Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/2174(REG)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0386/2011

Testi mressqa :

A7-0386/2011

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 01/12/2011 - 6.21
CRE 01/12/2011 - 6.21
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0540

Testi adottati
PDF 564kWORD 146k
Il-Ħamis, 1 ta' Diċembru 2011 - Brussell
Emenda għar-Regoli ta' Proċedura rigward kodiċi ta' kondotta għall-Membri tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-interessi finanzjarji u l-kunflitt ta' interessi
P7_TA(2011)0540A7-0386/2011

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar l-emendi għar-Regoli ta' Proċedura rigward Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-interessi finanzjarji u l-kunflitt ta' interessi (2011/2174(REG))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-President tiegħu bid-data tal-31 ta' Awwissu 2011,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-grupp ta' ħidma tal-Bureau relatata mal-Kodiċi ta' Kondotta lill-membri tal-Konferenza tal-Presidenti u tal-Bureau dwar il-Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Parlament Ewropew, appoġġata mill-Bureau fis-6 ta' Lulju 2011 u mill-Konferenza tal-Presidenti fis-7 ta' Lulju 2011,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 211, 212 u 215 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0386/2011),

1.  Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jadatta konsegwentement l-Anness X tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, waqt li jindika l-korrelazzjoni bejn ir-referenzi għall-Anness I li hemm fih u d-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Anness I fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta minn din id-deċiżjoni;

3.  Jiddeċiedi li l-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2012;

4.  Jinnota li, minħabba r-rikostituzzjoni tal-entitajiet Parlamentari f'nofs il-leġiżlatura, skont ir-Regoli ta' Proċedura, il-kumitat konsultattiv provdut bl-Artikolu 7 tal-kodiċi ta' kondotta fl-Anness I tar-Regoli ta' Proċedura, hekk kif jirriżulta minn din id-deċiżjoni, ma jistax jiġi kkostitwit qabel tmiem ix-xahar ta' Jannar 2012; jiddeċiedi għaldaqstant li l-Membri għandu jkollhom perjodu ta' 90 jum minn wara li tidħol fis-seħħ il-kodiċi ta' kondotta biex jippreżentaw id-dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji msemmija f-Artikolu 4 ta' din il-kodiċi, u li d-dikjarazzjonijiet sottomessi abbażi tad-dispożizzjonijiet tar-Regoli ta' Proċedura fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni għandhom jibqgħu jgħoddu sa ma jiskadi l-perjodu msemmi hawn fuq; jiddeċiedi barra minn hekk li dawn id-dispożizzjonijiet tal-aħħar ikunu applikabbli għal kull Membru li l-mandat tiegħu jibda jseħħ matul dan l-istess perjodu;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

Test fis-seħħ   Emenda
Emenda 1
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
1.  Il-Parlament għandu jistabbilixxi regoli li jirregolaw it-trasparenza tal-interessi finanzjarji tal-Membri tiegħu, liema regoli għandhom ikunu mehmuża ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura bħala anness.
1.  Il-Parlament għandu jistabbilixxi regoli li jirregolaw it-trasparenza tal-interessi finanzjarji tal-Membri tiegħu, taħt forma ta' kodiċi ta' kondotta adottata mill-maġġoranza tal-Membri komponenti, skont l-Artikolu 232 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mehmuża ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura bħala anness.
Emenda 2
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 19
Il-Konferenza tal-Presidenti, permezz ta' maġġoranza ta' tlieta minn kull ħamsa tal-voti mitfugħa, liema voti jirrappreżentaw mhux inqas minn tliet partiti politiċi, tista' tipproponi lill-Parlament sabiex titneħħa l-kariga ta' President, ta' Viċi President, ta' Kwestur, ta' president jew ta' viċi president ta' kumitat, ta' president jew viċi president ta' delegazzjoni inter-parlamentari, jew ta' kwalunkwe detentur ta' xi kariga elett mill-Parlament, f'każ li jinstab li l-Membru kkonċernat ikun ħati ta' mġieba ħażina serja. Din il-proposta għandha tiġi approvata mill-Parlament b'maġġoranza ta' żewg terzi tal-voti mitfugħa, li għandhom ikunu jirrapreżentaw il-maġġoranza tal-Membri kollha tiegħu.

