r-riżultat pożittiv tal-operazzjoni doganali konġunta Diabolo II, li kienet tinvolvi uffiċjali tad-dwana minn 13-il pajjiż Asjatiku u s-27 Stat Membru tal-UE, u li kienet ikkoordinata mill-Kummissjoni Ewropea permezz ta' OLAF;

20.  Jilqa' l-ftehimiet li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha kkonkludew mal-produtturi tat-tabakk biex jingħeleb il-kummerċ illegali tat-tabakk; huwa tal-fehma li huwa fl-interess finanzjarju tal-UE li tkompli tiġġieled il-kuntrabandu tas-sigaretti, li t-telf annwali tad-dħul minnu għall-baġit tal-UE huwa stmat li hu ta' madwar biljun euro; iħeġġeġ lill-OLAF ikompli jieħu rwol ewlieni fin-negozjati internazzjonali għal Protokoll dwar l-Eliminazzjoni tal-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk skont l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni ta' Qafas dwar il-Kontroll tat-Tabakk tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, li jkun ta' għajnuna fil-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu fl-Unjoni; huwa tal-fehma li l-EUR 500 miljun li jridu jitħallsu miż-żewġ kumpaniji kkonċernati, jiġifieri l-British American Tobacco u l-Imperial Tobacco, għandhom jintużaw mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri għat-tisħiħ tal-miżuri kontra l-frodi;

Nefqa: Agrikoltura

21.  Jilqa' l-konklużjoni tal-Kummissjoni li d-dixxiplina ġenerali ta' rappurtar f'dan il-qasam politiku tjiebet u li l-konformità issa laħqet il-95 %; jistieden lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma jirrappurtawx f'waqtu (l-Awstrija, il-Finlandja, il-Pajjiżi l-Baxxi, is-Slovakkja u r-Renju Unit) biex jirregolarizzaw is-sitwazzjoni mill-aktar fis;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib is-sitwazzjoni fi Spanja u fl-Italja, li rispettivament irrappurtaw l-ogħla numru ta' każijiet ta' irregolaritajiet u l-ogħla ammonti involuti, u biex tirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar miżuri speċifiċi li jkunu ttieħdu sabiex jiġu indirizzati l-problemi f'dawn iż-żewġ Stati Membri;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni tivverifika jekk id-disparità bejn iktar infiq u rata minima ta' irregolaritajiet irrappurtati, u l-varjazzjoni sinifikanti fir-rati ta' irregolaritajiet irrappurtati (l-Estonja 88,25 %; Ċipru, l-Ungerija, il-Latvja, Malta, is-Slovenja u s-Slovakkja 0,00 %), hix relatata mal-effikaċja tas-sistemi ta' kontroll, bil-ħsieb li twettaq reviżjoni ta' dawk is-sistemi;

24.  Jinsab ferm inkwetat dwar is-sejba li għamlet il-Qorti tal-Awdituri li l-ħlasijiet għas-sena 2009 f'dan il-grupp ta' politika ġew affettwati minn żbalji materjali u li s-sistemi ta' sorveljanza u ta' kontroll kienu biss parzjalment effikaċi, b'mod ġenerali, fl-iżgurar tar-regolarità tal-ħlasijiet; jiddeplora s-sejba tal-Qorti tal-Awdituri li, għalkemm is-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (IACS), fil-prinċipju, hija mfassla sew, l-effikaċja tagħha qed tiġi affettwata ħazin minn data mhux preċiża fil-bażijiet tad-data, minn verifiki mhux kompluti jew inkorretti jew minn segwitu mhux mitmum lill-anomaliji; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib l-effikaċja tas-sistemi ta' sorveljanza u ta' kontroll stabbiliti fl-Istati Membri biex tiżgura li l-informazzjoni dwar ir-rata ta' irregolarità għal kull Stat Membru tkun tirrappreżenta ħarsa reali u ġusta tas-sitwazzjoni effettiva; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza d-dgħufijiet fl-effikaċja tal-IACS;

25.  Jinnota li ċ-ċifri finali jistgħu jiġu stabbiliti biss għal dawk is-snin finanzjarji li jistgħu jitqiesu bħala finalizzati, u fid-dawl ta' dan, s'issa, l-aktar sena finanzjarja reċenti li tista' titqies bħala finalizzata hija l-2004;

26.  Jiddeplora l-qagħda katastrofika fir-rigward tar-rata ġenerali ta' rkupru f'dan il-grupp ta' politika, li fl-2009 kienet ta' 42 % mill-EUR 1 266 miljun li kienu għadhom pendenti fi tmiem is-sena finanzjarja 2006; jinsab partikolarment imħasseb dwar l-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-EUR 121 miljun rkuprati fis-snin 2007-2009 mill-benefiċjarji jirrappreżentaw inqas minn 10 % tal-irkupri totali; jidhirlu li s-sitwazzjoni hija inaċċettabbli u jistieden lill-Istati Membri jindirizzawha urġentement; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tistabbilixxi sistema effikaċi ta' rkupru u biex tinforma lill-Parlament Ewropew dwar il-progress li jkun sar fir-rapport tagħha tas-sena d-dieħla dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE;

Nefqa: Politika ta' Koeżjoni

27.  Jiddeplora l-fatt li d-data misjuba fir-rapport PIF 2009 ma tipprovdix informazzjoni affidabbli dwar l-għadd ta' irregolaritajiet u frodi f'dan il-grupp ta' politika, peress li rata għolja ta' irregolaritajiet u/jew frodi tista' sempliċement tindika rappurtar u/jew sistemi kontra l-frodi effikaċi;

28.  Jinsab ferm inkwetat dwar il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri skopriet li l-ħlasijiet għas-sena 2009 ġew affettwati minn żbalji materjali kbar (“il fuq minn 5 %);

29.  Jinnota li sors importanti tal-iżbalji fl-infiq b'rabta mal-politika ta' koeżjoni kien ikkawżat min-nuqqas ta' applikazzjoni ta' regoli ta' akkwist pubbliku; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni tipproponi mingħajr dewmien leġiżlazzjoni ġdida biex tissemplifika u timmodernizza dawn ir-regoli;

30.  Jinsab imħasseb dwar is-sejba tal-Qorti tal-Awdituri li mill-inqas 30 % tal-iżbalji misjuba mill-Qorti fil-kampjun tal-2009 ġew identifikati u korretti mill-Istati Membri qabel iċ-ċertifikazzjoni tal-infiq lill-Kummissjoni abbażi ta' informazzjoni li kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom; jitlob lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom sabiex itejbu l-mekkaniżmi ta' identifikazzjoni u ta' korrezzjoni tagħhom;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament Ewropew b'informazzjoni dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu fir-rigward tal-irregolaritajiet rappurtati mill-Istati Membri u identifikati mill-Kummissjoni f'dan il-grupp ta' politika;

32.  Mhuwiex sodisfatt b'rata ta' rkupru ta' “l fuq minn 50 % għall-perjodu ta' programmazzjoni 2000-2006; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu iktar sforzi għall-irkupru ta' ammonti irregolari u jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni sabiex tiżgura rata ogħla ta' rkupru, ladarba l-Kummissjoni timplimenta l-baġit fuq responsabilità tagħha stess, kif iddikjarat fl-Artikolu 317 TFUE;

Nefqa: Fondi ta' qabel l-adeżjoni

33.  Jinsab ferm imħasseb dwar ir-rata ssuspettata estremament għolja ta' frodi fil-Bulgarija għall-Programm Speċjali tal-Adeżjoni għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (SAPARD) fl-2009, li – għall-perjodu ta' programmazzjoni kollu – hija ta' 20 % u tirrappreżenta l-ogħla rata fost il-fondi kollha li ġew analizzati (Koeżjoni u Agrikoltura); jinnota li ġew imnedija iktar każijiet suspettati ta' frodi minn kontrolli/interventi esterni milli minn dawk interni; jinnota li l-Kummissjoni eżerċitat kif xieraq l-obbligi tagħha li tissospendi l-ħlasijiet mis-SAPARD fl-2008 u neħħiet din is-sospensjoni wara verifiki bir-reqqa fl-14 ta' Settembru 2009; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tissorvelja l-awtoritajiet Bulgari sabiex tkompli titjieb din is-sitwazzjoni;

34.  Jinnota li r-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja u s-Slovenja rrappurtaw rata ta' frodi ta' 0 % għal SAPARD u jesprimi dubji dwar l-affidabilità tal-informazzjoni rrappurtata jew tal-kapaċità ta' identifikazzjoni tal-frodi f'dawn l-Istati; jenfasizza li livell simili ta' rata ta' frodi żero jew baxxa tista' tfisser nuqqasijiet fis-sistemi ta' kontroll u viċi versa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi data dwar l-effikaċja tal-mekkaniżmi ta' kontroll u biex timplimenta flimkien mal-OLAF kontrolli aktar stretti fuq kif jintefqu l-flus tal-UE;

35.  Iqis bħala inaċċettabbli r-rata ta' rkupru ferm baxxa għal frodi sospettata fil-fondi ta' qabel l-adeżjoni, li hija biss ta' 4,6 % għall-perjodu ta' programmazzjoni kollu, u jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi sistema effikaċi li tindirizza din is-sitwazzjoni;

L-akkwist pubbliku, iktar trasparenza u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni

36.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-aġenziji rilevanti tal-Unjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri u jipprovdu riżorsi sabiex jiżguraw li fondi tal-UE ma jkunux suġġetti għall-korruzzjoni, jadottaw sanzjonijiet dissważivi fejn jinstab li kien hemm korruzzjoni u frodi, iżidu l-konfiska ta' assi kriminali involuti fil-frodi, fl-evażjoni fiskali u f'reati relatati mal-ħasil tal-flus;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jfasslu, jimplimentaw u perjodikament jevalwaw is-sistemi uniformi ta' akkwist, biex tkun evitata l-frodi u l-korruzzjoni, biex jiddefinixxu u jimplimentaw kundizzjonijiet ċari għall-parteċipazzjoni f'akkwist pubbliku kif ukoll il-kriterji li bihom jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar l-akkwist pubbliku, u wkoll jadottaw u jimplimentaw sistemi li jirrevedu deċiżjonijiet tal-akkwist pubbliku fil-livell nazzjonali, biex tkun żgurata t-trasparenza u r-responsabilità fil-finanzi pubbliċi, u biex jiġu applikati u implimentati sistemi ta' ġestjoni tar-riskju u ta' kontroll intern;

38.  Jilqa' l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar l-immodernizzar tal-politika tal-UE dwar l-akkwist pubbliku “Lejn Suq Ewropew tal-Akkwist iżjed effiċjenti”; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jiffinalizzaw l-adozzjoni tar-riforma tar-regoli bażiċi tal-UE dwar l-akkwist pubbliku (id-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE) mhux aktar tard minn tmiem l-2012;

39.  Wara t-talba tiegħu fir-rapport tas-sena l-oħra tiegħu dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, iħeġġeġ lill-OLAF jippreżenta fir-rapport annwali li jmiss tiegħu, analiżi dettaljata tal-istrateġiji u l-miżuri stabbiliti minn kull Stat Membru fil-ġlieda kontra l-frodi u għall-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta' irregolaritajiet fin-nefqa tal-fondi Ewropej, inkluż fejn dawn huma kkawżati mill-korruzzjoni; iqis li għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-implimentazzjoni tal-fondi agrikoli u strutturali; hu tal-fehma li r-rapport, bil-profili ta' 27 pajjiż, għandu janalizza l-approċċ segwit mill-entitajiet ġudizzjarji u investigattivi nazzjonali u l-kwantità u l-kwalità tal-kontrolli mwettqa, kif ukoll l-istatistika u l-motivazzjonijiet fil-każijiet fejn l-awtoritajiet nazzjonali ma ħarġux att ta' akkuża wara rapporti mill-OLAF;

40.  Wara t-talba tiegħu fir-rapport tas-sena l-oħra dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, iħeġġeġ lill-Kunsill ilesti l-konklużjoni tal-Ftehimiet ta' Kooperazzjoni mal-Liechtenstein fl-iqsar żmien possibbli u jħeġġeġ lill-Kunsill tagħti mandat lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehimiet kontra l-frodi ma' Andorra, Monako, San Marino u l-Isvizzera;

41.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu azzjoni biex tiżgura permezz ta' sors uniku t-trasparenza rigward il-benefiċarji ta' fondi tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tfassal miżuri biex tiżdied it-trasparenza ta' dispożizzjonijiet ġuridiċi kif ukoll sistema fejn il-benefiċarji kollha tal-fondi tal-UE jiġu ppubblikati fuq l-istess websajt, b'mod indipendenti mill-amministratur tal-fondi u li tkun ibbażata fuq kategoriji standard ta' informazzjoni li l-Istati Membri kollha għandhom jipprovdu, b'mill-inqas waħda mil-lingwi ta' ħidma tal-Unjoni; jistieden lill-Istati Membri jikkooperaw mal-Kummissjoni u jipprovduha b'informazzjoni sħiħa u affidabbli dwar il-benefiċjarji tal-fondi tal-UE mmaniġġjati mill-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa s-sistema ta' “ġestjoni konġunta” u tipprovdi lill-Parlament b'rapport dwarha bħala kwistjoni ta' prijorità;

o
o   o

42.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropej, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, lill-Kumitat ta' Kontroll tal-OLAF u lill-OLAF.

(1) http://ec.europa.eu/anti_fraud/reports/olaf/2009/en.pdf
(2) ĠU C 303, 9.11.2010, p. 1.
(3) ĠU C 303, 9.11.2010, p. 243.
(4) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(5) Testi Adottati, P7_TA(2010)0176.
(6) ĠU C 316, 27.11.1995, p. 48.
(7) ĠU C 313, 23.10.1996, p. 1, ĠU C 151, 20.5.1997, p. 1 u ĠU C 221, 19.7.1997, p. 11.


Ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom
PDF 312kWORD 76k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2011 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (2010/2201(INI))
P7_TA(2011)0143A7-0062/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 10(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 224 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 12(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew (il-partiti politiċi u l-fondazzjonijiet tagħhom kif definit fl-Artikolu 2(3) u (4) tiegħu) u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom(1) (ir-Regolament dwar il-Finanzjament), b'mod partikolari l-Artikolu 12 ta' dan,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Marzu 2006 dwar il-partiti politiċi Ewropej(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali lill-Bureau tat-18 ta' Ottubru 2010 dwar il-finanzjament tal-partiti fil-livell Ewropew, li tressaq skont l-Artikolu 15 tad-deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta' Marzu 2004(3) dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Finanzjament,

–  wara li kkunsidra n-nota tal-Bureau tal-10 ta' Jannar 2011 bħala l-verżjoni riveduta tad-deċiżjonijiet tal-Bureau meħuda fit-13 ta' Diċembru 2010,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 210(6) u 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0062/2011),

A.  billi l-Artikolu 10(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jgħid li “l-partiti politċi fil-livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni”, filwaqt li l-Parlament u l-Kunsill, b'konformità mal-Artikolu 224 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jistipulaw ir-regoli li jiggwidaw dawn il-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi tagħhom u partikolarment ir-regoli li jirrigwardaw il-finanzjament tagħhom,

B.  billi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tgħid b'mod ċar li l-partiti politiċi fil-livell tal-Unjoni jikkontribwixxu għall-espressjoni tar-rieda politika taċ-ċittadini tal-Unjoni,

C.  billi l-Unjoni Ewropea għandha taġixxi fuq il-bażi tal-prinċipju ta' “demokrazija rappreżentattiva”, kif iddikjarat fl-Artikolu 10(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

D.  billi l-fondazzjonijiet għall-partiti politiċi Ewropej ġew stabbiliti fit-Trattati ta' Maastricht u ta' Nizza, li introduċew il-possibilità ta' finanzjament u b'hekk taw lill-partiti politiċi awtonomija operazzjonali fir-rigward tal-gruppi parlamentari,

E.  billi fl-2007, wara talba mill-Parlament(4), il-Kummissjoni ppreżentat proposta li tintroduċi l-finanzjament tal-fondazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew (fondazzjonijiet politiċi Ewropej), li ġiet adottata f'Diċembru 2007 bil-għan li tappoġġja l-partiti politiċi Ewropej fid-dibattitu dwar kwistjonijiet politiċi pubbliċi u dwar l-integrazzjoni Ewropea,

F.  billi r-Regolament emendatorju tal-2007(5) jfittex li jiffaċilita l-proċess ta' integrazzjoni għall-partiti politiċi Ewropej billi jagħmilha possibbli għall-partiti politiċi fl-Unjoni li jistrutturaw u jorganizzaw ruħhom b'mod iktar effettiv,

G.  billi r-Regolament emendatorju tal-2007 kabbar b'mod konsiderevoli r-rwol tal-partiti politiċi Ewropej fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew billi stipula li l-infiq tagħhom jista' jinkludi finanzjament għall-kampanji elettorali; billi, madankollu, din l-għażla ġiet ristretta bil-kondizzjoni li l-approprjazzjonijiet ikkonċernati m'għandhomx jintużaw għall-finanzjament dirett jew indirett tal-partiti politiċi jew tal-kandidati nazzjonali,

H.  billi l-partiti politiċi Ewropej kollha li huma ffinanzjati ffirmaw kodiċi ta' kondotta, liema kodiċi titqies mill-Bureau bħala vinkolanti għall-partijiet kollha u tistipula r-regoli li wieħed għandu jikkonforma magħhom matul il-kampanji elettorali,

I.  billi t-tkabbir tar-rwol tal-partiti politiċi Ewropej huwa neċessarjament marbut mal-involviment tagħhom fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew,

J.  billi r-Regolament emendatorju tal-2007 jitlob rikonoxximent formali ikbar tal-partiti politiċi Ewropej,

K.  billi r-Regolament emendatorju tal-2007 huwa orjentat lejn il-ħolqien ta' partiti politiċi organizzati u effikaċi bis-sħiħ fil-livell Ewropew u f'dak tal-Istati Membri permezz ta' proċess ibbilanċjat ta' istituzzjonalizzazzjoni,

L.  billi r-Regolament emendatorju tal-2007 jfittex li jġib il-konverġenza organizzattiva tal-partiti politiċi u tal-fondazzjonijiet tagħhom fil-livell Ewropew, filwaqt li fl-istess ħin jirrikonoxxi l-kompiti differenti li għandhom, rispettivament, il-partiti politiċi u l-fondazzjonijiet politiċi,

M.  billi din il-konverġenza organizzattiva tista' tinkiseb biss billi jiġi stabbilit status politiku, legali u fiskali komuni għall-partiti politiċi Ewropej, għalkemm dan m'għandu jinvolvi ebda standardizzazzjoni tal-organizzazzjoni tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet tagħhom, li għandhom il-kompetenza esklussiva għalihom il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet innifishom,

N.  billi r-rekwiżit li jiġi adottat statut legali għall-partiti politiċi Ewropej u għall-fondazzjonijiet politiċi tagħhom ibbażat fuq il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea huwa pass ċar u sostanzjali lejn it-tkabbir tad-demokrazija fl-Unjoni,

O.  billi l-konverġenza organizzattiva u operattiva u t-titjib tal-proċess tal-finanzjament jistgħu jinkisbu biss billi jiġi adottat statut Ewropew uniformi u komuni għall-partiti politiċi Ewropej kollha u l-fondazzjonijiet politiċi tagħhom ibbażat fuq il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea,

P.  billi r-regolament dwar il-partiti politiċi fil-livell Ewropew ma jagħmilx distinzjoni bejn ir-rikonoxximent u l-finanzjament tal-partiti politiċi,

Q.  billi n-nota tal-Bureau tal-10 ta' Jannar 2011 irrakkomandat li l-kriterji għall-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej ikunu iktar stretti; billi dan ifisser restrizzjoni tal-kompetizzjoni tal-partiti fil-livell Ewropew sakemm il-kriterji għar-rikonoxximent legali u l-finanzjament tal-partiti politiċi jkunu identiċi,

R.  billi r-Regolament emendatorju tal-2007 jipprovdi bażi legali u finanzjarja ċara għall-istabbiliment tal-partiti politiċi fil-livell tal-Unjoni Ewropea, sabiex jiżdied l-għarfien Ewropew u tiġi espressa b'mod effikaċi r-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea,

S.  billi l-finanzjament tal-partiti politiċi huwa soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Titolu VI “Għotjiet” tar-Regolament Finanzjarju(6) u tar-Regoli Implimentattivi(7) tiegħu,

T.  billi l-Bureau, bħala l-korp responsabbli għall-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Finanzjament, iddeċieda fl-2006 dwar ammont sinifikanti ta' titjib fir-regoli implimentattivi, bħaż-żieda fl-għażla tal-finanzjament minn qabel minn 50 % sa 80 % sabiex tiġi simplifikata l-proċedura u titjieb is-solvenza tal-benefiċjarji, u sabiex ir-regoli dwar it-trasferimenti bejn il-kapitoli fil-baġits tal-benefiċjarji jsiru inqas stretti biex dawn ikunu jistgħu jaġġustaw il-baġits tagħhom skont iċ-ċirkostanzi politiċi li qed jinbidlu,

U.  billi l-esperjenza bil-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej affiljati tagħhom uriet li dawn jeħtieġu iktar flessibilità u kundizzjonijiet komprabbli fir-rigward tat-trasferiment tal-fondi għas-sena finanzjarja ta' wara u tal-ħolqien ta' riservi mir-riżorsi proprji li jaqbżu l-livell minimu preskritt tan-nefqa tagħhom li għandu jiġi ffinanzjat mill-fondi tagħhom stess,

V.  billi l-partiti politiċi Ewropej bħala medja jonfqu kważi nofs il-baġits tagħhom fuq l-amministrazzjoni ċentrali (persunal, kera, eċċ.) u kwart ieħor fuq il-laqgħat tal-korpi (statutorji u mhux) tal-partit, u l-bqija jintefaq fuq il-kampanji elettorali u fuq l-appoġġ għall-organizzazzjonaijiet affiljati,

W.  billi l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej jonfqu flushom għal raġunijiet differenti, fejn jonfqu medja ta' 40% tal-baġits tagħhom fuq l-amministrazzjoni ċentralizzata u l-laqgħat u 40% oħra fuq is-servizzi esterni bħall-istudji, ir-riċerka, il-pubblikazzjonijiet u s-seminars,

X.  billi s-sors ewlieni tar-riżorsi proprji tal-partiti politiċi Ewropej huma l-miżati tas-sħubija li jinġabru mill-partiti membri, u billi inqas minn 5% tad-dħul totali tagħhom jikkonsistu f'miżati tas-sħubija tal-individwi u donazzjonijiet,

Y.  billi l-porzjon tad-dħul totali tagħhom minn finanzjament mill-baġit tal-Unjoni huwa ogħla fil-każ tal-partiti politiċi Ewropej milli f'dak tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej,

Z.  billi d-donazzjonijiet għadhom ma jirrappreżentawx parti sinifikanti tal-finanzjament, bi tliet partiti u żewġ fondazzjonijiet biss li jirċievu donazzjonijiet fuq bażi regolari fl-2009,

AA.  billi hemm konflitt potenzjali bejn, min-naħa l-waħda, l-għan li jiġi ffaċilitat u aċċellerat il-finanzjament, biex b'hekk isir iktar effikaċi u, mill-oħra, l-għan li jitnaqqas ir-riskju finanzjarju għall-baġit tal-Unjoni,

AB.  billi matul il-perjodu kopert minn dan ir-rapport, jiġifieri mill-2008 sal-2011, ma kellha tiġi imposta l-ebda penalità fuq l-ebda partit jew fondazzjoni ffinanzjati,

AC.  billi l-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandhom jiksbu personalità ġuridika b'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li se jirrappreżentaw biex ikunu eliġibbli għall-finanzjament, u billi dawn m'għandhomx status legali komuni,

AD.  billi s-sussidji għall-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej huma “għotjiet” skont it-tifsira tat-Titolu VI tar-Regolament Finanzjarju u r-Regoli Implimentattivi tiegħu, iżda n-natura speċifika tagħhom tfisser li mhumiex komparabbli mal-ebda għotja li tingħata jew tiġi amministrata mill-Kummissjoni; billi dan jiġi rifless f'numru sinifikanti ta' dispożizzjonijiet fir-Regolament dwar il-Finanzjament li jistabbilixxu eċċezzjonijiet; billi din is-soluzzjoni mhijiex sodisfaċenti,

L-ambjent politiku ġdid

1.  Jinnota li l-partiti politiċi – u l-fondazzjonijiet relatati tagħhom – huma strumenti essenzjali tad-demokrazija parlamentari, li jirresponsabilizzaw lill-membri parlamenti, jgħinu fit-tiswir tar-rieda politika taċ-ċittadini, iħejju l-programmi politiċi, iħarrġu u jagħżlu l-kandidati, iżommu d-djalogu maċ-ċittadini u jippermettu liċ-ċittadini jesprimu l-opinjonijiet tagħhom;

2.  Jenfasizza li t-Trattat ta' Lisbona jipprovdi għal dan ir-rwol tal-partiti politiċi u l-fondazzjonijiet tagħhom bil-għan li tinħoloq polis Ewropea, spazju politiku fil-livell tal-UE, u demokrazija Ewropea li l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej hija element konsituttiv prinċipali tagħha;

3.  Jinnota li l-partiti politiċi Ewropej, kif huma attwalment, mhumiex f'pożizzjoni li jkollhom dan ir-rwol bis-sħiħ għax huma biss organizzazzjonijiet li jiġbru taħthom lill-partiti nazzjonali u m'għandhomx kuntatt dirett mal-elettorat fl-Istati Membri;

4.  Jinnota b'sodisfazzjon, madankollu, li l-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi minkejja dan saru atturi indispensabbli fil-ħajja politika tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari billi jsawru u jagħtu leħen lill-pożizzjonijiet rispettivi tad-diversi “familji politiċi”;

5.  Jenfasizza l-bżonn li l-partiti politiċi Ewropej kollha jikkonformaw mal-ogħla standards tad-demokrazija partitarja interna (fir-rigward tal-elezzjoni demokratika tal-korpi tal-partiti u proċessi demokratiċi ta' teħid ta' deċiżjonijiet, inkluż l-għażla tal-kandidati);

6.  Hu tal-fehma li, malli partit jissodisfa l-kundizzjonijiet biex jitqies bħala partit politiku fil-livell tal-UE, dan jista' jirċievi finanzjament sakemm ikun rappreżentat fil-Parlament Ewropew b'mill-inqas wieħed mill-membri tiegħu;

7.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-partiti politiċi għandhom drittijiet, obbligi u responsabilitajiet u għaldaqstant għandhom isegwu mudelli organizzattivi ġenerali ta' konverġenza; iqis li din il-konverġenza organizzattiva tista' tinkiseb biss billi jiġi stabbilit status legali u fiskali komuni bbażat fuq il-leġiżlazzjoni tal-UE għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi tagħhom;

8.  Jinsab konvint li status legali awtentiku għall-partiti politiċi Ewropej u personalità ġuridika tagħhom stess, ibbażati direttament fuq il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, se jagħmluha possibbli li l-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi tagħhom jaġixxu bħala aġenti rappreżentattivi tal-interess pubbliku Ewropew;

9.  Hu tal-fehma li l-partiti politiċi Ewropej għandhom jinteraġġixxu u jikkompetu dwar kwistjonijiet relatati ma' sfidi komuni Ewropej u mal-Unjoni Ewropea u l-iżvilupp tagħha fi tliet livelli: il-livell reġjonali, nazzjonali u Ewropew; iqis li huwa tal-ikbar importanza għall-partiti politiċi li jkunu effiċjenti u produttivi kemm fil-livell tal-UE u fil-livell nazzjonali u lil hinn;

10.  Jenfasizza l-isfidi importanti f'termini tal-kapaċità organizzattiva li l-partiti politiċi Ewropej se jkollhom iħabbtu wiċċhom magħhom fid-dawl tar-riformi li jistgħu jsiru lis-sistema elettorali Ewropea (il-ħolqien ta' kostitwenza addizzjonali, l-istabbiliment ta' listi transnazzjonali),;

11.  Jinnota li l-idea t'hawn fuq hija, bħala regola ġenerali, b'konformità mal-idea tal-partiti politiċi Ewropej li jipparteċipaw f'kampanji għal referenda, meta r-referenda kkonċernati jkunu direttament marbutin mal-kwistjonijiet relatati mal-Unjoni Ewropea;

12.  Jiddeċiedi, għalhekk, li jitlob lill-Kummissjoni tipproponi abbozz ta' statut għall-partiti politiċi Ewropej bi qbil mal-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

13.  Jinnota li dak li huwa meħtieġ fuq bażi ta' żmien iqsar huwa li jitjieb l-ambjent regolatorju għall-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, titjib li jinvolvi l-adozzjoni tal-istatut Ewropew bħala l-ewwel pass;

Proposti għal riforma addizzjonali

14.  Iqis li l-Membri li għandhom siġġu f'parlamenti jew assemblej reġjonali għandhom jitqiesu b'rabta mal-issodisfar tal-kundizzjonijiet għall-finanzjament biss jekk il-parlament jew l-assemblea inkwistjoni għandhom setgħat leġiżlattivi;

15.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-għoti ta' finanzjament u l-għeluq tal-kontijiet tal-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej huma proċeduri burokratiċi u twal; iqis li dan ġej, fil-parti l-kbira tiegħu, mill-fatt li l-pagamenti tal-finanzjament huma meqjusa bħala “għotjiet” skont it-tifsira tar-Regolament Finanzjarju, ħaġa li hi adegwata għall-finanzjament ta' proġetti jew assoċjazzjonijiet iżda mhux għall-partiti;

16.  Huwa tal-fehma, għaldaqstant, li l-Kummissjoni għandha tipproponi l-ħolqien ta' titolu ġdid fir-Regolament Finanzjarju ddedikat biss u mfassal b'mod speċifiku għall-finanzjament tal-partiti u l-fondazzjonijiet Ewropej; iqis li r-Regolament dwar il-Finanzjament għandu, f'dak li jikkonċerna l-implimentazzjoni tiegħu, jirreferi għad-dispożizzjonijiet ta' dan it-titolu l-ġdid;

17.  Jenfasizza li l-fatt li l-partiti u l-fondazzjonijiet jiffinanzjaw lilhom infushom huwa sinjal ta' vitalità; jemmen li dan għandu jitħeġġeġ billi l-limitu attwali ta' EUR 12,000 fis-sena għad-donazzjonijiet jogħla għal EUR 25,000 fis-sena għal kull donatur, flimkien, madankollu, ma' rekwiżit li tiġi żvelata l-identità tad-donatur meta tasal id-donazzjoni, bi qbil mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ u fl-interessi ta' trasparenza;

18.  Iqis li r-rekwiżit li jiġu preżentati “programmi ta' ħidma annwali” bħala prekondizzjoni għall-finanzjament mhux adegwat għall-partiti politiċi; jinnota, barra minn hekk, li dan ir-rekwiżit ma jeżisti fl-ebda Stat Membru tal-UE;

19.  Jenfasizza l-fatt li l-mument meta jingħata l-finanzjament huwa kruċjali jekk dan għandu jissodisfa l-għan tiegħu; jitlob, bħala eċċezzjoni għar-regoli implimentattivi għar-Regolament Finanzjarju, li 100% tal-finanzjament isir disponibbli fil-bidu tas-sena finanzjarja, u mhux 80%; iqis li, fid-dawl tal-esperjenza pożittiva fl-imgħoddi, ir-riskju għall-Parlament huwa negliġibbli;

20.  Jindika li r-Regolament Finanzjarju jistipula li l-għotja “ma tistax tiffinanzja n-nefqa operattiva intiera tal-korp benefiċjarju”; josserva li l-osservanza ta' din ir-regola hija speċjalment diffiċli għall-fondazzjonijiet u dan iwassal għal tekniki ta' kontabilità evażivi (pereżempju l-“kontribuzzjonijiet in natura”); jindika li kważi l-ebda waħda mill-iskemi ta' finanzjament fl-Istati Membri ma teħtieġ awtofinanzjament parzjali, billi dan jista' jkun ta' żvantaġġ għal partiti iżgħar jew għal dawk stabbiliti reċentement;

21.  Jindika li r-riżorsi indipendenti li l-partiti politiċi Ewropej huma mitluba juru jistgħu jitnaqqsu għal 10% mill-baġit totali tagħhom, sabiex ikompli jiżdied l-iżvilupp tagħhom; fl-istess ħin, jemmen li r-riżorsi proprji tagħhom fil-forma ta' riżorsi fiżiċi m'għandhomx jaqbżu s-7.5% tal-baġit totali tagħhom,

22.  Jinnota li, fil-każ tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, ir-reviżjoni tal-istrument legali għandha titqies bħala opportunità biex jitneħħa r-rekwiżit li jintwera li dawn għandhom ir-riżorsi tagħhom stess;

23.  Jinnota li fil-kuntest ta' din ir-reviżjoni għandha titneħħa l-limitazzjoni imposta fuq il-fondazzjonijiet politiċi Ewropej li tirrikjedi minnhom li jużaw il-fondi tagħhom fl-Unjoni Ewropea; jinnota li dan jagħmilha possibbli għall-fondazzjonijiet li jkollhom rwol kemm fl-UE kif ukoll barra minnha;

24.  Jenfasizza, madankollu, li jekk ir-reġim tal-finanzjament isir iktar strett, dan għandu jiġi kontrobilanċjat billi jiġu stipulati sanzjonijiet fir-Regolament dwar il-Finanzjament fejn bħalissa huma nieqsa; iqis li dawn is-sanzjonijiet jistgħu jieħdu l-forma ta' penalitajiet finanzjarji fil-każ ta' ksur tar-regoli li jikkonċerna, pereżempju, it-trasparenza tad-donazzjonijiet; jenfasizza l-bżonn li jiġu stipulati l-istess kundizzjonijiet li jirregolaw il-bini tar-riżervi mir-riżorsi proprji fuq il-limitu u t-trasferiment għas-sena ta' wara tal-fondi kemm għall-partiti politiċi Ewropej kif ukoll għall-fondazzjonijiet politiċi Ewropej affiljati tagħhom;

25.  Jindika li mill-2008, il-partiti politiċi Ewropej huma intitolati jużaw somom riċevuti bħala għotjiet għall-“kampanji ta' finanzjament mwettqa (...) fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew” (l-Artikolu 8, it-tielet paragrafu, tar-Regolament dwar il-Finanzjament); jindika wkoll, madankollu, li huma pprojbiti milli jużaw dawn is-somom għall-finanzjament ta' “kampanji ta' referenda”; jemmen, madankollu, li jekk il-partiti politiċi Ewropej għandu jkollhom rwol fil-livell tal-UE, huma għandu jkollhom id-dritt li jipparteċipaw f'dawn il-kampanji sakemm is-suġġett tar-referendum ikun marbut direttament ma' kwistjonijiet li jikkonċernaw l-Unjoni Ewropea;

26.  Jistieden lill-partiti politiċi Ewropej jibdew proċess ta' kunsiderazzjoni tat-termini għas-sħubija diretta tal-individwi u tal-arranġamenti adegwati għall-parteċipazzjoni diretta jew indiretta tal-individwi fl-attivitajiet interni u fil-proċessi ta' teħid ta' deċiżjoni tal-partiti;

o
o   o

27.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 297, 15.11.2003, p. 1.
(2) ĠU C 292 E, 1.12.2006, p. 127.
(3) Emendat mid-Deċiżjoni tal-Bureau tal-1 ta' Frar 2006 u tat-18 ta' Frar 2008.
(4) Riżoluzzjoni tat-23 ta' Marzu 2006 dwar il-partiti politiċi Ewropej, paragrafu 14 (ĠU C 292 E, 1.12.2006, p. 127).
(5) Regolament (KE) Nru 1524/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2007, ĠU L 343, 27.12.2007, p. 5;
(6) Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002, ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002, ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.


Governanza u Sħubija fis-Suq Uniku
PDF 403kWORD 94k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2011 dwar Governanza u Sħubija fis-Suq Uniku (2010/2289(INI))
P7_TA(2011)0144A7-0083/2011

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Lejn Att dwar is-Suq Uniku: Għal ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna – 50 proposta biex intejbu l-ħidma, in-negozju u l-iskambji ma' xulxin” (COM(2010)0608),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Suq uniku għall-Ewropa tas-Seklu 21” (COM(2007)0724) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bl-isem “Is-Suq Uniku: rieżami tal-kisbiet” (SEC(2007)1521),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Settembru 2007 dwar ir-rieżami tas-Suq Uniku(1) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bl-isem “Ir-rieżami tas-Suq Uniku: sena wara” (SEC(2008)3064),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Regolamentazzjoni Intelliġenti fl-Unjoni Ewropea” (COM(2010)0543),

–   wara li kkunsidra s-27 Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar il-Monitoraġġ tal-Applikazzjoni tal-Liġi tal-UE u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bl-isem “Is-sitwazzjoni fis-setturi differenti” (SEC(2010)1143),

–   wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ġunju 2009 dwar miżuri għat-titjib tal-funzjonament tas-suq uniku(2),

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Diċembru 2010 dwar l-Att dwar is-Suq Uniku,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Professur Mario Monti lill-Kummissjoni dwar l-għoti tal-ħajja mill-ġdid lis-suq uniku,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2010 dwar ir-realizzazzjoni tas-suq uniku għall-konsumaturi u ċ-ċittadini(3),

–   wara li kkunsidra t-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Intern Nru 21 (2010), u r-riżoluzzjonijiet tiegħu tad-9 ta' Marzu 2010(4) u tat-23 ta' Settembru 2008(5) dwar it-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Intern,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Ewropa li Tikseb ir-Riżultati - L-Applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja” (COM(2007)0502),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 258 sa 260 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 7, 10 u 15 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0083/2011),

A.  billi l-varar mill-ġdid tas-Suq Uniku jirrikjedi l-appoġġ attiv taċ-ċittadini, l-istituzzjonijiet Ewropej, l-Istati Membri u l-partijiet interessati kollha,

B.  billi sabiex jinkiseb mill-ġdid l-appoġġ attiv mill-partijiet interessati kollha, huwa essenzjali li matul il-konsultazzjonijiet u d-djalogu mal-Kummissjoni kif ukoll fi gruppi ta' esperti, għandha tiġi żgurata r-rappreżentanza effettiva tas-soċjetà ċivili u tal-SMEs,

C.  billi t-tixrid, l-artikulazzjoni u l-ġestjoni kif suppost tad-diversi konsultazzjonijiet u rapporti tal-istituzzjonijiet tal-UE (UE 2010, ir-Rapport 2010 dwar iċ-Ċittadinanza, il-Politika Industrijali Integrata, l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, ir-Rapport Monti, ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament dwar “ir-realizzazzjoni ta' suq uniku għall-konsumaturi u ċ-ċittadini”, ir-Rapporti Gonzales u IMCO, eċċ.) huma ta' importanza partikolari għall-varar mill-ġdid b'suċċess tas-Suq Uniku,

D.  billi għadha tippersisti lakuna sostanzjali bejn ir-regoli tas-suq uniku u l-benefiċċji li ċ-ċittadini u n-negozji jistgħu jisiltu minnhom fil-prattika,

E.  billi d-defiċit medju tat-traspożizzjonijiet tal-UE jammonta għal 1.7% meta jitqiesu l-każijiet li fihom iż-żmien tat-traspożizzjoni ta' direttiva jeċċedi l-iskadenza u li fihom tkun inbdiet proċedura ta' ksur mill-Kummissjoni għan-nuqqas ta' konformità,

