Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/0180(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0347/2011

Testi mressqa :

A7-0347/2011

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 15/11/2011 - 7.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0480

Testi adottati
PDF 202kWORD 31k
It-Tlieta, 15 ta' Novembru 2011 - Strasburgu
Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-UE u l-Ġordan ***
P7_TA(2011)0480A7-0347/2011

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kusill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju għall-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, minn naħa l-oħra (09189/2011 – C7-0122/2011 – 2010/0180(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill (09189/2011),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju għall-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, minn naħa l-oħra (14366/2010),

–  wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(8), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0122/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81 u l-Artikolu 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0347/2011),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan.

Avviż legali - Politika tal-privatezza