Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/0043(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0358/2011

Testi mressqa :

A7-0358/2011

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 15/11/2011 - 7.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0483

Testi adottati
PDF 423kWORD 101k
It-Tlieta, 15 ta' Novembru 2011 - Strasburgu
Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika għal attivitajiet ta' riċerka nukleari u attivitajiet ta' taħriġ (azzjonijiet indiretti) *
P7_TA(2011)0483A7-0358/2011

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-programm speċifiku, li għandu jitwettaq permezz ta' azzjonijiet indiretti, li jimplimenta l-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika għal attivitajiet ta' riċerka nukleari u attivitajiet ta' taħriġ (2012 - 2013) (COM(2011)0073 – C7-0075/2011 – 2011/0043(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0073),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0075/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0358/2011),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif emendat;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz tiegħu b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 3 a (ġdida)
(3a)  It-tfassil u l-implimentazzjoni tal-Programm ta' Qafas (2012 - 2013) għandhom ikuun bbażati fuq il-prinċipji tas-sempliċità, l-istabbiltà, it-trasparenza, iċ-ċertezza ġuridika, il-konsistenza, l-eċċellenza u l-fiduċja f' konformita' mar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 Novembru 2010 dwar is-simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Programmi Kwadri għar-Riċerka1.
1Testi adottati P7_TA (2010)0401
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 8
(8)  Għandhom jittieħdu miżuri xierqa – proporzjonati għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni – biex jiġu mmonitorjati kemm l-effikaċja tal-appoġġ finanzjarju mogħti u l-effikaċja tal-użu ta' dawn il-fondi sabiex jiġu pprevenuti l-irregolaritajiet u l-frodi. Għandhom jittieħdu wkoll il-passi neċessarji biex jiġu rkuprati l-fondi mitlufa, indebitament imħallsa jew użati skorrettament, konformement mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea [Komunitajiet Ewropej] , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea [Komunitajiet Ewropej] kontra l-frodi u irregolarijiet oħra u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) .
(8)  Għandhom jittieħdu miżuri xierqa – proporzjonati għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni – biex jiġu mmonitorjati kemm l-effikaċja tal-appoġġ finanzjarju mogħti u l-effikaċja tal-użu ta' dawn il-fondi sabiex jiġu pprevenuti l-irregolaritajiet u l-frodi. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-iżvilupp ta' arranġamenti kuntrattwali li jnaqqsu kemm r-riskju ta' inadempjenza kif ukoll l-allokazzjoni mill-ġdid tar-riskji u l-ispejjeż maż-żmien. Għandhom jittieħdu wkoll il-passi neċessarji biex jiġu rkuprati l-fondi mitlufa, indebitament imħallsa jew użati skorrettament, konformement mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea [Komunitajiet Ewropej] , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea [Komunitajiet Ewropej] kontra l-frodi u irregolarijiet oħra u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) .
Emenda 3
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a
a) ir-riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni (inkluż l-ITER),
a) ir-riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni (inkluż primarjament l-ITER);
Emenda 4
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 6 – paragrafu 2
2.  Il-programm ta' ħidma għandu jikkunsidra l-attivitajiet rilevanti ta' riċerka mwettqa mill-Istati Membri, stati assoċjati u organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali. Dan għandu jiġi aġġornat meta jkun adatt.
2.  Il-programm ta' ħidma għandu jikkunsidra l-attivitajiet rilevanti ta' riċerka mwettqa mill-Istati Membri, stati assoċjati u organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali, kif ukoll mill-industrija. Dan għandu jiġi aġġornat meta jkun adatt.
Emenda 5
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 6 – paragrafu 3
3.  Il-programm ta' ħidma għandu jispeċifika l-kriterji li fuqhom jiġu evalwati l-proposti għal azzjonijiet indiretti taħt l-iskemi ta' finanzjament u jintgħażlu l-proġetti. Il-kriterji għandhom ikunu dawk ta' eċċellenza, impatt u implimentazzjoni. Jistgħu jiġu speċifikati jew ikkomplimentati wkoll fil-programm ta' ħidma rekwiżiti addizzjonali, gradazzjonijiet u livelli limitu.
3.  Il-programm ta' ħidma għandu jispeċifika l-kriterji li fuqhom jiġu evalwati l-proposti għal azzjonijiet indiretti taħt l-iskemi ta' finanzjament u jintgħażlu l-proġetti. Il-kriterji għandhom ikunu dawk ta' eċċellenza, impatt u implimentazzjoni. Jistgħu jiġu speċifikati jew ikkomplimentati wkoll fil-programm ta' ħidma rekwiżiti, gradazzjonijiet u livelli limitu addizzjonalili jkunu ġġustifikati b'mod ċar.
Emenda 6
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 7 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.  Il-kompożizzjoni tal-kumitat imsemmi fil-paragrafu 2 għandha fi kwalunkwe każ tkun tali li tiżgura bilanċ raġonevoli bejn in-nisa u l-irġiel u bejn l-Istati Membri li jkunu qegħdin iwettqu attivitajiet ta' riċerka u taħriġ fil-qasam nukleari.
Emenda 7
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti I – taqsima I.A – punt 1 – paragrafu 3
L-attivitajiet ta' R&Ż li jappoġġaw il-kostruzzjoni tal-ITER ser jitwettqu fl-Assoċjazzjonijiet tal-Fużjoni u l-industriji Ewropej. Dawn ser jinkludu l-iżvilupp u l-ittestjar tal-komponenti u s-sistemi.

