Emendi tal-Parlament Ewropew adottati fis-26 ta' Ottubru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni (COM(2010)0815 – C7-0016/2011 – 2010/0395(COD))(1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 1
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ġie sostanzjalment emendat diversi drabi. Ladarba għandhom isiru emendi oħra, inklużi bidliet sabiex jitqiesu l-emendi introdotti mit-Trattat ta' Lisbona, ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 għandu jiġi sostitwit minn dan ir-Regolament, fl-interessi taċ-ċarezza.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ġie sostanzjalment emendat diversi drabi. Ladarba għandhom isiru emendi oħra, inklużi bidliet sabiex jitqiesu l-emendi introdotti mit-Trattat ta' Lisbona, ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 għandu jiġi sostitwit minn dan ir-Regolament, skont it-Trattat ta' Lisbona adottat konġuntament mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, fl-interess taċ-ċarezza.
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 2
(2) Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 stabbilixxa l-prinċipji baġitarji u r-regoli finanzjarji li għandhom jiġu rrispettati fl-atti leġiżlattivi kollha u mill-istituzzjonijiet kollha. Il-prinċipji fundamentali, il-kunċett u l-istruttura tar-Regolament u r-regoli bażiċi tal-ġestjoni baġitarja u finanzjarja jenħtieġ li jinżammu. Id-derogi mill-prinċipji fundamentali għandhom jiġu riveduti u ssimplifikati safejn possibbli, filwaqt li titqies ir-relevanza li għad għandhom, il-valur miżjud tagħhom għall-baġit tal-Unjoni (minn hawn “il quddiem ”il-baġit“) u l-piż li jimponu fuq dawk involuti. Huwa neċessarju li jinżammu u jissaħħu l-elementi ewlenin tar-riforma finanzjarja: ir-rwol tal-atturi finanzjarji, l-integrazzjoni tal-kontrolli fis-servizzi operattivi, l-awdituri interni, l-Ibbaġittjar Ibbażat fuq l-Attività, l-immodernizzar tal-prinċipji u r-regoli tal-kontabilità, u l-prinċipji bażiċi għall-għotjiet.
(2) Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 stabbilixxa l-prinċipji baġitarji u r-regoli finanzjarji, li jirregolaw l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali, jiggarantixxu amministrazzjoni soda u effikaċi, kontroll u protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif ukoll iżidu t-trasparenza, li għandhom jiġu rrispettati fl-atti leġiżlattivi kollha u mill-istituzzjonijiet kollha. Il-prinċipji fundamentali, il-kunċett u l-istruttura tar-Regolament u r-regoli bażiċi tal-ġestjoni baġitarja u finanzjarja jenħtieġ li jinżammu. Id-derogi mill-prinċipji fundamentali għandhom jiġu riveduti u ssimplifikati safejn possibbli, filwaqt li titqies ir-relevanza li għad għandhom, il-valur miżjud tagħhom għall-baġit tal-Unjoni (minn hawn “il quddiem ”il-baġit“) u l-piż li jimponu fuq dawk involuti. Huwa neċessarju li jinżammu u jissaħħu l-elementi ewlenin tar-riforma finanzjarja: ir-rwol tal-atturi finanzjarji, l-integrazzjoni tal-kontrolli fis-servizzi operattivi, l-awdituri interni, l-Ibbaġittjar Ibbażat fuq l-Attività, l-immodernizzar tal-prinċipji u r-regoli tal-kontabilità, u l-prinċipji bażiċi għall-għotjiet.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 4 a (ġdida)
(4a)Rigward il-programmi qafas tar-riċerka tal-Unjoni, għandhom ikunu introdotti aktar simplifikazzjoni u armonizzazzjoni tar-regoli u proċeduri, kif iddikjarat fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2010 dwar is-simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Programmi Qafas tar-Riċerka1, u fir-Rapport Finali tal-Grupp ta' Esperti dwar l-Evalwazzjoni Interim tas-Seba' Programm Qafas, ippubblikat fit-12 ta' Novembru 2010 fuq il-bażi tal-Artikolu 7(2) tad-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE.
(5) Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 kien limitat għall-istqarrija tal-prinċipji wiesgħa u r-regoli bażiċi li jirregolaw is-settur sħiħ tal-baġit kif kopert mit-Trattati, waqt li d-dispożizzjonijiet implementattivi ġew stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej11 sabiex tiġi prodotta ġerarkija ta' regoli aħjar u r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 jsir aktar faċli biex jinqara. Taħt it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn “il quddiem it-”TFUE“) il-Kummissjoni tista” tirċievi delega li tadotta atti ta' applikazzjoni ġenerali sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta' atti leġiżlattivi. B'konsegwenza ta' dan, xi dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, għandhom jiġu inkorporati f'dan ir-Regolament. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament adottati mill-Kummissjoni għandhom ikunu limitati għal dettalji tekniċi u modalitajiet ta' implimentazzjoni.
(5) Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 kien limitat għall-istqarrija tal-prinċipji wiesgħa u r-regoli bażiċi li jirregolaw is-settur sħiħ tal-baġit kif kopert mit-Trattati, waqt li d-dispożizzjonijiet implementattivi ġew stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej11 sabiex tiġi prodotta ġerarkija ta' regoli aħjar u r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 jsir aktar faċli biex jinqara. Taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn “il quddiem it-”TFUE“) att leġiżlattiv jista” jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġiżlattivi sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv. B'konsegwenza ta' dan, xi dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, għandhom jiġu inkorporati f'dan ir-Regolament.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 8
(8) Ir-regoli dwar l-imgħax iġġenerat mill-prefinanzjament għandhom jiġu ssimplifikati għaliex jiġġeneraw piż amministrattiv eċċessiv kemm fuq il-benefiċjarji tal-fondi tal-UE kif ukoll fuq is-servizzi tal-Kummissjoni u joħolqu malintiżi bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-operaturi u l-imsieħba. Bl-iskop li tinkiseb simplifikazzjoni, partikolarment fir-rigward tal-benefiċjarji tal-għotjiet, u f'konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, ma għandux ikun hemm aktar obbligu li jiġu ġġenerati imgħaxijiet fuq il-prefinanzjament u li jiġu rkuprati dawn l-imgħaxijiet. Madankollu, għandu jkun possibbli li dan l-obbligu jiġi inkluż fi ftehim ta' delega sabiex l-imgħaxijiet iġġenerati mill-prefinanzjament għall-programmi ġestiti minn xi delegati jkunu jistgħu jerġgħu jintużaw, jew jiġu rkuprati.
(8) Ir-regoli dwar l-imgħax iġġenerat mill-prefinanzjament għandhom jiġu ssimplifikati għaliex jiġġeneraw piż amministrattiv eċċessiv kemm fuq il-benefiċjarji tal-fondi tal-UE kif ukoll fuq is-servizzi tal-Kummissjoni u joħolqu malintiżi bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-operaturi u l-imsieħba. Bl-iskop li tinkiseb simplifikazzjoni, partikolarment fir-rigward tal-benefiċjarji tal-għotjiet, u f'konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, l-obbligu li jiġu ġġenerati imgħaxijiet fuq il-prefinanzjament u li jiġu rkuprati dawn l-imgħaxijiet għandu jitneħħa minnufih. Madankollu, għandu jkun possibbli li dan l-obbligu jiġi inkluż fi ftehim ta' delega sabiex l-imgħaxijiet iġġenerati mill-prefinanzjament għall-programmi ġestiti minn xi delegati jkunu jistgħu jerġgħu jintużaw, jew jiġu rkuprati.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 11
(11) It-Trattat jitlob li l-qafas finanzjarju multiannwali jiġi stabbilit fil-forma ta' regolament. Huwa għalhekk neċessarju li jiġu inkorporati ċerti dispożizzjonijiet mill-qafas finanzjarju multiannwali għall-2007-2013 f'dan ir-Regolament. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata d-dixxiplina baġitarja, huwa neċessarju li tiġi stabbilita rabta bejn il-qafas finanzjarju multiannwali u l-proċedura baġitarja annwali. Huwa wkoll neċessarju li jiġu inklużi dispożizzjonijiet dwar l-impenn tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jiġu rrispettati l-allokazzjonijiet għall-approprjazzjonijiet għall-impenji stabbiliti fl-atti bażiċi għall-operazzjonijiet strutturali, l-iżvilupp rurali u l-Fond Ewropew tas-Sajd.
(11) Billi f'konformità mat-Trattat il-qafas finanzjarju multiannwali se jiġi stabbilit fil-futur fil-forma ta' regolament u l-ftehim interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanazjarja tajba għandu jiġi emendat f'dan is-sens, huwa loġiku li jiġu inkorporati ċerti dispożizzjonijiet mill-ftehim interistituzzjonali f'dan ir-Regolament. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata d-dixxiplina baġitarja, huwa neċessarju li tiġi stabbilita rabta bejn il-qafas finanzjarju multiannwali u l-proċedura baġitarja annwali. Huwa wkoll neċessarju li jiġu inklużi dispożizzjonijiet dwar l-impenn tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jiġu rrispettati l-allokazzjonijiet għall-approprjazzjonijiet għall-impenji stabbiliti fl-atti bażiċi għall-operazzjonijiet strutturali, l-iżvilupp rurali u l-Fond Ewropew tas-Sajd.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 13 a (ġdida)
(13a)Dħul irċevut minn partijiet terzi mhux statali biex jintlaħqu l-objettivi leġittimi tal-Unjoni, bħall-ġlieda kontra l-kutrabandu u l-falsifikazzjoni tas-sigaretti (eż. il-Ftehim “Phillip Morris”), għandu jiġi trattat bħala dħul assenjat, b'mod partikolari meta dawn ikunu r-riżultat ta' ftehimiet konklużi fil-proċess ta' sejba ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim.
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 16
(16) Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar il-proporzonalità, il-kunċett tar-riskju tollerabbli ta' żbalji għandu jiġi introdott bħala parti mill-valutazzoni tar-riskju li ssir mill-Uffiċjal Awtorizzanti. L-istituzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu ma jużawx il-limitu ta' materjalità ġenerali ta' 2% użat mill-Qorti tal-Awdituri sabiex tikkonkludi dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti. Il-livelli ta' riskju tollerabbli jkunu bażi aktar xierqa sabiex fuqhom l-Awtorità tal-Kwittanza tiddeċiedi dwar il-kwalità tal-ġestjoni tar-riskju mill-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom għalhekk jiddeterminaw il-livell ta' riskju tollerabbli ta' żbalji għal kull qasam ta' politika, filwaqt li jqisu l-kosti u l-benefiċċji tal-kontrolli.
(16) Bil-għan li jiġi valutat ir-riskju ta' żbalji, billi jitqies il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja fis-sod u kontrolli adegwati, u biex ikun hemm reazzjoni f'dan is-sens, għandu jintuża strument ta' ġestjoni li jippreżenta r-riskju ta' żbalji
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 16 a (ġdida)
(16a)Il-prinċipju tat-trasparenza, imħaddan fl-Artikolu 15 TFUE li jirrikjedi li l-istituzzjonijiet jaħdmu kemm jista' jkun b'mod miftuħ, jirrikjedi li, fil-qasam tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, iċ-ċittadini jkunu jistgħu jsiru jafu fejn u għal liema skop ikunu qed jintużaw il-fondi tal-Unjoni. Informazzjoni bħal din trawwem id-dibattitu demokratiku, tikkontribwixxi għall-partiċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni u ssaħħaħ il-kontroll u l-iskrutinju istituzzjonali fuq in-nefqa tal-Unjoni. Dan l-objettiv jista' jinkiseb permezz tal-pubblikazzjoni, preferibilment bl-użu ta' għodda moderni ta' komunikazzjoni, ta' informazzjoni rilevanti dwar il-kuntratturi finali u l-benefiċjarji finali tal-fondi tal-Unjoni, li tqis l-interessi leġittimi tagħhom ta' kunfidenzjalità u ta' sikurezza u, f'dak li jikkonċerna l-persuni naturali, id-drittijiet tagħhom għar-rispett tal-ħajja privata tagħhom u l-ħarsien tad-data personali tagħhom. L-istituzzjonijiet għalhekk għandhom japplikaw approċċ selettiv b'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Id-deċiżjonijiet dwar il-pubblikazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq kriterji rilevanti sabiex jipprovdu informazzjoni ta' valur.
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 23 a (ġdida)
(23a)Għal għotjiet ta' valur baxx jew baxx ħafna, jistgħu jiġu applikati proċeduri simplifikati fil-kontabilità u l-awtorizzazzjoni sabiex jinħoloq approċċ ibbażat fuq il-benefiċjarju.
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 23 b (ġdida)
(23b)L-għotjiet jistgħu wkoll jiġu awtorizzati fil-qasam tar-riċerka bażika, fejn l-ebda eżitu jew riżultat ma jista' jiġi ppreżentat, b'konsegwenza tal-attività ta' riċerka.
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 24
(24) L-esperjenza bis-Sħubijiet Pubbliċi Privati (PPPs) istituzzjonalizzati bħala korpi tal-Unjoni taħt l-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 turi li alternattivi oħra għandhom jiġu miżjuda sabiex tiżdied l-għażla ta' strumenti sabiex din tinkludi korpi li r-regoli tagħhom huma aktar flessibbli u aċċessibbli għall-imsieħba privati minn dawk applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Dawn l-alternattivi għandhom joperaw taħt ġestjoni indiretta. Alternattiva għal dan għandu jkun korp stabbilit b'att bażiku u mogħni b'regoli finanzjarji li għandhom iqisu l-prinċipji neċessarji sabiex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni. Dawn il-prinċipji għandhom jiġu adottati b'regolament delegat u għandhom ikunu bbażati fuq dawk li magħhom għandhom jikkonformaw entitajiet terzi fdati bi dmirijiet ta' implimentazzjoni tal-baġit. Alternattiva oħra għandha tkun l-implimentazzjoni tal-PPPs mill-korpi rregolati mil-liġi privata ta' Stat Membru.
(24) L-esperjenza bis-Sħubijiet Pubbliċi Privati (PPPs) istituzzjonalizzati bħala korpi tal-Unjoni taħt l-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 turi li alternattivi oħra għandhom jiġu miżjuda sabiex tiżdied l-għażla ta' strumenti sabiex din tinkludi korpi li r-regoli tagħhom huma aktar flessibbli u aċċessibbli għall-imsieħba privati minn dawk applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Dawn l-alternattivi għandhom joperaw taħt ġestjoni indiretta. Alternattiva għal dan għandu jkun korp stabbilit b'att bażiku u mogħni b'regoli finanzjarji li għandhom iqisu l-prinċipji neċessarji sabiex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni. Dawn il-prinċipji għandhom jiġu adottati b'regolament delegat li dwaru l-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha tkun ikkonsultata u għandhom ikunu bbażati fuq dawk li magħhom għandhom jikkonformaw entitajiet terzi fdati bi dmirijiet ta' implimentazzjoni tal-baġit.
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 25
(25) L-obbligi bażiċi ta' kontroll u awditjar tal-Istati Membri fejn dawn jimplimentaw il-baġit b'mod indirett f'ġestjoni maqsuma, li bħalissa jeżistu biss f'Regolamenti speċifiċi għal setturi, għandhom, f'konformità mal-Artikoli 317 u 290 tat-TFUE, ikunu introdotti f'dan ir-Regolament. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu inklużi dispożizzjonijiet li jistabbilixxu qafas koerenti għall-oqsma ta' politika kollha kkonċernati, dwar struttura amministrattiva armonizzata fuq il-livell nazzjonali, obbligi komuni ta' ġestjoni u kontroll għal dawk l-istrutturi, dikjarazzjoni annwali tal-assigurazzjoni annwali tal-ġestjoni b'opinjoni indipendenti tal-awditu dwarha u dikjarazzjoni annwali mill-Istati Membri li biha jassumu r-responsabbiltà għall-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni li huma fdati lilhom, il-mekkaniżmi tal-approvazzjoni, sospensjoni u korrezzjoni finanzjarja operati mill-Kummissjoni. Dispożizzjonijiet dettaljati għandhom jinżammu f'Regolamenti speċifiċi għas-setturi.
(25) L-obbligi bażiċi ta' kontroll u awditjar tal-Istati Membri fejn dawn jimplimentaw il-baġit b'mod indirett f'ġestjoni maqsuma, li bħalissa jeżistu biss f'Regolamenti speċifiċi għal setturi, għandhom, f'konformità mal-Artikoli 317 u 290 tat-TFUE, ikunu introdotti f'dan ir-Regolament. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu inklużi dispożizzjonijiet li jistabbilixxu qafas koerenti għall-oqsma ta' politika kollha kkonċernati, dwar struttura amministrattiva armonizzata fuq il-livell nazzjonali, li ma toħloq l-ebda struttura ta' kontroll addizzjonali iżda tippermetti lill-Istati Membri jakkreditaw korpi fdati bl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom ikollhom il-kompetenza li jiddeterminaw l-entità jew l-organizzazzjoni li taqdi l-funzjonijiet ta' awtorità responsabbli mill-akkreditament, li tista' tkun fl-istess livell amministrattiv bħall-korp akkreditat jew diġà tkun responsabbli mis-superviżjoni ta' awtoritajiet oħrajn fil-preżent; dan ma għandux jipprekludi l-għażla ta' kwalunkwe struttura oħra min-naħa tal-Istat Membri sakemm dan huwa konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, obbligi komuni ta' ġestjoni u kontroll għal dawk l-istrutturi, dikjarazzjoni annwali tal-assigurazzjoni annwali tal-ġestjoni b'opinjoni indipendenti tal-awditu dwarha u dikjarazzjoni annwali mill-Istati Membri li biha jassumu r-responsabbiltà għall-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni li huma fdati lilhom, il-mekkaniżmi tal-approvazzjoni, sospensjoni u korrezzjoni finanzjarja operati mill-Kummissjoni għandhom ikunu f'dan ir-Regolament bil-għan li jinħoloq qafas leġiżlattiv koerenti li jtejjeb ukoll iċ-ċertezza ġuridika ġenerali u l-effiċjenza tal-kontrolli u tal-azzjonijiet riparatorji kif ukoll il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dispożizzjonijiet dettaljati għandhom jinżammu f'Regolamenti speċifiċi għas-setturi.
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 33 a (ġdida)
(33a)L-abbozzi ta' proposti kollha ppreżentati lill-awtorità leġiżlattiva għandhom ikunu adatti għall-applikazzjoni ta' teknoloġiji tal-informazzjoni faċli għall-utent (gvern elettroniku) u l-interoperabilità ta' data pproċessata fil-ġestjoni tal-baġit għandha tkun garantita u għandha ttejjeb l-effiċjenza. Għandhom ikunu previsti standards uniformi tat-trażmissjoni ta' data għad-data disponibbli f'format elettroniku. Biex dawn l-objettivi jintlaħqu għandu jiġi konċess perjodu ta' tranżizzjoni ta' sentejn li jiddekorri mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 38 a (ġdida)
(38a)Somom ta' flus li jingħataw f'daqqa u r-rati fissi għandhom jintużaw fuq bażi volontarja u applikati biss fejn hu xieraq. It-terminoloġija li tintuża għar-rati fissi u s-somom ta' flus li jingħataw f'daqqa għandha tkun iċċarata.
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 38 b (ġdida)
(38b)Kjarifika ulterjuri jew definizzjoni raġjonevoli ta' kosts eleġibbli għandha tkun proposta minħabba li ssaħħaħ il-konformità mal-prinċipju sħiħ tal-kosts, fosthom il-kosts diretti u indiretti, l-istadji ta' qabel u ta' wara tar-riċerka.
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 43 a (ġdida)
(43a)Bil-għan li tħalli lil dawk li jiġu awditjati biżżejjed żmien biex jindirizzaw ir-riżultati tal-Qorti tal-Awdituri li jista' jkollhom impatt fuq il-kontijiet finali ta' dawk awditjati jew il-legalità u/jew ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, il-Qorti tal-Awdituri għandha tiggarantixxi li tali riżultati kollha jiġu trażmessi lill-istituzzjoni jew korp ikkonċernat fi żmien xieraq.
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 44
(44) Id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-kontijiet provviżorji u finali għandhom jiġu aġġornati, b'mod partikolari sabiex jipprovdu għall-informazzjoni tar-rappurtar li għandha takkumpanja l-kontijiet li jintbagħtu lill-uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni għall-finijiet tal-konsolidazzjoni. Għandha ssir ukoll referenza għall-ittra ta' rappreżentazzjoni li takkumpanja t-trażmissjoni, mill-istituzzjonijiet u l-korpi ffinanzjati mill-baġit, lill-Qorti tal-Awdituri tal-kontijiet finali tagħhom, kif ukoll l-ittra ta' rappreżentazzjoni li takkumpanja t-trażmissjoni tal-kontijiet finali kkonsolidati tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, skadenza aktar bikrija għandha tiġi stabbilita għall-Qorti tal-Awdituri sabiex din tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet provviżorji tal-istituzzjonijiet għajr il-Kummissjoni u l-korpi li huma ffinanzjati mill-baġit sabiex dawn ikunu jistgħu jipproduċu l-kontijiet finali tagħhom fid-dawl tar-rimarki tal-Qorti tal-Awdituri.
(44) Id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-kontijiet provviżorji u finali għandhom jiġu aġġornati, b'mod partikolari sabiex jipprovdu għall-informazzjoni tar-rappurtar li għandha takkumpanja l-kontijiet li jintbagħtu lill-uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni għall-finijiet tal-konsolidazzjoni. Għandha ssir ukoll referenza għall-ittra ta' rappreżentazzjoni li takkumpanja t-trażmissjoni, mill-istituzzjonijiet u l-korpi ffinanzjati mill-baġit, lill-Qorti tal-Awdituri tal-kontijiet finali tagħhom, kif ukoll l-ittra ta' rappreżentazzjoni li takkumpanja t-trażmissjoni tal-kontijiet finali kkonsolidati tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, skadenza aktar bikrija għandha tiġi stabbilita għall-Qorti tal-Awdituri sabiex din tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet provviżorji tal-istituzzjonijiet għajr il-Kummissjoni u l-korpi li huma ffinanzjati mill-baġit sabiex dawn ikunu jistgħu jipproduċu l-kontijiet finali tagħhom fid-dawl tar-rimarki tal-Qorti tal-Awdituri. Bl-għan li tingħalaq il-proċedura ta' kwittanza matul is-sena ta' wara s-sena finanzjarja kkonċernata, għandu jitwaqqaf grupp ta' ħidma li jagħmel proposti bl-għan li jnaqqsu d-dewmien ta' din il-proċedura.
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 45
(45) Fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-kwittanza, il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' evalwazzjoni dwar il-finanzi tal-Unjoni bbażat fuq ir-riżultati miksuba, f'konformità mal-Artikolu 318 tat-TFUE. Dispożizzjonijiet adegwati għandhom għalhekk jiġu introdotti f'dan ir-Regolament għal dan ir-rapport fir-rigward ta' rekwiżiti oħra ta' rappurtar eżistenti.
(45) Fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-kwittanza, il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' evalwazzjoni dwar il-finanzi tal-Unjoni bbażat fuq ir-riżultati miksuba, f'konformità mal-Artikolu 318 tat-TFUE. Dispożizzjonijiet adegwati għandhom għalhekk jiġu introdotti f'dan ir-Regolament għal dan ir-rapport fir-rigward ta' rekwiżiti oħra ta' rappurtar eżistenti. Partikolarment ir-rapport għandu jinkludi elementi dwar il-kisbiet fil-qasam tal-aspetti tal-ġeneru tal-politika tal-persunal.
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 48
(48) Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet esterni, huwa neċessarju li dawn jiġu adattati għall-bidliet proposti għall-metodi tal-implimentazzjoni.
(48) Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet esterni, huwa neċessarju li dawn jiġu adattati għall-bidliet proposti għall-metodi tal-implimentazzjoni u li jkun propost approċċ differenzjat meta l-Unjoni Ewropea tkun meħtieġa twieġeb għal emerġenzi umanitarji, kriżijiet internazzjonali jew pajjiżi terzi li jkunu għaddejja minn proċess ta' tranżizzjoni demokratika.
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 54 a (ġdida)
(54a)Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha għal atti delegati, inkluż fuq il-livell tal-esperti.
Il-Kummissjoni, waqt li tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 55
(55)Ir-reviżjoni ta' dan ir-Regolament Finanzjarju għandha ssir biss meta jkun neċessarju. Reviżjonijiet frekwenti wisq tar-RF jiġġeneraw spejjeż sproporzjonati fl-aġġustar tal-istrutturi u l-proċeduri amministrattivi għar-regoli l-ġodda. Minbarra dan, iż-żmien jista' jkun qasir wisq biex ikun possibbli li wieħed jasal għal konklużjonijiet validi mill-applikazzjoni tar-regoli li jkunu fis-seħħ.
imħassar
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 56 a (ġdida)
(56a)Il-leġġibilità ta' dan ir-Regolament għandha titjieb permezz ta' żieda ta' indiċi li jkun jinkludi wkoll l-ismijiet ta' kull artikolu, kif ukoll glossarju tat-termini finanzjarji,
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit annwali tal-Unjoni Ewropea, (minn hawn “il quddiem il-”baġit“), u għall-preżentazzjoni u l-awditjar tal-kontijiet.
1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, (il-“baġit”), u għall-preżentazzjoni u l-verifika tal-kontijiet.
2.Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:
- it-terminu “istituzzjoni” jirreferi għall-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill, il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman Ewropew, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (is-“SEAE”);
- il-Bank Ċentrali Ewropew m'għandux jitqies bħala istituzzjoni tal-Unjoni.
Kwalunkwe referenza għall-“Unjoni” għandha tinftiehem bħala referenza għall-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 2
Kwalunkwe dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa tal-baġit, li jinsabu f'att leġiżlattiv ieħor, għandhom ikunu konformi mal-prinċipji tal-baġit kif elenkati fit-Titolu II.
Kwalunkwe dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa tal-baġit, li jinsabu f'att leġiżlattiv ieħor, għandhom ikunu konformi ma' dan ir-Regolament u r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament bi qbil mar-regolament delegat imsemmi fl-Artikolu 199.
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill, il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman Ewropew, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (minn hawn “il quddiem ”l-istituzzjoni(jiet)“).
Kull proposta leġiżlattiva jew emenda għal proposta leġiżlattiva mressqa lill-awtorità leġiżlattiva għandha tindika b'mod ċar id-dispożizzjonijiet li jinkludu devjazzjonijiet minn dan ir-Regolament jew mir-regolamenti delegati adottati skont dan ir-Regolament u għandhom jagħtu b'mod ċar ir-raġunijiet speċifiċi li jiġġustifikaw dawn id-devjazzjonijiet fil-Memorandum ta' Spjegazzjoni relevanti ta' kwalunkwe proposta bħal din.
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-Bank Ċentrali Ewropew.
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-implimentazzjoni tal-infiq amministrattiv fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ipprovduti fil-baġit għall-Aġenzija tal-Forniment tal-Euratom.
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 2 a (ġdid)
Artikolu 2a
Protezzjoni tad-data personali
Dan ir-Regolament m'għandux jippreġudika ir-rekwiżiti tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data, u lanqas tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data.
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1
1. Il-baġit huwa l-istrument li, għal kull sena finanzjarja, ibassar u jawtorizza d-dħul u l-infiq kollu meqjus bħala meħtieġ għall-Unjoni u għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.
1. Kull dħul u nfiq għandu jiġi inkluż fil-baġit u fl-annessi tiegħu, inklużi, għal kull sena finanzjarja, tbassir u d-dħul u l-infiq kollu awtorizzat meqjus bħala meħtieġ għall-Unjoni.
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2
2. Id-dħul u l-infiq tal-Unjoni għandhom jinkludu:
2. Id-dħul u l-infiq tal-Unjoni għandhom jinkludu:
(a) id-dħul u l-infiq tal-Unjoni, inkluża n-nefqa amministrattiva kkaġunata għall-istituzzjonijiet mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li jirrigwardaw il-politka barranija u tas-sigurtà komuni, u n-nefqa operattiva kkaġunata mill-implimentazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet meta din tkun tinġarr mill-baġit;
(a) id-dħul u l-infiq tal-Unjoni;
(b) l-infiq u d-dħul mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.
(b) id-dħul u l-infiq dovuti għall-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp rispettiv.
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.L-infiq tal-Unjoni msemmi fil-paragrafu 2 jinkludi:
(a) l-infiq amministrattiv, inkluż l-infiq kkaġunat għall-istituzzjonijiet mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li jirrigwardaw il-Politka Barranija u ta' Sigurtà Komuni, u l-infiq operattiv ikkaġunat mill-implimentazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet meta dan ikun kopert mill-baġit; kif ukoll;
(b) l-infiq operattiv, ikkaġunat mill-implimentazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet meta dan ikun kopert mill-baġit, inkluż infiq ta' appoġġ relatat.
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 b (ġdid)
2b.Il-baġit għandu jirreġistra il-garanzija għall-operazzjonijiet ta' għoti u teħid ta' self li impenjat ruħha fihom l-Unjoni fil-ġestjoni tal-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (EFSF) u tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni Finanzjarja (EFSM) u l-pagamenti għall-Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni.
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 4
4. L-imgħax li jkun ġej minn fondi li huma l-proprjetà tal-Unjoni ma għandux ikun dovut lill-Unjoni minbarra kif stipulat mod ieħor fil-ftehimiet konklużi mal-entitajiet fdati fil-punti (ii) sa (viii) tal-Artikolu 55(1)(b), u fid-deċiżjonijiet jew ftehimiet tal-għotja konklużi mal-benefiċjarji. F'dawn il-każijiet, dan l-imgħax għandu jerġa' jintuża għall-programm li jikkorrispondi miegħu jew jiġi rkuprat.
4. L-imgħax li jkun ġej minn fondi li huma l-proprjetà tal-Unjoni ma għandux ikun dovut lill-Unjoni minbarra kif stipulat mod ieħor fil-ftehimiet konklużi mal-entitajiet fdati fil-punti (ii) sa (viii) tal-Artikolu 55(1)(b). F'dawn il-każijiet, dan l-imgħax għandu jerġa' jintuża għall-programm li jikkorrispondi miegħu u jinqata' kontra l-intitolamenti tar-riċevitur rispettiv, jew meta dan ikun impossibbli, mhux prattiku jew ineffiċjenti, għandu jiġi rkuprat.
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 5 a (ġdid)
Artikolu 5a
Dewmien ta' skadenza
1.Skadenza speċifikata bil-jiem tintemm meta jintemm l-aħħar jum ta' dan il-perjodu.
2.Skadenza speċifikata bil-ġimgħat, bix-xhur jew b'dewmien li jkun ta' itwal minn xahar - sena, sitt xhur, tliet xhur – tintemm meta jintemm l-aħħar jum tal-aħħar ġimgħa tal-aħħar xahar li, fl-isem jew fin-numru tiegħu, jikkorrispondi għall-jum li fih iseħħ l-avveniment jew il-punt ta' żmien.
3.Jekk, f'każ ta' skadenza determinata b'xhur, il-jum li fih għandha tiskadi ma jkunx jidher fl-aħħar xahar, il-perjodu għandu jintemm bl-iskadenza tal-aħħar jum ta' dak ix-xahar.
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 5 b (ġdid)
Artikolu 5b
Estensjoni tal-perjodu
Jekk skadenza tiġi estiża, l-iskadenza l-ġdida tiġi kkalkulata mill-perjodu tal-iskadenza preċedenti.
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 5 c (ġdid)
Artikolu 5c
Ħdud u festi; Sibtijiet
Jekk att għandu jseħħ f'jum partikolari jew bi skadenza, u jekk il-jum partikolari jew l-aħħar jum tal-iskadenza jkun Ħadd, festa ġenerali rikonoxxuta uffiċjalment jew Sibt, il-jum ta' xogħol li jmiss jieħu post dan il-jum bħala t-tmiem tal-iskadenza.
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a a (ġdid)
(aa) jew, f'każijiet ġustifikati b'mod xieraq, ammonti għal proġetti ta' bini skont l-Artikolu 195(3) li għadhom ma tlestewx, jekk il-fażijiet preparatorji tal-impenn tal-approprjazzjonijiet ma jkunux għadhom ġew konklużi sal-31 ta' Diċembru u dawn l-ammonti jirriżultaw neċessarji biex iħaffu sew il-progress fil-kostruzzjoni jew li d-debiti jitħallsu lura kmieni; dawn l-ammonti jistgħu jkunu impenjati sal-31 ta' Diċembru tas-sena tal-baġit li jmiss; kif ukoll;
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b a (ġdid)
(ba) ammonti korrispondenti minn sistema ta' riżorsi proprji.
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 4
4. Approprjazzjonijiet mhux differenzjati li jkunu jikkorrispondu għall-obbligazzjonijiet kontratti kif suppost sal-għeluq tas-sena finanzjarja għandhom jiġu riportati biss awtomatikament għas-sena finanzjarja segwenti.
4. Approprjazzjonijiet mhux differenzjati li jkunu jikkorrispondu għall-obbligazzjonijiet kontratti kif suppost sal-għeluq tas-sena finanzjarja għandhom jiġu riportati biss awtomatikament għas-sena finanzjarja segwenti. L-istess għandu japplika għall-approprjazzjonijiet diżimpenjati u mhux użati (impenji u ħlasijiet) li mhumiex koperti mill-paragrafi 2 u 3 kif ukoll marġini disponibbli u mhux minfuqa taħt il-limitu massimu ġenerali tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali għal kull intestatura, li għandu jikkostitwixxi “marġini MFF globali” u jkun attribwit lid-diversi intestaturi fis-sena finanzjarja suċċessiva skont l-esiġenzi tagħhom.
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 6
6. Bla ħsara għall-Artikolu 10, approprjazzjonijiet imqiegħda f'riżerva u approprjazzjonijiet għall-infiq tal-persunal ma jistgħux jiġu trasferiti “l quddiem.
6. Bla ħsara għall-Artikolu 10, approprjazzjonijiet imqiegħda f'riżerva u approprjazzjonijiet għall-infiq tal-persunal ma jistgħux jiġu trasferiti “l quddiem. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, l-infiq għall-persunal jinkludi rimunerazzjoni u allowances għal Membri u persunal tal-istituzzjonijiet li għalihom japplikaw ir-Regolamenti tal-Persunal.
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 9 a (ġdid)
Artikolu 9a
Riport ta' approprjazzjonijiet mhux użati
L-approprjazzjonijiet mhux użati kemm fl-impenji kif ukoll fil-ħlasijiet u l-approprjazzjonijiet diżimpenjati tas-sena N jistgħu jiġu riportati għall-baġit N+1, jew f'wieħed mill-baġits futuri fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali, permezz ta' deċiżjoni tal-awtorità tal-baġit.
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta qabel l-1 ta' Ottubru tas-sena N lill-awtorità tal-baġit il-previżjonijiet tagħha għall-approprjazzjonijiet mhux użati u diżimpenjati tas-sena N, kemm fl-impenji kif ukoll fil-ħlasijiet.
Kull fergħa tal-awtorità tal-baġit għandha eventwalment tindika l-mod kif se talloka l-approprjazzjonijiet mhux użati fil-baġit N+1 jew anki fis-snin suċċessivi.
Id-deċiżjoni għandha tittieħed konġuntament miż-żewġ fergħat tal-awtorità tal-baġit skont il-proċedura f'konformità mal-Artikolu 314 tat-TFUE.
L-approprjazzjonijiet mhux użati u diżimpenjati għandhom jiddaħħalu f'wieħed mill-baġits u lil hinn mil-limiti massimi tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali.
L-approprjazzjonijiet mhux użati u diżimpenjati jistgħu jkunu allokati għal programm speċifiku jew imdaħħla f'kapitolu provviżorju. F'dan il-każ ir-riżorsi mill-Istati Membri se jintalbu biss wara d-deċiżjoni tal-awtorità tal-baġit dwar id-destinazzjoni speċifika.
F'każ wara l-adozzjoni tal-baġit annwali l-marġini jitħallew taħt kull limitu massimu tal-qafas finanzjarju, l-awtorità tal-baġit tista' tiddeċiedi, qabel it-tmiem tal-eżerċizzju, ir-riport tal-marġini mhux użati fi kwalunkwe limitu massimu ta' waħda mis-snin suċċessivi tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali. L-ammont totali tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali għandu jibqa' invarjat.
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 3
3. Jekk il-kontinwità tal-azzjoni mill-Unjoni u l-ħtiġijiet tal-ġestjoni jkunu jitolbu dan, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni, jista' jawtorizza tnejn jew iktar ammonti proviżorji ta' kull xahar kemm għall-impenji kif ukoll għall-ħlasijiet b'mod addizzjonali ma' dawk li jsiru disponibbbli b'mod awtomatiku skont il-paragrafi 1 u 2. Huwa għandu jippreżenta d-deċiżjoni tiegħu dwar l-awtorizzazzjoni mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew.
3. Jekk il-kontinwità tal-azzjoni mill-Unjoni u l-ħtiġijiet tal-ġestjoni jkunu jitolbu dan, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni, jista' jawtorizza infiq li mhuwiex wieħed minn kull tnax proviżorji iżda li ma jmux oltra total ta' tnejn minn kull tnax proviżorji kemm għall-impenji kif ukoll għall-ħlasijiet b'mod addizzjonali ma' dawk li jsiru disponibbbli b'mod awtomatiku skont il-paragrafi 1 u 2. Huwa għandu jippreżenta d-deċiżjoni tiegħu dwar l-awtorizzazzjoni mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew.
Id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ tletin jum wara l-adozzjoni tagħha sakemm il-Parlament Ewropew, li jaġixxi b'maġġoranza tal-Membri tiegħu, ma jiddeċidix li jnaqqas in-nefqa f“dawk it-tletin jum.
Id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ tletin jum wara l-adozzjoni tagħha sakemm il-Parlament Ewropew, li jaġixxi b'maġġoranza tal-Membri tiegħu, ma jiddeċidix li jnaqqas in-nefqa f“dak il-limitu ta' żmien.
Jekk il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li jnaqqas in-nefqa, il-Kunsill għandu jirrevedi d-deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni filwaqt li jqis l-ammont approvat mill-Parlament Ewropew.
Jekk il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li jnaqqas in-nefqa, dan l-ammont imnaqqas għandu japplika.
Il-waħdiet minn kull tnax addizzjonali għandhom ikunu awtorizzati b'mod sħiħ u ma għandhomx ikunu diviżibbli.
Jekk, għal kapitolu partikolari, l-ammont ta' tnejn jew aktar minn kull tnax proviżorji mogħtija skont l-ewwel sottoparagrafu ma jkunux suffiċċjenti biex ikopru l-ispiża meħtieġa biex tkun evitata interruzzjoni fil-kontinwità tal-attività tal-Unjoni fiż-żona koperta bil-kapitolu rispettiv, tista“, b'mod eċċezzjonali, tingħata awtorizzazzjoni li teċċedi l-ammont tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-kapitolu rilevanti tal-baġit tas-sena finanzjarja preċedenti. L-awtorità tal-budget għandha taġixxi permezz tal-proċeduri li hemm provvediment dwahom f'dan il-paragrafu. B'dana kollu, it-total globali disponibbli tal-approprjazzjonijiet fil-baġit tas-sena finanzjarja preċedenti ma jistgħux, fl-ebda każ, ikunu misbuqa.
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 15
Bilanċ mis-sena finanzjarja
Trasferiment ta' bilanċ baġitarju
1. Il-bilanċ minn kull sena finanazjarja għandu jkun irreġistrat fil-baġit tas-sena finanzjarja segwenti bħala introjtu fil-każ ta' bilanċ pożittiv jew bħala approprjazzjoni għal ħlas fil-każ ta' bilanċ negattiv.
1. Il-bilanċ minn kull sena finanazjarja wara t-trasferimenti b'konformità mal-Artikoli 9 u 10 għandu jkun irreġistrat fil-baġit tas-sena finanzjarja segwenti bħala dħul addizzjonali fil-każ ta' bilanċ pożittiv jew bħala approprjazzjoni għal ħlas biss fil-każ ta' bilanċ negattiv, f'konformità stretta mal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-riżorsi proprji, u mhux inkluż adattament kważi awtomatiku tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għall-baġit tal-Unjoni.
2. L-estimi għal dan id-dħul jew approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għandhom ikunu rreġistrati fil-baġit matul il-proċedura tal-baġit u f'ittra ta' emenda ippreżentata skont l-Artikolu 35. Dawn għandhom ikunu mħejjija b'konformità mar-Regolament tal-Kunsill li jimplementa d-Deċiżjoni dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni.
2. L-estimi għal dan id-dħul jew approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għandhom ikunu rreġistrati fil-baġit matul il-proċedura tal-baġit u f'ittra ta' emenda ippreżentata skont l-Artikolu 35.
3. Wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet għal kull sena finananzjarja, kull diskrepanza mal-estimi għandha tkun irreġistrata fil-baġit tas-sena finananzjarja segwenti permezz ta' baġit ta' emenda ddedikat biss għal dik id-diskrepanza. F'każ bħal dan, l-abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda għandu jkun ippreżentat lill-Kummissjoni fi żmien 15 il-jum wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet provviżorji.
3. Wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet għal kull sena finananzjarja, xi diskrepanza ma l-estimi għandha tkun irreġistrata fil-budget tas-sena finananzjarja segwenti permezz ta' budget b'emenda iddedikata għal dik id-diskrepanza u, f'każ ta' bilanċ pożittiv, għall-approprjazzjonijiet addizzjonali korrispondenti. L-abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda għandu jkun ippreżentat lill-Kummissjoni fi żmien 45 jum wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet provviżorji.
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 15 a (ġdid)
Artikolu 15a
Riżerva għall-ħlasijiet u l-impenji
Il-bilanċ pożittiv u l-impenji mhux minfuqa tas-snin baġitarji preċedenti tal-qafas finanzjarju multiannwali attwali kif ukoll l-approprjazzjonijiet diżimpenjati għandhom jiddaħħlu f'riżerva għall-ħlasijiet u għall-impenji.
Din ir-riżerva għandha tintuża l-ewwel nett għal kwalunkwe esiġenza addizzjonali u/jew mhux prevista kif ukoll għall-kumpens ta' kwalunkwe riżerva negattiva, li l-proċedura tagħha hija stabbilita fl-Artikolu 44.
Id-deċiżjoni fir-rigward tal-mobilizzazzjoni ta' din ir-riżerva għandha tittieħed konġuntament miż-żewġ fergħat tal-awtorità tal-baġit wara proposta mill-Kummissjoni.
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 16
Il-qafas finananzjarju multiannwali u l-baġit għandhom ikunu mħejjija u implementati f'euro u l-kontijiet għandhom ikunu ppreżentati f'euro.
