Ħatra tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew: is-Sur Mario Draghi, kandidat
201k
33k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew (10057/2011 – C7-0134/2011 – 2011/0804(NLE))
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2011 (10057/2011)(1),
– wara li kkunsidra t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill Ewropew (C7-0134/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 109 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0229/2011),
A. billi b'ittra tal-20 ta' Mejju 2011 il-Kunsill Ewropew ikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar il-ħatra ta' Mario Draghi bħala President tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta' tmien snin b'effett mill-1 ta' Novembru 2011,
B. billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament imbagħad evalwa l-kredenzjali tal-persuna nnominata, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stipulati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u fid-dawl tal-ħtieġa ta' indipendenza sħiħa tal-Bank Ċentrali Ewropew skont l-Artikolu 130 TFUE, u billi fit-twettiq ta' dik l-evalwazzjoni, il-kumitat irċieva curriculum vitae mingħand il-kandidat kif ukoll it-tweġibiet tiegħu għall-kwestjonarju bil-miktub li ntbagħatlu,
C. billi l-kumitat imbagħad kellu smigħ ta' sagħtejn u nofs mal-persuna nnominata fl-14 ta' Ġunju 2011, li fih għamel dikjarazzjoni tal-ftuħ u mbagħad wieġeb għal mistoqsijiet li sarulu mill-membri tal-kumitat,
1. Jagħti opinjoni favorevoli dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-ħatra ta' Mario Draghi bħala President tal-Bank Ċentrali Ewropew;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Gvernijiet tal-Istati Membri.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/031 BE/General Motors Belgium mill-Belġju) (COM(2011)0212 – C7-0096/2011 – 2011/2074(BUD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0212 – C7-0096/2011),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1) (l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikolari l-punt 28 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(2) (ir-Regolament FEG),
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0191/2011),
A. billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex jipprovdu appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin u biex jiġu megħjuna jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol,
B. billi l-ambitu tal-FEG twessa' temporanjament għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi appoġġ għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja b'riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,
C. billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lil ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista' jkun malajr u b'mod effiċjenti, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-IIA tas-17 ta' Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-FEG,
D. billi l-Belġju talab għajnuna fir-rigward ta' każijiet li jikkonċernaw 2 834 sensja (li kollha huma l-mira ta' għajnuna) fl-intrapriża primarja General Motors Belgium u erbgħa mill-fornituri tagħha li joperaw fis-settur tal-vetturi fir-reġjun NUTS II ta' Antwerp fil-Belġju,
E. billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament FEG,
1. Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza f'dan is-sens il-proċedura mtejba li ddaħħlet fis-seħħ mill-Kummissjoni, wara t-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, bl-għan li tiġi ppreżentata lill-awtorità baġitarja l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta' applikazzjoni ta' FEG flimkien mal-proposta biex jiġi mobilizzat il-FEG; jittama li jsir aktar titjib fil-proċedura fil-qafas tar-rieżami li jmiss tal-FEG;
2. Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jassiguraw proċedura rapida u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG, jipprovdu appoġġ individwali ta' darba u limitat fiż-żmien maħsub biex jgħin lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja b'riżultat tal-globalizzazzjoni u tal-kriżi finanzjarja u ekonomika; jinnota r-rwol li l-FEG jista' jkollu fir-reintegrazzjoni tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja fis-suq tax-xogħol; madankollu, jitlob li ssir evalwazzjoni dwar l-integrazzjoni fit-tul ta' dawn il-ħaddiema fis-suq tax-xogħol b'riżultat dirett tal-mizuri ffinanzjati mill-FEG;
3. Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament FEG, għandu jkun żgurat li l-FEG jappoġġa r-reintegrazzjoni fix-xogħol tal-ħaddiema individwali li ngħataw is-sensja; itenni li għajnuna mill-FEG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta' ristrutturazzjoni ta' kumpaniji jew setturi;
4. Jinnota li l-informazzjoni pprovduta dwar il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta' din id-data anki fir-rapporti annwali tagħha;
5. Jilqa' l-fatt li wara talbiet ripetuti mill-Parlament, għall-ewwel darba l-baġit 2011 juri approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ta' EUR 47 608 950 fil-linja baġitarja 04 05 01 tal-FEG; ifakkar li l-FEG inħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu stess u li għalhekk ħaqqu allokazzjoni apposta, hekk li ma jkunx hemm trasferimenti minn linji baġitarji oħra, bħalma sar fil-passat, li jistgħu jkunu detrimentali għall-ilħuq tad-diversi objettivi politiċi;
6. Iqis li l-kwistjoni ta' kumpaniji multinazzjonali, li r-ristrutturazzjoni jew ir-rilokazzjoni tagħhom twassal għal sensji u, sussegwentement, għall-intervent tal-FEG, jeħtieġ li tiġi indirizzata fir-reviżjoni li jmiss tar-Regolament FEG bla ma jiġi kompromess l-aċċess għall-FEG tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja;
7. Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
8. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
9. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/031 BE/General Motors Belgium mill-Belġju)
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2011/470/UE.)
Emenda tal-Artikolu 51: Laqgħat ta' kumitati konġunti
355k
43k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar l-emenda tal-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew dwar il-proċedura b'laqgħat konġunti ta' kumitati (2010/2061(REG))
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tal-11 ta' Marzu 2010 u l-ittra tal-President tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel tal-25 ta' Marzu 2010,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 211 u 212 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0197/2011),
1. Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;
2. Ifakkar li din l-emenda tidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.
Test fis-seħħ
Emenda
Emenda 1 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 51
Meta jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 49(1) u fl-Artikolu 50, il-Konferenza tal-Presidenti tista“, jekk tkun sodisfatta li l-kwistjoni hi waħda ta' importanza ewlenija, tiddeċiedi li għandha tkun applikata proċedura b'laqgħat konġunti ta' kumitati u b'votazzjoni konġunta. F'dak il-każ, ir-rapporteurs ikkonċernati għandhom ifasslu abbozz ta' rapport waħdani, li għandu jkun eżaminat u li għandha ssir votazzjoni dwaru mill-kumitati involuti fil-laqgħat konġunti li jiġu ppreseduti b'mod konġunt mill-presidenti tal-kumitati involuti. Il-kumitati involuti jistgħu jistabbilixxu gruppi ta' ħidma bejn il-kumitati biex jitħejjew il-laqgħat u l-votazzjonijiet konġunti.
1.Meta tiġi riferita lilha kwistjoni ta' kompetenza skont l-Artikolu 188(2), il-Konferenza tal-Presidenti tista' tiddeċiedi li għandha tiġi applikata l-proċedura b'laqgħat konġunti ta' kumitati u b'votazzjoni konġunta jekk:
- il-kwistjoni taqa“, skont l-Anness VII, b'mod inseparabbli taħt il-kompetenzi ta' aktar minn kumitat wieħed, u
- hija tkun tal-fehma li l-kwistjoni hija ta' importanza maġġuri.
2.F'dak il-każ, ir-rapporteurs rispettivi għandhom ifasslu abbozz ta' rapport uniku, li għandu jkun eżaminat u li għandha ssir votazzjoni dwaru mill-kumitati involuti fil-laqgħat konġunti li jiġu ppreseduti b'mod konġunt mill-presidenti tal-kumitati involuti.
Fl-istadji kollha tal-proċedura, id-drittijiet relatati mal-istatus ta' kumitat kompetenti ma jistgħux jiġu eżerċitati mill-kumitati involuti ħlief meta jaġixxu b'mod konġunt. Il-kumitati involuti jistgħu jistabbilixxu gruppi ta' ħidma biex jitħejjew il-laqgħat u l-votazzjonijiet.
3.Fit-tieni qari tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-pożizzjoni tal-Kunsill tiġi eżaminata waqt laqgħa konġunta tal-kumitati kkonċernati li, fin-nuqqas ta' qbil bejn il-presidenti ta' dawn il-kumitati, issir nhar l-Erbgħa tal-ewwel ġimgħa prevista għal-laqgħat tal-organi parlamentari wara li tiġi kkomunikata l-pożizzjoni tal-Kunsill lill-Parlament. Fin-nuqqas ta' qbil dwar is-sejħa ta' laqgħa ulterjuri, din tissejjaħ mill-president tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati. Il-votazzjoni dwar r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari issir f'laqgħa konġunta fuq il-bażi ta' abbozz konġunt imħejji mir-rapporteurs rispettivi tal-kumitati kkonċernati jew, fin-nuqqas ta' abbozz konġunt, tal-emendi preżentati fil-kumitati kkonċernati.
Fit-tielet qari tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-presidenti u r-rapporteurs tal-kumitati kkonċernati jkunu ex officio membri tad-delegazzjoni fil-kumitat ta' konċiljazzjoni.
Talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari tas-Sur Adrian Severin
204k
36k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Adrian Severin (2011/2070(IMM))
– wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Adrian Severin, imressqa fil-5 ta' April 2011 mid-Direttorat Nazzjonali kontra l-Korruzzjoni (Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-Qorti Għolja ta' Kassazzjoni u Ġustizzja tar-Rumanija) u kkomunikata fis-seduta plenarja fis-6 ta' April 2011,
– wara li sema' lil Adrian Severin fil-23 ta' Mejju 2011, bi qbil mal-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, tat-8 ta' April 1965, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,
– wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986, tal-15 u l-21 ta' Ottubru 2008 u tad-19 ta' Marzu 2010(1),
– wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 72(2) tal-Kostituzzjoni Rumena,
– wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tal-Kodiċi Kriminali Rumen, skont liema d-dritt kriminali Rumen huwa applikabbli għar-reati kommessi barra mit-territorju tar-Rumanija jekk minn iwettaq ir-reat huwa ċittadin Rumen jew jekk hu jew hi, waqt li ma jkollhomx ċittadinanza Rumena, j/tkun domiċiljat/a fir-Rumanija,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 6(2) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0242/2011),
A. billi d-Direttorat Nazzjonali kontra l-Korruzzjoni tar-Rumanija talab it-tneħħija tal-immunità ta' Adrian Severin, Membru tal-Parlament, għall-fini li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Rumen ikun jista' jagħmel l-indaġnijiet tal-każ u jipproċedi fil-konfront ta' Adrian Severin, jirrikjedi l-perkwiżizzjoni tal-abitazzjoni u tal-uffiċċji tal-persuna kkonċernata kif ukoll l-iżvolġiment ta' verifiki informatiċi jew ta' kwalunkwe tiftixa elettronika oħra li tirriżulta neċessarja, jibda proċediment penali kontra l-persuna msemmija b'akkużi ta' korruzzjoni passiva u/jew użu illeċitu tal-influwenza jew kwalunkwe kwalifika ġuridika oħra li tkun tista' tiġi attribwita lill-allegat reat/allegati reati quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji penali kompetenti,
B. billi t-tneħħija tal-immunità ta' Adrian Severin tikkonċerna allegati reati ta' korruzzjoni kontemplati mill-Artikolu 6 tal-Liġi Rumena Nru 78/2000, flimkien mal-Artikolu 254 (korruzzjoni) u l-Artikolu 257 (użu illeċitu tal-influwenza) tal-Kodiċi Kriminali, kif ukoll l-Artikolu 81(b) tal-Liġi Nru 78/2000,
C. billi l-Parlament Ewropew la huwa responsabbli li jippronunzja ruħu dwar il-ħtija jew le tal-Membru tal-PE u lanqas dwar l-opportunità jew le li jkunu persegwiti kriminalment l-atti li ġew lilu attribwiti,
D. billi huwa xieraq għaldaqstant li jiġi rakkomandat li l-immunità parlamentari titneħħa fil-każ inispeċje,
1. Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Adrian Severin, bl-esklużjoni tar-restrizzjonijiet tal-libertà personali;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tar-Rumanija u lil Adrian Severin.
Każ 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier, Ġabra [1964] 195, Każ 149/85, Wybot/Faure u oħrajn, [1986], 2391; Każ T-345/05, Mote v il-Parlament [2008]ECR II-2849, Każijiet Magħquda C-200/07 u C-201/07 Marra v De Gregorio u Clemente [2008] ECR I-7929; u Każ T-42/06 Gollnisch v il-Parlament (ĠU C 134, 22.5.2010, p. 29).
L-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-UE u r-Repubblika tas-Seychelles ***
207k
34k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles (17238/2010 – C7-0031/2011 – 2010/0335(NLE))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (17238/2010),
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles (17237/2010),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0031/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 81 u l-Artikolu 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Baġits (A7-0192/2011),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;
2. Jitlob lill-Kummissjoni tgħaddi lill-Parlament il-konklużjonijiet tal-laqgħat u tal-ħidma tal-Kumitat Konġunt provdut fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles (minn hawn “il quddiem il-”Ftehim ta' Sħubija“), kif ukoll il-programm settorjali plurijennali msemmi fl-Artikolu 3 tal-Protokoll;
3. Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament u lill-Kunsill, matul l-aħħar sena ta' applikazzjoni tal-Protokoll u qabel jinfetħu n-negozjati għat-tiġdid tal-Ftehim ta' Sħubija, rapport dwar l-applikazzjoni tiegħu;
4. Jitlob lill-Kummissjoni rapport dwar l-evoluzzjoni tal-piraterija fiż-żona ekonomika esklussiva tas-Seychelles bejn l-2006 u l-2010 u l-effett tagħha fuq l-attività tas-sajd tas-Seychelles u dik Ewropea;
5. Jitlob li r-rappreżentanti tal-Kumitat għas-Sajd tal-Parlament jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt provdut fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Sħubija bħala osservaturi;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tas-Seychelles.
L-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-UE u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe ***
209k
34k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe (05371/2011 – C7-0119/2011 – 2010/0355(NLE))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05371/2011),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe (05370/2011),
– wara li kkunsidra t-talba min-naħa tal-Kunsill għal approvazzjoni b'konformità mal-Artikolu 43 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0119/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0194/2011),
1. Jagħti l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;
2. Jitlob lill-Kummissjoni tgħaddi lill-Parlament il-konklużjonijiet tal-laqgħat u tax-xogħlijiet tal-Kumitat Konġunt provdut fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe (minn hawn “il quddiem imsejjaħ ”il-ftehim ta' sħubija), kif ukoll il-programm settorjali multiannwali tas-sajd provdut fl-Artikolu 3 tal-Protokoll u l-evalwazzjonijiet annwali rispettivi; jitlob lill-Kummissjoni tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti tal-Parlament bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt skont l-Artikolu 9 tal-ftehim ta' sħubija; jitlob lilll-Kummissjoni tressaq lill-Parlament u lill-Kunsill, fl-aħħar sena ta' applikazzjoni tal-Protokoll u qabel ma jinfetħu negozjati għat-tiġdid tiegħu, rapport sħiħ dwar l-implimentazzjoni tiegħu, mingħajr restrizzjonijiet bla ħtieġa tal-aċċess għal dan id-dokument;
3. Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, iżommu lill-Parlament infurmat minnufih u bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-proèduri relatati mal-Protokoll u tat-tiġdid tiegħu, skont l-Artikolu 13(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 218(10) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe.
Protokoll UE-Andorra dwar miżuri doganali ta' sigurtà ***
202k
31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kusill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jestendi għall-miżuri doganali ta' sigurtà l-Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipat ta' Andorra (17403/2010 – C7-0036/2011 – 2010/0308(NLE))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (17403/2010),
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll li jestendi l-Ftehim għall-miżuri ta' sigurtà doganali, f'forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipat ta' Andorra (17405/2010),
– wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0036/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 81 u l-Artikolu 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7–0198/2011),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jippreżenta l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Prinċipat ta' Andorra.
Ftehim KE-Kanada dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili ***
199k
31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kusill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili (06645/1/2010 – C7-0100/2010 – 2009/0156(NLE))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06645/1/2010),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili (15561/2008),
– wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 100(2), 207(4), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt a, u l-Artikolu 218(8), l-ewwel subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0100/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0298/2010),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Kanada.
L-implimentazzjoni tal-programmi tal-politika ta' koeżjoni għall-2007-2013
404k
113k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar ir-Rapport tal-2010 dwar l-implimentazzjoni tal-programmi tal-Politika ta' Koeżjoni għall-2007-2013 (2010/2139(INI))
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 174 sa 178 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Marzu 2010: “Il-politika ta' koeżjoni: Rapport Strateġiku 2010 dwar l-implimentazzjoni tal-programmi 2007-2013” (COM(2010)0110),
– wara li kkunsidra l-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-31 ta' Marzu 2010: Dokument ta' Akkumpanjament għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Marzu 2010 – Politika ta' Koeżjoni: Rapport Strateġiku 2010 dwar l-implimentazzjoni tal-programmi 2007-2013 (SEC(2010)0360),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ottubru 2010, Politika ta' Koeżjoni: Ir-risposta għall-kriżi ekonomika“, rieżami tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta' politika ta' koeżjoni adottati b'appoġġ għall-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku (SEC(2010)1291),
– wara li kkunsidra l-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-14 ta' Novembru 2008: Reġjuni 2020 - Valutazzjoni tal-isfidi futuri għar-reġjuni tal-UE (SEC(2008)2868),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010) 2020),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2011 dwar il-“Politika Reġjonali li Tikkontribwixxi għat-Tkabbir Sostenibbli fl-Ewropa 2020” (COM(2011)0017),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni(1),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, b'mod partikolari l-Artikolu 7(2),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 397/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-effiċjenza fl-enerġija u l-investimenti fl-enerġija rinovabbli fid-djar(3),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 437/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-interventi għall-akkomodazzjoni favur il-komunitajiet emarġinati(4),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/702/EC tas-6 ta' Ottubru 2006 dwar il-linji-gwida strateġiċi tal-Komunità dwar il-koeżjoni(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-24 ta' Marzu 2009 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Fondi Strutturali 2007-2013: ir-riżultati tan-negozjati dwar l-istrateġiji ta' koeżjoni nazzjonali u l-programmi operattivi(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2010 dwar l-implimentazzjoni tas-sinerġiji tal-fondi assenjati għar-riċerka u l-innovazzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1080/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u s-Seba' Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp fil-bliet u r-reġjuni kif ukoll fl-Istati Membri u fl-Unjoni(7),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Diċembru 2010 dwar il-ksib ta' koeżjoni territorjali, soċjali u ekonomika vera fi ħdan l-UE - kundizzjoni sine qua non għall-kompetittività dinjija?(8),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Informazzjoni Nru 1 tal-Kummissjoni: Earmarking tat-28 ta' Frar 2007 (COCOF/2007/0012/00),
– wara li kkunsidra n-nota ta' informazzjoni tal-Kummissjoni “Struttura indikattiva għar-rapporti strateġiċi nazzjonali 2009” tat-18 ta' Mejju 2009 (COCOF 09/0018/01),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-Rapport Strateġiku tal-2010 mill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Programmi tal-Politika ta' Koeżjoni adottati mill-Kunsill tal-Affarijiet Barranin fl-14 ta' Ġunju 2010,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għar-Reġjuni dwar “Politika ta' Koeżjoni: rapport strateġiku 2010 dwar l-implimentazzjoni tal-programmi 2007-2013” tal-1-2 ta' Diċembru 2010 (CdR 159/2010),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Lulju 2010: “Kif jistgħu jitħeġġu sħubijiet effikaċi fil-ġestjoni tal-programmi tal-politika ta' koeżjoni, fuq il-bażi ta' prattiki tajbin miċ-ċiklu 2007-2013” (ECO/258),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0111/2011),
A. billi, skont it-termini tal-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, biex jippromwovi l-iżvilupp globali armonjuż tagħha, l-Unjoni għandha tiżviluppa u tiżvolġi l-azzjonijiet tagħha li jwasslu għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tagħha, u b'mod partikolari l-Unjoni għandha jkollha l-għan li tnaqqas id-diskrepanzi fil-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni differenti u t-tardività tal-inqas reġjuni favoriti bħal żoni rurali, żoni effettwati minn tranżizzjoni industrijali, u reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi qawwija u permanenti,
B. billi l-politika ta' koeżjoni għandha rwol ewlieni fit-triq biex jintlaħqu għalkollox l-għanijiet UE 2020, b'mod partikolari fil-qasam tal-impjieg u l-affarijiet soċjali, fil-livelli kollha ta' governanza u fiż-żoni ġeografiċi kollha,
C. billi d-dimensjoni strateġika tal-politika ta' koeżjoni li tiggarantixxi konsistenza mal-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea – li tkabbar l-attrattività tal-Ewropa u r-reġjuni tagħha bħala postijiet fejn wieħed jinvesti u jaħdem, fejn jitjiebu l-għarfien u l-innovazzjoni għat-tkabbir u jinħolqu aktar impjiegi u impjiegi aħjar - hija mogħtija u aċċentwata permezz tar-Regolament atl-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (magħruf: ir-Regolament Ġenerali), il-linji-gwida strateġija tal-Komunità dwar il-koeżjoni (magħrufin: Linji-Gwida Strateġiċi), il-Qafas ta' Riferenza Strateġika Nazzjonali (NSRF) u l-Programmi Operazzjonali (OP),
D. billi l-eżerċizzju tar-rapportaġġ strateġiku jirrappreżenta strument ġdid tal-politika ta' koeżjoni, introdott fil-perijodu preżenti ta' programmazzjoni permezz tar-Regolament Ġenerali bħala strument għall-eżami tal-implimentazzjoni tal-Linji-Gwida Strateġiċi, bl-objettiv li jiżdied il-kontenut strateġiku u jkunu promossi t-trasparenza u r-responsabilità politika tal-politika ta' koeżjoni, u billi għandna nitgħallmu mill-informazzjoni u mill-esperjenzi miksuba fl-ippjanar tal-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss,
E. billi t-Trattat ta' Lisbona mmarka b'mod distintiv liema hu l-eżerċizzjoni li permezz tiegħu s-sottinsjemijiet tas-86 skemi prijoritarji miftehmin kellhom jiġu identifikati bħala prijoritajiet speċifiċi skont il-Programm ta' Lisbona għat-Tkabbir u x-Xogħol u billi, għar-reġjuni tal-objettiv tal-Konverġenza, ġew identifikati 47 tema ta' prijorità bħala prijoritajiet immarkati b'mod distintiv, filwaqt li fir-reġjuni tal-objettiv tal-Kompetittività u x-Xogħol Reġjonali, ġew identifikati biss 33 tema ta' prijorità,
F. billi għar-rapporti strateġiċi nazzjonali tal-2009, il-Kummissjoni u l-Istati Membri qablu li jiskambjaw id-dejta biss fuq it-temi prijoritarji skont l-objettiv li jkollhom, bid-data li mmiraw għaliha tat-30 ta' Settembru 2009 għall-estrazzjoni, data meta l-Istati Membri kienu għadhom qed isofru mill-effetti tal-kriżi ekonomika, b'xi wħud minnhom jiffaċċjaw diffikultajiet inizjali fil-bidu tal-perijdou ta' programmazzjoni, u billi hu mistenni li aktar dejta informattiva tista' tinkiseb mir-Rapport Strateġiku tal-2013,
G. billi r-reġjunijiet Ewropej għadhom jiffaċċjaw avariji ekonomiċi, soċjali u ambjentali lampanti, parzjalment bħala konsegwenza naturali tal-aħħar żewġ tkabbiriet imma wkoll minħabba l-effetti diretti tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, ukoll jekk dawn l-avariji nxtorbu matul l-aħħar għaxar snin b'riħet il-kontribut attiv tal-politika ta' koeżjoni li hija kruċjali għall-iżgurar tal-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet reġjonali,
H. billi l-politika ta' koeżjoni kienet element fundamentali tal-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku (EERP), u b'hekk tintwera l-importanza tal-Fondi Strutturali bħala għodod ta' stimulu ekonomiku, b'mod partikolari għan-negozji ż-żgħar, is-sostenibilità u l-effiċjenza enerġetika u billi l-Kummissjoni ntalbet tippreżenta rapport fl-2010 dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri adottati bħala parti mir-respons tal-Ewropa għall-kriżi,
1. Jilqa' r-rapport strateġiku tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programmi tal-politika ta' koeżjoni kofinanzjati mill-Fondi Strutturali; jifraħ lill-Istati Membri dwar l-isforzi tagħhom għat-tħejjija tal-ewwel rapporti strateġiċi nazzjonali tagħhom, li rriżultaw għajn siewja ta' tagħrif dwar l-implimentazzjoni;
2. Jindika li, meta ssir l-analiżi komparata, għandu jitqies li ħames Stati Membri ħarġu d-data tagħhom f'data aktar reċenti u wieħed minħabba f'data anterjuri; iqis li huwa aktar xieraq li jitqabbel il-progress magħmul mill-Istati Membri mal-medja tal-UE;
3. Iqis li t-trasparenza fl-allokazzjoni tal-fondi ġġib l-implimentazzjoni korretta u hija prekondizzjoni fundamentali għall-ksib tal-objettivi globali tal-politika ta' koeżjoni u bħala tali jeħtieġ li tkun infurzata fl-istadji kollha tal-implimentazzjoni; jemmen li x-xkif tal-elenku tal-benefiċjarji għandu jissokta, l-aktar online, billi huwa għodda effikaċi għat-titjib tat-trasparenza; huwa tal-fehma li l-għemil ta' linji-gwida komunitarji u t-tidħol tar-rapportaġġ strateġika bħala strument ġdid ikkontribwixxew għal aktar responsabilità politika fil-ksib tal-objettivi ta' politika; jitlob f'dan il-kuntest li jsir dibattitu politiku regolari biex jittejbu t-trasparenza, ir-responsabilità u l-valutazzjoni tal-effetti tal-politika ta' koeżjoni;
Implimentazzjoni
4. Jinnota li l-volum finanzjarju rapportat ta' proġetti magħżulin huwa ta' EUR 93.4 biljun, li jirrappreżentaw 27,1 % tar-riżorsi disponibbli tal-UE fil-perijodu kurrenti, u li din ir-rata medja tapplika għat-tliet objettivi ta' politika ta' koeżjoni kif ukoll għall-kategoriji tal-earmarking ta' Lisbona u għall-progress fl-implimentazzjoni tal-Linji-Gwidi Komunitarji Strateġiċi; jisħaq, iżda, li l-progress ivarja ħafna bejn il-pajjiżi u bejn it-temi, bir-rati ta' selezzjoni aggregata ogħla minn 40 % fil-każ ta' 9 Stati Membri u anqas minn 20 % fil-każ ta' 4 Stati Membri;
5. Itenni l-apprezzament tiegħu għall-isforzi nazzjonali li wasslu f'allokazzjoni medja ta' nfiq ta' 65 % tal-fondi disponibbli għall-kisba tat-trattat ta' Lisbona fir-reġjuni ta' konverġenza, u ta' 82 % fil-kompetittività reġjonali u fir-reġjuni ta' impjieg, li jeċċedu l-livelli mitluba fil-bidu; jinnota b'sodisfazzjon li total ta' EUR 63 biljun ġie rappurtat li ġie allokat lil proġetti ta' earmarking ta' Lisbona u li s-selezzjoni tal-proġetti għall-earmarking ta' Lisbona hija fl-istess livell jew timxi kemmkemm aktar bil-ħeffa mis-selezzjoni għal azzjonijiet oħrajn, u għalhekk iħeġġeġ lill-Istati Membri biex fil-futur ikomplu jidentifikaw riżorsi għall-proġetti li jappoġġjaw l-Istrateġija UE 2020;
6. Jinnota li r-rata ta' progrress fost it-temi CSG hija l-ogħla fit-tema tad-Dimensjoni Territorjali (30 %), ogħla mill-medja għat-“Titjib tal-Konoxxenza u tal-Innovazzjoni għat-Tkabbir”, imma anqas minn 27.1% fil-każ taż-żewġ linji-gwida l-oħrajn u li, aktar minn hekk, ir-rata ta' selezzjoni huma ogħla mill-medja għall-proġetti li jkunu bis-sistema tal-earmarking ta' Lisbona bl-objettivi kemm ta' Konverġenza u kemm ta' Kompetittività Reġjonali u Impjiegi, imma jammontaw biss għal 20,5 % tal-objettiv tal-Koperazzjoni Territorjali Ewropea; jiddispjaċih li, fl-assenza ta' output u indikaturi ta' riżultati għall-Istati Membri kollha, ġie ppruvat li l-analiżi tal-prestazzjoni tal-politika kif ippreżentata fir-rapport strateġiku kellha limitazzjonijiet gravi; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni sabiex tirrevedi r-rekwiżiti għar-rappurtaġġ amministrattiv tagħha u jitlob lill-Istati Membri jkunu aktar dixxiplinati fil-forniment ta' data dwar l-implimentazzjoni tal-programm;
7. Jilqa' l-progress li diġà sar fi proġetti ta' implimentazzjoni marbuta mal-linji gwida “Aktar impjiegi u aħjar”, minħabba l-kriżi ekonomika u l-għadd jiżdied ta' persuni qiegħda; jirrakkomanda bil-qawwa madankollu li l-Kummissjoni tintroduċi metodi għall-kooperazzjoni mal-Istati Membri li jagħmluha eħfef li l-fondi kollha meħtieġa jiġu mobilizzati fil-pront u allokati b'mod effiċjenti għall-kisba ta' ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u kompetittiva, ta' tkabbir inklużiv u ekonomija b'rata għolja ta' impjiegi li tipprovdi koeżjoni soċjali u territorjali u tnaqqis tal-faqar, li huma objettivi ta' prijorità tal-Istrateġija UE 2020 u tal-għanijiet tagħha, b'mod partikolari fil-qasam tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali, biex tingħata spinta lit-tkabbir u l-produttività u ttejjeb il-prestazzjoni tal-impjiegi fl-Ewropa;
8. Jilqa' l-fatt li l-FSE pprovda appoġġ rilevanti biex jiġu implimentati r-riformi tas-suq tax-xogħol u wera li kien strument effikaċi li kkontribwixxa għall-bidla minn politiki tas-suq tax-xogħol passivi għal politiki attivi u anke preventivi; jistieden lill-Istati Membri jkomplu r-riformi strutturali li jipprevjenu kriżijiet futuri potenzjali fis-suq tax-xogħol;
9. Jistieden lill-Istati Membri biex iwettqu progress fl-implimentazzjoni ta' miżuri ta' kofinanzjament u f'attivitajiet immirati għall-livell reġjonali, għall-appoġġ tas-swieq tax-xogħol bit-tnaqqis tas-segregazzjoni tal-ġeneru kif ukoll tal-inugwaljanzi, bħad-diskrepanza fil-pagi u n-nuqqas ta' rappreżentanza fil-pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet, bl-iffaċilitar tar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol u tal-familja u bit-tħeġġiġ tal-konverżjoni ta' ħidma prekarja f'ħidma bi drittijiet, b'kunsiderazzjoni tal-proporzjon sinifikanti ta' nisa effettwati minn arranġamenti ta' xogħol prekarji;
10. Jisħaq fuq l-importanza li jittejbu l-infrastruttura u s-servizzi għal mikroreġjuni żvantaġġati b'konċentrazzjoni għolja ta' persuni marġinalizzati soċjalment (eż. ir-Roma), kif ukoll li jkunu bi prezzijiet raġonevoli;
11. Jisħaq dwar l-importanza tat-trasport inġenerali fl-iżgurar tal-koeżjoni territorjali, ekonomika u soċjali; huwa mħasseb li l-investiment fis-settur ferrovjarju mhux miexi “l quddiem skont il-pjan u jinsab taħt il-livell ta' progress fil-qasam stradali, u b'hekk mhux jikkontribwixxi biżżejjed għad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport; jissottolinja f'dan il-kuntest li l-investimenti fit-trasport li jkunu sproporzjonalment ippjanati bejn il-modalitajiet differenti huma ta' deteriment għall-ħolqien ta' sistema Ewropea ta' trasport u jinnota li aktar dewmien fl-implimentazzjoni jista” jaċċentwa l-iskwilibriji;
12. Ifakkar li madwar 23,7 % (€ 82 biljun) tal-allokazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni għall-perjodu 2007-2013 huwa maħsub għat-trasport, iżda huwa biss nofs dan l-ammont li se jintnefaq fi proġetti tat-TEN-T (€ 17-il biljun fin-netwerk ta' prijorità tat-TEN-T u € 27.2 biljun għall-parti komprensiva), filwaqt li n-nofs l-ieħor huwa maħsub għall-investiment fi proġetti nazzjonali, reġjonali u lokali li mhumiex indikati fuq il-mapep tat-TEN-T; jenfasizza li l-finanzjament ta' koeżjoni u strutturali allokat għat-trasport hu mqassam bejn il-modi tat-trasport u n-netwerks tat-trasport b'tali mod li ma jqisx biżżejjed l-objettivi tal-Unjoni Ewropea;
13. F'termini ta' koperazzjoni territorjali, jiġbeda l-attenzjoni għat-tendenza li tiddewwem it-tnedija tal-proġetti ta' bejn il-fruntieri u l-proġetti ferrovjarji inġenerali u jisħaq li l-valur miżjud Ewropew tan-netwerk TEN-T, li huwa partikolarment evidenti fit-taqsimiet ta' bejn il-fruntieri tal-proġetti u fl-interkonnessjoni tagħhom mal-proġetti nazzjonali ta' toroq, ferroviji u kanali tal-ilma fl-intern; jipproponi f'dan il-kuntest li jkun hemm is-sistemizzazzjoni tal-introduzzjoni ta' pjattaformi komuni għall-aqwa prattiki organizzati fuq bażi soċjo-ekonomika, ġeografika, demografika u kulturali;
14. Jilqa' l-inklużjoni fil-programm, tal-infiq għall-investiment fl-effiċjenza tal-enerġija u s-sorsi rinnovabbli tal-enerġija fil-bini tad-djar u fil-proġetti tad-djar għall-komunitajiet emarġinati, li qiegħed jiġi implimentat b'suċċess f'bosta reġjuni u għandu jitkompla fil-ġejjieni;
15. Jitlob li ssir implimentazzjoni aħjar tal-programmi fil-qasam ambjentali, b'mod partikolari fis-setturi trasversali li jikkostitwixxu valur miżjud fil-livell Ewropew, bħall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, l-investiment fit-teknoloġiji aktar nodfa u b'kontenut baxx ta' karbonju, l-azzjoni kontra t-tniġġis tal-ajru u l-ilma, l-azzjoni għall-ħarsien tal-bijodiversità, l-espansjoni tan-netwerks ferrovjarji, il-promozzjoni tal-effikaċja tal-enerġija, speċjalment fis-settur tal-bini, u sorsi ta' enerġija rinnovabbli sabiex jintlaħqu l-miri tal-UE għall-2020 u għall-promozzjoni ta' impjiegi ħodor u ekonomija ħadra;
16. Jitlob li jintużaw il-fondi li jikkontribwixxu għall-prevenzjoni ta' diżastri ambjentali u/jew reazzjoni rapida u jitlob lill-Istati Membri biex jaċċelleraw l-investimenti fil-prevenzjoni u r-riabilitazzjoni ta' żoni industrijali u ta' art kontaminata, fid-dawl tar-rata baxxa ta' implimentazzjoni tagħhom;
17. Jiddispjaċih mid-dewmien fis-selezzjoni tal-proġetti għall-oqsma strateġiċi bħalma huma s-settur ferrovjarju, ċerti investimenti tal-enerġija u l-ambjent, l-ekonomija diġitali, l-inklużjoni soċjali, il-governanza u l-bini tal-kapaċità, u s-sejħiet għal analiżi profonda tal-kawżi ta' dan id-dewmien, filwaqt li jistieden ukoll lill-Istati Membri biex jinkludu r-reġjuni tagħhom bil-għan li jimmonitorjaw aktar mill-qrib iż-żoni fejn l-isforzi jeħtieġu jiġu msaħħa; jissottolinja mill-band l-oħra l-assorbiment ogħla ta' proġetti ambjentali fil-programmi tal-Koperazzjoni Territorjali Ewropea, u jindika l-valur miżjud ċar tal-koperazzjoni f'dan il-kuntest; jissottolinja, imma, li l-Istati Membri għandu mnejn inqabdu f'oqsma fejn l-implimentazzjoni kienet għadha lura, u li għalhekk id-dewmien f'dan l-istadju partikolari mhux bilfors ikun indikattiv tal-kwalità globali tal-perijodu ta' programmazzjoni; jindika f'dan il-kuntest li kien hemm aċċellerazzjoni fil-kapaċitajiet ta' assorbiment u ta' implimentazzjoni baġitarja tal-politika ta' koeżjoni matul l-2010 li kienet ġejja, inter alia, mill-bidliet leġiżlattivi reċenti u mill-programmi operattivi li laħqu “cruising speed”, filwaqt li s-Sistemi ta' Ġestjoni u Kontrolli tal-aħħar fl-aħħar ġew approvati mill-Kummissjoni;
18. Jemmen li għandhom jittieħdu minnufih miżuri korrettivi biex titjieb il-prestazzjoni fqira f'xi oqsma ta' prijorità; jirrakkomanda li ssir analiżi fil-fond tal-problemi ta' implimentazzjoni fl-oqsma li għandhom dewmien speċifiku fis-selezzjoni tal-proġetti u jistieden lill-Istati Membri f'dan il-kuntest iħaffu l-isforzi għat-titjib tas-selezzjoni tal-proġetti fit-temi fejn hemm id-dewmien, u li jaċċelleraw l-implimentazzjoni tal-proġetti selezzjonati kollha ħalli jevitaw ir-riskju li ma jintlaħqux l-objettivi miftiehma;
19. Iqis li f'xi każijiet, is-selezzjoni u l-implimentazzjoni rapidi tal-proġetti u użu globali aħjar tal-fondi allokati huma meħtieġa għall-attivitajiet li għandhom il-miri li jtejbu l-kapital uman, jippromwovu s-saħħa u jseddqu l-prevenzjoni tal-mard, jiżguraw l-opporunitajiet indaqs, jappoġġjaw is-swieq tax-xogħol u jtejbu l-inklużjoni soċjali, l-aktar ħalli jingħelbu l-impatti negattivi tal-kriżi ekonomika;
20. Jenfasizza l-fatt li bosta Stati Membri kkonfermaw li d-dixxiplina imposta bl-eżerċizzju ta' identifikazzjoni tejbet il-kwalità u l-iffukar tal-programmazzjoni; jinnota, barra min hekk, l-Istati Membri qiesu b'unanimità li ż-żamma tal-prijoritajiet fundamentali tal-Ofsqa ta' Referenza u tal-Programmi Operattivi ta' Strateġija Nazzjonali marbutin mal-Istrateġija ta' Lisbona hi l-aħjar strument għat-trattamwnt tal-kriżi u kkonfermat mill-ġdid ir-rilevanza tal-objettivi fuq perjodu ta' żmien medju u fit-tul stipulati f'dawn id-dokumenti;
L-Isfidi fl-implimentazzjoni
21. Jisħaq dwar il-fatt li s-selezzjoni u l-implimentazzjoni effettivi tal-proġetti f'ċerti oqsma hija mxekkla minn prekondizzjonijiet relevanti li huma neqsin, bħalma huma proċeduri ta' applikazzjoni aktar sempliċi fil-livell nazzjonali, prijoritajiet nazzjonali ċari għal ċerti oqsma ta' intervent, traspożizzjoni tempestiva ta' liġijiet tal-UE u kapaċità istituzzjonali u amministrattiva kkonsolidata, u b'burokrazija nazzjonali eċċessiva; jitlob għalhekk lill-Istati Membri u r-reġjuni biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-politika bit-trattament ta' dawn l-isfidi u b'mod partikolari bit-titjib tal-qafas legali fil-qasam tal-għajnuna statali, ir-regoli ta' akkwist pubbliku u ambjentali u l-promozzjoni ta' riformi istituzzjonali;