L-attivitajiet ta' R&Ż li jappoġġaw il-kostruzzjoni tal-ITER ser jitwettqu fl-Assoċjazzjonijiet tal-Fużjoni u l-industriji Ewropej. Dawn ser jinkludu l-iżvilupp, l-ittestjar, il-validazzjoni u l-verifika tal-affidabilità tal-komponenti u s-sistemi affidabbli.

Emenda 8
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti I – taqsima I.A – punt 2 – inċiż 2 a (ġdid)
– l-ippjanar ta' esperiment satellitari ġdid taħt it-Tmien Programm Kwadru li jista' jikkumplimenta l-esperimentazzjoni ITER, bl-għan li jiġu żgurati l-faċilitajiet meħtieġa filwaqt li jiġu limitati r-riskji u l-ispejjeż operattivi, u li jista' jkopri wkoll l-istudju ta' aspetti ewlenin tat-teknoloġiji DEMO;
Emenda 9
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti I – taqsima I.A – punt 4 – inċiż 3
– studji dwar l-aspetti soċjoloġiċi u dwar l-ekonomija tal-ġenerazzjoni tal-enerġija mill-fużjoni, u azzjonijiet immirati għall-promozzjoni ta' kuxjenza pubblika u l-fehim tal-fużjoni.
– studji dwar l-aspetti soċjoloġiċi u dwar l-ekonomija tal-ġenerazzjoni tal-enerġija mill-fużjoni, u azzjonijiet immirati għall-promozzjoni ta' kuxjenza pubblika u l-fehim tal-fużjoni. Se tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat li l-informazzjoni t-tajba tiġi komunikata lill-pubbliku, u se jintużaw azzjonijiet speċifiċi għall-effiċjenza tal-komunikazzjoni u ta' programm ta' informazzjoni.
Emenda 10
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti I – taqsima I.A – punt 6
Ir-realizzazzjoni tal-ITER fl-Ewropa, fil-qafas internazzjonali pprovdut mill-Organizzazzjoni ITER, ser iżżid b'dimensjoni Ewropea qawwija mal-infrastrutturi l-ġodda tar-riċerka.

Ir-realizzazzjoni tal-ITER fl-Ewropa, fil-qafas internazzjonali pprovdut mill-Organizzazzjoni ITER, ser iżżid b'dimensjoni Ewropea qawwija mal-infrastrutturi l-ġodda tar-riċerka, u se timplika, fil-kuntest tal-programm Ewropew kumplimentari, il-ħolqien ta' infrastruttura ġdida għar-riċerka biex issostni l-esperiment ITER.

Emenda 11
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti I – taqsima I.B – introduzzjoni
L-objettiv ġenerali hu t-titjib b'mod partikolari tas-sikurezza, il-prestazzjoni, l-effiċjenza tar-riżorsi u l-kosteffikaċja tal-fissjoni nukleari u tal-użijiet tar-radjazzjoni fl-industrija u fil-mediċina. Ser jittieħdu azzjonijiet indiretti fil-fissjoni nukleari u r-protezzjoni mir-radjazzjoni fil-ħames oqsma prinċipali ta' attività speċifikati hawn taħt. Hemm konnessjonijiet importanti mar-riċerka fis-Seba' Programm Kwadru tal-Unjoni adottat permezz tad-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, partikolarment fl-oqsma tal-enerġija, l-istandards Ewropej, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-protezzjoni tal-ambjent, is-saħħa, ix-xjenza tal-materjali, il-governanza, l-infrastrutturi komuni, is-sigurtà u l-kultura tas-sikurezza. Il-kollaborazzjoni internazzjonli ser tkun karatteristika ewlenija tal-attivitajiet f'ħafna mill-oqsma ta' attività, partikolarment sistemi nukleari avvanzati li qed jiġu investigati fil-Forum Internazzjonali tal-Ġenerazzjoni IV.

L-objettiv ġenerali hu t-titjib b'mod partikolari tas-sikurezza, il-prestazzjoni, l-effiċjenza tar-riżorsi u l-kosteffikaċja tal-fissjoni nukleari u tal-użijiet tar-radjazzjoni fl-industrija u fil-mediċina. Ser jittieħdu azzjonijiet indiretti fil-fissjoni nukleari u l-protezzjoni mir-radjazzjoni fil-ħames oqsma prinċipali ta' attività speċifikati hawn taħt. Hemm konnessjonijiet importanti mar-riċerka fis-Seba' Programm Kwadru tal-Unjoni adottat permezz tad-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, partikolarment fl-oqsma tal-enerġija, l-istandards Ewropej, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-protezzjoni tal-ambjent, is-saħħa, ix-xjenza tal-materjali, il-governanza, l-infrastrutturi komuni, is-sigurtà u l-kultura tas-sikurezza, kif ukoll mal-proposti dwar il-fissjoni nukleari tal-Pjan Strateġiku dwar it-Teknoloġija tal-Enerġija approvat mill-Kunsill f'Marzu 2008. Il-kollaborazzjoni internazzjonali ser tkun karatteristika ewlenija tal-attivitajiet f'ħafna mill-oqsma ta' attività, partikolarment sistemi nukleari avvanzati li qed jiġu investigati fil-Forum Internazzjonali tal-Ġenerazzjoni IV. It-tul tipiku ta' ħajja skont id-disinn tal-ġenerazzjoni attwali ta' impjanti nukleari operattivi fl-Ewropa hija ta' 40 sena, u huma previsti estensjonijiet possibbli addizzjonali fit-tul ta' ħajja tagħhom. Iċ-ċentrali tal-Ġenerazzjoni III u l-Ġenerazzjoni IV, sikuri għall-ġejjieni, jimmiraw għal tul ta' ħajja ta' 60 sena jew aktar filwaqt li jimminimizzaw l-ispejjeż ta' operazzjoni u ta' manutenzjoni dovuti għaż-żmien.

Emenda 12
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti I – taqsima I.B – introduzzjoni – paragrafu 1 a (ġdid)
Hemm ħtieġa ċara li tissaħħaħ il-kollaborazzjoni mal-IAEA dwar l-Istandards ta' Sikurezza applikabbli għall-faċilitajiet u l-attivitajiet nukleari kollha. Dawn l-istandards għandhom jiġu applikati b'mod wiesa' mid-disinjaturi, mill-manifatturi u mill-operaturi fl-oqsma tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, tal-mediċina, tal-industrija, tar-riċerka u tal-edukazzjoni.