Il-qafas finananzjarju multiannwali u l-baġit għandhom ikunu mħejjija u implementati f'euro u l-kontijiet għandhom ikunu ppreżentati f'euro.
Madankollu, għall-finijiet ta' fluss tal-flus imsemmija fl-Artikolu 65, l-uffiċjal tal-kontabilità u, fil-każ ta' kontijiet imprest, l-amministraturi tal-imprest, u, għall-ħtiġijiet tal-ġestjoni amministrattiva tal-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew tal-Azzjoni Esterna (minn hawn il-quddiem “SEAE”), l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu jkun awtorizzat iwettaq operazzjonijiet f'muniti nazzjonali kif stabbilit fir-Regolament delegat imsemmi fl-Artikolu 199.
Madankollu, għall-finijiet ta' fluss tal-flus imsemmija fl-Artikolu 65, l-uffiċjal tal-kontabilità u, fil-każ ta' kontijiet imprest, l-amministraturi tal-imprest, u, għall-ħtiġijiet tal-ġestjoni amministrattiva tal-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew tal-Azzjoni Esterna, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu jkun awtorizzat iwettaq operazzjonijiet f'muniti nazzjonali kif stabbilit fir-Regolament delegat imsemmi fl-Artikolu 199.
Ir-riżultati ta' operazzjonijiet bħal dawn b'muniti għandhom jintwerew taħt intestatura separata fil-kontijiet rispettivi tal-istituzzjoni; dan għandu japplika mutatis mutandis għall-korpi msemmija fl-Artikolu 196b.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura, b'mezzi adegwati, li l-flussi tal-muniti fir-rimunerazzjoni u fir-rimborżi tal-persunal tal-Unjoni jiġu koperti mill-inqas b'intervalli ta' kull xahar, sabiex jiġi żgurat trattament indaqs ta' operazzjonijiet u salarji bbażati fuq l-euro li bil-fors iridu jinħarġu f'muniti oħra. Il-kalkolu ta' dan għandu jkun ibbażat fuq ir-rata Infor€uro.
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt e a (ġdid)
(ea) multi imposti fil-qasam tal-kompetizzjoni, u multi u ammonti oħra ammissibbli bħala riżultat ta' soluzzjoni extraġudizzjarja, ftehim jew kwalunkwe ftehim ieħor simili konkluż ma' jew ħlasijiet imħallsa minn kwalunkwe parti terza mhux statali;
Madankollu, fil-każ imsemmi fil-punt (b), approprjazzjonijiet ta' impenn jistgħu jkunu disponibbli billi Stat Membru jiffirma ftehim ta' kontribut f'Euro. Dan m'għandux japplika għal każijiet imsemmija fl-Artikoli 173(2) u 175(2).
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 3
3. Dawn li ġejjin għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat intern:
3. Dawn li ġejjin għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat intern:
(a) dħul minn partijiet terzi fir-rigward ta' oġġetti, servizzi jew xogħol fornuti fuq talba tagħhom;
(a) dħul minn partijiet terzi fir-rigward ta' oġġetti, servizzi jew xogħol fornuti fuq talba tagħhom;
(b) rikavat mill-bejgħ ta' vetturi, tagħmir, istallazzjonijiet, materjali u apparat xjentifiku u tekniku li qed jiġu sostitwiti jew jintremew meta l-valur kif imniżżel fil-kotba huwa deprezzat għal kollox;
(b) rikavat mill-bejgħ ta' vetturi, tagħmir, istallazzjonijiet, materjali u apparat xjentifiku u tekniku li qed jiġu sostitwiti jew jintremew meta l-valur kif imniżżel fil-kotba huwa deprezzat għal kollox;
(c) dħul li joriġina mir-rifużjoni ta' ammonti mħallsa bi żball;
(c) dħul li joriġina mir-rifużjoni ta' ammonti mħallsa bi żball soġġett għall-Artikolu 77;
(ca) dħul li joriġina mill-imgħax fuq il-prefinanzjament soġġett għall-Artikolu 5;
(d) rikavat mill-forniment ta' oġġetti, servizzi u xogħlijiet għal dipartimenti, istituzzjonijiet jew korpi oħrajn, inklużi rifużjonijiet minn istituzzjonijiet jew korpi oħrajn ta' allokazzjonijiet ta' missjonijiet imħallsa f'isimhom;
(d) rikavat mill-forniment ta' oġġetti, servizzi u xogħlijiet għal dipartimenti, istituzzjonijiet jew korpi oħrajn, inklużi rifużjonijiet minn istituzzjonijiet jew korpi oħrajn ta' allokazzjonijiet ta' missjonijiet imħallsa f'isimhom;
(e) ħlasijiet tal-assigurazzjoni riċevuti;
(e) ħlasijiet tal-assigurazzjoni riċevuti;
(f) dħul mill-bejgħ, il-kiri jew kwalunkwe kuntratt ieħor li jirrigwarda d-drittijiet konnessi mal-propjetà immobbli;
(f) dħul mill-bejgħ, il-kiri, ir-rimborż jew kwalunkwe kuntratt ieħor li jirrigwarda d-drittijiet konnessi mal-propjetà immobbli;
(g) dħul minn bejgħ ta' pubblikazzjonijiet jew films, inklużi dawk fuq medja elettronika.
(g) dħul minn bejgħ ta' pubblikazzjonijiet jew films, inklużi dawk fuq medja elettronika.
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.Id-donazzjonijiet individwali kollha lill-Kummissjoni li jaqbżu l-ammont ta' EUR 999 jew id-donazzjonijiet aggregati minn donatur wieħed ogħla minn dan l-ammont fi kwalunkwe sena se jkun traċċabbli permezz ta' sit elettroniku apposta.
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1
1. Ir-Regolament delegat imsemmi fl-Artikolu 199 jista' jispeċifika l-każi meta ċertu dħul ikun jista' jitnaqqas mit- talbiet għal pagament, li għandhom imbagħad ikunu mgħoddija għall-pagament tal-ammont nett.
1. Jista' jsir it-tnaqqis li ġej minn talbiet ta' ħlas li mbagħad għandhom jgħaddu għall-ħlas ta' l-ammont nett:
(a) pieni imposti fuq partijiet għal kuntratti ta' xiri jew ftehim ta' għotjiet;
(b) skontijiet, rifużjonijiet u tnaqqis fuq fatturi individwali u talbiet għal ħlas;
Aġġustamenti msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu jistgħu jsiru bi tnaqqis dirett minn ħlas ġdid tal-istess tip lill-istess persuna li għandha titħallas taħt il-kapitolu, l-artikolu u s-sena finanzjarja li fiha sar il-ħlas żejjed, u li kkawża ħlas interim jew ħlas ta' debiti.
Għall-partiti msemmija fil-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu, għandhom japplikaw ir-regoli ta' kontabilità tal-Unjoni.
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1
1. L-approprjazzjonijiet għandhom ikunu mmirati għal skopijiet speċifiċi bit-titolu u l-kapitolu; il-kapitoli għandhom ikunu wkoll suddiviżi f'artikoli u partiti.
1. L-approprjazzjonijiet għandhom ikunu mmirati għal skopijiet speċifiċi bit-titolu u l-kapitolu; il-kapitoli għandhom ikunu wkoll suddiviżi f'artikoli u partiti. L-approprjazzjonijiet operattivi u l-investimenti għandhom ikunu ppreżentati separatament.
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 2
2. Il-Kummissjoni tista“, fi ħdan it-taqsima tagħha tal-baġit, tittrasferixxi approprjazzjonijiet b'mod awtonomu kif dettaljat fl-Artikolu 23 jew għandha titlob l-approvazzjoni tal-awtorità tal-baġit għat-trasferiment tal-approprjazzjonijiet fil-każijiet dettaljati fl-Artikolu 24.
2. Il-Kummissjoni tista“, fi ħdan it-taqsima tagħha tal-baġit, tittrasferixxi approprjazzjonijiet kif dettaljat fl-Artikolu 23; b'mod alternattiv, il-Kummissjoni jew l-istituzzjonijiet l-oħra għandhom jitolbu l-approvazzjoni tal-awtorità tal-baġit għat-trasferiment tal-approprjazzjonijiet fil-każijiet dettaljati fl-Artikolu 24.
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 3
3.L-approprjazzjonijiet jistgħu jkunu ttrasferiti biss lejn linji tal-baġit li għalihom il-baġit għandu approprjazzjonijiet awtorizzati jew li jkollu entrata “pro memoria” (p.m.).
imħassar
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 4
4.L-approprjazzjonijiet korrispondenti għal dħul assenjat jistgħu jkunu ttrasferiti biss jekk dan id-dħul ikun użat għall-iskop li għalih ikun assenjat.
imħassar
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 3
3. Kwalunkwe istituzzjoni minbarra l-Kummissjoni tista' tipproponi lill-awtorità tal-baġit, fis-sezzjoni tagħha tal-baġit, trasferimenti minn titolu għal ieħor li jeċċedu l-limitu ta' 10 % tal-approporjazzjonijiet għas-sena finanzjarja fil-linja li minnha għandu jsir it-trasferiment. Dawk it-trasferimenti għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24.
3. Kwalunkwe istituzzjoni minbarra l-Kummissjoni tista' tipproponi lill-awtorità tal-baġit, fis-sezzjoni tagħha tal-baġit, trasferimenti minn titolu għal ieħor li jeċċedu l-limitu ta' 15 % tal-approporjazzjonijiet għas-sena finanzjarja fil-linja li minnha għandu jsir it-trasferiment. Dawk it-trasferimenti għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24.
Emendi 54, 262, 267 u 268 Proposta għal regolament Artikolu 23
1. Il-Kummissjoni tista“, fis-sezzjoni tagħha stess tal-baġit, b'mod awtonomu:
1. Il-Kummissjoni tista“, fis-sezzjoni tagħha stess tal-baġit:
(a) tittrasferixxi approprjazzjonijiet għall-impenji fi ħdan l-istess kapitolu;
(a) tittrasferixxi approprjazzjonijiet għall-impenji fi ħdan l-istess kapitolu;
(b) tittrasferixxi approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet fi ħdan l-istess titolu;
(b) tittrasferixxi approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet fi ħdan l-istess titolu wara notifika minn qabel lill-Parlament u lill-Kunsill diment li l-ebda wieħed minnhom jopponi t-trasferiment fi żmien tliet ġimgħat;
(c) F'dak li jirrigwarda n-nefqa fuq persunal u amministrazzjoni li hija komuni għal diversi titoli, tittrasferixxi approprjazzjonijiet minn titolu għal ieħor ;
(c) F'dak li jirrigwarda n-nefqa fuq persunal u amministrazzjoni, tittrasferixxi approprjazzjonijiet minn titolu għal ieħor sa massimu ta' 15 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena murija fil-linja li minnha jsir it-trasferiment, u sa massimu ta' 30 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena murija fil-linja li jsir it-trasferiment lejha;
(d) f'dak li jirrigwardja n-nefqa operattiva, tittrasferixxi approprjazzjonijiet bejn kapitoli fl-istess titolu, sa massimu tat-total ta' 10 % tal-approprjazzjonijiet tas-sena murija fil-linja li minnha jsir it-trasferiment.
(d) f'dak li jirrigwardja n-nefqa operattiva, tittrasferixxi approprjazzjonijiet bejn kapitoli fl-istess titolu, sa massimu tat-total ta' 15 % tal-approprjazzjonijiet tas-sena murija fil-linja li minnha jsir it-trasferiment.
Tliet ġimgħat qabel isiru t-trasferimenti msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità baġitarja bl-intenzjoni tagħha li tagħmel dan. Fil-każ li fi żmien dan il-perjodu ta' tliet ġimgħat jitqajmu raġunijiet debitament sostanzjati minn waħda mill-fergħat tal-awtorità baġitarja, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24.
2. Il-Kummissjoni tista“, fi ħdan it-taqsima tagħha tal-baġit, tiddeċiedi dwar it-trasferiment tal-approprjazzjonijiet li ġejjin minn titolu għal ieħor, sakemm tinforma immedjatament lill-awtorità tal-baġit bid-deċiżjoni tagħha:
2. Il-Kummissjoni tista“, fi ħdan it-taqsima tagħha tal-baġit, tiddeċiedi li tittrasferixxi minn titolu għal ieħor:
(a) tittrasferixxi approprjazzjonijiet mit-titolu tal- “provvedimenti” msemmi fl-Artikolu 43, fejn l-unika kundizzjoni għat-tneħħija tar-riżerva tinsab fl-adozzjoni ta' att bażiku skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja prevista fl-Artikolu 294 TFUE.
approprjazzjonijiet mit-titolu tal- “provvedimenti” msemmi fl-Artikolu 43, fejn l-unika kundizzjoni għat-tneħħija tar-riżerva tinsab fl-adozzjoni ta' att bażiku skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja prevista fl-Artikolu 294 TFUE; sakemm tinforma immedjatament lill-awtorità baġitarja bl-intenzjoni tagħha li tagħmel dan.
(b) F'każijiet eċċezzjonali debitament sostanzjati ta' diżastri umanitarji u kriżijiet internazzjonali, li jseħħu wara l-1 ta' Diċembru tas-sena baġitarja, il-Kummissjoni tista' tittrasferixxi approprjazzjonijiet baġitarji mhux użati għas-sena baġitarja attwali li għadhom disponibbli fit-titoli baġitarji li jaqgħu taħt l-intestatura 4 tal-qafas finanzjarju multiannwali għat-titoli baġitarji li jirrigwardaw l-għajnuna għall-ġestjoni tal-kriżijiet u operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja.
2a.F'każijiet eċċezzjonali debitament motivati ta' diżastri umanitarji u kriżijiet internazzjonali, li jseħħu wara l-1 ta' Diċembru tas-sena baġitarja, il-Kummissjoni tista' tittrasferixxi approprjazzjonijiet baġitarji mhux użati għas-sena baġitarja attwali li għadhom disponibbli fit-titoli baġitarji li jaqgħu taħt l-intestatura 4 tal-qafas finanzjarju multiannwali għat-titoli baġitarji li jirrigwardaw l-għajnuna għall-ġestjoni tal-kriżijiet u operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja.
Il-Kummissjoni għandha tinforma liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja immedjatament wara li tagħmel tali trasferimenti jew wara li tuża l-approprjazzjonijiet għas-sena ta' wara.
2b.Il-Kummissjoni tista' tipprovdi l-informazzjoni li tiġġustifika t-trasferiment fil-forma ta' dokument ta' ħidma tal-persunal.
2c.Il-Kummissjoni, fis-sezzjoni tagħha stess tal-baġit, tista' tipproponi lill-awtorità tal-budget, fi ħdan is-sezzjoni tagħha tal-budget, trasferimenti apparti minn dawk imsemmija fil-paragrafi 1.
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 24 – titolu
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni għandha tissottometti l-proposta tagħha ta' trasferimenti simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
1. L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu l-proposti tagħhom simultanjament liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja.
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 2
2. L-awtorità tal-baġit għandha tieħu deċiżjonijiet rigward it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet kif stipulat fil-paragrafi 3 sa 6, apparti milli kif hemm stipulat fit-Titolu I tat-Tieni Parti.
2. L-awtorità tal-budget għandha tieħu deċiżjonijiet rigward it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet kif hemm provvediment dwar dan fil-paragrafi 3, 4 u 6, apparti milli kif hemm ipprovdut fit-Titolu I tal-parti tnejn.
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 3
3. Minbarra f'ċirkustanzi urġenti, il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata, u l-Parlament Ewropew, għandhom jiddeliberaw fuq il-proposta tal-Kummissjoni fi żmien sitt ġimgħat mid-data li fiha ż-żewġ istituzzjonijiet irċevew il-proposta għal kull trasferiment ippreżentata lilhom.
3. Minbarra f'ċirkustanzi urġenti b'raġunijiet xierqa, il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata, u l-Parlament Ewropew, għandhom jiddeliberaw fuq il-proposta tal-istituzzjoni fi żmien sitt ġimgħat mid-data li fiha ż-żewġ istituzzjonijiet irċevew il-proposta għal kull trasferiment ippreżentata lilhom.
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 4
4. Il-proposta ta' trasferiment għandha tiġi approvata, jekk fil-perjodu ta' sitt ġimgħat f'xi wieħed minn dawn il-każijiet:
4. Il-proposta għal trasferiment għandha tiġi approvata, jekk fi ħdan il-perijodu ta' sitt ġimgħat:
(a)Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill japprovawha;
- iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja japprovawha;
(b) jew il-Kunsill jew il-Parlament Ewropew japprovawha u l-istituzzjoni l-oħra ma tiħux azzjoni;
- waħda miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja tapprovaha u l-istituzzjoni l-oħra ma tiħux azzjoni;
(c)Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jiħdux azzjoni jew ma jkunux ħadu deċiżjoni kuntrarja għall-proposta tal-Kummissjoni.
- iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja ma jiħdux azzjoni jew ma jkunux ħadu deċiżjoni kuntrarja għall-proposta tal-Kummissjoni.
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 5
5.Il-perjodu ta' sitt ġimgħat imsemmi taħt il-punt 4 għandu jitnaqqas għal tliet ġimgħat, sakemm jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jitolbu mod ieħor, jew f'wieħed minn dawn il-każijiet li ġejjin:
imħassar
(a) it-trasferiment jirrappreżenta anqas minn 10 % tal-approprjazzjonijiet tal-linja li minnha jsir it-trasferiment u ma jaqbiżx l-EUR 5 miljun;
(b) it-trasferiment jirrigwarda biss l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet u l-ammont globali tat-trasferiment ma jaqbiżx il-EUR 100 miljun.
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 6
6. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ikunu emendaw it-trasferiment filwaqt li l-istituzzjoni l-oħra approvatha jew ma ħaditx azzjoni, jew jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu emendaw it-trasferiment, l-iżgħar ammont approvat jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill għandu jitqies bħala approvat, sakemm il-Kummissjoni ma tirtirax il-proposta tagħha.
6. Jekk waħda miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja tkun emendat it-trasferiment filwaqt li l-istituzzjoni l-oħra approvatha jew ma ħaditx azzjoni, jew jekk, jew jekk iż-żewġ fergħat ikunu emendaw it-trasferiment, l-iżgħar ammont approvat mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill għandu jitqies bħala approvat, sakemm il-Kummissjoni ma tirtirax il-proposta tagħha.“
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 24 a (ġdid)
Artikolu 24a
Regoli speċifiċi li jirrigwardaw it-trasferimenti
1.L-approprjazzjonijiet jistgħu jkunu ttrasferiti biss lejn linji tal-baġit li għalihom il-baġit għandu approprjazzjonijiet awtorizzati jew li jkollu entrata “pro memoria” (p.m.).
2.L-approprjazzjonijiet korrispondenti għal dħul assenjat jistgħu jkunu ttrasferiti biss jekk dan id-dħul ikun użat għall-iskop li għalih ikun assenjat.
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 2
2. Deċiżjonijiet dwar it-trasferimenti sabiex ikun permess l-użu tar-riżerva għall-għajnuna ta' emerġenza għandhom jittieħdu mill-awtorità tal-baġit fuq proposta mill-Kummissjoni, jew mill-Kummissjoni għal massimu ta' 10% tal-approprjazzjonijiet għas-sena murija fil-linja li minnha jsir it-trasferiment.
2. Deċiżjonijiet dwar it-trasferimenti sabiex ikun permess l-użu tar-riżerva għall-għajnuna ta' emerġenza għandhom jittieħdu mill-awtorità tal-baġit fuq proposta mill-Kummissjoni. Għandha tintbagħat proposta separata għal kull operazzjoni individwali.
Għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 24(3) u (4). Jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jaqblux mal-proposta tal-Kummissjoni u ma tintlaħaqx pożizzjoni komuni dwar l-użu ta' din ir-riżerva, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma għandhomx jaġixxu fuq il-proposta ta' trasferimenti tal-Kummissjoni.
Għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 24(3) u (4). Jekk iż-żewġ fergħat tal-awtorità tal-baġit ma jaqblux mal-proposta tal-Kummissjoni u ma tintlaħaqx pożizzjoni komuni dwar l-użu ta' din ir-riżerva, iż-żewġ fergħat tal-awtorità tal-baġit ma għandhomx jaġixxu fuq il-proposta ta' trasferimenti tal-Kummissjoni.
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 3
3. Objettivi speċifiċi, li jistgħu jitkejlu, li jistgħu jintlaħqu, relevanti u f'waqthom għandhom ikunu stabbiliti għas-setturi kollha tal-attività koperta bil-baġit. It-twettiq ta' dawk l-objettivi għandu jkun sorveljat b'indikaturi tal-imġiba għal kull attività u informazzjoni għandha tkun ipprovduta mill-awtoritajiet tan-nefqa lill-awtorità tal-baġit. Informazzjoni bħal din għandha tkun ipprovduta ta' kull sena u l-aktar tard fid-dokumenti li jakkompanjaw l-abbozz preliminari tal-baġit.
3. Objettivi speċifiċi, li jistgħu jitkejlu, li jistgħu jintlaħqu, relevanti u f'waqthom għandhom ikunu stabbiliti għas-setturi kollha tal-attività koperta bil-baġit. It-twettiq ta' dawk l-objettivi għandu jkun sorveljat b'indikaturi tal-imġiba għal kull attività u informazzjoni għandha tkun ipprovduta mill-awtoritajiet tan-nefqa lill-awtorità tal-baġit. Informazzjoni bħal din, kif imsemmija fl-Artikolu 34(2a)(d), għandha tkun ipprovduta ta' kull sena u l-aktar tard fid-dokumenti li jakkompanjaw l-abbozz prelimenari tal-baġit.
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 1 a (ġdid)
1a.Matul il-proċedura tal-budget, il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għall-paragun bejn it-tibdiliet fl-approprjazzjonijiet meħtieġa u t-tbassir inizjali fl-istqarrijiet finanzjarji. Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-progress magħmul u l-istadju milħuq mill-awtorità leġiżlattiva fil-kunsiderazzjonijiet tagħha tal-proposti ppreżentati. L-approprjazzjonijiet meħtieġa għandhom, meta xieraq, ikunu riveduti fid-dawl tal-progress tad-deliberazzjonijiet fuq l-att bażiku.
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 2
2. Sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-frodi u l-irregolaritajiet, id-dikjarazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tipprovdi u tirreġistra informazzjoni dwar is-sistema ta' kontroll intern stabbilita, stima tar-riskji involuti, kif ukoll miżuri eżistenti u ppjanati ta' prevenzjoni tal-frodi u ħarsien kontra l-frodi.
2. Sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-frodi u l-irregolaritajiet, id-dikjarazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tipprovdi informazzjoni dwar is-sistema ta' kontroll intern stabbilita, stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli implikati minn tali sistemi u valutazzjoni tar-riskji involuti, kif ukoll miżuri eżistenti u ppjanati ta' prevenzjoni tal-frodi u ħarsien kontra l-frodi.
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 2 – punt a a (ġdid)
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 2 – punt d
(d) prevenzjoni, qbid u korrezzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet;
(d) minkejja r-responsabilitajiet tal-protagonisti finanzjarji kif definiti fil-Kapitolu 3, prevenzjoni, qbid u segwitu tal-korrezzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet;
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.Il-kontroll intern effettiv huwa bbażat fuq l-aħjar prattika internazzjonali u jinkludi b'mod partikolari:
(a) is-segregazzjoni tad-dmirijiet,
(b) strateġija xierqa ta' ġestjoni u kontroll tar-riskju inklużi kontrolli fuq il-livell tal-benefiċjarju;
(c) l-evitar ta' kunflitti ta' interessi;
(d) traċċabilità adegwata għall-verifika (adequate data trails) u integrità tad-data f'sistemi tad-data;
(e) proċeduri għall-monitoraġġ tar-riżultati u għat-tkomplija tal-ħidma fuq dgħufijiet u eċċezzjonijiet fil-kontroll intern li jkunu identifikati;
(f) evalwazzjonijiet perjodiċi tat-tħaddim tajjeb tas-sistema tal-kontroll intern.
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 2 b (ġdid)
2b.Il-kontroll intern effiċjenti huwa bbażat fuq l-elementi li ġejjin:
(a) l-implimentazzjoni ta' strateġiji xierqa tal-kontroll u l-ġestjoni tar-riskju kkoordinati fost parteċipanti xierqa involuti fil-katina tal-kontroll;
(b) l-aċċessibilità tar-riżultati tal-kontroll għall-operaturi rilevanti kollha involuti fil-katina tal-kontroll;
(c) is-serħan, meta jkun xieraq, fuq dikjarazzjonijiet ta' ġestjoni min-naħa tas-sħab ta' implimentazzjoni u opinjonijiet ta' verifika indipendenti, sakemm il-kwalità tax-xogħol sottostanti tkun adegwata u aċċettabbli u tkun saret bi qbil mal-istandards miftehma.
(d) l-applikazzjoni f'waqtha ta' miżuri korrettivi inklużi, fejn xieraq, penali dissważivi;
(e) leġiżlazzjoni ċara u mhux ambigwa bħala bażi tal-politiki;
(f) l-eliminazzjoni tal-kontrolli multipli;
(g) il-prinċipju ta' titjib tal-bilanċ bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji, billi jitqies ir-riskju ta' żbalji imsemmi fl-Artikolu 29.
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 29
Riskju tollerabbli ta' żbalji
Riskju ta' żbalji
L-Awtorità Leġiżlattiva għandha, f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 322 tat-TFUE, tiddeċiedi dwar livell ta' riskju tollerabbli ta' żbalji f'aggregazzjoni xierqa tal-baġit. Dik id-deċiżjoni għandha titqies matul il-proċedura annwali tal-kwittanza, f'konformità mal-Artikolu 157(2).
Meta jitressqu proposti ta' nefqa riveduti jew ġodda, il-Kummissjoni għandha tistima l-ispejjeż ta' sistemi amministrattivi u ta' kontroll kif ukoll il-livell ta' riskju ta' żbalji bil-leġiżlazzjoni proposta skont il-fondi u skont l-Istat Membru.
Il-livell ta' riskju tollerabbli ta' żbalji għandu jkun ibbażat fuq analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-kontrolli. L-Istati Membri u l-entitajiet u l-persuni msemmija fil-punt (b) fl-Artikolu 55(1) għandhom, meta mitluba, jirrappurtaw lill-Kummisjoni dwar l-ispejjeż tal-kontrolli li jkunu qed iġorru u kif ukoll in-numru u d-daqs tal-attivitajiet iffinanzjati mill-baġit.
Jekk, matul l-implimentazzjoni tal-programm, il-livell ta' żbalji jkun persistentement għoli, il-Kummissjoni għandha tidentifika d-dgħufijiet fis-sistemi tal-kontroll u tanalizza l-ispiża u l-benefiċċji ta' miżuri korrettivi possibbli u tieħu l-passi meħtieġa bħalma huma s-semplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet applikabbli, id-disinn mill-ġdid tal-programm, l-issikkar ta' kontrolli jew, jekk ikun hemm bżonn, tissuġġerixxi t-terminazzjoni tal-attività.
Il-livell ta' riskju tollerabbli ta' żbalji għandu jkun issorveljat mill-qrib u għandu jiġi rikunsidrat f'każ ta' bidliet kbar fl-ambjent ta' kontroll.
Integrali għall-effettività sħiħa tal-ġestjoni nazzjonali u s-sistemi ta' kontroll huma d-dikjarazzjonijiet tal-ġestjoni akkreditat dwar dawn is-sistemi mressqa minn korpi akkreditati mill-Istati Membri.
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 29 a (ġdid)
Artikolu 29a
Segregazzjoni tad-dmirijiet
Id-dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabilità għandhom jinżammu separati.
Il-kontijiet annwali kkonsolidati u r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u dik finanzjarja mfasslin minn kull istituzzjoni għandhom jiġu ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-kontijiet annwali kkonsolidati u r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u dik finanzjarja mfasslin minn kull istituzzjoni għandhom jiġu ppubblikati immedjatament, ladarba jiġu adottati, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 280 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 2
2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli, b'mod xieraq, l-informazzjoni dwar ir-riċevituri ta' fondi li ġejjin mill-baġit miżmum minnha meta l-baġit ikun implimentat fuq bażi ċentralizzata u direttament mid-dipartimenti tagħha jew mid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 53, u l-informazzjoni dwar ir-riċevituri ta' fondi kif ipprovduta mill-entitajiet li lilhom ikunu delegati l-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit taħt modi oħrajn ta' ġestjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli, b'mod xieraq, l-informazzjoni dwar il-kuntratturi u l-benefiċjarji tagħha ta' fondi kif ukoll in-natura preċiża u l-fini tal-miżura ffinanzjata mill-baġit meta l-baġit ikun implimentat fuq bażi ċentralizzata u l-informazzjoni dwar il-kuntratturi u l-benefiċjarji ta' fondi kif ipprovduta mill-entitajiet li lilhom ikunu delegati l-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit taħt modi oħrajn ta' ġestjoni.
Dan l-obbligu għandu japplika wkoll għall-istituzzjonijiet l-oħra fir-rigward tal-kuntratturi tagħhom u, fejn applikabbli, għall-benefiċjarji tagħhom.
Emenda 75 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 3
3. Din l-informazzjoni għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni b'osservanza xierqa tar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità, b'mod partikolari l-ħarsien tad-dejta personali kif stabbilita fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-rekwiżiti tas-sigurtà, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' kull mod ta' ġestjoni msemmi fl-Artikolu 53 u fejn applikabbli f'konformità mar-regoli rilevanti speċifiċi għas-setturi.
3. Din l-informazzjoni għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni b'osservanza xierqa tar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u tas-sigurtà, u meta jkunu kkonċernati persuni naturali, id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u d-dritt għall-ħarsien tad-dejta personali kif stabbilit fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Meta jkunu kkonċernati persuni naturali, il-pubblikazzjoni għandha tkun limitata għall-isem tal-kuntrattur jew tal-benefiċjarju, il-post fejn ikun ibbażat, l-ammont mogħti u r-raġuni għall-għotja, u l-iżvelar ta' din id-data għandu jkun ibbażat fuq kriterji rilevanti bħall-perjodiċità tal-għotja, jew it-tip jew l-importanza tal-għotja. Il-livell tad-dettalji ppubblikati u l-kriterji għall-iżvelar għandhom iqisu l-ispeċifiċitajiet tas-settur u kull mod ta' ġestjoni msemmi fl-Artikolu 53; il-livell ta' dettalji u l-kriterji għandhom ikunu definiti permezz tar-regolament delegat imsemmi fl-Artikolu 199 u, fejn ikun applikabbli, ir-regoli rilevanti skont is-settur.
Emenda 76 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 1
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman u l-Kontrollur Eweropew tal-Protezzjoni tad-Data u s-SEAE għandhom iħejju estimi tad-dħul u l-infiq tagħhom, li huma għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Lulju ta' kull sena.
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman u l-Kontrollur Eweropew tal-Protezzjoni tad-Data u s-SEAE għandhom iħejju estimi tad-dħul u l-infiq tagħhom, li huma għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni u, b'mod parallel, għal informazzjoni, lill-awtorità baġitarja, qabel l-1 ta' Lulju ta' kull sena.
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 3
Dawn l-estimi għandhom ukoll ikunu mibgħuta minn dawn l-istituzzjonijiet lejn l-awtorità tal-baġit għall-informazzjoni tagħha mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju ta' kull sena. Il-Kummissjoni għandha tħejji l-estimi tagħha, li hi għandha wkoll tibgħat lill-awtorità tal-baġit sal-istess data.
Il-Kummissjoni għandha tħejji l-estimi tagħha, li hi għandha wkoll tibgħat lill-awtorità tal-baġit direttament wara l-adozzjoni.
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 33
Kull wieħed mill-korpi msemmija fl-Artikolu 200 għandu, b'konformità mal-istrument li jkun stabbilih, jibgħat lill-Kummissjoni u lill-Awtorità tal-Baġit sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, estimi rigward id-dħul u l-infiq tiegħu, inkluż il-pjan ta' stabbiliment, u l-abbozz tal- programm tax-xogħol tiegħu.
Kull wieħed mill-korpi msemmija fl-Artikolu 200 għandu, b'konformità mal-istrument li jkun stabbilih, jibgħat lill-Kummissjoni u lill-Awtorità tal-Baġit b'mod parallel u mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu ta' kull sena, estimi rigward id-dħul u l-infiq tiegħu, inkluż il-pjan ta' stabbiliment, u l-abbozz tal- programm tax-xogħol tiegħu.
L-abbozz tal-baġit għandu jkun fih dikjarazzjoni ġenerali mqassra rigward l-infiq u d-dħul tal-Unjoni u jikkonsolida l-estimi msemmija fl-Artikolu 32.
L-abbozz tal-baġit għandu jkun fih sommarju tad-dikjarazzjoni ġenerali rigward l-infiq u d-dħul tal-Unjoni, inkluża sinteżi tad-dikjarazzjoni ġenerali tar-riżerva għall-ħlasijiet u għall-impenji, u jikkonsolida l-estimi msemmija fl-Artikolu 32.
2. Fejn relevanti, il-Kummissjoni għandha tehmeż mal-abbozz tal-baġit l-ipprogrammar finanzjarju għas-snin ta' wara.
2. Il-Kummissjoni għandha tehmeż mal-abbozz tal-baġit l-ipprogrammar finanzjarju għas-snin ta' wara.
Emenda 81 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.Il-Kummissjoni għandha wkoll tehmeż mal-abbozz tal-budget:
(a) analiżi tal-amministrazzjoni finanzjarja tas-sena preċedenti u tal-impenji pendenti;
(b) meta xieraq, opinjoni tal-estimi tal-istitizzjonijiet l-oħrajn li jistgħu jkollhom estimi differenti, akkompanjati bir-raġuni għal dan;
(c) xi dokument ta' ħidma li hi tqis utili b'konnessjoni mal-pjani tal-istabbiliment tal-istituzzjonijiet u l-għotjiet li l-Kummissjoni tagħti lill-korpi riferuti fl-Artikolu 196b u lill-Iskejjel Ewropej. Kull dokument ta' ħidma bħal dan, li juri l-aħħar pjan tal-istabbiliment awtorizzat, għandu jippreżenta:
(i) il-persunal kollu impjegat mill-Unjoni, inklużi l-entitajiet legali separati tagħha, skont it-tip ta' kuntratt,
(ii) dikjarazzjoni dwar il-politika rigward il-postijiet u l-persunal estern u dwar il-bilanċ bejn is-sessi,
(iii) l-għadd ta' postijiet li jkun imtela' fil-bidu tas-sena li fiha jkun qed jitressaq l-abbozz ta' baġit, fejn jiġi indikat it-tqassim skont il-grad u l-unità amministrattiva,
(iv) lista ta' postijiet skont il-qasam politiku;
(v) għal kull kategorija ta' persunal estern, l-istima tan-numru inizjali ta' persuni ekwivalenti f'karigi full-time abbażi tal-approprjazzjonijiet awtorizzati, kif ukoll in-numru ta' persuni effettivament fil-post fil-bidu tas-sena li fiha l-abbozz tal-baġit huwa ppreżentat, b'indikazzjoni tad-distribuzzjoni tagħhom skont il-grupp ta' funzjonijiet u, kif adatt, skont il-grad; u
(d) id-dikjarazzjonijiet ta' attività, li għandu jkun fihom:
(i) informazzjoni dwar il-kisba tal-objettivi speċifiċi, miżurabbli, li jistgħu jintlaħqu, rilevanti u bil-ħin imkejjel kollha li ġew stabbiliti minn qabel għall-attivitajiet varji kif ukoll objettivi ġodda mkejla permezz ta' indikaturi;
(ii) ġustifikazzjoni sħiħa u approċċ kost-benefiċċju għal bidliet proposti fil-livell ta' approprjazzjonijiet;
(iii) razzjonal ċar għal intervent fil-livell tal-Unjoni parallel, fost l-oħrajn, mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;
(iv) informazzjoni dwar ir-rati tal-implimentazzjoni tal-attività tas-sena ta' qabel u r-rati tal-implimentazzjoni għas-sena kurrenti,
Ir-riżultati tal-evalwazzjoni għandhom ikunu kkonsultati u msemmija bħala evidenza tal-meriti possibbli ta' emendi baġitarji proposti.
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 2 b (ġdid)
2b.Meta l-Kummissjoni tafda l-implimentazzjoni tal-baġit f'idejn sħubiji pubbliċi-privati, hija għandha tehmeż mal-abbozz tal-baġit dokument ta' ħidma li jippreżenta:
(a) rapport annwali dwar il-prestazzjoni tal-isħubiji eżistenti matul is-sena preċedenti;
(b) il-miri stabbiliti għas-sena kkonċernata mill-abbozz tal-baġit, fejn jiġu indikati l-bżonnijiet baġitarji speċifiċi sabiex jintlaħqu dawn il-miri;
(c) l-ispiża amministrattiva u l-baġit implimentat totali u skont it-tip, kif definit fl-Artikolu 196a u skont is-sħubija pubblika-privata individwali fis-sena preċedenti;
(d) l-ammont ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmula mill-baġit tal-Unjoni u l-valur tal-kontribuzzjonijiet fi flus magħmula minn sħab oħra għal kull sħubija;
(e) it-tabelli tal-persunal, b'applikazzjoni tal-paragrafu (2a)(c) mutatis mutandis, ta' sħubiji bħal dawn, fejn il-persunal ikun imħallas bis-sħiħ jew parzjalment minn fondi tal-Unjoni; dawn it-tabelli tal-persunal għandhom jitqiesu meta jkun qed jitħejja d-dokument ta' ħidma skont il-paragrafu (2a)(c).
Meta s-sħubiji jagħmlu użu minn strumenti finanzjarji, id-dokument ta' ħidma għandu jistabbilixxi d-data b'applikazzjoni ta' u minkejja l-paragrafu 2c, għal kull sħubija u għal kull strument finanzjarju.
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 2 c (ġdid)
2c.Meta l-Kummissjoni tagħmel użu minn strumenti finanzjarji, hija għandha tehmeż dokument ta' ħidma mal-abbozz tal-baġit, li fih għandu jkun hemm:
(a) il-kapital maħruġ f'forma ta' strumenti finanzjarji u ffinanzjat mill-baġit tal-Unjoni u l-kapital ġenerali investit għal kull strument finanzjarju, inkluż minn partijiet terzi, bħala total u bħala proporzjon ta' ingranaġġ għal kull strument finanzjarju, il-valur tal-parteċipazzjonijiet f'investimenti f'equity jew fi quasi-equity;
(b) dħul u ħlasijiet mill-ġdid irċevuti fis-sena preċedenti u stima għas-sena li għaliha jirreferi l-abbozz tal-baġit;
(c) l-ammont totali ta' obbligazzjonijiet kontinġenti u eżistenti tal-Unjoni dovuti għall-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji fis-sena preċedenti u bħala total, b'mod partikolari skont:
(i) l-obbligazzjonijiet kollha potenzjali lejn pajjiżi terzi dovuti għal garanziji,
(ii) l-obbligazzjonijiet potenzjali kollha dovuti għall-ġbid massimu minn linji ta' kreditu provduti lil kwalunkwe partijiet terzi,
(iii) kull telf potanzjali totali ta' parteċipazzjonijiet ta' debitu subordinarju jew ta' equity jew quasi-equity, jew
(iv) kull obbligazzjoni oħra potenzjali jew kontinġenti kif ukoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti jew potenzjalment rilevanti għall-evalwazzjoni tar-riskji;
(d) id-dispożizzjonijiet finanzjarji magħmula fil-baġit għal riskji antiċipati kif ukoll għal riskji mhux previsti, bħala total u għal kull strument finanzjarju;
(e) il-perċentwali u n-numru assolut ta' każijiet li fihom ittieħdu garanziji, jew fejn intilfu parteċipazzjonijiet ta' debitu subordinarju jew ta' equity jew quasi-equity bħala riżultat ta' indeboliment jew falliment, bħala totali u għal kull strument finanzjarju għas-sena preċedenti u ż-żmien ta' operazzjoni totali tal-istrument finanzjarju rispettiv;
(f) id-dewmien medju bejn il-ħlas tal-istrumenti finanzjarji f'forma ta' kapital ta' debitu subordinat (mezzanine) lill-benefiċjarji u t-tneħħija ta' dan il-kapital; meta dan ikun ta' “l fuq minn tliet snin, il-Kummissjoni għandha tipprovdi pjan ta' azzjoni għat-tnaqqis tad-dewmien fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza annwali;
(g) it-tqassim ġeografiku tal-applikazzjoni (assorbiment) tal-istrumenti finanzjarji għal kull Stat Membru u għal kull strument finanzjarju;
(h) in-nefqa amministrattiva dovuta għal kwalunkwe spiża ta' ġestjoni, rimborż jew flejjes oħra mħallsa għall-ġestjoni tal-istrumenti finanzjarji meta dan ikun tħalla f'idejn partijiet terzi, bħala total u għal kull parti ta' ġestjoni u għal kull strument finanzjarju ġestit;
(i) it-tabelli tal-persunal, b'applikazzjoni tal-paragrafu (2a)(c) mutatis mutandis, fejn il-persunal ikun imħallas bis-sħiħ jew parzjalment minn fondi tal-Unjoni; dawn it-tabelli tal-persunal għandhom jitqiesu meta jkun qed jitħejja d-dokument ta' ħidma skont il-paragrafu (2a)(c).
Emenda 84 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni għandha wkoll tehmeż mal-abbozz tal-baġit kull dokument ta' ħidma ulterjuri li tqis bħala utli sabiex tappoġġja t-talbiet tal-baġit tagħha.
3. Il-Kummissjoni għandha wkoll tehmeż mal-abbozz tal-baġit kull dokument ta' ħidma ulterjuri li tqis bħala utli sabiex tappoġġja t-talbiet tal-baġit tagħha.
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt d
(d) jipprovdi stampa dettaljata tal-persunal kollu fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni fil-mument tal-preżentazzjoni tal-abbozz ta' baġit, imqassma skont iż-żona ġeografika, is-sess, il-pajjiż individwali u l-missjoni, filwaqt li ssir distinzjoni bejn il-karigi tal-pjan ta' stabbiliment, l-aġenti kuntrattwali, l-aġenti lokali u l-esperti nazzjonali ssekondati u l-approprjazzjonijet mitluba fl-abbozz ta' baġit għal tipi oħra ta' persunal flimkien ma' stimi korrispondenti tal-persunal ekwivalenti f'karigi full-time, li jista' jiġi impjegat fil-limiti tal-approprjazzjonijiet mitluba.
(d) jipprovdi stampa dettaljata tal-persunal kollu fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni fil-mument tal-preżentazzjoni tal-abbozz ta' baġit, imqassma skont iż-żona ġeografika, is-sess, il-pajjiż individwali u l-missjoni, filwaqt li ssir distinzjoni bejn il-karigi tal-pjan ta' stabbiliment, l-aġenti kuntrattwali, l-aġenti lokali u l-esperti nazzjonali ssekondati u l-approprjazzjonijet mitluba fl-abbozz ta' baġit għal tipi oħra ta' persunal flimkien ma' stimi korrispondenti tal-persunal ekwivalenti f'karigi full-time, li jista' jiġi impjegat fil-limiti tal-approprjazzjonijiet mitluba.
Emenda 86 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 4 a (ġdid)
4a.Il-Kummissjoni għandha takkumpanja l-abbozz tal-baġit bi proposta ta' mobilizzazzjoni ta' riżerva għall-ħlasijiet u għall-impenji għal kwalunkwe bżonn li jirriżulta li ma kienx inizjalment previst fil-baġit annwali jew fir-regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali.
Emenda 87 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 4 b (ġdid)
4b.Barra minn hekk il-Kummissjoni, flimkien mal-abbozz tal-baġit, għandha tittrażmetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dokument ta' ħidma dwar il-politika dwar il-bini li għandu jitfassal minn kull istituzzjoni u korp skont it-tifsira tal-Artikolu 196b li għandu jkun fih l-informazzjoni sussegwenti:
(a) għal kull bini, l-infiq u l-oqsma koperti mill-approprjazzjonijiet tal-linji baġitarji korrispondenti;
(b) il-progress mistenni tal-ipprogrammar globali ta' żoni u postijiet għas-snin li ġejjin, b'deskriżżjoni tal-proġetti ta' bini fil-fażi ta' ppjanar imsemmija fl-Artikolu 195(3) li diġà ġew identifikati;
(c) it-termini u l-ispejjeż finali kif ukoll l-informazzjoni rilevanti rigward l-implimentazzjoni tal-proġetti ta' bini ġodda li kienu tressqu lill-awtorità baġitarja skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 195(3) u mhux inklużi fid-dokumenti ta' ħidma tas-snin preċedenti;
(d) it-termini u l-ispejjeż finali rigward estensjonijiet ta' kuntratti mhux soġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 195(3) iżda li jmorru oltre spiża annwali ta' EUR 500,000.
Emenda 88 Proposta għal regolament Artikolu 35
Sakemm jiltaqqa' l-Kumitat ta' Kunċiljazzjoni msemmi fl-Artikolu 314 tat-TFUE, il-Kummissjoni tista“, fuq inizjattiva tagħha jew jekk mitluba mill-istituzzjonijiet l-oħra, kull waħda fir-rigward tat-taqsima tagħha, tippreżenta simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ittri ta' emenda għall-abbozz tal-baġit fuq il-bażi ta' informazzjoni ġdida li ma kenitx disponibbli fiż-żmien meta l-abbozz ġie stabbilit, inkluża ittra ta' emenda li taġġorna l-estimi tal-infiq għall-agrikoltura.
Fuq il-bażi ta' informazzjoni ġdida li ma kenitx disponibbli fiż-żmien meta l-abbozz ġie stabbilit, il-Kummissjoni tista“, fuq inizjattiva tagħha jew jekk mitluba mill-istituzzjonijiet l-oħra, kull waħda fir-rigward tat-taqsima tagħha, tippreżenta simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ittri ta' emenda għall-abbozz tal-baġit f'waqtu qabel jissejjaħ il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni msemmi fl-Artikolu 314 TFUE. Dan jista” jinkludi ittra ta' emenda li taġġorna l-estimi tal-infiq għall-agrikoltura.
Emenda 89 Proposta għal regolament Artikolu 36
Approvazzjoni tal-eżitu tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni
imħassar
Ladarba l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ikun laħaq qbil dwar test konġunt, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jagħmlu ħilithom biex japprovaw ir-riżultat tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni malajr kemm jista' jkun f'konformità mal-Artikolu 314(6) TFUE, f'konformità mar-regoli interni ta' proċedura rispettivi tagħhom.
Emenda 90 Proposta għal regolament Artikolu 38
1. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta abbozz tal-baġits ta' emenda għall-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Solidarjetà u abbozz tal-baġit ta' emenda għal kull wieħed mill-iskopijiet sussegwenti:
(a) bilanċ favorevoli,
(b) reviżjoni tal-istima ta' riżorsi proprji tradizzjonali u tal-bażijiet ta' Taxxa fuq il-Valur Miżjud u tal-Introjtu Nazzjonali Gross,
(c) żieda fl-istima ta' dħul u tnaqqis fl-approprjazzjonijiet ta' ħlas,
1.Jekk ikun hemm ċirkostanzi li ma jistgħux ikunu evitati, eċċezzjonali jew mhux mistennija, il-Kummissjoni tista' tippreżenta abbozzi ta' baġit emendatorji.
Jekk ikun hemm ċirkostanzi li ma jistgħux ikunu evitati, eċċezzjonali jew mhux mistennija, il-Kummissjoni tista' tippreżenta żewġ abbozzi tal-baġits emendatorji għal kull sena.
Talbiet għal baġits emendatorji, fl-istess ċirkostanzi kif imsemmi fil-paragrafu preċedenti, minn istituzzjonijiet għajr il-Kummissjoni, għandhom ikunu mibgħuta lill-Kummissjoni.
Talbiet għal baġits emendatorji, fl-istess ċirkostanzi kif imsemmi fil-paragrafu preċedenti, minn istituzzjonijiet għajr il-Kummissjoni, għandhom ikunu mibgħuta lill-Kummissjoni.
Qabel jippreżentaw abbozz ta' baġit emendatorju, il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet l-oħra għandhom jeżaminaw il-kamp ta' applikazzjoni għal riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet relevanti, b'kont meħud ta' kwalunkwe sottoimplimentazzjoni mistennija ta' approprjazzjonijiet.
Qabel jippreżentaw abbozz ta' baġit emendatorju, il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet l-oħra għandhom jeżaminaw il-kamp ta' applikazzjoni għal riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet relevanti, b'kont meħud ta' kwalunkwe sottoimplimentazzjoni mistennija ta' approprjazzjonijiet.
2. Il-Kummissjoni għandha, minbarra f'ċirkostanzi eċċezzjonali, tippreżenta kwalunkwe abbozz tal-baġit emendatorju fl-istess waqt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-1 ta' Settembru ta' kull sena. Hi tista' tehmeż opinjoni mat-talbiet mill-istituzzjonijiet l-oħrajn għal baġits emendatorji.
2. Il-Kummissjoni għandha, minbarra f'ċirkostanzi ġustifikati kif xieraq jew fil-każ ta' mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Solidarjetà li għalih abbozz ta' baġit emendatorju jista' jiġi ppreżentat fi kwalunkwe żmien tas-sena, tippreżenta l-abbozzi ta' baġits emendatorji tagħha, fl-istess waqt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, f'April u/jew f'Awwissu. Hi tista' tehmeż opinjoni mat-talbiet mill-istituzzjonijiet l-oħrajn għal baġits emendatorji.
3. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddiskutuhom b'attenzjoni xierqa għall-urġenza tagħhom.
3. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddiskutuhom b'attenzjoni xierqa għall-urġenza tagħhom.
Emenda 91 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt a
(a) dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u l-infiq;
(a) dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u l-infiq waqt li ssir distinzjoni bejn l-operat u l-investiment;
Emenda 92 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.L-infiq amministrattiv għandu jiġi klassifikat kif ġej:
(a) infiq tal-persunal skont il-pjan stabbilit: irid ikun hemm ammont ta' approprjazzjonijiet u għadd ta' mpjiegi skont il-pjan tal-istabbiliment li jikkorispondu għall-infiq;
(b) l-infiq fuq il-persunal estern u nfiq ieħor imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 23(1) u ffinanzjat skont l-intestatura “amministrazzjoni” tal-qafas finanzjarju multiannwali;
(c) l-infiq fuq bini u nfiq relatat, inklużi tindif u manutenzjoni, kiri, telekomunikazzjonijiet, ilma, gass u elettriku;
d) persunal estern u għajnuna teknika marbuta direttament mal-implimentazzjoni tal-programmi.
L-infiq amministrattiv tal-Kummissjoni ta' tip li jkun komuni għal bosta titoli għandu jiġi stabbilit f'dikjarazzjoni fil-qosor separata kklassifikat skont it-tip.
Emenda 93 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 2 b (ġdid)
2b.Kull meta dan ikun possibbli u xieraq, l-artikoli u l-partiti għandhom jikkorrispondu għal operazzjonijiet individwali mwettqa fil-kuntest ta' ċerta attività individwali. Ir-regolament delegat imsemmi fl-Artikolu 199 għandu jistabbilixxi l-linji gwida għall-klassifikazzjoni ta' artikoli u partiti bl-għan li jintlaħqu l-ikbar trasparenza u l-konċiżjoni tal-baġit.
Emenda 94 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 2
Din ir-riżerva għandha tkun imħejjija qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja permezz ta' trasferiment b'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 21 u 23.
Din ir-riżerva għandha tkun imħejjija mill-aktar fis possibbli u qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja, l-ewwel nett permezz tar-riżerva għall-ħlasijiet u l-impenji, kif stabbilit fl-Artikolu 15(3a), jew permezz ta' trasferiment b'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 21 u 23.
Emendi95 u 287 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 1
1. Il-baġit għandu juri:
1. Il-baġit għandu juri:
(a) fir-rendikont ġenerali tad-dħul u tal-infiq:
(a) fir-rendikont ġenerali tad-dħul u tal-infiq:
(i) l-estimi tad-dħul tal-Unjoni għas-sena finanzjarja kkonċernata;
(i) l-estimi tad-dħul tal-Unjoni għas-sena finanzjarja kkonċernata;
(ii) l-estimi tad-dħul għas-sena finanzjarja preċedenti u d-dħul għas-sena n – 2;
(ii) l-estimi tad-dħul għas-sena finanzjarja preċedenti u d-dħul għas-sena n – 2;
(iii) l-appropjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet għas-sena finanzjarja kkonċernata;
(iii) l-appropjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet għas-sena finanzjarja kkonċernata;
(iv) l-approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet għas-sena finanzjarja preċedenti;
(iv) l-approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet għas-sena finanzjarja preċedenti;
(v) in-nefqa impenjata u n-nefqa mħallsa fis-sena n - 2,
(v) in-nefqa impenjata u n-nefqa mħallsa fis-sena n - 2, b'din tal-aħħar espressa wkoll bħala perċentwal tal-baġit;
(vi) rimarki xierqa dwar kull suddiviżjoni, kif imniżżel fl-Artikolu 41(1);
(vi) rimarki xierqa dwar kull suddiviżjoni, kif imniżżel fl-Artikolu 41(1);
(b) f'kull sezzjoni tal-baġit, id-dħul u l-infiq għandhom jintwerew fl-istess struttura bħal fil-punt (a);
(b) f'kull sezzjoni tal-baġit, id-dħul u l-infiq għandhom jintwerew fl-istess struttura bħal fil-punt (a);
(c) fir-rigward tal-persunal:
(c) fir-rigward tal-persunal:
(i) għal kull sezzjoni tal-budget, pjan tal-istabbiliment li jistabbilixxi n-numru ta' postijiet għal kull grad f'kull kategorija u f'kull wieħed mis-servizzi u n-numru ta' postijiet permanenti u temporanji awtorizzati fil-limiti tal-approprjazzjonijiet tal-budget;
(i) għal kull sezzjoni tal-baġit, pjan ta' stabbiliment li jipprovdi preżentazzjoni komprensiva tar-riżorsi umani kollha li tistabbilixxi n-numru ta' postijiet għal kull grad f'kull kategorija u f'kull wieħed mis-servizzi u n-numru ta' postijiet permanenti u temporanji awtorizzati fil-limiti tal-approprjazzjonijiet tal-baġit, akkumpanjat minn dokument li jippreżenta l-ekwivalenti full-time tal-aġenti kuntrattwali kif ukoll l-aġenti lokali;
(ii) pjan ta' stabbiliment għal persunal imħallas mill-approprjazzjonijiet għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku għal azzjoni diretta u pjan ta' istabbiliment għal persunal imħallas mill-istess approprjazzjonijiet għal azzjoni indiretta; il-pjan ta' istabbiliment għandu jkun ikklassifikat bil-kategorija u l-grad u għandu jiddistingwi bejn postijiet permanenti u temporanji, awtorizzati fil-limiti tal-approprjazzjonijiet tal-baġit;
(ii) pjan ta' stabbiliment għal persunal imħallas mill-approprjazzjonijiet għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku għal azzjoni diretta u pjan ta' istabbiliment għal persunal imħallas mill-istess approprjazzjonijiet għal azzjoni indiretta; il-pjan ta' istabbiliment għandu jkun ikklassifikat bil-kategorija u l-grad u għandu jiddistingwi bejn postijiet permanenti u temporanji, awtorizzati fil-limiti tal-approprjazzjonijiet tal-baġit;
rigward persunal xjentifiku u tekniku, il-klassifikazzjoni tista' tkun ibbażata fuq gruppi ta' gradi, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'kull baġit; il-pjan ta' stabbiliment għandu jispeċifika n-numru ta' persunal tekniku jew xjentifiku kwalifikat ħafna li huwa mogħti vantaġġi speċjali taħt id-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolamenti tal-Persunal;
(iii) rigward persunal xjentifiku u tekniku, il-klassifikazzjoni tista' tkun ibbażata fuq gruppi ta' gradi, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'kull baġit; il-pjan ta' stabbiliment għandu jispeċifika n-numru ta' persunal tekniku jew xjentifiku kwalifikat ħafna li huwa mogħti vantaġġi speċjali taħt id-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolamenti tal-Persunal;
(iv) pjan ta' stabbiliment li jistabbilixxi n-numru ta' postijiet bil-grad u bil-kategorija għal kull korp riferut fl-Artikolu 200 li jirċievi għotja ddebitata lill-baġit. Il-pjani ta' stabbiliment għandhom juru biswit in-numru ta' postijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja, in-numru awtorizzat tas-sena preċedenti;
(iv) pjan ta' stabbiliment li jistabbilixxi n-numru ta' postijiet bil-grad u bil-kategorija għal kull korp riferut fl-Artikolu 196b li jirċievi għotja ddebitata lill-baġit. Il-pjani ta' stabbiliment għandhom juru biswit in-numru ta' postijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja, in-numru awtorizzat tas-sena preċedenti;
(ca) fir-rigward ta' fondi mogħtija lil organizzazzjonijiet internazzjonali, f'dokument anness mas-sezzjoni tal-Kummissjoni:
(i) sommarju tal-kontribuzzjonijiet kollha, bl-ammonti mqassmin skont il-programm/fond tal-Unjoni u skont l-organizzazzjoni internazzjonali,
(ii) dikjarazzjoni tar-raġunijiet għaliex kien aktar effikaċi għall-Unjoni li tiffinanzja lil dawk l-organizzazzjonijiet internazzjonali minflok taġixxi hi direttament;
(d) fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-għoti u teħid ta' self:
(d) fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-għoti u teħid ta' self:
(i) fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul, il-linji tal-baġit li jikkorrespondu mal-operazzjonijiet relevanti u intiżi biex jirreġistraw xi rimborsi rċevuti minn benefiċjarji li inizjalment ikunu naqsu li jħallsu, li jwassal għall-attivazzjoni tal-garanzija għal eżekuzzjoni. Dawn il-linji għandhom ikollhom entrata “pro memoria” u jkunu akkumpanjati minn rimarki xierqa;
(i) fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul, il-linji tal-baġit li jikkorrespondu mal-operazzjonijiet relevanti, b'mod partikolari l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji (Artikoli 130, 131) u intiżi biex jirreġistraw xi rimborsi rċevuti minn benefiċjarji li inizjalment ikunu naqsu li jħallsu, li jwassal għall-attivazzjoni tal-garanzija għal eżekuzzjoni kif ukoll id-dħul dovut għall-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji. Dawn il-linji għandhom ikollhom entrata “pro memoria” u jkunu akkumpanjati minn rimarki xierqa;
(ii) fis-sezzjoni tal-Kummissjoni:
(ii) fis-sezzjoni tal-Kummissjoni:
- fil-linji tal-baġit li jkun fihom il-garanzija għal eżekuzzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-operazzjonijiet ikkonċernati. Dawn il-linji għandhom ikollhom entrata “pro memoria”, sakemm l-ebda imposta effettiva ma tkun ġiet koperta b'riżorsi definittivi li jkunu oriġinaw;
- fil-linji tal-baġit li jkun fihom il-garanzija għal eżekuzzjoni u l-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni fir-rigward tal-operazzjonijiet ikkonċernati. Dawn il-linji għandhom ikollhom entrata “pro memoria”, sakemm l-ebda imposta effettiva ma tkun ġiet koperta b'riżorsi definittivi li jkunu oriġinaw;
- rimarki li jgħatu r-referenza għall-att bażiku u għall-volum tal-operazzjonijiet intiżi, it-tul taż-żmien u l-garanzija finanzjarja mogħtija mill-Unjoni fir-rigward ta' dawn l-operazzjonijiet;
- rimarki li jagħtu r-referenza għall-att bażiku u għall-volum tal-operazzjonijiet intiżi, it-tul taż-żmien u l-garanzija finanzjarja mogħtija, jew strument finanzjarju ieħor implimentat mill-Unjoni fir-rigward ta' dawn l-operazzjonijiet;
- kalkolu komprensiv tar-rata ta' fondi ġenerali dedikati għall-istrumenti finanzjarji b'rabta mal-baġit tal-Unjoni;
(iii) f'dokument anness mas-sezzjoni tal-Kummissjoni, bħala indikazzjoni:
(iii) f'dokument anness mas-sezzjoni tal-Kummissjoni, bħala indikazzjoni:
- il-parteċipazzjoni kollha tal-ekwità permezz ta' strumenti finanzjarji jew sħubiji pubbliċi-privati li għandhom ikunu akkumpanjati minn rimarki speċifiċi dwar il-prestazzjoni tagħhom;
- l-operazzjoni kapitali kurrenti u l-amministrazzjoni tad-dejn;
- l-operazzjoni kapitali kurrenti u l-amministrazzjoni tad-dejn;
- l-operazzjonijiet kapitali u l-ġestjoni tad-dejn għas-sena finanzjarja kkonċernata;
- l-operazzjonijiet kapitali u l-ġestjoni tad-dejn għas-sena finanzjarja kkonċernata;
(e) l-ammont totali tal-infiq tal-PESK għandu jiddaħħal f'kapitolu wieħed tal-baġit, intitolat PESK, b'artikoli tal-baġit speċifiċi. Dawk l-artikoli għandhom ikopru l-infiq tal-PESK u għandhom jinkludu linji baġitarji speċifiċi li jidentifikaw mill-inqas il-missjonijiet ewlenin individwali;
(e) l-ammont totali tal-infiq tal-PESK għandu jiddaħħal f'kapitolu wieħed tal-baġit, intitolat PESK, b'artikoli tal-baġit speċifiċi. Dawk l-artikoli għandhom ikopru l-infiq tal-PESK u għandhom jinkludu linja baġitarja speċifika għal kull missjoni.
(ea) kull dħul u nfiq mill-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp rispettivi għandu jiddaħħal taħt intestatura tal-baġit speċjali fit-taqsima tal-Kummissjoni.
Emenda 281 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b
(b) li l-limitu tan-numru totali ta' postijiet awtorizzat minn kull pjan ta' stabbiliment ma jkunx maqbuż.
(b) li l-istituzzjoni jew entità tkun ħadet sehem f'eżerċizzju ta' benchmarking ma' entitajiet oħra tal-Unjoni u istituzzjonijiet oħra li nbeda bl-eżerċizzju ta' screening tal-istaff mill-Kummissjoni.
Emenda 96 Proposta għal regolament Artikolu 49
Artikolu 49
Artikolu 49
Fejn bl-implimentazzjoni ta' att tal-Unjoni l-approprjazzjonijiet disponibbli fil-baġit jew l-allokazzjonijiet disponibbli fil-qafas finanzjarju multiannwali jinqabżu, dan l-att jista' jiġi implimentat f'termini finanzjarji biss wara li l-baġit ikun ġie emendat u, jekk neċessarju, wara li l-qafas finanzjarju jkun ġie rivedut b'mod xieraq.
Fejn bl-implimentazzjoni ta' att tal-Unjoni l-approprjazzjonijiet disponibbli fil-baġit jew l-allokazzjonijiet disponibbli fil-qafas finanzjarju multiannwali jinqabżu, dan l-att jista' jiġi implimentat f'termini finanzjarji biss wara li l-baġit ikun ġie emendat u, jekk neċessarju, wara li l-qafas finanzjarju jkun ġie rivedut b'mod xieraq. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, u minkejja l-Artikolu 4(2), għandu jitqies li jeżisti att tal-Unjoni meta operazzjonijiet ta' għoti jew ta' teħid ta' self jaffettwaw il-marġni globali tal-MFF (Artikolu 9(4)) ta' kwalunkwe sena preżenti jew futura li għaliha japplika l-qafas finanzjarju multiannwali.
Emenda 97 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 2
2. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw mal-Kummissjoni hekk li l-approprjazzjonijiet ikunu użati f'konformità mal-prinċipju ta' amministrazzjoni finanzjarja tajba.
2. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw mal-Kummissjoni hekk li l-approprjazzjonijiet ikunu użati f'konformità mal-prinċipju ta' amministrazzjoni finanzjarja tajba u għandhom iwettqu d-dmirijiet tagħhom ta' kontroll u ta' verifika bi qbil mal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Att bażiku huwa att legali li jipprovdi bażi legali għall-azzjoni u għall-implimentazzjoni tan-nefqa korrispondenti mdaħħla fil-baġit.
Att bażiku huwa att legali li jipprovdi bażi legali għall-azzjoni u għall-implimentazzjoni tan-nefqa korrispondenti mdaħħla fil-baġit. Japplika l-Artikolu 2.
Emenda 99 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 3
3. F'applikazzjoni tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, att bażiku jista' jieħu waħda mill-forom speċifikati fl-Artikoli 26(2), 28(1), 29, 31(2), 33 u 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
3. F'applikazzjoni tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (minn hawn “l isfel ”TUE“), att bażiku jista” jieħu waħda mill-forom li ġejjin:
-Deċiżjoni tal-Kunsill meħtieġa għad-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika estera u ta' sigurtà komuni (Artikolu 26(2) TUE);
-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-azzjoni operattiva meħtieġa mis-sitwazzjoni internazzjonali (Artikolu 28(1) TUE);
-Deċiżjoni tal-Kunsill li tiddefinixxi l-approċċ tal-Unjoni għal kwistjoni partikolari ta' natura ġeografika jew tematika (Artikolu 29 TUE);
-Deċiżjonijiet tal-Kunsill li jiddefinixxu azzjoni jew pożizzjoni tal-Unjoni, jew li jimplimentaw din l-azzjoni jew pożizzjoni (Artikolu 31(2) mill-1 sat-3 inċiż TUE) jew dwar il-ħatra ta' rappreżentant speċjali (Artikolu 31(2) ir-4 inċiż, Art. 33 TUE);
- konklużjoni ta' ftehimiet ma' stat jew organizzazzjoni internazzjonali waħda jew iżjed (Artikolu 37 TUE).
Emenda 100 Proposta għal regolament Artikolu 51 - paragrafu 5 - punt b - subparagrafi 2a u 2b (ġodda)
L-ammont totali ta' appropjazzjonijiet għall-iskemi sperimentali msemmija fil-punt (a) ma jistax ikun ikbar minn EUR 40 miljun fl-ebda sena tal-baġit.
L-ammont totali ta' approprjazzjonijiet għal azzjonijiet preparatorji ġodda msemmijia fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt ma jistax ikun ikbar minn EUR 50 miljun fl-ebda sena tal-baġit, u l-ammont totali tal-approprjazzjonijiet effettivament marbutin għall-azzjonijiet preparatorji ma jistgħux jaqbżu l-EUR 100 miljun;
Emenda 101 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 5 – punt c
(c) approprjazzjonijiet għal miżuri preparatorji fil-qasam tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dawn il-miżuri għandhom ikunu limitati għal perijodu qasir ta' żmien u għandhom ikunu mfasslin biex jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-azzjoni ta' l-Unjoni Ewropea biex jitwettqu l-objettivi tal-CFSP u għall-adozzjoni ta' l-istrumenti legali meħtieġa;
(c) approprjazzjonijiet għal miżuri preparatorji fil-qasam tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (rigward id-Dispożizzjonijiet Ġenerali dwar l-Azzjoni Esterna tal-Unjoni u Dispożizzjonijiet Speċifiċi dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni). Dawn il-miżuri għandhom ikunu limitati għal perijodu qasir ta' żmien u għandhom ikunu mfasslin biex jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-azzjoni ta' l-Unjoni Ewropea biex jitwettqu l-objettivi tal-CFSP u għall-adozzjoni ta' l-istrumenti legali meħtieġa;
Għall-fini tal-operazzjonijiet ta' ġestjoni tal-kriżijiet tal-UE, il-miżuri preparatorji huma mfasslin fost l-oħrajn biex jivvalutaw il-ħtiġijiet operattivi, jipprovdu għal skjerament inizjali mgħaġġel tar-riżorsi, jew jistabbilixxu l-kundizzjonijiet fil-post għall-varar tal-operazzjoni.
Għall-fini tal-operazzjonijiet ta' ġestjoni tal-kriżijiet tal-UE, il-miżuri preparatorji huma mfasslin fost l-oħrajn biex jivvalutaw il-ħtiġijiet operattivi, jipprovdu għal skjerament inizjali mgħaġġel tar-riżorsi, jew jistabbilixxu l-kundizzjonijiet fil-post għall-varar tal-operazzjoni.
Miżuri preparatorji għandhom jiġu deċiżi mill-Kunsill, fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà.
Miżuri preparatorji għandhom jiġu deċiżi mill-Kunsill, f'assoċjazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni, u l-Parlament Ewropew għandu jiġi kkonsultat fi żmien raġonevoli minn qabel u għandu jkun mgħarraf fid-dettall dwar il-miżuri preparatorji, b'mod partikulari dawk li jikkonċernaw l-azzjonijiet tal-PESK u tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni.
Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni rapida tal-miżuri preparatorji, ir-Rappreżentant Għoli għandu jinforma lill-Kummissjoni kmieni kemm jista' jkun dwar l-intenzjoni tal-Kunsill li jniedi miżura preparatorja u b'mod partikolari r-riżorsi meħtieġa stmati għal dan l-għan. F'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat ħlas mgħaġġel tal-fondi.
Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni rapida tal-miżuri preparatorji, ir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni kmieni kemm jista' jkun dwar l-intenzjoni tal-Kunsill li jniedi miżura preparatorja u b'mod partikolari r-riżorsi meħtieġa stmati għal dan l-għan. F'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat ħlas mgħaġġel tal-fondi;
Emenda 102 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 1
1. L-atturi finanzjarji kollha u kwalunkwe persuna oħra involuta fl-implimentazzjoni, il-ġestjoni, l-awditu jew il-kontroll għandhom ikunu pprojbiti milli jieħdu kwalunkwe azzjoni li tista' ġġib l-interessi tagħhom f'kunflitt ma' dawk tal-Unjoni. Jekk jiġri dan, il-persuna inkwistjoni għandha tieqaf minn tali azzjonijiet u għandha tirreferi l-kwistjoni lill-awtorità kompetenti.
1. L-atturi finanzjarji kollha u kwalunkwe persuna oħra involuta fl-implimentazzjoni u fil-ġestjoni, l-awditu jew il-kontroll għandhom ikunu pprojbiti milli jieħdu kwalunkwe azzjoni li tista' ġġib l-interessi tagħhom f'kunflitt ma' dawk tal-Unjoni. Jekk jiġri dan, il-persuna inkwistjoni għandha tieqaf minn tali azzjonijiet u għandha tirreferi l-kwistjoni lill-persuna direttament fuqha li għandha tikkonferma bil-miktub jekk jeżistix kunflitt ta' interess. Meta jinstab li jeżisti kunflitt ta' interess, il-persuna soġġetta għal dan il-kunflitt għandha twaqqaf l-attivitajiet kollha tagħha fil-kwistjoni pendenti. Il-persuna ta' fuqha għandha personalment tieħu kwalunkwe pass ulterjuri li jkun meħtieġ.
Emenda 103 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 2
2. Ikun hemm konflitt ta' interessi fejn l-eżerċizzju imparzjali u oġġettiv tal-funzjonijiet ta' attur finanzjarju jew ta' persuna oħra, kif jissemma fil-paragrafu 1, ikun kompromess għal raġunijiet li jinvolvu l-familja, il-ħajja emozzjonali, l-affinità politika jew nazzjonali, l-interess ekonomiku jew kwalunkwe interess ieħor kondiviż mal-benefiċjarju.
2. Ikun hemm konflitt ta' interessi fejn l-eżerċizzju imparzjali u oġġettiv tal-funzjonijiet ta' attur finanzjarju jew ta' persuna oħra, kif jissemma fil-paragrafu 1, ikun jew jista' fil-perċezzjoni pubblika jkun kompromess għal raġunijiet li jinvolvu l-familja, il-ħajja emozzjonali, l-affinità politika jew nazzjonali, l-interess ekonomiku jew kwalunkwe interess ieħor kondiviż mal-benefiċjarju.
Azzjonijiet li jistgħu jkunu pperikolati minn kunflitt ta' interess jistgħu jieħdu, inter alia, waħda mill-forom li ġejjin:
(a) għoti ta' vantaġġi diretti jew indiretti inġustifikati lill-persuna nnifisha jew lil kwalunkwe parti terza relatata bid-demm, nisel jew kwalunkwe proprjetà speċifika oħra;
(b) rifjut li benefiċjarju potenzjali, riċevitur, kandidat jew applikant f'sejħa għal offerti jingħata d-drittijiet jew il-vantaġġi dovuti lilu jew għoti ta' dawn id-drittijiet jew vantaġġi f'forma esaġerata;
(c) għemil ta' atti li m'għandhomx isiru jew atti ħżiena jew nuqqas ta' għemil ta' atti li huma obbligatorji.
Kunflitt ta' interess għandu jitqies bħala li jeżisti meta benefiċjarju potenzjali, applikant, kandidat jew applikant f'sejħa għal offerti jkun membru tal-persunal kopert mir-Regolamenti tal-Persunal, aġent kuntrattwali, aġent lokali jew espert nazzjonali misluf.
Emenda 104 Proposta għal regolament Artikolu 55 – paragrafu 1 – punt a
(a) permezz tad-dipartimenti tagħha, permezz tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, f'konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 53, jew permezz ta' aġenziji eżekuttivi msemmija fl-Artikolu 59;
(a) permezz tad-dipartimenti tagħha, permezz tal-persunal tagħha fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni taħt is-superviżjoni tal-Kap ta' Delegazzjoni rispettiv, f'konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 53, jew permezz ta' aġenziji eżekuttivi msemmija fl-Artikolu 59;
Emenda 105 Proposta għal regolament Artikolu 55 – paragrafu 1 – punt b
(b) indirettament, f'ġestjoni maqsuma ma' Stati Membri jew billi tafda kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit lil:
(b) indirettament, f'ġestjoni maqsuma ma' Stati Membri jew, suġġett għal dispożizzjoni speċifika fl-att bażiku li għandu wkoll jistabbilixxi, barra fil-każijiet tal-punt (i) u (iv) it-tipi ta' sħab ta' implimentazzjoni u t-tipi ta' operazzjonijiet, billi tafda ċerti kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit speċifiċi lil:
(i) pajjiżi terzi jew il-korpi nnominati minnhom;
(i) pajjiżi terzi jew il-korpi nnominati minnhom;
(ii) organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom;
(ii) organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom;
(iii) istituzzjonijiet finanzjarji fdati bl-implimentazzjoni ta' Strumenti Finanzjarji skont it-Titolu VIII;
(iv) il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment jew kwalunkwe sussidjarja oħra tal-Bank;
(iv) il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment;
(v) korpi msemmija fl-Artikoli 200 u 201;
(v) korpi msemmija fl-Artikoli 196b u 196c;
(vi) korpi tad-dritt pubbliku rregolati mid-dritt privat b'missjoni ta' servizz pubbliku safejn dawn tal-aħħar jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
(vi) korpi tad-dritt pubbliku rregolati mid-dritt privat b'missjoni ta' servizz pubbliku safejn dawn tal-aħħar jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
(vii) korpi rregolati mil-liġi privata ta' Stat Membru, fdati bl-implimentazzjoni ta' sħubija pubblika u privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
(viii) persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 51 ta' dan ir-Regolament.
(viii) persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 51 ta' dan ir-Regolament.
Il-Kummissjoni tibqa' responsabbli mill-implimentazzjoni tal-baġit (Artikolu 317 TFUE) u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-operazzjonijiet imwettqa mill-entitajiet skont il-punti (i) sa (viii). Id-dikjarazzjoni finanzjarja (Artikolu 27) għandha tipprovdi ġustifikazzjoni kompluta għall-għażla ta' entità partikolari skont il-punti (i) sa (viii).
Emenda 106 Proposta għal regolament Artikolu 55 – paragrafu 1 a (ġdid)
1a.Id-deċiżjoni ta' finanzjament li għandha tkun annessa mar-rapport tal-attività annwali (Artikolu 63(9)) għandha tispeċifika l-objettiv segwit, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta' implimentazzjoni u l-ammont totali tal-pjan ta' finanzjament. Għandu jkun fiha wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom ikunu ffinanzjati u indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni, u kalendarju indikattiv tal-implimentazzjoni.
F'każ ta' ġestjoni indiretta, għandha tispeċifika wkoll is-sħab ta' implimentazzjoni magħżul, il-kriterji użati u l-kompiti fdati lilu.
Emenda 107 Proposta għal regolament Artikolu 55 – paragrafu 1 b (ġdid)
1b.L-entitajiet u l-persuni mniżżla fil-punti (i) sa (viii) tal-paragrafu 1(b) għandhom jikkooperaw bis-sħiħ fil-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri kif ukoll l-OLAF f'kull każ għandhom id-dritt li jeżerċitaw b'mod komprensiv il-kompetenzi tagħhom skont it-TFUE fil-verifika tal-fondi ġestiti b'dan il-mod.
Il-Kummissjoni għandha tagħmel it-twettiq tal-kompiti ta' implimentazzjoni soġġett għall-kundizzjoni tal-eżistenza ta' proċeduri ta' reviżjoni ġudizzjarja trasparenti, mhux diskriminatorji, effiċjenti u effettivi fir-rigward tal-implimentazzjoni attwali ta' dawn il-kompiti jew it-twettiq ta' pjan ta' azzjoni għat-tisħiħ ta' proċeduri bħal dawn.
Lista ta' entitajiet u persuni fdati b'ċerti kompiti ta' implimentazzjoni speċifikati għandha tinżamm mill-uffiċjal għall-kontabilità u tiġi annessa mal-kontijiet annwali. Il-ftehimiet kollha konklużi ma' entitajiet u persuni bħal dawn għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità baġitarja fuq talba ta' din.
Entitajiet u persuni mniżżla fil-punti (i) sa (viii) tal-paragrafu 1(b) li lilhom jiġu delegati l-kompiti ta' implimentazzjoni għandhom jiżguraw, f'konformità ma' l-Artikolu 31(2), il-pubblikazzjoni annwali ex post adegwata tal-benefiċjarji tal-fondi li ġejjin mill-baġit. Il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata bil-miżuri li jittieħdu.
Emenda 108 Proposta għal regolament Artikolu 56 – paragrafu 1
Responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tal-baġit f'ġestjoni maqsuma
1. L-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, it-trasparenza u n-non-diskriminazzjoni u jiżguraw il-viżibilità tal-azzjoni tal-Unjoni meta jamministraw fondi tal-Unjoni. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, l-Istati Membri għandhom iwettqu l-obbligi tal-kontroll u l-awditjar u jassumu r-responsabbiltajiet li jirriżultaw u li huma stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dispożizzjonijiet kumplimentari jistgħu jiġu stabbiliti f'regoli speċifiċi għas-setturi.
1. Meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit b'ġestjoni maqsuma, il-kompiti implimentattivi għandhom ikunu delegati lill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, it-trasparenza u n-non-diskriminazzjoni u jiżguraw il-viżibilità tal-azzjoni tal-Unjoni meta jamministraw fondi tal-Unjoni. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwettqu l-obbligi tal-kontroll u l-awditjar rispettivi tagħhom u jassumu r-responsabbiltajiet li jirriżultaw u li huma stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dispożizzjonijiet kumplimentari għandhom jiġu stabbiliti f'regoli speċifiċi għas-setturi.
Emenda 109 Proposta għal regolament Artikolu 56 – paragrafu 2
Dmirijiet speċifiċi tal-Istati Membri
2. L-Istati Membri għandhom iwaqqfu, isibu u jikkoreġu irregolaritajiet u frodi meta jkunu qed jeżegwixxu kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit. Sabiex jagħmlu dan huma għandhom iwettqu kontrolli ex ante u ex post inkluż, fejn xieraq, kontrolli fuq il-post, sabiex jiżguraw li l-azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit ikunu verament qed jitwettqu u jiġu implimentati b'mod korrett, jirkupraw fondi li ma kellhomx jitħallsu u jressqu proċedimenti legali jekk meħtieġ
2. L-Istati Membri, meta jkunu qed iwettqu l-kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit, għandhom jieħdu l-miżuri leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi kollha jew miżuri oħrajn meħtieġa għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b'mod partikolari:
(a) jieħdu s-sodisfazzjon li l-azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit fil-fatt jitwettqu u jiżguraw li jiġu implimentati kif suppost, u għal dak il-għan jakkreditaw u jissorveljaw entitajiet responsabbli mill-ġestjoni u l-kontroll tal-fondi tal-Unjoni;
(b) jipprevjenu, jiskopru u jikkoreġu irregolaritajiet u frodi.
Għal dan il-għan, huma għandhom iwettqu, bi qbil mal-prinċipju tal-proporzjonalità, u f'konformità mal-paragrafi 2(a), 3 sa 5, kif ukoll mar-regoli rilevanti speċifiċi għas-setturi, kontrolli ex ante u ex post inkluż, fejn xieraq, kontrolli fuq il-post fir-rigward ta' kampjuni rappreżentattivi tat-tranżazzjonijiet. Huma għandhom jirkupraw ukoll fondi li ma kellhomx jitħallsu u jressqu proċedimenti legali jekk meħtieġ. Il-Kummissjoni tista' tivvaluta s-sistemi stabbiliti fl-Istati Membri fir-rigward tal-valutazzjonijiet tar-riskju tagħhom jew fl-applikazzjoni tar-regoli speċifiċi għas-setturi.
Sakemm l-Istati Membri jiżvelaw żbalji u / jew irregolaritajiet li huma jiskopru immedjatament lill-Kummissjoni u jsibu rimedju għalihom, partikolarment billi jirkupraw kwalunkwe ammont imħallas meta dan ma kellux isir, huma se jkunu eżentati minn korrezzjonijiet finanzjarji rigward tali żbalji u / jew irregolaritajiet saż-żmien tal-iżvelar.
L-Istati Membri għandhom jimponu penali effettivi, dissważivi u proporzjonati fuq il-benefiċjarji kif stipulat fir-regoli speċifiċi għas-setturi u fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.
L-Istati Membri għandhom jimponu penali effettivi, dissważivi u proporzjonati fuq il-benefiċjarji fejn stipulat fir-regoli speċifiċi għas-setturi u f'dispożizzjonijiet speċifiċi fil-leġislazzjoni nazzjonali.
Emenda 110 Proposta għal regolament Artikolu 56 – paragrafu 3
Rwol u kompetenzi tal-awtorità responsabbli mill-akkreditament
3. F'konformità mar-regoli speċifiċi għas-setturi, l-Istati Membri għandhom jakkreditaw korp wieħed jew aktar tas-settur pubbliku li għandu jkun unikament responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll tajba tal-fondi, li għalihom tkun ingħatat l-akkreditazzjoni. Dan għandu jkun bla ħsara għall-possibilità li dawk il-korpi jwettqu ħidmiet li ma jkunux relatati mal-ġestjoni tal-fondi tal-UE jew jafdaw xi wħud mill-kompiti tagħhom lil korpi oħra.
3. F'konformità mal-kriterji u mal-proċeduri mniżżla fir-regoli speċifiċi għas-setturi, l-Istati Membri għandhom jakkreditaw korpi li għandhom ikunu responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll intern tal-fondi tal-Unjoni li jkunu ġew ikkreditati. Dan għandu jkun bla ħsara għall-possibilità li dawk il-korpi jwettqu ħidmiet li ma jkunux relatati mal-ġestjoni tal-fondi tal-UE jew jafdaw xi wħud mill-kompiti tagħhom lil korpi oħra. L-awtorità responsabbli mill-akkreditament għandha tkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-konformità tal-korpi akkreditati mal-kriterji tal-akkreditament, fuq il-bażi ta' verifiki u riżultati tal-kontrolli eżistenti. Hija għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li jinstab rimedju għan-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-kompiti li ngħataw mill-entitajiet li tkun akkreditat, inkluż is-sospensjoni u l-irtirar tal-akkreditament. Ir-rwol tal-Kummissjoni fil-proċess ta' akkreditament li għalih japplika l-paragrafu 2 għandu jiġi definit ulterjorment fir-regoli speċifiċi għas-setturi billi jitqies ir-riskju fil-qasam politiku kkonċernat.
L-akkreditament għandu jingħata minn awtorità ta' Stat Membru f'konformità ma' regoli speċifiċi għas-setturi li jiżguraw li l-korp ikun kapaċi jamministra l-fondi tajjeb. Ir-regoli speċifiċi għas-setturi għandhom ukoll jiddefinixxu rwol għall-Kummissjoni fil-proċess tal-akkreditament.
L-awtorità responsabbli mill-akkreditazzjoni għandha tkun responsabbli għas-supervizjoni tal-korp u sabiex tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġu rrimedjati nuqqasijiet fl-operat tiegħu, inkluż is-sospensjoni u l-irtirar tal-akkreditazzjoni.
