Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/0126(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0364/2011

Testi mressqa :

A7-0364/2011

Dibattiti :

PV 26/10/2011 - 17
CRE 26/10/2011 - 17

Votazzjonijiet :

PV 27/10/2011 - 8.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0470

Testi adottati
PDF 264kWORD 40k
Il-Ħamis, 27 ta' Ottubru 2011 - Strasburgu
Ftehim UE-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment dejta PNR ***
P7_TA(2011)0470A7-0364/2011

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri (09825/2011 – C7-0304/2011 – 2011/0126(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (09825/2011),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri mehmuż mal-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill imsemmi hawn fuq (10093/2011),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-approċċ globali għat-trasferimenti ta' dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) lil pajjiżi terzi (COM(2010)0492),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2007 dwar SWIFT, il-ftehim PNR u d-djalogu transatlantiku dwar dawn il-kwistjonijiet(1), ir-rakkomandazzjoni tiegħu tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar l-evalwazzjoni tal-ftehima PNR Awstralja-UE(2), ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Mejju 2010 dwar it-tnedija ta' negozjati għal ftehim dwar ir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) mal-Istati Uniti, l-Awstralja u l-Kanada(3), u ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Novembru 2010 dwar l-approċċ globali għat-trasferimenti ta' data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) lil pajjiżi terzi(4),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tas-Superviżur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta tad-19 ta' Ottubru 2010 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-approċċ globali għat-trasferimenti ta' dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) lil pajjiżi terzi(5) u tal-15 ta' Lulju 2011 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri(6),

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni 7/2010 tat-12 ta' Novembru 2010 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-approċċ globali għat-trasferimenti ta' dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) lil pajjiżi terzi adottata mill-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta,

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), flimkien mal-Artikolu 82(1), it-tieni subparagrafu, punt (d) u l-Artikolu 87(2), punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0304/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0364/2011),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.  Jikkunsidra li l-proċedura 2009/0186(NLE) issa skadiet ġaladarba l-Ftehim PNR tal-2008 bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja ġie sostitwit bil-Ftehim PNR il-ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-gvern tal-Awstralja.

(1) ĠU C 287 E, 29.11.2007, p. 349.
(2) ĠU C 15 E, 21.1.2010, p. 46.
(3) ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 70.
(4) Testi adottati, P7_TA(2010)0397.
(5) ĠU C 357, 30.12.2010, p. 7.
(6) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

Avviż legali - Politika tal-privatezza