Emenda 13
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti I – taqsima I.B – punt 1 – titolu
1.  Id-disponiment ġeoloġiku
1.  Il-ħżin kollu inkluż id-disponiment ġeoloġiku
Emenda 14
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti I – taqsima I.B – punt 1 – paragrafu 1
Permezz ta' riċerka orjentata lejn l-implimentazzjoni, biex tiġi stabilita bażi teknika u xjentifika tajba biex jintwerew it-teknoloġiji u d-disponiment sikur tal-fjuwil eżawrit u l-iskart radjoattiv ta' ħajja twila f'formazzjonijiet ġeoloġiċi, u jiġi enfasizzat l-iżvilupp ta' fehma Ewropea komuni fuq il-kwistjonijiet prinċipali li għandhom x'jaqsmu mal-immaniġjar u d-disponiment tal-iskart.

Permezz ta' riċerka orjentata lejn l-implimentazzjoni, biex tiġi stabbilita bażi teknika u xjentifika tajba biex jintwerew it-teknoloġiji u d-disponiment sikur tal-fjuwil eżawrit u l-iskart radjoattiv ta' ħajja twila, inkluż skart ta' ħajja twila li joriġinaw mid-dekummissjonament ta' impjanti tal-enerġija nukleari ċivili u ta' applikazzjonijiet ta' isotopi radjuattivi f'attivitajiet tal-mediċina, tal-industrija, tal-agrikoltura, tar-riċerka u tal-edukazzjoni, f'formazzjonijiet ġeoloġiċi, u biex jiġi enfasizzat l-iżvilupp ta' fehma Ewropea komuni fuq il-kwistjonijiet prinċipali li għandhom x'jaqsmu mal-immaniġjar u d-disponiment tal-iskart.

Emenda 15
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti I – taqsima I.B – punt 1 – paragrafu 2
Id-disponiment ġeoloġiku: L-istudji ta' inġinerija u d-dimostrazzjoni ta' disinji ta' repożitorji, karatterizzazzjoni fuq il-post tal-blat repożitorju ospitanti (f'laboratorji tar-riċerka sotterranji kemm ġeneriċi kif ukoll speċifiċi għas-sit), fehim tal-ambjent repożitorju, studji dwar proċessi rilevanti fl-inħawi viċini (għamla tal-iskart u ostakoli artifiċjali) u fl-inħawi mbiegħda (sodda tal-blat u passaġġi għall-bijosfera), żvilupp ta' metodoloġiji robusti għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni u s-sikurezza u investigazzjoni tal-governanza u kwistjonijiet soċjetali relatati mal-aċċettazzjoni mill-pubbliku.

Id-disponiment ġeoloġiku: L-istudji ta' inġinerija u d-dimostrazzjoni ta' disinji ta' repożitorji, karatterizzazzjoni fuq il-post tal-blat repożitorju ospitanti (f'laboratorji tar-riċerka sotterranji kemm ġeneriċi kif ukoll speċifiċi għas-sit), fehim tal-ambjent repożitorju, studji dwar proċessi rilevanti fl-inħawi viċini (għamla tal-iskart u ostakoli artifiċjali) u fl-inħawi mbiegħda (sodda tal-blat u passaġġi għall-bijosfera), żvilupp ta' metodoloġiji robusti għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni u s-sikurezza u investigazzjoni tal-governanza u kwistjonijiet soċjetali relatati mal-aċċettazzjoni mill-pubbliku. Biex ikun hemm restrizzjoni fiżika aktar effikaċi ta' sostanzi radjuattivi f'każ ta' avvenimenti mhux antiċipati, jeħtieġ li jiġu implimentati sistemi sodi għaż-żamma tas-servizz li jinvolvu modi ta' operazzjoni degradati.

Emenda 16
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti I – taqsima I.B – punt 2 – paragrafu 2
Sikurezza ta' installazzjonijiet nukleari: Is-sikurezza operazzjonali tal-installazzjonijiet nukleari attwali u futuri, speċjalment il-valutazzjoni u l-immaniġjar tal-ħajja operatorja tal-impjanti, il-kultura tas-sikurezza (minimizzar tar-riskju ta' żball uman jew organizzazzjonali), metodoloġiji avvanzati ta' valutazzjoni tas-sikurezza, għodod numeriċi ta' simulazzjoni, l-istrumentazzjoni u l-kontroll, il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni ta' aċċidenti gravi, ma' attivitajiet assoċjati biex jottimizzaw l-immaniġjar tal-għarfien u jżommu l-livell tal-kompetenzi.

