Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ħatra proposta ta' Henrik Otbo bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0345/2011 – 2011/0810(NLE))
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0345/2011),
– wara li kkunsidra l-fatt li, waqt il-laqgħa tiegħu tat-23 ta' Novembru 2011, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat innominat mill-Kunsill għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0416/2011),
A. billi Henrik Otbo jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,
1. Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Henrik Otbo bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta' verifika tal-Istati Membri.