Il-Konferenza tal-Presidenti, permezz ta' maġġoranza ta' tlieta minn kull ħamsa tal-voti mitfugħa, liema voti jirrappreżentaw mhux inqas minn tliet partiti politiċi, tista' tipproponi lill-Parlament sabiex titneħħa l-kariga ta' President, ta' Viċi President, ta' Kwestur, ta' president jew ta' viċi president ta' kumitat, ta' president jew viċi president ta' delegazzjoni inter-parlamentari, jew ta' kwalunkwe detentur ta' xi kariga elett mill-Parlament, f'każ li jinstab li l-Membru kkonċernat ikun ħati ta' mġiba ħażina serja. Il-Parlament għandu jieħu deċiżjoni fuq dik il-proposta b'maġġoranza ta' żewg terzi tal-voti mitfugħa, li għandhom jirrapreżentaw il-maġġoranza tal-Membri kollha tiegħu.

Meta rapporteur jikser id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta' Kondotta tal-Membri tal-Parlament Ewropew fir-rigward ta' interessi finanzjarji u kunflitt ta' interess, annessa ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura, il-kumitat li ħatru jista“, fuq l-inizjattiva tal-President u fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti, itemm tali kariga. Il-maġġoranzi stabbiliti fl-ewwel paragrafu għandhom japplikaw mutatis mutandis għal kull stadju ta' din il-proċedura.

Emenda 3
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 32 – paragrafu 2
2.  Dawn il-gruppi ma jistgħux jinvolvu ruħhom f'attivitajiet li jistgħu jirriżultaw f'konfużjoni mal-attivitajiet uffiċjali tal-Parlament jew tal-korpi tiegħu. Kemm-il darba jiġu rispettati l-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli li jirregolaw l-istabbiliment ta' dawn il-gruppi, kif adottati mill-Bureau, il-gruppi politiċi jistgħu jiffaċilitaw l-attivitajiet ta' dawn il-gruppi billi jipprovdulhom appoġġ loġistiku. Dawn il-gruppi għandhom jiddikjaraw kwalunkwe appoġġ minn barra skont l-Anness I.
2.  Dawn il-gruppi ma jistgħux jinvolvu ruħhom f'attivitajiet li jistgħu jirriżultaw f'konfużjoni mal-attivitajiet uffiċjali tal-Parlament jew tal-korpi tiegħu. Kemm-il darba jiġu rispettati l-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli li jirregolaw l-istabbiliment ta' dawn il-gruppi, kif adottati mill-Bureau, il-gruppi politiċi jistgħu jiffaċilitaw l-attivitajiet ta' dawn il-gruppi billi jipprovdulhom appoġġ loġistiku.
Dawn il-gruppi għandhom ikunu marbuta li jiddikjaraw kwalunkwe appoġġ, sew fi flus u sew in natura (eż. assistenza fix-xogħol tas-segretarjat) li, jekk ġie offrut lill-Membri bħala individwi, irid ikun iddikjarat skont l-Anness I.

Il-Kwesturi għandhom iżommu reġistru tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu. Dan ir-reġistru għandu jkun ippubblikat fil-websajt tal-Parlament. Il-Kwesturi għandhom jadottaw regoli dettaljati dwar dawn id-dikjarazzjonijiet.

Emenda 4
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 153 – paragrafu 3 – punt d
d) preżentazzjoni lill-Konferenza tal-Presidenti, skond l-Artikolu 19, ta' proposta għal sospensjoni jew tneħħija minn waħda jew iżjed mill-karigi b'elezzjoni li dak il-Membru jkollu fil-Parlament.
d) preżentazzjoni lill-Konferenza tal-Presidenti, skond l-Artikolu 19, ta' proposta għal sospensjoni jew tneħħija minn waħda jew iżjed mill-karigi li dak il-Membru jkollu fil-Parlament.
Emenda 5
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Anness I – Titlu
Dispożizzjonijiet li jirregolaw l-appikazzjoni tal-Artikolu 9(1) - Trasparenza u interessi finanzjarji tal-Membri

Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Parlament fir-rigward tal-interessi finanzjarji u l-kunflitti ta' interessi

Emenda 6
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Anness I – Artikolu 1 sa Artikolu 4
Artikolu 1

Imħassar

1.  Kull Membru, qabel ma jitkellem fil-Parlament, jew f'wieħed mill-korpi tiegħu, jew jekk propost bħala rapporteur li jkollu interess finanzjarju dirett fis-suġġett diskuss, għandu fil-laqgħa jiddikjara bil-fomm dan l-interess dirett tiegħu.
2.  Qabel ma membru jkun jista' jiġi nominat b'mod validu f'xi kariga fil-Parlament jew f'wieħed mill-organi tiegħu, skond l-Artikoli 13, 191 jew 198(2), jew qabel ma jipparteċipa f'delegazzjoni uffiċjali, skond l-Artikolu 68 jew 198(2), hu għandu jkun għamel id-dikjarazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 2.
Artikolu 2