22. Ifakkar b'dispjaċir li d-dewmien sostanzjali fl-implimentazzjoni tal-politika jirriżulta l-aktar mill-fattur li ġejjin: il-konklużjoni tardiva tan-negozjazzjonijiet fuq il-qafas finanzjarju pluriennali u l-pakkett leġiżlattiv tal-politika, li jirriżulta fit-tlestija tardiva tal-istrateġiji nazzjonali u tal-programmi operattivi, fil-bidliet tar-regoli dwar il-kontroll finanzjarju u kriterji ta' evalwazzjoni imposti fil-livell nazzjonali, sovrapponiment mal-għeluq tal-perijodu 2000-2006 u l-ftit riżorsi pubbliċi disponibbli għall-kofinanzjament fl-Istati Membri;
23. Jiddeplora l-fatt li, minkejja li r-Rapport Strateġiku għandu jissottolinja l-kontribut tal-programmi konfinanzjati mill-Fondi Strutturali lejn l-implimentazzjoni tal-objettivi tal-politika ta' koeżjoni, dan ma għandux jagħti data komprensiva dwar is-sitwazzjoni li tirrigwardja l-avariji reġjonali sal-2009;
Ir-Rispons għall-kriżi ekonomika
24. Jilqa' l-pubblikazzjoni tal-Karta ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni “Politika ta' Koeżjoni: Ir-risposta għall-kriżi ekonomika”, rieżami tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta' politika ta' koeżjoni adottati b'appoġġ għall-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku; jissottolinja li dan ir-rieżami jimxi l-aktar fuq it-tagħrif mogħti fir-rapporti strateġiċi nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri neċessarji ħalli tiżgura li l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri tkun preċiża;
25. Jinnota li, fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali u r-rallentament ekonomiku ta' bħalissa, il-politika ta' koeżjoni tal-UE deċiżament tikkontribwixxi għall-Pjan ta' Rkupru Ekonomiku Ewropew, billi tikkostitwixxi l-akbar għajn komunitarja ta' investiment fl-ekonomija reali, u wriet li tippermetti rispons flessibbli u xieraq għall-ambjent soċjoekonomiku li qiegħed jiddeterjora rapidament; jissottolinja li l-Istati Membri apprezzaw li l-miżuri tal-kriżi setgħu jitfasslu skont il-ħtiġiet speċifiċi tagħhom; jitlob b'danakollu li jkun hemm aktar flessibilità u anqas komplessità fir-regoli għat-taqbida kontra l-kriżi u jħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw mill-ewwel il-miżuri kollha li hemm disponibbli mill-Kummissjoni ħalli jiżguraw reazzjoni xierqa u f'waqtha skont il-ħtiġiet speċifiċi kif ukoll ħruġ b'suċċess mill-kriżi ħalli jinkiseb l-iżvilupp sostenibbli fit-tul bit-tisħiħ tal-kompetittività, l-impjiegi u l-attrazzjoni tar-Reġjuni Ewropej;
26. Jisħaq dwar l-importanza tat-teħid ta' sforzi ulterjuri biex tingħeleb id-diffikultà li jitkejjel l-impatt globali tal-miżuri speċifiċi marbutin mal-politika ta' koeżjoni skont l-EERP, u jiddispjaċih li r-rieżami għalhekk jista' biss jagħti indikazzjonijiet limitati dwar l-eżempji konkreti f'livell nazzjonali; b'danakollu, jilqa' l-analiżi tal-prattiki tajbin u l-ewwel konklużjonijiet preżentati fir-rapport;
27. Iqis li s-sinjali tar-rkupru mill-kriżi huma fraġli, u li fis-snin li ġejjin l-Ewropa għandha tittratta d-dgħjufijiet strutturali tagħha, inkluż permezz ta' interventi ta' Politika ta' Koeżjoni u investimenti mmirati, l-aktar fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp, l-innovazzjoni, l-e'ukazzjoni u t-teknoloġiji li huma ta' benefiċċju għas-setturi kollha fil-ksib tal-kompetittività; jisħaq għalhekk dwar il-ħtieġa għal analiżi fil-fond tal-impatt tal-miżuri mmirati lejn il-kontrobilanċ tal-kriżi u n-neċessità li jkun hemm finanzjament strutturali aċċessibbli, li huwa mekkaniżmu f'saħħtu maħsub li jgħin lir-reġjuni fir-ristrutturar ekonomiku u soċjali tagħhom u fil-promozzjoni tal-koeżjoni u s-solidarjetà ekonomiċi, soċjali u territorjali;
Il-Ħolqien ta' sinerġiji u l-evitar tat-tixrid settorjali tar-riżorsi tal-politika reġjonali
28. Jaqsam il-fehma tal-Kunsill espressa fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-Rapport Strateġiku 2010 dwar il-veru valur miżjud iġġenerat minn approċċ strateġiku għall-fondi strutturali; ifakkar li kull fond jeħtieġ ir-regoli proprji tiegħu biex iwettaq interventi b'suċċess fil-livell lokali f'sitwazzjonijiet partikolari; jisħaq, ukoll, dwar il-ħtieġa fl-era post-kriżi li jkunu kkonsolidati l-baġits pubbliċi u jiżdiedu s-sinerġiji u l-impatt ta' għejun kollha disponibbli ta' finanzjament (UE, nazzjonali, strumenti BEI) permezz ta' kordinazzjoni effettiva;
29. Jisħaq li s-sinerġiji bejn il-fondi strutturali u strumenti oħrajn ta' politika settorjali, u bejn dawn l-istrumenti u r-riżorsi nazzjonali, reġjonali u lokali, huma vitali u joħolqu rabtiet imprezzabbli li jippermettu t-tisħiħ reċiproku, l-implimentazzjoni sostenibbli tal-programmi u l-ksib tal-koeżjoni territorjali; jirrikonoxxi li, permezz tad-dispożizzjoni ta' allokazzjoni għall-2007-2013, il-politika ta' koeżjoni qiegħda f'qagħda aħjar li toħloq is-sinerġiji mal-politiki ta' riċerka u innovazzjoni; jisħaq li l-Fondi Strutturali jistgħu jintużaw għat-titjib tal-infrastruttura tar-riċerka, filwaqt li jiżguraw l-livell ta' eċċellenza neċessarju għall-aċċess għall-fondi ta' riċerka; jevidenzja wkoll il-benefiċċji tas-sinerġiji bejn l-FEŻR, FEX u FAEŻR; jinnota li l-esperjenza tipprova b'mod ċar li l-prestazzjoni b'suċċess tal-programmi ffinanzjati bl-ESF hija essenzjali biex tkun massimizzata l-effettività tal-finanzjament ERDF għal azzjonijiet ekonomiċi; ifakkar f'dan il-kuntest dwar il-protenzjal tat-transfinanzjament, li għadu ma ġiex sfruttat biżżejjed; għall-finijiet tar-Rapport Strateġiku li jmiss, jistieden lill-Kummissjoni ddaħħal riferiment għall-interazzjoni reċiproka bejn il-Fondi Strutturali kif ukoll għall-interazzjoni tagħhom ma' strumenti finanzjarji oħrajn tal-UE;
Monitoraġġ u Valutazzjoni
30. Jenfasizza li l-assistenza teknika, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni jistimolaw it-tagħlim tal-politika u, flimkien mal-kontroll finanzjarju effikaċi, għandhom jikkostitwixxu inċentiv għat-titjib tal-kwalità tal-prestazzjoni;
31. Jiddispjaċih li 19-il Stat Membru biss irrapportaw dwar l-indikaturi essenzjali u għalhekk f'dan l-istadju huwa impossibbli li jkun hemm stampa ċara fl-UE kollha tal-impatt tal-politika kif qed titħaddem; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Istati Membri jużaw l-indikaturi essenzjali fir-rawnd li jmiss tal-eżerċizzju tar-rapportaġġ strateġiku fl-2012-2013; jistieden lill-Kummissjoni biex tintervjeni u tappoġġja lill-Istati Membri u r-reġjuni biex jipproduċu data li tkun, f'waqtha, koerenti u kompluta;
32. Jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni tiżgura l-monitoraġġ effiċjenti u kostanti u sistemi ta' kontroll, sabiex ittejjeb il-governanza u l-effikaċja tas-sistema ta' forniment tal-Fondi Strutturali; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb il-koerenza u l-kwalità tal-monitoraġġ tal-progress miksub mill-Istati Membri billi tagħmilha obbligatorja li jkun hemm l-użu ta' sett minimu ta' indikaturi dwar l-eżitu essenzjali fir-rapporti strateġiċi nazzjonali fil-perijodu ta' programmazzjoni li jmiss biex ikun iffaċilitat il-paragun u l-orjentazzjoni tar-riżultat biex tingħata aktar gwida ddettaljata;
Prattiki tajbin
33. Iqis li l-prattiki tajbin u t-tagħlim reċiproku fl-implimentazzjoni tal-politiki għandhom ikunu aċċentwati u li l-iskambju tagħhom għandu jkun promoss, flimkien mat-tisħiħ tal-kapaċitajiet amministrattivi, b'mod partikolari tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, ħalli titjib l-effikaċja u l-effettività u tiġi evitata t-tennija ta' żbalji mgħoddija;
34. Iħeġġeġ il-prattiki tajbin marbutin mar-rapportaġġ nazzjonali bħalma hu l-użu tal-indikaturi essenzjali, ir-rapportaġġ dwar ir-riżultati u l-outputs, ir-rapportaġġ dwar is-sinerġiji bejn il-politiki nazzjonali u l-politiki tal-UE, l-organizzazzjoni tad-dibattiti pubbliċi u l-konsultazzjonijiet mal-istakeholders, is-sottomissjoni tar-rapporti lill-parlamenti nazzjonali għall-opinjonijiet u l-pubblikazzjoni tar-rapporti dwar il-websajts governattivi (ir-rapporti kollha li jużaw terminoloġija ċara u konċiża), billi dawn il-prattiki jtejbu l-kwalità tal-eżerċizzju tar-rapportaġġ u jkattru s-sjieda tal-istakeholders fl-Istati Membri; jinsisti dwar il-ħtieġa ta' segwitu tal-aħjar prattika f'reġjuni kkaratterizzati bi grad ta' assorbiment jew effiċjenza aktar baxxa, fir-rigward tal-programmi ta' finanzjament;
35. Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni tiddelinea kif l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali jistgħu jirriallinjaw il-programmi operattivi għall-objettivi ta' tkabbir sostenibbli tal-UE 2020, u kif il-prattiki jistgħu jiġu rifokati lejn objettivi ta' tkabbir intelliġenti matul dan il-perijodu ta' programmazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jaġixxu mingħajr dewmien, jinvestu aktar fl-iżvilupp sostenibbli u fit-tkabbir intelliġenti, l-inklużjoni soċjali u l-ugwaljanza bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol u jużaw il-fondi b'mod aktar effettiv; jistieden barra minn hekk lill-Kummissjoni tniedi dibattitu ħalli telabora aktar kif il-politika ta' koeżjoni tista' fuq il-perjodu attwali 2007 - 2013, tikkontribwixxi għall-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020;
Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
36. Jissottolinja r-rwol tal-SMEs bħala atturi ta' innovazzjoni fl-ekonomija u jisħaq dwar il-ħtieġa li jiġi żviluppat dan is-settur inter alia permezz tal-implimentazzjoni tal-Att tan-Negozji ż-Żgħar, ikun iffaċilitat l-aċċess tal-SMEs għall-iffinanzjar u l-operazzjoni tal-kapital u jitħeġġew l-SMEs jidħlu fi proġetti innovattivi bl-iskop li jsaħħu l-kompettitività u l-potenzjal tagħhom għal aktar impjiegi; jisħaq li hemm ħafna benefiċċji soċjali u ekonomiċi x'jiġu kkadanjati mill-koperazzjoni f'livelli lokali u reġjonali bejn l-awtoritajiet pubbliċi, SMEs, netwerks tan-negozju, istituti ta' riċerka u clusters, kif ukoll minn użu effettiv tar-riżorsi kollha eżistenti, inklużi l-istrumenti ta' inġenjerija finanzjarja (Jeremie) bħala elementi għat-tisħiħ tal-kapital għall-SMEs; b'danakollu jissottolinja li, f'dak li għandu x'jaqsam mal-finanzjament tal-muwti, huwa meħtieġ li titjieb iċ-ċertezza ġuridika b'mod li l-intermedjarji finanzjarji u l-banek promozzjonali jkunu jistgħu jħejju l-kondizzjonijiet għal strumenti finanzjarji innovattivi li jibqgħu validi għall-perijodu sħiħ ta' programmazzjoni;
37. Jemmen b'saħħa li l-governanza t-tajba f'livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali u l-koperazzjoni effettiva bejn il-livelli ta' governanza differenti hija fundamentali biex tkun żgurata l-kwalità tal-proċess deċiżjonali, l-ippjanar strateġiku, kapaċità mtejba ta' assorbiment tal-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni u għalhekk l-implimentazzjoni b'suċċess u effiċjenti tal-politika ta' koeżjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu u jimmobbilizzaw l-governanza b'multi-livell skont ma jingħad fit-Trattat u skont il-prinċipju ta' tas-sussidjarjetà u tas-sħubija; jisħaq, għalhekk, dwar l-importanza ta' strateġija ġenwina ta' partenarjat, kemm vertikalment kemm orizzontalment, u jirrakkomanda li l-kwalità ta' involviment fil-partenarjat tkun ivvalutata, filwaqt li jfakkar li l-partenarjat jista' jwassal għas-semplifikazzjoni, l-aktar fil-proċedura ta' selezzjoni tal-proġetti; jistieden lill-Istati Membri jinvolvu l-livelli sub-nazzjonali sa mill-bidu nett fid-definizzjoni tal-prijoritajiet ta' investiment u fil-proċess innifsu tat-teħid tad-deċiżjoni, kif ukoll li jintegrawhom mal-atturi tas-soċjetà ċivili u r-rappreżentanti tal-komunità fl-implimentazzjoni tal-programmi; jipproponi f'dan il-kuntest, it-twaqqif ta' Patt Territorjali ta' Awtoritajiet Lokali u Reġjonali għall-Istatreġija Ewropa 2020 f'kull Stat Membru;
38. Jemmen li s-semplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri għandha tikkontribwixxi għall-allokazzjoni b'ħeffa tal-fondi u l-pagamenti, u li għalhekk għandha tissokta u tirriżulta f'regoli mtejba għall-perijodu ta' wara l-2013, kemm f'livell ta' UE kemm f'livell nazzjonali mingħajr il-ħolqien ta' diffikultajiet maġġuri għall-benefiċċjarji; iqis li l-politika reġjonali għandha tkun adattata aħjar għall-ħtiġiet tal-utenti u li s-semplifikazzjoni għandha tirriduċi x-xkiel u l-kostijiet amministrattivi mhux neċessarji kif ukoll ostakli oħrajn li jxekklu l-objettivi ta' politika, għandha tevita l-konfużjoni u l-interpretazzjoni żbaljata tal-prattiki amministrattivi kurrenti u għandha, min-naħa l-oħram tiżgura ġestjoni aktar flessibbli tal-proġetti, kontrolli sinkronizzati, u effikaċità akbar tal-politika; jiddeplora li, minħabba s-superfiċjalità tal-burokrazija, regoli kkumplikati ż-żejjed u soġġetti għal tibdil frekwenti, u nuqqas ta' proċeduri armonizzati, ħafna fondi baqgħu ma ntużawx; iqis li għandu jinstab bilanċ bejn is-semplifikazzjoni u l-istabilità tar-regoli u l-proċeduri;
39. Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali jtejbu l-bini tal-kapaċità u jnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari, jiżguraw il-konfinanzjament ta' proġetti b'kontribuzzjonijiet nazzjonali u fejn ikun relevanti jdaħħlu l-appoġġ ta' inġenjerija finanzjarja, ħalli jkattru l-assorbiment tal-fondi u jevitaw aktar dewmien maġġuri fl-investiment;
40. Jappoġġja l-ideat imressqin mill-Kummissjoni li għandhom il-mira li jqegħidu enfasi akbar fuq l-implimentazzjoni skont ir-riżultat tal-Fondi Strutturali u jqis li r-rapportaġġ strateġiku, bħala għodda siewja ta' monitoraġġ tal-progress fl-implimentazzjoni, joħloq bażi għar-rieżami mill-pari u dibattitu strateġiku fil-livell ta' UE: għall-fini li jinkiseb rapportaġġ strateġiku aħjar tal-kwalità, abbażi tad-dejta komparattiva u affidabbli, iħeġġeġ lill-Istati Membri jadottaw approċċ aktar analitiku u strateġiku filwaqt li jelaboraw rapporti nazzjonali b'fokus isħaħ fuq l-objettivi, ir-riżultati u l-iżviluppi strateġiċi, u jissottomettu tempestivament, tagħrif preċiż fuq l-indikaturi bażi u fuq il-miri miftiehmin; jisħaq għalhekk li r-rapport Strateġiku tal-2013 għandu jkun orjentat lejn ir-riżultati u għandu jiffoka aktar fuq l-analiżi kwalitattiva tal-effikaċja tal-programmi, tal-outputs, eżiti bikrin, aktar milli fuq il-preżentazzjoni eċċessiva tad-data statistika;
41. Jistieden lill-Kummisjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-opportunità tar-reviżjoni ta' nofs iż-żmien tal-perspettiva finanzjarja 2007-2013 u tal-politika ta' koeżjoni biex jiżguraw assorbiment akbar tal-fondi Ewropej għall-perjodu 2011-2013;
42. Jistieden lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE u tal-Istati Membri, bil-għan tar-rawnd ta' negozjati li jmiss dwar il-futur tal-politika ta' koeżjoni, jiffaċilitaw konklużjoni aktar malajr tad-dokumenti essenzjali, bħalma huma l-qafas u r-regolamenti finanzjarji pluriennali, fir-rawnd li jmiss tan-negozjati sabiex jintgħelbu d-diffikultajiet tal-bidu li jistgħu jfiġġu fil-bidu tal-perijodu li jmiss ta' programmazzjoni;
43. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-politika futura ta' koeżjoni tkun tibbenefika minn riżorsi finanzjarji adegwati; huwa tal-fehma li l-politika ta' koeżjoni ma għandhiex titqies biss bħala strument biex jinkisbu l-objettivi ta' politiki settorjali oħra, peress li hija politika tal-Komunità li toffri valur sostanzjali miżjud li għandu r-raison d'être tiegħu stess: koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; jissottolinja għalhekk li l-politika ta' koeżjoni għandha tibqa' indipendenti u s-sisien u l-prinċipji ta' bħalissa tagħha ma għandhomx jiġu mmodifikati b'dispersjoni settorjali;
o o o
44. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-Istati Membri.
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-Titolu XVIII tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni(1),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali(2),
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill 2006/702/KE tas-6 ta' Ottubru 2006 dwar il-Linji Gwida Strateġiċi Komunitarji dwar il-Koeżjoni(3),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 397/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-effiċjenza fl-enerġija u l-investimenti fl-enerġija rinovabbli fid-djar(4),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1233/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 663/2009 li jistabbilixxi programm li jgħin l-irkupru ekonomiku permezz tal-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja għal proġetti fil-qasam tal-enerġija(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Frar 2008 dwar is-segwitu tal-Aġenda Territorjali u tal-Karta ta' Leipzig: Lejn Programm ta' Azzjoni Ewropew għall-Iżvilupp tal-Ispazju u l-Koeżjoni Territorjali(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-governanza u s-sħubija fuq livelli nazzjonali u reġjonali u bażi għal proġetti fil-qasam tal-politika reġjonali(7),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Marzu 2009 dwar id-dimensjoni urbana tal-politika ta' koeżjoni fil-perjodu l-ġdid tal-ipprogrammar(8),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Marzu 2009 dwar Green Paper dwar il-koeżjoni territorjali u l-qagħda tad-diskussjonijiet dwar ir-riforma futura tal-politika għall-koeżjoni(9),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2010 dwar il-kontribut tal-Politika ta' Koeżjoni għall-ksib tal-objettivi ta' Lisbona u tal-UE2020(10),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-politika ta' koeżjoni u l-politika reġjonali tal-UE wara l-2013(11),
– wara li kkunsidra n-nota ad hoc ippubblikata mill-Parlament Ewropew intitolata “Is-segwitu tal-Aġenda Territorjali u tal-Karta ta' Leipzig: lejn Programm ta' Azzjoni Ewropew għall-iżvilupp tal-ispazju u l-koeżjoni territorjali”,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 dwar “EWROPA 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),
– wara li kkunsidra l-ħames rapport tal-Kummissjoni dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali: il-futur tal-politika ta' koeżjoni“, tad-9 ta' Novembru 2010,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Novembru 2010 dwar “Il-konklużjonijiet tal-ħames rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali: il-futur tal-politika ta' koeżjoni” (COM(2010)0642),
– wara li kkunsidra r-rapport ta' sintesi tal-Kummissjoni ta' April 2010 dwar “L-evalwazzjoni ex-post tal-programmi tal-Politika ta' Koeżjoni għall-perjodu 2000-2006 kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) (Objettiv 1 u 2)”,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni ta' Ġunju 2010 dwar “L-evalwazzjoni ex-post tal-programmi tal-Politika ta' Koeżjoni għall-perjodu 2000-2006: l-Inizjattiva Urbana tal-Komunità”,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) dwar “Il-ħtieġa li jiġi applikat approċċ integrat għar-riġenerazzjoni urbana” tas-26 ta' Mejju 2010(12),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Ir-rwol tar-riġenerazzjoni urbana fil-ġejjieni tal-iżvilupp urban fl-Ewropa” tad-9 ta' Ġunju 2010(13),
– wara li kkunsidra l-Aġenda Territorjali tal-UE – Lejn Ewropa ta' Reġjuni Differenti Aktar Kompetittiva u Sostenibbli (“l-Aġenda Territorjali”) u l-Karta ta' Leipzig dwar il-Bliet Ewropej Sostenibbli (“il-Karta ta' Leipzig”), li t-tnejn kienu adottati fil-Kunsill Informali tal-Ministri responsabbli mill-ippjanar tal-ispazju u l-iżvilupp urban li sar f'Leipzig fl-24 u fil-25 ta' Mejju 2007,
– wara li kkunsidra d-“Dikjarazzjoni ta' Toledo” adottata fil-Kunsill Informali tal-Ministri dwar l-iżvilupp urban li sar f'Toledo fit-22 ta' Ġunju 2010,
– wara li kkunsidra l-Pożizzjoni tad-Diretturi Ġenerali għall-Iżvilupp Urban dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment: Konklużjonijiet tal-ħames rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali: il-futur tal-politika ta' koeżjoni (COM(2010)0642/3),
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tas-Samit Ewropew tal-Gvernijiet Lokali li sar f'Barċellona, mit-22 sal-24 ta' Frar 2010, intitolat “Il-gvernijiet lokali, il-protagonisti fl-Ewropa l-ġdida”,
– wara li kkunsidra l-Ftehim tas-Sindki, kif inbeda u ġie appoġġjat mill-Kummissjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-rapport indipendenti, imħejji fuq talba tal-Kummissjoni, intitolat “Aġenda għal Riformi fil-Politika ta' Koeżjoni” (rapport ta' Fabrizio Barca) (2009).
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0218/2011),
A. billi l-UE tista' tkun karatterizzata mill-iżvilupp poliċentriku tagħha u minn varjetà ta' żoni urbani u bliet ta' daqs differenti li għandhom kompetenzi u riżorsi eteroġeniċi; jesprimi l-opinjoni tiegħu li ma jkunx xieraq u saħansitra jkun anke problematiku li tiġi adottata definizzjoni komuni ta' “żoni urbani” u tat-terminu “urban” għax huwa diffiċli li jitpoġġew fl-istess keffa id-diversi sitwazzjonijiet li jeżistu fl-Istati Membri u fir-reġjuni u għaldaqstant hu tal-fehma li kwalunkwe definizzjoni u denominazzjoni obbligatorja ta' żoni urbani għandha titħalla f'idejn l-Istati Membri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà msejjes fuq indikaturi komuni Ewropej; billi għandha tingħata titwila għal kif approċċ funzjonali jista' jwassal għal definizzjoni standard ta' “urban” u b'hekk tinħoloq il-bażi għal definizzjoni ċar fil-liġi tad-dimensjoni urbana tal-politiki tal-Unjoni; billi, madankollu, ikun siewi l-aktar fil-kuntest tal-Politika ta' Koeżjoni u politiki Komunitarji oħra li jkun hemm definizzjoni tad-dimensjoni urbana li tkun legalment ċara u bbażata fuq il-funzjonalità,
B. billi l-UE tikkontribwixxi permezz tal-politiki tagħha għall-iżvilupp sostenibbli ta' zoni urbani, għandu jiġi kkunsidrat li flimkien mal-politiki urbani nazzjonali, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-politika urbana Ewropea għandha tiġi ddefinita,
C. billi l-bliet jikkontribwixxu b'mod attiv għall-formulazzjoni tal-politiki tal-UE u għandhom rwol importanti fl-implimentazzjoni b'suċċess tal-Istrateġija UE2020; u billi jekk ma tiġix ikkunsidrata d-dimensjoni urbana tal-politiki tal-UE u l-aktar dik tal-politika ta' koeżjoni, dan jipperikola l-ksib tal-objettivi tal-UE2020,
D. billi l-bliet għandhom potenzjal arkitettoniku u kulturali uniku, kif ukoll possibilitajiet konsiderevoli ta' integrazzjoni soċjali u billi jikkontribwixxu għall-bilanċ soċjali għax jikkonservaw id-diversità kulturali u jżommu rabta permaneni bejn iċ-ċentru u z-zoni mbiegħda,
E. billi fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba permezz tal-inizjattivi URBAN, azzjonijiet urbani ġew integrati (“mainstreamed”) fil-qafas regolatorju tal-objettivi tal-Konverġenza u tal-kompetittività reġjonali u tal-impjiegi fil-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013; billi din l-integrazzjoni kabbret biċ-ċar il-fondi disponibbli għall-ibliet; billi l-objettivi għall-iżvilupp urban għandhom jiġu definiti b'mod ċar fi ħdan il-programmi operattivi sabiex jgħinu l-konċentrazzjoni tar-riżorsi,
F. billi s-sussidjarjetà fil-forma msaħħa u mwessgħa tagħha kif iddefinita fit-TFUE, kif ukoll il-governanza f'diversi livelli u prinċipju definit aħjar tas-sħubija huma elementi essenzjali għall-implimentazzjoni korretta tal-politiki kollha tal-UE, u billi l-użu ta' riżorsi u kompentenzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu msaħħa kif jixraq,
G. billi l-kriżi ekonomika ta' dawn l-aħħar snin żiedet id-differenzi u l-esklużjoni soċjali f'zoni metropolitani periferali vasti; billi, meta jħabbtu wiċċhom mal-kriżi, l-awtoritajiet lokali jridu jkunu f'pożizzjoni li jimplimentaw miżuri prattiċi biex jikkumbattu l-faqar u jappoġġaw il-koeżjoni soċjali u l-impjiegi,
H. billi politika ta' poli tal-iżvilupp imsejsa fuq l-istimular tal-attività ekonomika fl-ibliet ħafna drabi naqset milli tiġġenera fattur ta' attrazzjoni biżżejjed u għaldaqstant kellha impatt limitat fuq iż-żona tal-madwar u ma tatx kontribut għal żvilupp integrat,
I. billi huwa żgħir ħafna l-għadd ta' distretti tal-ibliet fejn, minkejja l-ġid jew is-saħħa ekonomika tagħhom, jista' jkun hemm problemi speċifiċi bħall-inugwaljanza soċjali estrema, il-faqar, il-marġinalizzazzjoni u livelli għolja ta' qgħad li jistgħu jittaffew jew jiġu eliminati permezz tal-appoġġ tal-politika ta' koeżjoni,
J. billi s-semplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-politiki, fosthom tal-mekkaniżmi ta' kontroll u verifika, jgħinu sabiex titjieb l-effiċjenza, jonqsu r-rati tal-iżbalji, tinħoloq struttura tal-politiki aktar faċli biex tintuża u tiżdied il-viżibilità; u billi l-isforzi ta' simplifikazzjoni għandhom ikomplu u għandhom jiġu akkumpanjati mis-simplifikazzjoni tal-proċeduri nazzjonali u reġjonali biex ir-rappreżentanti ta' żoni urbani ikunu jistgħu jorjentaw u jiġġestixxu aħjar l-użu tal-fondi Ewropej,
Il-Kuntest tad-Dimensjoni Urbana
1. Jinnota li l-Aġenda Urbana Ewropea tikkonsisti, min-naħa l-waħda, mid-dimensjoni urbana tal-politiki tal-UE, b'mod partikolari l-politika ta' koeżjoni, u min-naħa l-oħra, mill-komponent intergovernattiv tal-isforzi fuq livell Ewropew sabiex ikunu kkoordinati l-politiki urbani tal-Istati Membri, b'dawn tal-aħħar jiġu implimentati permezz ta' laqgħat ministerjali informali bil-koordinazzjoni ta' Presidenzi tal-Kunsill suċċessivi u bil-kontribut attiv tal-Kummissjoni; huwa tal-fehma li f'dan il-kuntest li l-gvernijiet lokali għandhom ikunu infurmati aħjar dwar l-attivitajiet fuq livell intergovernattiv u jkunu involuti aktar bis-sħiħ fihom; jirrakkomanda koperazzjoni aktar mill-qrib bejn iż-żewġ livelli u involviment eqreb tal-gvern lokali; jenfasizza l-ħtieġa li titjieb il-koordinazzjoni tad-deċiżjonijiet u tal-azzjonijiet tal-awtoritajiet amministrattivi fil-livell Ewropew kif ukoll dak nazzjonali;
2. Jinnota l-approvazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Toledo u tad-Dokument ta' Referenza ta' Toledo dwar ir-riġenerazzjoni urbana; jaqbel mal-ħtieġa ta' aktar kontinwità u koordinazzjoni fil-mixja lejn programm ta' ħidma konġunt jew “Aġenda Urbana Ewropea”; jilqa' l-fatt li l-Ministri enfasizzaw il-ħtieġa li jsaħħu l-kooperazzjoni u l-koordinament mal-Parlament Ewropew kif ukoll l-għan li tissaħħaħ id-dimensjoni urbana fil-politika ta' koeżjoni u li jkun promoss l-iżvilupp urban sostenibbli u approċċi integrati billi jiġu msaħħa u żviluppati strumenti li jimplimentaw il-Karta ta' Leipzig fil-livelli kollha; jifraħ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni għall-isforzi tagħhom li jkomplu bil-proċess ta' Marsilja u jimplimentaw qafas ta' referenza għal bliet sostenibbli Ewropej; isegwi b'interess it-tnedija tal-fażi ta' ttestjar tal-qafas ta' referenza; jiddispjaċih madankollu, li l-ibliet mhumiex involuti biżżejjed f'dawn il-proċessi; jitlob għaldaqstant lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jiżguraw fluss aqwa ta' informazzjoni dwar dan il-proċess għal bliet li mhux qed jipparteċipaw u sabiex iżommu lill-Parlament infurmat dwar żviluppi ulterjuri;
3. Jenfasizza, barra mill-kontribut sinifikanti ta' interventi tal-politika ta' koeżjoni għall-iżvilupp ta' żoni urbani, firxa ta' politiki u programmi oħra tal-UE (bħall-ambjent, it-trasport, u l-enerġija) li għandhom impatt kbir fuq l-iżvilupp urban; jenfasizza l-ħtieġa ta' fehim aħjar tal-impatt territorjali tal-politiki u jitlob għat-tisħiħ tal-Aġenda Urbana fil-politiki tal-UE; itenni l-istedina tiegħu fil-konfront tal-Kummissjoni li tipproċedi b'evalwazzjoni tal-impatt territorjali tal-politiki settorjali, u li testendi l-mekkaniżmi eżistenti ta' evalwazzjoni tal-impatt; jilqa' f'dan il-kuntest l-ideat imsemmija fil-ħames rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u x-xogħol imwettaq mill-ESPON;
Il-ħtiġijiet lokali u/versu l-Prijoritajiet Ewropej
4. Jenfasizza l-fatt li, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, iz-zoni urbani huma dawk li jwasslu għall-implimentazzjoni effettiva tal-politiki Ewropej; jenfasizza li z-zoni urbani li għandhom 73% tal-popolazzjoni tal-Ewropa, jiġġeneraw madwar 80% tal-PDG u jikkunsmaw sa 70% tal-enerġija fl-Unjoni u huma ċ-ċentri maġġuri tal-innovazzjoni, l-għarfien u l-kultura, grazzi għall-preżenza tal-SMEs, u għaldaqstant jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għat-tkabbir ekonomiku tal-Ewropa; jindika li huma biss l-ibliet f'servizzi ta' kwalità għolja u infrastruttura adegwata li jistgħu jattiraw u jippromwovi l-attivitajiet li jħarsu “l quddiem b'valur miżjud għoli; jinnota li, min-naħa l-oħra, dawn isofru wkoll il-kostijiet tal-produttività ekonomika (tixrid urban, konġestjonijiet, tniġġis, użu tal-art, bidla fil-klima, insigurtà enerġetika, kriżi fil-qasam tad-djar, segregazzjoni spazjali, kriminalità, migrazzjoni) u jintlaqtu minn skwilibriji soċjali kbar (qgħad kbir, insigurtà u esklużjoni soċjali, polarizzazzjoni soċjali, eċċ) li jqiegħdu f'riskju r-rwol tagħhom ta' ”muturi tat-tkabbir“; jisħaq li mhux biss l-iżviluppi ekonomiċi, imma wkoll dawk soċjali u ekoloġiċi li għandhom impatt qawwi fuq iz-zoni ċirkostanti, u huwa tal-fehma li l-aġenda urbana għandha tipprova tiżviluppa l-investimenti sostenibbli, intelliġenti, u inklussivi ħalli jissaħħaħ ir-rwol tal-ibliet; għaldaqstant, jikkunsidra li hemm ġustifikazzjoni ċara għal impenn komuni lejn iz-zoni urbani tal-UE bil-għan li tnaqqas l-effetti ġenerali tat-tkabbir u tal-iżvilupp u fl-istess ħin, jiġu trattati l-kwestjonijiet marbutin mas-sostenibilità ambjentali u l-koeżjoni soċjali;
5. Jirrimarka li s-servizzi tat-trasport urban huma koperti mill-prinċipju tas-sussidjarjetà; jenfasizza, madankollu, li l-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni u l-finanzjament Ewropej ikunu jippermettu lill-awtoritajiet lokali jiffaċċjaw l-isfidi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom, l-aktar fir-rigward tat-trasport;
6. Jemmen li l-massimizzazzjoni tal-kontribut taz-zoni urbani għat-tkabbir ekonomiku tal-UE filwaqt li jiġu sostnuti jew imtejbin il-parametri tagħhom bħala “postijiet tajbin biex tgħammar fihom” hija objettiv kondiviż tal-livelli Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali tal-gvern; jisħaq li filwaqt li dan l-objettiv huwa kondiviż, il-miżuri speċifiċ għall-persegwiment tiegħu jistgħu jvarjaw minn post għall-ieħor; jinnota li b'konsegwenza tal-iżvilupp storiku fit-tieni nofs tas-seklu għoxrin, xi reġjuni u bliet se jibqgħu b'mod ġenerali jsegwi gamma usa' ta' prijoritajiet inkluża dik tal-konverġenza, li għalhekk iqis li għandha tkun żgurata flessibilità suffiċjenti li tippermetti li zoni urbani partikolari jsibu s-soluzzjonijiet li l-aktar joqogħdu għal ħtiġiethom, il-kuntest makro- u mikro-ambjentali u ta' żvilupp;
7. Jirrakkomanda li d-dimensjoni urbana tal-Politika ta' Koeżjoni, li għandha bħala linja-gwida l-kunċett starteġiku tal-qadi ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, għandha tiffoka fuq tlitt objettivi: l-ewwel, li tgħin l-iżvilupp taz-zoni urbani fl-infrastruttura fiżika bażika tagħhom bħala prekondizzjoni għat-tkabbir ħalli jiġi sfruttat għall-massimu l-kontribut potenzjali tagħhom għat-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa, id-diversifikazjzoni tal-bażi ekonomika u s-sostenibilità enerġetika u ambjentali, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam maż-żamma u t-titjib tal-kwalità tal-arja fiċ-ċentri urbani; mingħajr detriment għax-xmajjar; it-tieni, li tgħin iz-zoni urbani jimmodernizzaw il-karatteristiċi ekonomiċi, soċjali u ambjentali tagħhom permezz tal-investiment intelliġenti fl-infrastruttura u s-servizzi msejsin fuq il-kisbiet teknoloġiċi u marbutin mill-qrib ma' rekwiżiti reġjonali, lokali u nazzjonali speċifiċi; it-tieni, li tirriġenera z-zoni urbani bir-reklamazzjoni ta' siti industrijali u art ikkontimata, filwaqt li ma jingħatax il-ġenb il-bżonn tal-konnessjonijiet bejn iz-zoni urbani u rurali bl-iskop li jkun promoss l-iżvilupp inklussiv, skont l-Istrateġija Ewropa 2020;
8. Jenfasizza l-potenzjal kbir tal-modernizzazzjoni tal-investimenti infrastrutturali permezz ta' teknoloġiji intelliġenti li jittrattaw problemi persistenti fl-iggvernar tal-bliet, l-enerġija, il-ġestjoni tal-provvista u tal-użu tal-ilma, it-transport, it-turiżmu, id-djar, l-edukazzjoni, is-saħħa u l-kura soċjali, is-sikurezza pubblika eċċ. permezz tal-konċett ta' “żvilupp urban aktar intelliġenti”; emmen li dawn l-investimenti infrastrutturali tat-Teknoloġija tal-Informatika u l-Komunikazzjoni (ICT) jistgħu jiġu perċepiti bħala forza motriċi espliċita għat-tkabbir ekonomiku u l-attività ekonomika bbażata fuq l-innovazzjoni, filwaqt li jiġbru flimkien l-elementi li ġejjin ta' investiment pubbliku u privat li jista' jkollhom l-għan li jiġġeneraw intraprenditoriji ġodda, impjiegi sostenibbli u tkabbir intelliġenti skont l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 u, b'mod partikolari, is-sħubija Smart Cities għall-innovazzjoni;
9. Jenfasizza li l-applikazzjoni ta' sistemi intelliġenti tagħti kontribut sinifikanti biex jittejbu l-effiċjenza enerġetika, is-sikurezza u s-sigurtà fis-settur tat-trasport, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li jkun hemm diffużjoni kkoordinata u effettiva tas-sistemi intelliġenti fl-Unjoni kollha kemm hi, u l-aktar fiz-zoni urbani; jindika li l-bliet, b'mod partikolari, jistgħu jagħtu kontribut kbir fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima permezz ta', pereżempju, sistemi ta' trasport pubbliku intelliġenti, modernizzazzjoni enerġetika tal-binjiet, ippjanar sostenibbli tad-distretti tal-bliet li jimminimizza d-distanzi lejn il-postijiet tax-xogħol u lejn faċilitajiet urbani, eċċ.; f'dan il-kuntest, jappoġġja l-inizjattiva Civitas u l-Akkordju tas-Sindki; jisħaq fuq l-importanza tal-użu tal-finanzjamenti disponibbli għall-implimentazzjoni ta' programmi ta' azzjoni għall-promozzjoni tal-isfruttament tal-potenzjal enerġetiku rinnovabbli lokali, u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li ż-żewġ inizjattivi li huma jiġu aġġornati fil-futur;
10. Jenfasizza r-relevanza tal-politika ta' koeżjoni għall-promozzjoni tal-innovazzjoni soċjali f'żoni urbani, u b'mod partikolari fi kwartieri żvantaġġati, bl-għan li jitjiebu l-koeżjoni interna u l-kapital uman permezz ta' approċċ inklużiv u parteċipatorju, kemm mil-lat ta' taħriġ u edukazzjoni (b'mod partikolari għaż-żgħażagħ), kif ukoll mil-lat ta' aċċess għall-mikrokrediti u għall-promozzjoni tal-ekonomija soċjali;
Il-Governanza Multilivell u l-Prinċipju tas-Sħubija
11. Itenni l-fehma tiegħu li wieħed min-nuqqasijiet tal-Istrateġija ta' Liżbona kienet in-nuqqas ta' governanza li tiffunzjona sewwa f'diversi livelli u l-fatt li l-awtoritajiet reġjonali u lokali u s-soċjetà ċivili ma kinux involuti biżżejjed fl-istadji tat-tfassil, l-implimentazzjoni, il-komunikazzjoni u l-evalwazzjoni tal-istrateġija; jenfasizza l-ħtieġa ta' sistema ta' governanza mtejba għall-Istrateġija UE 2020 b'integrazzjoni iktar b'saħħitha tal-partijiet konċernati fl-istadji kollha;
12. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li fir-regolamenti li ġejjin l-Istati Membri jikkoinvolġu formalment lill-mexxejja politiċi taz-zoni urbani ewlenin u l-assoċjazzjonijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-istadji kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Politika ta' Koeżjoni (l-ippjanar strateġiku, id-definizzjoni tal-“kuntratti ta' sħubija ta' żvilupp u investiment” proposti, u n-negozjazzjoni tagħhom), ngħidu aħna permezz tal-ħolqien ta' tipi ġodda ta' partnerarjat bħalma huma l-Patti Territorjali mfasslin għal kull Stat Membru; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi t-taħriġ tal-amministrazzjonijiet urbani u lokali bl-iskop li tingħata informazzjoni dwar programmi u inizjattivi ta' politika urbana, u jistieden lill-awtoritajiet lokali ħalli b'konsegwenza ta' hekk jirrediġu programmi konkreti ta' azzjoni skont l-istrateġiċi speċifiċi tagħhom ta' żvilupp; hu tal-fehma li dan hu l-uniku mod sabiex jiġu riflessi l-ħtiġijiet lokali filwaqt li tiġi evitata l-frammentazzjoni ta' għanijiet u soluzzjonijiet strateġiċi;
13. Jemmen li l-konnessjoni bejn il-pjanijiet ta' azzjoni lokali u l-programmi ġenerali reġjoanli/nazzjonali għandha tissaħħaħ; jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni li tiġi msaħħa l-pożizzjoni tal-approċċ tal-iżvilupp lokali fil-politika ta' koeżjoni permezz ta' gruppi ta' appoġġ u pjanijiet ta' azzjoni tat-tip “Leader”;
14. Jenfasizza li z-zoni urbani mhumiex elementi iżolati fir-reġjuni tagħhom u l-iżvilupp tagħhom, għaldaqstant, għandu jkun marbut mill-qrib maz-zoni funzjonali jew rurali tal-madwar; jixtieq aktar kjarifika għal sitwazzjonijiet speċifiċi bħal dawk ta' żoni metropolitani, reġjuni u agglomerazzjonijiet urbani, fejn il-funzjonijiet huma marbuta ma' xulxin; jikkunsidra li l-governanza fuq ħafna livelli, l-ippjanar reġjonali u l-prinċipju ta' sħubija huma l-aktar għodod effettivi sabiex ikunu prevenuti s-settorjalizzazzjoni u l-frammentazzjoni tal-politiki dwar l-iżvilupp; ifakkar, iżda, li s-sinerġiji interni mhux dejjem ikunu garantiti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri ħalli jippromwovu b'mod speċifiku l-kuntatti u l-iskambju ta' prattiki tajbin dwar strateġiji rurali-urbani u li jfasslu d-dimensjonijiet urbani-rurali fid-dokumenti tal-ippjanar ħalli jiżguraw konnessjonijiet tajbin rurali-urbani;
15. Jenfasizza r-rwol pożittiv tal-kooperazzjoni transkonfinali, il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-inizjattiva URBACT għan-netwerking tal-bliet, il-qsim tal-aħjar prattiki u sabiex jiġu ġġenerati soluzzjonijiet innovattivi; jinnota li l-kooperazzjoni bejn il-bliet Ewropej hi totalment kompatibbli mal-Objettiv 3 (kooperazzjoni territorjali Ewropej); iqis li tul il-perjodu 2014-2020, id-dimensjoni urbana tal-objettiv ta' kooperazzjoni territorjali Ewropej għandu jiġi mtejjeb; iħeġġeġ l-involviment tal-ibliet fin-netwerks ta' koperazzjoni inter-reġjonali u ta' bejn il-fruntieri; jemmen li netwerks appoġġati għandhom ikunu marbuta ma' proġetti tal-iżvilupp reali u jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb il-pjattaformi biex jingħata lok għal approċċ sperimentali għar-riġenerazzjoni urbana u l-iżvilupp urban; jemmen li l-esperimentazzjoni tista' tkun utli fil-kuntest tal-ESF b'mod partikolari, fejn strateġija territorjali globali tikkomplementa approċċ immirat lejn gruppi speċifiċi tal-popolazzjoni;