Emenda 111 Proposta għal regolament Artikolu 56 – paragrafu 4
Rwol u kompetenzi tal-korp akkreditat
4. Korpi akkreditati skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandhom:
4. L-Istati Membri f'livell xieraq, permezz ta' korpi akkreditati skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandhom:
(a) jistabbilixxu sistema effettiva u effiċjenti ta' kontroll intern u jiżguraw il-funzjonament tagħha;
(a) jistabbilixxu sistema effettiva u effiċjenti ta' kontroll intern u jiżguraw il-funzjonament tagħha;
(b) jużaw sistema ta' kontijiet annwali li tipprovdi informazzjoni preċiża, sħiħa u affidabbli mingħajr dewmien;
(b) jużaw sistema ta' kontijiet annwali li tipprovdi informazzjoni preċiża, sħiħa u affidabbli mingħajr dewmien;
(c) ikunu suġġetti għal awditjar indipendenti estern, imwettaq skont l-istandards tal-awditu aċċettati internazzjonalment minn servizz tal-awditu funzjonalment indipendenti mill-korp akkreditat;
(c) jipprovdu d-data u l-informazzjoni rikjesti skont il-paragrafu 5;
(d) jiżguraw, f'konformità mal-Artikolu 31(2), il-pubblikazzjoni ex post kull sena tal-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni;
(d) jiżguraw li jiġu ppubblikati ex post il-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni bi qbil mal-Artikolu 31(2); Kull ipproċessar ta' data personali għandha tkun konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.
(f) jiżguraw protezzjoni tad-data personali li tkun tissodisfa l-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE.
Emenda 112 Proposta għal regolament Artikolu 56 – paragrafu 5
Kontenut, kalendarju u awditjar tad-data rrapportata mill-korpi akkreditati
5. Korpi akkreditati skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni sal-1 ta' Frar tas-sena finanzjarja ta' wara b'dan li ġej:
5. Korpi akkreditati skont il-paragrafu 3 għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni sal-1 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara b'dan li ġej:
(a) il-kontijiet tagħhom imħejjija għall-infiq magħmul fl-eżekuzzjoni tal-kompiti fdati lilhom;
(a) il-kontijiet annwali tal-korpi akkreditati dwar in-nefqa li tkun saret fl-eżekuzzjoni tad-dmirijiet fdati lilhom, u li jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għar-rimborż, inklużi l-ħlasijiet fuq kontijiet u somom li għalihom għaddejjin jew intemmu proċeduri għall-irkupru. Din l-informazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni tar-responsabbiltajiet ta' ġestjoni li tikkonferma li, fl-opinjoni ta' dawk inkarigati mill-ġestjoni tal-fondi:
- din l-informazzjoni hija ppreżentata kif suppost, kompluta u preċiża;
- in-nefqa ntużat għall-iskop intenzjonat tagħha, kif definit mir-regoli speċifiċi għas-setturi;
- il-proċeduri ta' kontroll stabbiliti jagħtu l-garanziji neċessarji fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti. anness għad-dikjarazzjoni għandu jippreżenta r-rata ta' żball għal kull fond u analiżi tal-iżbalji kif ukoll riżervi, meta dan ikun applikabbli;
(b) taqsira tar-riżultati tal-awditi u kontrolli kollha mwettqa, inkluża analiżi tan-nuqqasijiet sistematiċi jew rikorrenti u wkoll l-azzjonijiet korrettivi meħuda jew ippjanati;
(b) taqsira tar-rapporti finali tal-awditjar disponibbli u sommarju tal-kontrolli mwettqa, inkluża analiżi tan-nuqqasijiet rikorrenti jew sistemiċi, u wkoll l-azzjonijiet korrettivi meħuda jew ippjanati u r-riżultati tagħhom.
(c) dikjarazzjoni tal-assigurazzjoni mill-ġestjoni fir-rigward tal-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet, il-funzjonament korrett tas-sistemi tal-kontroll intern, kif ukoll fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti u r-rispett għall-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba;
Il-kontijiet annwali msemmija taħt il-punt (a) u s-sommarju msemmi taħt il-punt (b) għandhom ikunu akkumpanjati minn opinjoni ta' korp indipendenti tal-awditjar, imfassal skont l-istandards tal-awditjar aċċettati fuq livell internazzjonali, dwar jekk l-informazzjoni kontabbli tagħtix stampa vera u ġusta, u n-nefqa li għaliha ntalab rimbors mill-Kummissjoni hijiex legali u regolari kif ukoll dwar il-funzjonament korrett tal-sistemi ta' kontroll stabbiliti. Din l-opinjoni għandha tafferma jekk l-eżami jitfax dubju fuq l-asserzjonijiet li jkunu saru fid-dikjarazzjoni tar-responsabbiltajiet ta' ġestjoni. L-Anness mal-opinjoni għandu jippreżenta r-rata ta' żball għal kull fond u analiżi tal-iżbalji kif ukoll riżervi.
(d) l-opinjoni ta' korp indipendenti tal-awditjar dwar id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tal-ġestjoni msemmija fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu, li tkopri l-elementi kollha tagħha.
Jekk Stat Membru jkun akkredita aktar minn korp wieħed għal kull qasam ta' politika, huwa għandu sal-15 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara jipprovdi lill-Kummissjoni b'rapport ta' sinteżi li jikkonsisti f'ħarsa globali lejn id-dikjarazzjonijiet tal-assigurazzjoni kollha tal-ġestjoni u l-opinjonijiet indipendenti tal-awditjar korrispondenti, imħejjija għall-qasam ta' politika kkonċernat.
Jekk Stat Membru jkun akkredita aktar minn korp wieħed b'responsabilità għall-ġestjoni tal-fondi għal kull qasam ta' politika, huwa għandu sal-15 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara jipprovdi lill-Kummissjoni b'rapport ta' sinteżi li jikkonsisti f'ħarsa globali lejn id-dikjarazzjonijiet tal-assigurazzjoni kollha tal-ġestjoni u l-opinjonijiet indipendenti tal-awditjar korrispondenti, imħejjija għall-qasam ta' politika kkonċernat.
L-Istati Membri għandhom, fil-livell xieraq, jippubblikaw din l-informazzjoni mhux iktar tard minn 6 xhur wara li jagħtu dawn id-dokumenti lill-Kummissjoni.
Emenda 113 Proposta għal regolament Artikolu 56 – paragrafu 6
Dmirijiet speċifiċi tal-Kummissjoni
6. Il-Kummissjoni għandha:
6. Sabiex tiżgura li l-fondi jintużaw skont ir-regoli applikabbli, il-Kummissjoni għandha:
(-a) tissorvelja l-mod li bih l-Istati Membri jissodisfaw ir-responsabbiltajiet tagħhom, b'mod partikolari billi jwettqu l-awditjar matul l-implimentazzjoni tal-programm;
(a) tapplika proċeduri għall-approvazzjoni finanzjarja mingħajr dewmien tal-kontijiet tal-korpi akkreditati, fejn tiżgura li l-kontijiet ikunu kompluti, preċiżi u veri u li jippermettu proċessar mingħajr dewmien ta' każijiet ta' irregolarità;
(a) tapplika proċeduri għall-approvazzjoni finanzjarja mingħajr dewmien tal-kontijiet tal-korpi akkreditati, fejn tistabbilixxi jekk il-kontijiet ikunu kompluti, preċiżi u veri jew le;
(b) teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni nfiq li l-ħlasijiet għalih saru bi ksur tal-liġi tal-Unjoni.
(b) teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni nfiq li l-iżborżamenti għalih saru bi ksur tal-liġi tal-Unjoni;
(ba) tinterrompi l-iskadenzi tal-ħlas jew tissospendi ħlasijiet f'każ ta' nuqqasijiet sinifikanti fis-superviżjoni ta' Stat Membru jew fil-funzjonament ta' entità akkreditata skont il-paragrafu 3, f'każ li ma jittieħdux azzjonijiet prerekwiżiti b'mod immedjat.
Regoli speċifiċi għas-setturi għandhom jirregolaw il-kundizzjonijiet li taħthom il-ħlasijiet lill-Istati Membri jistgħu jiġu sospiżi mill-Kummissjoni jew interrotti mill-uffiċjal awtorizzanti b'delega.
Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tneħħi parti tal-interruzzjoni jew is-suspensjoni fuq il-ħlasijiet wara li Stat Membri jkun ippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu. Ir-rapport annwali tal-attività tal-uffiċjal awtorizzanti kompetenti b'delega tal-Kummissjoni għandu jirrapporta dwar l-obbligi kollha taħt dan il-paragrafu.
Emenda 114 Proposta għal regolament Artikolu 56 – paragrafu 6 a (ġdid)
Dispożizzjoni speċifika għall-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea
6a.Ir-regoli speċifiċi għas-setturi għandhom iqisu l-ħtiġijiet tal-programmi ta' Kooperazzjoni Territorjali Ewropea partikolarment rigward il-kontenut tad-dikjarazzjoni ta' ġestjoni annwali, il-proċess ta' akkreditament u l-funzjoni tal-awditjar.
Emenda 115 Proposta għal regolament Artikolu 56 – paragrafu 6 b (ġdid)
Dikjarazzjonijiet tal-assigurazzjoni nazzjonali
6b.L-Istati Membri għandhom jipprovdu dikjarazzjoni nazzjonali dwar in-nefqa li ssir fl-ambitu tal-metodu ta' ġestjoni maqsuma. Tali dikjarazzjoni għandha tiġi ffirmata fil-livell ministerjali adegwat, u tkun ibbażata fuq l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-paragrafu 5(c), u għandha tal-inqas tkopri l-funzjonament effikaċi tas-sistemi ta' kontroll intern fis-seħħ u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet involuti. Għandha tkun soġġetta għall-opinjoni ta' entità ta' awditjar indipendenti u għandha tkun ipprovduta lill-Kummissjoni sal-15 ta' Marzu tas-sena wara s-sena finanzjarja kkonċernata.
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Kumitat ta' Kuntatt tal-Istituzzjonijiet Supremi ta' Awditjar tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu kkonsultati dwar il-linji gwida għall-istabbiliment ta' dikjarazzjonijiet nazzjonali bħal dawn.
Meta Stat Membri jkun ipprovda dikjarazzjoni nazzjonali bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq, din għandha titqies fl-istabbiliment tal-istrateġiji tal-awditjar u kontroll tal-Kummissjoni skont il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu u l-istabbiliment ta' riskju fil-livell tal-Istati Membri bi qbil mal-Artikolu 29; hija għandha titressaq quddiem l-awtorità baġitarja b'applikazzjoni tal-Artikolu 63(9) mutatis mutandis.
Emenda 116 Proposta għal regolament Artikolu 57 – paragrafu 1
1. Entitajiet u persuni fdati bi dmirijiet tal-implimentazzjoni tal-baġit skont il-punt (b) tal-Artikolu 55(1) għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-ġestjoni finanzarja tajba, it-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni u jiżguraw il-viżibilità tal-azzjoni tal-Unjoni meta jamministraw il-fondi tal-Unjoni. Huma għandhom jiggarantixxu livell ta' protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni ekwivalenti għal dak mitlub taħt dan ir-Regolament meta jamministraw il-fondi tal-Unjoni, b'kunsiderazzjoni xierqa għal dawn li ġejjin:
1. Entitajiet u persuni minbarra l-Istati Membri fdati bi dmirijiet tal-implimentazzjoni tal-baġit skont il-punt (b) tal-Artikolu 55(1) għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-ġestjoni finanzarja tajba, it-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni u jiżguraw il-viżibilità tal-azzjoni tal-Unjoni meta jamministraw il-fondi tal-Unjoni. Huma għandhom jiggarantixxu livell ta' protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni ekwivalenti għal dak mitlub taħt dan ir-Regolament meta jamministraw il-fondi tal-Unjoni, b'kunsiderazzjoni xierqa għal dawn li ġejjin:
(a) in-natura tal-kompiti fdati u l-ammonti involuti;
(a) in-natura tal-kompiti fdati u l-ammonti involuti;
(b) ir-riskji finanzjarji involuti;
(b) ir-riskji finanzjarji involuti;
(c) il-livell ta' assigurazzjoni li jirriżulta mis-sistemi, ir-regoli u l-proċeduri tagħhom flimkien mal-miżuri meħuda mill-Kummissjoni sabiex tissorvelja u tappoġġja l-implimentazzjoni tad-dmirijiet fdati.
(c) il-livell ta' assigurazzjoni li jirriżulta mis-sistemi, ir-regoli u l-proċeduri tagħhom flimkien mal-miżuri meħuda mill-Kummissjoni sabiex tissorvelja u tappoġġja l-implimentazzjoni tad-dmirijiet fdati.
Emendi 117 u 282 Proposta għal regolament Artikolu 57 – paragrafu 2
2. Għal dan il-għan, l-entitajiet u l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom:
2. Għal dan il-għan, l-entitajiet u l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom, skont l-istandards ekwivalenti għall-istandards applikati komunement fl-Unjoni jew, fejn dawn ma jeżistux, standards aċċettati internazzjonalment u definiti fil-ftehim li jipprovdi l-implimentazzjoni speċifikata b'mod ċert tal-kompiti:
(a) jistabbilixxu sistema effettiva u effiċjenti ta' kontroll intern u jiżguraw il-funzjonament tagħha;
(a) jistabbilixxu sistema effettiva u effiċjenti ta' kontroll intern u jiżguraw il-funzjonament tagħha;
(b) jużaw sistema ta' kontijiet annwali li tipprovdi informazzjoni preċiża, sħiħa u affidabbli mingħajr dewmien;
(b) jużaw sistema ta' kontijiet annwali li tipprovdi informazzjoni preċiża, sħiħa u affidabbli mingħajr dewmien;
(c) ikunu suġġetti għal awditu indipendenti estern, imwettaq skont l-istandards tal-awditu aċċettati internazzjonalment minn servizz tal-awditjar funzjonalment indipendenti mill-entità jew persuna kkonċernata;
(c) ikunu suġġetti għal awditu indipendenti estern, imwettaq skont l-istandards tal-awditu aċċettati internazzjonalment minn servizz tal-awditjar funzjonalment indipendenti mill-entità jew persuna kkonċernata;
(d) japplikaw regoli u proċeduri xierqa sabiex jipprovdu finanzjament mill-fondi tal-Unjoni permezz ta' għotjiet, akkwisti u strumenti finanzjarji;
(d) japplikaw regoli u proċeduri xierqa sabiex jipprovdu finanzjament mill-fondi tal-Unjoni permezz ta' għotjiet, akkwisti u strumenti finanzjarji;
(e) jiżguraw, f'konformità mal-Artikolu 31(2), il-pubblikazzjoni ex post kull sena tal-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni;
(e) jiżguraw il-pubblikazzjoni ex post ta' reċipjenti tal-fondi tal-Unjoni, f'konformità mal-Artikolu 31(2), u l-protezzjoni tad-data personali li tissodisfa l-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE;
(f) jiżguraw protezzjoni raġonevoli tad-dejta personali kif stipulat fid-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Persuni msemmija fil-punt (viii) tal-Artikolu 55(1)(b) jistgħu jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti b'mod
progressiv. Huma għandhom jadottaw ir-regoli finanzjarji tagħhom bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni.
Minkejja l-Artikolu 196b u 196c, huma għandhom jadottaw ir-regoli finanzjarji tagħhom bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni. Persuni msemmija fil-punt (viii) tal-Artikolu 55(1)(b) jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (a) sa (e) ta' dan il-paragrafu b'mod progressiv fi żmien l-ewwel sitt xhur tal-mandat tagħhom.
Emenda 300 Proposta għal regolament Artikolu 57 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 a (ġdid)
Bil-għan li tkun żgurata ċ-ċertezza legali, regoli aktar stretti dwar il-parteċipazzjoni m'għandhomx jiġu applikati retroattivament u r-riċeventi m'għandux ikollhom l-obbligu li jerġgħu jikkalkolaw dikjarazzjonijiet finanzjarji li diġà jkunu ġew approvati mill-Kummissjoni.
Emenda 288 Proposta għal regolament Artikolu 57 – paragrafu 3 a (ġdid)
3a.L-istituuzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni sejrin jinkoraġġixxu attivament ir-rappurtar ta' suspetti ta' irregolaritajiet fil-fondi tal-Unjoni fl-Istati Membri.
Minkejja l-Artikolu 89, l-uffiċjal awtorizzanti b'delega jista' jinterrompi l-ħlasijiet lil dawn l-entitajiet jew persuni b'mod sħiħ jew parzjali biex isiru aktar verifiki meta tasal għall-attenzjoni tiegħu informazzjoni li tindika nuqqas sinifikanti fil-funzjonament tas-sistema ta' kontroll intern jew li n-nefqa ċċertifikata mill-entità jew persuna kkonċernata hija marbuta ma' irregolarità serja u ma ġietx ikkoreġuta, sakemm l-interruzzjoni hija meħtieġa sabiex jiġi evitat dannu sinifikanti għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
Minkejja l-Artikolu 89, l-uffiċjal awtorizzanti b'delega jista' jinterrompi l-ħlasijiet lil dawn l-entitajiet jew persuni b'mod sħiħ jew parzjali biex isiru aktar verifiki meta tasal għall-attenzjoni tiegħu informazzjoni li tindika nuqqas sinifikanti fil-funzjonament tas-sistema ta' kontroll intern jew li n-nefqa ċċertifikata mill-entità jew persuna kkonċernata hija marbuta ma' irregolarità serja u ma ġietx ikkoreġuta, sakemm l-interruzzjoni hija meħtieġa sabiex jiġi evitat dannu sinifikanti għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
Emenda 119 Proposta għal regolament Artikolu 57 – paragrafu 5
5. L-entitajiet u l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'dan li ġej:
5. L-entitajiet u l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'dan li ġej:
(a) rapport dwar l-implimentazzjoni tad-dmirijiet fdati;
(a) rapport dwar l-implimentazzjoni tad-dmirijiet fdati;
(b) il-kontijiet tagħhom imħejjija għall-infiq magħmul fl-eżekuzzjoni tal-kompiti fdati lilhom;
(b) il-kontijiet tagħhom imħejjija għall-infiq magħmul fl-eżekuzzjoni tal-kompiti fdati lilhom;
(c) taqsira tar-riżultati tal-awditi u kontrolli kollha mwettqa, inkluża analiżi tan-nuqqasijiet sistematiċi jew rikorrenti u wkoll l-azzjonijiet korrettivi meħuda jew ippjanati;
(c) taqsira tar-riżultati tal-awditi u kontrolli kollha mwettqa, inkluża analiżi tan-nuqqasijiet sistematiċi jew rikorrenti u wkoll l-azzjonijiet korrettivi meħuda jew ippjanati;
(d) dikjarazzjoni tal-assigurazzjoni mill-ġestjoni fir-rigward tal-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet, il-funzjonament korrett tas-sistemi tal-kontroll intern, kif ukoll fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti u r-rispett għall-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba;
(d) dikjarazzjoni ta' ġestjoni li tipprovdi garanzija raġjonevoli li:
(i) l-informazzjoni li hemm fir-rapport tippreżenta stampa vera u ġusta;
(ii) in-nefqa msemmija fil-kontijiet intużat għall-finijiet intenzjonati tagħha u f'konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzarja tajba;
(iii) il-proċeduri ta' kontroll stabbiliti jagħtu l-garanziji neċessarji fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti.
(e) l-opinjoni ta' korp indipendenti tal-awditjar dwar id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tal-ġestjoni msemmija fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu, li tkopri l-elementi kollha tagħha.
(e) Dawn id-dokumenti għandhom ikunu akkumpanjati minn opinjoni ta' entità indipendenti tal-awditjar, imfassla skont standards tal-awditjar aċċettati fuq livell internazzjonali, fir-rigward tal-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet, il-funzjonament korrett tal-proċeduri ta' kontroll stabbiliti kif ukoll fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti. L-entità tal-awditjar għandha tirrapporta jekk l-eżami juri dubbju dwar id-dikjarazzjonijiet li jsiru fid-dikjarazzjoni ta' ġestjoni.
Dawn l-elementi għandhom jiġu pprovduti lill-Kummissjoni sal-1 ta' Frar tas-sena finanzjarja ta' wara bl-eċċezzjoni tal-opinjoni tal-awditjar msemmija fil-punt e). Din tal-aħħar għandha tiġi pprovduta sa mhux aktar tard mill-15 ta' Marzu.
Dawn l-elementi għandhom jiġu pprovduti lill-Kummissjoni sal-1 ta' Frar tas-sena finanzjarja ta' wara bl-eċċezzjoni tal-opinjoni tal-awditjar msemmija fil-punt e). Din tal-aħħar għandha tiġi pprovduta sa mhux aktar tard mill-15 ta' Marzu.
Dawn l-obbligazzjonijiet għandhom ikunu bla ħsara għad-dispożizzjonijiet magħmula fi ftehimiet konklużi ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u ma' pajjiżi terzi. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jinkludu mill-anqas l-obbligu għal dawn l-entitajiet sabiex jipprovdu lill-Kummissjoni kull sena b'dikjarazzjoni li, matul is-sena finanzjarja kkonċernata, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni ġiet użata u kkontabilizzata f'konformità mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u l-obbligi stabbiliti fil-ftehim konkluż mal-organizzazzjonijiet internazzjonali jew pajjiż terz relevanti.
Dawn l-obbligazzjonijiet għandhom ikunu bla ħsara għad-dispożizzjonijiet magħmula fi ftehimiet konklużi ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u ma' pajjiżi terzi. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jinkludu mill-anqas l-obbligu għal dawn l-entitajiet sabiex jipprovdu lill-Kummissjoni kull sena b'dikjarazzjoni li, matul is-sena finanzjarja kkonċernata, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni ġiet użata u kkontabilizzata f'konformità mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u l-obbligi stabbiliti fil-ftehim konkluż mal-organizzazzjonijiet internazzjonali jew pajjiż terz relevanti,bl-awditjar mill-istituzzjoni suprema kompetenti tal-awditjar. Dawn ir-riżultati tal-awditjar għandhom ikunu disponibbli għall-awtorità ta' kwittanza. Dan ma għandux jipprekludi s-setgħat ta' investigazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri kif ukoll tal-OLAF.
Emenda 120 Proposta għal regolament Artikolu 57 – paragrafu 6
6. Il-Kummissjoni għandha:
6. Il-Kummissjoni għandha:
(a) tiżgura s-supervizjoni u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-kompiti fdati;
(a) tissorvelja biex tiżgura li l-entitajiet iwettqu l-obbligi tagħhom, partikolarment billi jwettqu verifiki u evalwazzjonijiet tul l-implimentazzjoni tal-programm;
(b) tapplika proċeduri għall-approvazzjoni finanzjarja mingħajr dewmien tal-kontijiet tal-entitajiet u persuni fdati, fejn tiżgura li l-kontijiet ikunu kompluti, preċiżi u veri u li jippermettu approvazzjoni mingħajr dewmien ta' każijiet ta' irregolarità;
(b) tapplika proċeduri għall-approvazzjoni finanzjarja mingħajr dewmien tal-kontijiet tal-entitajiet, fejn tistabbilixxi jekk il-kontijiet ikunux kompluti, preċiżi u veri u li jippermettu approvazzjoni mingħajr dewmien ta' każijiet ta' irregolarità;
(c) teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni nfiq li l-ħlasijiet għalih saru bi ksur tar-regoli applikabbli.
(c) teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni nfiq li l-iżborżamenti għalih saru bi ksur tal-liġi tal-Unjoni.
Emenda 121 Proposta għal regolament Artikolu 57 – paragrafu 7
7. Il-paragrafi 5 u 6 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-entitajiet u l-persuni li huma suġġetti għal proċedura separata ta' kwittanza mill-awtorità tal-baġit.
7. Il-paragrafi 5 u 6 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-entitajiet tal-Unjoni li huma suġġetti għal proċedura separata ta' kwittanza meta dawk l-entitajiet jimplimentaw il-baġit tal-Unjoni.
Emenda 122 Proposta għal regolament Artikolu 57 – paragrafu 7 a (ġdid)
7a.Il-paragrafi 1, 2 u 3 japplikaw mutatis mutandis għall-ġestjoni indiretta tal-kreditu allokat mill-Parlament Ewropew lill-gruppi politiċi tiegħu. Il-Parlament Ewropew jadotta miżuri ta' applikazzjoni fil-qasam li jqis il-bżonnijiet partikolari tal-gruppi politċi.
Emenda 123 Proposta għal regolament Artikolu 62 – paragrafu 6 a (ġdid)
6a.L-uffiċċjal li jawtorizza jista' jkun megħjun fi dmirijietu minn persuni koperti mill-persunal fdati, taħt ir-responsabbiltà tiegħu, b'ċertu xogħol meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-baġit u l-produzzjoni ta' informazzjoni finanzjarja u l-ġestjoni. Biex ma jkunx hemm kunflitt ta' interessi, persunal li jgħin lill-uffiċċjali li jawtorizzaw b'delega jew sottodelega għandu jkun soġġett għall-obbligi msemmija fl-Artikolu 54.
Emenda 124 Proposta għal regolament Artikolu 62 – paragrafu 6 b (ġdid)
6b.Kull istituzzjoni għandha tgħarraf lill-awtorità tal-baġit kull meta uffiċjal awtorizzanti b'delega jieħu l-inkarigi tiegħu, jibdel l-inkarigi jew itemm l-inkarigi tiegħu.
Emenda 125 Proposta għal regolament Artikolu 62 – paragrafu 6 c (ġdid)
6c.Kull istituzzjoni għandha tistabbilixxi, fir-regoli interni tagħha, miżuri bħal dawn għall-ġestjoni tal-approprjazzjonijiet kif tqis li jkun meħtieġ għall-implimentazzjoni xierqa tas-sehem tagħha tal-baġit. Dawn ir-regoli interni għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew tul il-proċedura ta' kwittanza.
Il-kontrolli ex ante għandhom jitwettqu minn membri tal-persunal li mhumiex dawk responsabbli għall-kontrolli ex post. Il-membri tal-persunal responsabbli għall-kontrolli ex post ma għandhomx ikunu subordinati għall-membri tal-persunal responsabbli għall-kontrolli ex ante.
Il-kontrolli ex ante għandhom jitwettqu minn membri tal-persunal li mhumiex dawk responsabbli għall-kontrolli ex post. Il-membri tal-persunal responsabbli għall-kontrolli ex post ma għandhomx ikunu subordinati għall-membri tal-persunal responsabbli għall-kontrolli ex ante, u viċi versa.
Emenda 127 Proposta għal regolament Artikolu 63 – paragrafu 8
8. Kwalunkwe membru tal-persunal involut fl-amministrazzjoni finanzjarja u fil-kontroll tat-tranżazzjonijiet li jqis li deċiżjoni li s-superjur tiegħu jirrikjedi minnu li japplika jew li jaqbel magħha tkun irregolari jew tmur kontra l-prinċipji ta' ġestjni finanzjarja tajba jew kontra r-regoli professjonali li huwa meħtieġ li josserva, għandu jinforma bil-miktub lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega, u jekk dan tal-aħħar ma jiħux azzjoni, lill-bord imsemmi fl-Artikolu 70(6). Fil-każ ta' kwalunkwe attività illegali, frodi jew korruzzjoni li tista' tippreġudika l-interessi tal-Komunità, huwa għandu jinforma lill-awtoritajiet jew korpi maħtura mil-leġiżlazzjoni applikabbli.
8. Kwalunkwe membru tal-persunal involut fl-amministrazzjoni finanzjarja u fil-kontroll tat-tranżazzjonijiet li jqis li deċiżjoni li s-superjur tiegħu jirrikjedi minnu li japplika jew li jaqbel magħha tkun irregolari jew tmur kontra l-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba jew kontra r-regoli professjonali li huwa meħtieġ li josserva, għandu jinforma bil-miktub lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega, u jekk dan tal-aħħar ma jiħux azzjoni, lill-bord imsemmi fl-Artikolu 70(6).
Fil-każ ta' kwalunkwe attività illegali, frodi jew korruzzjoni li tista' tippreġudika l-interessi tal-Komunità, dan il-membru tal-persunal għandu jinforma lill-awtoritajiet u l-korpi maħtura mil-leġiżlazzjoni applikabbli. Dan l-aħħar obbligu għandu japplika wkoll, ta' frodi, għall-awdituri indipendenti li jwettqu proċeduri marbuta mal-ġestjoni finanzjarja tal-Unjoni. Din il-komunikazzjoni ma tinvolvi għalihom l-ebda responsabbiltà.
Għall-iskopijiet ta' dan il-paragrafu, il-membru tal-persunal ikkonċernat għandu jibbenefika mid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti tal-Persunal.
Emenda 128 Proposta għal regolament Artikolu 65 – paragrafu 7 a (ġdid)
7a.L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jistabbilixxi regoli għall-ġestjoni tal-kontijiet fiduċjarji u l-użu tagħhom.
Emenda 129 Proposta għal regolament Artikolu 69 – paragrafu 2
2. Kull wieħed mill-uffiċjali awtorizzanti, mill-uffiċjali tal-kontabilità jew l-amministraturi tal-imprest għandhom ikunu soġġetti għal azzjoni dixxiplinari u ħlas ta' kumpens kif stabbilit fir-Regolamenti tal-Persunal, bla ħsara għall-Artikoli 70, 71 u 72. Fil-każ ta' attività illegali, frodi jew korruzzjoni li jistgħu jkunu ta' ħsara għall-interessi tal-Unjoni, il-kwistjoni għandha tkun ippreżentata lill-awtoritajiet u lill-korpi nnominati bil-leġiżlazzjoni applikabbli.
2. Kull wieħed mill-uffiċjali awtorizzanti, mill-uffiċjali tal-kontabilità jew l-amministraturi tal-imprest għandhom ikunu soġġetti għal azzjoni dixxiplinari u ħlas ta' kumpens kif stabbilit fir-Regolamenti tal-Persunal, bla ħsara għall-Artikoli 70, 71 u 72. Fil-każ ta' attività illegali, frodi jew korruzzjoni li jistgħu jkunu ta' ħsara għall-interessi tal-Unjoni, il-kwistjoni għandha tkun ippreżentata lill-awtoritajiet u lill-korpi nnominati bil-leġiżlazzjoni applikabbli, partikolarment lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi.
Emenda 130 Proposta għal regolament Taqsima 4 – Titolu
AWTORIZZAZZJONI TAL-IRKUPRU
L-IRKUPRU U L-KORREZZJONIJIET FINANZJARJI
Emenda 131 Proposta għal regolament Artikolu -76 (ġdid)
Artikolu -76
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta' din it-taqsima:
a) “l-irkupri” huma strumenti applikati biex jirranġaw l-irċevuta ta' nfiq irregolari; bi prinċipju huma d-destinatarji ta' nefqa bħal din li jħallsu lura s-somom irċevuti b'mod inkorrett. Fejn ikun possibbli biex jiġi determinat l-ammont propja tan-nefqa kkonċernata, l-ammont li għandu jiġi rkuprat jista' jiġi stabbilit b'mezzi xjentifiċi oħra. Mezzi bħal dawn għandhom, fil-prinċipju, ikunu stipulati qabel ma ssir in-nefqa;
b) “korrezzjonijiet finanzjarji” huma strumenti li fil-biċċa l-kbira jindirizzaw in-nuqqasijiet fis-sistemi ta' ġestjoni. Huma jirtiraw il-finanzjament mill-Istati Membri jew pajjiżi terzi jew oħrajn li jonqsu milli jiżguraw li r-regoli tal-Unjoni huma applikati b'mod korrett. Jistgħu jiġu applikati wkoll għall-promozzjoni tal-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni stipulati fil-bażi legali għall-kontribut tal-Unjoni rispettiv.
Il-korrezzjonijiet finanzjarji kollha deċiżi u pendenti skont il-fondi u l-Istat Membru għandhom jiġu ppreżentati fil-kontijiet skont l-Artikolu 132.
Emenda 132 Proposta għal regolament Artikolu 76 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 a (ġdid)
In-nota ta' debitu korrispondenti għall-ordni ta' rkupru għandha tkun notifikata lid-debitur u tkun vinkolanti għall-Kummissjoni fil-kontenut tagħha mill-mument tan-notifikazzjoni jew komunikazzjoni.
Emenda 133 Proposta għal regolament Artikolu 76 – paragrafu 2
2. L-istituzzjoni tista“ formalment tistabbilixxi ammont bħala riċevibbli minn persuni apparti milli minn Stati Membri permzz ta' deċiżjoni li għandha tkun enforzabbli fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 299 tat-TFUE.
2. Il-Kunsill, il-Kummissjoni jew il-Bank Ċentrali Ewropew jistgħu formalment jistabbilixxu ammont bħala riċevibbli minn persuni għajr Stati Membri permezz ta' deċiżjoni li għandha tkun inforzabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 299 tat-TFUE. Rigward l-istituzzjonijiet l-oħrajn, il-Kummissjoni tista' tadotta, f'isimhom, deċiżjoni inforzabbli bħal din fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 200 tat-TFUE, soġġett għal kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament delegat imsemmi fl-Artikolu 199.
L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jirkupra ammonti billi jpaċihom ma' pretensjonijiet ekwivalenti li l-Unjoni jkollha fuq kull debitur li hu nnifsu għandu pretensjoni kontra l-Unjoni li hija ċerta, ta' ammont fiss u dovut.
L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jirkupra ammonti billi jpaċihom ma' pretensjonijiet ekwivalenti li l-Unjoni jkollha fuq kull debitur li hu nnifsu għandu pretensjoni kontra l-Unjoni li hija ċerta, ta' ammont fiss u dovut. Pretensjonijiet simili għandhom ikunu ċerti, ta' ammont fiss u eżegwibbli.
Emenda 135 Proposta għal regolament Artikolu 77 – paragrafu 2
2. Fejn l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jkun qiegħed jippjana li jirrinunzja għal jew parzjalment jirrinunzja għal irkupru ta' xi ammont riċevibbli stabbilit, huwa għandu jiżgura li r-rinunzja ssir sewwa u li tkun konformi mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tal-proporzjonalità skont il-proċeduri u l-kriterji stabbiliti fir-Regolament delegat imsemmi fl-Artikolu 199. Id-deċiżjoni ta' rinunzja għandha tiġi ssostanzjata. L-uffiċjal awtorizzanti jista' jiddelega d-deċiżjoni biss safejn dan huwa stabbilit fir-Regolament delegat imsemmi fl-Artikolu 199.
2. Fejn l-uffiċjal awtorizzanti kompetenti jkun qiegħed jippjana li jirrinunzja għal jew parzjalment jirrinunzja għal irkupru ta' xi ammont riċevibbli stabbilit, huwa għandu jiżgura li r-rinunzja ssir sewwa u li tkun konformi mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tal-proporzjonalità. Id-deċiżjoni ta' rinunzja għandha tiġi ssostanzjata u għandha tiġi ppreżentata fir-rapporti annwali tal-attività msemmija fl-Artikolu 63(9). L-uffiċjal awtorizzanti jista' jiddelega d-deċiżjoni.
L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista' jħassar ammont riċevibbli stabbilit b'mod sħiħ jew parzjali, skont il-kondizzjonijiet imniżżlin fir-Regolament delegat imsemmi fl-Artikolu 199. Il-kanċellazzjoni parzjali ta' ammont riċevibbli stabbilit ma timplikax rinunzja għal intitolament stabbilit tal-Unjoni.
L-uffiċjal awtorizzanti kompetenti jista' jħassar ammont riċevibbli stabbilit b'mod sħiħ jew parzjali. Il-kanċellazzjoni parzjali ta' ammont riċevibbli stabbilit ma timplikax rinunzja għal intitolament stabbilit tal-Unjoni.
Ir-regoli għall-proċeduri u l-kriterji ta' deċiżjoni ta' rinunzja kif ukoll id-delgaz tagħha mill-uffiċjal awtorizzanti u l-kanċellazzjoni ta' ammont stabbiliti għandhom ikunu stipulati fir-regolamenti delegati msemmija fl-Artikolu 199.
Emenda 136 Proposta għal regolament Artikolu 77 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.L-ammonti rkuprati mill-Istati Membri wara li tkun saret irregolarità jew negliġenza u l-interess fuq dawn l-ammonti għandhom jiġu kkumpensati mill-awtorità ta' ġestjoni u mdaħħla bħala dħul fix-xahar li fih il-flus fil-fatt waslu.
Emenda 137 Proposta għal regolament Artikolu 77 – paragrafu 2 b (ġdid)
2b.Meta jiġi kkreditat l-baġit tal-Unjoni, l-Istat Membri jista' jżomm 20% tal-ammonti korrispondenti bħala spejjeż ta' rkupru b'rata fissa, ħlief f'każijiet ta' irregolarità jew negliġenza li jirriżultaw minn awtoritajiet amministrattivi jew entitajiet uffiċjali oħra.
Emenda 138 Proposta għal regolament Artikolu 77 – paragrafu 2 c (ġdid)
2c.Jekk hemm ġustifikazzjoni għal dan, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx għal irkupru. Deċiżjoni għal dan tista' tittieħed biss fil-każijiet li ġejjin:
(a) jekk l-ispejjeż diġà u aktarx ikunu involuti huma iktar mill-ammont li se jkun irkuprat, jew
(b) jekk l-irkupru jkun impossibbli minħabba l-insolvenza, irreġistrata u rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew il-persuni legalment responsabbli mill-irregolarità.
Emenda 139 Proposta għal regolament Artikolu 77 a (ġdid)
Artikolu 77a
Korrezzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri fil-ġestjoni maqsuma taħt it-Titolu II tal-Parti 2
1.L-Istati Membri għandhom l-ewwel jerfgħu r-responsabbiltà biex jinvestigaw irregolaritajiet, waqt li jaġixxu fuq il-provi ta' kull bidla maġġuri li tolqot in-natura ta' jew il-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni jew il-kontroll ta' operazzjonijiet jew programmi operattivi taħt it-Titolu II tal-Parti 2 u jagħmlu l-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa skont il-paragrafi 2 u 4.
Għandhom jirkupraw ukoll il-fondi affettwati minn irregolaritajiet fin-nefqa affettwata taħt it-Titolu I il-Parti 2.
2.L-Istat Membru għandu jagħmel il-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa rigward l-irregolaritajiet individwali jew sistemiċi li jiġu individwati fl-operazzjonijiet jew fil-programmi operattivi. Il-korrezzjonijiet li jsiru minn Stat Membru għandhom jikkonsistu f'kanċellament tal-kontribuzzjoni pubblika kollha jew parti minnha lill-programm operattiv. L-Istat Membru għandu jieħu kont tan-natura u l-gravità tal-irregolaritajiet u t-telf finanzjarju għall-Fondi.
Fejn dan ikun ipprovdut fil-bażi legali rilevanti, ir-riżorsi mill-fondi li jintbagħtu b'dan il-mod jistgħu jerġgħu jintużaw mill-Istat Membru għall-operazzjonijiet fi ħdan il-programm operattiv ikkonċernat (operazzjoni ta' sostituzzjoni).
3.Il-kontribuzzjoni kkanċellata skont il-paragrafu 2 ma tistax terġa' tintuża għal:
(a) operazzjoni jew operazzjonijiet li kienu soġġetti għall-korrezzjoni, jew
(b) fejn issir korrezzjoni finanzjarja għal irregolarità sistemika, għax operazzjonijiet eżistenti fi ħdan l-assi ta' prijorità kollha jew parti minnha fejn saret l-irregolarità sistemika, jew
(c) fejn issir korrezzjoni finanzjarja f'operazzjoni ta' sostituzzjoni.
4.Fil-każ ta' irregolarità sistemika, l-Istat Membru għandu jestendi l-inkjesti tiegħu sabiex ikopru l-operazzjonijiet kollha li probabbilment jiġu milquta.
Emenda 140 Proposta għal regolament Artikolu 77 b (ġdid)
1.Il-Kummissjoni tapplika korrezzjonijiet finanzjarji billi tikkanċella l-kontribuzzjoni mill-Unjoni kollha jew parti minnha għal programm operattiv fejn, wara li jkun twettaq l-eżami meħtieġ, hi tikkonkludi li:
(a) hemm nuqqas gravi fis-sistema ta' ġestjoni u kontroll tal-programm li jpoġġi f'riskju l-kontribuzzjoni mill-Unjoni li tkun diġà tħallset għall-programm;
(b) in-nefqa msemmija f'dikjarazzjoni ċċertifikata tan-nefqa tkun irregolari u ma tkunx ġiet korretta mill-Istat Membru qabel il-ftuħ tal-proċedura ta' korrezzjoni taħt dan il-paragrafu;
(c)Stat Membru ma jkunx ikkonforma mal-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 77a qabel il-ftuħ tal-proċedura ta' korrezzjoni taħt dan il-paragrafu.
2.Il-Kummissjoni għandha tibbaża l-korrezzjonijiet finanzjarji tagħha fuq każijiet individwali ta' irregolaritajiet identifikati, filwaqt li tieħu kont tan-natura sistemika tal-irregolarità sabiex jiġi determinat jekk għandhiex tiġi applikata korrezzjoni b'rata fissa jew korrezzjoni estrapolata.
Il-korrezzjonijiet b'rata fissa għandhom jiġu applikati biss jekk ikun impossibbli, minħabba n-natura tal-każ, jew li jiġi identifikat l-estent u l-ammont tal-irregolarità li nstabet jew li jiġi estrapolat l-ammont li għandu jiġi kkoreġut.
3.Il-Kummissjoni għandha, meta tkun qed tiddeċiedi dwar l-ammont ta' korrezzjoni, tieħu kont tan-natura u l-gravità tal-irregolarità u l-firxa u l-implikazzjonijiet finanzjarji tan-nuqqasijiet li jkunu nstabu fil-programm operattiv ikkonċernat. Ħlief jekk ikun ipprovdut mod ieħor fil-bażi legali applikabbli, japplikaw ir-rati li ġejjin għall-korrezzjoni:
(a) korrezzjoni 100%
Ir-rata ta' korrezzjoni tista' tkun fissa għal 100% meta n-nuqqasijier fis-sistema ta' ġestjoni u kontroll tal-Istat Membru, jew ksur individwali, tant ikunu serji li jikkostitwixxu nuqqas sħiħ fil-konformità mar-regoli Komunitarji, biex b'hekk il-ħlasijiet kollha jsiru irregolari;
(b) korrezzjoni 25%
Meta l-applikazzjoni tas-sistema tal-amministrazzjoni u l-kontroll tal-Istat Membru jkun fihom nuqqasijiet serji, u jkun hemm evidenza ta' irregolarità vasta, u negliġenza għall-ġlieda kontra l-prattiki irregolari u qarrieqa, korrezzjoni ta' 25 % hija ġġustifikata, hekk kif jista' jkun raġonevolment preżunt li l-libertà li jkunu ppreżentati talbiet irregolari b'impunità jkunu joħolqu telf eċċezzjonalment għoli għall-Fond. Korrezzjoni f'din ir-rata hija wkoll xierqa għall-irregolaritajiet f'każ individwali li huwa serju imma li ma jkunx jinvalida l-operazzjoni sħiħa.