Introduzzjoni

1.  Jilqa' b'interess il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Lejn Att dwar is-Suq Uniku”, speċjalment it-tielet kapitolu tagħha u l-approċċ globali li din tipproponi sabiex jiġi bbilanċjat mill-ġdid is-suq uniku bejn l-impriżi u ċ-ċittadini u biex jittejbu d-demokrazija u t-trasparenza tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet; jenfasizza li dan l-approċċ għandu l-għan li jiggarantixxi l-aħjar bilanċ bejn il-proposti tat-tliet partijiet tal-komunikazzjoni;

2.  Iqis li t-tliet kapitli tal-Komunikazzjoni huma importanti ndaqs u interkonnessi, u għandhom ikunu ttrattati b'approċċ konsistenti mingħajr ma jiġu iżolati minn xulxin il-kwistjonijiet differenti li hemm involuti;

3.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill isaħħu l-approċċ olistiku lejn il-varar mill-ġdid tas-Suq Uniku, filwaqt li jintegraw il-prijoritajiet tas-Suq Uniku fl-oqsma kollha ta' politika li huma kruċjali biex jiġi realizzat is-Suq Uniku għall-ġid taċ-ċittadini, il-konsumaturi u n-negozji Ewropej;

4.  Jemmen li t-titjib tal-governanza ekonomika Ewropea, l-implimentazzjoni tal-istrateġija UE 2020 u l-varar mill-ġdid tas-Suq Uniku huma importanti ndaqs biex l-ekonomija Ewropea tingħata l-ħajja mill-ġdid u għandhom jitqiesu flimkien;

5.  Iqis li għandu jiġi kkompletat suq uniku mingħajr ostakoli u kompetittiv biex iġib vantaġġi konkreti għall-ħaddiema, studenti, pensjonanti u ċittadini inġenerali, u għan-negozji, l-aktar l-SMEs, fil-ħajja tagħhom ta' kuljum;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni tindika l-kalendarju għat-tlestija tal-Att dwar is-Suq Uniku u tippubblika aġġornamenti regolari dwar il-progress tanġibbli sabiex tqajjem il-kuxjenza taċ-ċittadin Ewropew fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Att u biex tenfasizza l-benefiċċji tiegħu;

Evalwazzjoni ġenerali
It-tisħiħ tat-tmexxija politika u s-sħubija

7.  Jinsab konvint li waħda mill-isfidi prinċipali fil-varar mill-ġdid tas-Suq Uniku hija l-iżgurar tat-tmexxija politika, l-impenn u l-koordinament; jemmen li gwida komprensiva mill-ogħla livell politiku hija kruċjali għat-tnedija mill-ġdid tas-Suq Uniku;

8.  Jissuġġerixxi li l-President tal-Kummissjoni għandu jingħata l-mandat li jikkoordina u jissorvelja l-varar mill-ġdid tas-Suq Uniku, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-President tal-Kunsill Ewropew u mal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Presidenti tal-Kummissjoni u tal-Kunsill Ewropew biex jikkoordinaw mill-qrib l-azzjonijiet rispettivi tagħhom intiżi li jagħtu spinta lit-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività, l-ekonomija soċjali tas-suq u s-sostenibilità fl-Unjoni;

9.  Jenfasizza r-rwol imsaħħaħ tal-PE u tal-parlamenti nazzjonali skont it-Trattat ta' Lisbona; iħeġġeġ it-tisħiħ tar-rwol tal-Parlament fil-proċess tal-leġiżlazzjoni dwar is-suq uniku; jinkoraġġixxi lill-parlamenti nazzjonali jagħmlu sforz ħalli jittrattaw ir-regoli tas-Suq Uniku matul iċ-ċiklu leġiżlattiv kollu u jipparteċipaw f'attivitajiet konġunti mal-Parlament Ewropew, sabiex ikun hemm sinerġija aħjar bejn iż-żewġ livelli parlamentari;

10.  Jilqa' l-approċċ tal-Kummissjoni li jqiegħed id-djalogu u s-sħubija fil-qalba tas-suq uniku mġedded, u jitlob li jkun hemm sforzi isħaħ mill-partijiet interessati kollha biex jiżguraw li dan l-approċċ jitqiegħed fil-prattika ħalli s-suq uniku jkun jista' jiżvolġi r-rwol sħiħ tiegħu fil-promozzjoni tat-tkabbir u ta' ekonomija tas-suq kompetittiva ħafna;

11.  Jisteden lill-Kummissjoni flimkien mal-Presidenza torganizza Forum dwar is-Suq Uniku fuq bażi annwali li jinvolvi partijiet interessati mill-istituzzjonijiet Ewropej, l-Istati Membri, is-soċjetà ċivili u organizzazzjonijiet tan-negozjanti biex jevalwaw il-progress fil-varar mill-ġdid tas-Suq Uniku, jaqsmu bejniethom l-aħjar prattiki u jindirizzaw il-preokkupazzjonijiet ewlenin taċ-ċittadini Ewropej; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli l-eżerċizzju tal-identifikazzjoni tal-ewwel 20 sors ta' nuqqas ta' sodisfazzjon u frustrazzjoni relatati mas-suq uniku li jġarrbu ċ-ċittadini; jipproponi li l-Forum dwar is-Suq Uniku jkun jista' jintuża mill-Kummissjoni biex tippreżenta dawn il-problemi u s-soluzzjonijiet rispettivi tagħhom;

12.  Iħeġġeġ lill-gvernijiet tal-Istati Membri jieħdu s-sjieda tal-varar mill-ġdid tas-Suq Uniku; jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattivi li ħadu l-Istati Membri biex jottimizzaw il-mod li bih jittrattaw id-direttivi tas-Suq Uniku f'dawk li huma t-titjib tal-koordinament, il-ħolqien ta' strutturi ta' inċentivi u ż-żieda tal-importanza politika mogħtija lit-traspożizzjoni; iqis li hu kruċjali, meta jiddiskuti prijoritajiet għal leġiżlazzjoni ġdida, it-tisħiħ tal-inċentivi u l-għoti ta' importanza ikbar għat-traspożizzjoni korretta u fil-ħin, l-applikazzjoni korretta u l-infurzar aħjar tal-leġiżlazzjoni tas-suq uniku;

13.  Jinnota li r-regoli tas-Suq Uniku spiss jiġu implimentati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm aktar involviment min-naħa tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-bini tas-suq uniku, f'konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u s-sħubija, fl-istadji kollha tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet; jipproponi, sabiex jiġi enfasizzat dan l-approċċ deċentralizzat, it-twaqqif ta' “Patt Territorjali tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali dwar l-Istrateġija tal-Ewropa 2020” f'kull Stat Membru biex tinħoloq sjieda qawwija fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija 2020 tal-UE;

14.  Jemmen li l-“governanza tajba” tas-suq uniku għandha tirrispetta r-rwol taż-żewġ istituzzjonijiet konsultattivi li jeżistu fil-livell Ewropew – il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni – kif ukoll dak tas-sħab soċjali;

15.  Jisħaq li d-djalogu mas-sħab soċjali u mas-soċjetà ċivili huwa essenzjali biex tinġieb lura l-fiduċja fis-suq uniku; jistenna ideat ġodda u kuraġġużi mill-Kummissjoni dwar kif dan id-djalogu jista' fil-fatt jittejjeb; jitlob li s-sħab soċjali jkunu involuti u kkonsultati fil-leġiżlazzjoni kollha rilevanti tas-suq uniku li taffettwa s-suq tax-xogħol;

16.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ssaħħaħ djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mas-soċjetà ċivili;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika Ktiba Ħadra dwar linji gwida għal konsultazzjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE ma' assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u mas-soċjetà ċivili, u tiżgura li dawn il-konsultazzjonijiet ikunu wiesgħa, interattivi u jżidu l-valur tal-politiki proposti;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tadatta d-djalogu u l-komunikazzjoni dwar il-bżonnijiet taċ-ċittadini ordinarji, bl-aqwa mod possibbli, pereżempju billi l-konsultazzjonijiet pubbliċi kollha tagħha jsiru disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE jew billi l-lingwa tintuża b'tali mod li tkun tista' tiftiehem miċ-ċittadin ordinarju;

19.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tvara kampanja ta' informazzjoni u edukazzjoni dwar l-essenza tas-suq uniku u l-objettivi stabbiliti sabiex iżżid id-dinamiżmu tiegħu filwaqt li jiġu inkorporati d-dimensjonijiet ta' koeżjoni soċjali u reġjonali; jenfasizza li din il-kampanja ta' komunikazzjoni hi importanti billi tiffavurixxi aktar parteċipazzjoni min-naħa ta' kull ċittadin, ħaddiem u konsumatur u biex ikunu jistgħu jipparteċipaw aktar f'suq kompetittiv, ġust u bbilanċjat;

20.  Iqis li l-użu ta' għodod kollaborattivi ġodda u approċċi tal-Web 2.0 joffri opportunità biex tinkiseb governanza tas-Suq Uniku li tkun aktar miftuħa, responsabbli, tirreaġixxi malajr u effikaċi;

Regolamentazzjoni tas-Suq Uniku

21.  Huwa tal-fehma li l-inizjattivi minn Stati Membri individwali ma jistgħux ikunu effikaċi mingħajr azzjoni koordinata fil-livell tal-UE, u għalhekk huwa ta' importanza fundamentali li l-Unjoni Ewropea titkellem b'vuċi waħda u soda u timplimenta azzjonijiet komuni; iqis li s-solidarjetà, li fuqha hu bbażat il-mudell ekonomiku soċjali Ewropew, u l-koordinament tar-rispons nazzjonali kienu kruċjali biex jiġu evitati miżuri ta' protezzjoni għal perjodu qasir ta' żmien mill-Istati Membri individwali; jesprimi t-tħassib tiegħu li jekk il-protezzjoniżmu ekonomiku jerġa' jitfaċċa fil-livell nazzjonali dan x'aktarx iwassal għall-frammentazzjoni tas-suq intern u għal tnaqqis fil-kompetittività, u għalhekk jeħtieġ li jiġi evitat; jesprimi t-tħassib tiegħu li l-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali tista' tintuża biex tiġġustifika li jerġgħu jiddaħħlu miżuri ta' protezzjoniżmu f'diversi Stati Membri, filwaqt li, minflok hekk, it-tnaqqis fl-attività ekonomika jitlob mekkaniżmi ta' salvagwardja komuni;

22.  Hu tal-fehma li l-progress fis-suq intern m'għandux ikun ibbażat fuq id-denominatur komuni l-aktar baxx; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu l-inizjattiva u tressaq proposti kuraġġużi; iħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw il-metodu ta' kooperazzjoni msaħħa f'oqsma fejn il-proċess li jintlaħaq ftehim bejn 27 mhuwiex possibbli; jinnota li pajjiżi oħra jkunu ħielsa li jingħaqdu f'dawn l-inizjattivi avvanzati fi stadju aktar tard;

23.  Jemmen li l-effiċjenza ġenerali u l-leġittimità tas-Suq Uniku jbatu minħabba l-kumplessità tal-governanza tas-Suq Uniku;

24.  Iqis li għandha tingħata aktar attenzjoni lill-kwalità u ċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-UE sabiex titħaffef l-implimentazzjoni tar-regoli tas-Suq Uniku mill-Istati Membri;

25.  Jidhirlu li l-użu tar-regolamenti minflok id-direttivi fejn adatt jikkontribwixxi għal ambjent regolatorju aktar ċar u jnaqqas l-ispejjeż tat-tranżazzjoni assoċjati mat-traspożizzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa approċċ aktar speċifikament immirat f'dak li jirrigwarda l-għażla tal-istrumenti leġiżlattivi, skont il-karatteristiċi legali u sostanzjali tad-dispożizzjonijiet li jridu jiġu implimentati, waqt li jiġu rispettati l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

26.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jimplimentaw l-istrateġija ta' Regolamentazzjoni Intelliġenti biex tkompli titjieb il-kwalità tar-regolamentazzjoni, waqt li jirrispettaw bis-sħiħ il-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità;

27.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli evalwazzjoni indipendenti ex-ante u ex-post tal-leġiżlazzjoni bil-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati sabiex titjieb l-effikaċja tal-leġiżlazzjoni;

28.  Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tissistematizza u tirfina t-test tal-SMEs, filwaqt li tqis id-diversità tas-sitwazzjonijiet tagħhom, biex tevalwa l-konsegwenzi ta' proposti leġiżlattivi fuq dawn in-negozji;

29.  Jemmen li t-tabelli ta' korrelazzjoni jikkontribwixxu għal traspożizzjoni aħjar u jiffaċilitaw b'mod sinifikanti l-infurzar tar-regoli tas-Suq Uniku; iħeġġeġ lill-Istati Membri joħolqu u jippubblikaw tabelli ta' korrelazzjoni fil-leġiżlazzjoni kollha tas-suq uniku; jirrimarka li fil-futur il-Parlament jista' ma jikkonkludix rapporti dwar testi ta' kompromess miftiehma mal-Kunsill fl-aġenda tal-plenarja jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni għad-dispożizzjonijiet tat-tabelli tal-korrelazzjoni;

Koordinament amministrattiv, mekkaniżmi għas-soluzzjoni tal-problemi u informazzjoni

30.  Jappoġġa l-proposti tal-Att dwar is-Suq Uniku li jimmiraw li jiżviluppaw aktar kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri, inkluża l-estensjoni tas-Sistema ta' Tagħrif tas-Suq Intern (IMI) lejn oqsma leġiżlattivi relevanti oħra waqt li jqisu s-sigurtà tas-sistema u kif din tista' tintuża; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri billi tipprovdi taħriġ u pariri;

31.  Iqis li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jkunu involuti fl-iżvilupp u l-espansjoni tas-Sistema ta' Tagħrif tas-Suq Intern wara evalwazzjoni bir-reqqa tal-benefiċċji u l-problemi li l-espansjoni tas-sistema tista' ġġib magħha;

32.  Jenfasizza l-importanza ta' komunikazzjoni aħjar u estensjoni tas-sistema ta' informazzjoni tas-suq intern peress li hija essenzjali biex l-SMEs jingħataw informazzjoni ċara dwar is-suq intern;

33.  Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tikkoopera ma' Stati Membri għall-konsolidazzjoni u t-tisħiħ tal-għodod informali għas-soluzzjoni tal-problemi bħal SOLVIT, il-proġett pilota tal-UE u ċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumatur; jistieden lill-Kummissjoni biex toħroġ bi pjan direzzjonali dwar l-iżvilupp u l-interkonnessjoni ta' għodod differenti għas-soluzzjoni tal-problemi biex tiżgura effiċjenza u faċilità tal-użu mill-utenti u biex tevita duplikazzjonijiet bla bżonn; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jipprovdu lil dawn l-għodod għas-soluzzjoni tal-problemi b'riżorsi adegwati;

34.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli tiżviluppa u tippromwovi l-websajt L-Ewropa Tiegħek sabiex toffri aċċess uniku għall-informazzjoni kollha u s-servizzi ta' għajnuna kollha li ċ-ċittadini u n-negozji jeħtieġu biex jagħmlu użu mid-drittijiet tagħhom fis-suq uniku;

35.  Jistieden lill-Istati Membri biex jiżviluppaw punti ta' kuntatt uniku taħt id-Direttiva tas-Servizzi f'ċentri ta' e-Gvern ħfief biex jintużaw mill-utent u faċilment aċċessibbli fejn in-negozji jistgħu jiksbu l-informazzjoni kollha meħtieġa fil-lingwi relevanti tal-UE, jagħmlu l-formalitajiet kollha u jlestu l-passi meħtieġa b'mezzi elettroniċi sabiex jipprovdu servizzi fl-Istat Membru rispettiv;

36.  Jirrikonoxxi r-rwol importanti tal-EURES fil-faċilitazzjoni tal-moviment ħieles tal-ħaddiema fl-Unjoni u fl-iżgurar ta' kooperazzjoni mill-qrib bejn is-servizzi nazzjonali tal-impjiegi; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-għarfien pubbliku ta' dan is-servizz utli biex aktar ċittadini tal-UE jkunu jistgħu jibbenefikaw b'mod sħiħ minn opportunitajiet ta' impjiegi fl-UE kollha;

37.  Jistieden lill-Parlamenti nazzjonali u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u s-sħab soċjali jieħdu parti attiva fil-komunikazzjoni tal-benefiċċji tas-Suq Uniku;

Traspożizzjoni u infurzar

38.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tuża s-setgħat kollha skont it-Trattati biex ittejjeb it-traspożizzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar tar-regoli tas-Suq Uniku għall-benefiċċju taċ-ċittadini, konsumaturi u negozji Ewropej; jistieden lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi tagħhom sabiex jimplimentaw b'mod sħiħ u korrett ir-regoli tas-Suq Uniku;

39.  Jemmen li l-proċedura ta' ksur tibqa' għodda ewlenija biex jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq uniku, iżda jenfasizza li għandhom jitqiesu l-istrumenti addizzjonali li jieħdu anqas ħin u li huma anqas ingombranti;

40.  Jistieden lill-Kummissjoni tirreżisti kull indħil politiku u fejn ifallu l-mekkaniżmi tas-soluzzjoni ta' problemi qabel il-litigazzjoni tibda minnufih il-proċeduri ta' ksur;

41.  Jinnota li l-każistika ta' dan l-aħħar tal-Qorti tal-Ġustizzja tiftaħ xenarji ġodda biex il-Kummissjoni ssegwi “każijiet ta' ksur ġenerali u strutturali” tar-regoli tas-Suq Uniku mill-Istati Membri;

42.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ tat-tibdiliet li ddaħħlu mill-Artikolu 260 tat-TFUE li huma maħsuba biex jissimplifikaw u jħaffu l-impożizzjoni tal-pieni fil-kuntest tal-proċeduri ta' ksur;

43.  Jemmen li l-Kummissjoni għandu jkollha rwol aktar attiv fl-infurzar tar-regoli tas-Suq Uniku, billi tagħmel iktar monitoraġġ sistematiku u indipendenti sabiex jitħaffu l-proċeduri ta' ksur;

44.  Jiddispjaċih li wisq proċeduri ta' ksur jieħdu ħafna żmien qabel ma jingħalqu jew jinġiebu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja; jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi punt ta' referenza ta' 12-il xahar għaż-żmien medju massimu li jieħdu l-proċeduri ta' ksur, minn meta jinfetaħ il-fajl sa meta tintbagħat l-applikazzjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja; jiddispjaċih ħafna li proċeduri bħal dawn ma jkollhom l-ebda effett dirett fuq iċ-ċittadini jew ir-residenti tal-UE li kienu vittmi ta' nuqqas ta' infurzar tal-liġi tal-UE;

45.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħti informazzjoni aħjar, b'mod trasparenti, dwar il-proċeduri ta' ksur li għaddejjin;

46.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi punt ta' referenza għall-konformità tal-Istati Membri mad-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja;

47.  Jappoġġa l-inizjattivi tal-Kummissjoni biex tkompli ttejjeb l-użu tas-soluzzjoni alternattiva tat-tilwim (ADR), bil-ħsieb li jiġi żgurat aċċess rapidu u effiċjenti għal soluzzjoni tat-tilwim barra l-qrati li tkun sempliċi u mingħajr spejjeż kbar għall-konsumaturi u l-impriżi f'tilwim nazzjonali u transkonfinali li jinvolvi kemm xiri online kif ukoll offline; jilqa' l-konsultazzjoni mnedija mill-Kummissjoni; jinsisti dwar il-ħtieġa li ċ-ċittadini jingħataw informazzjoni aħjar dwar l-eżistenza tal-ADR;

48.  Jistieden lill-Kummissjoni tiffoka wkoll fuq il-prevenzjoni tat-tilwim, pereżempju permezz ta' miżuri iktar b'saħħithom li jevitaw prattiki kummerċjali inġusti;

49.  Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tniedi konsultazzjoni pubblika dwar approċċ Ewropew għar-rimedju kollettiv u jopponi l-introduzzjoni ta' mekkaniżmi ta' rimedju kollettiv ibbażati fuq il-mudell tal-Istati Uniti tal-Amerika, li fih inċentivi ekonomiċi qawwija għat-tressiq ta' lmenti infondati quddiem il-qorti;