16. Jissottolinja li l-proċess ta'“riġenerazzjoni urbana” u “integrazzjoni (mainstreaming)” jista' jwassal għal “alleanza urbana” ġdida li tgħaqqad lill-partijiet konċernati kollha involuti fil-proċess tal-“bini tal-bliet”; l-alleanza għandha tkompli tkun imsejsa fuq il-kunsens u stabbilita formalment b'forom ġodda ta' governanza li fihom in-netwerks soċjali u ċiviċi jkollhom parti importanti, fejn l-objettiv komuni jkun it-titjib, ir-riġenerazzjoni u r-reinvenzjoni tal-belt eżistenti, filwaqt li jsir l-aħjar użu tar-riżorsi umani, soċjali, materjali, kulturali u ekonomiċi żviluppati tul is-snin u li jużawhom sabiex joħolqu bliet li jkunu effiċjenti, innovattivi, intelliġenti, aktar sostenibbli u soċjalment integrati;
17. Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni li jinħoloq programm ta' skambji “Erasmus għar-rappreżentanti eletti lokali u reġjonali” sabiex iħeġġeġ it-trasferiment tal-prattika tajba fl-iżvilupp strateġiku lokali u urban;
Sottodelega ta' responsabilitajiet
18. Jenfasizza li l-awtoritajiet lokali eletti għandhom responsabilità politika diretta f'termini tat-teħid ta' deċiżjonijiet strateġiċi u tal-investiment tar-riżorsi pubbliċi; għaldaqstant, hu tal-fehma li l-Istati Membri għandhom jiżguraw riżorsi baġitarji biżżejjed għal dawn l-awtoritajiet; iqis, għaldaqstant, li biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Politika ta' Koeżjoni u tal-Istrateġija UE 2020 iridu jkunu involuti b'mod obbligatorju l-korpi lokali eletti fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet strateġiċi, involviment mill-qrib fit-tfassil ta' programmi operattivi u trid tintuża b'mod wiesa' l-għażla ta' responsabilitajiet sottodelegati fl-implimentazzjoni u fl-evalwazzjoni tal-Politika ta' Koeżjoni, mingħajr ħsara għar-responsabilità finanzjarja tal-awtoritajiet ġestriċi u l-Istati Membri; jenfasizza li l-prijorità tal-awtoritajiet lokali hi l-benessri u l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini li, flimkien mal-partijiet konċernati kollha, jridu jkunu involuti fl-istrateġiji tal-iżvilupp lokali;
19. Jirrakkomanda li fil-perjodu tal-ipprogrammar li jmiss, waħda mill-għażliet li ġejjin għandha tintuża fl-implimentazzjoni tad-dimensjoni urbana fuq livell nazzjonali: programmi operattivi indipendenti mmaniġġjati minn żoni urbani partikolari, programmi operattivi konġunti li jkopru z-zoni urbani ta' Stati Membri partikolari, għotjiet globali jew id-delimitazzjoni ta' miżuri u riżorsi urbani fi ħdan programmi operattivi reġjonali speċifiċi; jirrikonoxxi l-importanza tat-tfassil ta' programmi operattivi speċifiċi fil-ġejjieni għal ċerti żoni urbani li qed ifittxu li jirrealizzaw il-potenzjal tal-iżvilupp tagħhom;
20. Iwissi li, minħabba li l-iskala u l-predominanza tal-urbanizzazzjoni hija differenti fil-partijiet differenti tal-UE, b'mod partikolari fejn reġjun ikun b'mod predominanti rurali jew urbanizzat ftit, is-sehem tar-riżorsi attribwit lill-azzjonijiet urbani, bħall-kontenut ġenerali u l-prijoritajiet tal-Programmi Operattivi, irid jitħalla fid-diskrezzjoni ta' dawk li jfasslu l-programmmi, li joperaw f'isem ir-reġjun konċernat;
Ippjanar strateġiku integrat
21. Jappoġġja l-prinċipji tal-ippjanar strateġiku integrat billi dawn jistgħu jgħinu lill-awtoritajiet lokali sabiex ma jibqgħux jaħsbu f'termini ta' “proġetti individwali” iżda jibdew jaħsbu b'mod aktar strateġiku u intersettorjali sabiex jużaw il-potenzjal ta' żvilupp endoġeniku tagħhom; jenfasizza l-valur miżjud u n-natura innovattiva – b'mod partikolari għal kwartieri żvantaġġati – ta' dan l-approċċ “minn isfel għal fuq (bottom-up)”, li filwaqt li jiżgura l-parteċipazzjoni tal-partijiet konċernati lokali kollha, jagħmel possibbli risġons aħjar għall-ħtiġijiet u r-riżorsi reali tat-territorju; fl-istess ħin, jiddispjaċih dwar id-definizzjoni komuni vaga li tirriżulta biss fl-applikazzjoni formali f'xi każijiet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri jiżguraw appoġġ għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet amministrattivi lokali għall-iskop ta' ppjanar strateġiku integrat;
22. Iqis li z-zoni urbani għandhom rwol essenzjali fl-implimentazzjoni ta' strateġiji makroreġjonali u t-twaqqif ta' entitajiet ġeografiċi funzjonali;
23. Jistieden lill-Kummissjoni tħejji studju li jqabbel il-prattika sal-lum il-ġurnata ta' Stati Membri individwali dwar l-ippjanar strateġiku integrat u, abbażi tal-eżitu tal-istudju, jirrediġi linji gwida speċifiċi tal-UE dwar il-prattika tal-ippjanar tal-iżvilupp urban integrat u li jiċċara r-relazzjonijiet bejn dawn il-pjanijiet u dokumenti oħra tal-ippjanar u wkoll jippromwovi sħubijiet effiċjenti u regolati bil-liġi, inklużi sħubijiet urbani bejn il-fruntieri; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tagħmel l-ippjanar urban integrat legalment vinkolanti jekk il-fondi tal-UE jintużaw għall-kofinanzjament ta' proġetti; iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali tal-Istati Membri jagħtu bidu għal sħubiji pubbliċi-privati ġodda u strateġiji tal-iżvilupp infrastrutturali urban innovattivi biex jattiraw l-investiment u jistimulaw il-kummerċ; jitlob li jkun hemm koordinazzjoni mtejba bejn l-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali, sabiex ikunu faċilitati sħubiji ġodda bejn żoni urbani u dawk rurali min-naħa l-waħda u bejn bliet żgħar, ta' daqs medju u kbar min-naħa l-oħra, bl-għan li jkun żgurat żvilupp reġjonali bbilanċjat; fl-istess waqt jistieden lill-Kummissjoni żżid l-assistenza teknika għal ippjanar għall-iżvilupp integrat aqwa, tfassil tal-politiki parteċipatorju u żvilupp urban strateġiku;
24. Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-Qafas Strateġiku Komuni futur kif iddelineat fil-Konklużjonijiet tal-5es Rapport ta' Koeżjoni li għandu l-potenzjal li jagħti spinta lis-sinerġiji bejn il-fondi, particularly with a view to rethinking links from urban areas to rural and peri-urban areas b'mod partikolari bl-għan ta' naħsbu mill-ġdid dwar ir-rabtiet bejn iz-zoni urbani u z-zoni rurali u peri-urbani; jenfasizza l-valur miżjud Ewropew tal-approċċ orizzontali u integrat għall-politika ta' koeżjoni u, għal dan l-għan, jinkoraġġixxi aktar sinerġiji mal-politiki tal-enerġija, ambjent u trasport, li jkunu siewja ħafna għal żoni urbani u peri-urbani fejn jeżistu sfidi kbar f'dan ir-rigward;
25. Itenni t-twemmin tiegħu li huwa biss jekk ikun hemm riżorsi biżżejjed għal azzjonijiet urbani speċifiċi will it be efficient to draw up integrated urban development plans u għaldaqstant jirrakkomanda li r-riżorsi disponibbli jkunu konċentrati fuq azzjonijiet speċifiċi; jipproponi l-għemil ta' livell minimu ta' intensità ta' għajnuna għall-perijodu ta' programmar għal inħawi foqra taz-zoni urbani;
Pjanar finanzjarju komprensiv
26. Jisħaq li miżuri ta' awsterità li ma jistgħux jiġu evitati fil-livelli kollha tal-gvern fl-Unjoni Ewropea joħolqu stress bla preċedent fuq kull tip ta' nfiq pubbliku inklużi investimenti strateġiċi għall-iżvilupp ekonomiku; hu tal-fehma li fl-interess ta' effiċjenza mtejba tal-investimenti, jinħtieġ koordinament aħjar u allokazzjoni aktar strateġika tar-riżorsi pubbliċi kollha disponibbli (Ewropej, nazzjonali, reġjonali, lokali, privati);
27. F'dan ir-rigward jiffavorixxi l-ippjanar finanzjarju komprensiv fil-livell lokali bħala element indiviżibbli tal-iżvilupp urban integrat u jistieden lil kull utent tar-riżorsi pubbliċi biex skont il-kunċett ta' orjentazzjoni lejn ir-riżultati b'mod strett isegwu l-prinċipju ta' “flus għall-proġetti, minflok proġetti għall-flus”;
28. Jenfasizza l-valur miżjud Ewropew ta' finanzjament transversali bejn il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew f'termini ta' flessibilità għal proġetti għall-inklużjoni soċjali u pjanijiet/strateġiji għall-iżvilupp urban integrat; jistieden lill-Kummissjoni sabiex toħloq kondizzjonijiet aktar flessibbli għall-finanzjament trasversali ta' dan it-tip sabiex tħeġġeġ l-użu tiegħu u sabiex dawn ir-regoli ma joħolqux ostakli meta jitfasslu u jiġu implimentati dawn il-pjanijiet/strateġiji; jiġbed l-attenzjoni dwar in-natura komplimentarja ta' dawn il-fondi; jinnota li, b'mod partikolari f'żoni urbani li jbatu minn esklużjoni soċjali jew tniġġis ambjentali, il-finanzjament tal-FSE jista' jintuża biex iservi ta' appoġġ għal proġetti lokali konġunti tal-ibliet, tas-settur ċiviku u tas-settur privat għall-prevenzjoni tal-esklużjoni; jindika li l-ġbir flimkien (pooling) ta' fondi Ewropej eżistenti jista' b'mod sostanzjali jżid il-finanzjament disponibbli;
29. Jemmen li d-dinamiżmu ta' zoni urbani jista' jiġi stimulat permezz ta' sinerġiji effettivi bejn id-diversi strumenti Ewropej ta' finanzjament, b'partikolari fir-rigward tar-riċerka u tal-innovazzjoni;
30. Jenfasizza r-rwol promettenti ta' strumenti ġodda tal-inġinerija finanzjarja skont il-prinċipji ta' “proġetti għall-flus” u ta' “flus għall-proġetti”, li tqiegħdu fis-seħħ matul il-perjodu attwali tal-ipprogrammar; jenfasizza l-ħtieġa li jinħolqu strumenti tal-inġinerija finazjarja li jistgħu jitkabbru jew jiċċekknu u li jkunu vijabbli u fattibbli għal żoni urbani ħafna iżgħar; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tevalwa l-esperjenza b'dawn l-għodod u tadattahom fejn ikun meħtieġ sabiex ittejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tagħhom fis-suq finanzjarju meta mqabbla mal-prodotti kummerċjali komuni sabiex tagħmilhom aktar faċli biex jintużaw, prattiċi, attraenti u għaldaqstant aktar effettivi; jemmen li r-rata tal-imgħax tal-għodda finanzjarji tal-BEI għandhom ikun aktar baxxi meta mqabbla ma' self kummerċjali f'dan ir-rigward; jitlob lill-Istati Membri, fid-dawl tar-riżultati pożittivi miksuba mill-użu ta' strumenti eżistenti tal-inġinerija finanzjarja, jiżguraw dejjem li jsir l-aktar użu effettiv tal-benefiċċji potenzjali li jista' joħroġ minn dawn l-istrumenti finanzjarji;
31. Jemmen li b'mod partikolari l-inizjattiva “Jessica” tista' tilħaq l-akbar effikaċja tagħha meta din tiġi implimentata fil-livell ta' bliet u, għaldaqstant, josserva b'xi riżervi li xi Stati Membri għandhom it-tendenza li jiċċentralizzaw l-implimentazzjoni tagħha;
32. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-flussi finanzjarji bejn il-livell Ewropew, il-livell nazzjonali u dak subnazzjonali jkunu organizzata bl-iktar mod effiċjenti u flessibbli fil-ġejjieni; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-livell baxx eżistenti ta' finanzjarjament bil-quddiem għall-proġetti, u jemmen li fil-ġejjieni għandu jkun żgurat permezz tar-regolamenti li l-Istati Membri jkunu obbligati b'mod aktar ċar li jużaw il-finanzjarjament bil-quddiem għal pagamenti għal benefiċjarji pubbliċi bħall-awtoritajiet urbani;
33. Jistieden lill-Kummissjoni timmira għall-aqwa armonizzazzjoni possibbli ta' regoli għal fondi u programmi partikolari tal-UE li fl-ambitu tagħhom proġetti tal-iżvilupp urbani u lokali jkunu eleġibbli għal kofinanzjament sabiex ikun tkun minimizzata l-burokrazija u l-iżbalji potenzjali fl-implimentazzjoni;
34. Jistieden lill-Kumitat tar-Reġjuni jelabora fuq l-ideat ta' kif tista' tingħata sura aħjar lid-dimensjoni urbana tal-politika ta' koeżjoni ġejjiena;
o o o
35. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
Objettiv 3: l-aġenda futura għal koperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali
361k
99k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar l-Objettiv 3: Sfida għall-koperazzjoni territorjali – l-aġenda futura tal-koperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali (2010/2155(INI))
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-titolu XVIII tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1260/1999(1),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1082/2006 tal-5 ta' Lulju 2006 dwar il-Grupp Ewropew ta' Kooperazzjoni Territorjali (REKT)(2),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/702/KE tas-6 ta' Ottubru 2006 dwar il-linji gwida strateġiċi Komunitarji dwar il-koeżjoni(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-politika ta' koeżjoni u l-politika reġjonali tal-UE wara l-2013(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2010 dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku u r-rwol tal-makroreġjuni fil-politika ta' koeżjoni tal-ġejjieni(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2010 dwar l-implimentazzjoni tas-sinerġiji tal-fondi assenjati għar-riċerka u l-innovazzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1080/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u s-Seba' Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp fil-bliet u r-reġjuni kif ukoll fl-Istati Membri u fl-Unjoni(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Marzu 2009 dwar il-Green Paper dwar il-Koeżjoni Territorjali u l-istat tad-dibattitu dwar ir-riforma ġejjiena tal-Politika ta' Koeżjoni(7),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2009 dwar ir-reviżjoni tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija(8),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Frar 2008 dwar is-segwitu tal-Aġenda Territorjali u l-Karta ta' Leipzig: Programm ta' Azzjoni Ewropew għall-ippjanar tal-ispazju u l-Koeżjoni Territorjali(9),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Diċembru 2005 dwar ir-rwol tal-“Ewroreġjuni” fl-iżvilupp tal-politika reġjonali(10),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Settembru 2005 dwar l-irwol tal-koeżjoni territorjali fl-iżvilupp reġjonali(11),
– wara li kkunsidra l-komunuikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Diċembru 2010 dwar l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-reġjun tad-Danubju (COM(2010)0715) u l-pjan ta' azzjoni indikattiv li jakkompanja l-istrateġija (SEC(2010)1489),
– wara li kkunsidra l-ħames rapport tal-Kummissjoni tad-9 ta' Novembru 2010 dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali: Il-futur tal-politika tal-koeżjoni (Il-ħames rapport dwar il-koeżjoni) (COM(2010)0642),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ottubru 2010 dwar l-eżami mill-ġdid tal-baġit tal-UE (COM(2010)0700) u l-annessi tekniċi tiegħu (SEC(2010)7000),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ottubru 2010 dwar “Politika Reġjonali li tikkontribwixxi għal tkabbir intelliġenti fl-Ewropa 2020” - COM (2010)0553 finali,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Marzu 2010 dwar il-Politika ta' Koeżjoni: Rapport Strateġiku 2010 dwar l-implimentazzjoni tal-programmi 2007-2013 (COM(2010)0110),
– wara li kkunsidra l-komunuikazzjoni tal-Kummissjoni tat-10 ta' Ġunju 2009 dwar l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-reġjun tal-Baħar Baltiku (COM(2009)0248), u l-pjan ta' azzjoni indikattiv li jakkompanja l-istrateġija (SEC(2009)0712/2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-Istrateġija Ewropea għar-Reġjun Atlantiku, li semmiet il-pubblikazzjoni ta' komunikazzjoni tal-Kummissjoni skedata għall-2011(12),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-6 ta' Ottubru 2008, bl-isem: Green Paper dwar il-koeżjoni territorjali Ewropea: Nibdlu d-diversità territorjali f'vantaġġi (COM(2008)0616),
– wara li kkunsidra l-opinjoni ta' inizjattiva tas-27 ta' Jannar 2011 tal-Kumitat tar-reġjuni dwar “Perspettivi ġodda għar-reviżjoni tar-regolament GECT”,
– wara li kkunsidra r-rapport indipendenti ppreparat mill-Kummissjoni bl-isem “'INTERREG III Community Initiative (2000-2006): Ex-Post Evaluation” (Nru. 2008.CE.16.0.AT.016),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0110/2011),
A. billi t-territorju tal-Unjoni Ewropea huwa magħmul minn 27 Stat Membru u minn 271 reġjun,
B. billi ir-reġjuni magħmula minn żoni fuq il-fruntieri jirrapreżentaw madwar 37,5 % tal-popolazzjoni Ewropea,
C. billi l-koperazzjoni informali, l-Ewroreġjuni, l-Eurodistretti, ir-REKT, l-inizjattivi tal-Kunsill tal-Ewropa, t-trattati suċċessivi u l-leġiżlazzjoni li ħargu mill-Unjoni Ewropea ilkoll kkontribwew sabiex jistabbilixxu rabtiet aktar b'saħħithom u dejjiema bejn it-territorji,
D. billi għalkemm il-bażi tal-koperazzjoni territorjali diġà tqiegħdet, xorta għad baqa' sfidi li n-natura tagħhom jiddependu mill-istorja u mil-livell ta' maturzzjoni tal-koperazzjoni;
E. billi wara li “tneħħew” il-fruntieri fit-trattati, huwa importanti li l-impatt tagħhom jitnaqqas fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tagħna;
F. billi l-politika reġjunali għandha tendenza li tippromwovi żvilupp armonjuż tar-reġjuni billi ssaħħaħilhom il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fi ħdan l-Unjoni Ewropea,
G. billi fil-politika ta' koeżjoni, l-objettiv “Koperazzjoni Territorjali” jikkontribwixxi għal “għaqda dejjem iżjed ravviċinata fost il-popli” billi jippermetti li jitnaqqsu l-ostakoli bejn it-territorji u r-reġjuni,
H. billi, fil-fruntieri esterni tal-UE, l-objettiv tal-koperazzjoni territorjali huwa aspett wieħed tal-proċess ta' qabel l-adeżjoni u tal-implimentazzjoni tal-politika tal-viċinat u billi, b'konsegwenza ta' dan, il-koordinazzjoni tal-arranġamenti tal-Komunità relevanti jridu jittejbu,
I. billi l-koperazzjoni territorjali, li twassal liċ-ċittadini ta' reġjuni differenti biex jikkoperaw, hija proċess ta' tagħlim li ma jiqafx li joħloq l-idea ta' komunità komuni u ta' futur maqsum,
J. billi l-Koperazzjoni Territorjali għandha tpoġġi liċ-ċittadin fiċ-ċentru tal-prijoritajiet tagħha, u għaldaqstant għandu jkun promoss approċċ ibbażat fuq il-post,
K. billi t-tfannid tal-Koperazzjoni Territorjali huwa dipendenti fuq il-progress li jagħmel l-integrazzjoni u l-koordinazzjoni Ewropej fl-oqsma kollha, li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni Ewropea u l-koeżjoni territorjali, u billi l-Koperazzjoni Territorjali tikkostitwixxi fiha nnifisha laboratorju esperimentali tal-integrazzjoni Ewropea,
L. billi bilkemm iseħħ xi investiment fin-netwerks trans-Ewropej tat-trasport (TEN) fir-reġjuni mal-fruntieri, għalkemm huwa preċiżament fil-konnessjonijiet transkonfinali li l-modernizzazzjoni hija meħtieġa b'mod urġenti, u fejn jara każ klassiku Ewropew ta' valur miżjud fit-tneħħija tal-ostakoli infrastrutturali transkonfinali,
M. billi r-regolament ġenerali tal-fondi strutturali, kif ukoll id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, saħħew konsiderevolment l-importanza tal-koperazzjoni territorjali,
N. billi l-evalwazzjoni ex-post tal-programmi INTERREG III għall-perjodu ta' programmazzjoni 2000 - 2006 turi bi prova il-valur miżjud ta' dan l-objettiv għall-proġett Ewropew,
1. Ifakkar li l-Koperazzjoni Territorjali għandha l-għan li tħeġġeġ lit-territorji u r-reġjuni biex jikkoperaw ħalli flimkien jirreaġixxu għall-isfidi komuni tagħhom, ħalli jnaqqsu l-ostakli fiżiċi, kulturali, amministrattivi u regolatorji li jfixklu din il-koperazzjoni u ħalli jitnaqqas l-“effett konfinali”;
2. Jinsab konvint mill-valur miżjud Ewropew tal-koperazzjoni territorjali u r-rwol essenzjali tagħha għat-tfannid tas-suq intern u l-integrazzjoni Ewropea f'diversi politiki settorjali, u jitlob li l-koperazzjoni territorjali tibqa' wieħed mill-pilastri tal-politika ta' koeżjoni;
3. Jisħaq fuq il-fatt li l-objettiv tal-koperazzjoni territorjali, ibbażat fuq il-prinċipju ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, jikkonċerna r-reġjuni kollha tal-UE billi jgħin biex jitħeġġeġ żvilupp armonjuż tal-Unjoni kollha kemm hi;
4. Iqis li l-koperazzjoni territorjali wriet l-effettività tagħha, u li l-potenzjal tagħha bħala sors ta' kompetittività ma kienx sfruttat biżżejjed minħabba r-riżorsi mhux adegwati li ġew allokati għaliha; jitlob li l-baġit għall-objettiv “koperazzjoni territorjali” jiżdied minn 2,5 % fil-perjodu ta' programmazzjoni attwali għal tal-anqas 7 % tal-baġit globali tal-politika ta' koeżjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss;
5. Jargumenta favur iż-żamma tal-istruttura attwali tal-objettiv 3, maqsuma fi tliet komponenti (transkonfinali, (komponent A) transnazzjonali (komponent B), interreġjonali (komponent C)), u li l-komponent transkonfinali jżomm l-enfasi tiegħu meta mqabbel mal-komponenti l-oħrajn billi jirċievi tal-anqas 70 % tal-baġit tal-koperazzjoni territorjali; jinnota li għandu jkun hemm distribuzzjoni ġusta u ekwa tal-fondi skont il-programm għar-reġjuni kollha;
6. Iqis li jekk trid tinżamm id-distinzjoni bejn il-komponent transkonfinali (komponent A), li jwieġeb għall-bżonnijiet lokali taż-żona tal-popolazzjoni transkonfinali, u l-komponent transnazzjonali (komponent B), inkluża l-hekk imsejħa skala makroreġjonali, li tiffaċilita koperazzjoni fuq firxa strateġika ferm usa“, hemm bżonn ta' koordinazzjoni aħjar bejn iż-żewġ komponenti;
7. Iħeġġeġ barra minn hekk – biex jiżgura l-koerenza u l-kontinwità tal-miżuri ta' koperazzjoni territorjali, u minħabba n-natura strateġika tal-proġetti msemmija – għal flessibilità ferm akbar biex jiġi sfruttat l-ambitu offrut mill-Artikolu 21 tar-Regolament FEDER rigward il-post tal-attivitajiet tal-koperazzjoni transkonfinali u transnazzjonali; li tinkorpora r-reġjuni marittimi; jitlob għal dan il-għan ċerta flessibilità fl-applikazzjoni tal-limitu ġeografiku ta' 150 km għar-reġjuni kostali u marittimi fil-qafas tal-programmi ta' koperazzjoni transkonfinali;
8. Iqis, madankollu, li l-integrazzjoni ta' tali reġjuni ma' żoni ġeografiċi u l-ftuħ tagħhom għal dawn iż-żoni barra mill-UE mhumiex funzjoni tal-bogħod ġeografiku tagħhom u ma jistgħux ikunu sempliċiment din il-funzjoni, għax il-ġid tar-rabtiet storiċi, lingwistiċi u kulturali li jorbtuhom ma' partijiet varji tad-dinja jagħtihom rwol ewlieni x'jilagħbu fit-tisħiħ ta' tali relazzjonijiet, għall-benefiċċju tal-preżenza globali tal-UE;
9. Jenfasizza r-rwol kruċjali tal-koperazzjoni territorjali biex jintlaħqu l-objettivi EU2020; jitlob biex issir riflessjoni minn qabel sabiex jiġu definiti l-bżonnijiet strateġiċi ta' kull reġjun konfinali u ż-żona ta' koperazzjoni flimkien ma' din l-istrateġija, u wara, biex il-koperazzjoni territorjali Ewropea tkun integrata u magħmula apposta għal kull livell ta' ppjanar strategiku: Ewropew, nazzjonali reġjonali u lokali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiċċara, mingħajr dewmien, il-proposti tagħha dwar il-konċentrazzjoni tematika tal-fondi, b'referenza għal “menù tematiku” tal-UE 2020;
10. Jitlob biex jiġu allokati fondi għal kull programm ta' koperazzjoni territorjali, fuq il-bażi ta' kriterji armonizzati sabiex jiġu indirizzati b'mod strateġiku u integrat il-bżonnijiet u l-ispeċifiċatjiet ta' kull territorju u ta' kull żona ta' koperazzjoni; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex iqisu kriterji strateġiċi relevanti oħrajn, u li jistgħu jiġu kkalkulati, li jistgħu jirriflettu l-bżonnijiet tat-territorji mingħajr ma jfixklu l-kriterju l-aktar importanti: id-demografija;
11. Jisħaq għal darba oħra l-importanza tal-koperazzjoni interreġjonali (komponent C), imma jiddeplora n-nuqqas ta' fondi li ġew allokati għaliha; għalhekk jissuġġerixxi rikunsiderazzjoni tal-limitu tar-rata tal-konfinanzjar tal-UE ta' dan il-komponent, filwaqt li tingħata attenzjoni wkoll għall-kapaċità tiegħu li jaġixxi bħala inċentiv, għall-parteċipanti mir-reġjuni koperti mill-objettiv tal-“kompetittività u l-impjiegi” sabiex jiżdied in-numru ta' proġetti f'dan il-komponent C, u jitlob biex jitwessgħu ż-żoni tematiċi ta' koperazzjoni ħalli jkopru l-governanza u l-ġestjoni ta' programmi operattivi kif ukoll l-iżvilupp territorjali;
12. Iħeġġeġ ukoll lir-reġjuni biex jużaw aħjar l-ambitu tal-koperazzjoni interreġjonali offruta fil-programmi operattivi tagħhom permezz tar-regolament bażiku(13); jargumenta, għalhekk, li l-komponent “interreġjonali” tal-Objettiv 3 għandu jkopri wkoll il-koordinazzjoni u t-tħaddim ta' dawn il-proġetti, il-kondiviżjoni tal-għarfien u l-iskambju tal-prattiki tajbin;
13. Jisħaq, għall-programmi operattivi tal-koperazzjoni territorjali futura, fuq l-importanza tal-appoġġ tal-INTERACT u l-kapaċità għal skemi ta' assistenza b'suċċess, li għandhom jimxu fuq il-mudell tal-proġett RC LACE; jitlob għal koordinazzjoni aktar effettiva bejn l-INTERACT, l-URBACT, l-ESPON u l-komponent C, bl-għan li l-Objettiv 3 jiġi implimentat aħjar;
14. Jappoġġa l-ESPON fl-attivitajiet tiegħu imma jissuġġerixxi li l-opportunitajiet għall-involviment attiv fir-riċerka tagħha fil-kwistjonijiet ta' żvilupp territorjali għandhom isiru aktar aċċessibbli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali filwaqt li għandu jiġi assigurat żvilupp prattiku aktar faċli tar-riżultati ta' din ir-riċerka;
15. Jilqa' s-suċċess tal-programm URBACT dwar l-iżvilupp urban sostenibbli u jitlob għat-tiġdid tiegħu u l-espansjoni f'inizjattiva sinifikanti u aċċessibbli b'mod wiesa' biex joffri opportunitajiet għal tagħlim konġunt u trasferibilità fir-rigward ta' sfidi urbani lokali;
16. Jistieden lill-Kummissjoni biex tirrifletti dwar kif tista' tinvolvi l-kunsilliera lokali u reġjonali f'dawn in-netwerks Ewropej għall-iskambju ta' esperjenzi u prattiki tajbin, bħala l-ewwel pass biex jiġi implimentat il-proġett Erasmus għar-rappreżentanti lokali u reġjonali eletti;
17. Ifakkar li l-involviment ta' parteċipanti subnazzjonali fl-ilħuq tal-objettivi tal-UE hu prekundizzjoni biex tiġi implimentata l-koeżjoni territorjali b'mod effettiv;
18. Huwa tal-opinjoni li huwa neċessarju li jkun hemm l-integrazzjoni tal-objettiv tal-“koperazzjoni territorjali” flimkien mal-objettivi tal-“konverġenza” u tal-“kompetittività u l-impjieg”; jitlob li l-ipprogrammar ikun aktar ikkoordinat milli kien qabel; jissuġġerixxi li l-programmi operattivi reġjonali għandu jkollhom l-għażla li jieħdu interess u jipparteċipaw fil-proġetti transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali li jikkonċernawhom, billi jiġi definit approċċ territorjali għall-allokazzjoni ta' fondi, għall-benefiċċju ta' proġetti prijoritarji, bħall-konnessjoni għan-netwerks trans-Ewropej f'reġjuni konfinali, identifikati minn qabel u b'konsultazzjoni mas-sħab tagħhom fil-programmi bi qbil mal-prinċipji ta' governanza fuq ħafna livelli u ta' sħubija, li jippermettu sfruttament aħjar tal-potenzjal tal-koperazzjoni territorjali grazzi għar-relazzjonijiet żviluppati fost l-atturi privati u pubbliċi bejn il-fruntieri;
19. Iħeġġeġ lill-Istati Membri u r-reġjuni biex iwaqqfu programmi operattivi multireġjonali li jindirizzaw problemi territorjali komuni; bħal ma hija l-preżenza ta' firxa muntanjuża jew baċin ta' xmara li tikkaratterizza t-territorju;
20. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jippromwovu l-koordinazzjoni tal-politiki fir-reġjuni transkonfinali u s-suq tax-xogħol, sabiex jevitaw kwistjonijiet ta' tgħawwiġ tal-kompetizzjoni li jinħolqu fi ħdan il-qafas tal-integrazzjoni ekonomika u territorjali;
21. Jikkunsidra li l-programmi ta' koperazzjoni transkonfinali huma importanti wkoll sabiex ikunu effikaċi u jiksbu r-riżultati fir-rigward ta' strateġiji li jikkonċernaw it-tnaqqis tal-faqar u l-integrazzjoni ta' gruppi żvantaġġati fis-soċjetà Ewropea ġenerali; jitlob biex titqies din il-kwistjoni meta jitfassal il-qafas regolatorju u biex dan jiġi żgurat li f'reġjuni żvantaġġati jkunu disponibbli miżuri xierqa għall-parteċipazzjoni fi programmi tal-iżvilupp reġjonali Ewropej;
L-adozzjoni ta' approċċ territorjali biex jiġu implimentati politiki tal-UE oħrajn
22. Jinnota li approċċi simili tal-Istrateġija għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku jistgħu jkabbru l-koperazzjoni transkonfinali; jikkunsidra li l-makrostrateġiji għandhom jikkunsidraw bis-sħiħ programmi ta' koperazzjoni reġjonali oħra sabiex jiġġeneraw sinerġiji; juri li l-kunċett tal-makroreġjuni, b'inizjattiva tal-Kunsill, sar bħala mezz loġiku u sperimentali biex jiġu kkoordinati proġetti komuni li jikkonċernaw territorju kbir ħafna, ikkaratterizzat bi problemi territorjali komuni, u maħsub biex juża l-vantaġġi ta' approċċ integrat, multisettorjali u territorjali, ibbażat fuq azzjonijiet strateġiċi komuni li jirċievu appoġġ minn fondi eżistenti;
23. Juri li strateġiji bħal dawn kif inhuma jew kif jistgħu jkunu fil-futur għandom jipprovdu bażi biex jitwettqu approċċi aktar strateġiċi u “magħquda” permezz tal-istrumenti tal-koperazzjoni territorjali relevanti, iżda li ma jiġġenerawx fondi ġodda fil-baġit tal-UE, u li ma jipprevedux il-ħolqien ta' istituzzjonijiet ġodda u lanqas l-applikazzjoni ta' leġiżlazzjonijiet ġodda;
24. Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel studju ddettaljat tar-riżultati tal-istrateġiji makroreġjonali implimentati; jemmen li l-proċess qajjem interess li tajjeb li wieħed ikompli fuqu, b'tagħlim għall-implimentazzjoni ta' strateġiji makroreġjonali ġodda fil-futur;
25. Juri li l-Objettiv tal-Koperazzjoni Territorjali jista' jakkomoda l-koperazzjoni fuq skala makroreġjonali, speċjalment fi ħdan il-fergħa transnazzjonali tiegħu;
26. Jargumenta favur l-użu tal-programmi transnazzjonali biex jappoġġaw dawn l-istrateġiji territorjali billi kkoordinaw it-tfassil, id-definizzjoni u t-tmexxija tal-istrateġiji makroreġjonali, għalkemm mingħajr ma dan iwassal għal duplikazzjoni mhux meħtieġa tal-istrutturi tal-baġit tal-UE billi jinħolqu linji baġitarji speċifiċi għal makroreġjuni differenti;
27. Jenfasizza fl-istess ħin li l-għanijiet tal-istrateġiji makroreġjonali jikkumplimentaw l-għanijiet tal-koperazzjoni transkonfinali tal-mikroreġjuni u jistgħu jinkluduhom, iżda mhux jissostitwuhom; jenfasizza għal din ir-raġuni li l-komponent transkonfinali tal-koperazzjoni territorjali jrid jkun ippreservat bħala element distint u leġittimu fih innifsu;
28. Hu konvint li l-komponent transnazzjonali tal-Objettiv 3 jista' jgħin biex itejjeb il-koperazzjoni fil-kuntest tal-istrateġiji makroreġjonali billi jinvolvi aktar l-awtoritajiet reġjonali u lokali u s-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni ta' inizjattivi prattiċi;
29. Huwa tal-opinjoni li l-istrateġija transnazzjonali kollha trid tiġi integrata fit-tfassil tal-koordinamenti possibbli mal-linji gwida tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport, u l-istrateġiji implimentati fil-qafas ta' politika marittima integrata;
30. Ifakkar li l-koperazzjoni territorjali tittratta l-fruntieri interni imma wkoll dawk esterni tal-Unjoni Ewropea; inklużi kwistjonijiet relatati mal-istrateġiji makroreġjonali attwali u ġodda; jenfasizza d-diffikultajiet li jaffaċċjaw pajjiżi terzi biex jiksbu kofinanzjament taħt l-arranġamenti għall-koperazzjoni pprovduti fir-Regolament tal-FEŻR; jitlob lill-Kummissjoni biex tqis kif għandhom jinħolqu sinerġiji aktar effettivi bejn l-inizjattiva taħt il-FEŻR, tal-Istrument għall-Assistenza ta' qabel l-Adeżjoni (IPA), dak tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENPI) u dak tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FED); u jitlobha tressaq proposta kemm jista' jkun malajr għal Politika ta' Viċinat ġdida; jitlob simplifikazzjoni u armonija tar-regoli li jiggvernaw l-aċċess għal sorsi ta' finanzjament differenti sabiex tiġi żgurata l-kompatibilità u jkun iffaċilitat l-użu tagħhom mill-benefiċjarji;
31. Jitlob lill-Kummissjoni, fir-rigward tan-natura speċjali tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija, tittrasferixxi r-responsabilità tal-ġestjoni tiegħu lid-DĠ tal-Kummissjoni għall-Iżvilupp Reġjonali, mingħajr ma tonqos li tikkunsidra l-aspetti tar-relazzjonijiet esterni; josserva li, fil-forma preżenti, l-ENPI ma jipprovdix bażi adegwata biex jiġu kkunsidrati l-fatturi speċifiċi tal-koperazzjoni transkonfinali; jemmen li għandha tiġi kkunsidrata s-separazzjoni tiegħu mill-amministrazzjoni tar-relazzjonijiet esterni ta' lanqas f'dawk il-każijiet fejn pajjiżi terzi li qed jipparteċipaw fil-koperazzjoni tal-fruntieri esterni jipprovdu wkoll fondi għall-koperazzjoni;
32. Jitlob għall-implimentazzjoni tal-Pjan Usa' ta' Azzjoni Ewropew għall-Viċinat għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, imħabbra fill-Komunikazzjoni tal-Kummisjoni COM(2004)0343 jenfasizza, għalhekk, il-bżonn ta' azzjoni multisettorjali koerenti fl-oqsma tal-politika tal-UE li jikkonċernaw ir-reġjuni l-aktar imbiegħda u, b'mod partikolari, biex il-komponenti interni u esterni jkunu aktar koordinati b'mod aktar effikaċi permezz ta' strateġija ta' żoni;
33. Ifakkar li White Paper dwar il-koeżjoni territorjali bħala segwitu għall-Green Paper tkun tirrappreżenta strument f'waqtu biex jiġi ċċarat kif għandha tiġi implimentata l-koeżjoni territorjali permezz tal-governanza fuq diversi livelli fil-politika reġjonali futura u tipprovdi materjal għad-dibattitu dwar il-pakkett leġiżlattiv li jmiss;
34. Jiddikjara li l-kundizzjonijiet għall-koperazzjoni transkonfinali fl-ENPI mhumiex suffiċjenti fl-iżvilupp xieraq tiegħu; jargumenta, f'dan il-każ favur koordinazzjoni msaħħa bejn il-varji direttorati ġenerali kkonċernati fil-Kummissjoni Ewropea; huwa konvint mill-bżonn aħħari li l-programmi ta' koperazzjoni transkonfinali tal-ENPI jerġgħu jiġu integrati fl-Objettivi tal-Koperazzjoni Territorjali tal-politika ta' koeżjoni;
L-iffaċilitar tal-istabbiliment ta' Raggruppamenti Ewropej ta' Koperazzjoni Territorjali (REKT)
35. Iqis li r-REKT jikkostitwixxu strument uniku u preċiż ta' governanza territorjali, u li jwieġbu għall-bżonnijiet ta' koperazzjoni strutturata f'termini finanzjarji, ta' status ġuridiku u ta' governanza fuq diversi livelli; ifakkar li l-istrument tar-REKT irid jiġi promoss bħala għodda biex jiġu stabbiliti sistemi ta' governanza transkonfinali, filwaqt li jiġi żgurat li fil-livell reġjonali u lokali jinħass is-sens ta' sjieda tad-diversi politiki; jenfasizza wkoll ir-rwol ċentrali tagħhom fil-kontribut tal-implimentazzjoni b'suċċess ta' mudell ta' governanza fuq livelli differenti;
36. Jenfasizza l-fatt li r-REKT jista' mhux biss jikkontribwixxi għall-koeżjoni territorjali iżda wkoll għall-koeżjoni soċjali: juri li dan l-istrument għandu l-aħjar kapaċità li jressaq il-komunitajiet kulturali u lingwistiċi differenti eqreb lejn xulxin, iħeġġeġ koeżistenza paċifika f'Ewropa diversifikata u jagħmel il-valur miżjud Ewropew viżibbli għaċ-ċittadini;
37. Jirrakkomanda li ssir valutazzjoni inizjali tar-REKT preżenti, bil-għan li dawn l-esperjenzi tal-bidu jservu ta' tagħlim;
38. Madankollu jqis li l-implimentazzjoni tagħhom għandha tiġi ffaċilitata u jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq emendi għar-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-REKT, filwaqt li jitqiesu l-problemi identifikati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-gruppamenti diġà maħluqa, u fuq il-bażi tal-ħidma li saret mill-Kumitat tar-Reġjuni, rigward:
–
iċ-ċarezza tal-istatut tar-REKT fis-sistemi ġuridiċi tal-Istati Membri sabiex jintlaħaq allinjament legali xieraq f'dan ir-rigward,
–
il-permess li jiġi stabbilit ir-REKT mill-partijiet interessati bbażati fl-Istati Membri u f'pajjiż terz,
–
ir-riformulazzjoni tal-Artikolu 4(3) sabiex l-iskadenza ta' tliet xhur tiġi rrispettata b'mod strett għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet biex jitwaqqaf REKT,
–
is-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-persunal,
–
l-iżgurar li r-regoli tat-taxxi għar-REKT mhumiex anqas favorevoli minn arranġamenti legali oħra li jiggvernaw l-implimentazzjoni tal-proġetti jew programmi ta' koperazzjoni;
39. Jitlob għall-allokazzjoni ta' għotjiet globali lir-REKT ma' proġetti li jirriflettu l-objettivi u l-istrateġiji tal-programmi relevanti tal-koperazzjoni, fuq il-bażi ta' strateġiji komuni tal-iżvilupp transkonfinali, sabiex ikunu jistgħu jimmaniġġjaw b'mod dirett l-approprjazzjonijiet tal-Fondi Strutturali, u programmi, kif ukoll jitlob li jiġu riflessi aħjar fir-regolamenti li jiggvernaw il-fondi Ewropej l-oħrajn, ta' natura multinazzjonali u multilaterali tar-REKT, sabiex jitħaffef l-aċċess tagħhom għal sorsi oħrajn ta' finanzjament;
40. Jilqa' l-varar tal-Pjattaforma Ewropea tar-REKT tal-Kumitat tar-Reġjuni, li għandha l-għan li tiffaċilita l-iskambju ta' esperjenzi, il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiċi, u l-provvista tal-appoġġ tekniku għar-REKT;
41. Huwa tal-opinjoni li REKT transkonfinali joffri opportunità eċċellenti biex l-Ewropa tinbena fuq livell territorjali bl-involviment taċ-ċittadini tal-UE; jitlob lir-REKT transkonfinali jniedu u jmexxu fejn hu xieraq “forum ta' soċjetà ċivili transkonfinali” u jappoġġaw l-inizjattivi transkonfinali taċ-ċittadini;
Simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni
42. Jemmen li l-implimentazzjoni tal-programmi ta' koperazzjoni territorjali tibqa' waħda wisq ikkumplikata u jqis li l-Objettiv 3 jeħtieg regolament separat biex jirrifletti l-karattru internazzjonali intrinsiku tal-attivitajiet tagħha; jemmen li fil-preżent qed jiġu involuti wisq awtoritajiet amministrattivi differenti fil-programmi ta' implimentazzjoni u għalhekk jitlob semplifikazzjoni sinifikanti f'dan ir-rigward;
43. Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi miżuri speċifiċi li jissimplifikaw ir-regoli dwar il-verifika u l-kontroll, “b'awtorità waħda ta' ġestjoni għal kull programm” bħala prinċipju ta' gwida, li jawtorizzaw użu aktar sistematiku ta' rati standard għall-ispejjeż u l-iffinanzjar ta' proġetti żgħar permezz ta' ammonti fissi, li jiddefinixxu qafas aktar preċiż għar-regoli dwar l-eliġibilità tal-ispejjeż tal-UE, li jiżguraw flessibilità fl-applikazzjoni ta' diżimpenji awtomatiċi, tiżdied l-għajnuna teknika bil-għan li jiġi żgurat li l-entitajiet maniġerjali jkunu jistgħu jikkonċentraw aktar fuq it-tnedija u l-appoġġ strateġiku tal-proġetti u t-twassil tar-riżultati, aktar milli sempliċiment fuq il-ġestjoni u jekk l-applikazzjonijiet jikkonformawx mar-regoli amministrattivi;
44. Jistieden lill-Istati Membri biex jissimplifikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali, li ħafna drabi jżidu piż amministrattiv mhux meħtieġ mir-regoli Komunitarji;
45. Jitlob lill-Kummissjoni tiċċara, malajr kemm jista' jkun, id-dispożizzjonijet li jirregolaw il-prinċipju ta' kondizzjonalità maħsubin għall-koperazzjoni territorjali; jikkunsidra li, biex din il-kondizzjonalità toħloq il-kundizzjonijiet għal-użu aħjar u aktar effettiv ta' fondi, m'għandhiex tikkumplika aktar l-implimentazzjoni għad-detriment tal-amministraturi tal-programm u tal-benefiċjarji;
46. Jinsisti wkoll li l-isforzi biex l-atturi privati jkunu involuti aħjar għandu jiġi mwessa' u ssemplifikat; Jirrakkomanda l-implimentazzjoni ta' sistemi ta' inġinerija finanzjarja, fuq il-mudell ta' JEREMIE u JESSICA, għall-faċilitazzjoni tal-proġetti transkonfinali li huma mezzi ta' żvilupp ekonomiku, il-parteċipazzjoni tal-atturi privati u l-implimentazzjoni ta' sħubiji bejn is-settur pubbliku u dak privat.