(c) korrezzjoni 10%
Meta wieħed jew aktar mill-elementi kruċjali tas-sistema ma jkunux jiffunzjonaw jew ikunu jiffunzjonaw ħażin jew tant mingħajr nuqqas ta' frekwenza li dawn isiru kompletament ineffettivi fid-determinazzjoni tal-eliġibbiltà tat-talba jew li jipprevjenu l-irregolarità, korrezzjoni ta' 10 % hija ġustifikata, hekk kif jista' jkun raġonevolment konkluż li kien hemm riskju għoli ta' telf vast għall-Fond. Din ir-rata tal-korrezzjoni hija wkoll xierqa għall-irregolarijiet individwali ta' serjetà moderata b'relazzjoni mal-elementi kruċjali tas-sistema;
(d) korrezzjoni 5%
Meta l-elementi kruċjali kollha tas-sistema jkunu jiffunzjonaw, imma mhux b'konsistenza, frekwenza, jew bl-eżatezza meħtieġa bir-regolamenti, allura korrezzjoni ta' 5 % hija ġustifikata, minħabba li jista' jkun raġonevolment konkluż li dawn ma jkunux jipprovdu livell suffiċjenti ta' assigurazzoni tar-regolarità tat-talbiet, u li r-riskju għall-Fondi jkun sinifikanti. Korrezzjoni ta' 5 % tista' wkoll tkun xierqa għall-irregolaritajiet anqas serji f'operazzjonijiet individwali b'relazzjoni mal-elementi kruċjali.
Il-fatt li bil-mezz li bih topera s-sistema jista' jittejjeb mhuwiex fih innifsu bażi suffiċjenti għall-korrezzjoni finanzjarja. Għandu jkun hemm nuqqas serju tal-konformità ma regoli u normi espliċiti tal-Unjoni ta' prattika tajba u tan-nuqqas li għandhom jesponu l-Fondi Strutturali għal riskju reali tat-telf jew tal-irregolarità;
(e) korrezzjoni 2%
Meta l-imġieba tkun adegwata b'relazzjoni mal-elementi kruċjali tas-sistema, imma meta jkun hemm falliment komplut li jkunu operati wieħed jew aktar elementi anċillarji, korrezzjoni ta' 2 % hija ġustifikata in vista tar-riskju aktar baxx għall-Fond, u ta' anqas serjetà ta' ksur.
Korrezzjoni ta' 2 % għandha tkun miżjuda għal 5 % jekk l-istess defiċjenza tkun stabbilita b'relazzjoni mal-ispiża wara d-data tal-ewwel korrezzjoni imposta u l-Istat Membru jkun naqas milli jieħu miżuri korrettivi adegwati dwar dik il-parti tas-sistema li jkollha nuqqasijiet wara l-ewwel korrezzjoni.
Korrezzjoni ta' 2 % hija wkoll ġustifikata meta l-Kummissjoni tkun informat lill-Istat Membru, mingħajr ma timponi l-ebda korrezzjoni, dwar il-ħtieġa li jsir titjib għall-elementi anċillarji tas-sistema li jkunu eżistenti imma li ma joperawx b'mod sodisfaċenti, imma li l-Istat Membru ma jkunx ħa l-azzjoni meħtieġa.
Korrezzjonijiet huma imposti biss dwar id-defiċjenzi fl-elementi anċillarji tas-sistemi ta' l-amministrazzjoni u l-kontroll meta l-ebda defiċjenzi ma jkunu ġew identifikati fl-elementi kruċjali. Jekk ikun hemm defiċjenzi b'relazzjoni ma' l-elementi anċillarji kif ukoll ma l-elementi kruċjali, korrezzjonijiet għandhom isiru biss bir-rata applikabbli għall-elementi kruċjali.
4.Meta Stat Membru ma jikkonformax ma' l-obbligi tiegħu taħt il-bażi legali applikabbli, il-Kummissjoni tista' tagħmel korrezzjoni finanzjarja, skond il-grad ta' nuqqas ta' konformità ma' dawn l-obbligi, billi tħassar il-kontribuzzjoni kollha parti minnha, għall-Istat Membru konċernat.
Ħlief jekk ikun ipprovdut mod ieħor fil-bażi legali applikabbli, il-korrezzjonijiet finanzjarji applikabbli għal:
(a) non-konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku, u
(b) nuqqasijiet bejn il-livelli tal-mira miftihma u l-livelli miksuba, kif ukoll
(c) kwalunkwe obbligu ieħor li jirriżulta direttament mill-applikazzjoni tal-bażi legali jew fejn dan hu stipulat fi ftehim ta' finanzjament, meta l-ksur ta' obbligi bħal dawn ifixkel bi sħiħ jew parzjalment il-politika tal-Unjoni li fuq hu bbażat il-finanzjament jew meta l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni jeħtieġ hekk
għandhom ikunu dawk stabbiliti fir-regolamenti delegati msemmija fl-Artikolu 199.
5.Fejn il-Kummissjoni tibbaża l-pożizzjoni tagħha fuq il-fatti stabbiliti minn awdituri li m'humiex dawk tas-servizzi tagħha stess, hija għandha tasal għall-konklużjonijiet tagħha dwar il-konsegwenzi finanzjarji, wara li teżamina l-miżuri meħuda mill-Istat Membru konċernat taħt l-Artikolu 77(a), ir-rapporti pprovduti taħt l-Artikolu 56, u kwalunkwe tweġiba mill-Istat Membru.
Emenda 141 Proposta għal regolament Artikolu 77 c (ġdid)
Artikolu 77c
Tnaqqis tal-korrezzjoni finanzjarja
1.L-ammont ta' korrezzjonijiet finanzjarji għal kwalunkwe fond speċifiku fi kwalunkwe Stat Membru speċifiku għal korrezzjoni bħal din għandu jitnaqqas meta l-entità ta' ġestjoni tagħti dikjarazzjoni ta' ġestjoni vera u ġusta:
(a) fejn il-Kummissjoni tkun stabbilixxiet għal sentejn preċedenti konsekuttivi li dan l-Istat Membri kiseb rata ta' żbalji inqas minn 2%, b'10%;
(b) fejn il-Kummissjoni tkun stabbilixxiet għal ħames snin konsekuttivi preċedenti li dan l-Istat Membri kiseb rata ta' żbalji inqas minn 2%, b'20%;
(c) fejn il-Kummissjoni tkun stabbilixxiet għal għaxar snin konsekuttivi preċedenti li dan l-Istat Membri kiseb rata ta' żbalji inqas minn 2%, b'50%;
sakemm l-att ta' stabbiliment tar-rata ta' żbalji fih innifsu jkun soġġett għal frodi jew imġieba ħażina negliġenti b'mod estensiv jew intenzjonat.
2.Il-korrezzjoni finanzjarja għandha titnaqqas bi ħmistax fil-mija għal kull fond, meta Stat Membri jippreżenta dikjarazzjoni nazzjonali dwar in-nefqa li ssir taħt sistema ta' ġestjoni maqsuma skont l-Artikolu 56(6b).
3.Mingħajr preġudizzju għal miżuri oħra meħuda mill-Kummissjoni, l-entità ta' ġestjoni li tirritorna dikjarazzjoni ta' ġestjoni falsa ma tistax tingħata tnaqqis fl-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.
Emenda 142 Proposta għal regolament Artikolu 77 d (ġdid)
Artikolu 77d
Proċedura Kontradittorja
1.Qabel ma tieħu deċiżjoni dwar korrezzjoni finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tiftaħ proċedura kontradittorja billi tinforma lill-Istat Membri dwar il-konklużjonijiet provviżorji tagħha.
Fi żmien xahrejn wara l-wasla tal-konklużjonijiet provviżorji, l-Istat Membru għandu:
(a) jikkonferma l-irċevuta u jaqbel mal-konklużjonijiet provviżorji; jew
(b) jingħata l-opportunità li juri permezz ta' eżami tad-dokumentazzjoni kkonċernata, li l-estent attwali tal-irregolarità kien inqas mill-valutazzjoni tal-Kummissjoni, meta l-Kummissjoni tipproponi korrezzjoni finanzjarja abbażi tal-estrapolazzjoni jew rata fissa.
Bi qbil mal-Kummissjoni, l-Istat Membru jista' jillimita l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-eżami għal proporzjon jew kampjun xieraq tad-dokumentazzjoni konċernata; jew
(c) jiġi mistieden għal dikjarazzjoni mill-Kummissjoni, u bil-presidenza ta' panel ta' esperti magħżula minn qabel kemm mill-Istati Membri kif ukoll mill-Kummissjoni fejn iż-żewġ naħat jikkooperaw abbażi ta' sħubija u għandhom jagħmlu sforzi biex jilħqu ftehim rigward l-osservazzjonijiet u l-konklużjonijiet li ser jirriżultaw minnhom.
Il-ħin permess għall-proċeduri taħt il-punti (a) u (b) għandu jittawwal biss ladarba għal kull parti b'massimu ta' xahrejn b'avviż sustanzjat mill-parti rispettiva lill-oħra.
Il-ħin permess għall-proċeduri taħt il-punt (c) ma għandux jaqbeż erba' xhur sakemm il-panel ta' esperti b'maġġoranza tal-membri kostitwenti tiegħu jagħti estensjoni ta' massimu ta' 6 xhur wara d-data tas-smigħ li fiha l-estensjoni ġiet deċiża.
2.Il-Kummissjoni għandha tieħu kont ta' kwalunkwe prova provduta mill-Istat Membru fil-limiti ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 1. Fin-nuqqas ta' ftehim, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar il-korrezzjoni finanzjarja fi żmien tliet xhur mid-data finali tal-eżami jew tas-smigħ b'kont meħud tal-informazzjoni u l-osservazzjonijiet kollha sottomessi matul il-proċedura.
3.F'każ ta' ftehim, l-Istat Membru jista' jerġa' juża l-fondi tal-Unjoni kkonċernati konformement mat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 77a(2).
Emenda 143 Proposta għal regolament Artikolu 77 e (ġdid)
Artikolu 77e
Ripagament
1.Kwalunkwe ħlas lura li għandu jsir lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għandu jsir qabel id-data tal-għeluq indikata fl-ordni għall-irkupru li tkun tfasslet skont l-Artikolu 76. Id-data tal-irkupru għandha tkun l-aħħar ġurnata tat-tieni xahar wara l-ħruġ tal-ordni.
2.Kwalunkwe dewmien tar-rimbors għandu jwassal għall-applikazzjoni ta' mgħax minħabba ħlas tard, li jibdew fid-data dovuta u jintemmu fid-data meta fil-fatt isir il-ħlas. Ir-rata ta' dan l-imgħax għandha tkun ta' punt u nofs perċentwali aktar mir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew fl-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta' rifinanzjament fl-ewwel jum ta' xogħol tax-xahar li fih taħbat id-data tar-rimbors.
Emenda 144 Proposta għal regolament Artikolu 81 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.Id-deċiżjoni ta' finanzjament għandha tispeċifika l-objettivi segwiti, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta' implimentazzjoni u l-ammont totali tal-pjan ta' finanzjament. Għandu jkun fiha wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom ikunu ffinanzjati u indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni, u kalendarju indikattiv tal-implimentazzjoni.
F'każ ta' ġestjoni indiretta, għandha tispeċifika wkoll is-sħab ta' implimentazzjoni magħżul, il-kriterji użati u l-kompiti fdati lilu.
Emenda 145 Proposta għal regolament Artikolu 83 - paragrafu 1
1. Fir-rigward ta' kwalunkwe miżura li tista' twassal għal nefqa debitabbli lill-baġit, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu l-ewwel jagħmel impenn baġitarju qabel ma jidħol f'obbligazzjoni legali ma' partijiet terzi jew jittrasferixxi fondi lejn fond fiduċjarju fuq il-bażi tal-Artikolu 178.
1. Minkejja l-Artikolu 82(3), fir-rigward ta' kwalunkwe miżura li tista' twassal għal nefqa debitabbli lill-baġit, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu l-ewwel jagħmel impenn baġitarju qabel ma jidħol f'obbligazzjoni legali ma' partijiet terzi jew jittrasferixxi fondi lejn fond fiduċjarju fuq il-bażi tal-Artikolu 178.
Madankollu, fil-każ ta' operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja, operazzjonijiet tal-protezzjoni ċivili u l-għajnuna tal-ġestjoni tal-kriżi, u meta sitwazzjoni urġenti barra l-Unjoni titlob dan, l-impenn baġitarju mingħajr dewmien wara d-dħul f'obbligu legali ma' partijiet terzi, sakemm ikun indispensabbli għall-eżekuzzjoni effiċjenti tal-intervent tal-Unjoni.
L-ammont ta' kull impenn legali individwali adottat b'segwiment ta' impenn globali għandu, qabel il-firma, jkun irreġistrat mill-uffiċjal awtorizzanti li huwa responsabbli fil-kontijiet tal-baġit u mdaħħal fl-impenn globali. Fil-każ ta' operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja, operazzjonijiet ta' protezzjoni ċivili u għajnuna għall-ġestjoni tal-kriżijiet u meta l-urġenza tiġġustifika dan, ir-reġistrazzjoni tal-ammonti tista' ssir immedjatament wara l-firma tal-impenn legali individwali li jikkorrispondi magħhom.
L-ammont ta' kull impenn legali individwali adottat b'segwiment ta' impenn globali għandu, qabel il-firma, jkun irreġistrat mill-uffiċjal awtorizzanti li huwa responsabbli fil-kontijiet tal-baġit u mdaħħal fl-impenn globali.
Emenda 147 Proposta għal regolament Artikolu 87 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 a (ġdid)
Pagamenti għandhom isiru bi trasferiment ta' kreditu, b'cekk jew b'karta ta' debitu.
Emenda 148 Proposta għal regolament Artikolu 87 – paragrafu 4
4. Il-ħlasijiet tal-prefinanzjament għandhom ikunu approvati b'mod regolari mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli. B'dan il-għan għandhom jiġu inklużi dispożizzjonijet xierqa fil-kuntratti, deċiżjonijiet ta' għotja u ftehimiet flimkien mal-ftehimiet ta' delega li jafdaw id-dmirijiet tal-implimentazzjoni lill-entitajiet u l-persuni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 55(1).
4. Il-ħlasijiet tal-prefinanzjament għandhom ikunu approvati b'mod regolari mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, wara s-sustanza ekonomika u l-ħin tal-proġett involut. Għal ammonti prefinanzjati ta' valur ta' “l fuq minn EUR 2 miljuni u li jirrappreżentaw iktar minn 50% tal-operazzjoni totali li tkun qed tiġi ffinanzjata, għandhom isiru verifiki ex-post mill-inqas fuq bażi annwali tul iż-żmien tal-operazzjoni. B'dan il-għan għandhom jiġu inklużi dispożizzjonijet xierqa fil-kuntratti, deċiżjonijiet ta' għotja u ftehimiet flimkien mal-ftehimiet ta' delega li jafdaw id-dmirijiet tal-implimentazzjoni lill-entitajiet u l-persuni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 55(1).
Emenda 149 Proposta għal regolament Artikolu 89
Il-validazzjoni, l-awtorizzazzjoni u l-ħlas ta' nefqa għandhom jiġu kkompletati fil-limiti ta' żmien stabbiliti fir-Regolament delegat imsemmi fl-Artikolu 199, li għandhom ukoll jispeċifikaw iċ-ċirkostanzi li fihom il-kredituri mħallsa tard huma intitolati li jirċievu imgħax għall-ħlas tard li għandu jkun iddebitat għal-linja li minnha s-somma ewlenija kienet ġiet imħallsa.
1.Iż-żmien allokat għat-twettiq ta' ħlas għandu jkun:
(a) 90 ġurnata kalendarja għal kuntratti, ftehimiet ta' għotja u deċiżjonijiet li jinvolvu servizzi jew azzjonijiet tekniċi li huma partikolarment kumplessi biex jiġu evalwati u li għalihom il-ħlas jiddependi fuq l-approvazzjoni ta' rapport jew ta' ċertifikat;.
(b) 60 ġurnata kalendarja għal kull kuntratt ieħor, ftehimiet ta' għotja u deċiżjonijiet li għalihom il-ħlas jiddependi fuq l-approvazzjoni ta' rapport jew ta' ċertifikat;
(c) 30 ġurnata kalendarja fil-każijiet l-oħrajn kollha.
Dawn il-limiti ta' żmien m'għandhomx japplikaw biss għal ħlasijiet skont arranġamenti ta' ġestjoni maqsuma.
2.L-uffiċjal awtorizzanti kompetenti jista' b'delega jew b'sotto-delega, jissospendi l-limitu ta' żmien għall-ħlasijiet billi jinforma lill-kredituri, fi kwalunkwe ħin tul iż-żmien imsemmi li t-talba għal ħlas ma tistax tintlaħaq, jew għaliex l-ammont mhuwiex dovut jew għaliex ma ntwerewx id-dokumenti ta' sostenn li hemm bżonn. Jekk l-informazzjoni tingħata lill-uffiċjal awtorizzanti kompetenti li jiddubita l-eliġġibilità tan-nefqa li tidher f'talba għal ħlas, l-uffiċjal awtorizzanti jista' jissospendi l-limitu ta' żmien għal ħlas għal raġunijiet ta' verifika ulterjuri, inkluż kontrolli fuq il-post, sabiex jaċċerta, qabel il-ħlas, li n-nefqa kienet fil-fatt eliġibbli.
Il-kredituri kkonċernati għandhom jiġu informati bil-miktub dwar ir-raġunijiet għas-sospensjoni.
Meta s-sospensjoni teċċedi x-xahrejn, il-kumitat ta' approvazzjoni kompetenti għandu jiddeċiedi dwar il-kontinwità tas-sospensjoni fuq applikazzjoni mill-kreditur.
Fi tmiem il-limiti ta' żmien stipulati fil-paragrafu 1, il-kreditur għandu jkun intitolat għall-interessi.
Emenda 150 Proposta għal regolament Kapitolu 7 – Titolu
SISTEMI TAL-IT
SISTEMI TAL-IT U L-E-GOVERNMENT
Emenda 151 Proposta għal regolament Artikolu 91
Soġġett għall-ftehim preċedenti tal-istituzzjonijiet ikkonċernati, kull trażmissjoni ta' dokumenti bejn l-istituzzjonijiet tista' ssir b'mezzi elettroniċi.
Soġġett għall-ftehim preċedenti tal-istituzzjonijiet u tal-Istati Membri kkonċernati, kull trażmissjoni ta' dokumenti bejniethom tista' ssir b'mezzi elettroniċi.
Emenda 152 Proposta għal regolament Artikolu 91 a (ġdid)
Artikolu 91a
Gvern Elettroniku (e-government)
L-abbozzi ta' proposti kollha ppreżentati lill-awtorità leġiżlattiva għandhom ikunu xierqa għall-applikazzjoni ta' tekonoloġiji tal-informazzjoni faċli għall-utent fil-livelli kollha, partikolarment fil-livell tar-reċipjenti finali tal-fondi.
Meta l-fondi jkunu ġestiti f'ġestjoni maqsuma skont l-Artikolu 56, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-interoperabilità ta' data miġbura jew li tasal mod ieħor u trasmessa fil-ġestjoni tal-baġit.
Meta d-data tkun disponibbli f'format elettroniku, il-possibbiltajiet għat-trasmissjoni tagħha f'format bħal dan għandha tkun prevista. Meta dan ikun meħtieġ, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jaqblu dwar standards ta' trasmissjoni ta' data uniformi.
Id-direttorati tal-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi kif ukoll l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 200 għandhom japplikaw standards uniformi għall-informazzjoni elettronika pprovduta lill-partijiet terzi fil-proċess tal-akkwisti pubbliċi u l-proċeduri tal-għotjiet. Għandhom, sal-massimu possibbli, ifasslu u japplikaw standards uniformi għall-preżentazzjoni, il-ħażna u l-ipproċessar ta' data ppreżentata fi proċeduri ta' għotjiet u akkwist pubbliku, u għal dawn il-finijiet, għandhom ifasslu “żona ta' interkambju ta' data elettronika” unika għall-benefiċjarji potenzjali, il-benefiċjarji jew il-kandidati u l-offerenti.
Il-Kummissjoni għandha taħtar Uffiċjal Ewlieni tal-Intelliġenza (CIO) li għandhu jimmonitorja l-implimentazzjoni ta' din id-dispożizzjoni u jirrapporta regolarment dwar il-kisbiet lill-awtorità baġitarja fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-baġit.
Emenda 153 Proposta għal regolament Kapitolu 7a (ġdid)
KAPITOLU 7A
PRINĊIPJI AMMINISTRATTIVI
Artikolul 91b
Id-dritt għal amministrazzjoni tajba
Meta, minħabba żball klerikali ovvju min-naħa tal-applikant jew l-offerent li jaġixxi bi ħsieb tajjeb, hemm nuqqas ta' preżentazzjoni ta' evidenza, dikjarazzjonijiet jew li jimtlew applikazzjonijiet jew li ma jitteħdux il-passi proċedurali kollha, l-uffiċjal kompetenti għandu jistieden lill-applikant jew lill-offerent jieħu l-miżuri rimedjali rispettivi. Meta jkun xieraq, l-applikant jew l-offerent għandu jingħata parir dwar id-drittijiet jew id-dmirijiet proċedurali tiegħu.
Il-ħtieġa għall-għoti ta' evidenza u/jew dokumentazzjoni, il-forma u l-kontenut meħtieġ għandhom jitħabbru kmieni kemm jista' jkun u jiġu diskussi mal-applikanti u l-offerenti potenzjali.
Fejn ikun xieraq, offerenti u applikanti għandhom ikunu infurmati minnufih meta tasal l-applikazzjoni jew it-tender biż-żmien meħtieġ għall-ipproċessar u t-tlestija provviżorja tal-proċedura kif ukoll il-kompletezza tal-applikazzjoni jew it-tender imressqa.
Artikolu 91c
Indikazzjoni ta' mezzi ta' rimedju
Meta att proċedurali ta' uffiċjali awtorizzanti jaffettwa b'mod negattiv id-drittijiet ta' applicant jew offerent, benefiċjarju jew kuntrattur, għandu jkun fiha indikazzjoni tal-mezzi disponibbli ta' rimedju amministrattiv u/jew ġudizzjarju għall-isfida ta' dan l-att.
B'mod partikolari, in-natura tar-rimedju, l-entità jew l-entitajiet lil min jista' jitressaq kif ukoll il-limiti ta' żmien għall-eżerċizzju tagħhom għandhom ikunu indikati.
Ħlief jekk ikun ipprovdut mod ieħor, rimedju bħal dan ikun imwaqqaf skont iż-żmien wara li jiskadi l-perjodu ta' xahrejn wara s-servizz ta' indikazzjoni kompluta u konċiża tal-mezzi disponibbli ta' rimedju fuq l-applikant jew l-offerent.
Emenda 291 Proposta għal regolament Artikolu 93 – paragrafu 3 a (ġdid)
3a.Id-dettalji ta' kuntatt mal-awditur intern għandhom jiġu magħmula disponibbli lil kull persuna fiżika jew ġuridika involuta f'operazzjonijiet ta' nfiq, għall-iskopijiet ta' kuntatt kunfidenzjali mal-awditur intern.
L-awditur intern jew kull persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdilu/tipprovdilha informazzjoni ma għandhiex issofri konsegwenzi negattivi minħabba dan.
L-awditur intern għandu d-dmir li jżomm l-identità tal-informaturi kunfidernzjali.
L-awditur intern ta' kull istituzzjoni għandu d-dritt li jinforma lill-awtorità ta' kwittanza f'każijiet li jqishom utli.
Emenda 154 Proposta għal regolament Artikolu 93 – paragrafu 4
4. Ta' kull sena l-istituzzjoni għandha tippreżenta rapport lill-awtorità tal-kwittanza li jkun fih sommarju tan-numru u t-tip ta' awditi interni mwettqa, ir-rakkomandazzjonijiet magħmula u l-azzjoni meħuda fuq dawk ir-rakkomandazzjonijiet.
4. Ir-rapporti kollha tal-awditjar għandhom ikunu disponibbli għall-awtorità ta' kwittanza minnufih ward li jinħarġu. Ta' kull sena l-istituzzjoni għandha tippreżenta rapport lill-awtorità tal-kwittanza li jkun fih sommarju tan-numru u t-tip ta' awditi interni mwettqa, ir-rakkomandazzjonijiet magħmula u l-azzjoni meħuda fuq dawk ir-rakkomandazzjonijiet.
Fis-sommarju tar-rapport, l-awtorità ta' kwittanza għandha tkun konxja dwar kwalunkwe rieżami li jirrakkomanda tibdil għal kwalunkwe proġett ta' akkwist ewlieni jew għotja jew li jirrakkomanda tfaddil baġitarju sinifikanti.
Fejn jeżisti kumitat ta' progress tal-awditjar, dan għandu jirrapporta f'dikjarazzjoni seprata dwar l-impatt ta' azzjonijiet meħuda fuq ir-rakkomandazzjonijiet għall-istituzzjoni kif ukoll għal titjib possibbli ulterjuri.
Emenda 269 Proposta għal regolament Artikolu 93 – paragrafu 4 a (ġdid)
4a.Ir-rapporti u r-riżultati tal-Awditur Intern, kif ukoll ir-rapport tal-istituzzjoni, għandhom ikunu aċċessibbli lill-pubbliku biss wara validazzjoni mill-Awditur Intern tal-azzjonijiet meħuda għall-implimentazzjoni tagħhom.
Emenda 155 Proposta għal regolament Artikolu 95 – paragrafu 3
3. Dan it-Titolu ma japplikax għall-għotjiet, bla ħsara għall-Artikoli 100 sa 103 , jew għal kuntratti ta' servizzi konklużi bejn il-Kummissjoni, fuq naħa, u l-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Fond Ewropew tal-Investiment jew kwalunkwe sussidjarja oħra tal-Bank Ewropew tal-Investiment, fuq in-naħa l-oħra.
3. Dan it-Titolu ma japplikax għall-għotjiet, bla ħsara għall-Artikoli 100 sa 103.
Emenda 156 Proposta għal regolament Artikolu 102 – paragrafu 1
1. Għandha tiġi stabbilita u tkun operata mill-Kummissjoni bażi tad-dejta ċentrali f'konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta personali. Il-bażi tad-dejta għandu jkun fiha d-dettalji tal-kandidati u l-offerenti li jkunu f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 100, 101, punt (b) tal-Artikolu 103(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 103(2). Il-bażi tad-dejta għandha tkun komuni għall-istituzzjonijiet, l-aġenziji eżekuttivi u l-korpi msemmijin fl-Artikolu 200.
1. Għandha tiġi stabbilita u tkun operata mill-Kummissjoni bażi tad-dejta ċentrali f'konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta personali. Il-bażi tad-dejta għandu jkun fiha d-dettalji tal-kandidati u l-offerenti li jkunu f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 100, l-Artikolu 101, punt (b) tal-Artikolu 103(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 103(2). Il-bażi tad-dejta għandha tkun komuni għall-istituzzjonijiet, l-aġenziji eżekuttivi u l-korpi msemmijin fl-Artikolu 196b, kif ukoll aċċessibbli għall-pubbliku. L-awtorità ta' kwittanza għandha tiġi infurmata bin-numru ta' każijiet irrappurtati għad-dħul u, fejn dan ikun differenti, dawk li fil-fatt jiddaħħlu fil-bażi tad-dejta.
Emenda 157 Proposta għal regolament Artikolu 102 – paragrafu 4 a (ġdid)
4a.L-aċċess jista' jingħata lill-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi biss meta r-regoli stipulati fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 ikunu ġew irrispettati u wara li tkun saret valutazzjoni fuq il-bażi ta' każ b'każ.
Emenda 158 Proposta għal regolament Artikolu 103 – paragrafu 3
3.Deċiżjonijiet jew taqsiriet ta' deċiżjonijiet li jindikaw l-isem tal-operatur ekonomiku, deskrizzjoni qasira tal-fatti, it-tul tal-esklużjoni jew l-ammont tal-penali finanzjarji jistgħu jiġu ppubblikati mill-istituzzjoni.
3.Sabiex jissaħħaħ il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-istituzzjonijiet jistgħu jiddeċiedu, bi qbil mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, li jippubblikaw id-deċiżjonijiet tagħhom fejn jimponu penali amministrattivi u finanzjarji msemmija fl-ewwel paragrafu wara li jkun hemm konformità sħiħa mal-proċedura stabbilita fl-ewwel paragrafu.
Id-deċiżjoni li tiġi ppubblikata deċiżjoni li timponi penali amministrattivi jew finanzjarji msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun tqis b'mod partikolari s-serjetà tal-offiża, inkluż l-impatt tagħha fuq l-interessi finanzjarji u l-immaġini tal-Unjoni u ż-żmien li jkun għadda, it-tul u r-rikorrenza tal-offiża, l-intenzjoni jew il-grad ta' negliġenza ta' l-entità kkonċernata u l-miżuri meħuda mill-entità kkonċernata sabiex tirranġa s-sitwazzjoni.
Id-deċiżjoni dwar il-pubblikazzjoni għandha tkun inkluża fid-deċiżjoni li timponi penali amministrattiva jew finanzjarja u għandha tkun tipprovdi b'mod ċar għall-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li timponi l-penali, jew ta' sommarju tagħha, fuq is-sit tal-Internet tal-istituzzjoni.
Biex jiġi żgurat effett deterrenti, is-sommarju ppubblikat għandu jinkludi l-isem tal-persuna responsabbli għall-offiża, deskrizzjoni qasira tal-fatti, il-programm ikkonċernat u t-tul tal-esklużjoni u/jew l-ammont tal-penali finanzjarji.
Id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata wara li jkunu ntużaw ir-rimedji legali kollha kontra d-deċiżjoni jew wara li jiskadu l-iskadenzi biex jinstab rimedju, u l-pubblikazzjoni għandha tibqa' fuq is-sit tal-Internet sa tmiem il-perjodu tal-esklużjoni jew sa sitt xhur wara l-ħlas tal-penali finanzjarji, meta dawn il-penali jkunu jikkostitwixxu l-unika miżura li tkun ġiet deċiża.
Meta jkunu kkonċernati persuni naturali, id-deċiżjoni dwar il-pubblikazzjoni għandha tittieħed b'kunsiderazzjoni xierqa tad-dritt għall-provatezza u b'rispett għad-drittijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Emenda 159 Proposta għal regolament Artikolu 105 – paragrafu 1 a (ġdid)
1a.Il-Kummissjoni għandha tiżgura b'mezzi xierqa u bl-applikazzjoni tal-Artikolu 91a li l-offerenti jistgħu jdaħħlu l-kontenut tal-offerti u kwalunkwe evidenza ta' sostenn f'format elettroniku (e-procurment) jekk jixtiequ jagħmlu dan u għandha, bil-kunsens tal-offerent, taħżen din l-evidenza ta' sostenn sabiex jitwettqu proċeduri ta' e-procurement fil-futur, f'bażi ta' data komuni u ċentrali għall-istituzzjonijiet kollha u l-entitajiet li għalihom japplika dan ir-regolament. Id-data għandha titħassar wara perjodu ta' sitt xhur sakemm l-offerent ma japplikax għal tkomplija tal-ħażna. Għandha tkun ir-responsabbiltà tal-offerent li jżomm u jaġġorna d-data maħżuna.
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament u lill-Kunsill dwar il-progress tal-implimentazzjoni ta' din il-provviżjoni fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u regolarment wara dan.
2. L-awtorità kontraenti għandha tinnotifika lill-kandidati jew lill-offerenti kollha li l-applikazzjonijiet jew l-offerti tagħhom huma miċħuda bil-bażi li fuqhom tkun ittieħdet id-deċiżjoni u lill-offerenti kollha li jissodisfaw il-kriterji ta' esklużjoni u għażla u li jagħmlu talba bil-miktub, bil-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta magħżula u l-isem tal-offerent li lilu jingħata l-kuntratt.
2. L-awtorità kontraenti għandha tinnotifika lill-kandidati jew lill-offerenti kollha li l-applikazzjonijiet jew l-offerti tagħhom huma miċħuda bil-bażi li fuqhom tkun ittieħdet id-deċiżjoni kif ukoll id-data meta jispiċċa l-perjodu ta' waqfien imsemmi fl-Artikolu 112(2), u lill-offerenti kollha li jissodisfaw il-kriterji ta' esklużjoni u għażla u li jagħmlu talba bil-miktub, bil-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta magħżula u l-isem tal-offerent li lilu jingħata l-kuntratt.
Emenda 161 Proposta għal regolament Artikolu 109 – paragrafu 1
1.L-awtorità kontraenti għandha titlob lill-kuntratturi sabiex ipoġġu garanzija minn qabel fil-każijiet speċifikati fir-Regolament delegati imsemmi fl-Artikolu 199.
imħassar
Emenda 162 Proposta għal regolament Artikolu 109 – paragrafu 2
2. L-awtorità kontraenti tista“, jekk tqis xieraq u proporzjonat, titlob lill-kuntratturi jissottomettu garanzija sabiex:
2. Ħlief fil-każ ta' kuntratti b'valur ferm baxx, l-awtorità kontraenti tista“, jekk tqis xieraq u proporzjonat, fuq bażi ta' każ każ u soġġett għal analiżi tar-riskji, titlob lill-kuntratturi jissottomettu garanzija sabiex:
(a) tiżgura twettiq sħiħ tal-kuntratt jew
(a) tiżgura twettiq sħiħ tal-kuntratt jew
(b) tillimita r-riskji finanzjarji konnessi mal-ħlas ta' prefinanzjament.
(b) tillimita r-riskji finanzjarji konnessi mal-ħlas ta' prefinanzjament.
Parteċipazzjoni fil-proċeduri tal-offerti għandha tkun miftuħha fuq termini ugwali għall-persuni kollha, fiżiċi u legali, li jidħlu fl-iskop tat-Trattati u għall-persuni fiżiċi u legali kollha f'pajjiż terzili jkollu ftehim speċjali mal-Unjoni fil-qasam tal-akwist publiku permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak il-ftehim.
Parteċipazzjoni fil-proċeduri tal-offerti għandha tkun miftuħha fuq termini ugwali għall-persuni kollha, fiżiċi u legali, li jidħlu fl-iskop tat-Trattati u għall-persuni fiżiċi u legali kollha f'pajjiż terzili jkollu ftehim speċjali mal-Unjoni fil-qasam tal-akwist publiku permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak il-ftehim u fejn dan il-ftehim b'mod ċar jistipula kompetenzi ta' kontroll ugwali għall-istandards tal-Unjoni Ewropea, partikolarment dirtt għall-aċċess u l-ispezzjoni tad-dokumenti rilevanti u l-bini kollha mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri kif ukoll mill-OLAF.
Emenda 164 Proposta għal regolament Artikolu 115 – paragrafu 1 – punt b
(b) il-funzjonament ta' korp li jsegwi għan ta' interess Ewropew ġenerali jew li jkollu objettiv li jifforma parti minn politika tal-Unjoni (għotjiet operattivi).
(b) il-funzjonament ta' korp li jsegwi għan ta' interess Ewropew ġenerali jew li jkollu objettiv li jifforma parti minn, u atti fl-appoġġ ta', politika tal-Unjoni (għotjiet operattivi).
Emenda 165 Proposta għal regolament Artikolu 115 – paragrafu 2 – punt c
(c) strumenti finanzjarji kif imsemmija fit-Titolu VIII tal-Ewwel Parti, kif ukoll ishma jew parteċipazzjonijiet f'ekwità f'istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali bħall-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (EBRD) jew korpi speċjalizzati tal-Unjoni bħal ma huwa l-Fond Ewropew għall-Investiment;
(c) strumenti finanzjarji kif imsemmija fit-Titolu VIII tal-Ewwel Parti, self, strumenti tat-tqassim tar-riskji tal-Unjoni jew l-kontributi finanzjarji tal-Unjoni għal strumenti bħal dawn, strumenti ta' ekwità fuq il-bażi tal-prinċipju tal-investitur privat u l-finanzjament kważi ekwità, kif ukoll ishma jew parteċipazzjonijiet f'ekwità f'istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali bħall-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (EBRD) jew korpi speċjalizzati tal-Unjoni bħal ma huwa l-Fond Ewropew għall-Investiment;
Emenda 166 Proposta għal regolament Artikolu 115 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.Dan li ġej għandu jiġi assimilat għal għotjiet u għandu jkun irregolat, kif xieraq, minn dan it-Titolu:
(a) il-benefiċċju derivat minn sussidju ta' interessi fuq ċertu self;
(b) investimenti ta' ekwità jew parteċipazzjonijiet ħlief dawk imsemmijin fil-punt (c) tal-paragrafu 2.
Emenda 167 Proposta għal regolament Artikolu 115 a (ġdid)
Artikolu 115a
Benefiċjarji
1.Għall-finijiet ta' dan it-Titolu, it-terminu “benefiċjarju” għandu jfisser entità waħda jew bosta li lihom ingħatat l-għotja.
2.Meta l-azzjoni tkun implimentata minn entità legali waħda jew minn bosta entitajiet legali rrappreżentati minn entità legali ta' koordinament, il-ftehim tal-għotja għandu jiġi ffirmat mill-entità legali ta' koordinament f'isem il-membri affiljati tagħha li għandhom jitqiesu bħala kobenefiċjarji.
3.Fejn l-għotja tingħata lil bosta (ko)benefiċjarji, il-ftehim tal-għotja għandu jidentifika lil dawn il-benefiċjarji u jispeċifika d-drittijiet u l-obbligi bejnhom u l-Kummissjoni. Għandha tistipula b'mod partikolari iżda mhux b'mod esklussiv:
(a) il-liġi applikabbli u l-post legali,
(b) ir-responsabbiltà finanzjarja tal-entità legali ta' koordinament u l-membri affiljati tagħha lejn il-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-azzjoni sħiħa,
(c) il-possibbiltà ta' emenda, wara deċiżjoni mill-maġġoranza tal-kobenefiċjarji, id-drittijiet u l-obbligi bejniethom; kwalunkwe modifika fl-għadd jew l-identità tal-benefiċjarji li qed jipparteċipaw għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni mill-uffiċjal awtorizzanti kompetenti, li għandha tingħata sakemm ma jkunx hemm il-periklu li dik il-modifika tbiddel l-għan tal-għotja jew taffettwa b'mod negattiv u materjali d-drittijiet legali tal-Kummissjoni skont il-ftehim ta' għotja.
Emenda 168 Proposta għal regolament Artikolu 116
L-għotjiet jistgħu jieħdu kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:
L-għotjiet jistgħu jieħdu kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:
(a) rimbors ta' proporzjon speċifikat tal-ispejjeż eliġibbli li attwalment ikunu tħallsu;
(a) rimborż ta' proporzjon speċifikat ta' parti mill-ispejjeż ekonomiċi eliġibbli totali li attwalment ikunu tħallsu;
(aa) rimborż ta' proporzjon speċifikat ta' skala standard tal-ispejjeż għal kull unità;
(b) somom ta' darba;
(b) somom ta' darba;
(c) skala standard ta' spejjeż għal kull unità;
(d) finanzjament b'rata fissa;
(d) finanzjament b'rata fissa;
(e) kumbinazzjoni tal-forom imsemmijin fil-punti (a) sa (d).
(e) kombinazzjoni tal-forom imsemmijin fil-punti (a) sa (d) u b'kunsiderazzjoni tal-preferenzi tal-benefiċjarji fir-rigward tal-priniċpji tal-kontabilità normali tagħhom;
Emenda 270 Proposta għal regolament Artikolu 116 a (ġdid)
Artikolu 116a
Somom ta' darba, skali standard ta' spejjeż għal kull unità u finanzjament b'rata fissa
1.Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-att bażiku, l-użu ta' somom ta' darba, skali standard ta' spejjeż għal kull unità jew finanzjament b'rata fissa għandhom jiġu awtorizzati permezz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiżgura r-rispett tal-prinċipju ta' trattament ugwali tal-benefiċjarji għall-istess kategorija ta' azzjonijiet jew programmi ta' ħidma.
Fejn l-ammont massimu għal kull għotja ma jaqbiżx EUR 50 000, l-awtorizzazzjoni tista' tingħata mill-uffiċjal awtorizzanti kompetenti.
2.L-awtorizzazzjoni għandha għall-inqas tkun appoġġata minn dan li ġej:
a) ġustifikazzjoni tal-adegwatezza ta' dawn il-forom ta' finanzjament fir-rigward tan-natura tal-azzjonijiet appoġġati jew il-programmi ta' ħidma kif ukoll ir-riskji ta' irregolaritajiet u frodi u l-ispejjeż tal-kontroll:
b) identifikazzjoni tal-ispejjeż jew il-kategoriji tal-ispejjeż koperti minn somom ta' darba, skali standard ta' spejjeż għal kull unità u finanzjament b'rata fissa, li għandhom jeskludu spejjeż ineliġibbli skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni;
c) deskrizzjoni tal-metodi biex jiġu determinati s-somom ta' darba, l-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità u l-finanzjament b'rata fissa, li għandom jistabbilixxu kundizzjonijiet biex tiġi żgurata b'mod raġonevoli konformità mar-regola li tipprojbixxi l-qligħ u r-regola ta' kofinanzament u l-prevenzjoni ta' ffinanzjar doppju tal-ispejjeż. Dawn il-metodi għandhom jiġu bbażati fuq:
i) data statistika jew metodi oġġettivi simili, jew
ii) approċċ għal kull benefiċjarju b'mod individwali, permezz ta' referenza għal data storika ċertifikata jew verifikabbli tal-benefiċjarju jew għall-prattiki komuni ta' kontabilità tal-ispejjeż.
3.Fejn jiġi awtorizzat rikors għall-prattiki komuni tal-kontabilità tal-ispejjeż tal-benefiċjarju, l-uffiċjal awtorizzanti kompetenti jista' jeżamina l-konformità ta' dawn il-prattiki mal-kundizzjonijioet stabbiliti fil-paragrafu 2 ex ante jew permezz ta' strateġija xierqa għal kontrolli ex post.
Jekk il-konformità tal-prattiki komuni tal-kontabilità tal-ispejjeż tal-benefiċjarju mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ġiet stabbilita ex ante, l-ammonti ta' somom ta' darba, skali standard ta' spejjeż għal kull unità u finanzjament b'rata fissa determinati bl-applikazzjoni ta' dawn il-prattiki ma għandhomx jiġu ċċalinġjati minn kontrolli ex post.