50.  Jinnota li kwalunkwe proposta dwar ir-rimedju kollettiv għall-ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni għandha tirrispetta l-fehma li l-Parlament esprima fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Marzu 2009 dwar azzjonijiet ta' riżarċiment tad-danni għal ksur tar-regoli tal-KE dwar l-antitrust; jinsisti li l-Parlament għandu jkun involut fl-adozzjoni ta' kwalunkwe att bħal dawn permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-każ għal standards minimi fir-rigward tad-dritt għal kumpens għad-dannu li jirriżultaw minn ksur tal-liġi tal-UE b'mod aktar ġenerali;

Monitoraġġ, evalwazzjoni u modernizzazzjoni

51.  Jappoġġa approċċ iffukat u bbażat fuq l-evidenza fejn jidħlu l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tas-suq; jistieden il-Kummissjoni tkompli tiżviluppa l-għodod tagħha għall-monitoraġġ tas-suq, bħal pereżempju l-mekkaniżmu ta' twissija fid-Direttiva dwar is-Servizzi, billi ttejjeb il-metodoloġija, l-indikaturi u l-ġbir tad-data, filwaqt li tosserva l-prinċipji tal-prattiċità u l-kosteffikaċja;

52.  Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa tal-evalwazzjoni tal-istat tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni kollha dwar is-Suq Uniku b'mod iktar rapidu u ċar;

53.  Jenfasizza l-evalwazzjoni reċiproka prevista fid-Direttiva dwar is-Servizzi bħala mod innovattiv kif tintuża l-pressjoni tal-pari biex tittejjeb il-kwalità tat-traspożizzjoni; jappoġġa fejn hu xieraq l-użu tal-evalwazzjoni reċiproka f'oqsma oħra, eż. fil-qasam taċ-ċirkolazzjoni libera tal-merkanzija;

54.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jirrieżminaw regolarment ir-regoli u l-proċeduri nazzjonali li għandhom impatt fuq iċ-ċirkolazzjoni libera tas-servizzi u l-merkanzija bil-għan li jissimplifikaw u jimmodernizzaw ir-regoli nazzjonali u jneħħu d-duplikazzjonijiet; iqis li l-proċess ta' monitoraġġ tal-liġi nazzjonali użat għall-implimentazzjoni tad-direttivi dwar is-servizzi, jista' jkun għodda effikaċi f'oqsma oħra biex jiġi evitat xogħol doppju u jitneħħew ostakli nazzjonali mhux ġustifikati għall-moviment liberu;

55.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tappoġġa l-isforzi tas-settur pubbliku biex jadotta approċċi innovattivi, filwaqt li tisfrutta t-teknoloġiji u l-proċeduri ġodda u xxerred l-aħjar prassi fl-amministrazzjoni pubblika, ħaġa li tnaqqas il-burokrazija u tħaddan politiki ċċentrati fuq iċ-ċittadin;

Prijoritajiet ewlenin

56.  Jitlob li kull sessjoni tar-rebbiegħa tal-Kunsill Ewropew għandha tkun iddedikata għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni attwali tas-Suq Uniku, bl-appoġġ ta' proċess ta' monitoraġġ;

57.  Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika Ktiba Ħadra dwar linji gwida għal konsultazzjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE ma' assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u mas-soċjetà ċivili, u tiżgura li dawn il-konsultazzjonijiet ikunu wiesgħa, interattivi, trasparenti u jżidu l-valur tal-politiki proposti;

58.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri joħolqu u jippubblikaw tabelli ta' korrelazzjoni fil-leġiżlazzjoni kollha tas-suq uniku;

59.  Jistieden lill-Istati Membri biex inaqqsu d-defiċit ta' traspożizzjoni tad-Direttivi tas-Suq Uniku għal 0.5% għal-leġiżlazzjoni pendenti u 0.5% għal-leġiżlazzjoni trasposta b'mod inkorrett sal-aħħar tal-2012;

60.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta leġiżlattiva dwar l-użu ta' riżoluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim fl-UE sa tmiem l-2011 u tenfasizza l-importanza tal-adozzjoni rapida tagħha;

o
o   o

61.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 187 E, 24.7.2008, p. 80.
(2) ĠU L 176, 7.7.2009, p. 17.
(3) Testi adottati, P7_TA(2010)0186.
(4) ĠU C 349 E, 22.12.2010, p. 25.
(5) ĠU C 8 E, 14.1.2010, p. 7.


Suq Uniku għall-Ewropej
PDF 351kWORD 130k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2011 dwar Suq Uniku għall-Ewropej (2010/2278(INI))
P7_TA(2011)0145A7-0072/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif inhuma inkorporati fit-Trattati bl-Artikolu 6 tat-Trattat UE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 26 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jistipula li “s-suq intern għandu jikkomprendi arja bla fruntieri interni, li fiha l-moviment liberu ta' merkanzija, persuni, servizzi u kapital huwa żgurat skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattati”,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3(3) tat-Trattat tal-UE, li jorbot l-Unjoni biex taħdem għal “ekonomija ta' suq soċjali kompetittiva ħafna, intiża li twassal għal livell massimu ta' mpjieg u progress soċjali, u livell għoli ta' protezzjoni u ta' titjib tal-kwalità ta' l-ambjent”,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jistipula li, “[f]id-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandha tieħu kont tal-ħtiġijiet marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjieg, mal-garanzija ta' protezzjoni soċjali xierqa, mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali kif ukoll ma' livell għoli ta' edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem”,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jistipula li “[l]-ħtiġijiet għall-ħarsien ta' l-ambjent għandhom ikunu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet ta' l-Unjoni, partikolarment bl-għan li jinkoraġixxu żvilupp sostenibbli”,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 12 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jistipula li “[f]id-definizzjoni u l-implementazzjoni ta' politika u attivitajiet oħra ta' l-Unjoni għandu jingħata kont tal-ħtiġijiet tal-ħarsien tal-konsumatur”,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 14 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Protokoll 26 tiegħu fuq is-servizzi ta' interess (ekonomiku) ġenerali,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew bit-titolu “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titlu “Lejn Att dwar is-Suq Uniku – Għal ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna” (COM(2010)0608),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “Aġenda taċ-ċittadin – il-kisba tar-riżultati għall-Ewropa” (COM(2006)0211),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “Suq Uniku għall-Ewropa tas-Seklu 21” (COM(2007)0724) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni ppreżentat magħha bit-titolu “Is-Suq Uniku: reviżjoni tal-kisbiet” (SEC(2007)1521), ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-4 ta' Settembru 2007 dwar ir-reviżjoni tas-Suq Wieħed(1) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “Ir-reviżjoni tas-Suq Uniku: sena wara” (SEC(2008)3064),

–  wara li kkunsidra il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “Opportunitajiet, aċċess u solidarjetà: lejn viżjoni soċjali ġdida għall-Ewropa tas-Seklu 21” (COM(2007)0726) u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “Servizzi ta' interess ġenerali, inklużi s-servizzi soċjali ta' interess ġenerali: impenn Ewropew ġdid” (COM(2007)0725) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-27 ta' Settembru 2006 dwar il-White Paper tal-Kummissjoni dwar servizzi ta' interess ġenerali(2),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ġunju 2009 dwar miżuri għat-titjib fil-funzjonament tas-suq uniku(3) u r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Lulju 2004 dwar it-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali ta' direttivi li jolqtu s-suq intern(4),

–  wara li kkunsidra t-Tabella tal-Valutazzjoni tas-Suq Intern ta' Lulju 2009 (SEC(2009)1007) u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament tad-9 ta' Marzu 2010(5) u tat-23 ta' Settembru 2008(6) dwar it-Tabella tal-Valutazzjoni tas-Suq Intern,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew bit-titolu “Strateġija tal-UE għall-Politika tal-Konsumatur 2007-2013 – Aktar poteri lill-konsumaturi, tisħiħ tal-benesseri tagħhom, għal ħarsien effettiv tagħhom” u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-20 ta' Mejju 2008 dwar l-istrateġija tal-UE għall-Politika tal-Konsumatur 2007-2013(7),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-28 ta' Jannar 2009 bit-titolu “Il-monitoraġġ tar-riżultati għall-konsumatur fis-suq waħdieni: It-tieni edizzjoni tat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur” (COM(2009)0025) flimkien mad-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “It-tieni edizzjoni tat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur” (SEC(2009)0076),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-2 ta' Lulju 2009 dwar l-infurzar tal-acquis tal-konsumatur (COM(2009)0330) u r-rapport tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2009 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi) (COM(2009)0336),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “In-negozju transkonfinali san-negozju elettroniku tal-konsum fl-UE” (COM(2009)0557),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2010 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi(8),

–  wara li kkunsidra r-rapport mill-Professur Mario Monti lill-Kummissjoni dwar it-tiġdid tas-Suq Uniku,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2010 dwar ir-realizzazzjoni tas-suq uniku għall-konsumaturi u ċ-ċittadini(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali(10);

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “Żgħażagħ Mobbli” (COM(2010)0477),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Settembru 2010 dwar l-ikkompletar tas-suq intern għall-kummerċ elettroniku(11),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “Rapport tal-2010 dwar iċ-ċittadinanza tal-UE: Inżarmaw l-ostakoli għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE” (COM(2010)0603),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Sezzjoni għas-Suq Waħdieni, Produzzjoni u Konsum, dwar “Tfixkil għas-Suq Waħdieni Ewropew 2008”(12),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali 2008 tas-SOLVIT dwar l-iżvilupp u l-eżekuzzjoni tan-netwerk tas-SOLVIT (SEC(2009)0142), id-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-8 ta' Mejju 2008 dwar pjan ta' azzjoni dwar approċċ integrat għall-provvediment ta' servizzi ta' għajnuna fis-suq waħdieni liċ-ċittadin u n-negozju (SEC(2008)1882) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tad-9 ta' Marzu 2010 dwar SOLVIT(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) No 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u s-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, li jimmira li joħloq qafas ġenerali ta' regoli u prinċipji fir-rigward tal-akkreditament u s-sorveljanza tas-suq(14),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet(A7-0072/2011),

A.  billi Suq Uniku li jiffunzjona huwa l-forza ewlenija li se tippermetti lill-Unjoni Ewropea tilħaq l-potenzjal sħiħ tagħha fir-rigward tal-kompetittività, it-tkabbir intelliġenti, inklussiv u sostenibbli, il-ħolqien ta' aktar impjiegi u impjiegi aħjar, l-isforzi biex jinħolqu kundizzjonijiet pari għal kull tip ta' impriża, l-istabbiliment ta' drittijiet ugwali għaċ-ċittadini Ewropej kollha u t-tisħiħ ta' ekonomija ta' suq soċjali kompetittiva ħafna,

B.  billi l-Att dwar is-Suq Uniku jirrigwarda lill-Ewropej bħala parteċipanti attivi fl-ekonomija Ewropea,

C.  billi s-Suq Uniku ma jistax jitqies f'termini purament ekonomiċi, iżda għandu jitqies bħala inkorporat f'qafas legali usa' li jagħti drittijiet fundamentali speċifiċi liċ-ċittadini, il-konsumaturi, il-ħaddiema, l-imprendituri u n-negozji, b'mod partikolari kull tip ta' negozji żgħar u n-negozji ta' daqs medju (SMEs),

D.  billi hemm wisq ostakli għaċ-ċittadini li jixtiequ jistudjaw jew jaħdmu fi Stat Membru ieħor jew jiċċaqalqu lejn Stat Membru ieħor jew jixtru barra mill-fruntiera, u għall-SMEs li jixtiequ jistabbilixxu ruħhom fi Stat Membru ieħor u jinnegozjaw barra mill-fruntieri; billi dawn l-ostakli jirriżultaw, fost oħrajn, minn liġijiet nazzjonali li mhumiex armonizzati biżżejjed, trasferabbiltà baxxa tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali u burokrazija eċċessiva, li jxekklu l-moviment liberu tal-persuni, merkanzija, servizzi u kapital fi ħdan l-Unjoni,

E.  billi t-tlestija tas-suq uniku teħtieġ viżjoni olistika sabiex jissaħħaħ aktar l-iżvilupp tiegħu, kif jenfasizzaw ir-rapport Monti u r-riżoluzzjoni dwar ir-realizzazzjoni tas-Suq Uniku għall-konsumaturi u ċ-ċittadini, li tinvolvi l-inklużjoni tal-politiki relevanti kollha f'objettiv strateġiku ta' suq uniku, li jħaddan mhux biss il-politika ta' kompetizzjoni, iżda wkoll, fost oħrajn, il-politiki dwar l-industrija, il-konsumatur, l-enerġija, it-trasport, dawk diġitali, l-ambjent, it-tibdil fil-klima, il-kummerċ, dawk reġjonali, il-ġustizzja u ċ-ċittadinanza, sabiex jintħalaq livell għoli ta' integrazzjoni,

F.  billi s-Suq Uniku għandu joffri lill-konsumaturi Ewropej iktar għażla bi prezz aktar baxx, speċjalment għal dawk li jgħixu f'żoni inqas aċċessibbli, bħal gżejjer, reġjuni muntanjużi u reġjuni b'popolazzjoni żgħira, u dawk b'mobbiltà mnaqqsa,

G.  billi materjal ippubblikat mill-Kummissjoni pprintjat jew onlajn huwa ta' spiss jew astratt iżżejjed jew ikkomplikat iżżejjed biex verament jimpenja liċ-ċittadini u verament jilħaq udjenza wiesgħa,

H.  billi huwa importanti li l-Att tas-Suq Uniku ma għandux jikkonsisti minn għadd ta' miżuri iżolati, u li l-proposti kollha jridu jikkontribwixxu għall-ksib ta' objettiv koerenti,

Introduzzjoni

1.  Jilqa' l-Kommunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “Lejn Att dwar is-Suq Uniku”, u b'mod partikolari l-Kapitolu II, “L-Ewropej fil-qalba tas-suq uniku sabiex terġa” tinkiseb il-fiduċja' li fih 19-il intizjattiva intiża għall-bżonnijiet taċ-ċittadini Ewropej;

2.  Iqis li l-proposti tal-Kummissjoni huma ġeneralment konformi mal-aspettattivi tal-Parlament, iżda jeħtieġ jiġu msaħħa aktar biex iċ-ċittadini jkunu fiċ-ċentru tal-proġett tas-Suq Uniku;

3.  Jiddeplora l-fatt li l-Komunikazzjoni nqasmet fi tliet kapitoli li jiffukaw fuq l-Ewropej, in-negozji u l-governanza, pjutost milli skont il-fil tas-suġġett; jindika li l-kompetittività tas-Suq Uniku u l-aċċettazzjoni tiegħu fost iċ-ċittadini ma għandhomx jitqiesu bħala kontradittorji, iżda bħala objettivi li jirrinforzaw b'mod reċiproku; iqis, madankollu, li t-tliet kapitoli tal-Komunikazzjoni huma tal-istess importanza u huma interkonnessi, u għandhom ikunu ttrattati permezz ta' approċċ konsistenti, fid-dawl tal-proposti magħmula u tħassib espress mill-partijiet interessati fil-livell tal-UE u fl-Istati Membri;

4.  Jemmen b'mod qawwi li l-Att dwar is-Suq Uniku jeħtieġ li jikkostitwixxi pakkett koerenti u bbilanċjat ta' miżuri f'konformità mal-ispirtu tar-rapport Grech (A7-0132/2010) u r-rapport Monti, li jistabbilixxi l-pedament għal Ewropa ta' Valur Miżjud għaċ-ċittadini u għall-impriżi;

5.  Isostni li t-tnedija mill-ġdid u l-approfondiment tas-Suq Uniku huma essenzjali fil-kuntest tal-politiki tal-UE sabiex jiġu miġġielda l-effetti tal-kriżi ekonomika u finanzjarja, u bħala parti mill-istrateġija UE 2020;

6.  Huwa tal-fehma li l-Ewropej għadhom ma sfruttawx għalkollox il-potenzjal tas-Suq Uniku f'bosta oqsma, inkluż il-moviment liberu tal-persuni, il-merkanzija u s-servizzi u li jeħtieġ li jkun hemm inċentivi ġodda b'mod partikolari biex tiġi żgurata mobilità ġeografika effikaċi tax-xogħol madwar l-Ewropa kollha;

7.  Huwa tal-fehmai li l-istrateġija tas-Suq Uniku għandha ssaħħaħ l-benesseri soċjali, id-drittijiet tal-ħaddiema u tiżgura kundizzjonijiet ta' xogħol ġusti għall-Ewropej kollha;

8.  Jappoġġja l-idea tal-Kummissjoni li tibda, permezz tal-Att dwar is-Suq Uniku, dibattitu globali u prammatiku fl-Ewropa kollha dwar il-benefiċċji u l-ispejjeż tas-suq intern u jitlob lill-Kummissjoni tiżgura l-applikazzjoni effikaċi tar-regoli tas-suq intern li jnaqqsu l-piż amministrattiv fuq iċ-ċittadini;

9.  Jaqbel mal-konvinzjoni li t-twettiq sħiħ tas-Suq Uniku Ewropew għandu jifforma l-bażi tal-ikkompletar tal-proċess tal-integrazzjoni politika u ekonomika;

10.  Jenfasizza b'mod partikolari l-impenn tal-Kummissjoni, f'din il-Komunikazzjoni, biex jiġu promossi approċċi ġodda lejn żvilupp sostenibbli;

11.  Jenfasizza li mhijiex biss il-leġiżlazzjoni dwar is-Suq Uniku li hija implimentata u applikata b'mod batut mill-Istati Membri, iżda wkoll leġiżlazzjoni oħra li taffettwa d-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej u residenti legali oħrajn; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw implimentazzjoni aħjar b'mod partikolari tad-Direttiva dwar il-Moviment Liberu (2004/38/KE);

12.  Iqis li l-isforzi sabiex jitlesta s-Suq Uniku għandhom jikkonċentraw fuq it-tħassib u d-drittijiet taċ-ċittadini, il-konsumaturi, l-utenti tas-servizzi pubbliċi u n-negozji u jagħtuhom benefiċċji tanġibbli sabiex terġa' tinkiseb il-fiduċja sħiħa tagħhom fis-Suq Uniku u jsiru aktar konxji mill-opportunitajiet li dan joffri;

13.  Iħeġġeġ lill-Istati Membru u l-Kummissjoni jingħaqdu flimkien ħalli jwasslu liċ-ċittadini l-azzjonijiet tal-komunikazzjoni dwar is-Suq Uniku u ħalli jiżguraw li l-benefiċċji tiegħu jkunu magħrufa u li d-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi jkunu mifhuma u infurzati sew u kullimkien; jirrikonoxxi, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa għal strateġiji ta' komunikazzjoni itjeb li verament jinvolvu l-interess tal-maġġoranza taċ-ċittadini u għall-użu estensiv u immaġinattiv tat-teknoloġiji moderni;

14.  Jenfasizza li s-Suq Uniku għall-Ewropej huwa primarjament dwar l-impjiegi u l-ħolqien ta' impjiegi ġodda u li huwa vitali li jinħoloq ambjent li fih in-negozji u ċ-ċittadini jistgħu jeżerċitaw bis-sħiħ id-drittijiet tagħhom;

15.  Jenfasizza li s-Suq Uniku joffri potenzjal kbir f'dawk li huma impjiegi, tkabbir u kompetittività u li għandhom jiġu adottati politiki strutturali b'saħħithom biex dan il-potenzjal jiġi sfruttat għalkollox;

16.  Jenfasizza li l-isfidi demografiċi jirrikjedu strateġija li tgħin il-ħolqien ta' impjiegi li jimlew il-vojt li hemm fis-suq tax-xogħol tal-UE;

17.  Itenni l-opinjoni espressa fir-riżoluzzjoni tal-20 ta' Mejju 2010 dwar ir-realizzazzjoni tas-Suq Uniku għall-konsumaturi u ċ-ċittadini li l-Kummissjoni messha tippromwovi leġiżlazzjoni dwar is-Suq Uniku li tkun “faċli għall-konsumatur”, sabiex jiġi żgurat li l-interessi tal-konsumatur jitqiesu bis-sħiħ fil-funzjonament tas-Suq Uniku;

