Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/0387(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0314/2011

Testi mressqa :

A7-0314/2011

Dibattiti :

PV 25/10/2011 - 16
CRE 25/10/2011 - 16

Votazzjonijiet :

PV 26/10/2011 - 8.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0464

Testi adottati
PDF 358kWORD 50k
L-Erbgħa, 26 ta' Ottubru 2011 - Strasburgu
Is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti (Riformulazzjoni) *
P7_TA(2011)0464A7-0314/2011

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti (Riformulazzjoni) (COM(2010)0784 – C7-0030/2011 – 2010/0387(CNS))

(Proċedura leġislattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2010)0784),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0030/2011),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 biex isir użu aktar strutturat tat-teknika ta' riformulazzjoni għal atti legali(1),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-25 ta' Marzu 2011 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0314/2011),

A.  billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda emenda ta' sustanza għajr dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux tal-atti ta' qabel flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed b'mod sostanzjali mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 9
(9)  Fejn jidħol it-trattament ta' l-istabbilimenti permanenti, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet u l-istrumenti legali sabiex jipproteġu d-dħul mit-taxxa nazzjonali u jiġi evitat it-tidwir tal-liġijiet nazzjonali, skond il-prinċipji tat-Trattat u filwaqt li  jitqiesu r-regoli tat-taxxa aċċettati internazzjonalment.
(9)  Fejn jidħol it-trattament tal-istabbilimenti permanenti, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet u l-istrumenti legali sabiex jipproteġu d-dħul mit-taxxa nazzjonali u jiġi evitat it-tidwir tal-liġijiet nazzjonali, u sabiex jevitaw forom estremi ta' tassazzjoni insuffiċenti jew nuqqas ta' tassazzjoni, skont il-prinċipji tat-Trattat u filwaqt li jitqiesu r-regoli tat-taxxa aċċettati internazzjonalment .
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a
(a) iżommu lura milli jintaxxaw dan il-qligħ; or
(a) iżommu lura milli jintaxxaw dan il-qligħ jekk ikun ġie ntaxxat fl-Istat tas-sussidjarja b'rata ta' taxxa korporattiva statutorja mhux iktar baxxa minn 70% tar-rata tat-taxxa korporattiva statutorja medja applikabbli fl-Istati Membri; or
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b
(b) jintaxxaw dan il-qligħ filwaqt li jawtorizzaw lill-kumpannija prinċipali u lill-istabbiliment permanenti li jnaqqsu mill-ammont mistħoqq tat-taxxa dak il-frazzjon tat-taxxa fuq il-korporazzjonijiet li jkollu x'jaqsam ma' dan il-qligħ u mħallas mis-sussidjarja u minn kull sussidjara fi skala iktar baxxa, suġġett għall-kondizzjoni illi f'kull skala kumpannija u s-sussidjara ta' l-iskala iktar baxxa tagħha jaqgħu taħt id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 u  jissodisfaw il-ħtiġiet ipprovvduti fl-Artikolu 3, sal-limitu ta' l-ammont tat-taxxa mistħoqqa korrispondenti.
(b) jintaxxaw dan il-qligħ b'rata ta' taxxa korporattiva statutorja mhux iktar baxxa minn 70% tar-rata ta' taxxa korporattiva statutorja medja applikabbli fl-Istati Membri filwaqt li jawtorizzaw lill-kumpannija prinċipali u lill-istabbiliment permanenti li jnaqqsu mill-ammont mistħoqq tat-taxxa dak il-frazzjon tat-taxxa fuq il-korporazzjonijiet li jkollu x'jaqsam ma' dan il-qligħ u mħallas mis-sussidjarja u minn kull sussidjarja fi skala iktar baxxa, suġġett għall-kundizzjoni illi f'kull skala kumpannija u s-sussidjarja tal-iskala iktar baxxa tagħha jaqgħu taħt id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 u jissodisfaw il-ħtiġijiet ipprovduti fl-Artikolu 3, sal-limitu tal-ammont tat-taxxa mistħoqqa korrispondenti.

(1) ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza