Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Testi adottati
PDF 73kWORD 32k
Il-Ħamis, 13 ta' Ottubru 2011 - Brussell
Ġestjoni tal-popolazzjoni tal-klieb fl-Unjoni Ewropea
P7_TA(2011)0444P7_DCL(2011)0026

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar il-ġestjoni tal-popolazzjoni tal-klieb fl-Unjoni Ewropea

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 13 TFUE,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Mejju 2010 dwar evalwazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Benessri tal-Annimali 2006-2010(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, skont it-Trattat, l-annimali huma esseri senzjenti u l-UE u l-Istati Membri jridu jqisu għalkollox ir-rekwiżiti tal-benessri tal-annimali,

B.  billi f'ċerti Stati Membri l-annimali mitlufa jew abbandunati joħolqu theddida għas-saħħa u s-sikurezza pubblika,

C.  billi ċerti Stati Membri qed jieħdu miżuri estremi kontra l-annimali mitlufa jew abbandunati,

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-prinċipju msemmi fl-Artikolu 13 TFUE jiġi rrisspettat mill-Istati Membri;

2.  Jistieden lill-Istati Membri jadottaw strateġiji komprensivi ta' ġestjoni tal-popolazzjoni tal-klieb li jinkludu miżuri bħalma huma liġijiet dwar il-kontroll tal-klieb u kontra l-krudeltà tal-klieb, appoġġ għal proċeduri veterinarji inklużi t-tilqim kontra l-marda tar-rabja u l-isterilizzazzjoni skont kif ikun neċessarju biex jiġi kkontrollat l-għadd ta' klieb mhux mixtieqa, u l-promozzjoni tas-sjieda responsabbli ta' annimal domestiku;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni tinkuraġġixxi lill-Istati Membri jintroduċu l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni obbligatorji ta' kull kelb, permezz ta' sistemi kompatibbli mal-UE kollha, sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-mard;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji(2), lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 25.
(2) Il-lista ta' firmatarji hija ppubblikata fl-Anness 1 għall-Minuti tat-13 ta' Ottubru 2011 (P7_PV(2011)10-13(ANN1)).

Avviż legali - Politika tal-privatezza