Il-konklużjoni u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar in-Navigazzjoni bis-Satellita bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Renju tan-Norveġja ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar in-Navigazzjoni bis-Satellita bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Renju tan-Norveġja (11114/2011 – C7-0184/2011 – 2011/0033(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11114/2011),
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Navigazzjoni bis-Satellita bejn l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Renju tan-Norveġja (06647/2010),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 171 u 172 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) u l-Artikoli 218(6) u 218(8) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0184/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 81, 90(7) u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0316/2011),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tan-Norveġja.