Aktar viżibilità għall-koperazzjoni territorjali
47. Jiddeplora li l-koperazzjoni territorjali ssofri minn nuqqas ta' viżibilità, kemm fil-livell tal-amministrazzjonijiet nazzjonali u lokali kif ukoll f'dak taċ-ċittadini; u għalhekk isejjaħ għal aktar komunikazzjoni effettiva dwar il-proġetti kompluti;
48. Jitlob lill-Kummissjoni toħroġ b'modi li permezz tagħhom ir-REKT jista' jkollhom aktar viżibilità mal-partijiet interessati tal-koperazzjoni territorjali u l-pubbliku ġenerali;
49. Jikkunsidra li r-rabtiet kulturali mill-qrib u dawk lingwistiċi bejn il-konfini reġjonali fi Stati Membri differenti, li huma wirt storiku, għandhom jiġu sfruttati sabiex jagħtu spinta lill-koperazzjoni transkonfinali;
50. Iqis li l-koperazzjoni fir-rigward tal-edukazzjoni u l-kultura, li ssir għall-ilħuq tal-objettiv tat-tkabbir intelliġenti u inklużiv tal-istrateġija Ewropa 2020 tagħti viżibilità lil-livell ta' parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-NGOs kif ukoll tikkontribwixxi biex jissaħħaħ il-profil tal-koperazzjoni territorjali kif ukoll li tkisser il-“fruntiera mentali” li għadha tfixkel liċ-ċittadini milli jersqu lejn xulxin;
51. Jitlob għal koperazzjoni aħjar bejn l-awtoritajiet li jimmaniġġjaw u l-istituzzjonijiet transkonfinali diġà eżistenti bħall-Ewroreġjuni matul l-implimentazzjoni ta' programmi transkonfinali sabiex jiġu ggarantiti proġetti ta' livell għoli ta' kwalità, trasparenza u qrubija fir-rigward taċ-ċittadini;
52. Jitlob għal koordinazzjoni aktar effettiva tal-komunikazzjoni bejn l-atturi kollha involuti fil-proċess tal-implimentazzjoni tal-inizjattivi tal-koperazzjoni territorjali, jissuġġerixxi li l-programmi kollha tal-istess komponent għandhom jadottaw forma waħda identifikabbli ta' rikonoxximent viżiv (logo) (eż. dħul mill-ġdid tat-tikketta “INTERREG” li tingħaraf sew) flimkien ma' kull logo tal-programm (possibilment ta' daqs viżiv standardizzat), u jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi kampanja tal-midja tal-informazzjoni kbira fir-reġjuni konfinali dwar il-vantaġġi u s-suċċessi tal-koperazzjoni territorjali fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss;
o o o
53. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.
Effikaċja akbar bejn il-FEŻR u fondi strutturali oħra
335k
95k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar is-sitwazzjoni attwali u sinerġiji futuri għal effikaċja akbar bejn il-FEŻR u Fondi Strutturali oħra (2010/2160(INI))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 174, l-ewwel paragrafu, u l-Artikolu 175, l-ewwel paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni(1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tiegħu,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/702/KE tas-6 ta' Ottubru 2006 dwar il-linji gwida strateġiċi Komunitarji dwar il-koeżjoni(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-governanza u s-sħubija fuq livelli nazzjonali u reġjonali u bażi għal proġetti fil-qasam tal-politika reġjonali(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-11 ta' Marzu 2009 dwar il-Politika ta' Koeżjoni: Investiment fl-ekonomija reali(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Marzu 2009 dwar il-kumplimentarjetà u l-koordinazzjoni tal-politika ta' koeżjoni u tal-miżuri għall-iżvilupp rurali(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Marzu 2009 dwar Green Paper dwar il-koeżjoni territorjali u l-qagħda tad-diskussjonijiet dwar ir-riforma futura tal-politika għall-koeżjoni(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2010 dwar l-implimentazzjoni tas-sinerġiji tal-fondi assenjati għar-riċerka u l-innovazzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1080/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u s-Seba' Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp fil-bliet u r-reġjuni kif ukoll fl-Istati Membri u fl-Unjoni(7),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2010 dwar il-kontribut tal-Politika ta' Koeżjoni għall-kisba tal-objettivi ta' Lisbona(8),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2010 dwar ir-realizzazzjoni tas-suq uniku għall-konsumaturi u ċ-ċittadini(9),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-politika ta' koeżjoni u l-politika reġjonali tal-UE wara l-2013(10),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta1-14 ta' Diċembru 2010 dwar governanza tajba fir-rigward tal-politika reġjonali tal-UE(11),
– wara li kkunsidra l-20 rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali (2008) tal-21 ta' Diċembru 2009 (COM(2009)0617/2),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 dwar “EWROPA 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Marzu 2010 dwar “Il-politika ta' koeżjoni: Rapport Strateġiku 2010 dwar l-implimentazzjoni tal-programmi 2007-2013” (COM(2010)0110),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ottubru 2010 dwar “Politika Reġjonali li tikkontribwixxi għal tkabbir intelliġenti fl-Ewropa 2020” (COM (2010)0553),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ottubru 2010 dwar “Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE” (COM(2010)0700),
– wara li kkunsidra l-ħames rapport tal-Kummissjoni dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali: il-futur tal-politika ta' koeżjoni (“il-Ħames Rapport dwar il-Koeżjoni), ta' Novembru 2010,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Novembru 2010 dwar il-konklużjonijiet tal-ħames rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali: il-futur tal-politika ta' koeżjoni (COM(2010)0642),
– wara li kkunsidra l-ittra indirizzata lill-President tal-Kummissjoni mill-Kummissarji għall-Politika Reġjonali, għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni u għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0141/2011),
A. billi l-Artikolu 174 TFUE jipprevedi li l-Unjoni, sabiex tippromwovi l-iżvilupp armonjuż tagħha in ġenerali, għandha tiżviluppa u tfittex li twettaq l-azzjonijiet tagħha li jwasslu sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fi ħdanha,
B. billi l-premessa 40 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tiddikjara li l-programmazzjoni għandha tiżgura l-koordinazzjoni tal-Fondi bejniethom u mal-istrumenti finanzjarji eżistenti l-oħra, mal-BEI u mal-Fond Ewropew ta' l-Investment (FEI). u li din il-koordinazzjoni għandha tkopri wkoll it-tħejjija ta' skemi finanzjarji kumplessi u sħubiji pubbliċi privati,
C. billi l-Kummissjoni, fl-istrateġija Ewropa 2020, wegħdet li se timmobilizza l-istrumenti finanzjarji tal-UE – speċifikament, il-fondi għall-iżvilupp rurali u l-fondi strutturali, il-programmi qafas tar-riċerka u l-iżvilupp, in-Netwerks Trans-Ewropej (TENs), il-Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni u l-BEI, fost l-oħrajn – bħala parti minn strateġija ta' finanzjament konsistenti, li tiġbor flimkien il-finanzjament tal-UE u dak pubbliku u privat, fil-kuntest tal-inizjattiva emblematika intitolata “Ewropa b'użu effiċjenti tar-riżorsi”, biex b'hekk tiġi riflessa l-ħtieġa għal koerenza bejn il-politiki u l-istrumenti,
D. billi l-Ħames Rapport dwar il-Koeżjoni jirrikonoxxi b'mod ċar li biex wieħed ifittex li jkun hemm żvilupp reġjonali effikaċi, hemm bżonn ta' koordinament mill-qrib tal-politiki pubbliċi f'kull livell,
E. billi l-Kunsill, fil-konklużjonijiet tiegħu tal-14 ta' Ġunju 2010 dwar ir-Rapport Strateġiku 2010 tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programmi tal-politika ta' koeżjoni, saħaq fuq “il-ħtieġa għal titjib ulterjuri tal-koordinazzjoni tal-politika ta' koeżjoni u ta' linja politika tal-UE u nazzjonali oħra, fejn meħtieġ, sabiex tiżdied l-effettività fit-twettiq ta' objettivi komuni b'mod aktar ikkoordinat” kif ukoll “il-valur reali miżjud iġġenerat minn approċċ strateġiku wieħed u minn regoli ta' implimentazzjoni komuni għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Soċjali Ewropew, fil-qafas ġenerali tal-politika ta' koeżjoni”,
F. billi, fl-ittra li indirizzaw lill-President tal-Kummissjoni Barroso, il-Kummissarji għall-Politika Reġjonali, għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, għall-Impjieg, għall-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni, u għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali rrikonoxxew “il-ħtieġa li tissaħħaħ l-integrazzjoni tal-politiki differenti tal-UE sabiex jintlaħaq l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli u inklussiv li trid tikseb l-UE”, waqt li pproponew “it-tfassil ta' qafas strateġiku komuni fil-livell tal-UE għall-BERŻ, il-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni, il-FAEŻR, u l-FES, għall-perjodu wara l-2013”,
G. billi r-riforma tal-politika strutturali għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 wasslet għall-firda tal-iżvilupp rurali mill-qafas ġenerali tal-fondi strutturali.
H. billi r-razzjonalizzazzjoni tal-infiq tirrikjedi aktar effikaċità u effiċjenza tal-politiki fil-livell tal-UE, kif ukoll fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, u billi l-koordinament mill-qrib u l-komplementarjetà huma elementi essenzjali fil-modernizzazzjoni tal-politika ta' koeżjoni fil-ġejjieni,
I. billi, mingħajr qafas politiku li jappoġġahom, is-sinerġiji nnifishom jiddependu fil-biċċa l-kbira tagħhom fuq il-kapaċità organizzattiva u strateġika tal-benefiċjarji biex jgħaqqdu l-appoġġ minn strumenti differenti tal-UE,
J. billi approċċ ibbażat fuq l-iżvilupp lokali jista' jikkontribwixxi b'mod sinifikattiv għall-effiċjenza u l-effikaċja tal-politika ta' koeżjoni, u billi l-politika ta' koeżjoni tibqa' l-istrument fundamentali biex jiġu affrontati l-isfidi partikulari għal kwalunkwe territorju, waqt li l-attenzjoni għad-dimensjoni urbana tal-politika ta' koeżjoni li tkun tirrifletti oqsma funzjonali aktar estensivi trid tiġi akkumpanjata minn kundizzjonijiet ibbilanċjati għall-iżvilupp sinerġiku tal-inħawi urbani, suburbani u rurali,
K. billi hemm ħtieġa akuta, kif ukoll pressjoni, għall-konsolidament tal-baġits pubbliċi, u din tirrikjedi aktar azzjonijiet innovattivi għat-tisħiħ tal-impatt ta' kwalunkwe finanzjament disponibbli, u billi l-koordinament effikaċi tal-politiki u l-istrumenti se jippermetti li jiġu ffrankati l-ħin u r-riżorsi u li jkun hemm kisbiet reali fir-rigward tal-effiċjenza u l-effikaċità,
L. billi wieħed irid jaħdem favur il-koordinament u s-sinerġiji kemm orizzontalment (b'konsistenza bejn il-politiki differenti), kif ukoll vertikalment (b'koperazzjoni u koordinament bejn id-diversi livelli ta' governanza),
M. billi approċċ frammentat jista' jwassal għal nuqqasijiet fil-politika, politiki doppji jew anke konfliġġenti, azzjonijiet pubbliċi kontradittorji u duplikazzjoni tar-riżorsi, b'konsegwenzi kemm għall-effikaċità reġjonali tal-politiki pubbliċi, kif ukoll għall-impatt nazzjonali tagħhom, u billi l-kunċett ta' approċċ integrat ma jidhirx li ġie enfasizzat biżżejjed fl-aħħar dokumenti politiċi tal-Kummissjoni,
N. billi politika ta' koeżjoni aktar integrata, konsistenti, effikaċi u effiċjenti tirrikjedi sforz akbar biex il-politiki tal-UE jiġu adattati għall-ħtiġijiet u l-assi speċifiċi tad-diversi territorji u reġjuni tal-Unjoni,
O. billi l-Linji Gwida Strateġiċi – fil-kuntest tal-linja gwida ġenerali ta' titjib ta' aċċess għall-finanzi – jirrikjedu koordinament aħjar bejn il-fondi,
P. billi l-Linji Gwida Strateġiċi jitolbu speċifikament it-tħeġġiġ ta' sinerġiji bejn il-politiki strutturali, dwar l-impjiegi u dwar l-iżvilupp rurali, waqt li jenfasizzaw li, f'dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jiżguraw sinerġija u konsistenza bejn l-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati f'territorju partikulari, u f'qasam ta' attività partikulari mill-BERŻ, il-Fond ta' Koeżjoni, il-FSE, il-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR); u billi jipprevedu wkoll li l-prinċipji ta' gwida ewlenin fir-rigward tal-linja ta' demarkazzjoni u l-mekkaniżmi għall-koordinament bejn l-azzjonijiet appoġġati mid-diversi fondi għandhom ikunu definiti fl-oqfsa ta' referenza strateġiċi nazzjonali/fil-pjanijiet ta' strateġija nazzjonali,
Q. billi, fil-konklużjonijiet tiegħu tal-21 ta' Frar 2011 dwar il-Ħames Rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, il-Kunsill talab lill-Kummissjoni tikkunsidra l-possibilità li twaqqaf programmi li jinkludu diversi fondi,
R. billi xi reġjuni tal-Unjoni Ewropea għandhom fruntieri ma' pajjiżi terzi li jibbenefikaw mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), u billi għandu jkun possibbli li s-sinerġiji ta' finanzjament ta' xi proġetti jiġu speċifikament enfasizzati, biex b'hekk il-potenzjal għall-iżvilupp tar-reġjuni Ewropej f'din il-qagħda jkun jista' jiżdied,
S. billi r-rieżami ta' nofs it-terminu jirrikonoxxi li l-flessibilità baġitarja hi limitata u li jeżistu ostakli għar-riprijoritizzazzjoni anke bejn il-programmi, waqt li jinnota wkoll li l-inkonsistenzi bejn il-programmi u l-piżijiet amministrattivi onerużi jxekklu l-effikaċità,
T. billi, fis-sitwazzjoni attwali ta' wara kriżi, hu aktar importanti minn qatt qabel li wieħed jifhem il-proċessi fl-ekonomiji tal-Istati Membri u r-riżultati miksubin permezz tal-użu tar-riżorsi tal-UE,
U. billi hu importanti li jiġu żgurati l-viżibilità u “l-valur miżjud Ewropew” tal-kontribut tal-UE,
Il-ħin u l-post għal koordinament u sinerġiji akbar
1. Jitlob li jiġi propost qafas strateġiku uniku, mill-perjodu ta' programmazzjoni finanzjarja li jmiss għal wara l-2013, biex jiġi żgurat approċċ komuni u ssir kapitalizzazzjoni fuq is-sinerġiji bejn l-azzjonijiet kollha li jservu fuq il-post biex ikomplu jintlaħqu l-objettivi tal-politika ta' koeżjoni kif definiti mit-Trattati u kif iffinanzjati mill-BERŻ, il-Fond ta' Koeżjoni, il-FSE, il-FAEŻR u l-FES;
2. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-fini tal-politika ta' koeżjoni għandha tkun tkabbir ekonomiku sostenibbli, intelliġenti u inklużiv imqassam territorjalment u soċjalment b'mod uniformi, it-tnaqqis tad-disparitajiet fl-iżvilupp bejn ir-reġjuni, il-ħolqien ta' impjiegi, it-titjib tal-kwalità tal-ħajja, it-taħriġ għall-ħaddiema għal impjiegi ġodda, fosthom fil-qasam tal-ekonomija sostenibbli, il-koeżjoni soċjali u territorjali u l-implimentazzjoni tal-mudell soċjali Ewropew li jikkostitwixxi element ta' koeżjoni u kompetittività tal-ekonomija Ewropea;
3. Jafferma li l-politika ta' koeżjoni għandha tintuża għall-ksib ta' tkabbir sostenibbli madwar l-UE kollha u distribuzzjoni ġusta u ekwa tal-benesseri, permezz tat-trawwim tal-kompetizzjoni u l-immirar lejn it-tnaqqis tad-disparitajiet soċjoekonomiċi bejn ir-reġjuni tal-UE;
4. Iqis li l-politika ta' koeżjoni hi wieħed mill-pilastri ta' politika ekonomika tal-UE li tiffavorixxi l-istrateġija tal-investimenti fit-tul u l-inklużjoni soċjali; iqis li l-politika ta' koeżjoni tiggarantixxi l-appoġġ għar-reġjuni l-anqas żviluppati u l-kategoriji żvantaġġati, biex twassal għal żvilupp bilanċjat u armonjuż għall-Unjoni Ewropea; jinnota li l-valur miżjud Ewropew jinsab fil-fatt li kulħadd jista' jibbenefika mis-suċċessi ekonomiċi tal-UE; jirrakkomanda għalhekk li l-politika ta' koeżjoni tinżamm fuq bażi indipendenti b'finanzjament sostanzjali;
5. Jilqa' l-proposta stipulata fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-Reviżjoni tal-Baġit biex il-Kummissjoni tadotta Qafas Strateġiku Komuni sabiex tissaħħaħ l-integrazzjoni tal-politiki tal-UE għat-twettiq tal-Istrateġija Ewropa 2020; jappella f'dan il-kuntest għal azzjoni għat-trawwim ta' sinerġiji bejn il-metodi ta' finanzjament tal-inizjattivi emblematiċi tal-Istrateġija Ewropa 2020; jirrimarka, madankollu, li aktar sinerġiji bejn l-azzjonijiet iffinanzjati mill-ħames fondi msemmijin hawn fuq fi ħdan Qafas Strateġiku Komuni għandhom rwol pivotali mhux biss biex jinkisbu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, imma anke u prinċipalment biex jinkisbu l-objettivi tal-politika ta' koeżjoni kif stabbiliti mit-Trattat;
6. Jilqa' l-Ħames Rapport dwar il-Koeżjoni li, għalkemm fil-biċċa l-kbira tiegħu jiffoka fuq l-evidenzjar tal-kontribut li jistgħu jagħtu r-reġjuni u l-politika ta' koeżjoni biex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, jinkludi madankollu għadd ta' konklużjonijiet li huma xhieda tar-rwol kruċjali ta' aktar sinerġiji fost il-fondi strutturali, inkluż il-Fond ta' Koeżjoni;
7. Jemmen li n-nefqa fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni trid tiġi razzjonalizzata billi titnaqqas il-frammentazzjoni tal-istrumenti u l-kanali ta' finanzjament u titrawwem komplementarjetà aħjar bejn l-istrumenti ta' finanzjament differenti; jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal prijoritizzazzjoni aħjar u konċentrazzjoni tematika tar-riżorsi tal-UE u dawk nazzjonali fuq għadd ta' prijoritajiet sabiex ikun hemm koordinament imsaħħaħ bejn il-fondi, bil-possibilità li tissaħħaħ in-natura strateġika ta' din il-politika; jenfasizza, madankollu, li l-awtoritajiet tal-Istati Membri, dawk reġjonali u dawk lokali għadhom jeħtieġu biżżejjed flessibilità biex jadattaw il-prijoritajiet għall-ħtiġijiet ta' żvilupp speċifiċi tagħhom;
8. Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-kuntratti ta' sħubija għall-iżvilupp u l-investiment immirati lejn it-titjib tal-koordinament bejn il-fondi komunitarji u l-finanzjament nazzjonali għall-objettivi u l-programmi; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-kuntratti; jappella sabiex dawn il-kuntratti jiġu kkoordinati mar-riformi nazzjonali tal-politiki settorjali li għandhom impatti territorjali (eż. it-trasport u l-infrastrutturi għar-riċerka u l-iżvilupp);
9. Jenfasizza li ħafna mill-inizjattivi tal-iżvilupp ekonomiku fil-qafas tal-politika ta' koeżjoni ma joħolqux sempliċiment opportunitajiet li jkun mixtieq li jittieħdu, imma attwalment is-suċċess tagħhom jiddependi fuq il-fatt li l-fatturi kemm umani kif ukoll fiżiċi jiġu indirizzati (it-titjib fl-infrastruttura, pereżempju, ma jwassalx awtomatikament għal aktar tkabbir jekk ma jkunx marbut mal-investiment fl-edukazzjoni, l-imprenditorjat, u l-innovazzjoni); għalhekk jemmen li l-effett tal-iżvilupp ta' dawn il-fondi se jkun massimizzat mis-sinerġiji miżjuda bejn il-FEŻR, l-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni;
10. Jiġbed l-attenzjoni għar-rwol li jiżvolġi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fl-użu effikaċi tal-Fond Soċjali Ewropew, billi l-FEŻR huwa responsabbli għall-ħolqien ta' kundizzjonijiet bħal infrastruttura xierqa u aċċessibilità adegwata li mingħajrhom l-investimenti relatati mal-impjiegi ma jistgħux ikunu effiċjenti;
11. Jenfasizza kif il-kriżi ekonomika żiedet aktar u aktar il-ħtieġa urġenti għal miżuri fis-setturi koperti mill-Fond Soċjali Ewropew, li jkunu jippromwovu b'mod partikolari l-impjiegi, ir-riorjentament professjonali, l-inklużjoni soċjali u t-tnaqqis tal-faqar;
12. Jenfasizza li l-FSE, bħala strument ta' appoġġ għat-taħriġ kontinwu, il-ksib tal-kwalifiki u r-riorjentament professjonali, għandu jitqies bħala riżorsa essenzjali – li fil-fatt mhuwiex qed tiġi kompletament sfruttata – għall-promozzjoni tat-tkabbir komprensiv u effiċjenti u l-kompetittività bbażata fuq l-għarfien għall-Ewropa;
13. Jisħaq fuq il-fatt li tfassil politiku ffukat u kkoordinat jiggrantixxi l-prijoritizzazzjoni ta' dawk l-investiment bl-akbar impatt fuq il-kompetittività u l-iżvilupp ekonomiku fir-reġjuni;
14. Huwa tal-opinjoni li l-azzjonijiet tal-iżvilupp rurali taħt il-FAEŻR u l-azzjonijiet tal-iżvilupp sostenibbli għaż-żoni tas-sajd taħt il-FES għandhom jiġu integrati f'qafas wieħed mal-fondi strutturali l-oħrajn, b'mod partikolari l-FEŻR, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FSE; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tevalwa sa liema punt jista' approċċ komprensiv għall-iżvilupp tal-komunitajiet rurali u tas-sajd, f'konformità mal-objettiv tal-koeżjoni territorjali, jiġi ggarantit permezz ta' ċaqliq tal-azzjonijiet tal-iżvilupp lokali taħt iż-żewġ fondi msemmija lejn l-“umbrella tal-koeżjoni”, jew, għall-inqas, permezz ta' sinerġiji aktar ċari fost il-fondi kollha; jemmen li approċċ ta' dan it-tip iqis il-kuntest tal-politiki fundamentali b'impatt territorjali, u jippermetti li dawk involuti attivament fi proċessi ta' żvilupp fil-livell reġjonali u lokali jmexxu politika effikaċi bbażata fuq il-post adattata tajjeb għall-bżonnijiet territorjali taż-żoni rurali u tas-sajd jew tal-gżejjer żgħar;
15. Jenfasizza li l-koordinazzjoni għandha tiġi msaħħa ulterjorment mhux biss fost l-istrumenti ta' politika ta' koeżjoni bħala tali (l-FEŻR, l-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni) iżda wkoll fost azzjonijiet iffinanzjati minn dawn l-istrumenti u attivitajiet imwettqa taħt it-TENs, is-Seba' Programm ta' Qafas u l-Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (is-CIP);
16. Jikkunsidra li s-sinerġiji jistgħu jkunu rilevanti għall-objettiv tal-koperazzjoni territorjali bejn il-BERŻ u l-istrumenti ta' qabel l-adeżjoni u tal-viċinat fil-kuntest tal-proġetti transkonfinali; jistieden lill-Kummissjoni teżamina f'liema każi jista' jitfittex wkoll koordinament mal-istrumenti tal-aspetti esterni tal-politiki tal-UE bħall-FEŻ;
17. Jemmen li dan it-tisħiħ u koordinament reċiproċi tal-politiki tal-UE jistgħu mingħajr ebda dubju jiżguraw l-aħjar riżultati possibbli mill-baġit tal-UE; jitlob li jiġu żviluppati inizjattivi ta' inġinerija finanzjarja, bħal ma huma l-istrumenti ffinanzjati mill-BEI, u li dawn l-istrumenti jintużaw aktar;
18. Jenfasizza l-fatt, madankollu, li bosta Stati Membri jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet fil-koordinament ta' bosta fondi u apparentement esprimew l-ansjetà tagħhom dwar in-nuqqas ta' sinerġija, u anki f'xi każijiet sovrapożizzjoni, bejn il-fondi; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li r-regoli kumplessi ta' immaniġġjar tal-fondi jeħtieġu livell għoli wisq ta' kapaċità istituzzjonali sabiex jingħelbu l-ostakli u tiġi kkoordinata b'mod sodisfaċenti l-implimentazzjoni tagħhom; jenfasizza l-importanza tal-kofinanzjament u tas-semplifikazzjoni meħtieġa tar-regoli biex ikun jista' jseħħ it-tisħiħ tas-sinerġiji bejn il-fondi strutturali;
19. Jenfasizza li s-semplifikazzjoni, li hija kruċjali għal politika ta' koeżjoni ta' suċċess, għandha ssir kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll reġjonali, biex b'hekk jitjiebu r-riżultati; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi struttura iktar sempliċi għall-politika fil-ġejjieni, abbażi ta' iktar flessibilità, proporzjonalità u viżibilità fl-użu tal-fondi, sabiex jiġi ffaċilitat l-assorbiment iktar sħiħ u mgħaġġel tagħhom;
20. Ifakkar li waħda mir-raġunijiet ewlenin għalfejn il-BERŻ u l-fondi strutturali l-oħra batew biex jindirizzaw b'mod effikaċi l-flus lejn proġetti b'possibilità aktar li jiġġeneraw l-iżvilupp ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi kienet enfasi eċċessiva fuq il-kapaċità ta' assorbiment aktar mir-riżultati;
21. Jargumenta favur politika ta' koeżjoni iktar orjentata lejn ir-riżultati, li tkun inqas iffukata fuq ir-regolarità tal-infiq u tal-proċeduri iżda li tistabbilixxi bilanċ effikaċi bejn il-kwalità tal-interventi u l-kontroll finanzjarju u amministrattiv; jirrakkomanda l-introduzzjoni ta' mekkaniżmi ta' evalwazzjoni adegwati biex jitjiebu l-kapaċitajiet istituzzjonali u amministrattivi tal-korpi inkarigati mill-ġestjoni tal-programmi, li jikkontribwixxu għall-kwalità tal-infiq u għat-tnaqqis tal-livell ta' żbalji;
22. Jemmen li l-istruttura għall-politika ta' koeżjoni futura għandha tkun aktar sempliċi, aktar flessibbli u kapaċi li tiffaċilita assorbiment u effikaċja ottimali tal-fondi;
23. Jisħaq li l-valur miżjud Ewropew jista' u jrid jinkiseb permezz ta' sinerġija akbar bejn l-istrumenti għall-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni u koordinament aħjar bejn dawn u l-istrumenti l-oħra ta' finanzjament;
Għan wieħed: il-koeżjoni; sett wieħed ta' strumenti biex tinkiseb
24. Iqis li regoli komuni dwar il-ġestjoni, l-eliġibilità, il-verifika u r-rappurtar ta' proġetti ffinanzjati mill-FEŻR, l-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni, il-FAEŻR u l-FES (speċjalment fir-rigward ta' miżuri li jappoġġaw d-diversifikazzjoni ekonomika taż-żoni rurali u tas-sajd) mhux biss jiżvolġu rwol fundamentali fit-tisħiħ u l-iffaċilitar ta' implimentazzjoni aktar effikaċi tal-programmi tal-politika ta' koeżjoni iżda jgħinu wkoll b'mod kruċjali l-isforzi ta' semplifikazzjoni; iqis, barra minn hekk, li dan jista' jissemplifika kemm l-użu tal-fondi mill-benefiċjarji kif ukoll l-immaniġġjar tal-fondi mill-awtoritajiet nazzjonali, jitnaqqas ir-riskju ta' żball filwaqt li jipprovdi differenzjazzjoni, kif meħtieġ, biex jirrifletti l-ispeċifiċitajiet ta' politiki, strumenti u benefiċjarji, u jiffaċilita wkoll il-parteċipazzjoni fi programmi tal-politika ta' koeżjoni minn partijiet interessati iżgħar, kif ukoll l-assorbiment aktar faċli tal-fondi disponibbli, bil-kundizzjoni li din is-semplifikazzjoni tkun appoġġata minn biżżejjed finanzjament għall-assistenza teknika;
25. Jinsisti li l-Fond Soċjali Ewropew għandu jibqa' fil-qafas tar-regolament dwar id-dispożizzjonijiet ġenerali għall-fondi tal-politika ta' koeżjoni; jisħaq, għalhekk, fuq il-ħtieġa li jinżamm u jissaħħaħ il-mudell ta' regolament ġenerali uniku, li jkopri r-regoli dwar l-immaniġġjar, l-eliġibilità, il-verifika, il-kontroll u r-rappurtar, flimkien ma' regolamenti qosra u ffukati speċifiċi għall-fondi li jirriflettu l-għanijiet politiċi partikolari ta' kull fond; jenfasizza, barra minn hekk, li l-koordinament għandu jseħħ fil-livelli kollha tat-tfassil tal-politiki, mill-ippjanar strateġiku permezz tal-forniment u l-ħlasijiet sal-għeluq, il-verifika, il-kontroll u l-evalwazzjoni;
26. Jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-modi l-aktar effikaċi biex jiżdiedu s-sinerġiji fuq il-post; jissuġġerixxi, f'dan ir-rigward, li tingħata konsiderazzjoni lill-possibbiltà li l-Istati Membri jitħallew jagħżlu li jkollhom programm operattiv wieħed għal kull reġjun, jew programm operattiv li jkopri diversi reġjuni fil-qafas ta' strateġiji makroreġjonali li jħaddnu fondi differenti (il-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni, il-FAEŻR u il-FES) b'awtorità ta' mmaniġġjar waħda, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-kontributi tar-reġjuni għal approċċ iddeċentralizzat kif ukoll lill-għoti ta' aktar awtonomija u flessibilità lir-reġjuni fir-rigward tal-parteċipazzjoni fl-istrateġiji proprji tagħhom u fit-titjib tal-livelli amministrattivi reġjonali u lokali; jipproponi li l-awtoritajiet ta' mmaniġġjar nazzjonali tal-Istati Membri jfasslu programmi operattivi futuri indirizzati kemm jista' jkun lejn l-objettivi lokali u reġjonali;
27. Jistieden lill-Kummissjoni tqis programmi li jinkludu fondi differenti għall-Istati Membri u r-reġjuni li jixtiequ jużawhom; iqis li dan jikkontribwixxi biex il-ħidma ssir b'mod aktar integrat u flessibbli u jżid l-effikaċja tal-fondi differenti (il-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni, il-FAEŻR, il-FEŻ u s-Seba' Programm Qafas għar-Riċerka);
28. Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti għar-rieżami tad-dispożizzjonijiet dwar il-finanzjament transversali u t-tnaqqis tal-ostakoli għall-applikazzjoni tagħhom, fid-dawl ta' data affidabbli u komprensiva dwar l-użu u l-impatt tagħhom, sabiex tiġi żgurata aktar semplifikazzjoni u ċertezza legali fl-applikazzjoni tagħhom meta mqabbla mas-sitwazzjoni osservata fil-preżent;
29. Jitlob li jiġi ċċarat l-ambitu territorjali u jiġu armonizzati r-regoli dwar l-eliġibilità bejn il-FEŻR u l-FAEŻR fiż-żoni rurali u suburbani bl-għan li tiġi evitata sovrapożizzjoni bla bżonn bejniethom; jinsisti fuq il-ħtieġa ta' koperazzjoni mill-qrib għall-għażla u l-monitoraġġ tal-proġetti ffinanzjati minn dawn iż-żewġ fondi f'territorju partikolari;
30. Jenfasizza l-valur miżjud mill-finanzjament trasversali bejn il-BERŻ u l-FES f'dak li jirrigwarda l-flessibilità għall-proġetti ta' inklużjoni soċjali u l-istrateġiji għall-iżvilupp integrat; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa sistema ta' “one-stop shop” biex tipprovdi gwida prattika, informazzjoni u konsulenza għal dawk ikkonċernati, sabiex jiġi assigurat li l-pubbliku jinżamm aġġornat sewwa fir-rigward kemm tal-finanzjament trasversali, kif ukoll tas-sinerġiji bejn il-fondi b'mod ġenerali; iħeġġeġ li din il-bidla lejn is-semplifikazzjoni tinġieb għall-attenzjoni tal-pubbliku, bl-iskop li jitnaqqas l-ammont ta' informazzjoni mitluba għal minimu meħtieġ.
31. Jemmen li l-iżvilupp tar-riżorsi umani u tixrid aħjar tal-informazzjoni huma prekundizzjonijiet għall-assorbiment b'suċċess tal-fondi u t-twettiq preċiż tad-diversi proġetti;
32. Jisħaq, fl-istess ħin, fuq l-importanza li tiżdied il-kapaċità amministrattiva fl-Istati Membri, fil-livell reġjonali u lokali kif ukoll fost il-partijiet interessati, sabiex jingħelbu l-ostakli għal sinerġiji effikaċi bejn il-fondi strutturali u fondi oħra u jiġu appoġġati tfassil u implimentazzjoni effikaċi tal-politiki; jinsisti fuq ir-rwol essenzjali li l-Kummissjoni għandha tiżvolġi f'dan ir-rigward;
33. Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ kemm l-assistenza teknika u kemm it-taħriġ għall-amministrazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex iżżid il-kapaċitajiet u l-għarfien tar-regoli dwar il-problemi relatati mal-implimentazzjoni;
34. Jistieden lill-Istati Membri jagħtu prijorità għall-investiment fil-kapaċità istituzzjonali u jissemplifikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom sabiex inaqqsu l-piż amministrattiv u jżidu l-kapaċità ta' assorbiment tagħhom;
35. Ifakkar f'dan ir-rigward, il-kontribut importanti li jagħtu r-rispett għall-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-prinċipju tal-governanza fuq diversi livelli għat-trawwim tal-koordinament bejn id-diversi korpi għat-teħid tad-deċiżjonijiet u t-tisħiħ tas-sinerġiji bejn id-diversi strumenti ta' finanzjament;
36. Iqis ta' importanza kruċjali, għal użu aħjar tal-fondi, il-parteċipazzjoni attiva tas-sħab soċjali permezz ta' djalogu soċjali u territorjali bla interruzzjonijiet;
37. Jirrikonoxxi l-impatt inugwali tal-kriżi ekonomika fuq it-territorju u fuq il-popolazzjoni tal-UE; jemmen li l-istrateġija l-ġdida għall-użu tal-fondi se tkun aktar effikaċi jekk tinvolvi l-livelli reġjonali u lokali tal-governanza, li huma kapaċi japplikaw l-objettivi strateġiċi għall-ispeċifiċitajiet lokali anki permezz ta' djalogu strutturat mal-partijiet interessati kollha, mal-organizzazzjonijiet li jippromwovu d-drittijiet tal-ġeneri, is-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, iżda wkoll l-istituzzjonijiet finanzjarji u bankarji; jisħaq fuq il-bżonn li jitħalla biżżejjed marġini għar-rekwiżiti reġjonali u lokali fit-tfassil tal-objettivi politiċi;
38. Jistieden lill-Kummissjoni tfassal gwida Ewropew dwar il-governanza fuq diversi livelli, u tħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentawha f'konformità mal-objettivi lokali u reġjonali speċifiċi u jestendu l-mekkaniżmi ta' governanza tal-politika ta' koeżjoni (jiġifieri l-ipprogrammar, il-finanzjament u l-implimentazzjoni fi sħubija bejn il-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali) lil dawk il-fondi koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni ppjanat, sabiex tiżdied l-effiċjenza u l-effikaċja tal-infiq pubbliku;
39. Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi, meta tkun qed tistabbilixxi l-Qafas Strateġiku Komuni l-ġdid u tressaq proposti għal regolamenti, disposizzjonijiet li jippermettu sħubiji lokali u reġjonali (bliet, irħula, reġjuni funzjonali, gruppi ta' awtoritajiet lokali) biex tinkorpora d-diversi flussi ta' finanzjament tal-UE f'qafas konsistenti u integrat fit-territorji rispettivi tagħhom;
o o o
40. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.
Emendi tal-Parlament Ewropew adottati fit-23 ta' Ġunju 2011 għal proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (COM(2010)0527 – C7-0301/2010 – 2010/0281(COD))(1)
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 121(6) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(3),
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(4),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1) Il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri fl-Unjoni għandha tiġi żviluppata fil-kuntest tal-linji gwida ġenerali għall-politika ekonomika u l-linji gwida dwar l-impjiegi, u għandha tikkostitwixxi konformità mal-prinċipji gwida tal-prezzijiet stabbli, il-finanzi pubbliċi sodi u sostenibbli u l-kondizzjonijiet monetarji u bilanċ sostenibbli tal-pagamenti.
(1a)Il-kisba u ż-żamma ta' Suq Uniku dinamiku għandhom jitqiesu element tal-funzjonament tajjeb u bla xkiel tal-unjoni ekonomika u monetarja.
(1b)Il-qafas imtejjeb ta' governanza ekonomika għandu jistrieħ fuq diversi politiki interkonnessi u koerenti għat-tkabbir sostenibbli, jiġifieri fuq strateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi, Semestru Ewropew għall-koordinament imsaħħaħ ta' politiki ekonomiċi u baġitarji, qafas effikaċi għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta' defiċits eċċessivi tal-gvern (il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir), qafas b'saħħtu għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi, regolamentazzjoni u superviżjoni tas-suq finanzjarju msaħħa.
(2) Hemm bżonn li nisiltu tagħlimiet mill-ewwel għaxar snin tat-tħaddim tal-unjoni ekonomika u monetarja u, b'mod partikolari tinħtieġ governanza ekonomika mtejba fl-Unjoni mibnija fuq sjieda nazzjonali aktar b'saħħitha.
(2a)It-tisħiħ tal-governanza ekonomika għandu jinkludi l-involviment eqreb u f'waqtu tal-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali. Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' joffri l-opportunità li l-Istati Membri kkonċernati fir-rigward tar-rakkomandazzjoni jew deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 10(4) ta' dan ir-Regolament jipparteċipaw fi skambju ta' fehmiet.
(2b)Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol aktar b'saħħtu fil-proċedura tas-sorveljanza msaħħa fir-rigward tal-evalwazzjonijiet li huma speċifiċi għal kull Stat Membru, il-monitoraġġ, il-missjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u t-twissijiet.
(3) B'mod partikolari, is-sorveljanza tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri għandha titwessa' lil hinn mis-sorveljanza baġitarja biex tinkludi qafas aktar dettaljat u formali sabiex jiġu evitati żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi u tgħin lill-Istati Membri affettwati jwettqu l-pjanijiet korrettivi qabel ma d-diverġenzi jrabbu l-għeruq. Dan it-twessigħ tal-qafas tas-sorveljanza ekonomika għandu jimxi flimkien mat-tisħiħ tas-sorveljanza fiskali.
(4) Biex ikunu indirizzati tali żbilanċi, hemm bżonn li tkun stipulata proċedura fid-dettall fil-leġiżlazzjoni.
(5) Huwa xieraq li s-sorveljanza multilaterali msemmija fl-Artikolu 121(3) u (4) tat-Trattat tkun issuplementata b'regoli speċifiċi għall-identifikazzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi, kif ukoll il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fl-Unjoni, li għandhom jiġu allinjati maċ-ċiklu annwali ta' sorveljanza multilaterali.
(6) Il-proċedura għandha timplimenta mekkaniżmu ta' twissija għall-identifikazzjoni bikrija tal-iżbilanċi makroekonomiċi li jitfaċċaw. Għandha tkun ibbażata fuq l-użu ta' tabella ta' valutazzjoni indikattiva u trasparenti li tinkludi limiti indikattivi, ikkumbinata mal-ġudizzju ekonomiku. Dan il-ġudizzju għandu jieħu kont fost l-oħrajn tal-konverġenza nominali u reali ġewwa u barra ż-żona tal-euro.
(6a)Il-Kummissjoni għandha tikkoopera mill-qrib mal-Kunsill u mal-Parlament Ewropew fit-tfassil tat-tabella ta' valutazzjoni u s-sett ta' indikaturi makroekonomiċi u makrofinanzjarji għall-Istati Membri. L-indikaturi u l-livelli limitu għandhom jiġu stabbiliti u aġġustati meta jkun neċessarju sabiex jadattaw għan-natura li dejjem tinbidel tal-iżbilanċi makroekonomiċi, inter alia minħabba theddid li jevolvi għall-istabilità makroekonomika jew id-disponibilità ikbar ta' statistika relevanti. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta suġġerimenti għal kummenti lill-kumitati kompetenti tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew dwar pjanijiet biex jiġu stabbiliti u aġġustati l-indikaturi u l-livelli limitu. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bil-bidliet tal-indikaturi u l-livelli limitu u tispjega r-raġunijiet tagħha għal tali modifiki.
(7) Sabiex tiffunzjona b'mod effiċjenti bħala element tal-mekkaniżmu ta' twissija, it-tabella ta' valutazzjoni għandha tkun magħmula minn sett limitat ta' indikaturi ekonomiċi, finanzjarji u strutturali relevanti għall-identifikazzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi bil-limiti indikattivi li jikkorrispondu. L-indikaturi u l-livelli limitu għandhom jiġu aġġustati meta jkun neċessarju, sabiex jadattaw għan-natura li dejjem tinbidel tal-iżbilanċi makroekonomiċi,inter alia minħabba t-theddid evoluttiv għall-istabilità makroekonomika jew id-disponibilità ikbar ta' statistika relevanti. L-indikaturi m'għandhomx jitqiesu bħala għanijiet għall-politka ekonomika iżda bħala għodda sabiex jitqies il-karattru evoluttiv tal-iżbilanċi makroekonomiċi fl-Unjoni Ewropea.
(7a)Fl-iżvilupp tat-tabella ta' valutazzjoni għandu jiġi kkunsidrat ukoll l-indirizzar taċ-ċirkostanzi ekonomiċi eteroġenji, inklużi l-effetti ta' rkupru.
(8) Il-qbiż ta' limitu indikattiv wieħed jew aktar m'għandux bilfors jimplika li qed jitfaċċaw żbilanċi makroekonomiċi, peress li t-tfassil tal-politika għandu jqis l-interkonnessjonijiet bejn il-varjanti makroekonomiċi. M'għandhomx jintlaħqu konklużjonijiet mill-qari awtomatiku tat-tabella ta' valutazzjoni: il-ġudizzju ekonomiku għandu jiżgura li l-biċċiet kollha tal-informazzjoni, sew jekk ġejjin mit-tabella ta' valutazzjoni, sew jekk le, jitpoġġew f'perspettiva u jsiru parti minn analiżi komprensiva.
(9) Ibbażata fuq il-proċedura ta' sorveljanza multilaterali u l-mekkaniżmu ta' twissija jew fil-każ ta' żviluppi ekonomiċi sinifikanti mhux mistennija li jeħtieġu analiżi urġenti għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tidentifika l-Istati Membri li jridu jkunu soġġetti għal reviżjoni fil-fond. Ir-rieżami fil-fond għandu jsir mingħajr is-suppożizzjoni li jeżisti żbilanċ u għandu jkopri analiżi dettaljata tas-sorsi tal-iżbilanċi fl-Istat Membru li jkun qed jiġi investigat, b'kont meħud tal-kondizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi ekonomiċi speċifiċi għall-pajjiż u ta' sett usa' ta' għodod analitiċi, indikaturi u informazzjoni kwalitattiva ta' natura speċifika għall-pajjiż. Meta l-Kummissjoni tkun qed tfassal ir-rieżami fil-fond, l-Istat Membru għandu jikkollabora biex jiġi żgurat li l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni tkun kemm jista' jkun kompleta u korretta. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kif dovut kwalunkwe informazzjoni oħra li, fil-fehma tal-Istati Membri kkonċernati tkun rilevanti, u li l-Istat Membru jkun ressaq quddiem il-Kummissjoni u l-Kunsill.Ir-rieżami fil-fond għandu jiġi diskuss fil-Kunsill u fil-Grupp tal-Euro fil-każ tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. Ir-rieżami fil-fond għandu jqis, fejn xieraq, ir-rakkomandazzjonijiet jew l-istediniet tal-Kunsill indirizzati lill-Istati Membri li jkunu qed jiġu eżaminati adottati skont l-Artikoli 121, 126 u 148 tat-Trattat u skont l-Artikoli 6, 7, 8 u 10 ta' dan ir-Regolament u l-intenzjonijiet ta' politika tal-Istat Membru li jkun qed jiġi eżaminat, kif rifless fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma, kif ukoll l-aħjar prattiki internazzjonali f'dawk li huma indikaturi u metodoloġiji. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li twettaq studju fil-fond f'każ ta' żviluppi ekonomiċi sinifikanti u mhux mistennija li jeħtieġu analiżi urġenti, hija għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati.
(10) Proċedura li tissorvelja u tikkoreġi żbilanċi makroekonomiċi negattivi, b'elementi preventivi u korrettivi, se teħtieġ għodod ta' sorveljanza msaħħa bbażati fuq dawk użati fil-proċedura ta' sorveljanza multilaterali. Dawn jistgħu jinkludu missjonijiet ta' sorveljanza msaħħa mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għal Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jew Stati Membri Stati Membri li jkunu qed jipparteċipaw fl-ERM II, fl-Istati Membri u rappurtar addizzjonali mill-Istat Membru fil-każ ta' żbilianċi severi, inklużi żbilanċi li jipperikolaw it-tħaddim xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja. Is-sħab soċjali u partijiet interessati nazzjonali oħrajn għandhom, meta jkun xieraq, ikunu involuti fid-djalogu.
(11) Meta jiġu eżaminati l-iżbilanċi, għadhom jitqiesu s-severità tagħhom▌ u l-effetti potenzjali negattivi ekonomiċi u finanzjarji li jaggravaw il-vulnerabbiltà tal-ekonomija tal-UE u li huma theddida għat-tħaddim mingħajr xkiel tal-unjoni monetarja. Jinħtieġu azzjonijiet biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi makroekonomiċi u d-diverġenzi fil-kompetittività fl-Istati Membri kollha, partikolarment fiż-żona tal-euro. Madankollu n-natura, l-importanza u l-urġenza tal-isfidi ta' politika jistgħu jvarjaw b'mod sinifikanti skont l-Istati Membri kkonċernati. Minħabba l-vulnerabbiltajiet u d-daqs tal-aġġustament meħtieġ, il-ħtieġa ta' azzjoni ta' politika hija partikolarment urġenti fi Stati Membri li persistentement juru defiċits kbar fil-kontijiet kurrenti u telf kbir fil-kompetittività. Barra minn hekk, fl-Istati Membri li jakkumulaw bilanċi favorevoli kbar fil-kontijiet kurrenti, il-linji ta' politika għandu jkollhom lgħan li jidentifikaw u jimplimentaw ir-riformi strutturali li jgħinu fit-tisħiħ tad-domanda domestika u l-potenzjal tat-tkabbir tagħhom.
(11a)Għandhom jitqiesu wkoll il-kapaċità tal-aġġustament ekonomiku u l-istorja riċenti tal-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tal-konformità ma' rakkomandazzjonijiet preċedenti maħruġa skont dan ir-Regolament u rakkomandazzjonijiet oħra maħruġa skont l-Artikolu 121 tat-Trattat bħala parti mis-sorveljanza multilaterali, b'mod partikolari l-linji gwida għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni.
(12) Jekk ikunu identifikati żbilanċi makroekonomiċi, għandhom jiġu indirizzati rakkomandazzjonijiet, li meta jkun xieraq jinvolvu lill-Kumitati rilevanti, lill-Istat Membru kkonċernat biex tiġi pprovduta gwida dwar reazzjonijiet politiċi adattati. Ir-reazzjoni politika tal-Istat Membru kkonċernat għall-iżbilanċi għandha tkun f'waqtha u għandha tuża l-istrumenti politiċi kollha disponibbli taħt il-kontroll tal-awtoritajiet pubbliċi. Fejn ikun xieraq, il-partijiet interessati nazzjonali rilevanti, inklużi s-sħab soċjali għandhom ikunu involuti wkoll b'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-TFUE u l-arranġamenti nazzjonali legali u politiċi. Ir-reazzjoni politika għandha titfassal skont l-ambjent u ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-Istat Membru kkonċernat u għandha tkopri l-oqsma politiċi ekonomiċi ewlenin, li potenzjalment jinkludi l-politiki fiskali u tal-pagi, is-swieq tax-xogħol, is-swieq tal-prodotti u s-servizzi u r-regolamentazzjoni tas-settur finanzjarju. Jeħtieġ li jittieħed kont tal-impenji taħt il-ftehimiet ERM II.
(13) It-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet bikrija tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku lill-Istati Membri jew lill-Unjoni jindirizzaw riskji ta' natura makrofinanzjarja. Dawn għandu jkunu ukoll jistħoqqilhom azzjoni ta' segwitu xierqa mill-Kummissjoni fil-kuntest tas-sorveljanza tal-iżbilanċi, fejn ikun xieraq. Is-sistema ta' indipendenza u kunfidenzjalità tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku għandu tiġi rrispettata b'mod strett.
(14) Jekk ikunu identifikati żbilanċi makroekonomiċi severi, inklużi żbilanċi li jxekklu t-tħaddim xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja, għandha titnieda proċedura ta' żbilanċ eċċessiv li tista' tinkludi ħruġ ta' rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru, ħtiġijiet ta' sorveljanza u monitoraġġ imsaħħa u fir-rispett tal-Istat Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, il-possibilità ta' infurzar skont ir-Regolament (UE) Nru […/…](5) fl-eventwalità ta' nuqqas sostnut biex tittieħed azzjoni korrettiva.
(15) Kwalunkwe Stat Membru soġġett għall-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv għandu jistabbilixxi pjan ta' azzjoni korrettiva li jistipula dettalji tal-politiki tiegħu mfassla biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill. Il-pjan ta' azzjoni korrettiva għandu jinkludi tabella ta' skadenza għall-implimentazzjoni tal-miżuri previsti. Din għandha tkun approvata mill-Kunsill permezz ta' rakkomandazzjoni. Ir-rakkomandazzjoni għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew.
(15a)Il-Kunsill għandu jingħata s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet individwali fejn tiġi ddikjarata in-nonkonformità mar-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kunsill fil-qafas tal-pjan ta' azzjoni korrettiva. Bħala parti mill-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri mwettqa fi ħdan il-Kunsill, kif speċifikat fl-Artikolu 121(1) tat-Trattat, dawn id-deċiżjonijiet individwali huma segwitu integrali għar-rakkomandazzjonijiet imsemmija adottati mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 121(4) tat-Trattat fil-kuntest ta' pjan ta' azzjoni korrettiva.
(16) Peress li qafas effettiv għall-identifikazzjoni u l-prevenzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri minħabba kummerċ qawwi u interkonnessjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-effett laterali tal-politiki ekonomiċi nazzjonali fuq l-Unjoni u ż-żona tal-euro b'mod ġenerali u jista' jinkiseb aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stipulati fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.
(16a)Meta l-Kunsill u l-Kummissjoni japplikaw dan ir-Regolament, għandhom jirrispettaw bis-sħiħ ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali u s-sħab soċjali u jirrispettaw id-differenzi fis-sistemi nazzjonali, bħalma huma s-sistemi għall-formazzjoni tal-pagi.
(16b)Jekk il-Kunsill iqis li Stat Membru m'għadux milqut minn żbilanċ eċċessiv, il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv tingħalaq wara li l-Kunsill jirrevoka r-rakkomandazzjonijiet skont l-Artikoli 7, 8 u 10 fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni. Dan isir abbażi ta' analiżi komprensiva mill-Kummissjoni li turi li l-Istat Membru aġixxa f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill u li turi li l-kawżi sottostanti u r-riskji assoċjati identifikati fir-Rakkomandazzjoni tal-ftuħ tal-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv m'għadhomx jeżistu, inter alia billi jitqiesu l-prospetti u l-iżviluppi makroekonomiċi kif ukoll l-effetti mifruxa. Għandha ssir dikjarazzjoni pubblika biex tissenjala t-tmiem tal-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv.
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Kapitolu I
Suġġett u definizzjonijiet
Artikolu 1
Suġġett
1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-identifikazzjoni, ta' żbilanċi makroekonomiċi, kif ukoll il-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fl-Unjoni.
1a.Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat fil-kuntest tas-semestru Ewropew kif stipulat fir-Regolament UE Nru […/…] dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet baġitarji u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi.
1b.L-applikazzjoni tar-Regolament għandha tirrispetta bis-sħiħ l-Artikolu 152 TFUE u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa skont dan ir-Regolament għandhom jirrispettaw il-l-istituzzjonijiet u l-prattiki nazzjonali għall-formazzjoni tal-pagi. L-applikazzjoni għandha tikkunsidra l-Artikolu 28 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u tal-Unjoni Ewropea, u għaldaqstant m'għandhiex taffettwa d-dritt li wieħed jinnegozja, jikkonkludi u jinforza ftehimiet kollettivi u li tittieħed azzjoni kollettiva skont il-liġi u l-prattiki nazzjonali.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:
(a)
“żbilanċi” tfisser kwalunkwe xejra li tagħti bidu għal żviluppi makroekonomiċi li qed jaffettwaw negattivament jew għandhom il-potenzjali li jaffettwaw negattivament, it-tħaddim xieraq tal-ekonomija ta' Stat Membru jew tal-unjoni ekonomika u monetarja, jew tal-Unjoni b'mod ġenerali.
(b)
“żbilanċi eċċessivi” tfisser żbilanċi severi, inklużi żbilanċi li jxekklu jew li jistgħu jxekklu t-tħaddim xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja.
Kapitolu II
L-identifikazzjoni tal-iżbilanċi
Artikolu 3
It-tabella ta' valutazzjonijiet
1. It-tabella ta' valutazzjoni inklużi l-indikaturi għandhom jintużaw bħala għodda biex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni bikrija u l-monitoraġġ tal-iżbilanċi.
2. It-tabella ta' valutazzjoni għandha tkun magħmula minn għadd żgħir ta' indikaturi makroekonomiċi u makrofinanzjarji rilevanti, prattiċi, sempliċi, li jistgħu jitkejlu u disponibbli għall-Istati Membri. Din għandha tippermetti l-identifikazzjoni bikrija tal-iżbilanċi makroekonomiċi li jitfaċċaw kemm fuq perjodu ta' żmien qasir kif ukoll l-iżbilanċi li jinħolqu minħabba xejriet strutturali u fit-tul.
2a.It-tabella ta' valutazzjoni għandha inter alia tinkludi indikaturi li jkunu utli għall-identifikazzjoni bikrija ta':
a)
żbilanċi interni, inklużi dawk li jistgħu jinħolqu mid-dejn pubbliku u privat, l-iżviluppi tas-swieq finanzjarji u tal-assi inklużi s-settur tad-djar, l-evoluzzjoni tal-flussi ta' kreditu tas-settur privat u l-evoluzzjoni tal-qgħad.
b)
żbilanċi esterni, inklużi dawk li jistgħu jinħolqu mill-evoluzzjoni tal-kont kurrenti u l-pożizzjonijiet tal-investimenti netti tal-Istati Membri, tar-rati ta' kambju reali effettivi, tal-ishma tas-swieq tal-esportazzjoni u tal-bidliet fl-iżviluppi tal-prezzijiet u l-ispejjeż kif ukoll il-kompetittività mhux marbuta mal-prezzijiet, filwaqt li jitqiesu l-komponenti differenti tal-produttività,
2b.Fil-qari ekonomiku tat-tabella ta' valutazzjoni fil-mekkaniżmu ta' twissija, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni mill-qrib fir-rigward tal-iżviluppi fl-ekonomija reali inklużi t-tkabbir ekonomiku, is-sitwazzjoni tal-impjiegi u l-qgħad, il-konverġenza ekonomika nominali u reali ġewwa u barra ż-żona tal-euro, l-iżviluppi tal-produttività u l-elementi motriċi rilevanti tagħha bħalma huma l-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp u l-investiment barrani/domestiku, kif ukoll l-iżviluppi settorjali inkluż is-settur tal-enerġija, li jaffettwaw il-PDG u l-prestazzjoni tal-kont kurrenti.
It-tabella ta' valutazzjoni għandu jkun fiha wkoll limiti indikattivi għal dawn l-indikaturi biex iservu ta' livelli ta' twissija. L-għażla tal-indikaturi u l-limiti għandha twassal għall-promozzjoni tal-kompetittività fl-UE.
It-tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi, u b'mod partikolari l-limiti ta' twissija, għandhom ikunu simetriċi u għandhom ikunu divrenzjati għall-Istati Membri fiż-żona tal-euro u għal dawk li mhumiex fiż-żona tal-euro jekk dan ikun iġġustifikat minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tal-unjoni monetarja u minħabba ċirkostanzi ekonomiċi rilevanti. Fl-iżvilupp tat-tabella ta' valutazzjoni għandu jiġi kkunsidrat ukoll l-indirizzar taċ-ċirkostanzi ekonomiċi eteroġenji, inklużi l-effetti ta' rkupru.
2c.Ix-xogħol tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku għandu jingħata l-konsiderazzjoni dovuta fit-tfassil tal-indikaturi rilevanti għall-istabbiltà tas-swieq finanzjarji. Il-Kummissjoni għandha tistieden lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku jipprovdi l-fehmiet tiegħu dwar l-abbozz ta' indikaturi, rilevanti għall-istabbiltà tas-swieq finanzjarji.
3. Il-lista ta' indikaturi u l-limiti li għandhom jiġu inklużi fit-tabella ta' valutazzjoni ▌ għandhom isiru pubbliċi.
4. ▌L-adegwatezza tat-tabella ta' valutazzjoni, inklużi l-kompożizzjoni tal-indikaturi, il-limiti stabbiliti u l-metodoloġija użata, għandhom jiġu vvalutati fuq bażi regolari u aġġustati jew immodifikati meta meħtieġ. It-tibdiliet fil-metodoloġija sottostanti u l-kompożizzjoni tat-tabella ta' valutazzjoni u l-limiti assoċjati għandhom isiru pubbliċi.
4a.Il-valuri tal-indikaturi fuq it-tabella ta' valutazzjoni għandhom jiġi aġġornati tal-anqas fuq bażi annwali.
Artikolu 4
Il-mekkaniżmu ta' twissija
1. Il-mekkaniżmu ta' twissija huwa mfassal biex jiffaċilita l-identifikazzjoni bikrija u l-monitoraġġ tal-iżbilanċi. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport annwali li jkun fih valutazzjoni ekonomika u finanzjarja kwalitattiva bbażata fuq tabella ta' valutazzjoni b'sett ta' indikaturi mqabbla mal-limiti indikattivi. Ir-rapport, inklużi l-valuri tal-indikaturi tat-tabella ta' valutazzjoni, għandu jsir pubbliku.
2. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jkun fih valutazzjoni ekonomika u finanzjarja li tqiegħed il-moviment tal-indikaturi f'perspettiva, u jekk ikun hemm bżonn juża indikaturi ekonomiċi u finanzjarja rilevanti oħra meta jeżamina l-evoluzzjoni tal-iżbilanċi. M'għandhomx jintlaħqu konklużjonijiet mill-qari mekkaniku tal-indikaturi tat-tabella ta' valutazzjoni. Il-vlutazzjoni għandha tqis l-evoluzzjoni tal-iżbilanċi fl-Unjoni u fiż-żona tal-euro. Ir-rapport għandu jindika wkoll jekk il-qbiż tal-limiti ▌fi Stat Membru wieħed jew aktar jurix li possibbilment qed jitfaċċaw żbilanċi. Il-valutazzjoni ta' Stati Membri li juru defiċits kbar fil-kontijiet kurrenti tista' tvarja minn dik ta' Stati Membri li jakkumulaw bilanċi favorevoli kbar fil-kontijiet kurrenti.
3. Ir-rapport għandu jidentifika l-Istati Membri li l-Kummissjoni tqis li jistgħu jintlaqtu minn żbilanċi jew li jistgħu jkunu f'periklu li jintlaqtu minn żbilanċi.
3a.Ir-rapport għandu jintbagħat fil-ħin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitati Ekonomiku u Soċjali Ewropew.
4. Bħala parti mis-sorveljanza multilaterali skont l-Artikolu 121(3) tat-Trattat, il-Kunsill għandu jiddiskuti u jwettaq valutazzjoni ġenerali tar-rapport tal-Kummissjoni. Il-Grupp tal-Euro għandu jiddiskuti r-rapport safejn dan ikun relatat ma' ▌Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Artikolu 5
Rieżami fil-fond
1. Wara li jkunu kkunsidrati kif dovut id-diskussjonijiet fil-Kunsill u fil-Grupp tal-Euro, kif previst fl-Artikolu 3(4), jew f'każ ta' żviluppi ekonomiċi sinifikanti u mhux mistennija li jeħtieġu analiżi urġenti għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipprepara rieżami fil-fond għal kull Stat Membru li tikkunsidra li jista' jiġi affettwat jew li jista' jkun f'periklu li jiġi affettwat mill-iżbilanċi ▌. ▌.
Ir-rieżami fil-fond għandu jibni fuq analiżi dettaljati taċ-ċirkustanzi skont kull pajjiż, inklużi l-pożizzjonijiet ta' tluq differenti fost l-Istati Membri; dan għandu jistudja l-firxa wiesgħa ta' varjanti ekonomiċi u għandu jinvolvi l-użu ta' għodod analitiċi u informazzjoni kwalitattiva ta' natura speċifika għall-pajjiż. Għandu jirrikonoxxi l-partikolaritajiet nazzjonali rigward ir-relazzjonijiet industrijali u d-djalogu soċjali.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tagħti l-kunsiderazzjoni dovuta għal kwalunkwe informazzjoni oħra li, fil-fehma tal-Istat Membru kkonċernat tkun rilevanti, u li l-Istat Membru jkun ressaq.
Ir-rieżami għandu jsir fl-istess żmien li jsiru l-missjonijiet ta' sorveljanza fl-Istat Membru konċernat skont l-Artikolu 11e.
2. Ir-rieżami fil-fond għandu jinkludi evalwazzjoni ta' jekk l-Istat Membru inkwistjoni hux milqut mill-iżbilanċi, u jekk dawn l-iżbilanċi humiex żbilanċi eċċessivi. Għandu jistudja l-oriġini tal-iżbilanċi identifikati fl-isfond taċ-ċirkostanzi ekonomiċi prevalenti, inklużi l-kummerċ qawwi u l-interkonnessjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-effetti mifruxa tal-politiki ekonomiċi nazzjonali. Ir-rieżami se janalizza l-iżviluppi rilevanti relatati mal-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi. Għandu jikkunsidra wkoll ir-rilevanza tal-iżviluppi ekonomiċi fl-Unjoni u fiż-żona tal-euro b'mod ġenerali. Dan għandu jikkonsidra, b'mod partikolari:
(a)
fejn xieraq, jekk l-Istat Membru li jkun qed jiġi rieżaminat ħax azzjoni xierqa b'reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet u l-istediniet tal-Kunsill indirizzati lill-Istati Membri li jkunu qed jiġu rieżaminati adottati skont l-Artikoli 121, 126 u 148tat-Trattat u skont l-Artikoli 6, 7, 8 u 10 ta' dan ir-Regolament;
(b)
l-intenzjonijiet ta' politika tal-Istat Membru li jkun qed jiġi rieżaminat, kif riflessi fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma u fejn adatt fil-Programm ta' Stabbiltà u Konverġenza ▌;
(c)
kwalunkwe twissijiet jew rakkomandazzjonijiet ▌mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku dwar riskji sistemiċi indirizzati jew ir-riskji li jkunu rilevanti għall-Istat Membru li jkun qed jiġi rieżaminat. Is-sistema ta' kunfidenzjalità tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku għandu jkun irrispettat.
2a.Ir-rieżami fil-fond għandu jkun disponibbli għall-pubbliku. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar ir-riżultati tar-rieżami fil-fond.
Artikolu 6
Azzjoni ta' prevenzjoni
1. Jekk, abbażi tar-rieżami fil-fond tagħha msemmija fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tqis li Stat Membru qed jesperjenza żbilanċi, din għandha tinforma b'dan lill-Kunsill u lill-Grupp tal-Euro kif ukoll lill-Parlament Ewropew. Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jista' jindirizza r-rakkomandazzjonijiet neċessarji lill-Istat Membru kkonċernat, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 121(2) TFUE.
2. Il-Kunsill għandu jinforma lill-Parlament Ewropew bir-rakkomandazzjoni ▌. Ir-rakkkommandazzjoni tal-Kunsill għandha ssir pubblika.
2a.Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni għandhom jirrispettaw b'mod sħiħ l-Artikolu 152 tat-TFUE u għandhom iqisu l-Artikolu 28 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
3. Il-Kunsill għandu jagħmel reviżjoni ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet kull sena u jista' jemendahom kif inhu xieraq skont il-paragrafu 1.Il-Kunsill għandu jagħmel rieżami tar-rakkomandazzjoni kull sena fil-kuntest tas-semestru Ewropew u jista' jaġġustaha jekk ikun xieraq skont il-paragrafu 1.
KAPITOLU III
Il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv
Artikolu 7
Il-ftuħ tal-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv
1. Jekk, abbażi tar-reviżjoni fil-fond imsemmija fl-Artikolu 5, il-Kummissjoni tqis li l-Istat Membru kkonċernat huwa affettwat bi żbilanċi eċċessivi, din għandha tinforma lill-Kunsill kif inhun xieraqJekk, abbażi tar-rieżami fil-fond imsemmi fl-Artikolu 5, il-Kummissjoni tqis li l-Istat Membru kkonċernat huwa affettwat bi żbilanċi eċċessivi, din għandha tinforma lill-Kunsill u lill-Grupp tal-Euro b'dan kif ukoll lill-Parlament Ewropew.
Il-Kummissjoni għandha tinforma wkoll lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej rilevanti u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, li jkun mistieden jieħu l-passi li jqis neċessarji.
2. Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jista' jadotta rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 121(4) tat-Trattat filwaqt li jiddikjara li hemm żbilanċ eċċessiv u jirrakkomanda lill-Istat Membru kkonċernat jieħu azzjoni korrettiva.
Ir-rakkomandazzjoni għandha tistabbilixxi n-natura u l-implikazzjonijiet tal-iżbilanċi u tispeċifika sett ta' rakkomandazzjonijiet ta' politika biex jiġu segwiti u d-data ta' skadenza sa meta l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta pjan ta' azzjoni korrettiva. Il-Kunsill jista“, kif previst fl-Artikolu 121(4) tat-Trattat, jagħmel ir-rakkomandazzjoni tiegħu pubblika.
Artikolu 8
Il-pjan ta'azzjoni korrettiva
1. Kwalunkwe Stat Membru li għalih tinfetaħ proċedura ta' żbilanċ eċċessiv għandu jippreżenta pjan ta' azzjoni korrettiva lill-Kunsill u lill-Kummissjoni abbażi ta', u sad-data ta' skadenza li trid tkun stabbilita fir-rakkomdanzzjoni skont l-Artikolu 7. Il-pjan ta' azzjoni korrettiva għandu jistabbilixxi l-azzjonijiet politiċi speċifiċi ▌li l-Istat Membru kkonċernat implimenta jew għandu l-intenzjoni li jimplimenta u għandu jinkludi tabella ta' skadenza għall-implimentazzjoni tiegħu. Il-pjan ta' azzjoni korrettiva għandu jqis l-impatt ekonomiku u soċjali ta' dawn l-azzjonijiet ta' politika u għandu jkun konsistenti mal-Linji Gwida Ġenerali għall-Politiki Ekonomiċi u l-Linji Gwida dwar l-Impjiegi.
2. Fi żmien xahrejn wara s-sottomissjoni tal-pjan ta' azzjoni korrettiva u abbażi ta' rapport tal-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jivvaluta l-pjan ta' azzjoni korrettiva. Jekk jitqies suffiċjenti, abbażi ta' rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill għandu japprovah permezz ta' rakkomandazzjoni li telenka l-azzjonijiet speċifiċi meħtieġa u d-dati ta' skadenza biex dawn jittieħdu u jistabbilixxi skeda ta' żmien għas-sorveljanza bl-attenzjoni dovuta tal-kanali ta' trażmissjoni u filwaqt li jirrikonoxxi li jista' jkun hemm dewmien twil bejn l-adozzjoni tal-azzjoni korrettiva u r-riżoluzzjoni reali tal-iżbilanċi.
2a.Jekk l-azzjonijiet meħudin jew previsti fil-pjan ta' azzjoni korrettiva jew l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tagħhom jitqiesu mhux suffiċjenti, abbażi ta' rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jadotta rakkomandazzjoni lill-Istat Membru biex jippreżenta pjan ta' azzjoni korrettiva ġdid fi żmien xahrejn bħala regola. Il-pjan ta' azzjoni korrettiva l-ġdid għandu jkun eżaminat skont il-proċedura stipulata f'dan l-artikolu.
3. Il-pjan ta' azzjoni korrettiva, ir-rapport tal-Kummissjoni u r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill imsemmijin fil-paragrafi 2 u 2a għandhom isiru pubbliċi.
Artikolu 9
Il-monitoraġġ tal-azzjoni korrettiva
1. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni adottata skont l-Artikolu 8(2). Għal dan l-għan, l-Istat Membru għandu jirraporta lill-Kunsill u lill-Kummissjoni f'intervalli regolari fil-forma ta' rapporti ta' progress li l-frekwenza tagħhom għandha tkun stabbilita mill-Kunsill fir-rakkomandazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(2).
2. Il-Kunsill għandu jagħmel ir-rapporti ta' progress tal-Istati Membri disponibbli għall-pubbliku.
3. Il-Kummissjoni tista' twettaq missjonijiet ta' sorveljanza fl-Istat Membru kkonċernat biex tissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni korrettiva, b'kooperazzjoni mal-BĊE meta dawk il-missjonijiet jikkonċernaw l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jew Stati Membri li jkunu qed jipparteċipaw fl-ERM II. Għaldaqstant, fejn ikun xieraq, is-sħab soċjali u partijiet interessati nazzjonali oħrajn għandhom ikunu involuti fid-djalogu.
4. F'każ ta' bidla rilevanti kbira fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi, il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jista' jemenda r-rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikolu 8(2) b'konformità mal-proċedura stabbilita fl-istess Artikolu. Fejn ikun xieraq, l-Istat Membru kkonċernat għandu jkun mistieden jippreżenta pjan ta' azzjoni korrettiva rivedut li għandu jkun ezaminat skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8.
Artikolu 10
Il-valutazzjoni tal-azzjoni korrettiva
1. Abbażi ta' rapport tal-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jivvaluta jekk l-Istat Membru kkonċernat ikunx ħa l-azzjoni korrettiva rakkomandata b'konformità mar-rakkomandazzjoni maħruġa skont l-Artikolu 8(2).
2. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jsir pubbliku.
3. Il-Kunsill għandu jagħmel il-valutazzjoni tiegħu sad-data ta' skadenza stabbilita mill-Kunsill fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu adottati skont l-Artikolu 8(2).
4. Fejn jikkunsidra li l-Istat Membru ma jkunx ħa l-azzjoni korrettiva rrakkomandata, il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, għandu jaddotta deċiżjoni li tiddikjara nonkonformità u rakkomandazzjonijiet li tistabbilixxi skadenzi ġodda biex tittieħed azzjoni korrettiva. F'dan il-każ, il-Kunsill Ewropew għandu jiġi infurmat u l-konklużjonijiet tal-missjonijiet ta' sorveljanza msemmija fl-Artikolu 9(3) għandhom isiru pubbliċi.
Ir-rakkomandazzjoni dwar id-dikjarazzjoni ta' nonkonformità mill-Kummissjoni għandha titqies adottata mill-Kunsill sakemm dan ma jiddeċidix, b'maġġoranza kkwalifikata li jirrifjuta r-rakkomandazzjoni fi żmien għaxart ijiem meta l-Kummissjoni tadottataha. L-Istat Membru konċernat jista' jitlob li ssir laqgħa tal-Kunsill biex issir votazzjoni dwar id-deċiżjoni.
B'konformità mal-Artikolu 11e, il-Parlament Ewropew jista“, fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta' Stat Membru, jistieden lill-President tal-Kunsill, il-Kummissjoni u, fejn ikun xieraq, lill-President tal-Grupp tal-Euro jidhru quddiem il-kumitat kompetenti tiegħu biex jiddiskutu d-deċiżjoni ta' dikjarazzjoni ta' nonkonformità.
5. Fejn il-Kunsill jikkunsidra abbbażi tar-rapport tal-Kummissjoni li l-Istat Membru jkun ħa l-azzjoni korrettiva rakkomandata, il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv għandha tiġi kkunsidrata li miexja fit-triq it-tajba u għandha titqiegħed fi stat ta' sospensjoni filwaqt li s-sorveljanza għandha tkompli skont l-iskeda ta' żmien adottata fir-rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 8(2). Il-Kunsill għandu jagħmel pubbliċi r-raġunijiet tiegħu għaliex qiegħed il-proċedura f'pożizzjoni ta' sospensjoni filwaqt li jirrikonoxxi l-azzjonijiet ta' politika korrettivi li ttieħdu mill-Istat Membru.
▌
Artikolu 11
L-għeluq tal-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv
Il-Kunsill għandu jirrevoka r-rakkomandazzjonijiet maħruġa skont l-Artikoli 7, 8 u 10 fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni hekk kif iqis li l-Istat Membru m'għadux milqut minn żbilanċi eċċessivi kif deskritt fir-rakkomandazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(2) u għandu jagħmel dikjarazzjoni pubblika li tirrifletti dak il-fatt.
Artikolu 11a
Il-votazzjoni fil-Kunsill
Għall-miżuri msemmijin fl-Artikoli 7 sa 11, il-Kunsill għandu jaġixxi mingħajr ma jieħu kont tal-vot tal-membru tal-Kunsill li jirrappreżenta lill-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 11b
Il-missjonijiet ta' sorveljanza
1.Il-Kummissjoni għandha tiżgura djalogu permanenti mal-awtoritajiet tal-Istati Membri skont l-objettivi ta' dan ir-Regolament. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari twettaq missjonijiet bl-iskop li tivvaluta s-sitwazzjoni ekonomika reali fl-Istat Membru u tidentifika kwalunkwe riskju jew diffikultà fil-konformità mal-objettivi ta' dan ir-Regolament.
2.Tista' ssir sorveljanza ikbar fir-rigward tal-Istati Membri li jkunu suġġetti għal rakkomandazzjoni dwar l-eżistenza ta' pożizzjoni ta' żbilanċ eċċessiv b'konformità mal-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament għall-finijiet ta' monitoraġġ in situ.
3.Meta l-Istat Membru kkonċernat ikun Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro jew li jkun jkun qed jipparteċipa fl-ERM II, il-Kummissjoni tista' tistieden rappreżentanti tal-Bank Ċentrali Ewropew, jekk ikun xieraq, biex jipparteċipaw fil-missjonijiet ta' sorveljanza.
4.Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar l-eżitu tal-missjoni msemmija fit-tieni paragrafu u jekk ikun xieraq tista' tiddeċiedi li tippubblika r-riżultati tagħha.
5.Meta torganizza l-missjonijiet ta' sorveljanza msemmija fit-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni tista' tittrażmetti r-riżultati proviżorji tagħha lill-Istati Membri kkonċernati għall-kummenti tagħhom.
Artikolu 11c
Id-djalogu ekonomiku
1.Sabiex jissaħħaħ id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u biex jiġu żgurati trasparenza u responsabilità ikbar, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-President tal-Kunsill, il-Kummissjoni u, fejn ikun xieraq, lill-President tal-Kunsill Ewropew jew lill-President tal-Grupp tal-Euro jidhru quddiem il-kumitat sabiex jiddiskutu:
(a)
l-informazzjoni pprovduta mill-kunsill dwar il-linji gwida ġenerali għall-politika ekonomika skont l-Artikolu 121(2) TFUE;
(b)
gwida ġenerali għall-Istati Membri maħruġa mill-Kummissjoni fil-bidu taċ-ċiklu annwali ta' sorveljanza;
(c)
kwalunkwe konklużjoni milħuqa mill-Kunsill Ewropew dwar orjentazzjonijiet għall-politiki ekonomiċi fil-kuntest tas-Semestru Ewropew;
(d)
ir-riżultati tas-sorveljanza multilaterali mwettqa skont dan ir-Regolament;
(e)
kwlaunkwe konklużjoni milħuqa mill-Kunsill Ewropew dwar l-orjentazzjonijiet għas-sorveljanza multilaterali u r-riżultati tagħha;
(f)
kwalunkwe rieżami ta' sorveljanza multilaterali fi tmiem is-Semestru Ewropew;
(g)
rakkomandazzjonijiet meħuda skont l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 10(4) ta' dan ir-Regolament;
2.Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' joffri lill-Istat Membru kkonċernat bir-rakkomandazzjoni jew deċiżjoni tal-Kunsill l-opportunità li jipparteċipa fl-iskambju ta' fehmiet b'konformità mal-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 10(4).
3.Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jinformaw regolarment lill-Parlament Ewropew bir-riżultati tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 11d
Rieżami
1.Fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u kull ħames snin minn hemm “il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Dak ir-rapport għandu jevalwa, inter alia:
a)
l-effikaċità tar-regolament
b)
il-progress fl-iżgurar ta' koordinazzjoni iktar mill-qrib tal-politiki ekonomiċi u konverġenza sostnuta tal-prestazzjonijiet ekonomiċi tal-Istati Membri skont it-Trattat
Fejn xieraq, dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat bi proposta għal emendi għal dan ir-Regolament.
3.Ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 11e
Rapport
Kull sena minn hemm “il quddiem, il-Kummissjon għandha tippubblika rapport kull sena dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament inkluż l-aġġornar tat-tabella ta' valutazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 4 u għandha tippreżentah lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.
KAPITOLU IV
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 12
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Emendi tal-Parlament Ewropew adottati fit-23 ta' Ġunju 2011 għal proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (COM(2010)0522 – C7-0396/2010 – 2010/0276(CNS))(1)
REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 126(14) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew(3),
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)(4),
Waqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,
Billi:
(1) Il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri fi ħdan l-Unjoni, kif previst mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), għandha tinvolvi l-konformità mal-prinċipji gwida ta' prezzijiet stabbli, finanzi pubbliċi u kundizzjonijiet monetarji sodi u bilanċ tal-pagamenti sostenibbli.
(2) Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir inizjalment kien jikkonsisti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika(5), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv(6) u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta' Ġunju 1997 dwar il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir(7). Ir-Regolamenti (KE) Nru 1466/97 u (KE) Nru 1467/97 ġew emendati fl-2005 bir-Regolamenti (KE) Nru 1055/2005 u (KE) Nru 1056/2005 rispettivament. Barra minn hekk, kien adottat ir-Rapport tal-Kunsill tal-20 ta' Marzu 2005 dwar it-“Titjib fl-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir”.
(3) Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir huwa bbażat fuq l-objettiv ta' finanzi governattivi sodi u sostenibbli bħala mezz ta' tisħiħ tal-kundizzjonijiet għal stabbiltà fil-prezzijiet u għal tkabbir qawwi sostenibbli bbażat fuq stabbiltà finanzjarja u li jwassal għall-ħolqien tal-impjiegi.
(4) Il-qafas komuni għall-governanza ekonomika jeħtieġ li jkun imsaħħaħ, anki b'sorveljanza baġitarja mtejba, b'konformità mal-grad għoli ta' integrazzjoni bejn l-ekonomiji tal-Istati Membri fl-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari fiż-żona tal-euro.
(4a)Il-kisba u ż-żamma ta' Suq Uniku dinamiku għandhom jiġu kkunsidrati bħala element tal-funzjonament xieraq u bla problemi tal-unjoni ekonomika u monetarja.
(4b)Il-qafas imtejjeb ta' governanza ekonomika għandu jsejjes ruħu fuq bosta politiki interkonnessi għal tkabbir u impjiegi sostenibbli, li għandhom ikunu koerenti ma' xulxin, b'mod partikolari strateġija tal-Unjoni għal tkabbir u impjiegi, b'attenzjoni partikolari fuq l-iżvilupp u t-tisħiħ tas-suq intern, it-trawwim tal-kummerċ internazzjonali u l-kompetittività, qafas effikaċi biex jiġi evitat defiċit eċċessiv tal-gvern (il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir), qafas b'saħħtu biex jiġu evitati u korretti l-iżbilanċi makroekonomiċi, rekwiżiti minimi għall-oqfsa baġitarji nazzjonali, regolamentazzjoni u superviżjoni msaħħa tas-suq finanzjarju, inkluża s-superviżjoni makroprudenzjali mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku.
(4c)Il-kisba u ż-żamma ta' Suq Uniku dinamiku għandhom jiġu kkunsidrati bħala element tal-funzjonament xieraq u bla problemi tal-unjoni ekonomika u monetarja.
(4d)Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u l-qafas komplut tal-governanza ekonomika għandhom jikkompletaw u jappoġġaw l-strateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi. L-interkonnessjonijiet bejn il-fergħat differenti m'għandhomx jipprovdu eżenzjonijiet mid-dispożizzjonijiet tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir.
(4e)It-tisħiħ tal-governanza għandu jinkludi involviment eqreb u aktar f'waqtu tal-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali. Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' joffri l-opportunità lill-Istat Membru konċernat mir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(9) tat-Trattat, avviż skont l-Artikolu 126(9) tat-Trattat, jew deċiżjoni li tittieħed skont l-Artikolu 126(11) tat-Trattat biex jipparteċipa f'iskambju ta' opinjonijiet.
(4f)L-esperjenza miksuba u l-iżbalji li saru matul l-ewwel għaxar snin ta' funzjonament tal-unjoni ekonomika u monetarja juru ħtieġa ta' governanza ekonomika mtejba fl-Unjoni, li għandha tinbena fuq sjieda nazzjonali iktar b'saħħitha ta' regoli u politiki miftehma b'mod komuni u fuq qafas ta' sorveljanza aktar b'saħħtu tal-politika ekonomika nazzjonali fil-livell tal-Unjoni.
(4g)Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol aktar b'saħħtu fil-proċedura mtejba ta' sorveljanza. Dan jikkonċerna l-evalwazzjonijiet speċifiċi għal kull Stat Membru, il-monitoraġġ, inklużi missjonijiet, rakkomandazzjonijiet.
(4h)Il-Kummissjoni u l-Kunsill, meta jkunu qed japplikaw dan ir-Regolament, għandhom jikkunsidraw kif xieraq il-fatturi rilevanti kollha u s-sitwazzjoni ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri konċernati.
(5) Ir-regoli dwar id-dixxiplina baġitarja għandhom jissaħħu b'mod partikolari billi jingħata rwol aktar prominenti lil-livell u l-evoluzzjoni tad-dejn u s-sostenibbiltà ġenerali. Mekkaniżmi sabiex jiżguraw konformità ma' dawn ir-regoli u l-infurzar tagħhom għandhom jissaħħu wkoll.
(5a)Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol aktar b'saħħtu fil-proċedura tas-sorveljanza msaħħa fir-rigward tal-evalwazzjonijiet li huma speċifiċi għal kull Stat Membru, il-monitoraġġ, il-missjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u t-twissijiet.
(6) L-implimentazzjoni tal-proċedura eżistenti ta' defiċit eċċessiv abbażi kemm tal-kriterju tad-defiċit kif ukoll tal-kriterju tad-dejn teħtieġ ▌punt ta' referenza numeriku li jikkunsidra ċ-ċiklu kummerċjali li miegħu ssir il-valutazzjoni dwar jekk il-proporzjon tad-dejn tal-gvern mal-Prodott Domestiku Gross huwiex qed jonqos biżżejjed u joqrob lejn il-valur referenzjali b'pass sodisfaċenti. Għandu jiddaħħal perjodu ta' tranżizzjoni biex l-Istati Membri li huma soġġetti għal proċedura ta' defiċit eċċessiv fid-data tal-adozzjoni ta' dan ir-regolament jadattaw il-politiki tagħhom għall-punt ta' referenza numeriku għat-tnaqqis tad-dejn Dan għandu japplika wkoll għall-Istati Membri li huma suġġetti għal programm ta' aġġustament tal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali.
(7) ▌Nuqqas ta' konformità mal-punt ta' referenza numeriku għat-tnaqqis tad-dejn m'għandux ikun suffiċjenti biex jiġi stabbilit defiċit eċċessiv, iżda għandha titqies il-firxa kollha ta' fatturi rilevanti koperti mir-rapport tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 126(3) TFUE. B'mod partikolari, il-valutazzjoni tal-effett taċ-ċiklu u l-kompożizzjoni tal-aġġustament tal-flussi tal-istokks fuq l-iżviluppi tad-dejn taf tkun biżżejjed biex teskludi l-istabbiliment ta' defiċit eċċessiv fuq il-bażi tal-kriterju tad-dejn.
(8) Fl-istabbiliment tal-eżistenza ta' defiċit eċċessiv ibbażat fuq il-kriterju tad-defiċit u l-passi li jwasslu għalih, hemm il-ħtieġa li titqies il-firxa kollha ta' fatturi rilevanti koperti mir-rapport skont l-Artikolu 126(3) tat-Trattat jekk id-dejn tal-gvern mal-Prodott Domestiku Gross ma jaqbiżx il-valur ta' referenza.
(8a)Meta fost il-fatturi rilevanti jitqiesu riformi sistemiċi tal-pensjonijiet, il-kunsiderazzjoni ċentrali għandha tkun jekk dawn humiex qed itejbu s-sostenibbiltà fit-tul tas-sistema ta' pensjonijiet kollha kemm hi mingħajr ma jżidu r-riskji għall-pożizzjoni baġitarja fuq medda medja ta' żmien.
(9) Ir-rapport tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 126(3) tat-Trattat għandu jqis kif jixraq il-kwalità tal-qafas fiskali nazzjonali, minħabba li dan għandu rwol kruċjali fl-appoġġ għall-konsolidazzjoni fiskali u l-finanzi pubbliċi sostenibbli. Din il-kunsiderazzjoni għandha tinkludi r-rekwiżiti minimi kif stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill [dwar ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri] kif ukoll rekwiżiti mixtieqa miftiehma oħra għad-dixxiplina fiskali.
(10) Sabiex jingħata appoġġ għall-monitoraġġ tal-konformità mar-rakkomandazzjonijiet u l-avviżi tal-Kunsill għall-korrezzjoni ta' sitwazzjonijiet ta' defiċit eċċessiv, hemm il-ħtieġa li dawn jispeċifikaw miri baġitarji annwali konsistenti mat-titjib fiskali meħtieġ f'termini aġġustati ċiklikament, netti minn miżuri ta' darba jew temporanji. F'dan il-kuntest, il-punt ta' referenza annwali ta' 0.5% tal-PDG għandu jkun mifhum bħala bażi medja annwali.
(11) Il-valutazzjoni ta' azzjoni effettiva tibbenefika meta l-konformità mal-miri tal-infiq tal-amministrazzjoni pubblika tittieħed bħala referenza flimkien mal-implimentazzjoni ta' miżuri ta' dħul speċifiċi ppjanati.
(12) Fil-valutazzjoni tal-każ għall-estensjoni tal-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, għandha tingħata konsiderazzjoni speċjali għal tnaqqis gravi fir-ritmu ekonomiku għaż-żona tal-euro jew għall-UE kollha bil-kondizzjoni li dan ma jipperikolax is-sostenibbiltà fiskali fil-perijodu medju.
(13) Huwa xieraq li tiżdied l-applikazzjoni ta' sanzjonijiet finanzjarji previsti mill-Artikolu 126(11) tat-Trattat sabiex jikkostitwixxu inċentiv reali għall-konformità mal-avviżi taħt l-Artikolu 126(9).
(14) Sabiex tkun żgurata l-konformità mal-qafas ta' sorveljanza fiskali tal-Unjoni għall-Istati Membri parteċipanti, għandhom jitfasslu sanzjonijiet ibbażati fuq ir-regoli fuq il-bażi tal-Artikolu 136 tat-Trattat, biex ikunu żgurati mekkaniżmi ġusti, f'waqthom u effettivi għall-konformità mar-regoli tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir.
(14a)Il-multi li jinġabru għandhom jiġu assenjati lill-mekkaniżmi ta' stabbilità biex tingħata għajnuna finanzjarja, maħluqa mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro sabiex tiġi salvagwardata l-istabbilità taż-żona tal-euro inġenerali,
(15) Ir-referenzi li hemm fir-Regolament (KE) Nru 1467/97 għandhom iqisu l-innumerar ġdid tal-Artikoli tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għas-sostituzzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tad-dejn eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea(8).
(16) Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1467/97 għandu jkun emendat kif jixraq,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1467/97 huwa emendat kif ġej:
1. L-Artikolu 1 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:"
Artikolu 1
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet biex titħaffef u tkun iċċarata l-proċedura ta' defiċit eċċessiv. L-objettiv tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv huwa li jkunu evitati defiċits governattivi eċċessivi u, jekk iseħħu, biex tinkoraġġixxi aktar il-korrezzjoni tagħhom, meta l-konformità mad-dixxiplina baġitarja tkun eżaminata fuq il-bażi tad-defiċit tal-gvern u l-kriterji tad-dejn tal-gvern.
2. Għall-iskop ta' dan ir-Regolament ‘Stati Membri parteċipanti’ għandha tfisser ‘dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro’.
"
2. L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
(a)
fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:" ‘L-eċċess tad-defiċit tal-gvern fuq il-valur ta' referenza għandu jitqies bħala eċċezzjonali, b'mod konformi mat-tieni inċiż tal-Artikolu 126(2)(a) tat-Trattat, meta jirriżulta minn avveniment mhux tas-soltu barra mill-kontroll tal-Istat Membru kkonċernat u li għandu impatt maġġuri fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-amministrazzjoni pubblika, jew meta jirriżulta minn riċessjoni ekonomika severa.’"
(b)
għandu jiddaħħal il-paragrafu ▌ li ġej:" 1a. Meta jaqbeż il-valur ta' referenza, il-proporzjon tad-dejn tal-gvern mal-Prodott Domestiku Gross (PDG) għandu jitqies bħala li qiegħed jonqos biżżejjed u javviċina l-valur ta' referenza b'pass sodisfaċenti skont l-Artikolu 126(2)(b) tat-Trattat jekk id-differenza fir-rigward tar-referenza tkun naqset matul it-tliet snin preċedenti b'rata medja ▌fl-ordni ta' wieħed minn kull għoxrin fis-sena bħala punt ta' referenza, abbażi tal-aħħar tliet snin li jkunu għaddew li għalihom ikun hemm dejta disponibbli. Ir-rekwiżit skont il-kriterju tad-dejn għandu jiġu kkunsidrat ukoll bħala sodisfatt jekk il-previżjonijiet tal-baġit kif ipprovduti mill-Kummissjoni jindikaw li t-tnaqqis meħtieġ fid-differenza jseħħ fuq il-perjodu ta' tliet snin li jinkludi s-sentejn wara l-aħħar sena li għaliha d-dejta hija disponibbli. Għal Stat Membru li huwa soġġett għal proċedura ta' defiċit eċċessiv fi [id-data tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament - trid tiddaħħal] u għal perijodu ta' tliet snin mill-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, ir-rekwiżit skont il-kriterju tad-dejn għandu jitqies sodisfatt jekk l-Istat Membru kkonċernat jagħmel progress suffiċjenti lejn il-konformità kif ivvalutata fl-Opinjoni adottata mill-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà u Konverġenza tiegħu. Fl-implimentazzjoni ta' dan il-punt ta' referenza tal-aġġustament, trid tiġi kkunsidrata l-influwenza tal-pass tat-tnaqqis tad-dejn."
(c)
il-paragrafu 3 għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:" 3. Meta tkun qed tħejji rapport skont l-Artikolu 126(3) tat-Trattat il-Kummissjoni għandha tqis il-fatturi rilevanti kollha kif indikat f'dak l-Artikolu sakemm dawn jaffettwaw b'mod sinifikanti l-valutazzjoni tal-konformità mal-kriterji tad-defiċit u tad-dejn mill-Istat Membru kkonċernat. Ir-rapport għandu jirrifletti kif xieraq:
-
L-iżviluppi fil-pożizzjoni ekonomika fuq perjodu ta' żmien medju, b'mod partikolari, it-tkabbir potenzjali, inklużi l-kontribuzzjonijiet varji pprovduti mix-xogħol, l-akkumulazzjoni ta' kapital u l-prodottività tal-fatturi totali, l-iżviluppi ċikliċi u l-pożizzjoni tat-tfaddil nett tas-settur privat;
-
L-iżviluppi fil-pożizzjonijiet baġitarji għall-perijodu medju (b'mod partikolari r-rekord tal-aġġustament lejn l-objettiv tal-estimi fuq terminu medju ta' żmien, il-livell ta' bilanċ primarju u żviluppi fin-nefqa primarja, kemm kurrenti u kemm kapitali, l-implimentazzjoni ta' linji ta' politika fil-kuntest tal-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi, l-implimentazzjoni ta' linji ta' politika fil-kuntest tal-istrateġija ta' tkabbir komuni għall-Unjoni u l-kwalità ġenerali tal-finanzi pubbliċi, b'mod partikolari, l-effettività ta' oqfsa baġitarji nazzjonali) ▌;
-
Ir-rapport għandu janalizza wkoll l-iżviluppi għas-sitwazzjoni tad-dejn tal-gvern fuq perjodu ta' żmien medju, id-dinamika u s-sostenibilità tiegħu (b'mod partikolari, ▌il-fatturi ta' riskju inklużi l-istruttura tal-maturità u d-denominazzjoni tal-valuta tad-dejn, l-aġġustament u l-kompożizzjoni tiegħu, ir-riservi akkumulati u assi oħrajn finanzjarji; il-garanziji, b'mod partikolari dawk marbuta mas-settur finanzjarju; u kwalunkwe responsabbiltajiet impliċiti ▌relatati max-xjuħija u d-dejn privat sal-punt li tista' tirrapreżenta responsabbiltà impliċita kontinġenti għall-gvern);
-
Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tagħti kunsiderazzjoni xierqa u espliċita lil kwalunkwe fattur ieħor li, fl-opinjoni tal-Istat Membru kkonċernat huwa rilevanti sabiex tkun evalwata b'mod komprensiv il-konformità mal-kriterji tad-defiċit u d-dejn u li l-Istat Membru ressaq quddiem il-Kunsill u l-Kummissjoni.F'dak il-kuntest, għandha tingħata konsiderazzjoni partikolari għal:kontribuzzjonijiet finanzjarji għat-trawwim ta' solidarjetà internazzjonali u għall-kisba tal-miri tal-linji tal-politika tal-Unjoni; id-dejn li jsir fil-forma ta' appoġġ bilaterali u multilaterali bejn l-Istati Membri fil-kuntest tas-salvagwardja tal-istabbiltà finanzjarja;id-dejn relatat mal-operazzjonijiet ta' stabilizzazzjoni finanzjarja waqt tfixkil finanzjarju ewlieni.
"
(d)
il-paragrafu 4 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:" 4. Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jagħmlu valutazzjoni kumplessiva bbilanċjata tal-fatturi rilevanti kollha, speċifikament il-limitu safejn jaffettwaw il-valutazzjoni tal-konformità mal-kriterji tad-defiċit u/jew tad-dejn bħala fatturi ta' aggravazzjoni jew ta' mitigazzjoni. Meta jevalwaw il-konformità fuq il-bażi tal-kriterju tad-defiċit, jekk il-proporzjon tad-dejn tal-gvern għall-PDG jaqbeż il-valur ta' referenza, dawn il-fatturi għandhom jitqiesu fil-passi li jwasslu għad-deċiżjoni rigward l-eżistenza tad-defiċit eċċessiv previsti fil-paragrafi 4, 5 u 6 tal-Artikolu 126 tat-Trattat biss jekk il-kundizzjoni doppja tal-prinċipju ġenerali ‐ li, qabel jitqiesu dawn il-fatturi rilevanti, id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika jibqa' qrib il-valur ta' referenza u l-eċċess tiegħu fuq il-valur ta' referenza ikun temporanju ‐ tiġi ssodisfatta b'mod sħiħ. Madankollu, dawn il-fatturi, għandhom jiġu kkunsidrati fil-proċessi li jwasslu għal deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv meta tiġi valutata konformità dwar il-bażi tal-kriterju tad-dejn."
(da)
il-paragrafu 5 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:" 5.Il-Kummissjoni u l-Kunsill, meta jkunu qed jivvalutaw il-konformità mal-kriterji ta' defiċit u ta' dejn u fil-passi sussegwenti tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv, għandhom jagħtu konsiderazzjoni mistħoqqa lill-implimentazzjoni ta' riformi tal-pensjoni li jintroduċu sistema b'diversi pilastri li tinkludi pilastru obbligatorju ffinanzjat kompletament u l-kost nett tal-pilastru ġestit b'mod pubbliku. B'mod partikolari, għandhom jiġu kkunsidrati l-fatturi tas-sistema ġenerali tal-pensjoni maħluqa mir-riforma, jiġifieri jekk tippromwovix is-sostenibbiltà għall-perijodu twil mingħajr ma żżid ir-riskji għall-pożizzjoni baġitarja għall-perijodu medju."
(db)
il-paragrafu 6 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:" '6.Jekk il-Kunsill, filwaqt li jikkunsidra l-pożizzjoni tal-Kummissjoni, ikun iddeċieda, fuq il-bażi tal-Artikolu 126(6) TFUE, li jeżisti defiċit eċċessiv fi Stat Membru, il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jikkunsidraw il-fatturi rilevanti msemmija f'paragrafu 3, billi huma jaffettwaw is-sitwazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, ukoll fil-passi proċedurali sussegwenti tal-Artikolu 126 TFUE, inkluż kif speċifikat fl-Artikoli 3(5) u 5(2) ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fl-iffissar ta' skadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv u eventwalment fl-estensjoni tagħha. Madankollu, dawk il-fatturi rilevanti m'għandhomx jiġu kkunsidrati għad-deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(12) TFUE dwar it-tħassir ta' xi wħud mid-deċiżjonijiet tiegħu jew id-deċiżjonijiet kollha skont il-paragrafi 6 sa 9 u l-paragrafu 11 tal-Artikolu 126 TFUE.‘;"
(e)
il-paragrafu 7 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:" 7. Fil-każ ta' Stati Membri fejn l-eċċess tad-defiċit mill-valur ta' referenza jirrifletti l-implimentazzjoni ta' riformi tal-pensjonijiet bl-introduzzjoni ta' sistema msejsa fuq diversi pilastri li tinkludi pilastru mandatorju ffinanzjat għal kollox, il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom iqisu wkoll l-ispiża tar-riforma ▌meta jivvalutaw l-iżviluppi taċ-ċifri tad-defiċit ▌fi proċedura ta' defiċit eċċessiv sakemm id-defiċit ma jaqbiżx b'mod sinifikanti livell li jista‘ jitqies ▌qrib il-valur ta' referenza, u l-proporzjon tad-dejn ma jaqbiżx il-valur ta' referenza bil-kundizzjoni li tinżamm is-sostenibbiltà fiskali globali. ▌Din l-ispiża netta ▌għandha titqies ukoll għad-deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(12) TFUE dwar it-tneħħija ta' wħud mid-deċiżjonijiet tiegħu jew tad-deċiżjonijiet tiegħu kollha taħt il-paragrafi 6 sa 9 u 11 tal-Artikolu 126 -TFUE, jekk id-defiċit ikun naqas sostanzjalment u kontinwament u jkun laħaq livell li joqrob lejn il-valur ta' referenza▌."
2a.Għandha tiddaħħal it-taqsima li ġejja:"
TAQSIMA 1a
DJALOGU EKONOMIKU
Artikolu 2a
1.Bl-iskop li jitjieb id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u bl-iskop li jkunu żgurati aktar trasparenza u responsabilità politika, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-President tal-Kunsill, lill-Kummissjoni u, fejn ikun xieraq, lill-President tal-Eurgroup sabiex jidhru quddiem il-kumitat biex jiddiskutu r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill abbażi tal-Artikolu 126(7) TFUE u avviż abbażi tal-Artikolu 126(9) TFUE u deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikolu 126(6) u(11) TFUE.
Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' joffri l-opportunità lill-Istat Membru konċernat minn tali rakkomandazzjoni, avviż u deċiżjonijiet sabiex jipparteċipa fl-iskambju ta' opinjonijiet
2.Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jinfurmaw regolarment lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament
"
3. L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
(a)
il-paragrafu 2 għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:" 2. Meta tqis b'mod sħiħ l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 1, jekk tqis li jeżisti defiċit eċċessiv, il-Kummissjoni għandha tindirizza opinjoni u proposta lill-Kunsill skont l-Artikoli 126(5) u (6) tat-TFUE u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew."
(b)
Fil-paragrafu 3, ir-referenza għall-“Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 3605/93” hija ssostitwita bir-referenza għall-“Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 479/2009”.
(c)
il-paragrafu 4 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:" 4. Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill magħmula b'konformità mal-Artikolu 126(7) TFUE għandha tistabbilixxi skadenza ta' mhux aktar minn sitt xhur ▌għal azzjoni effettiva li trid tittieħed mill-Istat Membru kkonċernat. Meta l-livell ta' gravità tas-sitwazzjoni jkun jiġġustifikataha, l-iskadenza għal azzjoni effettiva tista' tkun ta' tliet xhur. Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għandha tistabbilixxi wkoll skadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, li għandha titlesta fis-sena ta' wara l-identifikazzjoni tiegħu sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi speċjali. Fir-rakkomandazzjoni tiegħu, il-Kunsill għandu jitlob li l-Istat Membru jilħaq miri baġitarji annwali li, imsejsa fuq it-tbassir li huwa l-bażi tar-rakkomandazzjoni, ikunu konsistenti ma' titjib annwali minimu ta' mill-inqas 0,5 % tal-PDG bħala punt ta' referenza, fil-bilanċ nett tiegħu aġġustat ċiklikament minn miżuri ta' darba jew temporanji, sabiex tkun żgurata l-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv qabel l-iskadenza stipulata fir-rakkomandazzjoni."
(d)
għandu jiddaħħal il-paragrafu ▌ li ġej:" 4a. Qabel l-iskadenza ▌prevista fil-paragrafu 4, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar l-azzjoni meħuda b'reazzjoni għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7) TFUE. Ir-rapport għandu jinkludi l-miri ▌għan-nefqa u d-dħul tal-gvern u għall-miżuri diskrezzjonarji fin-naħa kemm tan-nefqa kif ukoll tad-dħul b'mod konsistenti mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(7) TFUE, kif ukoll l-informazzjoni dwar il-miżuri meħuda u n-natura ta' dawk previsti biex jintlaħqu l-miri. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat."
(e)
il-paragrafu 5 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:" 5. Jekk tkun ittieħdet azzjoni effettiva b'konformità mar-rakkomandazzjoni taħt l-Artikolu 126(7) tat-Trattat u wara l-adozzjoni ta' dik ir-rakkomandazzjoni jseħħu avvenimenti ekonomiċi negattivi b'konsegwenzi maġġuri żvantaġġużi għall-finanzi tal-gvern, il-Kunsill jista' jiddeċiedi, fuq rakkomandazzjoni mingħand il-Kummissjoni, li jadotta rakkomandazzjoni riveduta skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat. Ir-rakkomandazzjoni riveduta, li tqis il-fatturi rilevanti msemmija fl-Artikolu 2(3) ta' dan ir-Regolament, bħala regola, tista' testendi notevolment l-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv b'sena, Il-Kunsill għandu jivvaluta l-eżistenza ta' avvenimenti ekonomiċi negattivi imprevisti b'konsegwenzi maġġuri żvantaġġużi għall-finanzi tal-gvern, kontra t-tbassir ekonomiku fir-rakkomandazzjoni tiegħu. Fil-każ ta' tnaqqis gravi fir-ritmu ekonomiku għaż-żona tal-euro jew l-UE kollha, il-Kunsill jista' wkoll jiddeċiedi, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, li jadotta rakkomandazzjoni riveduta skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat bil-kundizzjoni li dan ma jipperikolax is-sostenibbiltà fiskali għall-perijodu medju."
4. L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
(a)
il-paragrafu 1 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:" 1.Kull deċiżjoni tal-Kunsill li jagħmel pubbliċi r-rakkomandazzjonijiet tiegħu, fejn ikun stabbilit li ma ttieħdet l-ebda azzjoni effettiva skont l-Artikolu 126(8) TFUE, għandha tittieħed immedjatament wara li jiskadi l-limitu ta' żmien iffissat skont l-Artikolu 3(4) ta' dan ir-Regolament."
(b) ▌il-paragrafu 2 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:"
2. Il-Kunsill, meta jqis jekk itteħditx azzjoni effettiva b'reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu magħmula b'konformità mal-Artikolu 126(7) TFUE, għandu jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq ir-rapport ippreżentat mill-Istat Membru kkonċernat b'konformità mal-Artikolu 3(4a) ta' dan ir-Regolament u l-implimentazzjoni tiegħu kif ukoll fuq kwalunkwe deċiżjoni oħra mħabbra pubblikament mill-Gvern tal-Istat Membru kkonċernat.
Meta l-Kunsill jistabbilixxi, f'konformità mal-Artikolu 126(8) TFUE, li l-Istat Membru kkonċernat ikun naqas milli jieħu azzjoni effettiva, huwa għandu jirrapporta lill-Kunsill Ewropew f'dan is-sens.‘.
"
5. L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
(a)
il-paragrafu 1 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:" 1. Kwalunkwe deċiżjoni tal-Kunsill li jingħata avviż lill-Istat Membru parteċipanti kkonċernat biex iwettaq miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit b'konformità mal-Artikolu 126(9) tat-Trattat għandha tittieħed fi żmien xahrejn mid-deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi li ma ttieħdet l-ebda azzjoni effettiva b'konformità mal-Artikolu 126(8). Fl-avviż, il-Kunsill għandu jitlob li l-Istat Membru jilħaq miri baġitarji annwali li, fuq il-bażi tat-tbassir li huwa l-bażi tal-avviż, huma konsistenti ma' titjib annwali minimu ta' mill-inqas 0,5 % tal-PDG bħala punt ta' referenza, fil-bilanċ nett tiegħu aġġustat ċiklikament minn miżuri ta' darba jew temporanji, sabiex tkun żgurata l-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv qabel l-iskadenza stipulata fl-avviż. Il-Kunsill għandu wkoll jindika miżuri li jwasslu għall-kisba ta' dawn il-miri."
(b)
jiddaħħal il-paragrafu ▌ li ġej:" 1a. B'segwitu għall-avviż tal-Kunsill mogħti f'konformità mal-Artikolu 126(9) TFUE, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar l-azzjoni meħuda b'reazzjoni għall-avviż tal-Kunsill. Ir-rapport għandu jinkludi l-miri għan-nefqa u d-dħul tal-gvern u għal miżuri diskrezzjonarji fin-naħa tan-nefqa kif ukoll tad-dħul kif ukoll l-informazzjoni dwar il-miżuri meħuda b'reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi tal-Kunsill sabiex il-Kunsill ikun jista' jieħu, jekk ikun meħtieġ, id-deċiżjoni f'konformità mal-Artikolu 6 (2) ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat."
(c)
il-paragrafu 2 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:" 2. Jekk azzjoni effettiva tkun ittieħdet b'konformità mal-avviż skont l-Artikolu 126(9) tat-Trattat u wara l-adozzjoni ta' dak l-avviż iseħħu avvenimenti ekonomiċi negattivi b'konsegwenzi maġġuri żvantaġġużi għall-finanzi tal-gvern, il-Kunsill jista' jiddeċiedi, fuq rakkomandazzjoni mingħand il-Kummissjoni, li jadotta avviż rivedut skont l-Artikolu 126(9) tat-Trattat. L-avviż rivedut, li jqis il-fatturi rilevanti msemmija fl-Artikolu 2(3) ta' dan ir-Regolament, bħala regola, jista' jestendi notevolment l-iskadenza għall-korrezzjoni tal-iżbilanċ eċċessiv b'sena. Il-Kunsill jista' jivvaluta l-eżistenza ta' avvenimenti ekonomiċi negattivi b'konsegwenzi maġġuri żvantaġġużi għall-finanzi tal-gvern kontra t-tbassir ekonomiku fl-avviż tiegħu. Fil-każ ta' tnaqqis gravi fir-ritmu ekonomiku għaż-żona tal-euro jew l-UE kollha, il-Kunsill jista' wkoll jiddeċiedi, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, li jadotta avviż rivedut skont l-Artikolu 126(9) tat-Trattat bil-kundizzjoni li dan ma jipperikolax is-sostenibbiltà fiskali għall-perijodu medju.‘"
6. L-Artikolu 6 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:"
‘Artikolu 6
1. Meta jqis jekk ittieħditx azzjoni effettiva b'reazzjoni għall-avviż tiegħu magħmul b'konformità mal-Artikolu 126(9) TFUE, il-Kunsill, għandu jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq ir-rapport imressaq mill-Istat Membru kkonċernat b'konformità mal-Artikolu 5(1a) ta' dan ir-Regolament u l-implimentazzjoni tiegħu kif ukoll fuq kwalunkwe deċiżjoni oħra mħabbra pubblikament mill-Gvern tal-Istat Membru kkonċernat. Ir-riżultati tal-missjoni ta' sorveljanza magħmula mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10a għandhom jiġu kkunsidrati.
2. Meta l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 126(11) TFUE jiġu ssodisfatti, il-Kunsill għandu jimponi sanzjonijiet b'konformità mal-Artikolu 126(11) TFUE. Kwalunkwe deċiżjoni bħal din għandha tittieħed mhux aktar tard minn erba' xhur wara d-deċiżjoni tal-Kunsill li jagħti avviż lill-Istat Membru parteċipanti kkonċernat biex jieħu l-miżuri skont l-Artikolu 126(9) TFUE.
"
7. ▌L-Artikolu 7 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:"
Artikolu 7
'Jekk Stat Membru parteċipant ma jikkonformax mad-deċiżjonijiet suċċessivi tal-Kunsill skont it-termini tal-Artikoli 126(7) u (9) TFUE, id-deċiżjoni tal-Kunsill li jimponi sanzjonijiet, skont it-termini tal-Artikolu 126(11) TFUE, għandha tittieħed bħala regola fi żmien sittax-il xahar mid-dati ta' rapportaġġ stabbiliti fl-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 479/2009. F'każ fejn jiġu applikati l-Artikoli 3(5) jew 5(2) ta' dan ir-Regolament, l-iskadenza ta' 16-il xahar għandha tiġi emendata f'dan is-sens. Għandha tiġi wżata proċedura ta' malajr xierqa fil-każ ta' żbilanċ ippjanat deliberatament li l-Kunsill jiddeċiedi li hu eċċessiv.‘.
8. L-Artikolu 8 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:
‘Artikolu 8
Kwalunkwe deċiżjoni tal-Kunsill biex jintensifika s-sanzjonijiet, b'konformità mal-Artikolu 126(11) tat-Trattat, għandha tittieħed mhux aktar tard minn xahrejn wara d-dati tar-rappurtar skont ir-Regolament (KE) Nru 479/2009. Kwalunkwe deċiżjoni tal-Kunsill biex tneħħi wħud mid-deċiżjonijiet tiegħu jew id-deċiżjonijiet tiegħu kollha skont l-Artikolu 126(12) tat-Trattat għandha tittieħed malajr kemm jista' jkun u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn xahrejn wara d-dati tar-rappurtar skont ir-Regolament (KE) Nru 479/2009.
"
9. fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 9, ir-referenza għall-“Artikolu 6” hija sostitwita bir-referenza għall-Artikolu 6(2)“.”.
10. L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
(a)
il-frażi introduttorja tal-paragrafu 1 għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:" 1. Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jissorveljaw b'mod regolari l-implimentazzjoni tal-azzjoni meħuda."
1.Il-Kummissjoni għandha żżomm djalogu permanenti mal-awtoritajiet tal-Istati Membri skont l-objettivi ta' dan ir-Regolament. Għal dan l-iskop, Il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari, tagħmel missjonijiet ta' valutazzjoni dwar is-sitwazzjoni ekonomika attwali fl-Istat Membri u l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe riskji jew diffikultajiet ta' konformità mal-objettivi ta' dan ir-Regolament.
2.Sorveljanza msaħħa tista' ssir għal Stati Membri li huma soġġetti għal rakkomandazzjonijiet u avviżi b'segwitu għal deċiżjoni skont l-Artikolu 126(8) u deċiżjonijiet skont l-Artikolu 126(11) TFUE għall-iskopijiet ta' moniteraġġ in situ. L-Istati Membri konċernati għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja għall-preparazzjoni u t-tmexxija tal-missjoni.
3.Meta l-Istat Membru konċernat ikun Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro, jew li jipparteċipa fl-ERM II, il-Kummissjoni tista' tistieden rappreżentanti tal-Bank Ċentrali Ewropew, jekk tqis dan xieraq, biex jieħdu sehem fiż-żjarat ta' djalogu u ta' sorveljanza.
4.Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar ir-riżultat tal-missjoni li jirreferi għaliha t-tieni paragarafu u jekk ikun xieraq tista' tiddeċiedi li tagħmel ir-riżultati tagħha disponibbli għall-pubbliku.
5.Meta torganizza żjarat ta' sorveljanza li jirreferi għalihom it-tieni paragrafu, il-Kummissjoni għandha tittrażmetti r-riżultati proviżorji tagħha lill-Istati Membri konċernati għall-kummenti tagħhom.
"
11. L-Artikolu 11 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:"
‘Artikolu 11
Kull meta l-Kunsill jiddeċiedi li japplika s-sanzjonijiet għal Stat Membru parteċipanti skont l-Artikolu 126(11) TFUE, bħala regola, għandha tkun meħtieġa multa. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li jissupplimenta din il-multa bil-miżuri l-oħrajn previsti fl-Artikolu 126(11) TFUE.
"
12. L-Artikolu 12 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:"
Artikolu 12
1. L-ammont tal-multa għandu jinkludi komponent fiss ugwali għal 0.2 % tal-PDG, u komponent li jvarja. Il-komponent varjabbli għandu jammonta għal wieħed minn għaxra tad-differenza bejn id-defiċit bħala perċentwal tal-PDG fis-sena preċedenti u, jew il-valur ta' referenza għad-defiċit tal-gvern, jew, jekk in-nuqqas ta' konformità mad-dixxiplina baġitarja tinkludi l-kriterju tad-dejn, il-bilanċ ġenerali tal-amministrazzjoni pubblika bħala perċentwal tal-PDG li kellu jinkiseb fl-istess sena skont l-avviż maħruġ skont l-Artikolu 126(9) tat-Trattat.
2. Kull sena sussegwenti, sakemm titneħħa d-deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv, il-Kunsill għandu jivvaluta jekk l-Istat Membru parteċipanti kkonċernat ikunx ħa azzjoni effettiva b'reazzjoni għall-avviż tal-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 126(9) TFUE. F'din il-valutazzjoni annwali, il-Kunsill għandu jiddeċiedi, b'konformità mal-Artikolu 126(11) TFUE, li jintensifika s-sanzjonijiet, sakemm l-Istat Membru parteċipanti kkonċernat ma jkunx ikkonforma mal-avviż tal-Kunsill. Jekk tittieħed deċizjoni dwar multa addizzjonali, din għandha tkun ikkalkulata bl-istess mod bħal tal-komponent varjabbli tal-multa fil-paragrafu 1.
3. Kwalunkwe multa waħdanija msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex taqbeż il-limitu massimu ta' 0.5 % tal-PDG.
"
13. L-Artikolu 13 huwa rrevokat u r-referenzi għalih fl-Artikolu 15 huma ssostitwiti b'referenza għall-“Artikolu 12”.
14. L-Artikolu 16 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:"
Artikolu 16
Il-multi msemmijin fl-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament għandhom jikkostitwixxu dħul ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 311 tat-Trattat, u għandhom jiġu assenjati lill-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja. Hekk if jinħoloq mekkaniżmu ta' stabbiltà ieħor mill-Istati Membri li għandhom l-euro bħala munita, li jipprovdi assistenza finanzjarja sabiex tkun salvagwardjata l-istabbiltà taż-żona tal-euro kollha, il-multi għandhom jiġu assenjati lil dak il-mekkaniżmu tal-aħħar.
"
14a.Jiddaħħal l-artikolu li ġej:"
Artikolu 17a
1.Fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u kull hames snin wara, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Dak ir-rapport għandu jevalwa, inter alia:
(a)
l-effetività tar-regolament;
(b)
il-progress magħmula biex jiżgura koordinazzjoni eqreb tal-politki ekonomiċi u konverġenza sostnuta ta' rendimenti ekonomiċi tal-Istati Membri skont it-Trattat.
2.Fejn ikun xieraq, dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta għal emendi għal dan ir-Regolament.
3.Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
"
15. Ir-referenzi kollha għall-“Artikolu 104” huma sostitwiti fir-Regolament kollu b'referenzi għall-“Artikolu 126 TFUE”.
16. Fil-punt 2 tal-Anness, ir-referenzi fil-Kolonna I għall-“Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93” huma ssostitwiti b'referenzi għall-“Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha
Emendi tal-Parlament Ewropew adottati fit-23 ta' Ġunju 2011 għal proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (COM(2010)0523 – C7-0397/2010 – 2010/0277(NLE))(1)
DIRETTIVA TAL-KUNSILL dwar ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 126(14) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew(3),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(4),
Billi:
(1) Hemm il-ħtieġa li nibnu fuq l-esperjenza miksuba matul l-ewwel għaxar snin ta' funzjonament tal-unjoni ekonomika u monetarja. L-iżviluppi ekonomiċi riċenti ħolqu sfidi ġodda għat-tmexxija tal-politika fiskali madwar l-Unjoni u b'mod partikolari enfasizzaw il-ħtieġa li tissaħħaħ is-sjieda nazzjonali u li jkun hemm rekwiżiti uniformi fir-rigward tar-regoli u l-proċeduri li jiffurmaw l-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri. B'mod partikolari huwa meħtieġ li jkun speċifikat x'iridu jagħmlu l-awtoritajiet nazzjonali biex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll (Nru 12) dwar il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv annessa mat-Trattati, u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu.
(2) Il-gvernijiet u s-sottosetturi tal-gvernijiet tal-Istati Membri jżommu sistemi ta' kontabilità pubblika li jinkludu elementi bħaż-żamma tal-kotba, il-kontroll intern, ir-rappurtar finanzjarju, u l-verifika. Għandha ssir distinzjoni bejn dawn u d-data tal-istatistika li għandha x'taqsam mar-riżultati tal-finanzi tal-gvern ibbażata fuq metodoloġiji tal-istatistika, u tbassir jew azzjonijiet ta' bbaġitjar li għandhom x'jaqsmu mal-finanzi futuri tal-gvern.
(3) Prattiċi tal-kontabilità pubblika sħaħ u affidabbli għas-setturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika huma prekundizzjoni għall-produzzjoni ta' statistika ta' kwalità għolja li tkun komparabbli fl-Istati Membri kollha. Il-kontroll intern għandu jiżgura li r-regoli eżistenti jiġu infurzati fis-settur kollu kemm hu tal-amministrazzjoni pubblika. L-awditjar indipendenti mwettaq minn istituzzjonijiet pubbliċi bħall-Qorti tal-Awdituri jew korpi privati ta' awditjar għandu jinkuraġġixxi l-aħjar prattiki internazzjonali.
(4) Id-disponibilità ta' data fiskali hija kruċjali għall-funzjonament kif jixraq tal-qafas ta' sorveljanza baġitarja tal-Unjoni. Disponibilità regolari ta' data fiskali f'waqtha u affidabbli hija ċ-ċavetta għal kontroll kif jixraq u f'waqtu, li mbagħad jippermetti azzjoni rapida fil-każ ta' żviluppi baġitarji mhux mistennija. Element kruċjali biex tkun żgurata l-kwalità tad-data fiskali hija t-trasparenza, li teħtieġ disponibilità pubblika regolari ta' data bħal din.
(5) Fir-rigward tal-istatistika, ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea(5) jistabbilixxi qafas leġiżlattiv għall-produzzjoni ta' statistika Ewropea fir-rigward tal-formulazzjoni, l-applikazzjoni, il-kontroll u l-valutazzjoni tal-politiki tal-Unjoni. Dak ir-Regolament stabbilixxa wkoll il-prinċipji li jirregolaw l-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea: l-indipendenza professjonali, l-imparzjalità, l-oġġettività, l-affidabilità, il-kunfidenzjalità tal-istatistika u l-effikaċja fl-infiq, u jagħti definizzjonijiet preċiżi ta' kull wieħed minn dawn il-prinċipji. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea(6), kif emendat, isaħħaħ is-setgħat tal-Kummissjoni biex tivverifika d-data tal-istatistika użata fil-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv.
(6) Id-definizzjonijiet ta' “gvern”, “defiċit” u “investiment” huma stabbiliti fil-Protokoll dwar il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv b'referenza għas-Sistema Ewropea tal-Kontijiet Ekonomiċi Integrati (ESA), sostitwita bis-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (adottata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta' Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità(7) u minn issa “l quddiem imsejħa ”ESA 95“).
(6a)Id-disponibilità u l-kwalità tad-data tal-ESA 95 huma kruċjali biex jiġi żgurat funzjonament tajjeb tal-qafas ta' sorveljanza fiskali tal-UE. L-ESA 95 toqgħod fuq informazzjoni provduta fuq bażi tad-dovuti. Madankollu, din l-istatistika fiskali bbażata fuq id-dovuti tiddependi mill-kompilazzjoni preċedenti ta' ċifri bbażati fuq il-ħlas, jew l-ekwivalenti tagħha. Dawn jista' jkollhom rwol rilevanti fit-tisħiħ ta' monitoraġġ baġitarju f'waqtu, sabiex jiġi evitat is-sejbien tard ta' żbalji baġitarji sinifikanti. Id-disponibilità ta' serje ta' żmien ta' ċifri bbażati fuq il-ħlas fir-rigward tal-iżviluppi baġitarji tista' tikxef tendenzi li jkun jistħoqqilhom sorveljanza aktar mill-qrib. Id-data fiskali bbażata fuq il-ħlas (jew ċifri ekwivalenti mill-kontabilità pubblika jekk id-data bbażata fuq il-ħlas ma tkunx disponibbli) li għandha tiġi ppubblikata għandha tinkludi mill-inqas bilanċ ġenerali, dħul totali u nfiq totali. F'każijiet ġustifikati, pereżempju fejn hemm numru kbir ta' korpi governattivi lokali, il-pubblikazzjoni fil-ħin ta' data tista' sserraħ fuq tekniki ta' stima adattati bbażati fuq kampjun ta' korpi, b'reviżjoni sussegwenti bl-użu ta' data sħiħa.
(7) Tbassir makroekonomiku u baġitarju ppreġudikat u mhux realistiku jista' jxekkel l-effikaċja tal-ippjanar fiskali b'mod konsiderevoli u konsegwentement jista' jxekkel l-impenn għal dixxiplina baġitarja, waqt li t-trasparenza u d-diskussjoni tal-metodoloġiji tat-tbassir jistgħu jżidu b'mod sinifikanti l-kwalità tat-tbassir makroekonomiku u baġitarju għall-ippjanar fiskali.
(8) Element kruċjali biex jiġi żgurat l-użu ta' tbassir realistiku għat-twettiq ta' politika baġitarja huwa t-trasparenza, li għandha tinvolvi d-disponibilità pubblika mhux biss tat-tbassir makroekonomiku u baġitarju uffiċjali mħejji għall-ippjanar fiskali, iżda wkoll tal-metodoloġiji, is-suppożizzjonijiet u l-parametri rilevanti li fuqhom huwa bbażat dan it-tbassir ▌.
(9) Analiżi tas-sensittività u projezzjonijiet baġitarji korrispondenti li jissupplimentaw ix-xenarju makrofiskali l-aktar probabbli jippermettu l-analiżi ta' kif il-varjabbli fiskali ewlenin jistgħu jevolvu taħt suppożizzjonijiet ta' rati ta' tkabbir u ta' imgħax differenti u b'hekk inaqqsu ħafna r-riskju li d-dixxiplina baġitarja tkun ipperikolata minn żbalji fit-tbassir.
(10) It-tbassir tal-Kummissjoni u l-informazzjoni rigward il-mudelli li fuqhom ikunu bbażati jistgħu jipprovdu lill-Istati Membri b'punt ta' referenza utli għax-xenarju makrofiskali l-aktar probabbli, filwaqt li jsaħħu l-validità tat-tbassir użat għall-ippjanar baġitarju, għalkemm il-livell safejn l-Istati Membri jistgħu jkunu mistennija jqabblu t-tbassir użat għall-ippjanar baġitarju mat-tbassir tal-Kummissjoni, ser ivarja skont iż-żmien tat-tħejjija tat-tbassir u l-komparabilità tal-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet tat-tbassir. It-tbassir minn korpi indipendenti oħra wkoll jista' jipprovdi punti ta' referenza utli.
(10a)Differenzi sinifikanti bejn ix-xenarju makrofiskali magħżul u t-tbassir tal-Kummissjoni għandhom jiġu deskritti b'motivazzjoni, b'mod partikolari jekk il-livell jew it-tkabbir tal-fatturi varjabbli fis-suppożizzjonijiet esterni jitbiegħed b'mod sinifikanti mill-valuri miżmuma fit-tbassir tal-Kummissjoni.
(10b)Meta titqies l-interdipendenza bejn il-baġits tal-Istati Membri u l-baġit tal-Unjoni, biex l-Istati Membri jiġu appoġġati fit-tħejjija tat-tbassir baġitarju tagħhom, il-Kummissjoni għandha tipprovdi tbassir għall-infiq tal-UE bbażat fuq il-livell ta' nfiq ipprogrammat fil-qafas finanzjarju multiannwali.
(10c)Biex tiġi ffaċilitata l-produzzjoni tat-tbassir użat għall-ippjanar baġitarju u jiġu ċċarati d-differenzi bejn it-tbassir tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri, kull sena kull Stat Membru għandu jkollu l-opportunità li jiddiskuti mal-Kummissjoni s-suppożizzjonijiet li fuqhom tkun ibbażata t-tħejjija tat-tbassir makroekonomiku u baġitarju.
(11) Il-kwalità tat-tbassir makroekonomiku u baġitarju uffiċjali tissaħħaħ b'mod sinifikanti b'evalwazzjoni regolari, mhux ippreġudikata u komprensiva bbażata fuq kriterji oġġettivi. Verifika bir-reqqa tinkludi skrutinju tas-suppożizzjonijiet ekonomiċi, tqabbil mat-tbassir imħejji minn istituzzjonijiet oħra u evalwazzjoni tal-prestazzjoni tat-tbassir fil-passat.
(12) B'kont meħud tal-effettività ddokumentata ta' oqfsa baġitarji bbażati fuq ir-regoli tal-Istati Membri fit-tisħiħ tas-sjieda nazzjonali tar-regoli fiskali tal-UE u fil-promozzjoni tad-dixxiplina baġitarja, regoli fiskali numeriċi sodi speċifiċi għall-pajjiż li huma konsistenti mal-objettivi baġitarji fil-livell tal-Unjoni għandhom ikunu l-pedament tal-qafas imsaħħaħ ta' sorveljanza baġitarja tal-Unjoni. Regoli fiskali numeriċi sodi għandhom ikunu mgħammra b'definizzjonijiet speċifikati sew tal-miri flimkien ma' mekkaniżmi għal monitoraġġ effettiv u f'waqtu. Dan għandu jkun ibbażat fuq analiżi affidabbli u indipendenti mwettqa minn korpi indipendenti jew korpi li għandhom awtonomija funzjonali vis-à-vis l-awtoritajiet fiskali tal-Istati Membri. Barra minn hekk, l-esperjenza tal-politika wriet li biex ir-regoli fiskali numeriċi jaħdmu b'mod effettiv, għandu jkun hemm konsegwenzi marbutin man-nuqqas ta' konformità, fejn l-ispejjeż involuti jistgħu jkunu sempliċiment reputazzjonali.
(12a)B'kont meħud li skont il-Protokoll Nru 15 dwar ċerti dispożizzjonijiet li jirrigwardaw ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq, il-valuri referenzjali msemmija fil-Protokoll Nru 12 dwar il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv mhumiex direttament vinkolanti għar-Renju Unit, u l-obbligu li jkun hemm regoli fiskali numeriċi li jippromwovu b'mod effettiv konformità mal-valuri referenzjali speċifiċi għall-iżbilanċ eċċessiv, u l-obbligu relatat li l-objettivi multiannwali f'oqfsa baġitarji għal perjodu medju jkunu konsistenti ma' dawn ir-regoli, ma għandhomx japplikaw għar-Renju Unit.
(13) L-Istati Membri għandhom jevitaw politiki fiskali proċikliċi u l-isforzi ta' konsolidazzjoni fiskali għandhom ikunu akbar fi żminijiet tajba. Regoli fiskali numeriċi speċifikati tajjeb għandhom iwasslu għal dawn l-objettivi u għandhom ikunu riflessi fil-leġiżlazzjoni baġitarja annwali tal-Istati Membri.