L-uffiċjal awtorizzanti kompetenti jista' jqis li l-prattiki komuni tal-kontabilità tal-ispejjeż tal-benefiċjarju huma f'konformità mal-kundizzjonijioet stabbiliti fil-paragrafu 2, jekk huma aċċettati mill-awtoritajiet nazzjonali skont skemi ta' ffinanzjar komparabbli.
Emenda 169 Proposta għal regolament Artikolu 117 – paragrafu 3
3. L-għotjiet għandhom jinvolvu kofinanzjament bla ħsara għar-regoli speċifiċi stabbiliti fit-Titolu IV tat-Tieni Parti.
3. L-għotjiet għandhom jinvolvu kofinanzjament bla ħsara għar-regoli speċifiċi stabbiliti fit-Titolu IV tat-Tieni Parti.
L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika għal partiti politiċi u fundazzjonijiet politiċi fil-livell tal-Unjoni.
L-għotjiet ma għandhomx jaqbżu limitu massimu globali espress f'termini ta' valur assolut li huwa stabbilit fuq il-bażi tal-istima ta' spejjeż eliġibbli.
Il-benefiċjarju jista' jissostitwixxi sorsi oħra ta' finanzjament minn partijiet terzi għar-riżorsi finanzjarji tiegħu, sakemm jiġi rrispettat il-prinċipju ta' kofinanzjament.
L-għotja ma għandhiex teċċedi l-kostijiet eliġibbli.
Emenda 170 Proposta għal regolament Artikolu 117 – paragrafu 4
4. L-għotjiet ma jistax ikollhom l-għan jew l-effett li jipproduċu profitt fil-qafas tal-azzjoni jew il-programm ta' ħidma tal-benefiċjarju.
4. L-għotjiet ma jistax ikollhom l-għan jew l-effett li jipproduċu profitt fil-qafas tal-azzjoni jew il-programm ta' ħidma tal-benefiċjarju.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal:
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal:
(a) azzjonijiet li għandhom l-objettiv li jirrinfurzaw il-kapaċità finanzjarja ta' benefiċjarju jew il-ħolqien ta' introjtu;
(a) azzjonijiet li għandhom l-objettiv li jirrinfurzaw il-kapaċità finanzjarja ta' benefiċjarju jew azzjonijiet li joħolqu introjtu biex jiżguraw is-sostenibbiltà tagħhom wara l-perjodu tal-finanzjament mill-Unjoni kif stipulat fid-deċiżjoni jew il-ftehim tal-għotja;
(b) boroż ta' studju, ta' riċerka jew ta' taħriġ imħallsa lil persuni fiżiċi;
(b) boroż ta' studju, ta' riċerka jew ta' taħriġ imħallsa lil persuni fiżiċi;
(ba) appoġġ dirett ieħor imħallas lil persuni fiżiċi u appoġġ ieħor dirett imħallas lil persuni naturali li huma l-aktar fil-bżonn, bħar-rifuġjati u l-persuni mingħajr impjieg;
(bb) għotjiet ibbażati fuq rati uniformi u/jew sommom f'daqqa u/jew kost ta' unità fejn dawn jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 116a(2);
(bc) għotjiet b'valur baxx;
Fejn isir profitt, il-Kummissjoni għandha tkun intitolata tirkupra l-persentaġġ tal-profitt korrispondenti għall-kontribut mill-Unjoni għall-ispejjeż eliġibbli li fil-fatt iġġarrbu mill-benefiċjarju biex iwettaq il-programm ta' azzjoni jew ta' xogħol.
Emenda 171 Proposta għal regolament Artikolu 117 – paragrafu 4 a (ġdid)
4a.Għar-raġunijiet ta' dan it-Titollu, il-profitt għandu jiġi definit bħala:
(a) fil-każ ta' għotja għal azzjoni, bilanċ pożittiv ta' dħul fuq l-ispejjeż tal-benefiċjarju, meta t-talba tkun saret għall-ħlas finali;
(b) fil-każ ta' għotja operattiva, bilanċ favorevoli fuq il-baġit operattiv tal-benefiċjarju. Il-benefiċjarji għandhom ikunu intitolati li jittrasferixxu 3% tal-profitt għas-sena N+2. Il-fondi ttrasferiti għandhom jintużaw l-ewwel mill-benefiċjarju. Ir-regoli dwar il-garanziji għandhom japplikaw mutatis mutandis fejn l-ammont ittrasferit ikun ogħla minn limiti stabbiliti għal għotjiet baxxi ħafna u/jew baxxi.
Emenda 172 Proposta għal regolament Artikolu 117 – paragrafu 6
6.Għal somom ta' darba, skala standard ta' spejjeż għal kull unità u finanzjament b'rata fissa, ir-regoli tan-nonprofitt u tal-kofinanzjament stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4 għandhom jiġu raġonevolment żgurati fiż-żmien meta jiġu stabbiliti jew fl-istadju tal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni għall-għotja.
imħassar
Emenda 173 Proposta għal regolament Artikolu 117 a (ġdid)
Artikolu 117a
L-ispejjeż eliġibbli
1.L-għotjiet ma għandhomx jaqbżu limitu massimu globali espress f'termini ta' valur assolut li huwa stabbilit fuq il-bażi tal-ispejjeż eliġibbli stmati.
L-għotja ma għandhiex teċċedi l-ispejjeż eliġibbli.
2.Spejjeż eliġibbli huma spejjeż imġarrba mill-benefiċjarju ta' għotja li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:
(a) jiġu kkawżati waqt li tkun għaddejja l-azzjoni jew il-pjan ta' ħidma, bl-eċċezzjoni ta' spejjeż relatati mar-rapporti finali u ċ-ċertifikati tal-verifika;
(b) ikunu indikati fl-istima tal-baġit globali tal-azzjoni jew tal-programm ta' ħidma;
(c) ikunu neċessarji għall-implimentazzjoni tal-azzjoni jew il-programm ta' ħidma li jkun is-suġġett tal-ftehim;
(d) ikunu identifikabbli u verifikabbli, u b'mod partikolari jkunu rreġistrati fir-rekords tal-kontabilità tal-benefiċjarju u kkalkulati skond l-istandards tal-kontabilità applikabbli tal-pajjiż fejn il-benefiċjarju jkun stabbilit u skond il-prattika normali tal-kontabilità tal-ispejjeż tal-benefiċjarju; kif ukoll;
(e) ikunu jikkonformaw mal-obbligi tal-leġiżlazzjoni fiskali u soċjali applikabbli;
3.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 u għall-att bażiku li għalih japplika l-Artikolu 2, is-sejħa għall-proposti għandha tispeċifika l-kategoriji ta' spejjeż ikkunsidrati eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni.
L-ispejjeż li ġejjin għandhom jitqiesu bħala eliġibbli mill-uffiċjal awtorizzanti kompetenti permezz ta' delega:
(a) spejjeż relatati ma' garanzija bankarja jew garanzija simili li għandha titpoġġa mill-benefiċjarju tal-għotja skont l-Artikolu 125;
(b) spejjeż relatati mal-verifiki esterni mitluba mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jew meta ssir it-talba għall-finanzjament jew meta tiġi rċevuta t-talba għall-ħlas;
(c) taxxa fuq il-valur miżjud (“VAT”) imħallsa, u li ma tistax tiġi rifondata lill-benefiċjarju skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli; Il-modalitajiet ta' rimborż għandhom jiġu stipulati fir-regolament delegat imsemmi fl-Artikolu 199;
(d) spejjeż ta' deprezzament, sakemm dawn ikunu effettivament inġarru mill-benefiċjarju;
(e) spejjeż ta' nfiq amministrattiv, persunal u tagħmir, inklużi l-ispejjeż tal-pagi tal-persunal ta' l-amministrazzjonijiet nazzjonali sakemm dawn ikunu relatati mal-ispejjeż ta' attivitajiet li l-awtorità pubblika relevanti ma kenitx twettaqhom kieku ma jkunx sar il-proġett ikkonċernat.
(f) barra f'każijiet ta' għotjiet operattivi, l-ispejjeż mġarrba meħtieġa għall-funzjonament kontinwu tal-intrapriża, li madankollu ma jistgħux jiġu assoċjati minnufih mal-prodotti/servizzi li qegħdin jiġu offruti (spiża “indiretta” jew “ġenerali”), ta' 10% tal-ispiża eliġibbli diretta ġenerali tal-azzjoni fejn din ma taqbiżx l-EUR 250 000 u 8% fuq bażi ta' rata fissa wara dan. Dan il-persentaġġ jista' jiżdied, b'mod partikolari għall-koordinament tal-entitajiet legali bi qbil mar-regolament delegat imsemmi fl-Artikolu 199. Il-limitu jista' jinqabeż permezz ta' deċiżjoni mmotivata tal-Kummissjoni.
4.Spejjeż minfuqa minn membri affiljati, kif imsemmi fl-Artikolu 115a għandhom jiġu aċċettati bħala eliġibbli, sakemm il-membri affiljati partikolari jissemmew fil-ftehim jew fid-deċiżjoni tal-għotja u jimxu skont ir-regoli applikabbli għall-benefiċjarju skont il-ftehim jew id-deċiżjoni tal-għotja, inkluż dawk li jikkonċernaw id-drittijiet tal-Kummissjoni, l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri għall-kontroll tal-infiq tan-nefqa bi qbil mar-regoli tal-għotja.
Emenda 174 Proposta għal regolament Artikolu 117 b (ġdid)
2.L-uffiċjal awtorizzanti jista' jaċċetta kofinanzjament f'oġġetti, jekk dan jitqies neċessarju jew xieraq. Meta l-kofinanzjament f'oġġetti jiġi offrut bħala appoġġ għal għotjiet b'valur baxx u fejn l-uffiċjal awtorizzanti beħsiebu jirrifjuta dan, hu għandu jiġġustifika għalfejn mhuwiex meħtieġ jew mhuwiex adegwat.
Dawn il-kontribuzzjonijiet ma jistax jaqbżu:
(a) jew l-ispejjeż li tassew tħallsu u sostnuti sew b'dokumenti ta' kontabilità;
(b) jew, fin-nuqqas ta' dawn id-dokumenti, l-ispejjeż huma ġeneralment aċċettati fis-suq partikolari.
Kontribuzzjonijiet f'oġġetti għandhom jiġu ppreżentati separatement fl-istima tal-baġit sabiex dawn jirriflettu r-riżorsi kollha allokati għall-azzjoni. Il-valur globali tagħhom hu vvalutat fil-baġit provviżorju u ma għandux ikuun soġġett għal tibdiliet sussegwenti.
Kontribuzzjonijiet f'oġġetti għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar it-taxxa u s-sigurtà soċjali nazzjonali.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal għajnuna f'każ ta' ġestjoni ta' kriżi, operazzjonijiet tal-protezzjoni ċivili u operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja.
L-ewwel subparagrafu m“għandux japplika għal għajnuna f'każ ta' ġestjoni ta' kriżi , partikolarment għal operazzjonijiet tal-protezzjoni ċivili mwettqa f'dan il-kuntest u operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja.
F'tali każijiet, l-ispejjeż eliġibbli għall-finanzjament ma jistgħux ikunu ntefqu qabel id-data ta' sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-għotja, ħlief f'każijiet eċċezzjonali debitament issostanzjati, kif previst fl-att bażiku jew fil-każ ta' urġenza estrema għall-għajnuna għal ġestjoni ta' kriżi, operazzjonijiet tal-protezzjoni ċivili jew operazzjonijiet għal għajnuna umanitarja.
F'tali każijiet, l-ispejjeż eliġibbli għall-finanzjament ma jistgħux ikunu ntefqu qabel id-data ta' sottomissjoni ta' l-applikazzjoni għall-għotja, ħlief f'każijiet eċċezzjonali debitament issostanzjati, kif previst fl-att bażiku jew fil-każ ta' urġenza estrema għall-għajnuna għal ġestjoni ta' kriżi, operazzjonijiet tal-protezzjoni ċivili, operazzjonijiet għal għajnuna umanitarja u f'sitwazzjonijiet li jheddu li jeskalaw f'kunflitt armat.
Emenda 177 Proposta għal regolament Artikolu 121
Artikolu 121
imħassar
Il-prinċipju tal-għoti digressiv
Jekk mhux speċifikat mod ieħor fl-att bażiku jew fid-deċiżjoni tal-finanzjament għall-għotjiet mogħtija taħt il-punt (d) tal-Artikolu 51(5) fir-rigward tal-korpi li għandhom objettiv ta' interess ġenerali tal-Unjoni, meta l-għotjiet operattivi jiġu mġedda għal perjodu li jaqbeż l-erba' snin, huma għandhom jitnaqqsu gradwalment wara r-raba' sena.
Emenda 178 Proposta għal regolament Artikolu 122 – paragrafu 1
1. L-applikazzjonijiet għall-għotjiet għandhom jitressqu bil-miktub.
1. L-applikazzjonijiet għall-għotjiet għandhom jitressqu bil-miktub, jew b'format elettroniku sikur, fejn xieraq. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-possibilità ta' applikazzjonijiet onlajn, fejn xieraq.
Emenda 179 Proposta għal regolament Artikolu 122 – paragrafu 1 a (ġdid)
1a.Il-limitu ta' żmien massimu għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għandu jkun ta' sitt xhur jew, disa' xhur, mill-għeluq tal-iskadenza stipolata għat-tressiq tal-applikazzjoni, f'każ li d-deċiżjoni tal-bord tkun pre-rekwiżit. Dan il-limitu ta' żmien jista' f'każijiet eċċezzjonali jinqabeż jekk in-natura speċifika u s-soġġett tal-għotja ta' flus ikunu jeħtiġu hekk. Meta dan ikun il-każ, il-limitu ta' żmien provviżorju għandu jitħabbar fis-sejħa għall-proposti rispettiva. Meta l-limitu ta' żmien ma jistax jintlaħaq minħabba raġunijiet oħrajn, l-uffiċjal awtorizzanti, b'delega, għandu jinkludi dan fir-rapport annwali ta' attività tiegħu, flimkien mar-raġunijiet u l-proposti għal azzjoni ta' rimedju. Hu għandu jirrapporta dwar is-suċċess tal-azzjoni ta' rimedju, fir-rapport ta' attività annwali tas-sena ta' wara.
Emenda 180 Proposta għal regolament Artikolu 122 – paragrafu 3
3. L-Artikoli 100 sa 103 għandhom japplikaw ukoll għall-applikanti għall-għotjiet. L-applikanti għandhom jiċċertifikaw li huma ma humiex f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 100 sa 103. Madankollu, l-uffiċjal awtorizzanti jista' ma jitlobx din iċ-ċertifikazzjoni, kif speċifikat fir-Regolament delegat imsemmi fl-Artikolu 199, għal xi waħda minn dawn ir-raġunijiet li ġejjin:
3. L-Artikoli 100 sa 103 għandhom japplikaw ukoll għall-applikanti għall-għotjiet. L-applikanti għandhom jiċċertifikaw li huma ma humiex f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 100 sa 103. Madankollu, l-uffiċjal awtorizzanti m'għandux jirrikjedi din iċ-ċertifikazzjoni għal xi waħda minn dawn ir-raġunijiet li ġejjin:
(a) għotjiet ta' valur baxx ħafna;
(a) għotjiet ta' valur baxx;
(b) meta din iċ-ċertifikazzjoni tkun ġiet reċentement ipprovduta fi proċedura oħra ta' għoti;
(b) meta din iċ-ċertifikazzjoni tkun ġiet reċentement ipprovduta fi proċedura oħra ta' għoti;
(c) meta jkun hemm l-impossibilità materjali li tiġi pprovduta din iċ-ċertifikazzjoni.
Emenda 181 Proposta għal regolament Artikolu 122 – paragrafu 3 a (ġdid)
3a.L-applikazzjoni għandha turi l-istatus legali tal-applikant u l-kapaċità finanzjarja u operattiva tiegħu li jwettaq l-azzjoni proposta jew il-programm ta' ħidma.
Għal dak l-iskop, l-applikant għandu jissottometti dikjarazzjoni fuq l-unur tiegħu u, sakemm l-għotja għandha valur baxx, kwalunkwe dokumenti ta' prova mitluba, fuq il-bażi ta' l-istima tiegħu tar-riskju, mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli. It-talba għal dawn id-dokumenti għandha tkun indikata fis-sejħa għall-proposti.
Id-dokumenti ta' appoġġ għandhom jikkonsistu b'mod partikolari fil-kont tal-qligħ u t-telf u l-karta tal-bilanċ għall-aħħar sena finanzjarja li għaliha l-kontijiet ikunu ngħalqu.
Il-verifika tal-kapaċità finanzjarja ma tgħoddx għal persuni naturali li jirċievu boroż ta' studju, lanqas għal korpi pubbliċi jew għal organizzazzjonijiet internazzjonali. L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista“, abbażi tal-analiżi tar-riskju tiegħu, iwarrab l-obbligu ta' verifika tal-kapaċità operattiva tal-korpi pubbliċi jew ta' organizzazzjonijiet internazzjonali.
Fejn l-applikazzjoni tittratta għotjiet għal azzjoni li għaliha l-ammont jeċċedi EUR 750,000 jew għotjiet operattivi li jaqbżu EUR 100,000, għandu jkun ippreżentat rapport ta' verifika esterna prodott minn awditur estern approvat. Dan ir-rapport għandu jiċċertifika l-kontijiet disponibbli għall-aħħar sena finanzjarja u l-uffiċjal awtorizzanti, b'delega, għandu jaċċetta jew jirrifjuta biċ-ċar ir-rapport ta' verifika fi żmien 90 jum. Darba li jiġu aċċettati mill-uffiċjal awtorizzanti, dawn ir-rapporti għandhom isiru vinkolanti u m'għandhomx ikunu soġġetti għal verifiki ex-post jew għal valutazzjonijiet sakemm ma jkunx hemm evidenza prima facie ta' irregolaritajiet jew frodi.
Emenda 182 Proposta għal regolament Artikolu 125
Jekk iqis li jkun xieraq u proporzjonat, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista' jirrikjedi li l-benefiċjarju jiddepożita garanzija minn qabel sabiex jillimita r-riskji finanzjarji konnessi mal-ħlas tal-prefinanzjament.
Jekk iqis li jkun xieraq u proporzjonat, skont il-każ u soġġett għal analiżi tar-riskju, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista' jirrikjedi li l-benefiċjarju jiddepożita garanzija minn qabel sabiex jillimita r-riskji finanzjarji konnessi mal-ħlas tal-prefinanzjament.
M'għandhomx jintalbu garanziji f'każ ta' għotjiet ta' valur baxx jew ta' valur baxx ħafna jew fejn il-benefiċjarju ikun irċieva mill-anqas għotja waħda kull sena tul l-aħħar ħames snin.
Emenda 183 Proposta għal regolament Artikolu 126 – paragrafu 1
1. L-ammont tal-għotja ma għandux isir finali sakemm l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jkun aċċetta r-rapporti u l-kontijiet finali, bla ħsara għal verifiki sussegwenti mill-istituzzjoni.
1. L-ammont tal-għotja ma għandux isir finali sakemm l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli kompetenti jkun aċċetta b'delega r-rapporti u l-kontijiet finali, bla ħsara għal verifiki sussegwenti mill-istituzzjoni, li għandhom jitwettqu f'ħin opportun.
Emenda 184 Proposta għal regolament Artikolu 126 – paragrafu 2
2. Fejn jitwettqu żbalji sostanzjali, irregolaritajiet jew frodi matul il-proċedura tal-għoti jew fl-implimentazzjoni tal-għotja u wara li l-benefiċjarju jkun ingħata l-opportunità li jagħmel l-osservazzjonijiet tiegħu, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista' jieħu kwalunkwe mill-miżuri msemmija fl-Artikolu 110.
2. Fejn il-proċedura ta' aġġudikazzjoni tkun soġġetta għal żbalji sostanzjali, irregolaritajiet jew frodi, l-awtorità kontraenti għandha tissospendi l-proċedura u tista' tieħu kwalunkwe miżuri meħtieġa, inkluża l-kanċellazzjoni tal-proċedura. Hu għandu minnufih jinforma lill-OLAF dwar suspett ta' każi ta' frodi.
Emenda 185 Proposta għal regolament Artikolu 126 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.Fejn, wara li tingħata l-għotja, il-proċedura tal-għoti jew l-implimentazzjoni tal-għotja tintwera li kienet soġġetta għal żbalji sostanzjali, irregolaritajiet jew frodi, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista“, skont l-istadju milħuq mill-proċedura tal-għoti, jirrifjuta milli jiffirma l-ftehim tal-għotja, jissosspendi l-implimentazzjoni tal-għotja, jew fejn xieraq, itemm il-ftehim ta' għotja jew jieħu deċiżjoni wara li l-applikant jew benefiċjarju jkun ingħata l-opportunità li jagħmel l-osservazzjonijiet tiegħu.
2b.Fejn dawn l-iżbalji, irregolaritajiet jew frodi jkunu attribwibbli lill-benefiċjarju, jew jekk il-benefiċjarju jonqos milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-ftehim jew deċiżjoni tal-għotja, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista' wkoll inaqqas l-għotja jew jirkupra ammonti li tħallsu għalxejn skont il-ftehim jew deċiżjoni tal-għotja, fi proporzjon mal-gravità tal-iżbalji, irregolaritajiet jew frodi jew ta' ksur ta' obbligi, wara li l-benefiċjarju jkun ingħata l-opportunità li jagħmel l-osservazzjonijiet tiegħu.
Emenda 187 Proposta għal regolament Artikolu 126 – paragrafu 3
3. Fejn kontrolli jew awditi juru li jeżistu żbalji rikorrenti għal benefiċjarju wieħed li jkollhom ukoll impatt fuq proġetti mhux awditjati li fihom jipparteċipa jew kien ipparteċipa l-benefiċjarju, l-uffiċjal awtorizzanti jista' jestendi l-osservazzjonijiet tiegħu għal dawk il-proġetti mhux awditjati u li għadhom jistgħu jkunu awditjati skont il-ftehim tal-għotja u jitlob ir-rimbors tal-ammont relatat.
3. F'każ ta' żbalji jew irregolaritajiet sistematiċi jew rikorrenti attribwibbli lill-benefiċjarju, jeċċedu l-limitu materjali u jkollhom impatt fuq numru ta' għotjiet mogħtija lilu skont kondizzjonijiet simili, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista' jissospendi l-implimentazzjoni tal-għotjiet kollha kkonċernati, jew, fejn xieraq, itemm l-ftehimiet u d-deċiżjonijiet tal-għotja ma' dan il-benefiċjarju, fi proporzjoni mal-gravità tal-iżbalji, irregolaritajiet jew frodi, wara li l-benefiċjarju jkun ingħata l-opportunità li jagħmel l-osservazzjonijiet tiegħu. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista' wkoll jipproċedi għall-korrezzjonijiet finanzjarji għall-għotjiet ikkonċernati bl-iżbalji jew irregolaritajiet sistematiċi jew rikorrenti msemmija hawn fuq li jistgħu jiġu vverifikati skont il-ftehimiet u d-deċiżjonijiet tal-għotja jew billi jitnaqqsu l-għotjiet jew bl-irkuprar ta' ammonti mħallsa għalxejn skont il-ftehimiet jew deċiżjonijiet tal-għotja.
L-ammont ta' korrezzjonijiet finanzjarji li jridu jsiru għandhom jiġu determinati, fejn possibbli u prattikabbli abbażi tal-ispejjeż dikjarati għalxejn bħala eliġibbli għal kull għotja kkonċernata. Fejn mhuwiex possibbli u prattikabbli li jikkwantifika l-ammont ta' spejjeż ineliġġibbli, sewwa sew, il-korrezzjonijiet finanzjarji jistgħu jkunu bbażati fuq l-estrapolazzjoni jew fuq rata fissa, abbażi tal-prinċipju tal-proporzjonalità.
Il-benefiċjarju jista“, fi ħdan proċedura kontradittorja, jisfida l-korrezzjoni applikata billi juri li l-kalkolu tal-korrezzjonijiet huwa żbaljat u jippreżenta kalkolu ġdid.
3a.Il-benefiċjarju jista“, fi ħdan proċedura kontradittorja quddiem l-awtorità ta' approvazzjoni kompetenti, jisfida d-deċiżjonijiet meħuda skont il-paragrafi 2a sa 3.
Il-benefiċjarju jista' b'mod partikolari jisfida l-korrezzjoni applikata billi juri abbażi tal-bilanċ ta' probabilitajiet li ma jeżisti l-ebda żball rikorrenti jew sistematiku jew li l-kalkolu tal-korrezzjonijiet huwa żbaljat u jippreżenta kalkolu ġdid. Il-benefiċjarju għandu jkun intitolat għar-rimborż tal-ispejjeż ta' rappreżentazzjoni legali skont il-livell ta' suċċess li jkollu.
Emenda 188 Proposta għal regolament Artikolu 126 a (ġdid)
Artikolu 126a
Perjodi ta' żamma ta' rekords
1.Il-benefiċjarji għandhom iżommu rekords, dokumenti annessi, rekords statistiċi jew kull rekord ieħor li għandu x'jaqsam ma' għotja għal ħames snin wara l-ħlas tal-bilanċ u għal tliet snin għal għotjiet b'valur baxx.
2.Rekords marbutin ma' verifiki, appelli, litigazzjoni jew il-ħlas ta' talbiet frott il-prestazzjoni tal-proġett għandhom jinżammu sakemm jintemmu l-verifiki, l-appelli, il-litigazzjoni jew talbiet magħmula.
3.Il-Kummissjoni tista“, fir-regolament delegat imsemmi fl-Artikolu 199, tiddefinixxi perjodi għaż-żamma ta' rekords minn korpi akkreditati u mill-Kummissjoni.
Emenda 189 Proposta għal regolament Artikolu 128
Artikolu 128
Artikolu 128
Definizzjoni
L-ambitu tal-premjijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “premjijiet” għandha tfisser kontribuzzjonijiet finanzjarji mogħtija wara kompetizzjonijiet.
Il-premijiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji mogħtija bħala premju wara kompetizzjonijiet. L-użu ta' premjijiet għandu jkun inkoraġġit, imma mhux biex jieħu post finanzjament strutturat kif suppost.
Emenda 190 Proposta għal regolament Artikolu 129 – paragrafu 1
1. Il-premjijiet għandhom ikunu soġġetti għall-prinċipji ta' trasparenza u ta' trattament ugwali.
1. Il-premjijiet għandhom ikunu soġġetti għall-prinċipji ta' trasparenza u ta' trattament ugwali u għandhom jippromwovu l-kisba tal-valur miżjud Ewropew. Premijiet li jaqbżu l-ammont ta' EUR 5 000 000 jistgħu jingħataw biss skont att legali tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 288, 289 u 290 TFUE, li jistipulaw biċ-ċar il-kondizzjonijiet ta' parteċipazzjoni, l-kriterji tal-għoti, l-ammont tal-prezz kif ukoll il-proċedura għall-għażla ta' esperti ta' valutazzjoni. Il-Premijiet jiskadu awtomatikament mal-iskadenza tar-Regolament li jistipula l-qafas finanzjarju multiannwali fejn tnediet l-implimentazzjoni tagħhom jew ħames snin wara l-publikazzjoni, skont liema seħħ l-aħħar.
Dħul kaġun ta' skadenza ta' premju għandu jitqies bħala dħul intern assenjat.
2. Il-premjijiet għandhom ikunu parti mill-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 118 u adottat mill-Kummissjoni u għandhom ikunu soġġetti għall-Artikolu 118(2).
2. Għal dan il-għan il-premijiet għandhom ikunu soġġetti għal programm ta' ħidma li jrid jitneda fis-sena tal-implimentazzjoni. Il-programm ta' ħidma għandu jiġi implimentat permezz tal-pubblikazzjoni tal-kompetizzjonijiet.
Il-premjijiet ma jistgħux jingħataw direttament mingħajr kompetizzjoni u għandhom ikunu soġġetti għall-pubblikazzjoni bl-istess mod bħas-sejħiet għall-proposti.
Il-premjijiet ma jistgħux jingħataw direttament mingħajr kompetizzjoni u għandhom jiġu applikati kull sena b'applikazzjoni tal-Artikolu 31(2) u (3).
Emenda 193 Proposta għal regolament Artikolu 129 – paragrafu 3
3. Id-dħul f'kompetizzjoni għandu jiġi vvalutat minn bord ta' esperti abbażi tar-regoli ppubblikati tal-kuntest.
3.Il-premjijiet għandhom jingħataw mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jew minn ġurija. Dawn għandhom ikunu liberi li jiddeċiedu jekk jagħtux il-premju jew le skont l-evalwazzjoni tagħhom tal-kwalità tas-sottomissjonijiet b“referenza għar-regoli tal-kompetizzjoni.
Il-premjijiet għandhom imbgħad jingħataw mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, abbażi tal-evalwazzjoni pprovduta mill-bord tal-esperti li huma liberi li jiddeċiedu jekk jirrakkomandawx l-għoti tal-premjijiet jew le skont l-evalwazzjoni tagħhom tal-kwalità tas-sottomissjonijiet. L-uffiċjal awtorizzanti kompetenti b“delegazzjoni għandu jżid id-deċiżjoni tal-għotja flimkien ma' lista ta' esperti parteċipanti fl-evalwazzjoni u ġustifikazzjoni tal-għażla tagħhom, fir-rapport ta' attività annwali tiegħu.
Emenda 271 Proposta għal regolament Artikolu 130 – paragrafu 1
1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “strumenti finanzjarji” għandha tfisser miżuri tal-Unjoni ta' appoġġ finanzjarju pprovdut mill-baġit sabiex jiġi indirizzat għan speċifiku ta' politika permezz ta' self, garanziji, investimenti jew parteċipazzjonijiet ta' ekwità jew kważi ekwità, jew strumenti oħra li jġorru r-riskju, possibilment kombinati ma' għotjiet.
1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “strumenti finanzjarji” għandha tfisser miżuri tal-Unjoni ta' appoġġ finanzjarju pprovdut mill-baġit fejn dan huwa awtorizzat fl-att bażiku speċifiku għas-settur sabiex jiġi indirizzat għan speċifiku ta' politika wieħed jew aktar permezz ta' self, garanziji, investimenti jew parteċipazzjonijiet ta' ekwità jew kważi ekwità, jew strumenti oħra li jġorru r-riskju, possibilment kombinati ma' għotjiet. L-att bażiku għandu jiddikjara t-tip ta' strument finanzjarju li hu permess għall-kisba tal-objettivi tal-politika.
Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) “investiment ta' kważi ekwità” tfisser tip ta' finanzjament li jinvolvi taħlita ta' ekwità u dejn, fejn l-ekwità tħalli lill-investitur jikseb rata għolja ta' redditu mis-suċċess tal-azjenda jew fejn il-komponent tad-dejn ikun jinvolvi prezz miżjud li jikkontribwixxi għar-redditu tal-investitur bħal dejn intermedjajru jew dejn subordinat;
(b) “strument ta' qsim tar-riskju” tfisser strument finanzjarju li jiggarantixxi l-kopertura totali jew parzjali ta' riskju definit, fejn ikun xieraq bi skambju ma' remunerazzjoni li ntlaħaq qbil dwarha;
(c) “strument ta' qsim tar-riskju għal bonds għall-proġetti” tfisser titjib tal-kreditu fil-forma ta' self jew garanzija. Huwa jkopri r-riskju għas-servizz tad-debitu u jtaffi r-riskju tal-kreditu tad-detenturi tal-bonds.
Fejn jipparteċipaw bosta entitajiet b'mod konġunt f'operazzjoni koperta minn strument ta' qsim tar-riskju, ir-riskju sostnut mill-baġit tal-Unjoni m' għandux, proporzjonalment, ikun aktar mill-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni.
Emenda 272 Proposta għal regolament Artikolu 130 – paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni tista' timplimenta strumenti finanzjarji bil-mod ta' ġestjoni diretta, jew bil-mod ta' ġestjoni indiretta billi tafda kompiti lill-entitajiet imsemmija fil-punti (iii) u (iv) tal-Artikolu 55(1)(b).
3. Il-Kummissjoni tista' timplimenta strumenti finanzjarji bil-mod ta' ġestjoni diretta, jew bil-mod ta' ġestjoni indiretta, fejn definit fl-att bażiku, billi tafda kompiti lill-entitajiet imsemmija fil-punti (iii) u (iv) tal-Artikolu 55(1)(b). L-istatut u n-natura tal-operatur li f'idejh hi fdata l-ġestjoni, għandhom jiġu definiti fl-att bażiku.
Il-Kummissjoni għandha tibqa' responsabbli biex tiżgura li l-qafas ta' implimentazzjoni għall-istrumenti finanzjarji jkun konformi ma' ġestjoni finanzjarja fis-sod u jwassal għall-ksib tal-objettivi definiti tal-politika. Il-Kummissjoni għandha tirrispondi għall-implimentazzjoni ta' strumenti finanzjarji mingħajr preġudizzju għar-responsabilità legali u kontrattwali tal-entatijiet fdati, bi qbil mal-liġi applikabbli.
Il-Parlament Ewropew għandu jkun infurmat regolament dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji.
Emenda 273 Proposta għal regolament Artikolu 130 – paragrafu 3 a (ġdid)
3a.Operazzjonijiet finanzjarji li jibbenefikaw minn strument finanzjarju tal-Unjoni maħruġ fil-forma ta' għotja jew sussidju, jew maħruġ b'mod konġunt, ma jistgħux jikkawżaw evażjoni tat-taxxa fir-rigward tal-benefiċjarji Ewropej u pajjiżi u leġiżlazzjonijiet oħra kkonċernati.
L-operaturi finanzjarji li jimmaniġġjaw l-istrumenti finanzjarji rispettivi għandhom ikunu responsabbli b'mod konġunt ma' kwalunkwe awtur ta' atti kriminali li jikkawżaw telf finanzjarju li jirriżulta mill-ksur ta' din id-dispożizzjoni.
Emenda 195 Proposta għal regolament Artikolu 131 – paragrafu 1
1. Strumenti finanzjarji għandhom jiġu pprovduti lill-benefiċjarji finali tal-fondi tal-Unjoni f'konformità mal-ġestjoni finanzjarja tajba, it-trasparenza u t-trattament ugwali u skont l-għanijiet stabbiliti fl-att bażiku li japplika għal dawk l-istrumenti finanzjarji.
1. Strumenti finanzjarji għandhom jiġu pprovduti lill-benefiċjarji finali tal-fondi tal-Unjoni f'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba, it-trasparenza, il-proporzjonalità, in-nuqqas ta' diskriminazzjoni u t-trattament ugwali u skont l-għanijiet stabbiliti fl-att bażiku li japplika għal dawk l-istrumenti finanzjarji.
Emenda 196 Proposta għal regolament Artikolu 131 – paragrafu 1 a (ġdid)
1a.Dħul u ħlasijiet lura li huma parti minn strument finanzjarju għandu jikkostitwixxi dħul assenjat b'mod intern skont l-Artikolu 18(3) u għandhom jiġu trasferuti awtomatikament ħalli jiġu investiti mill-ġdid.
F'kull każ il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal proġett m'għandux ikun distribwit lill-partijiet terzi fil-forma ta' dividendi jew profitti.
Emenda 274 Proposta għal regolament Artikolu 131 – paragrafu 1 b (ġdid)
1b.Fl-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm interess komuni fil-kisba tal-objettivi politiċi definiti għal strument finanzjarju, li jista' jissaħħaħ permezz ta' dispożizzjonijiet bħal pereżempju kofinanzjament, rekwiżiti ta' kondiviżjoni tar-riskju jew inċentivi finanzjarji, waqt li fl-istess ħin tevita l-kunflitt ta' interess ma' attivitajiet oħra ta' entità inkarigata.
Ħlief f'każijiet ta' nuqqas tas-suq jew ta' faċilitajiet ta' mikrokreditu, l-istrumenti finanzjarji għandu jkollhom effett multiplikatur, li jfisser li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal strument finanzjarju għandha timmobilizza investiment globali li jaqbeż id-daqs tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni għandha tirraporta lill-awtorità baġitarja, jekk ir-rendita minima prevista ma tkunx inkisbet sa nofs it-terminu tal-perjodu previst għal strument finanzjarju partikolari;
Dan ir-rieżami ta' nofs it-terminu għandu jirraporta wkoll dwar
- l-ammont totali ta' flus imħallas lill-istrument finanzjarju;
- l-ammont totali ta' flus imħallas matul l-implimentazzjoni;
- fejn applikabbli, l-ammont totali ta' flus li għalih ir-rimbors jinsab f'riskju ta' inadempjenza jew mhux imħallas;
- fejn applikabbli, il-valur tal-ekwità ġenerat matul l-implimentazzjoni.
Emenda 304/rev Proposta għal regolament Artikolu 131 – paragrafu 1 c (ġdid)
1c.Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-awtorità baġitarja dwar l-attivitajiet appoġġjati mill-istrumenti finanzjarji, dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji involuti fl-implimentazzjoni tagħhom, dwar il-prestazzjoni tal-istrumenti finanzjarji, inklużi l-investimenti mill-ġdid imwettqa, dwar il-bilanċ fuq kontijiet fiduċjarji, dwar dħul u pagamenti, dwar l-effett multiplikatur milħuq u dwar il-valur tal-partiċpiazzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tehmeż ir-rapport tagħha mar-rapport annwali dwar l-attività msemmi fl-Artikolu 63(9).
Emenda 275 Proposta għal regolament Artikolu 131 – paragrafu 2
2. Bla ħsara għall-punti (d) u (e) tal-Artikolu 46(1), in-nefqa baġitarja marbuta ma' strument finanzjarju għandha tinżamm fi ħdan l-impenn baġitarju relevanti magħmul għaliha.
2. Bla ħsara għal operazzjonijiet u garanziji ta' self u tislif mogħtija lill-BEI għal self fuq ir-riżorsi proprji tal-BEI, in-nefqa baġitarja marbuta ma' strument finanzjarju u r-responsabilità finanzjarja tal-Unjoni m'għandhiex taqbeż l-ammont tal-impenn baġitarju relevanti magħmul għaliha, biex b'hekk jiġu esklużi r-responsabilitajiet kontinġenti għall-baġit tal-Unjoni.
Emenda 276 Proposta għal regolament Artikolu 131 – paragrafu 3
3. L-intermedjarji finanzjarji involuti fit-twettiq ta' operazzjonijiet finanzjarji taħt strument finanzjarju għandhom jikkonformaw mal-istandards relevanti dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra t-terroriżmu. Huma ma għandhomx ikunu stabbiliti f'territorji li l-ġuriżdizzjonijiet tagħhom ma jikkoperawx mal-Unjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta' standards maqbula internazzjonalment dwar it-taxxi.
3. L-entitajiet imsemmija fil-punt (iv) u (vi) tal-Artikolu 55(1)(b) u l-intermedjarji finanzjarji kollha involuti fit-twettiq ta' operazzjonijiet finanzjarji taħt strument finanzjarju għandhom jikkonformaw mal-istandards relevanti dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra t-terroriżmu. Huma ma għandhomx ikunu stabbiliti u m'għandhomx jinteraġixxu ma' entitajiet inkorporati f'territorji li l-ġuriżdizzjonijiet tagħhom ma jikkoperawx mal-Unjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta' standards tat-taxxi rikonoxxuti internazzjonalment.
Emenda 277 Proposta għal regolament Artikolu 131 – paragrafu 4
4. Kull ftehim bejn entità msemmija fil-punt (iii) u (iv) tal-Artikolu 55(1)(b) u intermedjarju finanzjarju msemmi fil-paragrafu 3 għandu jipprovdi espressament sabiex il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri jeżerċitaw il-poteri ta' kontroll tagħhom fuq id-dokumenti u l-uffiċċji u l-informazzjoni, inkluża dik maħżuna fuq mezzi elettroniċi, fuq kull parti terza li tirċieve fondi tal-Unjoni.
4. Kull entità msemmija fil-punt (iv) u (vi) tal-Artikolu 55(1)(b) u kull intermedjarju finanzjarju msemmi fil-paragrafu 3 involut fil-ġestjoni tal-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni għandu jkun f'pożizzjoni li jipprovdi fuq talba, għall-aċċess tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Awdituri u tal-OLAF fl-eżerċizzju tal-poteri ta' kontroll tagħhom, għall-uffiċċji, id-dokumenti u l-informazzjoni, inklużi dawk maħżuna fuq mezzi elettroniċi, ta“ kull parti terza li tirċievi u/jew hi involuta fil-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni.
Emenda 200 Proposta għal regolament Artikolu 131 – paragrafu 4 a (ġdid)
4a.Il-Kummissjoni għandha tirrapporta b'mod annwali lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-attivitajiet appoġġjati mill-istrumenti finanzjarji, dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji involuti fl-implimentazzjoni tagħhom, dwar il-prestazzjoni tal-istrumenti finanzjarji, inkluż l-investimenti mill-ġdid imwettqa, dwar il-bilanċ fuq kontijiet fiduċjarji, fuq dħul u ħlasijiet mill-ġdid, dwar l-effett ta' molyiplikazzjoni miksub, u dwar il-valur tal-parteċipanti. Il-Kummissjoni għandha tehmeż ir-rapport tagħha mas-sommarju tar-rapporti annwali imsemmi fl-Artikolu 63(9).
Emenda 278 Proposta għal regolament Artikolu 131 – paragrafu 4 b (ġdid)
4b.Ir-rapport ta' nofs it-terminu msemmi fil-paragrafu 1b għandu jinkludi wkoll lista tal-benefiċjarji finali tal-istrumenti finanzjarji u l-ammonti ta' fondi li rċevew.
Il-forma legali speċifika tal-istrumenti finanzjarji, l-iskop tagħhom u, jekk applikabbli, tal-post legali tar-reġistrazzjoni tagħhom għandhom jiġu ppublikati fuq il-websajt tal-Kummissjoni.
Emenda 293 Proposta għal regolament Artikolu 133 – paragrafu 2
2. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jagħti rendikont, mill-anqas, tar-rata implimentattiva tal-approprjazzjonijiet flimkien ma' informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet bejn id-diversi elementi tal-baġit.
2. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jagħti rendikont, kemm f'termini assoluti u espressi bħala perċentwali, mill-anqas, tar-rata implimentattiva tal-approprjazzjonijiet flimkien ma' informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet bejn id-diversi elementi tal-baġit.
Emenda 201 Proposta għal regolament Artikolu 134 – paragrafu 1
Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 132 għandhom jikkonformaw mar-regoli tal-kontabilità tal-Unjoni kif adottati mill-Uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni u għandhom jippreżentaw dehra vera u ġusta tal-assi u l-obbligazzjonijiet, l-ispejjeż, id-dħul u ċ-ċaqliq tal-flus.
Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 132 għandhom ikunu bbażati fuq l-istandards tal-kontabilità internazzjonali applikabbli għas-settur pubbliku u għandhom jippreżentaw dehra vera u ġusta tal-assi u l-obbligazzjonijiet, l-ispejjeż, l-introjtu u l-fluss tal-flus.
Emenda 202 Proposta għal regolament Artikolu 135
Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 132 għandhom jippreżentaw l-informazzjoni, inklużi l-politiki tal-kontabilità, b'mod li jipprovdu informazzjoni relevanti, affidabbli, komparabbli u li tista' tinftiehem. Huma għandhom jitfasslu f'konformità mal-prinċipji tal-kontabilità ġeneralment aċċettati kif deskritti fir-regoli tal-kontabilità tal-Unjoni.
Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 132 għandhom jippreżentaw l-informazzjoni, inklużi l-politiki tal-kontabilità, b'mod li jipprovdu informazzjoni relevanti, affidabbli, komparabbli u li tista' tinftiehem. Huma għandhom jitfasslu f'konformità mal-prinċipji tal-kontabilità ġeneralment aċċettati kif deskritti fir-regoli tal-kontabilità tal-Unjoni u fiż-żamma ta' standards ta' kontabilità internazzjonali applikabbli għas-settur pubbliku.
Emenda 203 Proposta għal regolament Artikolu 135 a (ġdid)
Artikolu 135a
Eċċezzjonijiet mill-prinċipji tal-kontabilità
Meta, f'każ speċifiku, l-uffiċjali tal-kontabilità iqisu li għandu jkun hemm eċċezzjoni fil-kuntest ta' wieħed mill-prinċipji ta' kontabilità, definiti fl-Artikoli 187 sa 194, dik l-eċċezzjoni għandha tiġi sostanzjanta u rappurtata fl-anness għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 136.
Emenda 294 Proposta għal regolament Artikolu 136 – paragrafu 1 – punt a
(a) il-karta tal-bilanċ u dikjarazzjoni tar-riżultat finanzjarju, li jirrappreżentaw l-assi u r-reponsabbilitajiet u s-sitwazzjoni finanzjarja u r-riżultat ekonomiku fil-31 ta' Diċembru tas-sena preċedenti; dawn għandhom ikunu ppreżentati f'konformità mar-regoli tal-kontabilità relevanti adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni;
(a) il-karta tal-bilanċ u dikjarazzjoni tar-riżultat finanzjarju, li jirrappreżentaw l-assi u r-reponsabbilitajiet (inklużi r-responsabilitajiet tal-pensjoni) u s-sitwazzjoni finanzjarja u r-riżultat ekonomiku fil-31 ta' Diċembru tas-sena preċedenti; dawn għandhom ikunu ppreżentati f'konformità mar-regoli tal-kontabilità relevanti adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni;
Emenda 204 Proposta għal regolament Artikolu 136 – paragrafu 2
2. In-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom jissupplementaw u jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata fid-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandhom ifornu l-informazzjoni addizzjonali kollha preskritta mir-regoli relevanti tal-kontabilità adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni.
2. In-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom jissupplementaw u jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata fid-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandhom ifornu l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa kollha.
Emenda 205 Proposta għal regolament Artikolu 138 – paragrafu 3
L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida dawn il-kontijiet provviżorji mal-kontijiet provviżorji tal-Kummissjoni u għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri, l-aktar tard sal-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara, il-kontijiet provviżorji tal-Kummissjoni u dawk ikkonsolidati tal-Unjoni.
L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida dawn il-kontijiet provviżorji mal-kontijiet provviżorji tal-Kummissjoni u għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri u l-Parlament Ewropew, l-aktar tard sal-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara, il-kontijiet provviżorji tal-Kummissjoni u dawk ikkonsolidati tal-Unjoni.
Emenda 206 Proposta għal regolament Artikolu 139 – paragrafu 1
1. Il-Qorti tal-Awdituri għandha, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju, tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji tal-istituzzjonijiet l-oħra u ta' kull korp imsemmi fl-Artikolu 132, u sa mhux aktar tard mill-15 ta' Ġunju, tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji tal-Kummissjoni u l-kontijiet proviżorji kkonsolidati tal-Unjoni.
1. Il-Qorti tal-Awdituri għandha, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju, tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji tal-istituzzjonijiet l-oħra u ta' kull korp imsemmi fl-Artikolu 132, u tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji tal-Kummissjoni u l-kontijiet proviżorji kkonsolidati tal-Unjoni.
2. L-istituzzjonijiet, għajr il-Kummissjoni, u kull wieħed mill-korpi msemmijin fl-Artikolu 132, għandhom ifasslu l-kontijiet finali tagħhom u jibagħtuhom lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill sa mhux aktar tard mit-28 ta' Frar tas-sena ta' wara bil-ħsieb li jitfasslu l-kontijiet konsolidati finali.
2. L-istituzzjonijiet, għajr il-Kummissjoni, u kull wieħed mill-korpi msemmijin fl-Artikolu 132, għandhom ifasslu l-kontijiet finali tagħhom u jibagħtuhom lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill sa mhux aktar tard mit-28 ta' Frar tas-sena ta' wara bil-ħsieb li jitfasslu l-kontijiet konsolidati finali.
5. Il-Kummissjoni, wara li tkun approvat il-kontijiet konsolidati finali u l-kontijiet finali tagħha, għandha tibgħathom it-tnejn lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri qabel il-31 ta' Lulju tas-sena finanzjarja ta' wara.
5. Il-Kummissjoni, wara li tkun approvat il-kontijiet konsolidati finali u l-kontijiet finali tagħha, għandha tibgħathom it-tnejn lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri qabel il-31 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara.
Emenda 209 Proposta għal regolament Artikolu 139 – paragrafu 6
6. Il-kontijiet konsolidati finali għandhom ikunu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-istqarrija tal-assigurazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Awdituri b'konformità mal-Artikolu 287 tat-TFUE u l-Artikolu 160c tat-Trattat Euratom sal-31 ta' Ottubru tas-sena finanzjarja ta' wara.
6. Il-kontijiet konsolidati finali għandhom ikunu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-istqarrija tal-assigurazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Awdituri b'konformità mal-Artikolu 287 tat-TFUE u l-Artikolu 160c tat-Trattat Euratom sal-31 ta' Lulju tas-sena finanzjarja ta' wara.
Emenda 210 Proposta għal regolament Artikolu 141 – paragrafu 3
3. Iċ-ċifri u r-rapport rigward l-implimentazzjoni tal-baġit għandhom fl-istess waqt jintbgħatu lill-Qorti tal-Awdituri.
3. Iċ-ċifri u r-rapport rigward l-implimentazzjoni tal-baġit għandhom fl-istess waqt jintbgħatu lill-Qorti tal-Awdituri u ppublikati fuq l-internet.
Emenda 211 Proposta għal regolament Artikolu 141 – paragrafu 3 a (ġdid)
3a.Tul is-sena finanzjarja, għandha titfassal stqarrija interim ikkonsolidata simplifikata tal-kontijiet tal-Unjoni Ewropea għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju. Din għandha titfassal mill-Kummissjoni u għandha tkun soġġetta għal rieżami limitat mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri. L-istqarrija interim ikkonsolidata tal-kontijiet sat-30 ta' Ġunju għandha titressaq quddiem il-Parlament Ewropew flimkien mar-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u possibilment flimkien mal-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni sat-30 ta' Ottubru tal-istess sena.
Emenda 212 Proposta għal regolament Artikolu 143 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 a (ġdid)
Għandu jiġġustifika u jiddokumenta kull tip ta' tbegħid u jikkomunika din il-ġustifikazzjoni lill-Qorti tal-Awdituri fil-ħin tal-adozzjoni jew fl-aġġornament ta' regola ta' kontabilità partikolari.
Emenda 213 Proposta għal regolament Artikolu 145 – paragrafu 3
3. Is-sistema tal-kontijiet għandha tkun tali li tħalli traċċja għall-entrati kollha tal-kontabilità.
3. Is-sistema tal-kontijiet għandha tkun tali li tħalli traċċja ċara ta' verifika għall-entrati kollha tal-kontabilità.
Emenda 214 Proposta għal regolament Artikolu 147 – paragrafu 1
1. Il-kontijiet tal-baġit jipprovdu rekord dettaljat tal-implimentazzjoni tal-baġit.
(ma taffettwax il-verżjoni Maltija)
Emenda 296 Proposta għal regolament Artikolu 149 – paragrafu 2
2. Kull istituzzjoni għandha tinforma lill-Qorti tal-Awdituri u lill-awtorità baġitarja dwar kwalunkwe regola interna li tadotta fir-rigward ta' materji finanzjarji.
2. Kull istituzzjoni għandha tinforma lill-Qorti tal-Awdituri u lill-awtorità baġitarja dwar kwalunkwe regola interna li tadotta fir-rigward ta' materji finanzjarji fi żmien ġimgħa mill-adozzjoni ta' dawn ir-regoli.
Emenda 215 Proposta għal regolament Artikolu 150 – paragrafu 1
1. L-eżaminazzjoni mill-Qorti tal-Awdituri dwar jekk id-dħul kollu kienx riċevut u n-nefqa kollha kenitx minfuqa f'manjiera leċita u xierqa għandha tqis id-dispożizzjonijiet tat-Trattati, tal-baġit, ta' dan ir-Regolament, ir-Regolament delegat imsemmi fl-Artikolu 199 u l-atti l-oħrajn kollha adottati permezz tat-Trattati.
1. L-eżaminazzjoni mill-Qorti tal-Awdituri dwar jekk id-dħul kollu kienx riċevut u n-nefqa kollha kenitx minfuqa f'manjiera leċita u xierqa għandha tqis id-dispożizzjonijiet tat-Trattati, tal-baġit, ta' dan ir-Regolament, ir-Regolament delegat imsemmi fl-Artikolu 199 u l-atti l-oħrajn kollha adottati permezz tat-Trattati. Il-Qorti tal-Awdituri għandha twettaq il-kompitu ta' verifika tagħha fuq bażi permanenti.
2. Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, il-Qorti tal-Awdituri hija intitolata li tikkonsulta, fil-manjera li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 152, id-dokumenti u l-informazzjoni kollha li jirrigwardaw l-amministrazzjoni finanzjarja tad-dipartimenti jew tal-korpi fir-rigward tal-operazzjonijiet iffinanzjati jew kofinanzjati mill-Unjoni. Hija għandu jkollha s-setgħa li tistħarreġ kwalunkwe uffiċjal responsabbli minn operazzjoni ta' dħul jew ta' nfiq u li tuża kwalunkwe waħda mill-proċeduri ta' awditjar xierqa għad-dipartimenti jew għall-korpi msemmija hawn fuq. L-awditjar fl-Istati Membri għandu jkun imwettaq b'konnessjoni mal-istituzzjonijiet nazzjonali tal-awditjar jew, jekk dawn ma jkollhomx il-poteri meħtieġa, mad-dipartimenti nazzjonali responsabbli. Il-Qorti tal-Awdituri u l-korpi nazzjoni tal-awditjar tal-Istati Membri għandhom jikkoperaw fl-ispirtu tal-fiduċja waqt li jżommu l-independenza tagħhom.
2. Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, il-Qorti tal-Awdituri hija intitolata li tikkonsulta, fil-manjera li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 152, id-dokumenti u l-informazzjoni kollha li jirrigwardaw l-amministrazzjoni finanzjarja tad-dipartimenti jew tal-korpi fir-rigward tal-operazzjonijiet iffinanzjati jew kofinanzjati mill-Unjoni. Hija għandu jkollha s-setgħa li tistħarreġ kwalunkwe uffiċjal responsabbli minn operazzjoni ta' dħul jew ta' nfiq u li tuża kwalunkwe waħda mill-proċeduri ta' awditjar xierqa għad-dipartimenti jew għall-korpi msemmija hawn fuq. L-awditjar fl-Istati Membri għandu jkun imwettaq flimkien mal-istituzzjonijiet nazzjonali tal-awditjar jew, jekk dawn ma jkollhomx il-poteri meħtieġa, mad-dipartimenti nazzjonali kompetenti. Il-Qorti tal-Awdituri u l-istituzzjonijiet nazzjonali tal-awditjar tal-Istati Membri għandhom jikkoperaw fl-ispirtu tal-fiduċja waqt li jżommu l-independenza tagħhom.
1. l-Kummissjoni, l-istituzzjoniet l-oħrajn, il-korpi li jamministraw l-introjtu u n-nefqa f'isem tal-Unjoni u l-benefiċjarji finali tal-pagamenti mill-baġit għandhom jagħtu lill-Qorti tal-Awdituri l-faċilitajiet kollha u jagħtuha l-informazzjoni kollha li l-Qorti tal-Awdituri tqis li tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħha. Huma għandhom ipoġġu għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Awdituri id-dokumenti kollha li jikkonċernaw l-għoti u t-twettiq ta' kuntratti ffinanzjati mill-baġit u l-kontijiet kollha tal-flus u materjali, ir-reġistri kollha tal-kontijiet u dokumenti ta' prova, u wkoll id-dokumenti amministrattivi kollha relatati magħhom, id-dokumenti kollha relatati mad-dħul u l-infiq, l-inventarji kollha, l-organigrammi kollha tad-dipartimenti, li l-Qorti tal-Awdituri tħoss li jkunu meħtieġa għall-awditjar tar-rapport tar-riżultat tal-baġit u finanzjarju fuq il-bażi tar-reġistri jew fuq il-post, u, għall-istess skopijiet, id-dokumenti u d-dejta kollha maħluqa jew maħżuna fuq data carrier.
1. l-Kummissjoni, l-istituzzjoniet l-oħrajn, il-korpi li jamministraw l-introjtu u n-nefqa f'isem tal-Unjoni u l-benefiċjarji finali tal-pagamenti mill-baġit għandhom jagħtu lill-Qorti tal-Awdituri l-faċilitajiet kollha u jagħtuha l-informazzjoni kollha li l-Qorti tal-Awdituri tqis li tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħha. Huma għandhom ipoġġu għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Awdituri id-dokumenti kollha li jikkonċernaw l-għoti u t-twettiq ta' kuntratti ffinanzjati mill-baġit u l-kontijiet kollha tal-flus u materjali, ir-reġistri kollha tal-kontijiet u dokumenti ta' prova, u wkoll id-dokumenti amministrattivi kollha relatati magħhom, id-dokumenti kollha relatati mad-dħul u l-infiq, l-inventarji kollha, l-organigrammi kollha tad-dipartimenti, li l-Qorti tal-Awdituri tħoss li jkunu meħtieġa għall-awditjar tar-rapport tar-riżultat tal-baġit u finanzjarju fuq il-bażi tar-reġistri jew fuq il-post, u, għall-istess skopijiet, id-dokumenti u d-dejta kollha maħluqa jew maħżuna fuq data carrier.
Emenda 218 Proposta għal regolament Artikolu 153 – paragrafu 1
1. Il-Qorti tal-Awdituri għandha titrażmetti lill-Kummissjoni , sa mhux aktar tard 1 mill-15 ta' Ġunju u lill-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra msemmija fl-Artikolu 132 sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju , kull osservazzjoni li, fl-opinjoni tagħha, ikun xieraq li tidher fir-rapport annwali. Dawn l-osservazzjonijiet għandhom jibqgħu kunfidenzjali u huma soġġetti għal proċedura kontradittorja. Kull istituzzjoni għandha tindirizza t-tweġiba tagħha lill-Qorti tal-Awdituri sa mhux aktar tard mit-15 ta' Ottubru. It-tweġibiet tal-istituzzjonijiet apparti milli minn dawk tal-Kummissjoni għandhom jintbgħatu lill-Kummissjoni fl-istess żmien.
1. Il-Qorti tal-Awdituri għandha tittrażmetti lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-15 ta' Ġunju u lill-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra msemmija fl-Artikolu 132 sa mhux aktar tard mill-15 ta' Ġunju, kwalunkwe osservazzjoni li, fl-opinjoni tagħha, ikun xieraq li tidher fir-rapport annwali jew għandu jitqies mill-uffiċjal kontabbli kompetenti fit-tħejjija tal-kontijiet. Dawn l-osservazzjonijiet għandhom jibqgħu kunfidenzjali u huma soġġetti għal proċedura kontradittorja. Kull istituzzjoni għandha tindirizza t-tweġiba tagħha lill-Qorti tal-Awdituri sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru. It-tweġibiet tal-istituzzjonijiet apparti milli minn dawk tal-Kummissjoni għandhom jintbgħatu lill-Kummissjoni fl-istess żmien.
Emenda 219 Proposta għal regolament Artikolu 153 – paragrafu 2
2.Wara t-tlestija tal-proċedura kontradittorja, kull istituzzjoni jew korp ikkonċernati għandhom jindirizzaw ir-risposta tagħhom lill-Qorti tal-Awdituri sa mhux aktar tard mill-15 ta' Ottubru. It-tweġibiet tal-istituzzjonijiet għajr il-Kummissjoni għandhom jintbgħatu lill-Kummissjoni fl-istess żmien.
imħassar
Emenda 220 Proposta għal regolament Artikolu 153 – paragrafu 5
5. Il-Qorti tal-Awdituri għandha tittrażmetti lill-awtoritajiet responsabbli mill-għoti tal-kwittanza u lill-istituzzjonijiet l-oħrajn, sa mhux aktar tard mill-15 ta' Novembru, ir-rapport annwali tagħha akkumpanjat mir-risposti tal-istituzzjonijiet u għandha tiżgura l-pubblikazzjoni tiegħu f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5. Il-Qorti tal-Awdituri għandha tittrażmetti lill-awtoritajiet responsabbli mill-għoti tal-kwittanza u lill-istituzzjonijiet l-oħrajn, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru, ir-rapport annwali tagħha akkumpanjat mir-risposti tal-istituzzjonijiet u għandha tiżgura l-pubblikazzjoni tiegħu f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 221 Proposta għal regolament Artikolu 155
Artikolu 155
imħassar
Dikjarazzjoni ta' osservazzjonijiet preliminari
1.Il-Qorti tal-Awdituri għandha tittrażmetti lill-istituzzjonijiet, korpi jew Stati Membri kkonċernati d-dikjarazzjonijiet tal-osservazzjonijiet preliminari li jirriżultaw mill-awditi tagħha. Id-dikjarazzjonijiet ta' osservazzjonijiet preliminari li huma, fil-fehma tal-Qorti, tali li għandhom jidhru fir-rapport annwali għandhom jiġu trażmessi mhux aktar tard mill-1 ta' Mejju tal-eżerċizzju ta' wara dak li għalih jirreferu. Id-dikjarazzjonijiet tal-osservazzjonijiet preliminari għandhom jibqgħu kunfidenzjali.
2.L-istituzzjoni, korp jew Stat Membru kkonċernat għandu jkollhom xahrejn u nofs żmien sabiex fihom jinfurmaw lill-Qorti tal-Awdituri bil-kummenti li jkunu jixtiequ jagħmlu rigward id-dikjarazzjonijiet tal-osservazzjonijiet preliminari.
Emenda 264 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 156
1. Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel il-15 ta“ Mejju tas-sena n + 2 jagħti kwittanza lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tas-sena n.
1. Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel il-15 ta“ April tas-sena n + 2 jagħti kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tas-sena n:
- lill-istituzzjonijiet imsemmija fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 1(2)
- lill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 196b(1),
- lil korpi oħra responsabbli mill-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni, sakemm jiġi previst fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni r-rekwiżit ta' kwittanza lil dawk il-korpi mill-Parlament Ewropew.
2. Jekk id-data prevista fil-paragrafu 1 ma tistax tintlaħaq, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill għandu jinforma lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għall-posponiment.
2. Jekk id-data prevista fil-paragrafu 1 ma tistax tintlaħaq, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill għandu jinforma lill-istituzzjonijiet, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati bir-raġunijiet għall-posponiment.
3. Jekk il-Parlament Ewropew jipposponi d-deċiżjoni li jagħti kwittanza, il-Kummissjoni għandha tagħmel kull sforz sabiex tieħu miżuri, mill-aktar fis possibbli, sabiex tneħħi jew tiffaċilita t-tneħħija tal-ostakoli għal dik id-deċiżjoni.
3. Jekk il-Parlament Ewropew jipposponi d-deċiżjoni li jagħti kwittanza, l-istituzzjonijiet, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jieħdu miżuri, mill-aktar fis possibbli, sabiex ineħħu jew jiffaċilitaw it-tneħħija tal-ostakoli għal dik id-deċiżjoni.
Emenda 265 Proposta għal regolament Artikolu 157 – paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni mingħajr problemi tal-proċedura tal-kwittanza għas-sena finanzjarja kkonċernata, f'konformità mal-Artikolu 319 tat-TFUE.
3. L-istituzzjonijiet, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati għandhom jittrażmettu lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni mingħajr problemi tal-proċedura tal-kwittanza għas-sena finanzjarja kkonċernata, f'konformità mal-Artikolu 319 tat-TFUE.
Emenda 266 Proposta għal regolament Artikolu 158
1. F'konformità mal-Artikolu 319 tat-TFUE u l-Artikolu 180b tat-Trattat Euratom, il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet l-oħrajn għandhom jieħdu l-passi kollha xierqa sabiex jaġixxu fuq l-osservazzjonijiet li jakkumpamjaw id-deċiżjoni tal-kwittanza tal-Parlament Ewropew u l-kummenti li jakkumpanjaw ir-rakkomandazzjonijiet għall-kwittanza kif adottati mill-Kunsill.
1. F'konformità mal-Artikolu 319 tat-TFUE u l-Artikolu 180b tat-Trattat Euratom, il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati l-oħrajn għandhom jieħdu l-passi kollha xierqa sabiex jaġixxu fuq l-osservazzjonijiet li jakkumpamjaw id-deċiżjoni tal-kwittanza tal-Parlament Ewropew u l-kummenti li jakkumpanjaw ir-rakkomandazzjonijiet għall-kwittanza kif adottati mill-Kunsill.
2. Fuq it-talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw dwar il-miżuri meħuda fid-dawl ta' dawn l-osservazzjonijiet u fuq il-kummenti, u, partikolarment, fuq l-istruzzjonijiet mogħtija lill-dawk id-dipartimenti li huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw mal-Kummissjoni billi jinformawha bil-miżuri li huma jkunu ħadu sabiex jaġixxu fuq dawn l-osservazzjonijiet hekk li l-Kummissjoni tkun tista' tieħu akkont tagħhom meta tħejji r-rapport tagħha. Ir-rapporti mill-istituzzjonijiet għandhom ukoll ikunu trażmessi lill-Qorti tal-Awdituri.
2. Fuq it-talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, l-istituzzjonijiet, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati għandhom jirrapportaw dwar il-miżuri meħuda fid-dawl ta' dawn l-osservazzjonijiet u fuq il-kummenti, u, partikolarment, fuq l-istruzzjonijiet mogħtija lill-dawk id-dipartimenti li huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw mal-Kummissjoni billi jinformawha bil-miżuri li huma jkunu ħadu sabiex jaġixxu fuq dawn l-osservazzjonijiet hekk li l-Kummissjoni tkun tista' tieħu akkont tagħhom meta tħejji r-rapport tagħha. Ir-rapporti mill-istituzzjonijiet għandhom ukoll ikunu trażmessi lill-Qorti tal-Awdituri.
Emenda 224 Proposta għal regolament Artikolu 167 – paragrafu 1
1. Il-Partijiet Wieħed u Tlieta ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għan-nefqa effettwata mill-awtoritajiet u l-korpi msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni, ir-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, ir-Regolament (KE) Nru 1081/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/200625 dwar il-Fond ta' Koeżjoni, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/200626 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd, u fondi fil-qasam tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja ġestiti f'ġestjoni kondiviża skont l-Artikolu 56 ta' dan ir-Regolament, (minn hawn “il quddiem il-”Fondi“), u d-dħul tagħhom, minbarra kif stipulat mod ieħor f'dan it-Titolu.
1. Il-Partijiet Wieħed u Tlieta ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għan-nefqa effettwata mill-awtoritajiet u l-korpi msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni, ir-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, ir-Regolament (KE) Nru 1081/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/200625 dwar il-Fond ta' Koeżjoni, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/200626 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd, u fondi fil-qasam tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja, inkluż il-Fondi skont “il-Programm Qafas dwar is-Solidarjetà u l-Ġestjoni tal-Flussi Migratorji”, ġestiti f'ġestjoni kondiviża skont l-Artikolu 56 ta' dan ir-Regolament, (minn hawn “il quddiem il-”Fondi“), u d-dħul tagħhom, minbarra kif stipulat mod ieħor f'dan it-Titolu.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom li jirrispettaw l-allokazzjonijiet tal-approprjazzjonijiet għall-impenji stipulati fl-atti bażiċi relevanti għall-operazzjonijiet strutturali, l-iżvilupp rurali u l-Fond Ewropew għas-Sajd.
Emenda 226 Proposta għal regolament Artikolu 169 - paragrafu 3
3. Bi qbil mar-regolamenti msemmija fl-Artikolu 167 il-ħlas lura sħiħ jew f' parti minn pagamenti akkont għal xi operazzjoni m'għandux ikollu effett li ma jnaqqasx il-kontribuzzjoni mill-Fond għall-operazzjoni kkonċernata.
L-ammonti mħallsa lura għandhom jikkostitwixxu introjtu assenjat b'konformità mal-Artikolu 18(3)(c).
3. It-trattament tar-rifużjonijiet mill-Istati Membri u l-implikazzjonijiet għall-ammont ta' kontribuzzjonijiet mill-Fondi għandhom ikunu rregolati bir-regolamenti msemmija fl-Artikolu 167.
It-trattament tar-rifużjonijiet mill-Istati Membri u l-implikazzjonijiet għall-ammont ta' kontribuzzjonijiet mill-Fondi għandhom ikunu rregolati bir-regolamenti msemmija fl-Artikolu 167.
Emenda 227 Proposta għal regolament Titolu III – Kapitolu 1 – intestatura ġdida (qabel l-Artikolu 173)
2. Għandhom ikunu ttrattati bħala dħul assenjat fil-qofol tat-tifsira tal-Artikolu 18(2) l-approprjazzjonijiet li jirrigwardaw:
2. Approprjazzjonijiet li jirrigwardaw:
(a) proċeduri ta' għotjiet u akkwisti li fihom jipparteċipa l-JRC jew;
(a) proċeduri ta' għotjiet u akkwisti li fihom jipparteċipa l-JRC jew;
(b) attivitajiet tal-JRC f'isem partijiet terzi jew;
(b) attivitajiet tal-JRC f'isem partijiet terzi jew;
(c) attivitajiet li saru taħt ftehim amministrattiv ma' istituzzjonijiet oħra jew dipartimenti oħra tal-Kummissjoni għall-għoti ta' servizzi tekniċi-xjentifiċi.
(c) attivitajiet li saru taħt ftehim amministrattiv ma' istituzzjonijiet oħra jew dipartimenti oħra tal-Kummissjoni għall-għoti ta' servizzi tekniċi-xjentifiċi.
għandhom ikunu ttrattati bħala introjtu assenjat fil-qofol tat-tifsira tal-Artikolu 18(2).
Emenda 279 Proposta għal regolament Titolu III – Kapitolu 2 (ġdid)
KAPITOLU 2
Fondi u kostijiet eleġibbli
Artikolu 175a
Il-kost medju tal-persunal
1.Għandhom japplikaw il-kriterji li ġejjin biex ikunu approvati l-metodoloġiji tal-kost medju tal-persunal:
(a) il-kost medju tal-persunal għandu jkun il-kost normali tal-prattika ta' kontabilità tal-benefiċjarju; dan jinkludi approċċi mmirati fuq l-infiq.
(b) il-kostijiet medji tal-persunal għandhom jissejsu fuq il-kost reali tal-persunal tal-benefiċjarju kif reġistrat fil-kontijiet statutorji, jew il-kontabilità tal-ispejjeż kif meħtieġ permezz ta' regoli nazzjonali applikabbli, inkluż ammonti bbaġitjati jew stmati fejn meħtieġ;
(c) il-metodoloġija tal-kost medju tal-persunal għandha teskludi kull punt dwar il-kost mhux eleġibbli mir-rati medji tal-persunal kif definit fir-Regolament (KE) Nru.1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistipula r-regoli għall-parteċipazzjoni tal-impriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet f'azzjonijiet taħt is-Seba' Programm Qafas u għat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013)1 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru.1908/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jistipula r-regoli għall-parteċipazzjoni tal-impriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet f'azzjonijiet taħt is-Seba' Programm Qafas tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u għat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka (2007 sal-2011)2 u l-Ftehimiet ta' Għotjiet mudell; kostijiet mitluba taħt kategoriji oħrajn tal-kostijiet m'għandhomx jiġu inklużi;
(d) in-numru ta' sigħat produttivi użati biex jiġu kkalkulati r-rati fis-siegħa medji għandu jikkorrispondi għall-prattika normali tal-ġestjoni tal-benefiċjarju sakemm dan ikun ibbażat fuq reġistri tal-kontabilità verifikabbli.
2.Il-kriterji msemmija fil-Paragrafu 1 għandhom ikunu applikabbli sakemm l-aspetti l-oħrajn kollha tal-metodoloġija jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehimiet ta' Għotjiet mudell.
3.Il-kriterji msemmija fil-Paragrafu 1 għandhom iservu bħala r-referenza għall-kostijiet medji kollha ddebitati skont il-ftehim ta' għotja: dawk li għandhom ċertifikazzjoni ex-ante dwar il-metodoloġija u dawk li m'għandhomx ċertifikazzjoni ex-ante inklużi l-ftehimiet ta' għotja diġà ffirmati. Għalhekk, dawn il-kriterji għandhom japplikaw ukoll fil-qafas tal-awditjar ex-post magħmul mill-Kummissjoni inklużi l-ftehimiet ta' għotja diġà ffirmati.
4.Kostijiet tal-persunal iddebitati fuq il-bażi ta' metodoloġiji konformi mal-kriterji msemmija fil-Paragrafu 1 għandhom jitqiesu bħala dawk li ma jvarjawx wisq mill-kostijiet reali.
5.Fil-każ ta' approvazzjoni ex-ante tal-metodoloġija skont il-kriterji msemmija fil-Paragrafu 1, l-approvazzjoni għandha tibqa' valida għat-tul ta' żmien kollu tal-Programmi Qafas sakemm ma tinbidilx il-metodoloġija mill-benefiċjarji, jew jekk is-servizzi tal-Kummissjoni jinnutaw nuqqasijiet fil-metodoloġija matul l-awditjar jew bħala riżultat ta' ineżattezzi, użu mhux xieraq jew kwalunkwe eventwalità oħra li tagħmel il-bażi li fuqha ingħatat tali approvazzjoni invalida.
6.Il-benefiċjarji, li akkwistaw l-approvazzjoni tal-metodoloġija tal-kostijiet tal-persunal medji tagħhom taħt il-kundizzjonijiet definiti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 4705, huma intitolati jew li jkomplu japplikaw il-metodoloġija approvata jew inkella li jmorru lura għall-prattika normali tal-kontabilità tagħhom sakemm tkun konformi mal-kriterji adottati minn dan l-Artikolu.
1 ĠU L 391, 30.12.2006, p. 1.
2 ĠU L 400, 30.12.2006, p. 1.
Artikolu 175b
Is-sidien tal-SMEs (impriżi ta' daqs żgħir u medju) u persuni fiżiċi
1.Fl-għotjiet kollha għal azzjonijiet indiretti konklużi skont il-Programm Qafas, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni relatata mal-ħidma personali tagħhom stess taħt il-proġett għas-sidien tal-SMEs li ma jirċevux salarju u l-persuni fiżiċi li ma jirċevux salarju għandha tieħu l-forma ta' rata fissa.
2.Il-valur tal-ħidma personali ta' dawk is-sidien tal-SMEs u l-persuni fiżiċi għandu jkun ibbażat fuq rata fissa li trid tiġi ddeterminata billi jiġu mmultiplikati s-sigħat maħduma fil-proġett bir-rata fis-siegħa li trid tiġi kkalkulata kif ġej:
(a) in-numru standard ta' sigħat produttivi huwa ugwali għal 1 575;
(b) in-numru totali ta' sigħat iddikjarati għal proġetti tal-Unjoni f'sena ma jistax ikun ogħla min-numru standard ta' sigħat produttivi għal kull sid tal-SMEs jew persuna fiżika.
Il-valur tal-ħidma personali għandu jitqies bħala kost eleġibbli dirett tal-proġett.
3.Din il-forma ta' finanzjament għandha wkoll tapplika għas-sidien tal-SMEs u l-persuni fiżiċi li ma jirċevux salarju skont il-ftehimiet ta' għotja tal-programmi qafas diġà ffirmati, sakemm ma jkunx diġà tressaq u aċċettat mill-Kummissjoni ċertifikat dwar il-metodoloġija għall-kostijiet tal-persunal medji għal dawn il-benefiċjarji. Fil-każ tal-aħħar, il-benefiċjarji jistgħu jagħżlu li jkomplu japplikaw il-metodoloġija ċċertifikata.
Emenda 230 Proposta għal regolament Titolu III - Kapitolu 3 (ġdid)
KAPITOLU 3
Kumitat ta' approvazzjoni għar-riċerka
Artikolu 175c
Kumitat ta' approvazzjoni għar-riċerka
1.Għandu jitwaqqaf kumitati ta' approvazzjoni speċjalizzat (“Kumitat ta' approvazzjoni għar-riċerka”) bejn id-Direttorati Ġenerali kompetenti, għall-implimentazzjoni tal-programmi relatati, li jkollhom il-mandat lijieħdu pożizzjonijiet finali u ugwali fuq kull kwistjoni legali u finanzjarja marbuta mal-implimentazzjoni kollha taċ-ċiklu tal-proġett kif ukoll dwar kull kwistjoni oħra marbuta mal-proċess kummerċjali li minħabba fihom il-modalitajiet ta' ħidma bejn is-servizzi ma ħallewx li jintlaħaq kunsens.
Il-Kumitat ta' approvazzjoni għar-Riċerka għandu jaġixxi bħala l-kumitat ta' approvazzjoni kompetenti msemmi fl-Artikolu 126b għall-kwistjonijiet kollha marbutin mal-proġetti u mal-programmi ta' riċerka, inkluż il-Programm Qafas.
L-ebda membru ta' kumitat ta' approvazzjoni mhu responsabbli minħabba l-applikazzjoni tal-Artikoli 70 u 71 għal deċiżjonijiet magħmula fil-kapaċità tiegħu bħala membru tal-kumitat ta' approvazzjoni għar-Riċerka.
2.Il-kumitat ta' approvazzjoni għar-Riċerka hu magħmul mid-Diretturi Ġenerali tad-Direttorati Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, l-Edukazzjoni u l-Kultura, l-Intrapriża u l-Industrija, is-Soċjetà tal-Informazzjoni u Midja, il-Mobilità u t-Trasport u l-Enerġija jew minn rappreżentant wieħed għal kull Direttorat Ġenerali awtorizzat kif suppost. Għandu jiltaqa' għal mill-anqas erba' darbiet fis-sena u jista' jieħu deċiżjonijiet konsenswali bi proċedura bil-miktub.
3.Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għal:
(a) il-kumitat ta' approvazzjoni għar-Riċerka għandu jkun ippresedut mid-Direttur Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni jew mir-rappreżentant tiegħu/tagħha;
(b) jekk meħtieġ, il-kumitat ta' approvazzjoni għar-Riċerka jista' jirrikjedi l-opinjoni tas-servizzi ċentrali orizzontali tal-Kummissjoni b'mod partikolari s-Servizz Legali u d-Direttorat Ġenerali għall-Baġit;
(c) il-kumitat ta' approvazzjoni għar-Riċerka jistgħu jistiednu lill-parteċipanti interessati jew ir-rappreżentanti tagħhom jew għal kull espert li jikkunsidra adattat biex jagħti opinjoni;
(d) id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'kunsens jew meta dan ma jkunx popssibbli, b'deċiżjoni ta' maġġoranza u għandhom ikunu obbligatorji għad-Direttorati Ġenerali msemmija fil-paragrafu 1;
(e) il-pożizzjonijiet finali u uniformi meħuda għandhom ukoll ikunu vinkolanti għall-Aġenziji Eżekuttivi li jimplimentaw partijiet mill-Programm Qafas;
(f) settur iddedikat fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni għandu jipprovdi appoġġ segretarjali għall-kumitat ta' approvazzjoni għar-Riċerka. Id-deċiżjonijiet tal-kumitat ta' approvazzjoni tar-Riċerka għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fil-forma ta' bażi tad-dejta elettronika, li tagħti kunsiderazzjoni partikolari lil-leġiżlazzjoni applikabbli għall-protezzjoni tad-dejta;
(g) il-kumitat ta' approvazzjoni għar-Riċerka għandu jadotta ir-regoli ta' proċedura tiegħu, bi qbil mal-Artikolu 126c.
Emenda 232 Proposta għal regolament Artikolu 177 a (ġdid)
Artikolu 177a
Użu tal-appoġġ tal-baġit
1.Fejn previst fl-atti bażiċi relevanti, il-Kummissjoni tista' tuża s-sostenn tal-Baġit Ġenerali f'pajjiż terz jekk il-mod li bih il-pajjiż sieħeb iġestixxi l-infiq pubbliku jkun trasparenti, affidabbli u effettiv biżżejjed.
2.Il-Kummissjoni, fil-ftehimiet finanzjarji korrispondenti konklużi skont l-Artikolu 176(2)(b), għandha tinkludi d-dispożizzjonijiet adegwati li skonthom il-pajjiż benefiċjarju kkonċernat jieħu l-impenn li jirrimborża immedjatament l-ammont totali jew parzjali tal-finanzjament rilevanti tal-operazzjoni, f'każ li jiġi stabbilit li l-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni kkonċernati tkun inkludiet irregolaritajiet serji.
Għall-ipproċessar tar-rimborż imsemmi fl-ewwel subparagrafu, jista' jiġi applikat l-Artikolu 77(1) rigward l-irkupru permezz tal-ibbilanċjar.
3.Il-Kummissjoni għandha tappoġġa l-iżvilupp tal-kontroll parlamentari u tal-kapaċitajiet ta' verifika u żżid it-trasparenza u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni.
Emenda 233 Proposta għal regolament Titolu IV – Kapitolu 2 – Taqsima 2 (ġdida) - intestatura (ġdida) (qabel l-Artikolu 178)
Taqsima 2
Fondi fiduċjari b'aktar minn donatur wieħed
Emenda 234 Proposta għal regolament Artikolu 178 – paragrafu 2
Il-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni u d-donaturi għandhom jiddaħħlu f'kont tal-bank speċifiku. Dawn il-kontribuzzjonijiet mhumiex integrati fil-baġit u huma ġestiti mill-Kummissjoni taħt ir-responsabbiltà tal-uffiċjal awtorizzanti b'delega. L-entitajiet u persuni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 55(1) jistgħu jiġu fdati bil-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit f'konformità mar-regoli relevanti tal-ġestjoni indiretta.
Il-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni u d-donaturi għandhom jiddaħħlu f'kont tal-bank speċifiku. Dawn il-kontribuzzjonijiet mhumiex integrati fil-baġit u huma ġestiti mill-Kummissjoni taħt ir-responsabbiltà tal-uffiċjal awtorizzanti b'delega. Japplika l-Artikolu 55(3).
Emenda 235 Proposta għal regolament Titolu IV – Kapitolu 2 – Taqsima 3 (ġdida) - intestatura (ġdida) (qabel l-Artikolu 179)
Taqsima 3
Modi ta' ġestjoni oħrajn
Emenda 236 Proposta għal regolament Artikolu 195 – paragrafu 3
3. L-istituzzjonijiet għandhom jinfurmaw lill-awtorità tal-baġit malajr kemm jista' jkun b'kull proġett ta' bini li aktarx li jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikati fuq il-baġit.
3. L-istituzzjonijiet u l-entitajiet skont l-Artikolu 196b għandhom jinfurmaw lill-awtorità tal-baġit malajr kemm jista' jkun b'kull proġett ta' bini li aktarx li jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikati fuq il-baġit.
Jekk waħda mill-fergħat tal-awtorità tal-baġit jkollha l-intenzjoni li toħroġ opinjoni, hija għandha fi żmien erba' ġimgħat mill-wasla tal-informazzjoni dwar il-proġett ta' bini tinnotifika lill-istituzzjoni kkonċernata bl-intenzjoni tagħha li toħroġ tali opinjoni. Jekk ma jkunx hemm tweġiba, l-istituzzjoni kkonċernata tista' tipproċedi bl-operazzjoni ppjanata taħt l-awtonomija amministrattiva li tgawdi, soġġetta għall-Artikolu 335 tat-TFUE u l-Artikolu 185 tat-Trattat Euratom fir-rigward tar-rappreżentanza tal-Unjoni.
B'mod partikolari għandhom jinfurmaw lill-awtorità tal-baġit b'rabta ma':
Dik l-opinjoni għandha tintbagħat lill-istituzzjoni konċernata fi żmien ġimagħtejn minn tali notifikazzjoni.
(a) proġetti ta' kostruzzjoni u rinnovament, qabel ma ssir sejħa għall-offerti, dwar l-arranġamenti speċifiċi tal-ippjanar u, wara li tkun saret is-sejħa għall-offerti u qabel ma jiġu konklużi l-kuntratti, dwar l-aspetti kollha li għandhom impatt fuq it-teħid ta' deċiżjonijiet u fuq l-iffinanzjar tal-proġetti, kif ukoll, wara li jitlestew ix-xogħlijiet, dwar kemm ix-xogħlijiet ġew eżegwiti kif ippjanat u fir-rispett tal-baġit allokat;
(b) kuntratti oħra tal-bini, qabel ma ssir sejħa għall-offerti jew qabel ma jsir studju tas-suq lokali, dwar l-erja tal-bini speċifika meħtieġa u, qabel ma jiġu konklużi l-kuntratti, dwar l-aspetti kollha b'impatt fuq it-teħid ta' deċiżjonijiet u dwar l-iffinanzjar tal-proġett, kif ukoll, wara li jitlestew ix-xogħlijiet, dwar ir-rispett tal-baġit allokat u l-implimentazzjoni tal-proġett.
Meta dan ikun xieraq, l-istituzzjonijiet u l-korpi jistgħu jipprovdu informazzjoni fid-dokument ta' ħidma dwar il-politika tal-bini msemmi fl-Artikolu 34(4a).