18.  Jirrimarka li l-fiduċja taċ-ċittadini u tal-konsumaturi hija kruċjali għall-funzjonament tas-Suq Uniku u din il-fiduċja wieħed ma jistax tagħmilha fatta u għandha tiġi inkoraġġuta; iqis, b'mod partikolari, li sabiex jirrealizzaw il-wegħdiet tagħhom, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE jridu jiżguraw li l-qafas attwali tas-Suq Uniku jopera fil-kapaċità sħiħa tiegħu; jenfasizza li l-fiduċja taċ-ċittadini hija indispensabbli għat-tlestija b'suċċess tas-Suq Uniku daqs kemm hu ambjent favorevoli għall-impriżi; jemmen li l-integrazzjoni ekonomika għandha sseħħ flimkien ma' miżuri soċjali, ambjentali u miżuri dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi adegwati, biex jinkisbu ż-żewġ objettivi;

19.  Iqis barra minn hekk, li dwar il-kwistjoni tal-valur miżjud li jiksbu ċ-ċittadini Ewropej, il-proposti għas-Suq Uniku jridu jirrispettaw il-prinċipji tas-sussidjarjetà, is-sovranità tal-Istati Membri u jippromwovu skambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri;

20.  Jenfasizza n-nuqqas ta' komunikazzjoni diretta maċ-ċittadini u jqis li r-rappreżentanzi tal-UE fl-Istati Membri għandhom jingħataw il-mandat li jwieġbu immedjatament għar-rapporti negattivi u qarrieqa li jidhru fil-midja billi jippreżentaw il-fatti, u għandhom jagħmlu aktar sforzi biex jipprovdu informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni, il-proġetti u l-programmi Ewropej, biex b'hekk ikunu qed jippromwovu wkoll dibattitu infurmat dwar kwistjonijiet Ewropej; jesprimi ruħu, barra minn hekk, favur l-użu estensiv u immaġinattiv tat-teknoloġija moderna, inkluż il-logħob tar-rwol tal-vidjo fejn iż-żgħażagħ jistgħu jilagħbu b'mod kompetittiv fil-livell Ewropew (e.g. bħala parti minn kompetizzjoni tal-UE għall-iskejjel), filwaqt li fl-istess ħin jitgħallmu u jinfurmaw ruħhom dwar kif jaħdmu l-ekonomija u l-UE;

21.  Jindika li l-effikaċja u l-leġittimità demokratika tal-UE mkabbra jistgħu u għandhom ikunu mtejba, ladarba l-appoġġ taċ-ċittadini Ewropej għall-UE jidher ċar li qed jonqos; huwa tal-opinjoni li ftit wisq żmien u sforz qed jingħata jew li qed jintuża metodu ħażin biex il-poplu Ewropew jinġieb flimkien, li għandu jkun il-qofol tax-xogħol tal-UE; jitlob, għaldaqstant, li ssir aktar ħidma mill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE sabiex jinħoloq appoġġ għall-UE u biex il-poplu Ewropew isir konvint mill-importanza tal-valuri tal-UE u l-utilità u l-benefiċċji tal-UE;

22.  Iqis il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata essenzjali għall-funzjonament xieraq tas-suq intern u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu l-ħidma tagħhom f'dan il-qasam, filwaqt li jużaw l-istrumenti disponibbli kollha, inkluż il-Mekkaniżmu ta' Kooperazzjoni u Verifika;

23.  Jenfasizza l-ħtieġa li jitqiesu l-għanijiet tal-Programm ta' Stokkolma, b'mod partikulari l-fruntieri miftuħa u l-moviment liberu tal-merkanzija, kapital, servizzi u persuni, fit-tfassil tal-Att dwar is-Suq Uniku;

24.  Jafferma li l-Istati Membri għandhom id-dmir li jadottaw u jimplimentaw il-leġiżlazzjoni Ewropea dwar is-suq intern u dwar id-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej relatati miegħu;

25.  Jenfasizza li l-implimentazzjoni tas-Suq Uniku għandha tipproċedi b'rispett sħiħ għad-drittijiet taċ-ċittadini u r-residenti tal-Unjoni, kif jinsabu fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

26.  Jemmen li l-proċess tal-petizzjonijiet jista' jagħti kontribut pożittiv fl-għajnuna liċ-ċittadini biex jieħdu vantaġġ mis-suq intern;

27.  Jistieden lill-Kummissjoni tadotta immedjatament “Karta taċ-Ċittadini” ċara dwar id-dritt li persuna tgħix u taħdem kullimkien fl-UE u tiżviluppa informazzjoni mmirata u multilingwi dwar il-problemi kwotidjani li ċ-ċittadini jiltaqgħu magħhom meta jiċċaqilqu, jixtru jew ibigħu fl-Ewropa u dwar l-istandards soċjali, tas-saħħa, tal-ħarsien tal-konsumaturi u tal-protezzjoni tal-ambjent li fuqhom jistgħu jserrħu;

28.  Iqis li d-19-il azzjoni li ġew proposti mill-Kummissjoni għandhom ikunu pprijoritizzati skont l-impatt tagħhom fuq il-ħolqien tal-impjiegi u r-realizzazzjoni tal-benefiċċji tanġibbli tagħhom kif ukoll il-fattibbiltà tagħhom għaċ-ċittadini f'perjodu realistiku ta' żmien;

29.  Ifakkar li, fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-ekonomija soċjali, huwa talab għal aktar rikonoxximent tal-impriżi tal-ekonomija soċjali, inkluża l-integrazzjoni ġeneralizzata tal-kunċett fil-politiki tal-UE, djalogu intensifikat mar-rappreżentanti tal-ekonomija soċjali, miżuri ta' appoġġ għan-negozji aħjar u rikonoxximent fil-kuntest tad-djalogu soċjali; ifakkar li fl-istess riżoluzzjoni, huwa talab li r-reġistri nazzjonali jqisu l-impriżi tal-ekonomija soċjali u talab statistika speċifika dwar l-attivitajiet tal-impriżi tal-ekonomija soċjali;

30.  Jitlob li titnieda kompetizzjoni Ewropea fuq it-televixin għan-negozju Ewropew transkonfinali tas-sena biex jiftaħ għajnejn il-poplu għall-opportunitajiet u l-benefiċċji tas-Suq Uniku u għall-potenzjal taż-żgħażagħ b'ideat; iqis li l-attrazzjoni li tara nies minn partijiet differenti tal-Ewropa jinġabru flimkien u jiżviluppaw pjan ta' negozju, jiġbru l-fondi u jibdew xi ħaġa pożittiva flimkien tgħin biex tippromwovi l-idea tal-Ewropa u s-Suq Uniku u l-idea ta' intraprenditorjat; jemmen ukoll li bin-negozju rebbieħ segwit matul is-sena – bl-attenzjoni mitfugħa wkoll fuq l-impjegati tiegħu u l-ħbieb u l-familji tagħhom – jistgħu jiġu enfasizzati l-benefiċċji, in-nuqqasijiet tas-Suq Uniku, u r-rimedji għal dawn in-nuqqasijiet, sabiex in-nies isiru konxji ta' x'inhi verament l-Ewropa, ukoll f'termini umani;

31.  Ifakkar il-bżonn li titqies, taħt il-politiki integrati tal-UE, is-sitwazzjoni tar-reġjuni b'karatteristiċi territorjali speċifiċi, b'mod partikolari r-reġjuni l-aktar il-bogħod kif definiti fl-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ħalli dawn ir-reġjuni u l-impriżi, il-forza tax-xogħol u ċ-ċittadini tagħhom ikunu jistgħu jiġu integrati kompletament fis-suq intern tal-UE u b'hekk igawdu bis-sħiħ minnhu; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex iżżomm u tiżviluppa aktar id-dispożizzjonijiet speċifiċi għal dawn ir-reġjuni; ifakkar il-ħtieġa li jitwaqqaf il-Pjan ta' Azzjoni tal-Viċinat Ewropew usa“, imsemmi fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni COM(2004)0343, flimkien mal-integrazzjoni fis-Suq Uniku; jitlob, fl-aħħarnett, li l-proposti tal-kapitolu bit-titolu ”Tisħiħ tas-solidarjetà fis-suq uniku' jiġu elaborati u jissaħħu u, b'mod partikolari, li jitqies b'mod xieraq l-impatt tas-Suq Uniku fir-reġjuni l-iktar żvantaġġati, sabiex jiġu antiċipati u appoġġjati l-isforzi ta' adattament ta' dawn ir-reġjuni;

Valutazzjoni ġenerali

32.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni urġenti ħalli tinkoraġġixxi l-mobbiltà taċ-ċittadini sabiex jiġu promossi t-tkabbir sostenibbli, l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali, u jitlob li tiġi stabbilita “tabella tal-valutazzjoni” biex tiġi mkejla l-mobbiltà ġo l-UE; f'dan ir-rigward, jilqa' l-inizjattivi tal-Kummissjoni dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, l-inizjattiva “Żgħażagħ Mobbli”, il-“Passaport Ewropew ta' Ħiliet”, il-proposta dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru, l-inizjattiva dwar l-aċċess għal ċerti servizzi bankarji bażiċi u l-inizjattiva proposta biex jittejbu t-trasparenza u l-komparabbiltà tal-ispejjeż bankarji; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni, fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha, twettaq analiżi kost-benefiċċju u tfittex sinerġiji bejn l-inizjattivi msemmija hawn fuq; jistieden lill-Kummissjoni żżid u twessa' l-parteċipazzjoni fil-programmi ta' mobbiltà, b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ, u tagħti dawn il-programmi aktar viżibbiltà;

33.  Jinnota li kwistjonijiet marbuta mas-sikurezza tal-prodotti u s-sorveljanza tas-suq huma tal-akbar importanza għaċ-ċittadini Ewropej; Jilqa“, għalhekk, il-pjan ta' azzjoni multiannwali tal-Kummissjoni għall-iżvilupp tas-sorveljanza tas-suq Ewropew ibbażat fuq linji gwida għall-kontroll doganali u għas-sikurezza tal-prodotti, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi sistema ta' sorveljanza tas-Suq Uniku għall-prodotti kollha, ibbażata fuq att leġiżlattiv wieħed li jkopri kemm id-direttiva dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti u r-Regolament dwar is-Sorveljanza tas-Suq; jistieden lill-Kummissjoni biex ikollha rwol aktar attiv fil-koordinazzjoni u l-qsim tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet nazzjonali doganali u tas-sorveljanza tas-suq ħalli tiżdied l-effikaċja tal-kontrolli fuq il-fruntiera fuq prodotti importati minn pajjiżi terzi; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jużaw ir-riżorsi li hemm bżonn għall-effettività tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq;

34.  Jistieden lill-Kummissjoni titlob lill-Istati Membri li għadhom jimponu restrizzjonijiet fuq is-swieq tax-xogħol tagħhom jeżaminaw mill-ġdid id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali tagħhom sabiex jiftħu s-swieq tax-xogħol tagħhom għall-ħaddiema Ewropej kollha;

35.  Iqis li influss ta' migranti b'livell għoli ta' kwalifiki u ħaddiema tal-istaġun ikun ta' benefiċċju għall-ekonomija Ewropea; jistieden lill-Istati Membri, għalhekk, biex b'mod rapidu jneħħu r-restrizzjonijiet fis-seħħ fis-swieq tax-xogħol tagħhom għaċ-ċittadini tal-UE kollha; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa l-politika dwar l-immigrazzjoni rigward dawk il-gruppi, filwaqt li żżomm f'moħħha l-ħtieġa li l-pajjiżi ta' oriġini ma pprivati mir-riżorsi umani vitali tagħhom, u fl-istess ħin ittejjeb il-miżuri relatati mal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u l-prevenzjoni tal-immigrazzjoni illegali;

36.  Itenni li l-prinċipju tan-non-diskriminazzjoni fi ħdan is-suq intern jelimina r-rekwiżit impost fuq iċ-ċittadini ta' Stat Membru ieħor biex jipprovdu dokumenti oriġinali, kopji ċċertifikati, ċertifikat tan-nazzjonalità jew traduzzjonijiet uffiċjali ta' dokumenti sabiex ikunu jistgħu jiksbu servizz jew termini jew prezzijiet iktar vantaġġjużi;

37.  Huwa tal-fehma li d-Direttiva dwar is-Servizzi toħloq qafas fundamentali għal livell ogħla ta' moviment liberu għall-fornituri tas-servizzi, kif ukoll timmira biex issaħħaħ id-drittijiet tal-konsumaturi bħal r-riċevituri tas-servizzi u ssaħħaħ id-disponibbiltà tal-informazzjoni, l-assistenza u t-trasparenza rigward il-fornituri ta' servizz u s-servizzi tagħhom;

38.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti prattiċi biex il-ħarsien tal-konsumaturi minn prattiki kummerċjali żleali jiġi estiż għal negozji żgħar;

39.  Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex tipproponi inizjattiva leġiżlattiva ħalli tiġi riformata s-sistema għar-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali; jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-acquis u tippubblika Green Paper sa Settembru 2011 jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn li tiġi garantita t-trasferibbiltà tad-drittijiet tal-pensjoni; jistieden lill-Istati Membri jikkoordinaw il-politiki tagħhom dwar il-pensjonijiet b'mod aktar effikaċi u jiskambjaw l-aħjar prattiki fil-livell Ewropew;

40.  Jitlob li tipi stabbilita rabta aktar ċara bejn il-programmi ta' edukazzjoni sekondarja u ta' edukazzjoni għolja u l-bżonnnijiet tas-suq tal-impjiegi u jenfasizza r-rwol importanti tal-apprendistati; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi tagħlim formali u informali; jemmen li t-tesseri professjonali jistgħu jkunu miżura konkreta biex tiġi ffaċilitata l-mobbiltà tal-professjonisti fis-Suq Uniku, tal-anqas f'ċerti setturi; iħeġġeġ lil-Kummissjoni, qabel ir-rieżami tagħha, biex twettaq valutazzjoni tal-impatt tal-introduzzjoni tat-tesseri professjonali Ewropej, billi tikkunsidra l-benefiċċji, il-valur miżjud, ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data u l-ispejjeż tagħhom;

41.  Iqis li l-Kummissjoni għandha tagħti appoġġ finanzjarju għal skambju tal-ħiliet Ewropej li bih l-impriżi żgħar u ta' daqs medju jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-ħiliet disponibbli f'impriżi akbar, biex b'hekk jiġu promossi s-sinerġiji u l-iggwidar;

42.  Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tadotta Komunikazzjoni dwar prijoritajiet tal-enerġija għall-perjodu 2020-2030; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-konnessjonijiet ta' infrastruttura neqsin u tiffaċilita l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli sabiex jiġi żviluppat suq intern tal-enerġija li jkun operattiv b'mod sħiħ;

43.  Jilqa' t-tħabbir ta' inizjattiva leġiżlattiva dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema (96/71/KE) bil-għan li jiġi garantit ir-rispett għad-drittijiet tal-ħaddiema stazzjonati u biex jiġu kkjarifikati l-obbligi tal-awtoritajiet u n-negozji nazzjonali; jistieden lill-Istati Membri kollha jirrimedjaw in-nuqqasijiet li hemm fl-implimentazzjoni u l-infurzar tad-direttiva;

44.  Jilqa' l-miżura mħabbra mill-Kummissjoni biex jiġi żgurat l-aċċess għal ċerti servizzi bankarji bażiċi; jinnota li miżuri ta' skrutinju applikati għall-konsumaturi li huma kkunsidrati li jirrappreżentaw riskji ogħla għall-banek għandhom ikunu oġġettivament iġġustifikati u proporzjonati; jilqa' l-inizjattiva proposta biex jitjiebu t-trasparenza u l-komparabbiltà tal-ispejjeż bankarji;

45.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fil-programm tagħha inizjattivi ta' servizzi finanzjarji ewlenin (eż. iż-Żona Unika ta' Pagamenti bl-Euro (SEPA) u ċertezza legali ikbar fir-rigward tal-holdings ta' titoli) li huma ta' rilevanza kbira għas-Suq Uniku; jenfasizza li sistema ta' ħlasijiet frammentata hija ostaklu għall-kummerċ transkonfinali; jistieden lill-Kummissjoni tkompli ttejjeb is-sistema SEPA sabiex tiddefinixxi servizzi ta' ħlas bażiku disponibbli għall-kards ta' kreditu kollha, li jżidu t-trasparenza fl-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet u jnaqqsu t-tariffi għal skambji fl-UE;

46.  Jitlob miżuri ħalli jinħoloq qafas legali xieraq għall-fondazzjonijiet, soċjetajiet mutwi u assoċjazzjonijiet ħalli jingħatalhom status Ewropew, tiġi evitata l-inċertezza legali u jiġu promossi impriżi tal-ekonomija soċjali oħra u proġetti soċjali oħra; jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirrevedi r-Regolament (KE) Nru 1435/2003 dwar l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea u jitlob, bħala parti ta' din ir-reviżjoni, il-ħolqien ta' Statut verament awtonomu; jenfasizza l-bżonn li jitjib l-aċċess transkonfinali għall-impriżi tal-ekonomija soċjali u li jiġi massimizzat il-potenzjal intraprenditorju, soċjali, kulturali u innovattiv tagħhom fis-Suq Uniku;

47.  Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tikkunsidra l-impatt soċjali tal-leġiżlazzjoni proposta dwar is-Suq Uniku kull meta jkun hemm bżonn sabiex tasal għal deċiżjonijiet politiċi informati aħjar u aktar ibbażati fuq l-evidenza; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi sett ta' indikaturi li jistgħu jintużaw għall-valutazzjoni tal-impatt soċjali tal-leġiżlazzjoni; iqis li din il-valutazzjoni tal-impatt għandha titwettaq bħala parti minn valutazzjoni integrata li tqis l-impatti relevanti kollha ta' proposta (jiġifieri finanzjarji u ambjentali u fuq il-kompetittività, il-ħolqien ta' impjiegi u t-tkabbir);

48.  Jitlob lill-Kummissjoni biex, fil-kuntest tal-varar mill-ġdid ta' suq uniku iktar kompetittiv maħsub biex joħloq tkabbir sostenibbli bi tkattir u titjib tal-impjiegi, tiżgura li d-drittijiet soċjali rikonoxxuti mit-Trattati jiġu rrispettati; huwa tal-fehma li, għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tinkludi riferiment għall-politiki u d-drittijiet soċjali fil-leġiżlazzjoni dwar is-Suq Uniku, meta dan ikun ġustifikat fid-dawl tal-konklużjonijiet ta' valutazzjoni tal-impatt soċjali tal-leġiżlazzjoni proposta; jenfasizza, barra minn hekk, li fejn dan ikun rilevanti, fil-leġiżlazzjoni ġdida dwar is-Suq Uniku għandhom jitqiesu l-Artikoli 8 u 9 l-ġodda tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif ukoll id-dħul fis-seħħ tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, li lill-Ewropej tagħtihom firxa ta' drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi u soċjali, kif ukoll id-dritt li jinnegozjaw, jikkonkludu u jinfurzaw ftehimiet kollettivi skont il-liġijiet u l-prattiki nazzjonali u bir-rispett dovut għal-liġi tal-UE;

49.  Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tressaq proposta leġiżlattiva fuq is-self b'ipoteka ħalli tindirizza n-nuqqas attwali ta' protezzjoni tal-konsumatur, l-inċertezza legali fir-rigward tas-self b'ipoteka u l-komparabbiltà insuffiċjenti tal-kundizzjonijiet u l-għażliet offruti mill-provdituri tas-self b'ipoteka, tiggarantixxi l-istabbiltà tas-sistema ekonomika u finanzjarja u tnaqqas l-ostakli sabiex il-provdituri tas-self b'ipoteka jkunu jistgħu jinnegozjaw fi Stat Membru ieħor u ċ-ċittadini jkunu jistgħu jiksbu ipoteka fi Stat Membru ieħor;