Il-Kwesturi għandhom iżommu reġistru li fih kull Membru ikollu jagħmel dikjarazzjoni personali dettaljata kif ġej:

a) tal-attivitajiet professjonali tiegħu u ta' kull funzjoni jew attività oħra li għaliha jirċievi ħlas,
b) kull salarju li l-Membru jirċievi fit-twettiq ta' mandat f'Parlament ieħor,
c) kull għajnuna, sew jekk finanzjarja u sew jekk fil-forma ta' riżorsi umani jew materjali, minbarra l-għajnuna provduta mill-Parlament, mogħtija lill-Membru minħabba l-attivitajiet politiċi tiegħu minn terzi persuni, li għandhom ikunu identifikati.
Membri tal-Parlament m'għandhom jaċċettaw l-ebda rigal jew benefiċċju fil-qadi ta' dmirijiethom.

Id-dikjarazzjonijiet fir-reġistru għandhom isiru taħt ir-responsabiltà personali tal-Membru u għandhom ikunu aġġornati kull darba li jkun hemm xi tibdil u jkunu aġġornati tal-anqas kull sena. Il-Membri huma għal kollox responsabbli mit-trasparenza tal-interessi finanzjarji tagħhom.

Il-Bureau jista“, minn żmien għal żmien, iħejji lista ta' interessi li hu jqis li għandhom jiġu ddikjarati fir-reġistru.

Jekk, wara li jintalab jagħmel dan, Membru ma jwettaqx id-dmir tiegħu li jippreżenta dikjarazzjoni skond (a) u (b), il-President għandu jfakkru għal darba oħra sabiex jippreżenta d-dikjarazzjoni fi żmien xahrejn. Jekk id-dikjarazzjoni ma tkunx ippreżentata fiż-żmien stipulat, l-isem tal-Membru flimkien ma' indikazzjoni tan-nuqqas għandu jkun ippubblikat fil-minuti tal-ewwel jum ta' kull sessjoni parzjali li taħbat wara li jiskadi ż-żmien. Jekk il-Membru jkompli jirrifjuta li jippreżenta d-dikjarazzjoni wara li n-nuqqas ikun ippubblikat, il-President għandu jieħu miżuri skond l-Artikolu 153 tar-Regoli sabiex jissospendi l-Membru kkonċernat.

Il-presidenti ta' gruppi ta' Membri, sew ta' intergruppi u sew ta' gruppi ta' Membri oħra mhux uffiċjali, għandhom jintalbu jiddikjaraw kull għajnuna, sew fi flus u sew in natura (eż. assistenza segretarjali) li, jekk tingħata lill-Membri bħala individwi, għandha tkun dikjarata taħt dan l-Artikolu.

Il-Kwesturi għandhom ikunu responsabbli sabiex iżommu reġistru u jħejju regoli dettaljati għad-dikjarazzjoni ta' għajnuna li tingħata minn barra lil dawn il-gruppi.

Artikolu 3

Ir-reġistru għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku.

Ir-reġistru jista' jkun aċċessibbli għall-pubbliku b'mod elettroniku.

Artikolu 4

Għal dak li għandu x'jaqsam ma' dikjarazzjoni tal-assi, il-Membri huma suġġetti għad-dmirijiet imposti fuqhom mil-liġijiet tal-Istat Membru li fih ikunu ġew eletti.

Emenda 7
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Anness I (ġdid) – Artikolu 1 (ġdid)
Artikolu 1

Prinċipji ta' gwida

Fil-kuntest tal-mandat tagħhom, il-Membri tal-Parlament Ewropew:

a) jispiraw ruħhom u jaġixxu skont il-prinċipji ta' kondotta ġenerali li ġejjin: id-diżinteress, l-integrità, it-trasparenza, id-diliġenza, l-onestà, ir-responsabilità u r-rispett għar-reputazzjoni tal-Parlament,
b) jaġixxu biss fl-interess pubbliku u la jiksbu u lanqas jippruvaw jiksbu benefiċċju finanzjarju dirett jew indirett jew xi ħlas ieħor.
Emenda 8
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Anness I (ġdid) – Artikolu 2 (ġdid)
Artikolu 2

Dmirijiet ewlenin tal-Membri

Fil-kuntest tal-mandat tagħhom, il-Membri tal-Parlament Ewropew:

a) ma għandhom jidħlu fl-ebda ftehim li jwassalhom għal att jew vot fl-interess ta' parti terza, li jista' jipperikola l-libertà tal-vot tagħhom kif stabbilit fl-Artikolu 6 tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'votazzjoni diretta universali u l-Artikolu 2 tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew,
b) ma għandhom ifittxu, jaċċettaw jew jirċievu l-ebda benefiċċju finanzjarju dirett jew indirett, jew kwalunkwe premju ieħor, bi skambju għall-eżerċizzju ta' influwenza jew vot favur leġiżlazzjoni, mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, dikjarazzjonijiet jew mistoqsijiet imressqa quddiem il-Parlament jew xi wieħed mill-kumitati tiegħu, u għandhom jieħdu miżuri stretti sabiex jevitaw kwalunkwe sitwazzjoni li tista' timplika korruzzjoni.
Emenda 9
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Anness I (ġdid) – Artikolu 3 (ġdid)
Artikolu 3

Kunflitti ta' interess

1.  Kunflitt ta' interess jeżisti meta Membru jkollu interess personali li jista' jinfluwenza b'mod mhux xieraq il-qadi ta' dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew. M'hemmx kunflitt ta' interess meta Membru jibbenefika biss bħala membru tal-pubbliku ġenerali jew ta' kategorija wiesgħa ta' persuni.
2.  Kull Membru li jsib li għandu kunflitt ta' interess għandu jieħu minnufih il-miżuri meħtieġa biex isib rimedju, skont il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet ta' din il-Kodiċi ta' Kondotta. Jekk il-Membru ma jkunx jista' jsolvi l-kunflitt ta' interess, huwa għandu jirrappurtah bil-miktub lill-President. Fil-każ ta' ambigwità, il-Membru jista' jitlob il-parir tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Kondotta tal-Membri tal-Parlament, stabbilit bl-Artikolu 7.
3.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, il-Membri għandhom jiżvelaw, qabel ma jitkellmu jew jivvutaw fil-plenarja jew fil-korpi tal-Parlament, jew jekk ikunu proposti bħala rapporteur, kull kunflitt ta' interess attwali jew potenzjali rigward il-kwestjoni li qed tkun eżaminata, meta dan ma jkunx evidenti mill-informazzjoni ddikjarata skont l-Artikolu 4. Din id-dikjarazzjoni għandha ssir bil-fomm jew bil-miktub lill-President matul id-dibattiti parlamentari inkwistjoni.
Emenda 10
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Anness I (ġdid) – Artikolu 4 (ġdid)
Artikolu 4

Dikjarazzjoni tal-Membri

1.  Għal raġunijiet ta' trasparenza, il-Membri għandhom ir-responsabilità personali li jippreżentaw dikjarazzjoni ta' interessi finanzjarji lill-President qabel it-tmiem tal-ewwel perjodu ta' sessjoni wara l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew (jew, fil-kors tal-leġiżlatura, fi żmien 30 jum wara li jkunu ħadu l-kariga fil-Parlament), permezz tal-formola adottata mill-Bureau skont l-Artikolu 9. Huma għandhom jinfurmaw lill-President b'kull bidla li taffettwa d-dikjarazzjoni tagħhom fi żmien 30 jum minn din il-bidla.
2.  Id-dikjarazzjoni ta' interessi finanzjarji għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja, li għandha tiġi pprovduta b'mod preċiż:
a) l-attivitajiet professjonali tal-Membru matul it-tliet snin qabel il-ħatra tiegħu fil-Parlament, u l-involviment tiegħu matul dak il-perjodu f'kumitati jew bordijiet ta' kumpaniji, organizzazzjonijiet mhux governattivi, assoċjazzjonijiet jew kwalunkwe organu ieħor stabbilit fil-liġi;
b) kull ħlas li l-Membru jirċievi għat-twettiq ta' mandat f'parlament ieħor,
c) kwalunkwe attività bi ħlas imwettqa mill-Membru fl-istess żmien li qed jeżerċita l-kariga tiegħu, kemm bħala impjegat kemm jekk jaħdem għal rasu;
d) il-parteċipazzjoni f'kumitati jew bordijiet ta' kumpaniji, organizzazzjonijiet mhux governattivi, assoċjazzjonijiet jew kwalunkwe organu ieħor stabbilit fil-liġi, jew kwalunkwe attività oħra esterna li tinvolvi l-Membru, kemm jekk imħallsa kemm jekk mhijiex;
e) kwalunkwe attività esterna okkażjonali bi ħlas (inklużi l-attivitajiet ta' kitba, konferenzi jew konsulenza), jekk il-kumpens totali jaqbeż EUR 5 000 f'sena kalendarja;,
f) ishma jew sħubija f'kumpanija, fejn hemm il-possibilità ta' riperkussjonijiet fuq il-politika pubblika, jew meta din il-parteċipazzjoni tagħti lill-Membru influwenza sinifikanti fl-affarijiet tal-organizzazzjoni inkwestjoni;
g) kull għajnuna, sew finanzjarja u sew fil-forma ta' riżorsi umani jew materjali, minbarra l-għajnuna pprovduta mill-Parlament, mogħtija lill-Membru minħabba l-attivitajiet politiċi tiegħu minn terzi persuni, li għandhom ikunu identifikati;
h) kwalunkwe interess finanzjarju ieħor li jista' jinflwenza l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tal-Membru.
Kull dħul regolari li jirċievi l-Membru għal kull punt irrappurtat skont l-ewwel subparagrafu għandu jitqiegħed f'waħda mill-kategoriji li ġejjin:

