Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/0199(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0398/2011

Testi mressqa :

A7-0398/2011

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 01/12/2011 - 6.18
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0537

Testi adottati
PDF 287kWORD 34k
Il-Ħamis, 1 ta' Diċembru 2011 - Brussell
Iż-żona ta' Kaliningrad u ta' ċerti distretti amministrattivi Pollakki ***I
P7_TA(2011)0537A7-0398/2011
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1931/2006 rigward l-inklużjoni taż-żona ta' Kaliningrad u ta' ċerti distretti amministrattivi Pollakki fiż-żona eliġibbli tal-fruntiera (COM(2011)0461 – C7-0213/2011 – 2011/0199(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0461),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 77(2)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0213/2011),

–  wara li kkunsidra t-Tieni rapport dwar it-twettiq u t-tħaddim tas-sistema tat-traffiku lokali tal-fruntiera stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1931/2006 (COM(2011)0047),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regola 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0398/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt ;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


Pożizzjoni tal-Paralment Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-1 ta' Diċembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1931/2006 rigward l-inklużjoni ta' Kaliningrad oblast u ta' ċerti distretti amministrattivi Pollakki fiż-żona eliġibbli tal-fruntiera
P7_TC1-COD(2011)0199

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1342/2011.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza