Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/0054(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0332/2011

Testi mressqa :

A7-0332/2011

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 26/10/2011 - 8.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0463

Testi adottati
PDF 201kWORD 32k
L-Erbgħa, 26 ta' Ottubru 2011 - Strasburgu
Ftehim Stati Uniti tal-Amerika/KE dwar il-promozzjoni, il-provvista u l-użu tas-sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita GALILEO u GPS ***
P7_TA(2011)0463A7-0332/2011

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-promozzjoni, il-provvista u l-użu tas-sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita GALILEO u GPS u applikazzjonijiet relatati bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra (11117/2011 – C7-0185/2011 – 2011/0054(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11117/2011),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim dwar il-promozzjoni, il-provvista u l-użu ta' sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita ta' GALILEO u tal-GPS u applikazzjonijiet relatati bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra (11575/2011),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 171 u 172 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) u l-Artikolu 218(8), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0185/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81, 90(7) u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0332/2011),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati Uniti tal-Amerika.

Avviż legali - Politika tal-privatezza