– minn EUR 500 sa EUR 1 000 fix-xahar;
– minn EUR 1 001 sa EUR 5 000 fix-xahar;
– minn EUR 5 001 sa EUR 10 000 fix-xahar;
– aktar minn EUR 10 000 fix-xahar.
Kwalunkwe dħul ieħor riċevut mill-Membru għal kull punt irrapportat skont l-ewwel subparagrafu huwa kkalkulat fuq bażi annwali, maqsum bi tnax u mqiegħed f'xi waħda mill-kategoriji stabbiliti fit-tieni subparagrafu.

3.  L-informazzjoni pprovduta lill-President skont dan l-Artikolu għandha tkun ippubblikata fis-sit tal-Parlament f'forma aċċessibbli faċilment.
4.  Il-Membri ma jistgħux jiġu eletti għall-karigi fil-Parlament jew fl-organi tiegħu, maħtura bħala rapporteur, jew jipparteċipaw f'delegazzjonijiet uffiċjali, jekk ma jkunux għamlu d-dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji tagħhom.
Emenda 11
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Anness I (ġdid) – Artikolu 5 (ġdid)
Artikolu 5

Rigali jew benefiċċji simili

1.  Il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom joqogħdu lura milli jaċċettaw, fil-qadi ta' dmirijiethom, kwalunkwe rigal jew benefiċċju simili, għajr dawk b'valur approssimattiv ta' anqas minn EUR 150 mogħtija skont l-użanzi ta' kortesija jew dawk mogħtija lilhom meta jkunu qed jirrappreżentaw lill-Parlament Ewropew f'kariga uffiċjali.
2.  Kwalunkwe rigal offrut lill-Membri, skont il-paragrafu 1, meta jkunu qed jirrappreżentaw il-Parlament f'kapaċità uffiċjali għandu jingħadda lill-President u jiġi ttrattat skont il-miżuri ta' implimentazzjoni stabbiliti bl-Artikolu 9.
3.  Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw għar-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, alloġġ u sussistenza tal-Membri, jew għall-ħlas dirett ta' dawn l-ispejjeż minn partijiet terzi, meta l-Membri, fuq stedina u fil-qadi ta' dmirijiethom, jattendu avvenimenti organizzati minn partijiet terzi.
L-ambitu ta' dan il-paragrafu, b'mod partikolari r-regoli għall-iżgurar tat-trasparenza, huwa ppreċiżat fil-miżuri ta; implimentazzjoni stabbiliti mill-Bureau skont l-Artikolu 9.

Emenda 12
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Anness I (ġdid) – Artikolu 6 (ġdid)
Artikolu 6

Attivitajiet ta' ex Membri

Ex Membri li jimpenjaw ruħhom f'attività professjonali ta' lobbying jew ta' rappreżentanza konnessa direttament mal-proċess deċiżjonali tal-Unjoni ma jistgħux jibbenefikaw, tul il-perjodu kollu ta' impenn tali, mill-faċilitajiet mogħtija lill-ex Membri skont ir-regoli stabbiliti f'dak ir-rigward mill-Bureau1.