50.  Jiddeplora l-fatt li mhija prevista l-ebda azzjoni dwar it-tariffi tar-roaming fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-Att dwar is-Suq Uniku, minkejja n-natura tanġibbli ta' tali miżuri u l-aspettattivi għolja taċ-ċittadini f'dan il-qasam; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi estensjoni tar-Regolament tar-Roaming eżistenti fiż-żmien - sa Ġunju 2015 - u fl-ambitu, biex jiddaħħlu limiti fuq il-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut tar-roaming tad-dejta; huwa tal-opinjoni li, biex jinkisbu miri għall-aġenda diġitali, din l-inizjattiva għandha tkun inkluża fl-ambitu tal-Att dwar is-Suq Uniku; jistieden is-settur tat-telekomunikazzjoni jippromwovi mudell ta' impriża bbażat fuq tariffi b'rata fissa għat-trażmissjoni tad-dejta, il-messaġġi vokali u l-SMS b'roaming ġo l-UE;

51.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri urġenti biex tistabbilizza s-swieq finanzjarji, tiżgura li dawk is-swieq jaħdmu għall-benefiċċju tal-ekonomija reali u toħloq suq uniku ta' bejgħ bl-imnut irregolat u sorveljat kif jixraq, bl-għan doppju li jikseb livell għoli ta' ħarsien tal-konsumaturi u li jiżgura l-istabilità finanzjarja billi jevita l-bżieżaq finanzjarji, b'mod partikulari fir-rigward tal-proprjetà immobbli;

52.  Jistieden lill-Kummissjoni tidentifika u telimina l-ostakli fiskali li għadhom jiffaċċjaw iċ-ċittadini Ewropej; jitlob li tittieħed azzjoni aktar b'saħħitha biex tiġi impedita t-tassazzjoni doppja taċ-ċittadini Ewropej;

53.  Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tniedi konsultazzjoni pubblika dwar il-governanza korporattiva u t-titjib tat-trasparenza tal-informazzjoni pprovduta min-negozji fuq kwistjonijiet soċjali u ambjentali u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, iżda jenfasizza l-importanza li jittieħdu aktar passi speċifiċi biex jiġu promossi politiki ta' rimunerazzjoni sodi u responsabbli, parteċipazzjoni xierqa tan-nisa fil-bordijiet maniġerjali u l-bordijiet eżekuttivi, il-valorizzazzjoni tal-impenn fit-tul tal-azzjonisti u t-tisħiħ tal-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-impjegati kif ukoll l-iskemi tal-ishma; jitlob, b'mod partikolari, il-promozzjoni tal-iskemi fejn l-impjegati jkunu azzjonisti, it-tisħiħ tal-impenn tal-azzjonisti għal żmien twil u l-promozzjoni tad-drittijiet għall-informazzjoni u għall-konsultazzjoni tal-impjegati u tar-rappreżentanti tagħhom, flimkien mad-drittijiet għall-parteċipazzjoni fil-bordijiet; jenfasizza li trasparenza akbar, relazzjonijiet tajba mal-persunal, u proċessi tal-produzzjoni konformi mal-iżvilupp sostenibbli wkoll huma fl-interess tan-negozji, is-sidien tagħhom u ta' dawk li jinvestu fihom;

54.  Jinnota l-proposta tal-Kummissjoni dwar l-inizjattiva tan-negozju soċjali u jirrakkomanda t-tnedija ta' proċess ta' konsultazzjoni dwar dan il-proġett sabiex jiġi vvalutat il-potenzjal ta' din il-miżura f'termini ta' tkabbir ekonomiku u ħolqien ta' impjiegi;

55.  Iqis li l-Att dwar is-Suq Uniku għandu jipproponi modi ta' kif is-settur pubbliku jista' jinvolvi aktar n-negozji fil-promozzjoni ta' arranġamenti innovattivi għal-forniment tas-servizzi publiċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, abbażi tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, jiżguraw li servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (SGEI), inklużi servizzi soċjali ta' interess ġenerali (SSGI), jiġu żgurati fil-kuntest ta' regoli ta' finanzjament b'aċċess universali, ta' kwalità għolja, bi spejjeż raġonevoli u ċari billi jipprovdi lill-awtoritajiet pubbliċi b'“sett ta' strumenti” biex tiġi evalwata l-kwalità ta' servizzi bħal dawn; jemmen li l-Kummissjoni għandha tieħu inizjattivi skont is-settur billi tagħmel użu mill-għażliet kollha disponibbli, abbażi ta' u f'konformità mal-Artikolu 14 tal-Protokoll 26 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, biex tiżgura li s-SGEI u s-SSGI jistgħu jiġu pprovduti f'livell adegwat, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà;

56.  Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-applikazzjoni tar-regoli tal-UE billi tikkjarifika l-kriterji li jirregolaw il-kompatibilità tal-għajnuna tal-istat u l-akkwist pubbliku fir-rigward tas-servizzi soċjali ta' interess ġenerali (SSGI) mas-suq intern;

57.  Jitlob li jintużaw b'mod strateġiku u xieraq ir-riżorsi tal-Fondi Strutturali u tal-Fond ta' Koeżjoni u li jiġu estiżi n-Netwerks Trans-Ewropej bil-ħsieb li jiġi żviluppat is-Suq Uniku;

58.  Jiġbed b'mod partikolari l-attenzjoni għall-valur miżjud tan-netwerk TEN-T, speċjalment għal dawk il-proġetti li huma min-natura tagħhom stess transnazzjonali u li jwaqqfu l-blokki: jirrimarka li t-TEN-T jipprovdi qafas effikaċi għall-moviment tal-persuni u l-prodotti ġo l-UE, u jinnota li l-Istrateġija tal-Ewropa 2020 tirrikonoxxi l-valur miżjud tat-tħaffif ta' proġetti strateġiċi li jaqsmu l-fruntieri, jneħħu l-blokki u jappoġġaw il-punti ta' konġunzjoni intermodali (bliet, portijiet, ajruporti u pjattaformi loġistiċi);

59.  Jappoġġa l-kunċett ta' network ċentrali li jikkonsisti fi proġetti ta' prijorità li jżommu ma' dawn il-prinċipji, li għandhom imbagħad ikunu l-benefiċjarji prinċipali tal-finanzjament tal-UE, u jitlob li l-investiment tat-trasport appoġġat mill-UE jkun ikkoordinat ma' proġetti ta' infrastruttura tat-trasport relatati oħra li jirċievu finanzjament tal-UE minn sorsi oħra;

60.  Jilqa' l-introduzzjoni ta' drittijiet reali għall-passiġġieri li qed jivvjaġġaw fl-UE fis-setturi tal-avjazzjoni, ferrovjarju, marittimu u t-trasport bil-kowċ u x-xarabank, u jirrikonoxxi li dawn id-drittijiet huma essenzjali biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tal-persuni fi ħdan is-Suq Uniku;

61.  Jitlob rieżami tal-infurzar ta' dawk id-drittijiet fis-settur tal-avjazzjoni, li għandu jiġi segwit, jekk neċessarju, bi proposti leġiżlattivi biex jiġu ċċarati u kkonsolidati dawk id-drittijiet ħalli tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Unjoni Ewropea kollha u jiġi eliminat ir-riskju ta´ distorsjoni ta´ kompetizzjoni fis-Suq Uniku kemm fl-istess mezz tat-trasport kif ukoll bejn mezzi differenti tat-trasport; jitlob li dawn il-proposti jkunu jinkludu protezzjoni adegwata għall-konsumaturi f´oqsma bħal vjaġġi b'kollox inkluż, fallimenti u tariff eċċessivi għal servizzi;

62.  Jindika li l-qafas leġiżlattiv eżistenti li jirregola d-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru jeħtieġ miżuri aħjar ta' infurzar, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jgawdu bis-sħiħ id-drittijiet tagħhom, b'mod partikolari fil-kuntest tal-passiġġieri b'mobilità mnaqqsa (PRM); jistieden lill-Kummissjoni tadotta proposta li temena r-regolament dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur, u komunikazzjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri li jużaw il-mezzi kollha tat-trasport, li għandhom jiġu segwiti bi proposti leġiżlattivi;

63.  Jistieden lill-Kummissjoni tanalizza l-esperjenza miksuba s'issa fil-qasam tad-drittijiet tal-passiġġieri, tidentifika elementi komuni bejn il-mezzi u tistabbilixxi linji gwida ta' politika ġenerali għas-snin li ġejjin, billi tiffoka b´mod partikolari fuq kif iżżid l-għarfien tal-passiġġieri tad-drittijiet tagħhom u kif jeżerċitawhom;

64.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-użu ta´ teknoloġiji ġodda f´sistema ta' trasport effikaċi, intelliġenti u sostenibbli li tgħin lill-passiġġier billi tappoġġa l-użu ta' sistema ta' xiri ta´ biljetti integrata;

65.  Jenfasizza l-bżonn li jitlesta s-Suq Uniku Diġitali, u jinnota li l-benefiċċji tiegħu se jkollhom impatt dirett fuq il-ħajja ta' kuljum tal-Ewropej; jitlob miżuri li jippromwovu s-saħħa-e u l-aċċess universali għas-servizzi broadband bi prezzijiet raġonevoli; jilqa' l-proposta għal deċiżjoni li tistabbilixxi Programm ta' Azzjoni dwar l-Ispettru tar-Radju Ewropew, b'mod partikolari l-liberazzjoni tal-medda tad-dividend diġitali tat-800 MHz sal-2013 sabiex is-suq tal-broadband bla fili jkun jista' jikber u jiġi żgurat aċċess rapidu għall-internet għaċ-ċittadini kollha, partikolarment dawk li jgħixu f´partijiet anqas aċċessibbli tal-Ewropa, bħal gżejjer, żoni muntanjużi, rurali u żoni ftit li xejn popolati;

66.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jikkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni dwar direttiva orizzontali kontra d-diskriminazzjoni (COM(2008)0426) mhux mil-lat tal-ispejjeż biss, iżda wkoll mil-lat tal-benefiċċji potenzjali fejn il-persuni li preċedentement ma kinux iħossuhom sikuri f'ċerti oqsma jibda jkollhom aċċess għal servizzi hemmhekk;

67.  Jappoġġa bil-qawwa l-“25 azzjoni sabiex tittejjeb il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tal-UE” li hemm fir-Rapport tal-2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE (COM(2010)0603), b'mod partikolari dawk relatati mat-titjib tal-protezzjoni tal-vittmi, il-persuni suspettati u dawk akkużati;

68.  Jilqa' d-Direttiva dwar id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali u jistieden lill-Istati Membri jimplimentawha b'mod sħiħ;

Prijoritajiet Ewlenin

69.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tapprova l-lista ta' proposti li ġejjin bħala prijoritajiet ewlenin tal-Parlament:

o
o   o

   - Jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri biex iżżid il-mobbiltà taċ-ċittadini Ewropej, b'mod partikolari billi tippubblika Green Paper dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali sa Settembru 2011, flimkien ma' valutazzjoni tal-qafas eżistenti u, jekk ikun xieraq, tipproponi inizjattiva leġiżlattiva biex jiġi riformat dan il-qafas fl-2012, filwaqt li fl-istess ħin tivvaluta l-fattibilità u l-valur miżjud tat-tesseri professjonali u l-“Passaport Ewropew ta' Ħiliet” fl-2011 fl-UE kollha kemm hi u l-istabbiliment ta' “tabella tal-valutazzjoni” biex titkejjel il-mobbiltà ġo l-UE;
   - Jistieden lill-Kummissjoni jkollha rwol aktar attiv fil-koordinazzjoni tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq nazzjonali u l-awtoritajiet doganali, sabiex ittejjeb l-effikaċja tal-kontrolli fuq il-fruntiera fuq prodotti importati minn pajjiżi terzi, u tabozza fl-2011 pjan ta' azzjoni multiannwali għall-iżvilupp ta' sistema effikaċi tas-sorveljanza tas-suq Ewropew għall-prodotti kollha, filwaqt li tippermetti lill-Istati Membri flessibbiltà fit-twettiq tal-obbligi legali tagħhom;
   - Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi estensjoni tar-Regolament tar-Roaming eżistenti fiż-żmien - sa Ġunju 2015 - u fl-ambitu, biex jiddaħħlu limiti fuq il-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut tar-roaming tad-data biex jitnaqqsu l-ispejjeż tar-roaming għall-membri tal-pubbliku u n-negozji;
   - Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta sa Ġunju 2011 proposta leġiżlattiva dwar l-iżgurar ta' aċċess għal ċerti servizzi bankarji bażiċi u ttejjeb it-trasparenza u l-komparabilità tal-ispejjeż bankarji sal-aħħar tal-2011;
   - Jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq proposta leġiżlattiva sabiex jitneħħew l-ostakli li jiltaqgħu magħhom il-ħaddiema mobbli sabiex tiġi żgurata it-trasferibbiltà sħiħa tad-drittijiet tal-pensjoni;

70.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u l-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 187 E, 24.7.2008, p. 80.
(2) ĠU C 306 E, 15.12.2006, p. 277
(3) ĠU L 176, 7.7.2009, p. 17.
(4) ĠU L 98, 16.4.2005, p. 47.
(5) ĠU C 349 E, 22.12.2010, p. 25.
(6) ĠU C 8 E, 14.1.2010, p. 7.
(7) ĠU C 279 E, 19.11.2009, p. 17.
(8) ĠU C 349E, 22.12.2010, p. 1.
(9) Testi adottati, P7_TA(2010)0186.
(10) Testi adottati, P7_TA(2010)0376.
(11) Testi adottati, P7_TA(2010)0320.
(12) http://www.eesc.europa.eu/smo/news/Obstacles_December-2008.pdf.
(13) ĠU C 349E, 22.12.2010, p. 10.
(14) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.


Suq Uniku għall-Impriżi u t-Tkabbir
PDF 425kWORD 119k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2011 dwar Suq Uniku għall-Impriżi u t-Tkabbir (2010/2277(INI))
P7_TA(2011)0146A7-0071/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Lejn Att dwar is-Suq Uniku: Għal ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna. 50 proposta biex intejbu l-ħidma, in-negozju u l-iskambji ma' xulxin” (COM(2010)0608),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2010 dwar ir-realizzazzjoni tas-suq uniku għall-konsumaturi u ċ-ċittadini(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Professur Monti tad-9 ta' Mejju 2010 bl-isem “Strateġija ġdida għas-Suq Uniku”,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Ewropa 2020 – strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv'” COM(2010)2020),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020: Unjoni tal-Innovazzjoni” (COM(2010)0546),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Regolamentazzjoni Intelliġenti fl-Unjoni Ewropea” (COM(2010)0543),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Aġenda Diġitali għall-Ewropa” (COM(2010)0245),

–   wara li kkunsidra dokument bl-isem “Report on Evaluation of SME's access to public procurement markets in the EU”(2) (Rapport dwar l-Evalwazzjoni tal-aċċess tal-SMEs għas-suq tal-akkwist pubbliku fl-UE),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Dwar in-negozju transkonfinali san-Negozju Elettroniku tal-Konsum fl-UE” (COM(2009)0557),

–   wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ġunju 2009 dwar miżuri għat-titjib fil-funzjonament tas-suq uniku(3),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Akkwist pubbliku għal ambjent aħjar” (COM(2008)0400),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir – Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa” (COM(2008)0394),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Suq Uniku għall-Ewropa tas-Seklu 21” (COM(2007)0724) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li akkumpanjaha “The Single Market: review of achievements” (Is-Suq Uniku: ħarsa lejn il-kisbiet) (SEC(2007)1521),

–   wra li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Opportunitajiet, aċċess u solidarjetà: lejn viżjoni soċjali ġdida għall-Ewropa tas-seklu 21” (COM(2007)0726),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Interpretattiva tal-Kummissjoni dwar “l-applikazzjoni tal-liġ Komunitarja dwar l-appalti pubbliċi u l-konċessjonijiet lil sħubijiet pubbliċi-privati istituzzjonalizzati (PPPI)” (C(2007)6661),

–  wara li kkunsirda l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Wasal iż-żmien li ningranaw. Is-sħubija l-ġdida għat-tkabbir u għall-impjiegi” (COM(2006)0030),

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Att dwar is-Suq Uniku tal-10 ta' Diċembru 2010,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-21 ta' Settembru 2010 dwar l-ikkompletar tas-suq intern għall-kummerċ elettroniku(4),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Mejju 2010 dwar żviluppi ġodda fl-akkwisti pubbliċi(5),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-9 ta' Marzu 2010 dwar it-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Intern(6),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Frar 2009 dwar l-akkwist pubbliku prekummerċjali: inrawmu l-innovazzjoni biex niżguraw servizzi pubbliċi sostenibbli u ta' kwalità għolja fl-Ewropa(7),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Novembru 2006 dwar “Wasal iż-żmien li ningranaw - noħolqu Ewropa ta' imprenditorija u tkabbir”(8),

–   wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar l-imodernizzar tal-politika tal-UE dwar l-akkwist pubbliku (COM(2011)0015),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumiatt għal-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0071/2011),

A.  billi suq uniku bbażat fuq kompetizzjoni ħielsa u ġusta hu l-għan kruċjali tar-riforma ekonomika tal-UE u jirrappreżenta vantaġġ kompetittiv ewlieni għall-Ewropa fl-ekonomija globali,

B.  billi wieħed mill-vantaġġi l-kbar tas-suq intern kien it-tneħħija tal-ostakoli għall-mobilità u l-armonizzazzjoni tar-regolamenti istituzzjonali, filwaqt li rawwem il-fehim kulturali, l-integrazzjoni, it-tkabbir ekonomiku u s-solidarjetà Ewropea,

C.   billi huwa importanti li l-kunfidenza fis-Suq Uniku tiżdied fil-livelli kollha u li jitneħħew l-ostakoli eżistenti għall-impriżi li jkunu deħlin fin-negozju; billi l-piżijiet amministrattivi tqal jiskoraġġixxu lill-intraprendituri ġodda,

D.  billi huwa importanti li l-Att tas-Suq Uniku ma jikkonsistix minn sensiela ta' miżuri iżolati minn xulxin, u li l-proposti kollha jingħaqdu flimkien biex jintlaħaq objettiv koerenti,

E.  billi l-impriżi kollha huma milquta mill-frammentazzjoni tas-suq, imma l-SMEs huma partikolarment vulnerabbli għall-problemi li joħorġu minnha,

F.  billi hemm perċezzjoni frekwenti li s-Suq Uniku sal-lum l-aktar li gawdew minnu kienu l-impriżi l-kbar, minkejja li l-SMEs huma l-mutur tat-tkabbir tal-UE,

G.  billi n-nuqqas ta' innovazzjoni fl-UE huwa fattur ewlieni għar-rati baxxi ta' tkabbir ta' dawn l-aħħar snin; billi l-innovazzjoni tat-teknoloġiji ħodor jipprovdu opportunità għar-rikonċiljazzjoni tat-tkabbir fit-tul mal-ħarsien ambjentali,

H.  billi, biex jintlaħqu l-miri tal-istrateġija UE 2020, jeħtieġ li s-Suq Uniku jipprovdi l-kundizzjonijiet għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv; billi s-Suq Uniku għandu jsir ambjent aħjar għall-innovazzjoni u r-riċerka min-naħa ta' impriżi tal-UE,

I.   billi l-politika ta' kompetizzjoni hija għodda essenzjali biex tiżgura li l-UE jkollha suq intern dinamiku, effiċjenti u innovattiv u biex tkun kompetittiva fix-xena globali,

J.  billi l-kapital ta' riskju huwa għajn importanti ta' finanzjament għal negozji ġodda u innovattivi; billi l-fondi tal-kapital ta' riskju li jkunu jridu jinvestu fi Stati Membri differenti tal-UE jiltaqgħu ma' ostakoli,

K.  billi l-iżvilupp u l-użu aktar mifrux tal-ICT min-naħa ta' impriżi tal-UE huma essenzjali għat-tkabbir tagħna fil-ġejjieni,

L.  billi l-kummerċ elettroniku u s-servizzi elettroniċi, inklużi s-servizzi tal-gvern elettroniċi u s-Saħħa elettronika, għadhom sottosviluppati fil-livell tal-UE,

M.  billi s-settur postali u l-promozzjoni tal-interoperabbiltà u l-kooperazzjoni fost is-sistemi u s-servizzi postali jista' jkollhom impatt sinifikanti fuq l-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku transkonfinali,

N.  billi jeżistu ostakli regolatorji għal-liċenzjar effiċjenti tad-drittijiet tal-awtur li jwasslu għal livell għoli ta' frammentazzjoni fis-suq tal-prodotti awdjoviżivi, li huwa ta' dannu għan-negozji tal-UE; billi sew in-negozji kif ukoll il-konsumaturi jgawdu mill-ħolqien ta' Suq tassew Uniku għall-prodotti awdjoviżivi sakemm id-drittijiet fundamentali tal-utenti tal-internet ikunu rrispettati bis-sħiħ,

O.  billi l-falsifikazzjoni u l-piraterija jnaqqsu l-fiduċja tan-negozji fil-kummerċ elettroniku u jagħtu lok għall-frammentazzjoni tar-regoli tal-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali li toħnoq l-innovazzjoni fis-Suq Uniku,

P.   billi differenzi fid-dispożizzjonijiet fiskali jistgħu iwasslu għal ostakoli sinifikanti għat-tranżazzjonijiet transkonfinali; billi l-koordinazzjoni tal-politiki nazzjonali tat-taxxa kif proposti minn Mario Monti fir-rapport tiegħu jistgħu jġibu valur miżjud prezzjuż lill-intrapriżi u liċ-ċittadini,

Q.   billi l-akkwist pubbliku, li jammonta għal madwar 17% tal-PGD tal-UE, għandu rwol importanti biex jagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku; billi l-akkwisti pubbliċi transkonfinali jirrappreżenta sehem żgħir mis-suq sħiħ tal-akkwist pubbliku, minkejja li huma opportunità għall-azjendi tal-UE; billi l-SMEs għad għandhom aċċess limitat għas-swieq tal-akkwist pubbliku,

R.  billi s-servizzi huma settur kruċjali għat-tkabbir ekonomiku u għall-impjieg iżda s-Suq Uniku għas-servizzi għadu sottożviluppat b'mod partikolari minħabba lakuni u d-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom l-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi,

Daħla

1.  Jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Lejn Att dwar is-Suq Uniku”; iqis li t-tliet kapitli tal-Komunikazzjoni huma importanti ndaqs u interkonnessi, u għandhom ikunu ttrattati b'approċċ konsistenti mingħajr ma jiġu iżolati minn xulxin il-kwistjonijiet differenti li hemm involuti;

2.  Jenfasizza b'mod partikolari l-impenn tal-Kummissjoni, f'din il-Komunikazzjoni, biex tippromwovi approċċi ġodda lejn żvilupp sostenibbli;

3.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex twettaq verifika finanzjarja tal-prijoritajiet tal-Baġit tal-UE għall-qafas finanzjarju li jmiss u biex jiġu pprijoritizzati proġetti Ewropej ta' valur miżjud li jistgħu jsaħħu l-kompetittività u l-integrazzjoni tal-UE fl-oqsma tar-riċerka, l-għarfien u l-innovazzjoni;

4.  Jisħaq, b'mod partikoalri fid-dawl tal-kriżi ekonomika u finanzjarja, fuq l-importanza tas-Suq Uniku għall-kompetittività tal-impriżi tal-UE u għat-tkabbir tal-ekonomiji Ewropej, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw biżżejjed riżorsi biex titjieb l-implimentazzjoni tar-regoli tas-suq uniku, u jilqa' l-approċċ olistiku li jintuża fil-Komunikazzjoni; jenfasizza n-natura komplementarja tal-miżuri varji li hemm fir-rapport Monti, li l-koerenza tagħhom mhux dejjem hija riflessa b'mod sħiħ fl-Att dwar is-Suq Uniku;

5.  Jistiedenlill-Kummissjoni, għaldaqstant, biex tressaq pakkett ambizzjuż ta' miżuri appoġġjat minn strateġija ċara u koerenti biex tipptomwovi l-kompetittività tas-suq intern. jistieden lill-Kummissjoni terġa' tingħaqad mal-ispirtu tar-rapport ta' Mario Monti, li kien jippromwovi l-liberalizzazzjoni u l-kompetizzjoni kif ukoll it-titjib tal-konverġenza fiskali u soċjali;

6.  Jenfasizza l-importanza li titjieb il-governanza ekonomika tal-Unjoni Ewropea sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet ekonomiċi biex l-impriżi jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet ipprovduti mis-suq uniku li jippermettulhom jikbru u jsiru iktar kompetittivi, u jitlob li din ir-rabta ssir espliċita fl-Att dwar is-Suq Uniku; jistieden lill-Kummissjoni toqgħod attemnta ħafna għall-impatt tad-diverġenza ekonomika dejjem ikbar bejn l-Istati Membri tal-UE fuq il-koeżjoni interna tas-Suq Uniku;

7.  Jenfasizza l-ħtieġa li nadottaw politika industrijali Ewropea bil-għan li ssaħħaħ l-ekonomija reali u tilħaq it-tranżizzjoni għal waħda aktar intelliġenti u sostenibbli;

8.  Jenfasizza li d-dimensjoni esterna tal-istrateġija Ewropea, li tinkludi l-kummerċ internazzjonali wkoll, qed issir dejjem aktar importanti minħabba l-integrazzjoni tas-swieq u, għalhekk, li strateġija esterna adegwata tista' tkun tassew utli biex tistabbilixxi t-tkabbir sostenibbli, l-impjieg u t-tisħiħ tas-suq uniku għall-impriżi, b'konformità mal-objettivi tal-Istrateġija UE 2020; jenfasizza l-ħtieġa li l-politika kummerċjali tal-UE tinbidel fi strument reali għall-iżvilupp sostenibbli u l-ħolqien ta' iktar impjiegi u impjiegi aħjar; jitlob lill-Kummissjoni biex tiżviluppa politika kummerċjali konsistenti ma' politika industrijali b'saħħitha, li toħloq l-impjiegi;

9.  Josserva li l-politiki tal-Unjoni Ewropea dwar is-Suq Uniku u l-iżvilupp reġjonali huma komplementari ħafna u jisħaq fuq li l-progress tas-suq intern u l-żvilupp ulterjuri tar-reġjuni tal-Unjoni huma interdependenti, u jwasslu għal Ewropa kkaratterizzata mill-koeżjoni u l-kompetittività; jilqa' l-proposti tal-Kummissjoni li għandhom l-għan li japprofondixxu s-suq uniku; jenfasizza li l-aċċessibilità reali u effikaċi tas-suq uniku għar-reġjuni kollha tal-UE hija prerekwiżit għall-moviment tal-persuni, il-merkanzija, il-kapital u s-servizzi, u għaldaqstant għal suq uniku b'saħħtu u dinamiku; jinnota, f'dan ir-rigward, r-rwol essenzjali li għandha l-politika reġjonali tal-Unjoni f'termini tal-iżvilupp infrastrutturali u rigward l-iżvilupp ibbilanċjat, ekonomikament u soċjalment koerenti, tar-reġjuni;

Valutazzjoni Ġenerali
Suq Uniku innovattiv

10.  Jistieden lill-Kummissjoni tadotta strateġija konsistenti u bbilanċjata f'kooperazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, bl-għan li titħeġġeġ l-innovazzjoni kif ukoll li jiġi appoġġjat in-negozju innovattiv, bħala l-aħjar mod kif tiġi ppremjata l-kreattività, u li jitħarsu d-drittijiet fundamentali, bħad-dritt għall-privatezza u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali;

11.  Jappoġġa bil-qawwa l-ħolqien ta' privattiv tal-UE li jiffavorixxi l-SMEs u ta' sistema unifikata tal-litigazzjoni dwar il-privattivi biex is-Suq Uniku jsir minn ta' quddiem fl-innovazzjoni u jagħti spinta lill-kompetittività Ewropea; jenfasizza li t-traduzzjoni tal-privattivi f'bosta ilsna hija piż ta' spejjeż addizzjonali li jtellef l-innovazzjoni fi ħdan is-Suq Uniku, u li mil-aktar fis possibbli għandu jintlaħaq kompromess dwar l-aspetti lingwistiċi;

12.  Jappoġġa l-ħolqien ta' bonds tal-proġetti Ewropej biex jirfdu l-innovazzjoni u l-ħolqien ta' impjiegi fi-tul fis-Suq Uniku u ħalli jiffinanzjaw l-implimentazzjoni ta' proġetti kbar ta' infrastruttura transkonfinali, partikolarment fl-oqsma tal-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni, b'appoġġ għat-trasformazjzoni ekoloġika tal-ekonomiji tagħna; jenfasizza l-ħtieġa għal strutturi adegwati tal-ġestjoni tar-riskju u għall-iżvelar sħiħ tal-obbligazzjonijiet potenzjali kollha;

13.  Jirrimarka l-importanza ta' suq intern tal-enerġija li jaħdem bis-sħiħ għall-ilħiq ta' aktar awtonomija fil-provvista tal-enerġija; iqis li dan jista' jintlaħaq permezz ta' approċċ li jinvolvi raggruppamenti reġjonali, kif ukoll permezz tad-diversifikazzjoni tar-roto u tas-sorsi tal-enerġija; jenfasizza li l-infrastrutturi tal-Ewropa tal-Lvant għandhom jittejbu ħallu jiġu allinjati ma' dawk tal-Istati membri tal-Punent; jenfasizza li s-suq intern tal-enerġija għandu jikkontribwixxi biex iil-prezzijiet tal-enerġija jżommhom raġonevoli sew għall-konsumaturi kif ukoll għall-impriżi; jemmen li, biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi u enerġetiċi tal-UE, jeħtieġ approċċ fiskali ġdid, bl-applikazzjoni ta' rati minimi ta' dazju fuq l-emissjonijiet tas-CO2 u fuq il-kontenut tal-enerġija; jenfasizza l-ħtieġa għal aktar pjanijiet tal-effiċjenza tal-enerġija u għal miżuri biex iqawwu l-iffrankar tal-enerġija b'mod sinifikanti; jenfasizza l-ħtieġa tal-promozzjoni ta' grids intelliġenti kif ukoll tal-enerġiji rinnovabbli u li l-awtoritajiet loakli u rġjoanli jiġu inkoraġġiti jisfruttaw il-potenzjal tal-ICTs fil-pjanijiet tagħhom dwar l-effiċjenza tal-enerġija; jistieden lilll-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni tad-direttivi dwar it-tikkettar enerġetiku, l-ekodisinn, it-trasport, il-binjiet u l-infrastrutturi, biex tiżgura u timplimenta approċċ ta' qafas komuni Ewropew;

14.  Jilqa' l-inizjattiva dwar impronta ambjentali tal-prodotti, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi malajr sistema ta' valutazzjoni u tikkettar komuni u reali;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-investiment transkonfinali u tistabbilixxi qafas li jinkoraġġixxi l-investiment effikaċi ta' fondi tal-kapital ta' riskju fis-Suq Intern, jipproteġi l-investituri u jipprovdi inċentivi biex dawn il-fondi jiġu investiti fi proġetti sostenibbli ħalli jint;aħqu l-miri ambizzjużi tal-Istrateġija UE 2020; jistieden lill-Kummissjoni tistudja l-possibilità li jinħoloq fond Ewropew tal-kapital ta' riskju li kapaċi jinvesti fil-“prova tal-validità tal-kunċett” f'fażi bikrija u fl-iżvilupp tan-negozju qabel l-investiment kummerċjali; jitlob lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni annwali tal-bżonnijiet ta' investiment pubbliku u privat u tal-mod li bih dawn qed jiqdew, jew għandhom jinqdew, fil-qafas tal-proposti tagħha;

16.  Jirrikonoxxi l-importanza tal-akkwist pubbliku, speċjalment l-akkwist prekummerċjali, u r-rwol tiegħu biex jistimola l-innovazzjoni fis-Suq Uniku; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu użu mill-akkwisti prekummerċjali biex jagħtu spinta inizjali deċiżiva lis-swieq ġodda tat-teknoloġiji innovattivi u ħodor filwaqt li jtejbu l-kwalità u l-effikaċja tas-servizzi pubbliċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkomunikaw aħjar dwar il-possibbiltajiet eżistenti għall-awtoritajiet pubbliċi rigward l-akkwisti prekummerċjali; jitlob lill-Kummissjoni tesplora kif jista' jiġi ffaċilitat l-akkwist transkonfinali konġunt; jikkundanna n-nuqqas ta' ċarezza legali dwar l-inklużjoni ta' konsiderazzjonijiet soċjali fl-akkwist pubbliku; jitlob lill-Kummissjoni tesplora kif jista' jiġi ffaċilitat l-akkwist transkonfinali konġunt;

17.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jqawwu l-isforzi biex jiġmgħu ir-riżorsi tal-innovazzjoni billi joħolqu raggruppamenti tal-innovazzjoni u jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-programmi ta' riċerka tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa tat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka xjentifika u tal-innovazzjoni, kif ukoll il-ħtieġa tal-isfruttament transkonfinali tagħhom;

Suq Uniku diġitali

18.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li tirrevedi d-Direttiva dwar il-Firem Elettroniċi biex tipprovdi qafas legali għar-rikonoxximent u l-interoperabilità transkonfinali tas-sistemi ta' awtentikazzjoni elettronika sikuri; jenfasizza l-ħtieġa ta' rikonoxximent reċiproku tal-identifikazzjoni elettronika u l-awtentikazzjoni elettronika fl-UE kollha kemm hi u jitlob lill-Kummissjoni tindirizza, f'dan ir-rigward, il-problemi relatati mad-diskriminazzjoni kontra dawk li jirċievu servizzi minħabba n-nazzjonalità jew il-post ta' residenza tagħhom;

19.  Iqis li l-White Paper dwar il-politika tat-trasport għandha tiffoka fuq proposti li jsaħħu l-modi sostenibbli tat-trasport, inkluża l-intermodalità; jenfasizza l-importanza tal-pakkett propost dwar il-mobilità elettronika bl-għan li jintużaw teknoloġiji ġodda biex jappoġġjaw sistema ta' transport effiċjenti u sostenibbli, speċjalment permezz tal-użu ta' biljetti integrati; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw malajr id-Direttiva dwar is-sistemi ta' transport intelliġenti;

20.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri adegwati ħalli jqawwu l-fiduċja tan-negozji u taċ-ċittadini fil-kummerċ elettroniku, partikolarment billi jiggarantixxu protezzjoni ta' livell għoli tal-konsumatur f'dan il-qasam; jenfasizza li dan jista' jintlaħaq wara evalwazzjoni komprensiva tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur u stima komprensiva tal-impatt fuq l-għażliet kollha ta' politika fil-Green Paper dwar il-Liġi Kuntrattwali Ewropea; jirrimarka li s-semplifikazzjoni tar-reġistrazzjoni transkonfinali tad-domains għan-negozji onlajn, minbarra li ttejjeb is-sistemi tal-pagament onlajn u tiffaċilita l-irkupru transkonfinali tad-djun, tikostitwixxi wkoll miżuri siewja għall-promozzjoni tal-kummerċ elettroniku fl-UE kolha kemm hi;

21.  Jisħaq fuq il-ħtieġa imperattiva li l-politika tal-UE ta' standardizzazzjoni dwar it-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) tkun adattata għall-iżviluppi fis-suq u fil-politikim bil-għan li twassal għall-ilħiq tal-objettivi ta' politika Ewropej li jirrikjedu l-interoperabilità;

22.  Jenfasizza l-ħtieġa li negħlbu l-ostakoli eżistenti għall-kummerċ elettroniku transkonfinali tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa għal politika attiva li tippermetti li l-pubbliku u l-kumpaniji jibbenefikaw minn din l-għodda li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom u li tista' toffrilhom prodotti u servizzi ta' kwalità bi prezzijiet kompetittivi; jemmen li dan huwa essenzjali fil-klima attwali tal-kriżi ekonomika, u li jkun ta' għajnuna enormi fl-ikkompletar tas-suq uniku, bħala mezz biex tiġi miġġielda l-inugwaljanza li dejjem qed tiżdied u biex jiġu protetti l-konsumaturi li huma vulnerabbli, jgħixu f'postijiet remoti ħafna jew isofru minn mobilità mnaqqsa, kif ukoll gruppi bi dħul baxx u l-SMEs, li għalihom l-integrazzjoni fid-dinja tal-kummerċ elettroniku hija partikolarment importanti;

23.  Jisħaq fuq il-potenzjal tar-reġjuni tal-UE li jaqdu rwol konsiderevoli biex jgħinu fl-isforz tal-Kummissjoni ħalli jinħoloq Suq Uniku diġitali; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza li għandha tingħata lill-użu tal-fondi disponibbli għar-reġjuni tal-UE sabiex jingħeleb in-nuqqas ta' żvilupp tagħhom fl-oqsma tal-kummerċ u s-servizzi elettroniċi, li jistgħu jservu bħala sors siewi għat-tkabbir futur fir-reġjuni;

24.  Iqis li l-SMEs għandhom jingħataw is-setgħa biex jagħmlu użu estensiv mill-kummerċ elettroniku fl-Ewropa; jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni mhix se tressaq proposta għal sistema Ewropea għar-riżoluzzjoni ta' tilwin onlajn għal tranżazzjonijiet diġitali qabel l-2012, tnax-il sena wara li l-Parlament kien talab għal tali inizjattiva f'Settembru 2000(9);

25.  Iħeġġeġ lill-Istati membri jimplimentaw bis-sħiħ it-Tielet Direttiva Postali (2008/6/KE); jenfasizza l-ħtieġa li niaggarantixxu aċċess universali għal servizzi postali ta' kwalità għolja, nevitaw id-dumping soċjali u nippromwovu l-interoperabilità u l-kooperazzjoi bejn is-sistemi u s-servizzi postali, biex niffaċilitaw id-distribuzzjoni u t-traċċar effiċjenti tal-oġġetti mixtrija onlajn, li jagħtu spinta l-fiduċja tal-konsumaturi fir-rigward tax-xiri transkonfinali;

26.  Jenfasizza l-ħtieġa li jinħoloq Suq Uniku għall-prodotti awdjoviżivi onlajn permezz tal-promozzjoni ta' standards miftuħa tal-ICT u l-appoġġ tal-innovazzjoni u l-kreattività permezz tal-ġestjoni elettronika effiċjenti tad-drittijiet tal-awtur, inkluż permezz ta' sistema Pan-Ewropea ta' liċenzjar, bil-għan li jiġi ggarantit l-aċċess usa' u aktar ġust taċ-ċittadini għall-prodotti u s-servizzi kulturali u li jkun żgurat li d-detenturi tad-drittijiet jirċievu rimunerazzjoni adegwata għax-xogħlijiet kreattivi tagħhom u li d-drittijiet fundamentali tal-utenti tal-internet jkunu rrispettati; jenfasizza l-ħtieġa li l-leġilazzjoni onlajn dwar id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali tiġi allinjata mal-leġilazzjoni offlajn eżistenti dwar id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, speċjalment dwar it-trademarks, sabiex il-konsumaturi u n-negozju jrabbu aktar fiduċja fil-kummerċ elettroniku;

27.  Jinnota l-ħtieġa li l-ġlieda kontra l-piraterija onlajn tissaħħaħ biex tipproteġi d-drittijiet tal-ħallieqa, filwaqt li jitħarsu d-drittijiet fundamentali tal-konsumaturi; jenfasizza li l-korpi u ċ-ċittadini għandhom ikunu mgħarrfa sewwa dwar il-konsegwenzi tal-falsifikazzjoni u l-piraterija; jilqa' l-inizjattiva mħabbra mill-Kummissjoni maħsuba biex tiġi miġġielda l-piraterija tat-trademarks u tal-prodotti u, b'mod partikolari, il-proposti leġiżlattivi li għandhom jitressqu fl-2011 li għandhom l-għan li jaġġustaw il-qafas legali għall-isfidi l-ġodda tal-internet u li jsaħħu l-miżuri mill-awtoritajiet doganali f'dan il-qasam; jinnota li f'dan ir-rigward jista' jkun hemm ukoll sinerġiji bil-pjan ta' azzjoni li jmiss biex tiżdied is-sorveljanza tas-suq Ewropew;

28.  Jissottolinja wkoll li l-protezzjoni u l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandhom jiġu żviluppati bħala parti minn approċċ usa' billi jqisu d-drittijiet u l-ħtiġijiet tal-konsumaturi u taċ-ċittadini tal-UE, iżda mingħajr ma jinħoloq konflitt mal-politiki interni u esterni l-oħra tal-UE bħall-promozzjoni tas-soċjetà tal-informazzjoni, it-trawwim tal-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-iżvilupp fil-pajjiżi terzi u l-promozzjoni tad-diversità bijoloġika u kulturali fuq skala internazzjonali;

Suq Uniku li jiffavorixxi n-negozju

29.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' implimentazzjoni u kkompletar effikaċi tal-pakkett ta' sorveljanza finanzjarja biex jinkiseb suq intern sostenibbli; jitlob evalwazzjoni mill-Kummissjoni biex jiġi żgurat li tali implimentazzjoni titwettaq madwar l-UE u tiġi ppublikata tabella ta' korrelazzjoni fuq bażi annwali; għal dak l-għan, jikkunsidra li għandhom jiġu promossi l-aqwa prattiku fost l-entitajiet superviżorji nazzjonali u tal-UE;

30.  Jitlob lill-Kummissjoni ttejjeb l-aċċess tal-SMEs għas-swieq tal-kapital billi tkattar l-informazzjoni disponibbli dwar opportunitajiet differenti ta' finanzjament tal-UE, bħalma huma dawk provduti mill-Programm ta' Kompetittività u Innovazzjoni, il-Bank Ewropew tal-Inverstiment jew il-Fond Ewropew tal-Investiment, u billi l-proċeduri tal-finanzjament tagħmilhom aktar faċli, eħfef u anqas burokratiċi; għal dak il-għan jirrakkomanda approċċ wisq aktar olistiku lejn l-għoti tal-finanzjament, b'mod partikoalri bil-għan li tintrifed it-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli;

31.  Jemmen li l-istruttura pluralistika tas-suq Ewropew tal-attivitajiet bankarji tissodisfa tajjeb il-varjetà ta' ħtiġijiet finanzjarji tal-SMEs u li d-diversità ta' mudelli legali u objettivi tan-negozju ittejjeb l-aċċess għall-finanzi;

32.  Jenfasizza l-importanza ekonomika tal-SMEs u l-mikroimpriżi fl-ekonomija Ewropea; jinsisti, għalhekk, fuq il-ħtieġa li jiġi assigurat li l-prinċipju “aħseb l-ewwel fiż-żgħir” promoss mill-“Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” ikun implimentat tajjeb u jappoġġa l-mżuri tal-Kummissjoni biex minn fuq ineħħu l-SMEs il-piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa; jissuġġerixxi li l-SMEs b'potenzjal ta' tkabbir speċifiku, pagi għoljin u kundizzjonijiet tajba tax-xogħol għandhom jiġu appoġġati u jitlob għal differenzazzjoni fi ħdan l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar biex dan isir konformi ma' Ewropa 2020;

33.  Jirrimarka l-importanza tan-negozji lokali għar-relazzjonijiet soċjali, l-impjiegi u d-dinamiżmu fit-territorji żvantaġġati, b'mod partikolari ż-żoni urbani li jinsabu f'diffikultà jew iż-żoni b'popolazzjoni baxxa; jitlob li jingħatalhom appoġġ sod permezz tal-politika reġjonali tal-Unjoni;

34.  Jenfasizza l-bżonn li jissaħħu l-kapaċitajiet tal-SMEs fejn għandha x'taqsam il-protezzjoni tad-disinjar u l-kitba tal-proposti, inklużi l-assistenza teknika u l-programmi ta' edukazzjoni adattata;

35.  Jitlob li jiġi adottat Statut għal Kumpanija Privata Ewropea biex jiffaċilita t-twaqqif u l-operat transkonfinali tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fis-Suq Uniku;

36.  Jemmen li l-investituri fl-ekwitajiet ikunu aktar inkoraġġiti biex jiffinanzjaw negozji żgħar u dawk żgħar ħafna fil-fażi tal-bidu tagħhom jekk jiġu pprovduti rotot ta' ħruġ aktar effiċjenti permezz ta' swieq ta' stocks ta' tkabbir nazzjonali jew pan-Ewropej li fil-preżent mhux qed jiffunzjonaw b'mod adegwat;

37.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jimplimentaw bis-sħiħ il-Pakkett tal-Merkanzija;

38.  Jirrimarka l-importanza ta' reġistri tan-negozji interkonnessi u jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa qafas legali ċar li jassigura li l-informazzjoni f'tali reġistri tan-negozju tkun kompleta u korretta;

39.  Jirrikonoxxi l-kontibut importanti għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi tas-settur tal-bejgħ bl-imnut; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tinkludi fi ħdan l-Att tas-Suq Uniku proposta għal Pjan ta' Azzjoni Ewropew għall-bejgħ bl-imnut li jidentifika u jindirizza l-bosta sfidi li jiffaċċaw il-bejjiegħa bl-imnut u l-fornituri fi ħdan is-Suq Uniku; iqis li l-Pjan ta' Azzjoni għandu jkun ibbażat fuq il-konklużjonijiet tax-xogħol li qed isir fil-Parlament dwar “suq tal-bejgħ bl-imnut aktar effiċjenti u aktar ġust”;

40.  Jenfasizza l-importanza tat-tneħħija tal-ostakoli mhux meħtieġa ta' natura fiskali, amministrattivi u legali li jfixklu l-attivitajiet transkonfinali; iqis li qafas tal-VAT u obbligi tar-rappurtar tal-VAT aktar ċari għan-negozji huma meħtieġa biex jinkoraġġixxu mudelli ta' produzzjoni u konsum sostenibbli, jillimitaw l-ispejjeż ta' adattament, jikkumbattu l-frodi tal-VAT u jtejbu l-kompetittività tal-azjendi tal-UE;

41.  Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex tippubblika Green Paper dwar governanza korporattiva u biex tniedi konsiltazzjoni pubblika dwar l-informazzjoni fuq aspetti soċjali, ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem tal-investimenti min-negozji; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tressaq proposti konkreti dwar investimenti private sabiex jinħolqu inċentivi effiċjenti għal investimenti fit-tul, sostenibbli u etiċi, biex jiġu kkoordinati aħjar il-politiki fiskali korporattivi u biex tiġi inkoraġġita r-responsabilità korporattiva;

42.  Jilqa' r-rieżami tad-Direttiva dwar Taxxa fuq l-Enerġija, bl-għan li jiġu riflessi aħjar l-objettivi tat-tibdil fil-klima, bil-kundizzjoni li l-piż tat-taxxa ma jintefax b'mod mhux mistħoqq fuq il-konsumaturi vulnerabbli;

43.  Jilqa' bil-ħerqa l-inizjattiva tal-Kummissjoni għal Direttiva li tintroduċi bażi komuni konsolidata tat-taxxa korporattiva u jenfasizza li din tista' tnaqqas l-evitar u l-evażjoni tat-taxxi u tqawwi t-trasparenza u l-komparabbiltà tar-rati tat-taxxa korporattiva, u b'hekk tnaqqas l-ostakoli għall-attivitajiet transkonfinali;

44.  Jitlob lill-Kummissjoni tagħmel il-proċeduri tal-akkwist pubbliku aktar effikaċi u anqas burokratiċi biex tinkoraġġixxi lil azjendi tal-UE jieħdu sehem fl-akkwist pubbliku transkonfinali; jenfasizza li jeħtieġ li ssir aktar simplifikazzjoni, speċjalment għal awtoritajiet lokali u reġjonali u biex tippermetti lill-SMEs aċċess akbar għall-akkwist pubbliku; iħeġġeġ għalhekk li l-Kummissjoni tipprovdi dejta rigward il-livell ta' ftuħ fl-akkwist pubbliku u li tiżgura r-reċiproċità ma' pajjiżi industrijalizzati oħra u ma' ekonomiji emerġenti maġġuri; jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina sewwa modi ġodda kif ittejjeb l-aċċess għall-intrapriżi Ewropej għas-swieq tal-akkwist pubbliku barra l-UE, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet indaqs kemm għall-intrapriżi Ewropej kif ukoll għal dawk barranin li jikkompetu għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi;

45.  Jipproponi, f'termini aktar ġenerali, li ftehimiet kummerċjali futuri nnegozjati mill-Unjoni għandhom jinkorporaw kapitolu dwar l-iżvilupp sostenibbli, imfassal fuq il-prinċipji tas-CSR kif definiti mill-aġġornament tal-2010 tal-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali;

46.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa koordinazzjoni ikbar bejn il-miżuri marbuta mal-SMEs fil-livell nazzjonali u internazzjonali, u biex tidentifika u tippromwovi l-SMEs li għandhom potenzjal kummerċjali; huwa tal-fehma li l-Istati Membri għandhom jagħmlu iktar biex jinkoraġġixxu lill-SMEs jużaw l-inizjattivi u l-għodda eżistenti bħall-bażi ta' dejta bl-aċċess għas-suq u l-uffiċċju tal-informazzjoni tal-esportazzjoni;

47.  Huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha ttejjeb l-isforzi tagħha biex tiffaċilita l-attivitajiet bankarji transkonfinali, billi tneħħi l-ostakli eżistenti kollha għall-użu ta' sistemi kompetittivi tal-ikklerjar u tas-saldu u bl-applikazjzoni ta' regoli komuni għall-kummerċ;

48.  Iqis li l-Kummissjoni għandha tisponsorja skambju ta' ħiliet Ewropej fejn intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-ħiliet disponibbli f'intrapriżi akbar, b'hekk jiġu promossi s-sinerġiji u l-konsulenza esperta;

49.  Jitlob li l-Kummissjoni toħroġ proposti biex jiġu riveduti d-Direttivi tal-Kontabilità bil-għan li tiġi evitata r-regolamentazzjoni żejda għalja u ineffiċjenti, b'mod partikolari għall-SMEs, ħalli l-kompetittività tagħhom u l-potenzjal tat-tkabbir tagħhom ikunu jistgħu jiġu sfruttati b'mod aktar effikaċi;

Suq Uniku għas-Servizzi

50.  Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' implimentazzjoni tajba tad-Direttiva dwar is-Servizzi, inkluż l-istabbiliment ta' Punti ta' Kuntatt Uniku kompletament operattivi li jippermettu onlajn it-tlestija tal-proċeduri u l-formalitajiet, li jistgħu jraħħasu konsiderevolment l-ispejjeż operazzjonali tal-impriżi u jagħtu spinta lis-servizzi tas-Suq Uniku; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu flimkien u jieħdu aktar passi fl-iżvilupp tas-Suq Uniku għas-servizzi abbażi ta' proċess ta' evalwazzjoni reċiproka; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqiegħed enfasi speċjali fuq l-iżvilupp tas-Suq Uniku għas-servizzi onlajn;

51.  Jitlob lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-iżvilupp tas-settur tas-servizzi tan-negozju u tieħu l-miżuri regolatorji meħtieġa biex tipproteġi n-negozji, speċjalment lill-SMEs, minn prattiki kummerċjali inġusti min-naħa ta' impriżi akbar fil-katina tal-provvista; jistieden lill-Kummissjoni tiddefinixxi “prattiki kummerċjali manifestament inġusti” fil-katina tal-provvista, f'konsultazzjoni mal-persuni interessati, u tipproponi azzjoni ulterjuri biex tipprevjeni prattiki kummerċjali inġusti rigward il-kompetizzjoni u l-libertà tal-kuntratti; ifakkar fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar kumpaniji ta' direttorju qarrieqa(10) u jħeġġeġ lill-Kummissjoni mill-ġdid biex tressaq proposta biex tipprevjeni l-prattiki frodulenti tad-direttorji kummerċjali qarrieqa;

52.  Iqis li kwalunkwe proposta leġiżlattiva dwar il-konċessjonijiet ta' servizzi għandha tipprovdi qafas legali li jiżgura t-trasparenza u l-protezzjoni ġudizzjarja effikaċi sew għall-operaturi ekonomiċi kif ukoll għall-awtoritajiet kontraenti fl-UE kollha kemm hi; jitlob li l-Kummissjoni, qabel ma tippropni kwalunkwe leġiżlazzjoni, tipprovdi evidenza li l-prinċipji stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (in-nondiskriminazzjoni, il-prinċipju ta' trattament indaqs, u t-trasparenza) ma jkunux applikati b'mod sodisfaċenti fil-prattika għall-konċessjonijiet ta' servizzi;

53.  Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi riforma leġiżlattiva tal-qafas tal-istandardizzazzjoni, li tkopri wkoll is-servizzi; jenfasizza li l-istandardizzazzjoni tas-servizzi għandha twassal għall-kompletar tas-suq uniku fejn dan intwera li jkun importanti u, b'mod partikolari, għandha tikkunsidra għalkollox il-ħtiġijiet tal-SMEs; jirrikonoxxi r-rwol tal-istandards tal-prodotti għall-funzjonament tas-suq intern Ewropew u jqis l-istandards bħala għodod essenzjali għall-promozzjoni ta' prodotti u servizzi sostenibbli u ta' kwalità għolja għall-konsumaturi u l-impriżi; jitlob aktar miżuri li jġibu “l quddiem it-trasparenza, it-tnaqqis tal-ispejjeż u aktar involviment tal-persuni interessati;

54.  Jenfasizza l-importanza, f'ġieħ it-tisħiħ tal-kompetittività reġjonali, ta' “speċjalizzazzjoni intelliġenti” tar-reġjuni; iqis li s-suq uniku tal-UE jista' jirnexxi fit-totalità tiegħu biss meta jkunu involuti l-atturi kollha u r-reġjuni kollha – inklużi l-SMEs fis-setturi kollha, inkluż is-settur pubbliku, l-ekonomija soċjali u ċ-ċittadini nfushom; iqis ukoll li jeħtieġ li jkunu involuti mhux biss ftit oqsma ta' teknoloġija avvanzata, iżda r-reġjuni kollha fl-Ewropa u kull Stat Membru, b'kull wieħed jiffoka fuq il-ħilietu (“l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti”) fi ħdan l-Ewropa;

55.  Jenfasizza l-importanza tad-dimensjoni esterna tas-suq intern u, b'mod partikolari, il-kooperazzjoni regolatorja mas-sħab kummerċjali prinċipali kemm f'livelli bilaterali jew multilaterali bil-għan li jinġiebu “l quddiem il-konverġenza regolatorja, l-ekwivalenza tas-sistemi ta' pajjiżi terzi u l-adozzjoni usa” ta' standards internazzjonali; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni teżamina l-ftehimiet eistenti ma' partijiet terzi li jestendu l-elementi tas-suq intern lil hinn mill-fruntieri f'dak li jirrigwarda l-effikaċja tagħhom biex tiġi pprovduta ċertezza legali għall-benefiċjarji potenzjali tiegħu;

Prijoritajiet Essenzjali
Il-ħolqien ta' Privattiv tal-UE u sistema unifikata ta' litigazzjoni

56.  Jenfasizza li l-ħolqien ta' Privattiv tal-UE u sistema ta' litigazzjoni unifikata, kif ukoll sistema mtejba għall-ġestjoni tad-dritt tal-awtur, huma indispensabbli biex jirfdu l-innovazzjoni u l-kreattività fi ħdan is-Suq Uniku (proposti 1 u 2 tal-Att dwar is-Suq Uniku);

L-innovazzjoni fil-finanzjament

57.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu kif jixraq l-importanza tal-innovazzjoni għal tkabbir b'saħħtu u aktar sostenibbli kif ukoll għall-ħolqien tal-impjiegi billi jiżguraw li l-innovazzjoni tkun iffinanzjata sewwa, b'mod partikoalri permezz tal-ħolqien ta' bonds ta' proġetti tal-UE, speċjalment fl-oqsma tal-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni, li jappoġġaw it-trasfromazzjoni ekoloġika tal-ekonomiji tagħna, kif ukoll permezz ta' qafas leġiżlattiv biex jinkoraġġixxi li fondi ta' kapital tar-riskju jinvestu b'mod effikaċi fl-UE kollha kemm hi; jenfasizza li għandhom jingħataw inċentivi għall-investiment fit-tul f'setturi innovattivi u li joħolqu l-impjiegi (proposti 15 u 16 tal-Att dwar is-Suq Uniku);

Stimolu għall-kummerċ elettroniku

58.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tieħu l-passi kollha meħtieġa ħalli jtejbu l-fiduċja tan-negozji u tal-konsumaturi fil-tal-kummerċ elettroniku u jistimulaw l-iżvilupp tiegħu fis-Suq Uniku; jenfasizza li l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija kif ukoll id-direttiva qafas dwar il-ġestjoni tad-drittijiet tal-awtur huma kruċjali biex dan l-objettiv jintlaħaq (proposti 2, 3 u 5 tal-Att dwar is-Suq Uniku);

It-titjib tal-parteċipazzjoni tal-SMEs fis-Suq Uniku

59.  Jenfasizza li jeħtieġ tittieħed aktar azzjoni biex is-Suq Uniku jsir ambjent aħjar għall-SMEs; iqis li tali azzjoni għandha tinkludi t-titjib tal-aċċess tagħhom għas-swieq tal-kapital, it-tneħħija tal-ostakoli amministrattivi u fiskali għal-attivitajiet transkonfinali tagħhom permezz tal-adozzjoni ta' qafas aktar ċar tal-VAT u bażi komuni u konsolidata tat-taxxa korporattiva, kif ukoll ir-rieżami tal-qafas dwar l-akkwsit pubbliku, b'tali mod li l-proċeduri jsiru aktar flessibbli u anqas burokratiċi (proposti 12, 17, 19 u 20 tal-Att dwar is-Suq Uniku);

Ir-Razzjonalizzazzjoni tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku

60.  Jitlob lill-Kunsill jirrevedi l-leġislazzjoni relatata mal-akkwist pubbliku u ma' sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat bil-għan li jitrawwem tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fi ħdan is-Suq Uniku u li jiġi stimulat l-akkwist pubbliku transkonfinali; jenfasizza l-ħtieġa ta' qafas aktar ċar, li jipprovdi ċ-ċertezza legali sew għall-operaturi ekonomiċi kif ukoll għal-awtoritajiet kontraenti; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Istati Membri biex jużaw l-akkwist pubbliku prekummerċjali sabiex jistimolaw is-suq tat-teknoloġiji innovattivi u ekoloġiċi; jinsisti fuq il-ħtieġa li niżguraw ir-reċiproċità ma' pajjiżi industrijalizzati u ma' ekonomiji maġġuri emerġenti fil-qasam tal-akkwist pubbliku (proposti 17 u 24 tal-Att dwar is-Suq Uniku);

o
o   o

61.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) Testi adottati, P7_TA(2010)0186.
(2) http://ec.europa.eu/enterprise/policies/sme/business-environment/files/smes_access_to_public_procurement_final_report_2010_en.pdf
(3) ĠU L 176, 7.7.2009, p. 17.
(4) Testi adottati, P7_TA(2010)0320.
(5) Testi adottati, P7_TA(2010)0173.
(6) ĠU C 349 E, 22.10.2010, p. 25.
(7) ĠU C 67 E, 18.3.2010, p. 10.
(8) ĠU C 316 E, 22.12.2006, p. 378.
(9) ĠU C 146, 17.5.2001, p. 101.
(10) ĠU C 45 E, 23.2.2010, p. 17.

Avviż legali - Politika tal-privatezza