Sikurezza ta' installazzjonijiet nukleari: Is-sikurezza operazzjonali tal-installazzjonijiet nukleari attwali u futuri, fejn jitqiesu b'mod partikolari l-implikazzjonijiet tar-riċerka li saret waqt l-inċident f'Fukushima, speċjalment il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tal-ħajja operatorja tal-impjanti, il-kultura tas-sikurezza (minimizzar tar-riskju ta' żball uman jew organizzazzjonali), metodoloġiji avvanzati ta' valutazzjoni tas-sikurezza, għodod numeriċi ta' simulazzjoni, l-istrumentazzjoni u l-kontroll, il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni ta' aċċidenti gravi, ma' attivitajiet assoċjati biex jottimizzaw l-immaniġġjar tal-għarfien u jżommu l-livell tal-kompetenzi. Ħidma addizzjonali li għandha ssir bħala konsegwenza tal-inċident f'Fukushima għandha tinvolvi: reżistenza mtejba kontra l-effetti tat-terremoti, definizzjoni mill-ġdid ta' inċidenti li jkollhom karatteristiki li ma jkunu aktar gravi minn dawk previsti waqt il-fażi tad-disinn, l-analiżi ta' modi komuni li jwasslu għal ċediment fis-sistema, ġestjoni aħjar tal-emerġenzi, l-evitar tal-akkumulazzjoni tal-idroġenu minħabba reazzjonijiet ikkaġunati minn metall/fwar f'temperaturi għolja, ir-rikombinazzjoni tal-idroġenu, id-disinn ta' sistemi ta' filtrazzjoni/tindif li jifilħu għal pressa żejda tal-gass.

Emenda 17
Proposta għal deċiżjoni
Anness – parti I – taqsima I.B – punt 2 – paragrafu 3
Sistemi nukleari avvanzati: L-effiċjenza mtejba tas-sistemi u l-fjuwils attwali u l-istudji tas-sistemi tar-reatturi avvanzati sabiex tiġi vvalutata r-reżistenza u l-impatti tal-proliferazzjoni potenzjali fuq is-sostenibilità fit-terminu t-twil, inkluż attivitajiet trasversali bażiċi u kruċjali ta' riċerka (bħax-xjenza tal-materjali) u l-istudju taċ-ċellola tal-fjuwil, fjuwils innovattivi u aspetti tal-immaniġjar tal-iskart, inkluż il-kompartimentalizzazzjoni u t-trażmutazzjoni tal-użu aktar effiċjenti tal-materjal fissili f'reatturi eżistenti.

Sistemi nukleari avvanzati: L-effiċjenza mtejba tas-sistemi u l-fjuwils attwali u l-istudji tas-sistemi tar-reatturi avvanzati sabiex tiġi vvalutata r-reżistenza u l-impatti tal-proliferazzjoni potenzjali fuq is-sostenibilità fit-terminu t-twil, inkluż attivitajiet trasversali bażiċi u kruċjali ta' riċerka (bħax-xjenza tal-materjali) u l-istudju taċ-ċellola tal-fjuwil, fjuwils innovattivi u aspetti tal-immaniġġjar tal-iskart, inkluż il-kompartimentalizzazzjoni u t-trażmutazzjoni tal-użu aktar effiċjenti tal-materjal fissili f'reatturi eżistenti. L-attivitajiet imsemmija hawn fuq għandhom ikunu mmirati biex isostnu l-Inizjattiva għal Industrija Nukleari Sostenibbli (ESNII), li tnediet waqt il-konferenza dwar il-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika organizzata mill-Presidenza Belġjana f'Novembru 2010, inkluż id-disinn tad-demostraturi ewlenin tar-riċerka ASTRID, ALLEGRO, ALFRED u MYRRHA.

Avviż legali - Politika tal-privatezza