1 Deċiżjoni tal-Bureau tat-12 ta' April 1999.
Emenda 13
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Anness I (ġdid) – Artikolu 7 (ġdid)
Artikolu 7

Kumitat Konsultattiv dwar il-Kondotta tal-Membri Parlamentari

1.  Kumitat Konsultattiv dwar il-Kondotta tal-Membri (il-Kumitat Konsultattiv) huwa stabbilit.
2.  Il-Kumitat Konsultattiv għandu jkun kompost minn ħames Membri maħtura mill-President fil-bidu tal-mandat tiegħu fost l-uffiċjali u l-koordinaturi tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali, b'kunsiderazzjoni għall-esperjenza tal-Membri u l-bilanċ politiku.
Kull Membru tal-Kumitat Konsultattiv għandu jieħu l-presidenza għal sitt xhur fuq bażi ta' rotazzjoni.

3.  Il-President għandu wkoll, fil-bidu tal-mandat tiegħu, jaħtar il-membri ta' riserva tal-kumitat konsultattiv, wieħed għal kull grupp mhux rappreżentat fil-Kumitat Konsultattiv.
Fil-każ ta' allegazzjoni ta' ksur ta' din il-Kodiċi ta' Kondotta minn membru ta' grupp politiku li mhux rappreżentat fil-Kumitat Konsultattiv, il-membru ta' riserva kkonċernat isir is-sitt membru sħiħ tal-Kumitat Konsultattiv għall-eżami tal-ksur allegat inkwistjoni.

4.  Fuq talba minn Membru, il-Kumitat Konsultattiv għandu jipprovdilu, b'mod kunfidenzjali u fi żmien 30 jum kalendarju, gwida dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din il-Kodiċi ta' Kondotta. Il-Membru kkonċernat għandu jkun intitolat iserraħ fuq tali gwida.
Fuq talba tal-President, il-Kumitat Konsultattiv għandu jevalwa wkoll il-każijiet ta' ksur allegat ta' dan il-Kodiċi ta' Kondotta u jagħti parir lill-President dwar il-miżuri eventwali li għandhom jittieħdu.

5.  Il-Kumitat Konsultattiv jista“, wara konsultazzjoni mal-President, jitlob parir mingħand esperti esterni.
6.  Il-Kumitat Konsultattiv għandu jippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet tiegħu.
Emenda 14
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Anness I (ġdid) – Artikolu 8 (ġdid)
Artikolu 8

Proċedura f'każ ta' ksur possibbli tal-Kodiċi ta' Kondotta

1.  Fejn ikun hemm raġunijiet li jagħtu x'wieħed jaħseb li Membrutal-Parlament Ewropew seta' kiser din il-Kodiċi ta' Kondotta, il-President jista' jinnotifika lill-Kumitat Konsultattiv b'dan.
2.  Il-Kumitat Konsultattiv għandu jeżamina ċ-ċirkostanzi tal-ksur allegat, u jista' jisma' l-Membru kkonċernat. Fuq il-bażi tal-konstatazzjonijiet tiegħu, għandu jagħmel rakkomandazzjoni lill-President dwar deċiżjoni possibbli.
3.  Jekk, fid-dawl ta' din ir-rakkomandazzjoni, il-President jikkonkludi li l-Membru kkonċernat ikun kiser il-Kodiċi ta' Kondotta, għandu, wara li jisma' lill-Membru, jadotta deċiżjoni motivata li tistipula l-piena, li dwarha għandu jinforma lill-Membru.
Il-piena tista' tikkonsisti f'waħda jew diversi mill-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 153(3) tar-Regoli ta' Proċedura.

4.  Il-Membru kkonċernat għandu l-possibilità ta' appell intern skont l-Artikolu 154 tar-Regoli ta' Proċedura.
5.  Kwalunkwe piena imposta fuq Membru wara l-iskadenzi provduti fl-Artikolu 154 tar-Regoli ta' Proċedura għandha titħabbar mill-President fil-plenarja u tiġi ppubblikata fid-dieher fuq il-websajt tal-Parlament għall-bqija tal-leġiżlatura.
Emenda 15
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Anness I (ġdid) – Artikolu 9 (ġdid)
Artikolu 9

Implimentazzjoni

Il-Bureau għandu jistabbilixxi l-miżuri ta' implimentazzjoni ta' din il-Kodiċi ta' Kondotta, inkluża proċedura ta' monitoraġġ u, fejn ikun meħtieġ, għandu jaġġorna l-ammonti speċifikati fl-Artikoli 4 u 5.

Il-Bureau jista' jressaq proposti għar-reviżjoni ta' din il-Kodiċi ta' Kondotta.

Avviż legali - Politika tal-privatezza