(14) L-ippjanar fiskali nazzjonali jista' jkun konsistenti kemm mal-parti preventiva kif ukoll mal-parti korrettiva tal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir biss jekk jadotta perspettiva multiannwali u jsegwi b'mod partikolari l-kisba tal-objettivi baġitarji għal perjodu ta' żmien medju. Oqfsa baġitarji għal perjodu ta' żmien medju huma strettament strumentali biex ikun żgurat li l-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri huma konsistenti mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Fl-ispirtu tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika(8) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv(9), il-parti preventiva u l-parti korrettiva tal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir ma għandhomx jitqiesu f'iżolament.
(15) Għalkemm l-approvazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-baġit annwali hija pass ewlieni fil-proċess tal-baġit fejn id-deċiżjonijiet baġitarji importanti huma adottati fl-Istati Membri, il-maġġoranza tal-miżuri fiskali għandhom implikazzjonijiet baġitarji li jmorru lil hinn sewwa miċ-ċiklu baġitarju annwali. Perspettiva ta' sena waħda għaldaqstant tipprovdi bażi dgħajfa għall-politiki baġitarji sodi. Sabiex tkun inkorporata l-perspettiva baġitarja multiannwali tal-qafas ta' sorveljanza baġitarja tal-Unjoni, l-ippjanar tal-leġiżlazzjoni tal-baġit annwali għandu jkun ibbażat fuq ippjanar fiskali multiannwali li jitnissel mill-qafas baġitarju għal perjodu ta' żmien medju.
(15a)Dan il-qafas baġitarju għal perjodu medju għandu jkun fih, fost oħrajn, projezzjonijiet ta' kull partita ta' nfiq u dħul maġġuri għas-sena tal-baġit u lil hinn minnha abbażi ta' politiki mingħajr tibdil. Kull Stat Membru għandu jkun kapaċi jiddefinixxi b'mod adatt politiki mingħajr tibdil u d-definizzjoni għandha tkun pubblika flimkien mas-suppożizzjonijiet, il-metodoloġiji u l-parametri rilevanti involuti.
(15b)Din id-Direttiva ma għandhiex tipprojbixxi gvern ġdid ta' Stat Membru milli jaġġorna l-qafas baġitarju għal perjodu medju ta' żmien tiegħu biex jirrifletti l-prijoritajiet politiċi ġodda tiegħu sakemm l-Istat Membru jenfasizza d-differenzi mill-qafas baġitarju għal perjodu medju.
(16) Id-dispożizzjonijiet tal-qafas ta' sorveljanza baġitarja stabbiliti mit-Trattat u b'mod partikolari l-Patt ta' Stabilità u Tkabbir japplikaw għall-amministrazzjoni pubblika fl-intier tagħha, li tinkludi s-sottosetturi tal-gvern ċentrali, il-gvern statali, il-gvern lokali, u l-fondi tas-sigurtà soċjali, kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 2223/96.
(17) Għadd sinifikanti ta' Stati Membri ġarrbu diċentralizzazzjoni fiskali mdaqqsa bid-divoluzzjoni tas-setgħat baġitarji lil gvernijiet subnazzjonali. L-irwol ta' tali gvernijiet subnazzjonali biex jiżguraw il-konformità mal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir b'hekk żdied b'mod konsiderevoli, u għandha tingħata attenzjoni partikolari biex ikun żgurat li s-sottosetturi tal-amministrazzjoni pubblika kollha jkunu koperti kif jixraq mill-firxa tal-obbligi u l-proċeduri stabbiliti fl-oqfsa baġitarji nazzjonali, speċifikament, iżda mhux esklussivament, f'tali Stati Membri aktar iddeċentralizzati.
(18) Biex ikunu effettivi fil-promozzjoni tad-dixxiplina baġitarja u s-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi, l-oqfsa baġitarji għandhom ikopru l-finanzi pubbliċi b'mod komprensiv. Għal din ir-raġuni, operazzjonijiet ta' korpi ta' amministrazzjoni pubblika u fondi ġenerali li ma jiffurmawx parti mill-baġits regolari fil-livell sottosettorjali li għandhom impatt immedjat jew għal perjodu medju fuq il-pożizzjonijiet baġitarji tal-Istati Membri għandhom jingħataw attenzjoni partikolari. L-impatt ikkombinat tagħhom fuq il-bilanċi u d-dejn tal-amministrazzjoni pubblika għandu jiġi ppreżentat fil-qafas tal-proċessi baġitarji annwali u l-pjanijiet baġitarji fuq perjodu medju.
(18a)Bl-istess mod, l-eżistenza ta' obbligi kontinġenti jixirqilha attenzjoni xierqa. B'mod aktar speċifiku, l-obbligi kontinġenti jkopru obbligi possibbli li jiddependu minn xi avveniment futur inċert li jista' jseħħ, jew obbliġi preżenti fejn x'aktarx il-ħlas ma jsirx jew l-ammont ma jkunx jista' jitkejjel b'mod affidabbli. Huma jkopru pereżempju informazzjoni rilevanti dwar garanziji tal-gvern, is-self inadempjenti, u l-obbligi li jiġu mill-operat ta' korporazzjonijiet pubbliċi, inkluż, fejn adatt, il-probabilità u d-data dovuta potenzjali tal-infiq ta' obbligi kontinġenti. Is-sensittivitajiet tas-suq għandhom jitqiesu kif adatt.
(18b)Il-Kummissjoni għandha tissorvelja regolarment l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Għandhom jiġu identifikati u kondiviżi l-aħjar prattiki rigward id-dispożizzjonijiet tal-ħames kapitoli li jittrattaw l-aspetti differenti tal-oqfsa baġitarji nazzjonali.
(18c)Bi qbil mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet(10), l-Istati Membri huma inkoraġġiti jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Unjoni, it-tabelli tagħhom stess li juru, kemm jista' jkun, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni, u li jippubblikawhom.
(19) Minħabba li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-konformità b'mod uniformi mad-dixxiplina baġitarja kif meħtieġa mit-Trattat, ma tistax tinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri u tista' tinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv.
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
Suġġett u definizzjonijiet
Artikolu 1
Is-Suġġett
Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dettaljati rigward il-karatteristiċi tal-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri li huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi tal-Istati Membri skont it-Trattat fir-rigward tal-evitar ta' defiċits pubbliċi eċċessivi.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta' “gvern”, “defiċit” u “investiment” stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll (Nru 12) dwar il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv anness mat-Trattati. Id-definizzjoni tas-sottosetturi ta' amministrazzjoni pubblika stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 2223/96 (ESA 95) għandha tapplika.
Barra minn hekk, għandha tapplika d-definizzjoni li ġejja:
“qafas baġitarju” tfisser is-sett ta' arranġamenti, proċeduri, regoli u istituzzjonijiet li huma l-bażi għat-twettiq tal-politiki baġitarji tal-amministrazzjoni pubblika, b'mod partikolari:
(a)
is-sistemi ta' kontabilità baġitarja u r-rapportar tal-istatistika;
(b)
ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw it-tħejjija tat-tbassir għall-ippjanar baġitarju;
(c)
ir-regoli fiskali numeriċi speċifiċi għall-pajjiż, li jikkontribwixxu għall-konsistenza tat-twettiq tal-politika fiskali mill-Istati Membri mal-obbligi rispettivi tagħhom skont it-Trattat imfissra f'termini ta' indikatur sommarju tal-prestazzjoni baġitarja, bħad-defiċit, is-self, id-dejn tal-baġit tal-gvern, jew komponent maġġuri tiegħu;
(d)
il-proċeduri baġitarji li jinkludu regoli proċedurali li jirfdu l-proċess tal-baġit fl-istadji kollha;
(e)
l-oqfsa baġitarji għal perjodu medju bħala sett speċifiku ta' proċeduri baġitarji nazzjonali li jestendu l-perjodu għat-tfassil tal-politika fiskali lil hinn mill-kalendarju baġitarju annwali, inkluż l-istabbiliment tal-prijoritajiet ta' politika u tal-objettivi baġitarji għal perjodu medju;
(f)
l-arranġamenti għal monitoraġġ u analiżi indipendenti għat-tisħiħ tat-trasparenza ta' elementi tal-proċess tal-baġit ▌;
(g)
mekkaniżmi u regoli li jirregolaw ir-relazzjonijiet fiskali bejn l-awtoritajiet pubbliċi fis-sottosetturi tal-amministrazzjoni pubblika.
KAPITOLU II
Kontijiet u statistika
Artikolu 3
1. Fir-rigward tas-sistemi nazzjonali tal-kontabilità pubblika, l-Istati Membri għandu jkollhom stabbiliti sistemi ta' kontabilità pubblika li komprensivament u konsistentement ikopru s-sottosetturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika ▌u jkun fihom l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi ġġenerata data bbażata fuq id-dovuti bl-għan li titħejja data bbażata fuq l-ESA 95. Dawk is-sistemi ta' kontabilità pubblika għandhom ikunu soġġetti għal kontroll intern u verifika indipendenti.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw disponibilità pubblika f'waqtha u regolari tad-data fiskali għas-sottosetturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 2223/96 (ESA 95). B'mod partikolari l-Istati Membri għandhom jippubblikaw:
(a)
data fiskali bbażata fuq flus kontanti (jew iċ-ċifra ekwivalenti mill-kontabilità pubblika jekk data bbażata fuq flus kontanti ma tkunx disponibbli) bil-frekwenza li ġejja:
–
▌kull xahar għall-gvern ċentrali, għall-gvern statali u għas-sottosetturi tas-sigurtà soċjali, qabel l-aħħar tax-xahar ta' wara, u
–
kull tliet xhur, għas-sottosettur tal-gvern lokali, qabel l-aħħar tal-perjodu ta' tliet xhur ta' wara;
(b)
tabella ta' rikonċiljazzjoni dettaljata li turi l-metodoloġija tat-transizzjoni bejn data bbażata fuq flus kontanti (jew iċ-ċifri ekwivalenti mill-kontabilità pubblika jekk data bbażata fuq flus kontanti ma tkunx disponibbli) u data bbażata fuq l-ESA 95.
KAPITOLU III
Tbassir
Artikolu 4
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ippjanar fiskali huwa bbażat fuq tbassir makroekonomiku u baġitarju realistiku permezz tal-aktar informazzjoni aġġornata. L-ippjanar baġitarju għandu jkun ibbażat fuq ix-xenarju makrofiskali l-aktar probabbli jew fuq xenarju aktar prudenti ▌. It-tbassir makroekonomiku u baġitarju għandu jitqabbel mat-tbassir l-aktar aġġornat tal-Kummissjoni u, jekk ikun xieraq, ma' dak ta' korpi indipendenti oħra. Differenzi sinifikanti bejn ix-xenarju makrofiskali magħżul u t-tbassir tal-Kummissjoni għandhom jiġu deskritti b'motivazzjoni, b'mod partikolari jekk il-livell jew it-tkabbir tal-fatturi varjabbli fis-suppożizzjonijiet esterni jitbiegħed b'mod sinifikanti mill-valuri miżmuma fit-tbassir tal-Kummissjoni.
1a.Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-metodoloġiji, is-suppożizzjonijiet u l-parametri rilevanti li fuqhom ikun ibbażat it-tbassir makroekonomiku u baġitarju tagħha.
1b.Biex l-Istati Membri jiġu appoġġati fit-tħejjija tat-tbassir baġitarju tagħhom, il-Kummissjoni għandha tipprovdi tbassir għall-infiq tal-UE bbażat fuq il-livell ta' nfiq ipprogrammat fil-qafas finanzjarju multiannwali.
2. Fil-qafas ta' analiżi tas-sensittività, it-tbassir makroekonomiku u baġitarju għandu jeżamina t-tendenzi ta' fatturi fiskali varjabbli prinċipali taħt suppożizzjonijiet differenti ta' rati ta' tkabbir u ta' interessi. Il-firxa ta' suppożizzjonijiet alternattivi użati fit-tbassir makroekonomiku u baġitarju għandha tkun iggwidata mill-prestazzjoni tat-tbassir tal-passat u għandha tagħmel ħilitha biex tqis ix-xenarji rilevanti tar-riskju.
3. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw liema istituzzjoni hija responsabbli għall-produzzjoni tat-tbassir makroekonomiku u baġitarju u għandhom jippubblikaw it-tbassir makroekonomiku u baġitarju uffiċjali mħejji għall-ippjanar fiskali, inklużi l-metodoloġiji, is-suppożizzjonijiet u l-parametri rilevanti li jirfdu dak it-tbassir. Għall-inqas darba fis-sena l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandu jkollhom djalogu tekniku dwar is-suppożizzjonijiet li fuqhom tkun ibbażata t-tħejjija tat-tbassir makroekonomiku u baġitarju.
4. ▌It-tbassir makroekonomiku u baġitarju għall-ippjanar fiskali għandu jkun soġġett għal evalwazzjoni regolari, imparzjali u komprensiva bbażata fuq kriterji oġġettivi, inkluża evalwazzjoni ex post. Ir-riżultat ta' din l-evalwazzjoni għandu jiġi ppubblikat u jitqies kif jixraq fit-tbassir makroekonomiku u baġitarju futur. Jekk l-evalwazzjoni ssib preġudizzju sinifikanti li jaffettwa t-tbassir makroekonomiku tul perjodu ta' mill-inqas erba' snin konsekuttivi, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-azzjoni meħtieġa u jippubblikaha.
4a.Il-livelli ta' kull tliet xhur tad-dejn u tad-defiċit tal-Istati Membri għandhom jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni (Eurostat) kull tliet xhur.
KAPITOLU IV
Regoli fiskali numeriċi
Artikolu 5
L-Istati Membri għandu jkollhom stabbiliti regoli fiskali numeriċi speċifiċi għall-pajjiż li jippromwovu b'mod effettiv il-konformità tul qafas multiannwali tal-amministrazzjoni pubblika fl-intier tagħha mal-obbligi rispettivi tagħhom li joħorġu mit-Trattat fil-qasam tal-politika baġitarja. Regoli bħal dawn għandhom jippromwovu b'mod partikolari:
(a)
konformità mal-valuri ta' referenza dwar id-defiċit u d-dejn stabbiliti f'konformità mat-Trattat;
(b)
l-adozzjoni ta' perjodu ta' ppjanar fiskali multiannwali, li jinkludi l-ħarsien tal-objettivi baġitarji tal-Istati Membri għal perjodu ta' żmien medju.
Artikolu 6
1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-qafas ta' sorveljanza baġitarja tal-Unjoni, ir-regoli fiskali numeriċi speċifiċi għall-pajjiż għandhom jinkludu speċifikazzjonijiet dwar l-elementi li ġejjin:
(a)
id-definizzjoni tal-miri u l-firxa tar-regoli;
(b)
kontroll effettiv u f'waqtu rigward il-konformità mar-regoli bbażat fuq analiżi affidabbli u indipendenti mwettqa minn korpi indipendenti jew korpi li għandhom awtonomija funzjonali vis-à-vis l-awtoritajiet fiskali tal-Istati Membri.
(c)
il-konsegwenzi fil-każ ta' nuqqas ta' konformità;
2.Jekk ir-regoli fiskali numeriċi jkun fihom klawsoli ta' ħruġ, dawn għandhom jistabbilixxu numru limitat ta' ċirkostanzi speċifiċi konsistenti mal-obbligi tal-Istati Membri skont it-Trattat fil-qasam tal-politika baġitarja u proċeduri stretti għal meta huwa permess nuqqas ta' konformità temporanju mir-regola.
Artikolu 7
Il-leġiżlazzjoni tal-baġit annwali tal-Istati Membri għandha tirrifletti r-regoli fiskali numeriċi speċifiċi għall-pajjiż tagħhom li huma fis-seħħ.
Artikolu 7a
L-Artikoli 5 sa 7 ma għandhomx japplikaw għar-Renju Unit.
KAPITOLU V
Oqfsa baġitarji għal perjodu ta' żmien medju
Artikolu 8
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas baġitarju kredibbli, effettiv għal perjodu ta' żmien medju li jipprevedi l-adozzjoni ta' perjodu ta' ppjanar fiskali ta' mill-inqas tliet snin biex ikun żgurat li l-ippjanar fiskali nazzjonali jsegwi perspettiva ta' ppjanar fiskali multiannwali.
2. L-oqfsa baġitarji għal perjodu ta' żmien medju għandhom jinkludu proċeduri għall-istabbiliment tal-affarijiet li ġejjin:
(a)
objettivi baġitarji multiannwali komprensivi u trasparenti fir-rigward tad-defiċit, id-dejn u ta' kwalunkwe indikatur fiskali sommarju ieħor tal-amministarzzjoni pubblika bħall-infiq, biex jiġi żgurat li dawn ikunu konsistenti ma' kwalunkwe regola fiskali numerika kif previst fil-Kapitolu IV fis-seħħ;
(b)
projezzjonijiet għal kull partita ta' nfiq u dħul maġġuri ▌tal-amministrazzjoni pubblika b'aktar speċifikazzjonijiet dwar il-livell tal-gvern ċentrali u tas-sigurtà soċjali, għas-sena tal-baġit u lil hinn minnha, ibbażati fuq politiki mingħajr tibdil;
(c)
deskrizzjoni ta' politiki mbassra għall-perjodu medju b'impatt fuq il-finanzi tal-amministrazzjoni pubblika mqassma skont il-partita ta' dħul u nfiq maġġuri, ▌li turi kif jinkiseb l-aġġustament lejn l-objettivi baġitarji għal perjodu medju meta mqabbel mal-projezzjonijiet taħt il-politiki mingħajr tibdil;
(ca)
evalwazzjoni ta' kif fid-dawl tal-impatt dirett tagħhom fuq perjodu twil ta' żmien fuq il-finanzi tal-amministrazzjoni pubblika, il-politiki mbassra hawn fuq imsemmija x'aktarx li jaffettwaw is-sostenibilità fuq perjodu twil ta' żmien tal-finanzi pubbliċi.
3. Il-projezzjonijiet adottati fi ħdan l-oqfsa baġitarji għal perjodu ta' żmien medju għandhom ikunu bbażati fuq tbassir makroekonomiku u baġitarju realistiku f'konformità mal-Kapitolu III.
Artikolu 9
Il-leġiżlazzjoni tal-baġit annwali għandha tkun konsistenti mad-dispożizzjonijiet li jitnisslu mill-qafas baġitarju għal perjodu ta' żmien medju. B'mod speċifiku, il-projezzjonijiet u l-prijoritajiet ta' dħul u ħruġ li jirriżultaw mill-qafas baġitarju għal perjodu ta' żmien medju kif speċifikat fl-Artikolu 8(2) għandhom jikkostitwixxu l-bażi għat-tħejjija tal-baġit annwali. Kwalunkwe devjazzjoni minn dawn id-dispożizzjonijiet għandha tiġi spjegata kif jixraq.
Artikolu 9a
Din id-Direttiva ma għandhiex tipprojbixxi gvern ġdid ta' Stat Membru milli jaġġorna l-qafas baġitarju għal perjodu medju ta' żmien tiegħu biex jirrifletti l-prijoritajiet politiċi ġodda tiegħu sakemm l-Istat Membru jenfasizza d-differenzi mill-qafas baġitarju għal perjodu medju.
KAPITOLU VI
Trasparenza fil-finanzi tal-gvern ġenerali u l-firxa komprensiva tal-oqfsa baġitarji
Artikolu 10
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe miżura mwettqa għal konformità mal-Kapitoli II, III u IV tkun konsistenti fis-sottosetturi kollha, u komprensiva fil-kopertura tas-sottosetturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika. B'mod partikolari dan għandu jimplika konsistenza tar-regoli u l-proċeduri tal-kontabilità ▌u l-integrità tas-sistemi tal-ġbir u l-ipproċessar tad-data sottostanti tagħhom.
Artikolu 11
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi xierqa ta' koordinazzjoni fis-sottosetturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika biex jipprevedu kopertura komprensiva u konsistenti tas-sottosetturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika fl-ippjanar fiskali, fir-regoli fiskali numeriċi speċifiċi għall-pajjiż u fit-tħejjija tat-tbassir baġitarju u l-istabbiliment ta' ppjanar multiannwali kif stabbilit b'mod partikolari fil-qafas baġitarju multiannwali.
▌
2. Sabiex tiġi promossa r-responsabilità fiskali, għandhom jiġu stabbiliti b'mod ċar ir-responsabilitajiet baġitarji tal-awtoritajiet pubbliċi fis-sottosetturi differenti tal-amministrazzjoni pubblika.
Artikolu 13
1. Il-korpi kollha ta' amministrazzjoni pubblika u fondi li ma jiffurmawx parti mill-baġits regolari fil-livell sottosettur għandhom jiġu identifikati u ppreżentati, flimkien ma' informazzjoni rilevanti oħra, fil-qafas tal-proċessi baġitarji annwali. L-impatt ikkombinat tagħhom fuq il-bilanċi u d-dejn tal-amministrazzjoni pubblika għandhom jiġu ppreżentati fil-qafas tal-proċessi baġitarji annwali u l-pjanijiet baġitarji fuq perjodu medju.
2. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw informazzjoni dettaljata rigward l-impatt tal-infiq tat-taxxa fuq id-dħul.
3. Għas-sottosetturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw informazzjoni rilevanti dwar l-obbligi kontinġenti b'impatti potenzjalment kbar fuq il-baġits pubbliċi, inklużi l-garanziji governattivi, is-self inadempjenti u l-obbligi li jirriżultaw mill-operat ta' korporazzjonijiet pubbliċi, inkluż il-kobor tagħhom ▌. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ukoll informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika fil-kapital ta' korporazzjonijiet pubbliċi u privati għal ammonti ekonomikament sinifikanti.
KAPITOLU VII
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 14
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2013. Dawn għandhom jibagħtu minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni. Il-Kunsill jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex għalihom stess u fl-interessi tal-Unjoni, ifasslu t-tabelli ta' korrelazzjoni tagħhom stess li, kemm jista' jkun, juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' trażpożizzjoni u jippubblikawhom.
1a.Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport interim dwar il-progress fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ewlenin ta' din id-Direttiva abbażi tal-informazzjoni rilevanti mill-Istati Membri, li għandu jitressaq mhux aktar tard minn sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva.
1b. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkommunikaw it-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva lill-Kummissjoni.
Artikolu 14a
1.Ħames snin wara d-data tat-traspożizzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1), il-Kummissjoni għandha tippubblika rieżami tal-adegwatezza tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva.
2.Ir-rieżami għandu jevalwa, inter alia, l-adegwatezza:
(a)
tar-rekwiżiti tal-istatistika għas-sottosetturi kollha tal-gvern;
(b)
tad-disinn u l-effikaċja tar-regoli fiskali numeriċi fl-Istati Membri;
(c)
tal-livell ġenerali ta' trasparenza tal-finanzji pubbliċi fl-Istati Membri.
3.Il-Kummissjoni għandha twettaq, mhux iktar tard mill-aħħar tal-2012, evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fis-Settur Pubbliku għall-Istati Membri.
Artikolu 15
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 16
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistika tal-Komunità, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ĠU L 87, tal-31.03.2009, pġ. 164.
Emendi tal-Parlament Ewropew adottati fit-23 ta' Ġunju 2011 għal proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro (COM(2010)0524 – C7-0298/2010 – 2010/0278(COD))(1)
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 136, flimkien mal-Artikolu 121(6) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(3),
Wara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(4),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1) L-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom interess u responsabilità partikolari biex ikollhom politiki ekonomiċi li jippromwovu t-tħaddim proprju tal-unjoni ekonomika u monetarja u biex jiġu evitati politiki li jipperikolawha.
(2) It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jippermetti l-adozzjoni ta' miżuri speċifiċi fiż-żona tal-euro li jmorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet applikabbli għall-Istati Membri kollha, sabiex jiġi żgurat it-tħaddim sew tal-unjoni ekonomika u monetarja.
(2a)L-esperjenza miksuba u l-iżbalji li saru matul l-ewwel deċennju tal-funzjonament tal-unjoni ekonomika u monetarja juru l-ħtieġa ta' governanza ekonomika mtejba fl-Unjoni, li għandha tinbena fuq il-bażi ta' sjieda nazzjonali aktar b'saħħitha ta' regoli u politiki li jkun sar qbil dwarhom b'mod komuni u fuq il-bażi ta' qafas ta' sorveljanza aktar robust tal-politiki ekonomiki nazzjonali fil-livell tal-Unjoni.
(2b)Il-qafas imtejjeb ta' governanza ekonomika għandu jsejjes ruħu fuq bosta politiki interkonnessi għal tkabbir u impjiegi sostenibbli, li għandhom ikunu koerenti ma' xulxin, b'mod partikolari strateġija tal-Unjoni għal tkabbir u impjiegi, b'attenzjoni partikolari fuq l-iżvilupp u t-tisħiħ tas-suq intern, it-trawwim tal-kummerċ internazzjonali u l-kompetittività, qafas effikaċi biex jiġi evitat u korrett d-defiċit tal-gvern eċċessiv (il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir), qafas b'saħħtu biex jiġu evitati u korretti l-iżbilanċi makroekonomiċi, rekwiżiti minimi għall-oqfsa baġitarji nazzjonali, regolamentazzjoni u superviżjoni msaħħa tas-suq finanzjarju, inkluża s-superviżjoni makroprudenzjali mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku.
(2c)Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u l-qafas komplut tal-governanza ekonomika għandhom jikkumplementaw u jkunu kompatibbli ma' strateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi. L-interkonnessjonijiet bejn l-fergħat differnti m'għandhomx jipprovdu eżenzjonijiet mid-dispożizzjonijiet tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir.
(2d)It-tisħiħ tal-governanza ekonomika għandu jinkludi involviment eqreb u aktar f'waqtu tal-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali.
(2e)Il-kisba u s-sostenn ta' Suq Uniku dinamiku għandhom jitqiesu bħala element tal- funzjonament xieraq u mingħajr intoppi tal-unjoni ekonomika u monetarja.
(2f)Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol aktar b'saħħtu fil-proċeduri msaħħa ta' sorveljanza, l-aktar fir-rigward tal-valutazzjonijiet, il-monitoraġġ, il-missjonijiet in situ, ir-rakkomandazzjonijiet u t-twissijiet li huma speċifiċi għal kull Stat Membru.
(2g)Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol aktar b'saħħtu fil-proċedura msaħħa ta' sorveljanza fir-rigward tal-evalwazzjonijiet li huma speċifiċi għal kull Stat Membru, il-monitoraġġ, il-missjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u t-twissijiet. B'mod partikolari, ir-rwol tal-Kunsill għandu jkun limitat fir-rigward ta' deċiżjoni għal sanzjonijiet u għandha tintuża l-votazzjoni permezz tal-maġġoranza kwalifikata bil-maqlub fil-Kunsill.
(2h)Jista' jiġi stabbilit djalogu ekonomiku mal-Parlament Ewropew, liema djalogu jippermetti lill-Kummissjoni tagħmel l-analiżijiet tagħha pubbliċi u sabiex il-President tal-Kunsill, il-Kummissjoni u, fejn xieraq, il-President tal-Kunsill Ewropew jew il-Prsident tal-Ewrogrupp jiddiskutu. Didabbitu pubbliku bħal dan jista' jagħmel id-diskussjoni tal-affarijiet li jitħallew barra fid-deċiżjoni nazzjonali possibbli u jippermetti pressjoni tal-pari pubblika. Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' joffri l-opportunità lill-Istat Membru kkonċernat mid-deċiżjonijiet tal-Kunsill meħudin skont l-Artikoli 3, 4 u 5 ta' dan ir-Regolament li jipparteċipa fi skambju ta' opinjonijiet.
(3) Hemm bżonn ta' sanzjonijiet addizzjonali dwar l-infurzar iktar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro. Dawk is-sanzjonijiet għandhom isaħħu l-kredibilità tal-qafas ta' sorveljanza fiskali tal-Unjoni.
(4) Ir-regoli stabbiliti minn dan ir-Regolament għandhom jiżguraw mekkaniżmi ġusti, fil-ħin, gradwati u effettivi għall-konformità mal-partijiet preventivi u korrettivi tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, b'mod partikolari r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinament ta' politika ekonomika(5) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv(6), meta l-konformità mad-dixxiplina baġitarja tkun eżaminata fuq il-bażi tad-defiċit tal-gvern u l-kriterji tad-dejn tal-gvern.
(5) Is-sanzjonijiet għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro skont dan ir-Regolament fil-parti preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir għandhom jipprovdu inċentivi għall-aġġustament u ż-żamma tal-objettiv baġitarju għall-perijodu medju.
(5a)Sabiex tiġi evitata r-rappreżentanza ħażina, intenzjonalment jew minħabba negliġenza serja, tad-data dwar id-defiċit u d-dejn tal-gvern, li hija element essenzjali għall-koordinament tal-politika ekonomika fl-Unjoni Ewropea, għandha tiġi imposta multa fuq l-Istat Membru responsabbli minn tali rappreżentanza ħażina.
(6) Sabiex jiġu ssupplimentati r-regoli dwar il-kalkolu tal-multi kontra l-manipulazzjoni tal-istatistiki kif ukoll dwar il-proċedura li għandha ssegwi l-Kummissjoni għall-investigazzjoni ta' tali azzjonijiet, is-setgħa li jiġu adottati atti bi qbil mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi delegat lill-Kummissjoni fir-rigward ta' kriterji dettaljati għall-istabiliment tal-ammont tal-multa u għat-twettiq tal-investigazzjonijiet li għandha tagħmel il-Kummissjoni. Huwa ta' importanza partikulari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, waqt li tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
(7) Fil-parti preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, l-aġġustament u l-aderenza mal-objettiv baġitarju għall-perijodu medju għandhom jiġu żgurati permezz ta' obbligu li jsir depożitu li jħalli l-interessi impost temporanjament fuq Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro u li ma jkunx qed jagħmel biżżejjed progress fil-konsolidazzjoni baġitarja. Dan għandu jkun il-każ meta ▌Stat Membru, anki b'defiċit taħt it-3% tal-valur referenzjali tal-PDG, jiddevja b'mod sinifikanti mill-objettiv baġitarju għall-perijodu medju jew il-pjan tal-aġġustament adatt lejh u ma jirnexxilux jirranġa d-devjazzjoni.
(8) Id-depożitu li jħalli l-interessi impost għandu jiġi rilaxxat lill-Istat Membru kkonċernat flimkien mal-interessi li jkunu nġemgħu minnu ladarba l-Kunsill ikun sodisfatt li s-sitwazzjoni li twassal għall-obbligu biex isir id-depożitu tkun għaddiet.
(9) Fil-parti korrettiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, is-sanzjonijiet għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-forma ta' obbligu li jħallu depożitu li ma jħallix interessi marbut ma' deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv meta jkun diġà ġie impost id-depożitu li jħalli l-interessi fuq l-Istat Membru kkonċernat fil-parti preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir jew f'każijiet ta' nonkonformità partikolarment serja mal-obbligi tal-politika baġitarja legali stabbiliti fil-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, u l-obbligu li titħallas multa fil-każ ta' nonkonformità ma' Rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex jiġi rranġat id-defiċit eċċessiv tal-gvern. ▌
(9a)Sabiex jiġu evitati s-sanzjonijiet skont il-parti preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u t-Tkabbir previsti skont dan ir-Regolament, li għandhom jiġu applikati b'mod retroattiv, is-sanzjonijiet imsemmija għandhom, fi kwalunkwe każ, japplikaw biss fir-rigward tar-Rakkomandazzjonijiet rilevanti adottati mill-Kunsill taħt ir-raba' sottoparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97 wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Bl-istess mod, biex jiġu evitati s-sanzjonijiet skont il-parti korrettiva tal-patt ta' Stabbiltà u Tkabbir stabbiliti f'dan ir-Regolament li għandhom jiġu applikati b'mod retroattiv, il-miżuri msemmija għandhom fi kwalunkwe każ, japplikaw biss fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet rilevanti biex jiġi rranġat id-defiċit eċessiv tal-gvern adottat mill-Kunsill wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(10) Id-daqs tad-depożitu li jħalli l-interessi, tad-depożitu li ma jħallix interessi u tal-multa stipulati f'dan ir-Regolament għandu jkun stabbilit b'tali mod li tiġi żgurata gradwazzjoni ġusta tas-sanzjonijiet fil-partijiet preventivi u korrettivi tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u biex jingħataw inċentivi biżżejjed lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro biex jikkonformaw mal-qafas fiskali tal-Unjoni. Il-multa marbuta mal-Artikolu 126(11) tat-Trattat kif speċifikat fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1467/97(7) hija magħmula minn komponent fiss li huwa ta' 0.2% tal-PGD u komponent varjabbli. Għalhekk, il-gradwazzjoni u t-trattament ugwali bejn l-Istati Membri jkunu żgurati jekk id-depożitu li jħalli l-interessi, id-depożitu li ma jħallix interessi u l-multa speċifikata f'dan ir-Regolament jkunu ta' 0.2% tal-PGD, bid-daqs tal-komponent fiss tal-multa marbut mal-Artikolu 126(11) tat-Trattat.
(10a)Il-Kummissjoni għandha tkun tista' wkoll tirrakkomanda li jitnaqqas id-daqs ta' sanzjoni jew li tiġi kkanċellata għal raġunijiet ta' ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali.
(11) Għandu jkun hemm il-possibilità għall-Kunsill li jnaqqas jew iħassar is-sanzjonijiet imposti fuq l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni wara talba motivata mill-Istat Membru kkonċernat. Fil-parti korrettiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, il-Kummissjoni għandha wkoll tkun tista' tirrakkomanda li jitnaqqas id-daqs ta' sanzjoni jew li titħassar għal kollox fuq il-bażi ta' ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali.
(12) Id-depożitu li ma jħallix interessi għandu jiġi rilaxxat meta ssir il-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv filwaqt li l-imgħax fuq tali depożiti u l-multi miġbura għandhom jiġu assenjati għal mekkaniżmi ta' stabbiltà biex jipprovdu assistenza finanzjarja, li ġew maħluqa minn Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro sabiex tiġi salvagwardjata l-istabbiltà taż-żona tal-euro kollha.
(13) Is-setgħa biex jiġu adottati deċiżjonijiet individwali li jimplimentaw is-sanzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament għandha tingħata lill-Kunsill. Bħala parti mill-koordinament tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri li saru fi ħdan il-Kunsill kif speċifikat mill-Artikolu 121(1) tat-TFUE, dawn id-deċiżjonijiet individwali huma segwitu integrali għall-miżuri adottati mill-Kunsill skont l-Artikoli 121, 126 u 148 tat-TFUE u r-Regolamenti (KE) Nru 1466/97 u (KE) Nru 1467/97.
(14) Peress li dan ir-Regolament fih regoli ġenerali għall-infurzar effettiv tar-Regolamenti (KE) Nru 1466/97 u (KE) Nru 1467/97, huwa għandu jiġi adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja msemmija fl-Artikolu 121(6).
(15) Peress li l-għan li jinħoloq mekkaniżmu ta' sanzjoni uniformi ma jistax jintlaħaq suffiċjentement fil-livell tal-Istati Membri, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipji ta' sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan,
(15a)Bil-għan li tiżgura djalogu permanenti mal-Istati Membri li qed jimmiraw li jilħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tagħmel missjonijiet ta' sorveljanza.
(15b)Il-Kummissjoni għandha, f'intervalli regolari, tagħmel evalwazzjoni wiesgħa tas-sistema tal-governanza ekonomika u b'mod partikolari tal-effettività u l-adegwatezza tas-sanzjonijiet tagħha. Dawn l-evalwazzjonijiet għandhom jiġu kkumplementati minn proposti relevanti jekk ikun meħtieġ.
(15c)Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tqis is-sitwazzjoni ekonomika kurrenti tal-Istati Membri kkonċernati,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Kapitolu I
Suġġett
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema ta' sanzjonijiet għat-tisħiħ tal-infurzar tal-partijiet preventivi u korrettivi tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir fiż-żona tal-euro.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Kapitolu Ia
Djalogu ekonomiku
Artikolu 1a
Sabiex jitjieb id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u sabiex ikunu żgurati trasparenza u responsabilizzazzjoni akbar, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-President tal-Kunsill, il-Kummissojni u, fejn xieraq, il-President tal-Ewrogrupp biex jidhru quddiem il-kumitat biex jiddiskutu deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikoli 3, 4 u 5 ta' dan ir-Regolament.
Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' joffri l-opportunità lill-Istat Membru kkonċernat minn tali deċiżjonijiet li jipparteċipa fi skambju ta' opinjonijiet.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-fini ta' dan ir-Regolament:
(1)
“il-parti preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir” tfisser is-sistema ta' sorveljanza multilaterali kif organizzata skont ir-Regolament (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997;
(2)
“il-parti korrettiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir tfisser il-proċedura sabiex jiġi evitat id-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri kif regolata mill-Artikolu 126 tat-Trattat u r-Regolament (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997;
(3)
”ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali' tfisser ċirkostanzi fejn eċċess ta' defiċit tal-gvern “il fuq mill-valur ta' referenza huwa meqjus eċċezzjonali fl-ambitu tat-tifsira tat-tieni inċiż tal-Artikolu 126(2)(a) tat-Trattat u kif speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 1467/97.
Kapitolu II
Sanzjonijiet fil-parti preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir
Artikolu 3
Depożitu li jħalli l-interessi
1. Jekk il-Kunsill jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi li Stat Membru jkun naqas li jieħu azzjoni b'reazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 20 jum mill-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill, tirrakkomanda lill-Kunsill biex jimponi t-tqegħid ta' depożitu li jħalli l-interessi▌. Id-deċiżjoni għandha titqies li ġiet adottata mill-Kunsill sakemm dan ma jiddeċidix b'maġġoranza kwalifikata li jiċħad ir-rakkomandazzjoni fi żmien għaxart ijiem mill-adozzjoni tagħha mill-Kummissjoni. Il-Kunsill jista' jemenda r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.
2. Id-depożitu li jħalli l-interessi li jrid jiġi rakkomandat mill-Kummissjoni għandu jammonta għal 0.2% tal-prodott gross domestiku (PGD) tal-Istat Membru kkonċernat fis-sena preċedenti.
▌
4. B'deroga, ▌il-Kummissjoni tista“, wara talba motivata mill-Istat Membru kkonċernat indirizzata lill-Kummissjoni fi żmien 10t ijiem mill-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 1, tirrakkomanda li jitnaqqas l-ammont tad-depożitu li jħalli l-interessi jew li tikkanċellah.
4a.The deposit shall bear the interest rate reflecting the Commission credit risk and the relevant investment period.
5. Jekk is-sitwazzjoni li twassal għal rakkomandazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tibqax teżisti, il-Kunsill, fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi li d-depożitu u l-interessi li nġemgħu minnu jingħataw lura lill-Istat Membru kkonċernat. Il-Kunsill jista' jemenda r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.
Kapitolu III
Sanzjonijiet fil-parti korrettiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir
Artikolu 4
Depożitu li ma jħallix interessi
1. Jekk il-Kunsill jiddeċiedi skont l-Artikolu 126(6) tat-Trattat li jeżisti defiċit eċċessiv fi Stat Membru li għandu depożitu li jħalli l-interessi mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 3 (1), jew fejn nonkonformità partikolarment serja mal-obbligi tal-politika baġitarja legali stabbiliti fil-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, ġew identifikati, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 20 jum mill- adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill, tirrakkomanda lill-Kunsill biex jimponi t-tqegħid ta' depożitu li ma jħallix interessi▌. Id-deċiżjoni għandha titqies adottata mill-Kunsill sakemm ma jiddeċidix permezz ta' maġġoranza kwalifikata li jirrifjuta r-rakkomandazzjoni fi żmien 10t ijiem mill-adozzjoni tagħha min-naħa tal-Kummissjoni. Il-Kunsill jista' jemenda r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.
2. Id-depożitu li ma jħallix interessi li jrid jiġi rakkomandat mill-Kummissjoni għandu jammonta għal 0.2% tal-PGD tal-Istat Membru kkonċernat fis-sena preċedenti.
▌
4. B'deroga▌, il-Kummissjoni tista“, fuq bażi ta' ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali jew wara talba motivata mill-Istat Membru kkonċernat indirizzata lill-Kummissjoni fi żmien 10t ijiem mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(6) tat-Trattat, tirrakkomanda li jitnaqqas l-ammont tad-depożitu li ma jħallix interessi jew li tikkanċellah.
4a.Id-depożitu għandu jiġi depożitat għand il-Kummissjoni. Jekk l-Istat Membru għandu depożitu li jħalli l-interessi mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 3, id-depożitu li jħalli l-interessi għandu jiġi kkonvertit f'depożitu li ma jħallix interessi.
Jekk id-daqs tad-depożitu li jħalli l-interessi li sar preċedentement u tal-interessi li nġemgħu jeċċedu d-daqs tad-depożitu meħtieġ li ma jħallix interessi, l-ammont li jibqa' jiġi rritornat lill-Istat Membru.
Jekk id-daqs tad-depożitu li ma jħallix interessi jeċċedi d-daqs tad-depożitu li jħalli l-interessi li jkun sar preċedentement u l-interessi li nġemgħu minnu, l-Istat Membru għandu jħallas l-ammont li jifdal meta jagħmel id-depożitu li ma jħallix interessi.
Artikolu 5
Multa
1. Fi żmien 20 ġurnata mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(8) tat-TFUE li l-Istat Membru ma ħax azzjoni effettiva sabiex jikkoreġi d-defiċit eċċessiv tiegħu, il-Kummissjoni għandha tirrakkomanda lill-Kunsill li tiġi imposta multa. Id-deċiżjoni għandha titqies adottata mill-Kunsill sakemm ma jiddeċidix permezz ta' maġġoranza kwalifikata li jirrifjuta r-rakkomandazzjoni fi żmien 10t ijiem mill-adozzjoni tagħha min-naħa tal-Kummissjoni. Il-Kunsill jista' jemenda r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.
2. Il-multa li trid tiġi rakkomandata mill-Kummissjoni għandha tammonta għal 0.2% tal-PGD tal-Istat Membru kkonċernat fis-sena preċedenti.
▌
4. B'deroga▌, il-Kummissjoni tista“, fuq bażi ta' ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali jew wara talba motivata mill-Istat Membru kkonċernat indirizzata lill-Kummissjoni fi żmien 10t ijiem mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(8) tat-TFUE, tirrakkomanda li jitnaqqas l-ammont tal-multi jew li tikkanċellah.
4a.Jekk l-Istat Membru għandu depożitu li ma jħallix interessi mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 4, id-depożitu li ma jħallix interessi għandu jiġi kkonvertit fil-multa.
Jekk id-daqs tad-depożitu li ma jħallix interessi li sar preċedentement jeċċedi d-daqs tal-multa meħtieġa, l-ammont li jibqa' jiġi rritornat lill-Istat Membru.
Jekk id-daqs tal-multa meħtieġa jeċċedi d-daqs tad-depożitu li ma jħallix interessi li jkun sar preċedentement jew jekk ma sar l-ebda depożitu li ma jaħħlix interessi, l-Istat Membru għandu jħallas l-ammont li jifdal meta jħallas il-multa.
Artikolu 6
Ħlas lura tad-depożitu li ma jħallix interessi
Jekk il-Kunsill jiddeċiedi, skont l-Artikolu 126(12) tat-Trattat, iħassar deċiżjoni waħda jew id-deċiżjonijiet kollha tiegħu, kwalunkwe depożitu li ma jħallix interessi li jkun sar mill-Istat Membru mal-Kummissjoni għandu jitħallas lura lill-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 6a
Sanzjonar tal-manipulazzjoni tal-istatistiki
1.Il-Kunsill li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jista' jiddeċiedi li jimponi multa fuq Stat Membru li intenzjonalment jew minħabba negliġenza serja, jirrappreżenta ħażin id-data dwar id-defiċit u d-dejn tal-gvern għall-applikazzjoni tal-Artikoli 121 u 126 tat-Trattat u l-protokoll (Nru 12) anness mat-Trattat.
