Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/2057(IMM)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0410/2011

Testi mressqa :

A7-0410/2011

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 01/12/2011 - 6.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0524

Testi adottati
PDF 201kWORD 34k
Il-Ħamis, 1 ta' Diċembru 2011 - Brussell
Talba ta' tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Georgios Toussas
P7_TA(2011)0524A7-0410/2011

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Toussas (2011/2057(IMM))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Toussas, imressqa fid-9 ta' Frar 2011 mill-Imħallef Ilias Stavropoulos tal-Qorti ta' Prim'Istanza ta' Pireus, Taqsima 7, u mħabbra fis-seduta plenarja tad-9 ta' Marzu 2011,

–  wara li sema' lil Georgios Toussas fid-19 ta' Settembru 2011, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986, tal-15 u l-21 ta' Ottubru 2008 u tad-19 ta' Marzu 2010(1),

–  wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ellenika,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 6(2) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0410/2011),

A.  billi l-imħallef tal-Qorti ta' Prim'Istanza ta' Piraeus, Taqsima 7, talab għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Toussas, Membru tal-Parlament Ewropew, biex ikun jista' jwettaq il-proċeduri kriminali mibdija b'riżultat tal-istruzzjonijiet maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-Qorti tal-Maġistrati ta' Piraeus dwar allegat ksur ta' fiduċja li jirriżulta f'danni ta' aktar minn EUR 147 000 (l-Artikolu 390 tal-Kodiċi Kriminali Griega u l-Artikolu 1 tal-Liġi 1608/1950) u li għalih ħarġet ordni ta' inkjesta ġudizzjarja (l-Artikoli 246, 248 u 250 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali Griega),

B.  billi l-imħallef bi ħsiebu jħarrek lil Georgios Toussas biex jixhed bħala l-akkużat f'din il-kawża u jwieġeb għall-akkużi msemmija hawn fuq li nġiebu kontrih skont l-Artikoli 270, 271 u 273 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali Grieg;

C.  billi għalhekk ikun xieraq li jirrakkomanda t-tneħħija tal-immunità parlamentari f'dan il-każ;

1.  Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità parlamentari ta' Georgios Toussas;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Ellenika u lil Georgios Toussas.

(1) Il-Każ 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier [1964] ECR 195; Il-Każ 149/85 Wybot v Faure u oħrajn [1986] ECR 2391; Il-Każ T-345/05, Mote v Il-Parlament [2008] ECR II-2849; Il-Każ magħqud C-200/07 u C-201/07 Marra v De Gregorio u Clemente [2008] ECR I-7929; Il-Każ T-42/06 Gollnisch v Il-Parlament (ĠU C 134, 22.5.2010, p. 29).

Avviż legali - Politika tal-privatezza