Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità favur l-Istrateġija UE 2020 u l-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-punt 27 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajbat (COM(2011)0373 – C7-0164/2011 – 2011/2126(BUD))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Abbozz tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2011)0300), ippreżentat mill-Kummissjoni fl-20 ta' April 2011,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0373 - C7-0164/2011),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1) (l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikolari l-punt 27 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu adottata fis-26 ta' Ottubru 2011 dwar l-abbozz ġenerali tal-baġit tal-2012(2),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet konġunti dwar il-baġit 2012 adottati fid-19 ta' Novembru 2011,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0353/2011),
A. billi l-livelli massimi tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali, speċjalment għas-subintestatura 1a u l-intestatura 4, ma jippermettux il-finanzjament ta' prijoritajiet tal-Unjoni bla ma jkunu pperikolati l-istrumenti u l-politiki eżistenti,
B. billi l-Kummissjoni kienet pproponiet fl-ittra ta' emenda Nru 1/2012 li timmobilizza l-Istrument ta' Flessibilità biex tpatti għat-tisħiħ tal-Politika Ewropea tal-Viċinat taħt l-intestatura 4 għall-ammont ta' EUR 153 343 576,
C. billi l-kumitat ta' konċiljazzjoni msejjaħ għall-baġit 2012 approva l-mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità għal ammont totali ta' EUR 200 miljun lil hinn mil-limiti massimi tas-subintestatura 1a u l-intestatura 4;
1. Jirrimarka li, minkejja rinfurzar ristrett f'impenji fuq għadd limitat ta' punti tal-baġit u tnaqqis varju ta' punti oħra tal-baġit, il-limiti massimi tas-subintestatura 1a u tal-intestatura 4 ma jippermettux finanzjament adegwat tal-prijoritajiet magħżula mill-Parlament u l-Kunsill;
2. Jaqbel, għalhekk, mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-iffinanzjar tal-Istrateġija ta' UE 2020 skont is-subintestatura 1a, u l-iffinanzjar tal-Politika Ewropea tal-Viċinat taħt l-intestatura 4 għall-ammont totali ta' EUR 200 miljun;;
3. Itenni li l-mobilizzazzjoi tal-Istrument tal-Flessibilità, kif previst fil-punt 27 tal-IIA tas-17 ta' Mejju 2006, għal darb' oħra jenfasizza l-ħtieġa kruċjali li l-baġit tal-Unjoni jkun aktar flessibbli;
4. Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
5. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
6. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.