L-approvazzjoni tal-awtorità baġitarja għandha tinkiseb qabel ma jiġu konklużi l-kuntratti. L-awtorità baġitarja għandha tieħu deċiżjoni dwar l-għoti ta' approvazzjoni fi żmien tmien ġimgħat wara li tkun irċeviet l-applikazzjoni u l-informazzjoni kollha b'impatt fuq it-teħid ta' deċiżjonijiet.
L-istituzzjonijiet għandhom jitolbu l-approvazzjoni tal-awtorità baġitarja għall-akkwist ta' assi ta' proprjetà immobiljari jew kull proġett ieħor ta' bini, iffinanzjati permezz ta' self.
Emenda 237 Proposta għal regolament Artikolu 195 – paragrafu 3 a (ġdid)
3a.Proġett tal-bini li aktarx li jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikati fuq il-budget huma:
(i) l-akkwist, il-bejgħ, ir-rinnovazzjoni jew il-kostruzzjoni ta' bini li jiswa' iktar minn EUR 2 miljuni, jew l-estensjoni tal-kuntratti eżistenti tal-bini ta' iktar minn EUR 2 miljuni fis-sena,
(ii) kull akkwist ta' art,
(iii) kull kuntratt ġdid ta' bini (inkluż l-użufrutt u t-twellija fuq żmien twil) għal proprjetà ġdida bi spiża annwali ta' mill-inqas EUR 500 000,
(iv) kull proġett ta' bini ta' natura interistituzzjonali.
Emenda 238 Proposta għal regolament Artikolu 195 – paragrafu 3 b (ġdid)
3b.Il-finanzjament ta' proġett jista' jsir minn fondi tal-baġit jew, b'deroga mill-Artikolu 14, bl-approvazzjoni tal-awtorità tal-baġit, permezz ta' self. Is-self għandu jitħallas lura fi żmien perjodu adegwat.
Il-pjan ta' finanzjament li għandu jiġi sottomess flimkien mal-applikazzjoni għall-approvazzjoni mill-istituzzjoni kkonċernata għandu jispeċifika, b'mod partikolari, il-livell massimu tal-iffinanzjar, il-perjodu ta' ffinanzjar u t-tip ta' ffinanzjar.
Emenda 239 Proposta għal regolament Titolu VII a (ġdid)
TITOLU VIIa
AĠENZIJI, KORPI u SĦUBIJIET PUBBLIĊI-PRIVATI
Emenda 240 Proposta għal regolament Artikolu 196 a (ġdid)
Artikolu 196a
Tipi ta' sħubijiet pubbliċi-privati
Għandhom jiġu stabbiliti t-tipi ta' sħubijiet pubbliċi-privati:
(a) korpi imwaqqfa skont it-TFUE u t-trattat tal-Euratom u li diġà għandhom personalità legali u jirċievu kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu mill-baġit b'konformità mal-Artikolu 196b;
(b) korpi b'personalità legali mwaqqfa b'att bażiku definit mill-istatut tagħhom kif ukoll mill-ambitu u n-natura tal-operazzjonijiet tagħhom u li ġew fdati bl-implimentazzjoni tas-sħubijiet pubbliċi-privati bi qbil mal-Artikoli 196b u 196c, fejn dan joħloq valur miżjud Ewropew u fejn l-intervent permezz ta' fondi pubbliċi hu ġustifikat.
Emenda 241 Proposta għal regolament Artikolu 196 b (ġdid)
Artikolu 196b
Regolament finanzjarju ta' qafas għall-aġenziji, korpi u sħubijiet pubbliċi-privati stabbiliti taħt id-dispożizzjonijiet speċifiċi tat-TFUE u t-Trattat tal-Euratom
1.Għandu jiġi adottat regolament finanzjarju ta' qafas, wara konsultazzjoni mal-Qorti tal-Awdituri permezz ta' regolament iddelegat b'konformità mal-Artikoli 202, 203 u 204 ta' dan ir-Regolament għall-korpi li jitwaqqfu taħt dispożizzjonijiet speċifiċi tat-TFUE u t-Trattat tal-Euratom u li għandhom personalità legali.
Dan ir-regolament finanzjarju ta' qafas se jkun ibbażat fuq il-prinċipji u r-regoli pprovduti skont dan ir-Regolament.
Ir-regoli finanzjarji ta' dawn l-entitajiet ma jistgħux jiġu derogati mir-regolament finanzjarju ta' qafas għajr meta l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom jirrikjedu dan. Dawn id-derogi ma jistgħux jirrigwardaw il-prinċipji baġitarji msemmija fit-Titolu II tal-Ewwel Parti, il-prinċipju tal-ugwaljanza tat-Trattament tal-operaturi, jew dispożizzjonijiet speċifiċi stipulati fl-atti bażiċi li joħolqu dawn il-korpi. Fejn ir-regoli finanzjarji ta' dawn il-PPP jidderogaw mir-regolament finanzjarju ta' qafas, il-Kummissjoni għandha tiġi nnotifikata b'dawn id-derogi u l-ġustifikazzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt li toġġezzjona għal dawn id-derogi fi żmien sitt ġimgħat wara n-notifika.
Ir-regoli ta' dawn il-korpi jistgħu jidderogaw mir-Regolament tal-Persunal
1a.Id-derogi u r-raġunijiet speċifiċi għal dawn id-derogi għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f'dokument ta' ħidma annwali u sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru f'dokument ta' ħidma. Id-dokument ta' ħidma għandu wkoll jelenka l-progress fit-twettiq tal-għan li għalih twaqqfu l-korpi individwali, u r-relevanza tad-derogi msemmija aktar kmieni għall-progress miksub; l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 34(2b); u t-twettiq tal-miri speċifiċi definiti minn qabel għas-sena li għalih il-kwittanza tirreferi. Fejn il-miri ma jkunux intlaħqu, il-ġestjoni tal-entità għandha tfassal raġunijiet speċifiċi għal dan u għandha tipproponi azzjoni ta' rimedju li tista' tinkludi wkoll talba raġunata għal żieda temporanja f'allokazzjonijiet amministrattivi għal mhux aktar minn sena sussegwenti.
Id-dokument ta' ħidma għandu wkoll jippreżenta l-istruttura ta' governanza tal-entitajiet kollha skont dan l-Artikolu inkluż deskrizzjoni komprensiva tad-daqs tal-istrutturi ta' governanza individwali fir-rigward tal-persunal rispettiv.
2.Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġits tal-korpi riferuti fil-paragrafu 1, għandha tingħata mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Il-Parlament Ewropew għandu jkun intitolat li jistieden il-ġestjoni tagħhom fil-proċess ta' kwittanza, b'mod partikolari fejn il-miri deskritti fil-paragrafu 1a ma jintlaħqux għal sentejn konsekuttivi, fejn iqis xieraq.
3.L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess poteri fuq il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 bħal ma jagħmel fir-rigward tad-dipartimenti tal-Kummissjoni.
4.Kull aġenzija għandha taħtar b'kuntratt, wara konsultazzjoni mal-Qorti tal-Awdituri, Awditur indipendenti li jkollu l-missjoni li jivverifika l-konformità tal-kontijiet tal-entità mal-Artikolu 134 u biex iwettqu analiżi, taħt id-direzzjoni tal-Qorti tal-Awdituri, tal-legalità u r-regolarità tad-dħul u l-infiq ta' dan il-korp. Il-Qorti tal-Awdituri għandha teżamina r-rapport imħejji minn dan l-awditur indipendenti u flimkien mat-twettiq ta' kull proċedura oħra li tqis meħtieġa, tista' tafda fuq ir-rapport tal-awditur indipendenti fit-tiswir tal-opinjoni tagħha.
Emenda 242 Proposta għal regolament Artikolu 196 c (ġdid)
Artikolu 196c
Regolament Finanzjarju mudell għal korpi ta' sħubija pubblika-privata mhux ibbażat fuq dispożizzjonijiet speċifiċi tat-TFUE
1.Il-korpi li għandhom personalità legali u li huma stabbiliti b'att bażiku b'applikazzjoni tal-Artikolu 288 u 289 TFUE u fdati bl-implimentazzjoni ta' sħubija pubblika-privata għandhom jadottaw ir-regoli finanzjarji tagħhom li jkopru l-ħolqien, l-implimentazzjoni, il-kontabilità u l-kwittanza tal-baġit tal-PPP.
2.Dawn ir-regoli jinkludu sett ta' prinċipji neċessarji sabiex tiġi żgurata ġestjoni finanjzarja tajba tal-fondi tal-Unjoni, u għandhom ikunu bbażati fuq l-Artikolu55 u 57 u regolament finanzjarju mudell adottat mill-Kummissjoni permezz ta' regolament delegat f'konformità mal-Artikoli 202, 203 u 204 wara konsultazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri.
Fejn ir-regoli finanzjarji ta' dawn il-PPP jidderogaw mir-regolament finanzjarju ta' qafas, il-Kummissjoni għandha tiġi nnotifikata b'dawn id-derogi u l-ġustifikazzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt li toġġezzjona għal dawn id-derogi fi żmien sitt ġimgħat wara n-notifika.
Ir-regoli ta' dawn il-korpi jistgħu jidderogaw mir-Regolamenti tal-Persunal sakemm l-atti li jistabilixxu dawn l-entitajiet skont l-Artikolu 1a(2) tar-Regolamenti tal-Persunal ma jipprevjenux l-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal.
3.Id-derogi u r-raġunijiet speċifiċi għal dawn id-derogi għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f'dokument ta' ħidma annwali u sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru. Id-dokument ta' ħidma għandu wkoll jelenka l-progress fit-twettiq tal-għan li għalih twaqqfu l-korpi individwali, u r-relevanza tad-derogi msemmija aktar kmieni għall-progress miksub; l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 34(2b); u t-twettiq tal-miri speċifiċi definiti minn qabel għas-sena li għalih il-kwittanza tirreferi. Fejn il-miri ma jkunux intlaħqu, il-ġestjoni tal-korp għandha tfassal raġunijiet speċifiċi għal dan u għandha tipproponi azzjoni ta' rimedju li tista' tinkludi wkoll talba raġunata għal żieda temporanja f'allokazzjonijiet amministrattivi għal mhux aktar minn sena sussegwenti. Id-dokument ta' ħidma għandu wkoll jippreżenta l-istruttura ta' governanza tal-entitajiet kollha skont dan l-Artikolu inkluż deskrizzjoni komprensiva tad-daqs tal-istrutturi ta' governanza individwali fir-rigward tal-persunal rispettiv.
4.Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġits tal-korpi riferuti fil-paragrafu 1, għandha tingħata mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill.
5.L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess poteri fuq il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 bħal ma jagħmel fir-rigward tad-dipartimenti tal-Kummissjoni.
Emenda 243 Proposta għal regolament Artikolu 199
Il-Kummissjoni għandha tadotta Regolament delegat dwar ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament f'konformità mal-Artikoli 202, 203 u 204. Ir-Regolament delegat għandu jinkludi wkoll regoli dwar l-implimentazzjoni ta' nfiq amministrattiv li jirrigwarda l-approprjazzjonijiet provduti fil-baġit għall-Aġenzija tal-Forniment tal-Euratom.
Anness ma' dan ir-Regolament jelenka l-objettivi, il-kontenut u l-ambitu tad-delegazzjoni b'referenza għall-Artikoli msemmija aktar qabel.
Ir-Regolament delegat għandu jinkludi wkoll regoli dwar l-implimentazzjoni ta' nfiq amministrattiv li jirrigwarda l-approprjazzjonijiet provduti fil-baġit għall-Aġenzija tal-Forniment tal-Euratom.
Emenda 244 Proposta għal regolament Artikolu 200
Artikolu 200
imħassar
Regolament finanzjarju ta' qafas għall-aġenziji u l-korpi stabbiliti taħt it-TFUE u t-Trattat tal-Euratom
1.Il-Kummissjoni għandha tadotta regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi li jitwaqqfu taħt it-TFUE u t-Trattat tal-Euratom u li għandhom personalità legali u jirċievu kontribuzzjonijiet li jitħallsu mill-baġit permezz ta' att delegat f'konformità mal-Artikoli 202, 203 u 204 ta' dan ir-Regolament.
Dan ir-regolament finanzjarju ta' qafas se jkun ibbażat fuq il-prinċipji u r-regoli pprovduti skont dan ir-Regolament.
Ir-regoli finanzjarji ta' dawn il-korpi ma jistgħux imorru lil hinn mir-regolament finanzjarju ta' qafas għajr meta l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom jirrikjedu dan u bil-kunsens bil-quddiem tal-Kummissjoni. Dawn id-derogi ma jistgħux jirrigwardaw il-prinċipji baġitarji msemmija fit-Titolu II tal-Ewwel Parti, il-prinċipju tal-ugwaljanza tat-Trattament tal-operaturi, jew dispożizzjonijiet speċifiċi stipulati fl-atti bażiċi li joħolqu dawn il-korpi.
2.Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġits tal-korpi riferuti fil-paragrafu 1, għandha tingħata mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill.
3.L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess poteri fuq il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 bħal ma jagħmel fir-rigward tad-dipartimenti tal-Kummissjoni.
4.Jekk ma jkunx stipulat mod ieħor fl-att bażiku li joħloq korp imsemmi fil-paragrafu 1, il-Qorti tal-Awdituri għandha teżamina l-legalità u r-regolarità tad-dħul u l-infiq ta' dan il-korp qabel mal-kontijiet tiegħu jiġu kkonsolidati mal-kontijiet tal-Kummissjoni. Dan l-eżami għandu jkun ibbażat fuq ir-rapport tal-verifika stabbilit minn awditur estern indipendenti indikat mill-korp u li l-missjoni tiegħu hija li jivverifika l-konformità tal-kontijiet ta' dak il-korp mal-Artikolu 134 ta' dan ir-Regolament.
Emenda 245 Proposta għal regolament Artikolu 201
Artikolu 201
imħassar
Regolament Finanzjarju mudell għal korpi ta' sħubija pubblika-privata
Il-korpi li għandhom personalità legali u li huma stabbiliti b'att bażiku u fdati bl-implimentazzjoni ta' sħubija pubblika-privata skont l-Artikolu 55(1) punt (2) (e) għandhom jadottaw ir-regoli finanzjarji tagħhom.
Dawn ir-regoli jinkludu sett ta' prinċipji neċessarji sabiex tiġi żgurata ġestjoni finanjzarja tajba tal-fondi tal-Unjoni, u għandhom ikunu bbażati fuq l-Artikolu 57 u regolament finanzjarju mudell adottat mill-Kummissjoni permezz ta' att delegat f'konformità mal-Artikoli 202, 203 u 204.
Emenda 246 Proposta għal regolament Artikolu 202, paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat, għal perjodu ta' żmien mhux determinat, li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 199, 200 u 201.
1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat, għal perjodu ta' żmien mhux determinat, li tadotta regolamenti delegati msemmija fl-Artikoli 196b, 196c u 199, soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 203 u 204.
* Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 247 Proposta għal regolament Artikolu 202, paragrafu 2
2. Hekk kif tadotta dan l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
2. Malli tadotta regolament delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Il-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjonijiet adegwati matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż mal-Parlament Ewropew u fil-livell tal-esperti, u għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 248 Proposta għal regolament Artikolu 202, paragrafu 3
3. Is-setgħat biex jiġu adottati l-atti delegati jingħataw lill-Kummissjoni bil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 203 u 204.
3. Kullll meta dan ir-Regolament jkun soġġett għal rieżami, il-Kummissjoni għandha tressaq regolament delegat rivedut.
Emenda 249 Proposta għal regolament Artikolu 203, Titolu
Revoka tad-delega
Revoka tad-delega u tħassir tar-regolament delegat
Emenda 250 Proposta għal regolament Artikolu 203 – paragrafu 1
1. Id-delega tal-poteri msemmija fl-Artikolu 199 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.
1. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 196b, 196c u 199 tista' tiġi revokata kollha kemm hi jew parti minnha fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu, barra minn hekk, jirrevokaw totalment jew parzjalment ir-regolamenti delegati li ġew adottati skont is-setgħat delegati revokati taħt is-sentenza preċedenti.
Emenda 251 Proposta għal regolament Artikolu 203 – paragrafu 2
2. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega ta' poter għandha tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni f'perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li tindika l-poteri delegati li jistgħu jkunu suġġetti għal revoka u r-raġunijiet possibbli għar-revoka.
2. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega ta' poter u jekk tħassarx parzjalment jew totalment ir-regolament delegat, għandha tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni f'perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li tindika l-poteri delegati u, fejn applikablli, ir-regolament delegat jew il-parti tiegħu li jistgħu jkunu suġġetti għal revoka jew tħassir u r-raġunijiet possibbli għar-revoka jew it-tħassir.
Emenda 252 Proposta għal regolament Artikolu 203 – paragrafu 3
3. Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f'data aktar tard li tiġi speċifikata fiha. Hija m'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
3. Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Barra minn hekk, id-deċiżjoni tista' wkoll ittemm il-validità tar-regolament delegat fis-seħħ jew ta' partijiet minnu. Din għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f'data aktar tard li tiġi speċifikata fiha. Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 253 Proposta għal regolament Artikolu 203 – paragrafu 3 a (ġdid)
3a.Fi żmien raġonevoli wara li tittieħed deċiżjoni dwar ir-revoka jew parti mid-delega ta' poter u, fejn applikabbli, it-tħassir parzjal jew totali ta' regolament delegat, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta għar-reviżjoni ta' dan ir-Regolament u/jew regolament delegat rivedut.
Emenda 254 Proposta għal regolament Artikolu 204 – Titolu
Oġġezzjoni għall-atti delegati
Oġġezzjoni għal regolament delegat
Emenda 255 Proposta għal regolament Artikolu 204 – paragrafu 1
1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att iddelegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika.
1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-regolament delegat propost mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 196b, 196c u 199 f'perjodu ta' tliet xhur mid-data tan-notifika.
2. Jekk, meta jiskadi dan il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-regolament delegat, huwa għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih.
2. Jekk, meta jiskadi dan il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għar-regolament delegat, huwa għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih.
Emenda 257 Proposta għal regolament Artikolu 204 – paragrafu 3
3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att delegat, dan m'għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni għall-att iddelegat.“.
3. Jekk jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għar-regolament delegat u jipproponu emendi għalih fi żmien il-perjodu indikat fl-ewwel paragrafu, il-Kummissjoni għandha tieħu nota tal-emendi u tista' tadotta regolament delegat rivedut. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal regolament delegat rivedut bi qbil ma' dan l-Artikolu.
Emenda 258 Proposta għal regolament Artikolu 204 – paragrafu 3 a (ġdid)
3a.Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu f'kull ħin jirrikjedu lill-Kummissjoni tressaq regolament delegat rivedut parzjalment jew totalment. Għandhom jinformaw lil xulxin dwar l-intenzjoni tagħhom dwar din it-talba, malajr kemm jista' jkun.
Emenda 259 Proposta għal regolament Artikolu 205
Analiżi
Rieżami
Dan ir-Regolament għandu jiġi revedut kull meta jkun neċessarju li jsir dan, f'konformità mal-proċedura stabbilita permezz tal-Artikolu 322 tat-TFUE u l-Artikolu 183 tat-Trattat tal-Euratom.
Dan ir-Regolament għandu jkun soġġett għal rieżami kull tliet snin jew kull meta jkun neċessarju li jsir dan, f'konformità mal-proċedura stabbilita permezz tal-Artikolu 322(1) tat-TFUE u l-Artikolu 183 tat-Trattat tal-Euratom.
Il-limiti stabbiliti f'dan ir-Regolament jistgħu jiġu aġġustati għar-rata ta' inflazzjoni permezz ta' regolament delegat imsemmi fl-Artikolu 199 bi qbil mal-Artikoli 202, 203 u 204.
Emenda 260 Proposta għal regolament Artikolu 208
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2012.
2. Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2012.
L-Artikolu 56 għandu japplika biss għall-impenji magħmula sal-1 ta' Jannar 2014 ta' fondi msemmija fl-Artikolu 167.
3.L-Artikolu 56 għandu japplika biss sa mill-1 ta' Jannar 2014 saż-żmien meta l-Artikolu 53b tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 jibqa fis-seħħ.
Madankollu, l-Istati Membru jistgħu diġà japplikaw l-Artikolu 56(2) sa mill-1 ta' Jannar 2012.
Fejn l-Istati Membri jistipulaw dikjarazzjoni nazzjonali fit-tifsira tal-Artikolu 56(6b), is-sottoparagrafu finali tal-Artikolu 56(6b) għandu japplika wkoll sa mill-1 ta' Jannar 2012.
Il-funzjonijiet tal-korpi eżistenti skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/20061, m'għandhomx jiġu effetwati mill-akkreditazzjoni ta' dawn il-korpi. Il-korpi akkreditati għandhom ikunu kompetenti biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom sa mill-1 ta' Jannar 2014.
4.L-Artikolu 5(4) għandu jkollu effett immedjat sa mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Fejn il-benefiċjarji jkunu applikaw l-Artikolu 5(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 mingħajr ma jagħmlu użu minn kont bankarju li jgħaddi l-imgħax fuqu, dan ma għandux jitqies bħala żball jew irregolarità.
1 ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.
Emenda 261 Proposta għal regolament Anness (ġdid)
Anness dwar ir-Regolament delegat skont l-Artikolu 199 ta' dan ir-Regolament
Artikolu 5
Ir-regolament delegat jista' jiddeffinixxi r-regoli dwar il-kontabilità ta' interessi miksuba minn pre-finanzjament.
Artikolu 8
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw l-approprjazzjonijiet għal sena finanzjarja partikolari.
Artikolu 9
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati għat-tħassir u t-trasferiment “il quddiem ta' approprjazzjonijiet.
Artikolu 16
Ir-regolament delegat jista' jistabbilixxi regoli li jikkonċernaw r-rata ta' konverżjoni bejn l-euro u valuti oħrajn.
Artikolu 18
Ir-regolament delegat jista' jistabbilixxi wkoll l-istruttura biex jakkomoda dħul assenjat estern u intern u l-provviżjoni tal-approprjazzjonijiet korrispondenti u t-tfassil ta' regoli għall-kontribuzzjoni mill-Istati Membri għal programmi ta' riċerka. Barra minn hekk, ir-regolament delegat jista' jikkomplimenta dan ir-Regolament fir-rigward ta' qligħ minn sanzjonijiet imposti fuq l-Istati Membri li jkunu dikjarati li għandhom defiċit eċċessiv, u fir-rigward tad-dħul assenjat li ġej mill-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA f'ċerti programmi tal-Unjoni.
Artikolu 19
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati dwar l-aċċettazzjoni ta' donazjonijiet magħmulin lill-Unjoni.
Artikolu 20
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw il-kontijiet għal taxxi li jistgħu jiġu rkupratii.
Artikolu 22
Ir-regolament delegat jista' jistabbilixxi regoli dettaljati li jikkonċernaw il-kalkolu ta' persentaġġi ta' trasferimenti minn istituzzjonijiet barra mill-Kummissjoni u r-raġunijiet għat-talbiet ta' trasferiment.
Artikolu 23
Ir-regolament delegat jista' jistabbilixxi regoli dettaljati li jikkonċernaw il-kalkolu ta' persentaġġi ta' trasferimenti interni mill-Kummissjoni u r-raġunijiet għat-talbiet ta' trasferiment.
Artikolu 25
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw it-talbiet għat-trasferiment mir-riżervi ta' għajnuna ta' emerġenza.
Artikolu 26
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw l-evalwazzjonijiet ta' nofs iż-żmien ex ante u ex post.
Artikolu 27
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw ir-rekwiżiti tal-istqarrija finanzjarja.
Artikolu 30
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw il-pubblikazzjoni provviżorja tal-baġit.
Artikolu 31
Ir-regolament delegat jista' jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni fuq ir-riċevituri ta' fondi allokati f'ġestjoni indiretta.
Artikolu 34
Ir-regolament delegat jista' jiddefinixxi regoli dettaljati li jikkonċernaw l-ipprogrammar finanzjarju.
Artikolu 38
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw l-abbozz ta' baġits ta' emenda.
Artikolu 41
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-baġit.
Artikolu 46
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw il-preżentazzjoni tal-baġit, inkluż id-definizzjoni tal-ispiża reali tul l-aħħar sena finanzjarja li tagħha jkunu ngħalqu l-kontijiet, ir-rimarki tal-baġit u l-ħolqien ta' pjan.
Artikolu 50
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-baġit skont ġestjoni finanzjarja soda, u informazzjoni dwar it-trasferimenti ta' data personali għal skopijiet ta' verifika.
Artikolu 51
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw l-att bażiku u l-eċċezzjonijiet elenkati fl-Artikolu 51.
Artikolu 55
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw il-metodi ta' implimentazzjoni tal-baġit, inkluż il-ġestjoni ċentralizzata diretta, l-eżerċizzju ta' setgħat delegati lill-aġenziji eżekuttivi, dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ġestjoni indiretta mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-assenjazzjoni ta' entitajiet jew korpi legali pubbliċi governati minn liġi privata b'missjoni ta' servizz pubbliku.
Artikolu 56
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw il-ġestjoni konġunta mal-Istati Membri inkluż regoli speċifiċi għas-settur li jiggovernaw il-kundizzjonijiet li taħthom il-pagamenti tal-Istati Membri jistgħu jiġu sospiżi, il-kompilazzjoni ta' reġistru ta' korpi responsabbli għall-ġestjoni, attivitajiet ta' ċertifikazzjoni u verifika skont regolamenti speċifiċi għas-settur, miżuri li jippromwovu l-aħjar prattika u l-ħolqien ta' proċeduri ta' tħassir ta' kont.
Artikolu 57
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw il-ġestjoni indiretta tal-entitajiet u persuni barra minn Stati Membri, inkluż il-kontenut tal-ftehim li jafda d-dmirijiet tal-implimentazzjoni tal-baġit, il-ħolqien ta' kondizzjonijiet f'ġestjoni indiretta fejn is-sistemi, regoli u proċeduri tal-Kummissjoni huma ekwivalenti ma' dawk tal-entitajiet u tal-persuni lil hinn mill-Istati Membri, id-dikjarazzjonijiet tal-assigurazzjoni tal-ġestjoni, u l-ħolqien ta' proċeduri ta' tħassir tal-kont.
Artikolu 58
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati rigward il-verifiki ex ante tar-regoli u l-proċeduri taħt ġestjoni indiretta.
Artikolu 61
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw id-drittijiet u l-obbligi tal-atturi finanzjarji.
Artikolu 63
Ir-regolament delegat jista' jinkludi dettalji li jikkonċernaw kontrolli ex-post u ex-ante, iż-żamma ta' dokumenti ta' appoġġ, kodiċi ta' standards professjonali, in-nuqqas ta' azzjoni mill-uffiċjal awtorizzanti, it-trażmissjoni tal-informazzjoni lill-uffiċjal tal-kontabilità u r-rapporti dwar proċeduri negozjati.
Artikolu 65
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw is-setgħat u d-dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabilità, inkluż il-ħatra tiegħu/tagħha u t-temma tad-doveri, l-opinjoni dwar is-sistemi ta' kontabilità u tal-inventarju, ġestjoni tal-kontijiet tat-teżor jew bankarji, firem fuq il-kontijiet, ġestjoni ta' bilanċi tal-kontijiet, operazzjonijiet ta' trasferiment u konverżjoni, metodi ta' ħlas, fajls dwar l-identità legali u ż-żamma ta' dokumenti ta' appoġġ.
Artikolu 66
Ir-regolament delegat jista' jistipula regoli dettaljati li jikkonċernaw lill-persuni li għandhom is-setgħa li jamministraw il-kontijiet f'unità lokali.
Artikolu 67
Ir-regolament delegat jista' jistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta' kontijiet imprest u jirregola wkoll l-azzjonijiet esterni, inkluż ir-regoli rigward l-għażla ta' amministraturi tal-imprest, l-għoti ta' kontijiet imprest u kontrolli magħmulin mill-uffiċjali awtorizzanti u tal-kontabilità.
Artikolu 69
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli li jikkonċernaw ir-responsabilità tal-uffiċjal awtorizzanti, l-uffiċjal tal-kontabilità u l-amministratur imprest f'każ ta' attività illegali, frodi jew korruzzjoni.
Artikolu 70
Ir-regolament delegat jista' jistipula regoli dettaljati applikabbli b'delega għall-uffiċjal awtorizzanti, inkluż il-konferma ta' istruzzjonijiet u r-rwol tal-Bord għall-Irregolaritajiet Finanzjarji.
Artikolu 71
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw ir-responsabilità tal-uffiċċjali tal-kontabilità f'każ ta' forom oħra ta' kondotta ħażina.
Artikolu 72
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw ir-responsabilità tal-uffiċċjali imprest f'każ ta' forom oħra ta' kondotta ħażina.
Artikolu 75
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw l-istimii ta' ammonti li jistgħu jinkisbu u l-ħolqien ta' ammonti li jistgħu jinkisbu, inkluż il-proċedura u d-dokumenti annessi, u l-interessi meta ma jsirx ħlas.
Artikolu 76
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati rigward il-ħolqien ta' ordni ta' rkupru.
Artikolu 77
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati fuq il-mod ta' rkupru, inkluż rkupru permezz ta' kumpens, proċedura ta' rkupru fin-nuqqas ta' ħlas volontarju, żmien ta' ħlas addizzjonali, rkupru ta' multi u pieni oħrajn, it-tħassir tal-irkupru u l-kanċellazzjoni tal-ammont stabbilit li kellu jitħallas.
Artikolu 77b
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kriterji u proċeduri għal korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni.
Artikolu 78
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw il-perjodu ta' limitazzjoni.
Artikolu 80
Ir-regolament delegat jista' jistabilixxi regoli rigward l-ammonti mħallsa permezz ta' multi, pieni u interessi akkumulati.
Artikolu 81
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw id-deċiżjoni ta' finanzjament.
Artikolu 82
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati rigward it-tipi ta' impenn, l-adozzjoni ta' impenji globali, firma unika, u n-nefqa amministrattiva kopruta minn impenji provviżorji.
Artikolu 83
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati dwar l-impenn baġitarju u legali inkluż ir-reġistrazzjoni tal-impenji individwali.
Artikolu 84
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw il-verifiki applikabbli għall-impenji differenti.
Artikolu 85
Ir-regolament delegat jista' jistabbilixxi regoli dettaljati li jikonċernaw il-validazzjoni tan-nefqa, inkluż pagament għal infiq tal-persunal u għall-pagamenti interim u tal-bilanċ ta' akkwist u għotja, iċċertifikati bħala korretti għall-pagamenti ta' prefinanzjament u interim, u forom materjali ta' “mgħoddi għal ħlas” u “iċċertifikat korrett”.
Artikolu 86
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati dwar l-awtorizzazzjoni tan-nefqa, inkluż il-ħolqien ta' dettalji obbligatorji dwar l-ordni ta' pagament u l-kontrolli mill-uffiċjal awtorizzanti tal-ordnijiet ta' pagament.
Artikolu 87
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw it-tipi ta' pagamenti u dokumenti ta' prova.
Artikolu 89
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw il-limiti ta' żmien għall-ħlas.
Artikolu 90
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati dwar il-ġestjoni elettronika tal-operazzjonijiet.
Artikolu 92
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw il-ħatra ta' awditur intern.
Artikolu 93
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw is-setgħat u d-doveri tal-awditur intern.
Artikolu 94
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw l-indipendenza u r-responsabilità tal-awditur intern.
Artikolu 95
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw il-kuntratti differenti relatati mal-proċedura ta' akkwist, inkluż il-kuntratti qafas u kuntratti speċifiċi.
Artikolu 97
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw ir-rekwiżiti għar-reklamar ta' kuntratti u l-pubblikazzjoni ta' avviżi.
Artikolu 98
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw it-tipi ta' proċeduri ta' akkwist, u akkwist konġunt flimkien mal-Istati Membri u kuntratti b'valur baxx.
Artikolu 99
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw il-kontenut ta' dokumenti ta' offerta, inkluż il-possibilità u l-kondizzjonijiet għal reviżjoni tal-prezz u tal-ispeċifiċitajiet tekniċi.
Artikolu 100
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw l-kriterji ta' esklużjoni applikabbli għall-parteċipazzjoni fl-offerti. Jista' jistabbilixxi liema evidenza tista' tintalab bħala prova li ma teżistix sitwazzjoni ta' esklużjoni. Barra minn hekk, f'każ ta' sitwazzjoni ta' esklużjoni għandha tistabilixxi t-tul tal-esklużjoni.
Artikolu 101
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw l-kriterji ta' esklużjoni applikabbli għall-parteċipazzjoni fi proċedura ta' akkwist. Jista' jistabbilixxi liema evidenza tista' tintalab bħala prova li ma teżistix sitwazzjoni ta' esklużjoni. Barra minn hekk, f'każ ta' sitwazzjoni ta' esklużjoni għandha tistabilixxi t-tul tal-esklużjoni.
Artikolu 102
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw il-bażi ta' data ċentrali ta' esklużjoni.
Artikolu 103
Ir-regolament delegat jista' jistabbilixxi regoli li jikkonċernaw pieni amministrattivi u finanzjarji differenti għal dawk li joħorġu l-offerta jew għall-kandidati li jkunu għamlu dikjarazzjonijiet foloz, li jkunu wettqu żbalji sostanzjali, irregolaritajiet jew frodi jew ikunu nstabu fi ksur serju tal-obbligi kuntrattwali tagħhom.
Artikolu 104
Ir-regolament delegat jista' jiddefinixxi l-kriterji ta' għażla u l-kriterji ta' għotja. Barra minn hekk jista' jiddeffinixxi d-dokumenti li jagħtu prova tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja u prova tal-kapaċità teknika u professjonali. Ir-regolament delegat jista' jinkludi ukoll regoli dettaljati dwar irkanti elettroniċi u sejħiet għall-offerti baxxi wisq.
Artikolu 105
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw il-preżentazzjoni ta' sejħiet għall-offerti. Jista' jistabbilixxi wkoll il-limiti ta' żmien għall-offerenti u ta' talbiet għal parteċipazzjoni, iż-żmien alokat għall-aċċess għall-istedina ta' dokumenti taġ' sejħa għall-offerti u l-limiti ta' żmien f'każijiet urġenti. Jista' jiddefinixxi wkoll il-metodi ta' komunikazzjoni differenti. Barra minn hekk, jista' jistabbilixxi regoli dwar il-possibilità ta' garanzija ta' offerta, il-ftuħ ta' sejħiet għall-offerti, it-talbiet għall-parteċipazzjoni u l-Kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti u t-talbiet ta' parteċipazzjoni.
Artikolu 106
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw il-prinċipji ta' trattament ugwali u trasparenza.. Jista' jiddefinixxi l-kuntatt li hu permess bejn l-awtoritajiet kontraenti u offerenti tul il-proċedura tal-għoti tal-kuntratt, ir-rekwiżiti minimi ta' rekord bil-miktub ta' evalwazzjoni u d-dettalji minimi tad-deċiżjoni meħuda mill-awtorità kontraenti.
Artikolu 107
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw id-deċiżjoni tal-għotja, informazzjoni lil dawk li jkunu xeħtu offerta, u l-firma u l-implimentazzjoni tal-kuntratt.
Artikolu 108
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw l-informazzjoni għall-offerenti, inkluż dwar il-kanċellazzjoni tal-proċeduri ta' akkwist.
Artikolu 109
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw il-garanzji meħtieġa mill-kuntratturi.
Artikolu 110
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati dwar is-sospensjoni ta' kuntratt f'każ ta' żbalji, irregolaritajiet jew frodi.
Artikolu 111
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw il-funzjoni tal-awtorità kontraenti, inkluż l-identifikazzjoni tal-livelli adegwati għall-kalkolu tal-limiti.
Artikolu 112
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati fuq il-limiti applikabbi, kuntratti separati u kuntratti b'lottijiet, u l-istima tal-valur ta' ċerti kuntratti.
Artikolu 113
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw parteċipazzjoni f'sejħiet għall-offerti u dwar il-prova ta' aċċess għall-kuntratti.
Artikolu 114
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati dwar ir-regoli tal-akkwist tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol..
Artikolu 115
Ir-regolament delegat jista' jispeċifika f'aktar dettall l-ambitu u l-kontenut tal-għotijiet, u jista' jinkludi regoli li jiddeterminaw jekk il-ftehimiet ta' għotja jew id-deċiżjonijiet ta' għotja għandhomx jintużaw. Barra minn hekk, ir-regolament delegat jista' jinkludi dettalji dwar l-użu ta' ftehimiet qafas ta' sħubija.
Artikolu 116
Ir-regolament delegat jista' jiddefinixxi regoli għall-forom differenti ta' għotjiet.
Artikolu 117
Ir-regolament delegat jista' jikkomplimenta l-prinċipji ġenerali applikabbli għall-għotjiet, inkluż ir-regola ta' l-ebda profitt u l-prinċipju ta' kofinanzjament.
Artikolu 117a
Ir-regolament delegat jista' jinkludi speċifikazzjonijiet ulterjuri dwar spejjeż eliġibbli.
Artikolu 118
Ir-regolament delegat jista' jiddefinixxi r-rekwiżiti rigward il-programm ta' ħidma annwali, il-kontenut tas-sejħiet għall-proposta, l-eċċezzjonijiet għal sejħa għall-proposti, l-informazzjoni lill-applikanti u l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni dwar l-għoti ta' għotja.
Artikolu 119
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw il-prinċipju ta' għotja mhux kumulattiva.
Artikolu 120
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw għotja retroattiva.
Artikolu 122
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw l-arranġamenti għall-applikazzjonijiet ta' għotja, prova ta' nuqqas ta' esklużjoni, applikanti mingħajr personalità legali, entitajiet legali li jiffurmaw applikant wieħed, pieni finanzjarji u amministrattivi, kriterji ta' eliġibilità u għotjiet b'valur baxx ħafna.
Artikolu 123
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw il-kriterji ta' għażla u għotja.
Artikolu 124
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw l-evalwazzjoni u l-għoti ta' għotjiet u informazzjoni lill-applikanti.
Artikolu 125
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw il-garanzija ta' pre-finanzjament.
Artikolu 126
Ir-regolament delegat jista' jispeċifika regoli għall-ħlasijiet ta' għotjiet u kontrolli inkluż regoli li jikkonċernaw id-dokumenti ta' prova u s-sospensjoni u t-tnaqqis ta' għotjiet.
Artikolu 126a
Ir-regolament delegat jista' jistipula perjodi għaż-żamma ta' rekords mill-korpi akkreditati u mill-Kummissjoni.
Artikolu 126c
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati dwar il-kompetenzi u l-kompożizzjoni tal-kumitati ta' approvazzjoni.
Artikolu 127
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta' kuntratti u appoġġ lill-partijiet terzi.
Artikolu 133
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja.
Artikolu 135
Ir-regolament delegat jista' jispeċifika l-prinċipji ta' kontabilità aċċettati, inkluż il-prinċipju ta' negozju li jħalli qligħ, il-prinċipju ta' prudenza, il-prinċipju ta' konsistenza ta' tħejjija, il-prinċipju ta' informazzjoni komparattiva, il-materjalità u l-prinċipju ta' aggregazzjoni, il-prinċipju li ma jsirx netting, u l-prinċipju ta' sustanza fuq il-forma, u regoli dwar id-dokumenti ta' prova.
Artikolu 136
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw id-dikjarazzjonijiet finanzjarji, inkluż dikjarazzjonijiet dwar il-prestazzjoni finanzjarja, dikjarazzjonijiet dwar il-fluss ta' kapital, noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji u noti spjegattivi.
Artikolu 137
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw il-kontenut tal-kontjiet baġitarji.
Artikolu 139
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' kontijiet, inkluż it-trażmissjoni tal-kontijiet ikkonsolidati finali.
Artikolu 142
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw l-organizzazzjoni ta' kontijiet baġitarji inkluż l-użu ta' sistemi kompjuterizzati.
Artikolu 145
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw id-dħul fil-kontijiet. Barra minn hekk, jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw ir-reġistri tal-kontijiet, iċ-ċaqliq fil-bilanċ, ir-rikonċiljazzjonijiet tal-kontabilità, ir-rekords fil-ġurnal u r-rikonċiljazzjoni tal-kontijiet.
Artikolu 147
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernawil-kontenut tal-kontjiet baġitarji.
Artikolu 148
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw l-inventarju tal-proprjetà u l-proċedura għall-bejgħ mill-ġdid u t-tneħħija tal-proprjetà, inkluż ir-regoli fuq l-inventarji fid-delegazzjonijiet.
Artikolu 173
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw tipi ta' operazzjonijiet li qegħdin jiġu riċerkati.
Artikolu 175
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw iċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunt.
Artikolu 176
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw l-azzjonijiet li jistgħu jiġu ffinanzjati skont l-azzjoni esterna.
Artikolu 178
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw fondi fiduċjarji għal azzjoni esterna.
Artikolu 179
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta' azzjoni esterna permezz ta' ġestjoni indiretta.
Artikolu 180
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw ftehimiet ma' entitajiet dwar l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet esterni, inkluż regoli dwar self speċjali u kontijiet tal-bank.
Artikolu 181
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati dwar l-akkwist ta' azzjoni esterna.
Artikolu 182
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati dwar il-parteċipazzjoni fi proċeduri għal sejħiet ta' offerti.
Artikolu 183
Ir-regolament delgat jista' jinkludi regoli dettaljati dwar il-finanzjament sħiħ ta' applikazzjonijiet għal azzjoni esterna u finanzjament.
Artikolu 184
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati għotjiet ta' proċedura applikabbi f'ġestjoni indiretta.
Artikolu 187
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw l-ambitu tal-uffiċċji Ewropej u d-delegazzjonijiet minn istituzzjonijet lill-uffiċċji Ewropej.
Artikolu 188
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw l-approprjazzjonijiet għall-uffiċċji Ewropej, inkluż id-delegazzjoni ta' ċerti ħidmiet mill-uffiċjal tal-kontabilità, teżor u kontijiet tal-bank.
Artikolu 191
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw id-delega tas-setgħat ta' uffiċjal awtorizzanti lid-direttur ta' uffiċċju inter-istituzzjonali.
Artikolu 193
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati rigward l-ambitu tal-approprjazzjonijiet amministrattivi u l-garanziji ta' kera.
Artikolu 195
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw approprjazzjonijiet amministrattivi speċifiċi, inkluż binjiet u avvanzi lill-membri tal-persunal tal-istituzzjonijiet.
Artikolu 196
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw l-esperti esterni.
Artikolu 197
Ir-regolament delegat jista' jinkludi regoli dettaljati li jikkonċernaw dispożizzjonijiet tranżizzjonali, inkluż dwar il-likwidazzjoni tal-kont ta' garanzija u l-aġġornament tal-limiti u l-ammonti.