2.Il-multi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu effettivi, dissważivi u proporzjonati għan-natura u s-serjetà tal-ksur u tat-tul tal-ksur. L-ammont tal-multa m'għandux jaqbeż 0.2 % tal-PGD.
3.Sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta' ksur imsemmi fil-paragrafu (1) ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' twettaq l-investigazzjonijiet neċessarji kollha. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tibda investigazzjoni meta ssib li hemm indikazzjonijiet serji dwar l-eżistenza possibbli ta' fatti li possibilment jikkostitwixxu ksur fis-sens tal-paragrafu (1) ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-ksur presunt b'kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe kummenti sottomessi mill-Istat Membru suġġett għal investigazzjoni. Sabiex twettaq il-kompiti tagħha, il-Kummissjoni tista' tirrikjedi li l-Istat Membru suġġett għall-investigazzjoni jipprovdi informazzjoni, kif ukoll twettaq spezzjonijiet fil-post u taċċedi l-kontijiet tal-entitajiet governattivi kollha fil-livell ċentrali, statali, lokali u dak tas-sigurtà soċjali. Jekk dan ikun mitlub mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru suġġett għall-investigazzjoni, għandha tapplika awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja għal qabel kwalunkwe spezzjoni fil-post.
Meta tlesti l-investigazzjoni tagħha u qabel ma tippreżenta kwalunkwe proposta lill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-Istat Membru suġġett għal investigazzjoni l-opportunità li jinstema' dwar il-kwistjonijiet li jkunu qed jiġu invetigati. Il-Kummissjoni għandha tibbażża l-proposta tagħha lill-Kunsill fuq il-fatti biss li l-Istat Membru kkonċernat ikun kellu l-opportunità li jikkkummenta dwarhom.
Id-drittijiet għad-difiża tal-Istat Membru suġġet għal investigazzjoni għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ matul l-investigazzjonijiet.
4.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu -8a dwar (a) kriterji dettaljati li jistabbilixxu l-ammonot tal-multa; (b) regoli dettaljati dwar il-proċedura tal-investigazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, miżuri assoċjati u r-rappurtar dwar l-investigazzjonijiet, kif ukoll regoli dettaljati dwar il-proċedura mmirati biex jiggarantixxu d-drittijiet għad-difiża, l-aċċerss għall-fajl, rappreżentanza legali, il-kunfidenzjalità u dispożizzjonijiet temporanji u l-ġbir ta' multi.
5.Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni bla limitu għar-reviżjoni tad-deċiżjonijiet fejn il-Kunsill ikun stipula multa bi qbil mal-paragrafu 1. Hija tista' tannulla, tnaqqas jew iżżid il-multa imposta.
Artikolu 6b
Il-multi imposti skont l-Artikoli 3 sa 6a huma ta' natura amministrattiva.
Artikolu 7
Tqassim tal-interessi u l-multi
L-interessi li taqla' l-Kummissjoni fuq id-depożiti li jkunu tħallsu skont l-Artikolu 4 u l-multi miġbura skont l-Artikolu 5 u 6a għandhom jikkostitwixxu dħul ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 311 tat-Trattat, u għandhom jiġu assenjati ▌lill-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja. Sakemm jinħoloq mekkaniżmu ta' stabbiltà ieħor mill-Istati Membri li għandhom l-euro bħala munita biex jipprovdi assistenza finanzjarja sabiex tiġi salvagwardjata l-istabbiltà taż-żona tal-euro kollha, l-imgħax u l-multi għandhom jiġu assenjati lil dak il-mekkaniżmu tal-aħħar.
Kapitolu IV
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu -8a
Eżerċizzju tad-delega
1.Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati qed tingħata lill-Kummissjoni suġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6a għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delegazzjoni tas-setgħat sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' tliet snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul identiku, kemm-il darba l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perjodu.
3.Id-delega tas-setgħat msemmija fl-Artikolu 6a tista' tiġi revokata f'kull waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li jsegwi l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data sussegwenti li tkun speċifikata fiha. Hija m'għandhiex ikollha effett fuq il-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.
4.Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.Att delegat adottat skont l-Artikolu 6a għandu jidħol biss fis-seħħ jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se jqajmu oġġezzjoni. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn (2) fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill.
Artikolu 8
Votazzjoni fil-Kunsill
Għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5, il-membri tal-Kunsill biss li jirrappreżentaw lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jivvutaw u l-Kunsill għandu jaġixxi mingħajr ma jqis il-vot tal-membru tal-Kunsill li jirrappreżenta lill-Istat Membru kkonċernat.
Maġġoranza kwalifikata tal-membri tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu preċedenti għandha tiġi ddefinita skont l-Artikolu 238(3)(b) tat-Trattat.
Artikolu 8a
Reviżjoni
1.Fi żmien tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Dak ir-rapport għandu jevalwa, inter alia:
(a)
l-effettività ta' dan ir-Regolament, inkluża l-possibilità li l-Kunsill u l-Kummissjoni jkollhom l-opportunità li jaġixxu sabiex jindirizzaw sitwazzjonijiet li jirriskjaw li jagħmlu ħsara lill-funzjonament xieraq tal-unjoni monetarja;
(b)
il-progress fl-iżgurar ta' koordinament iktar mill-qrib tal-politiki ekonomiċi u tal-konverġenza kontinwa fl-attività ekonomika tal-Istati Membri bi qbil mat-TFUE.
2.Fejn xieraq, dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta għal emendi għal dan ir-Regolament.
3.Dan ir-rapport għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
4.Qabel it-tmiem tal-2011 l-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar il-possibilità tal-introduzzjoni tat-“titoli Ewropej” lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fi [xx] jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Emendi tal-Parlament Ewropew adottati fit-23 ta' Ġunju 2011 għal proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (COM(2010)0526 – C7-0300/2010 – 2010/0280(COD))(1)
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 121(6) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(3),
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Huma u jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1) Il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri fi ħdan l-Unjoni, kif previst mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), għandha tinvolvi l-konformità mal-prinċipji gwida ta' prezzijiet stabbli, finanzi pubbliċi u kundizzjonijiet monetarji sodi u bilanċ tal-pagamenti sostenibbli.
(2) Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir inizjalment kien jikkonsisti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika(4), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv(5) u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta' Ġunju 1997 dwar il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir(6). Ir-Regolamenti (KE) Nru 1466/97 u (KE) Nru 1467/97 ġew emendati fl-2005 bir-Regolamenti (KE) Nru 1055/2005 u (KE) Nru 1056/2005 rispettivament. Barra minn hekk, ġie adottat ir-Rapport tal-Kunsill tal-20 ta' Marzu 2005 dwar “Titjib tal-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir”.
(3) Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir huwa bbażat fuq l-objettiv ta' finanzi governattivi sodi bħala mezz sabiex jissaħħu l-kundizzjonijiet għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli b'saħħtu bbażat fuq stabbiltà finanzjarja, u b'hekk jappoġġa l-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni għal tkabbir sostenibbli u ▌impjiegi.
(4) Il-parti preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir teħtieġ mill-Istati Membri li jiksbu u jżommu objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien u jippreżentaw programm ta' stabbiltà u konverġenza għal dak il-għan.
(4a)Il-parti preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir tibbenefika minn forom aktar stretti ta' sorveljanza biex tiġi żgurata l-konsistenza u l-konformità tal-Istati Membri mal-qafas ta' koordinament baġitarju tal-Unjoni.
(5) Il-kontenut tal-programmi ta' stabbiltà u konverġenza kif ukoll il-proċedura għall-eżami tagħhom għandhom jiġu żviluppati aktar kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll dak tal-Unjoni fid-dawl tal-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir.
(5a)Il-miri baġitarji fil-programmi ta' stabbiltà u konverġenza għandhom iqisu b'mod espliċitu l-miżuri adottati bi qbil mal-Linji Gwida Ġenerali għall-Politika Ekonomika, il-Linji Gwida għall-Politiki tal-Impjiegi tal-Istati Membri u tal-Unjoni u, b'mod ġenerali, il-programmi ta' riforma nazzjonali.
(5b)Il-preżentazzjoni u l-valutazzjoni ta' Programmi ta' Stabbilità u Konverġenza għandhom isiru qabel ma jittieħdu deċiżjonijiet kruċjali dwar il-baġits nazzjonali għas-snin ta' wara. Għalhekk, għandha tiġi stabbilita skadenza partikolari għall-preżentazzjoni tal-Programmi ta' Stabbiltà u Konverġenza. B'kont meħud tal-ispeċifiċitajiet tas-sena baġitarja tar-Renju Unit, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċjali għad-data tal-preżentazzjoni tal-programmi ta' konverġenza tagħha.
(5c)Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol aktar b'saħħtu fil-proċedura tas-sorveljanza msaħħa fir-rigward tal-evalwazzjonijiet li huma speċifiċi għal kull Stat Membru, il-monitoraġġ, il-missjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u t-twissijiet.
(5d)L-esperjenza miksuba u l-iżbalji li saru matul l-ewwel deċenju tal-funzjonament tal-unjoni ekonomika u monetarja turi ħtieġa ta' governanza ekonomika mtejba fl-Unjoni, li għandha tinbena fuq sjieda nazzjonali aktar b'saħħitha tar-regoli u l-politiki maqbula komunement u fuq qafas aktar b'saħħtu ta' sorveljanza fil-livell tal-Unjoni tal-politiki ekonomiċi nazzjonali.
(5e)Il-qafas imtejjeb ta' governanza ekonomika għandu jsejjes ruħu fuq bosta politiki interkonnessi għal tkabbir u impjiegi sostenibbli, li għandhom ikunu koerenti ma' xulxin, b'mod partikolari strateġija tal-Unjoni għal tkabbir u impjiegi, b'attenzjoni partikolari fuq l-iżvilupp u t-tisħiħ tas-suq intern, it-trawwim tal-kummerċ internazzjonali u l-kompetittività, qafas effikaċi biex jiġi evitat u korrett id-defiċit eċċessiv tal-gvern (il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir), qafas b'saħħtu biex jiġu evitati u korretti l-iżbilanċi makroekonomiċi, rekwiżiti minimi għall-oqfsa baġitarji nazzjonali, regolamentazzjoni u superviżjoni msaħħa tas-suq finanzjarju, inkluża s-superviżjoni makroprudenzjali mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku.
(5f)Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u l-qafas komplut tal-governanza ekonomika jikkompletaw u jappoġġaw l-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi. L-interkonnessjonijiet bejn il-linji differenti m'għandhomx jipprovdu eżenzjonijiet mid-dispożizzjonijiet tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir.
(5g)It-tisħiħ tal-governanza ekonomika għandu jinkludi involviment eqreb u aktar f'waqtu tal-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali. Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' joffri l-opportunità lill-Istat Membru kkonċernat mir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill, bi qbil mal-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 10(2), li jipparteċipa fl-iskambju tal-opinjonijiet.
(5h)Il-Programmi ta' Stabbiltà jew Konverġenza u l-Programmi Nazzjonali ta' Riforma għandhom ikunu ppreparati b'mod koerenti u l-ħinijiet tal-preżentazzjonijiet tagħhom għandhom jiġu allinjati. Dawn il-programmi għandhom jitressqu quddiem il-Kunsill u l-Kummissjoni. Dawn il-programmi għandhom ikunu disponibbli għal pubbliku.
(5i)Skont is-Simestru Ewropew, is-sorveljanza tal-politika u ċ-ċiklu tal-koordinazzjoni bdew kmieni fis-sena b'rieżami li bih, il-Kunsill Ewropew, ibbażat fuq l-input mill-Kummissjoni u l-Kunsill, jidentifika l-isfidi ewlenin li jaffaċċjaw l-Unjoni u ż-żona euro u joffri gwida strateġika dwar il-politiki. Issir ukoll diskussjoni fil-Parlament Ewropew fil-bidu taċ-ċiklu annwali ta' sorveljanza fi żmien xieraq qabel ma ssir id-diskussjoni fil-Kunsill Ewropew. L-Istati Membri huma mistennija li jqisu l-gwida orizzontali mill-Kunsill Ewropew meta jippreparaw il-Programmi ta' Stabbiltà jew Konverġenza u l-Programmi Nazzjonali ta' Riforma tagħhom.
(5j)Sabiex tissaħħaħ is-sjieda nazzjonali tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, l-oqfsa baġitarji nazzjonali għandhom ikunu allinjati mal-objettivi ta' sorveljanza multilaterali fl-Unjoni, u, b'mod partikolari, mas-Simestru.
(5k)F'konformità mal-arranġamenti legali u politiċi ta' kull Stat Membru, il-parlamenti nazzjonali għandhom ikunu involuti kif suppost fis-Simestru u fil-preparazzjoni tal-Programmi ta' Stabbiltà, il-Programmi ta' Konverġenza u l-Programmi Nazzjonali ta' Riforma sabiex jiżdiedu t-trasparenza, is-sjieda u r-responsabbiltà tad-deċiżjonijiet meħuda. Il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, il-Kumitat tal-Politika Ekonomika il-Kumitat tal-Impjiegi u l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali jridu jiġu kkonsultati fil-qafas tas-Simestru fejn hu xieraq. Il-partijiet interessati relevanti, b'mod partikolari s-sħab soċjali, jridu jkunu involuti, fejn hu xieraq, fil-qafas tas-Simestru dwar il-kwistjonijiet ta' politika ewlenija, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tat-TFUE u l-arranġamenti legali u politiċi.
(6) L-adeżjoni mal-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien tal-pożizzjonijiet baġitarji għandha tippermetti lill-Istati Membri jkollhom marġini ta' sikurezza fir-rigward tal-valur ta' referenza ta' 3% tal-PGD, li jiżgurawfinanzi pubbliċi sostenibbli jew progress rapidu lejn is-sostenibbiltà, filwaqt li jħallu spazju għall-immanuvrar baġitarju, partikolarment billi jqisu l-ħtiġijiet tal-investiment pubbliku. L-objettiv baġitarju fuq perijodu ta' żmien medju għandu jiġi aġġornat regolarment abbażi ta' metodoloġija maqbula komunement li tirrifletti b'mod adegwat ir-riskji ta' responsabbiltajiet espliċiti u impliċiti għall-finanzi pubbliċi kif inkorporati fl-għanijiet tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir.
(7) L-obbligu li jinkiseb u jinżamm l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien jeħtieġ li jitpoġġa fis-seħħ, permezz tal-ispeċifikazzjoni tal-prinċipji għall-perkors ta' aġġustament lejn l-objettiv fuq perjodu medju ta' żmien. Dawn il-prinċipji għandhom, fost l-oħrajn, jiżguraw li dħul imprevist, b'mod partikolari dħul ta' aktar milli huwa normalment mistenni mit-tkabbir ekonomiku, jiġi allokat għat-tnaqqis tad-dejn.
(8) L-obbligu li jinkiseb u jinżamm l-objettiv fuq perijodu medju ta' żmien għandu japplika bl-istess mod għall-Istati Membri parteċipanti u għall-Istati Membri mhux parteċipanti▌.
(9) Il-progress suffiċjenti lejn l-objettiv baġitarju għal perjodu medju ta' żmien għandu jkun ivvalutat abbażi ta' valutazzjoni ġenerali bil-bilanċ strutturali bħala referenza, inkluża analiżi tal-infiq mingħajr ma jitqiesu l-miżuri tad-dħul diskrezzjonali. F'dan ir-rigward, u dment li dan l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ma jinkisibx, ir-rata tat-tkabbir fl-infiq tal-gvern ġeneralment ma għandhiex taqbeż rata ta' referenza ▌ta' tkabbir potenzjali tal-PGD fuq perjodu medju ta' żmien, b'żidiet akbar minn dik in-norma li jkunu jikkorrispondu għal żidiet diskrezzjonali fid-dħul tal-gvern u tnaqqis diskrezzjonali fid-dħul li jkun ikkumpensat bi tnaqqis fl-infiq. Ir-rata ta' referenza fuq perjodu medju ta' żmien tat-tkabbir potenzjali tal-PGD għandha tkun ikkalkulata skont metodoloġija maqbula b'mod komuni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-metodu ta' kalkolu ta' dawk il-previżjonijiet u r-rata ta' referenza fuq perjodu ta' żmien medju li tirriżulta tat-tkabbir potenzjali tal-PGD. Għandha titqies il-varjabbiltà potenzjalment kbira ħafna tal-infiq tal-investiment, b'mod speċjali fil-każ ta' Stati Membri żgħar.
(9a)Għandu jkun meħtieġ pjan ta' aġgustament aktar mgħaġġel lejn l-objettivi baġitarji fuq perjodu ta' żmien medju għall-Istati Membri li qed jiffaċċjaw livell ta' dejn li jaqbeż is-60% tal-PGD jew b'riskji kbar f'termini ta' sostenibbiltà tad-dejn ġenerali.
(10) Għandha tiġi permessa devjazzjoni temporanja mill-pjan ta' aġġustament lejn l-objettiv fuq perjodu medju f'każ li jkun hemm avveniment mhux tas-soltu li mhux fil-kontroll tal-Istat Membru kkonċernat u li għandu impatt kbir fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-gvern ġenerali jew f'każ ta' tnaqqis fir-ritmu ekonomiku serju għaż-żona tal-euro jew għall-UE kollha, bil-kundizzjoni li din ma tipperikolax is-sostenibbiltà fiskali fil-perijodu medju, sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru ekonomiku. Għandu jittieħed ukoll kont tal-implimentazzjoni ta' riformi strutturali kbar biex tiġi permessa devjazzjoni temporanja mill-objettiv baġitarju fuq perijodu ta' żmien medju jew l-aġġustament adatt għal dan, bil-kondizzjoni li tinżamm marġni ta' sigurtà fir-rigward tal-valur referenzjali tad-defiċit. Għandha tingħata attenzjoni speċjali f'dan il-kuntest, għar-riformi sistemiċi ta' pensjonijiet, fejn id-devjazzjoni għandha tirrifletti l-ispiża inkrementali diretta tad-devjazzjoni ta' kontribuzzjonijiet mill-pilastru ġestit b'mod pubbliku għal dak kompletament iffinanzjat. Il-miżuri li jittrasferixxu l-assi tal-pilastru kompletament iffinanzjat, lura għall-pilastru ġestit b'mod pubbliku għandhom jitqiesu ta' darba waħda u temporanji fin-natura tagħhom u għalhekk esklużi mill-bilanċ strutturali użat għall-valutazzjoni tal-progress lejn l-objettiv baġitarju fuq perijodu ta' żmien medju.
(11) F'każ ta' devjazzjoni sinifikanti mill-pjan ta' aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perijodu medju, għandha tiġi indirizzata twissija mill-Kummissjoni lill-Istat Membru kkonċernat, li għandha tiġi segwita fi żmien xahar minn eżami tas-sitwazzjoni mill-Kunsill u ▌rakkomandazzjoni għall-miżuri ta' aġġustament neċessarji. Ir-rakkomandazzjoni għandha tistabbilixxi skadenza ta' mhux aktar minn ħames xhur għall-indirizzar tad-devjazzjoni. L-Istat Membru konċernat għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-azzjoni meħuda. Jekk l-Istat Membru kkonċernat jonqos milli jieħu azzjoni adatta fl-iskadenza stabbilita mill-Kunsill, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi li ma ttieħdet l-ebda azzjoni effettiva u jirrapporta lill-Kunsill Ewropew. Id-deċiżjoni trid titqies bħala adottata mill-Kunsill sakemm ma jiddeċidix b'maġġoranza kwalifikata li jirrifjutaha fi żmien għaxart ijiem mill-adozzjoni tal-Kummissjoni. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tista' tirrakkomanda lill-Kunsill li jadotta rakkomandazzjonijiet riveduti. Il-Kummissjoni tista' tistieden lill-BĊE biex, jekk hu xieraq, l-Istati Membri taż-żona euro u l-Istati Membri tal-ERM II jipparteċipaw f'missjoni ta' sorveljanza. Il-Kummissjoni ser tirrapporta lill-Kunsill dwar ir-riżultat tal-missjoni u, jekk hu xieraq, tista' tiddeċiedi li tagħmel ir-riżultati tagħha disponibbli għall-pubbliku.
(12) Sabiex tiġi żgurta l-konformità mal-qafas ta' sorveljanza fiskali tal-Unjoni għall-Istati Membri parteċipanti, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu speċifiku ta' infurzar fuq il-bażi tal-Artikolu 136 tat-TFUE għall-każijiet ta' devjazzjoni ▌sinifikanti mill-pjan ta' aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perijodu ta' żmien medju.
(13) Ir-referenzi li hemm fir-Regolament (KE) Nru 1466/97 għandhom jikkunsidraw in-numerazzjoni ġdida tal-Artikoli tat-TFUE.
(14) Ir-Regolament (KE) Nru 1466/97 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1466/97 huwa emendat kif ġej:
-1.L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistipula r-regoli li jkopru l-kontenut, is-sottomissjoni, l-eżami u l-immonitorjar ta' programmi ta' stabbiltà u programmi ta' konverġenza bħala parti mis-sorveljanza multilaterali mill-Kunsill u mill-Kummissjoni sabiex jipprevjeni, fi stadju bikri, l-okkorrenza ta' defiċit eċċessiv tal-gvern ġenerali u sabiex jippromwovi s-sorveljanza u l-koordinament tal-politiki ekonomiċi biex b'hekk jappoġġa l-kisba tal-objettivi tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi.
"
1. L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:"
Artikolu 2
Għall-għan ta' dan ir-Regolament:
(a)
'Stati Membri parteċipanti' tfisser dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro;
(b)‘Stati Membri mhux parteċipanti’ tfisser dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.‘.
1a.Għandha tiddaħħal it-taqsima li ġejja:
'TAQSIMA 1-A
IS-SIMESTRU EWROPEW GĦALL-KOORDINAMENT TAL-POLITIKA EKONOMIKA
Artikolu 2-a
1.Biex jiġi żgurat il-koordinament eqreb tal-politiki ekonomiċi u konverġenza sostnuta tal-prestazzjoni ekonomika tal-Istati Membri, il-Kunsill għandu jwettaq is-sorveljanza multilaterali bħala parti integrali tas-Simestru Ewropew għall-koordinament tal-politika ekonomika bi qbil mal-objettivi u r-rekwiżiti stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
2.Is-Simestru jinkludi:
(a)
il-formulazzjoni u s-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-linji gwida ġenerali tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni (il-Linji Gwida Ġenerali tal-Politika Ekonomika) bi qbil mal-Artikolu 121(2) TFUE;
(b)
il-formulazzjoni u l-eżami tal-implimentazzjoni tal-linji gwida għall-impjiegi li għandhom jitqiesu mill-Istati Membri bi qbil mal-Artikolu 148(2) TFUE (il-Linji Gwida tal-Impjiegi);
(c)
il-preżentazzjoni u l-valutazzjoni tal-Programmi ta' Stabbiltà jew Konverġenza tal-Istati Membri bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament;
(d)
il-preżentazzjoni u l-valutazzjoni tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma tal-Istati Membri li jappoġġaw l-istrateġija għat-tkabbir u l-impjiegi tal-Unjoni u stabbiliti bi qbil mal-linji gwida stipulati f'punti i) u ii) hawn fuq u bil-gwida ġenerali għall-Istati Membri maħruġa mill-Kummissjoni u l-Kunsill Ewropew fil-bidu taċ-ċiklu annwali ta' sorveljanza;
(e)
is-sorveljanza biex jiġu evitati u kkoreġuti l-iżbilanċi makroekonomiċi skont ir-Regolament (UE) Nru .../2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ...(7) dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi*.
3.Matul is-Simestru, sabiex jiġi provdut parir tal-politika fil-ħin u integrat dwar intenzjonijiet tal-politika makrofiskali u makrostrutturali, il-Kunsill għandu, wara l-valutazzjoni ta' dawn il-Programmi fuq il-bażi ta' rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni, joffri gwida lill-Istati Membri filwaqt li jagħmel użu sħiħ tal-istrumenti legali previsti fl-Artikoli 121 u 148 tat-TFUE, u skont dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) Nru. .../2011(8)+ [dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi].
L-Istati Membri jridu jqisu l-gwida indirizzata lilhom fl-iżvilupp tal-politiki ekonomiċi, tal-impjiegi u baġitarji tagħhom qabel jieħdu deċiżjonijiet ewlenin dwar il-baġits nazzjonali għas-snin ta' wara. Il-progress għandu jkun immonitorjat mill-Kummissjoni.
Jekk Stat Membru ma jiħux azzjoni dwar il-gwida li tkun ingħatatlu, ir-riżultat jaf ikun:
(a)
rakkomandazzjonijiet ulterjuri biex jittieħdu miżuri speċifiċi;
(b)
twissija mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 121(4) tat-TFUE;
(c)
miżuri skont dan ir-Regolament, ir-Regolament (KE) Nru. 1467/97 u r-Regolament (UE) Nru. .../2011++ [dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi].
L-implimentazzjoni tal-miżuri trid tkun suġġetta għal immonitorjar imsaħħaħ mill-Kummissjoni u tista' tinkludi missjonijiet ta' sorveljanza skont l-Artikolu -11 ta' dan ir-Regolament.
4.Il-Parlament Ewropew se jkun involut kif suppost fis-Simestru sabiex jiżdiedu t-trasparenza, is-sjieda u r-responsabbiltà tad-deċiżjonijiet meħuda, b'mod partikolari permezz tad-djalogu ekonomiku li jsir skont l-Artikolu 2ab ta' dan ir-Regolament. Il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, il-Kumitat tal-Politika Ekonomika il-Kumitat tal-Impjiegi u l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali jridu jiġu kkonsultati fil-qafas tas-Semestru fejn hu xieraq. Il-partijiet interessati relevanti, b'mod partikolari s-sħab soċjali, jridu jkunu involuti, fejn hu xieraq, fil-qafas tas-Semestru dwar il-kwistjonijiet ta' politika ewlenija, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tat-TFUE u l-arranġamenti legali u politiċi.
Il-President tal-Kunsill u l-President tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 121(5) tat-TFUE, u fejn hu xieraq il-President tal-Eurogroup, għandhom jirrapportaw annwalment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Ewropew dwar ir-riżultati tas-sorveljanza multilaterali. Dawn ir-rapporti għandhom ikunu parti mid-Djalogu Ekonomiku msemmi fl-Artikolu 2 –ab ta' dan ir-Regolament.
* ĠU L ….
"
1b.Għandha tiddaħħal it-taqsima li ġejja:"
TAQSIMA 1-Aa
DJALOGU EKONOMIKU
Artikolu 2-ab
Biex jissaħħaħ id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u biex jiġu żgurati trasparenza u responsabbiltà akbar, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-President tal-Kunsill, il-President tal-Kummissjoni u, fejn hu xieraq, il-President tal-Kunsill Ewropew jew il-President tal-Eurogroup, biex jidhru quddiem il-kumitat biex jiddiskutu:
(a)
l-informazzjoni provduta lilu mill-Kunsill dwar il-linji gwida ġenerali tal-politika ekonomika skont l-Artikolu 121(2) tat-TFUE;
(b)
il-gwida ġenerali tal-Istati Membri maħruġa mill-Kummissjoni fil-bidu taċ-ċiklu annwali tas-sorveljanza;
(c)
kwalunkwe konklużjoni mill-Kunsill Ewropew dwar l-orjentamenti għall-politiki ekonomiċi fil-kuntest tas-Simestru Ewropew;
(d)
ir-riżultati tas-sorveljanza multilaterali li tkun saret skont dan ir-Regolament;
(e)
kwalunkwe konklużjoni li jkun silet il-Kunsill Ewropew dwar l-orjentamenti għas-sorveljanza multilaterali u r-riżultati tagħha;
(f)
kwalunkwe rieżami tat-twettiq tas-sorveljanza multilaterali fit-tmiem tas-Simestru Ewropew;
(g)
ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill indirizzati lill-Istati Membri bi qbil mal-Artikolu 121(4) tat-TFUE fil-każ ta' devjazzjoni sinifikanti kif definit fl-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 10(2) ta' dan ir-Regolament;
2.Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' joffri l-opportunità lill-Istat Membru kkonċernat permezz tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill, bi qbil mal-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 10(2), li jipparteċipa fl-iskambju tal-opinjonijiet.
3.Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jinfurmaw b'mod regolari lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
"
1c.L-Artikolu 2a għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"
Kull Stat Membru għandu jkollu objettiv divrenzjat fuq terminu medju ta' żmien għall-pożizzjoni baġitarja tiegħu. Dawn l-objettivi baġitarji fuq terminu medju ta' żmien li huma speċifiċi għall-pajjiż jistgħu jitbiegħdu mill-ħtieġa ta' pożizzjoni qrib il-bilanċ jew f'bilanċ favorevoli, filwaqt li jipprovdu marġini ta' sikurezza fir-rigward tal-proporzjon ta' 3 % tal-PGD għad-defiċit tal-gvern. L-objettivi baġitarji fuq terminu medju ta' żmien għandhom jiżguraw is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi jew progress rapidu lejn din is-sostenibbiltà filwaqt li jippermettu l-ispazju għall-immanuvrar baġitarju, b'konsiderazzjoni partikolarment tal-ħtiġijiet tal-investiment pubbliku.
B'kont meħud ta' dawn il-fatturi, għall-Istati Membri li adottaw l-euro u għall-Istati Membri tal-ERM II, l-objettivi baġitarji fuq terminu medju ta' żmien li huma speċifiċi għall-pajjiż għandhom ikunu speċifikati f'firxa definita bejn -1 % tal-PGD u bilanċ jew bilanċ favorevoli, f'‘termini aġġustati ċiklikament, mingħajr miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħrajn.
L-objettiv baġitarju fuq terminu medju ta' żmien għandu jiġi rivedut kull tliet snin. Fil-każ tal-implimentazzjoni ta' riforma b'impatt ewlieni fuq is-sostenibbiltà ta' finanzi pubbliċi, l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien ta' Stat Membru jista' jiġi rivedut b'mod ulterjuri.
Ir-rispett tal-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien għandu jkun inkluż fl-oqfsa baġitarji nazzjonali għal perjodu medju ta' żmien bi qbil mal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/.../UE ta' ...(9) dwar ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri*.
* ĠU L ….
"
2. L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
(a)
il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:" 1. Kull Stat Membru parteċipant għandu jissottometti lill-Kunsill u lill-Kummissjoni t-tagħrif meħtieġ għall-iskop ta' sorveljanza multilaterali f'intervalli regolari skont l-Artikolu 121 TFUE fil-forma ta' programm ta' stabbiltà, li jipprovdi bażi essenzjali għas-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi li tiffavorixxi l-istabbiltà tal-prezzijiet, tkabbir sostenibbli qawwi u l-ħolqien tal-impjiegi.‘;"
(b)
Fil-paragrafu 2, il-punti (a), (b) u (c) għandhom jiġu ssostitwiti kif ġej:"
‘(a)
l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien u l-perkors ta' aġġustament lejn dan l-objettiv għall-bilanċ tal-gvern ġenerali bħala perċentwali tal-PGD, il-perkors mistenni tal-proporzjon tad-dejn tal-gvern ġenerali, il-perkors ippjanat tat-tkabbir fl-infiq tal-gvern, inkluża l-allokazzjoni korrispondenti għall-formazzjoni gross tal-kapital fiss, b'mod partikolari jekk wieħed iqis il-kundizzjonijiet u l-kriterji biex jiġi stabbilit it-tkabbir fl-infiq skont l-Artikolu 5(1), il-perkors ippjanat tat-tkabbir fid-dħul tal-gvern b'politika mhux mibdula u kwantifikazzjoni tal-miżuri diskrezzjonali tad-dħul ippjanati;
"
(aa)
informazzjoni dwar responsabbiltajiet impliċiti relatati mat-tixjiħ, u responsabbiltajiet kontiġenti, bħal ma huma l-garanziji pubbliċi, b'impatt potenzjalment kbir fuq il-kontijiet tal-gvern ġenerali;
(ab)
informazzjoni dwar il-konsistenza tal-programm ta' stabbiltà mal-linji gwida ġenerali għall-politika ekonomika u l-programm nazzjonali ta' riforma;
(b)
l-assunzjonijiet prinċipali dwar żviluppi ekonomiċi mistennija u dwar fatturi varjabbli ekonomiċi importanti li huma rilevanti għar-realizzazzjoni tal-programm ta' stabbiltà, bħalma huma l-infiq mill-gvern f'investimenti, tkabbir reali tal-PGD, l-impjiegi u l-inflazzjoni;
(c)
valutazzjoni kwantitattiva tal-miżuri baġitarji u ta' miżuri oħra ta' politika ekonomika li jkunu qegħdin jittieħdu jew jiġu proposti sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-programm, li tinkludi analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji tar-riformi strutturali prinċipali u li għandhom effetti baġitarji pożittivi diretti ▌fuq perjodu twil ta' żmien, fosthom billi jiżdied it-tkabbir sostenibbli potenzjali;“
(ba)
għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:" 2a.Il-programm ta' stabbiltà għandu jkun ibbażat fuq ix-xenarju makrofiskali l-aktar probabbli jew fuq xenarju aktar prudenti. Il-previżjonijiet makroekonomiċi u baġitarji għandhom ikunu mqabbla mal-aktar previżjonijiet aġġornati tal-Kummissjoni u, fejn hu xieraq, ta' dawk ta' entitajiet indipendenti oħra. Id-differenzi sinifikanti bejn ix-xenarju makrofiskali magħżul u l-previżjoni tal-Kummissjoni għandhom jiġu deskritti b'mod raġunat, b'mod partikolari jekk il-livell jew it-tkabbir tas-suppożizzjonijiet esterni jmur lil hinn b'mod sinifikanti mill-valuri miżmuma fil-previżjonijiet tal-Kummissjoni.
In-natura eżatta ta' dik l-informazzjoni inkluda f'punti (a), (aa), (b), (c) u (d) għandha titfassal f'qafas armonizzat stabbilit mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-Istati Membri.
"
(c)
il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:" 3. It-tagħrif dwar il-perkorsi għall-proporzjon ġenerali tal-bilanċ u d-dejn tal-gvern, it-tkabbir fl-infiq tal-gvern, il-perkors ippjanat tat-tkabbir fid-dħul tal-gvern b'politika mhux mibdula, il-miżuri diskrezzjonali tad-dħul ippjanati, kwantifikati b'mod xieraq, u s-suppożizzjonijiet ekonomiċi prinċipali msemmija fil-paragrafu 2(a) u (b) għandu jkun fuq bażi annwali u għandu jkopri s-sena ta' qabel, is-sena kurrenti u mill-anqas it-tliet snin ta' wara."
4.Kull programm għandu jinkludi informazzjoni dwar l-istatus tiegħu fil-kuntest tal-proċeduri nazzjonali, b'mod partikolari kemm jekk il-programm ikun ġie ppreżentat lill-Parlament nazzjonali, kif ukoll jekk il-Parlament nazzjonali kellu l-opportunità li jiddiskuti l-opinjoni tal-Kunsill fuq il-programm preċedenti jew, jekk hu relevanti, kwalunkwe rakkomandazzjoni jew twissija, u jekk kienx hemm approvazzjoni parlamentari tal-programm.“.
3. L-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:"
Artikolu 4
1. Il-programmi ta' stabbiltà għandhom jiġu sottomessi kull sena f'April, preferibbilment sa nofs April u mhux aktar tard mit-30 ta' April. ▌
2. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-programmi ta' stabbiltà tagħhom.
"
4. L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:"
Artikolu 5
1. Fuq il-bażi ta' valutazzjonijiet mill-Kummissjoni u mill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, il-Kunsill għandu, fi ħdan il-qafas ta' sorveljanza multilaterali skont l-Artikolu 121 tat-TFUE, jeżamina l-objettivi baġitarji fuq perjodu medju ta' żmien ippreżentati mill-Istati Membri konċernati fil-programmi ta' stabbiltà tagħhom, jivvaluta jekk is-suppożizzjonijiet ekonomiċi li fuqhom ikun ibbażat il-programm humiex plawsibbli, jekk il-perkors ta' aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien huwiex adattat, inkluża kunsiderazzjoni tal-perkors ta' akkumpanjament għall-proporzjon tad-dejn u jekk il-miżuri li jkunu qegħdin jittieħdu jew jiġu proposti sabiex jiġi rrispettat dak il-perkors ta' aġġustament humiex biżżejjed sabiex jintlaħaq l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien matul iċ-ċiklu.
Meta jivvalutaw il-perkors ta' aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw jekk l-Istat Membru konċernat hux jagħmel it-titjib annwali xieraq fil-bilanċ tal-baġit aġġustat b'mod ċikliku li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-objettiv baġitarju tiegħu fuq perjodu ta' żmien, b'0.5% tal-PGD bħala punt ta' referenza u mingħajr ma jqis il-miżuri ta' darba u miżuri oħra temporanji. Għall-Istati Membri ffaċċjati b'livell ▌ta' dejn li jaqbeż is-60% tal-PGD jew b'riskji evidenti ta' sostenibilità ġenerali ta' dejn, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw jekk it-titjib annwali fil-bilanċ tal-baġit aġġustat b'mod ċikliku, esklużi l-miżuri ta' darba u miżuri oħra temporanji, ikunx ogħla minn 0.5% tal-PGD. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw jekk ikunx qed isir sforz ta' aġġustament akbar fi żminijiet ekonomiċi tajba, filwaqt li l-isforz jista' jkun iżjed limitat fi żminijiet ekonomiċi ħżiena. B'mod partikolari, għandu jitqies id-dħul imprevist u n-nuqqas tiegħu.
Il-progress suffiċjenti lejn l-objettiv baġitarju għal perjodu medju ta' żmien għandu jkun ivvalutat abbażi ta' valutazzjoni ġenerali bil-bilanċ strutturali bħala r-referenza, inkluża analiżi tal-infiq mingħajr ma jitqiesu l-miżuri tad-dħul diskrezzjonali. Għal dan il-għan, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jivvalutaw jekk il-perkors tat-tkabbir fl-infiq tal-gvern, meħud flimkien mal-effett tal-miżuri li jkunu qegħdin jittieħdu jew jiġu ppjanati min-naħa tad-dħul, ikunx konsistenti mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
għall-Istati Membri li jkunu laħqu l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien, it-tkabbir fl-infiq annwali ma jaqbiżx rata ta' referenza ta' tkabbir potenzjali tal-PGD fuq perjodu medju ta' żmien, sakemm l-eċċess ma jiġix korrispost b'miżuri diskrezzjonali tad-dħul;
(b)
għall-Istati Membri li jkunu għadhom ma laħqux l-objettiv baġitarju tagħhom għall-perjodu medju ta' żmien, it-tkabbir fl-infiq annwali ma jaqbiżx rata inqas minn rata ta' referenza ta' tkabbir potenzjali tal-PGD fuq perjodu medju ta' żmien, sakemm l-eċċess ma jiġix korrispost b'miżuri diskrezzjonali dwar id-dħul. Id-differenza negattiva bejn ir-rata tat-tkabbir fl-infiq tal-gvern meta pparagunata ma' rata ta' referenza ta' tkabbir potenzjali tal-PGD fuq perjodu medju ta' żmien tiġi stipulta b'mod li jiżgura aġġustament xieraq lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien;
(c)
għall-Istati Membri li jkunu għadhom ma laħqux l-objettiv baġitarju tagħhom fuq perjodu medju ta' żmien, it-tnaqqis diskrezzjonali ta' elementi tad-dħul tal-gvern jiġi korrispost jew bi tnaqqis fl-infiq jew b'żidiet diskrezzjonali f'elementi oħra tad-dħul tal-gvern jew bit-tnejn.
L-infiq totali għandu jeskludi l-infiq fuq l-interessi, infiq fuq programmi tal-UE korrisposti bis-sħiħ mid-dħul tal-fondi tal-UE u mill-bidliet mhux diskrezzjonali fl-infiq tal-benefiċċju tal-qgħad.
L-eċċess tat-tkabbir fl-infiq fuq ir-referenza ta' perjodu medju ta' żmien m'għandux jitqies bħala ksur tal-punt ta' referenza sal-limitu li dan ikun ibbilanċjat kompletament biż-żidiet tad-dħul li huma obbligatorji skont il-liġi.
Ir-rata ta' referenza fuq perijodu medju tat-tkabbir potenzjali tal-PDG għandha tiġi determinata abbażi ta' previżjonijiet li jħarsu ‘l quddiem, u abbażi ta' stimi retrospettivi. Il-previżjonijiet għandhom ikunu aġġornati f'intervalli regolari. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku metodu ta' kalkolu ta' dawk il-previżjonijiet u r-rata ta' referenza fuq perjodu ta' żmien medju li tirriżulta tat-tkabbir potenzjali tal-PGD.
Meta jiddefinixxu l-perkors ta' aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien għall-Istati Membri li jkunu għadhom ma laħqux dan l-objettiv u meta jippermettu devjazzjoni temporanja minn dan l-objettiv għall-Istati Membri li jkunu diġà laħquh, bil-kundizzjoni li jiġi ppreservat marġini xieraq ta' sikurezza fir-rigward tal-valur ta' referenza tad-defiċit u li l-pożizzjoni baġitarja tkun mistennija li terġa' lura għall-objettiv baġitarju għall-perjodu medju ta' żmien matul il-perjodu tal-programm, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali prinċipali li għandhom effetti baġitarji pożittivi diretti▌, fosthom billi jżidu t-tkabbir sostenibbli potenzjali, u għalhekk impatt verifikabbli fuq is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fuq perjodu twil ta' żmien.
Għandha tingħata attenzjoni speċjali lir-riformi fil-pensjonijiet li jintroduċu sistema b'aktar minn pilastru wieħed li tinkludi pilastru mandatorju, kompletament iffinanzjat. L-Istati Membri li jkunu qegħdin jimplimentaw tali riformi għandhom jitħallew jiddevjaw mill-pjan ta' aġġustament lejn l-objettiv baġitarju tagħhom fuq perijodu ta' żmien medju jew mill-objettiv innifsu, bid-devjazzjoni tirrifletti l-ammont tal-impatt dirett inkrementali tar-riforma dwar il-bilanċ tal-gvern ġenerali, bil-kundizzjoni li ▌jiġi ppreservat marġini adegwat ta' sikurezza fir-rigward tal-valur referenzjali tad-defiċit.
Barra minn hekk il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw jekk il-kontenut tal-programm ta' stabbiltà jiffaċilitax il-kisba ta' konverġenza sostenuta u reali fiż-żona euro, u koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-politiki ekonomiċi u jekk il-politiki ekonomiċi tal-Istat Membru kkonċernat ikunux konsistenti mal-linji gwida ġenerali tal-politika ekonomika u mal-linji gwida tal-impjiegi tal-Istati Membri u tal-Unjoni.
F'każ ta' avveniment mhux tas-soltu li ma jkunx fil-kontroll tal-Istat Membru kkonċernat u li jkollu impatt prinċipali fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-gvern ġenerali jew f'perjodi ta' tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku għaż-żona euro jew l-Unjoni kollha, l-Istati Membri jistgħu jitħallew jiddevjaw temporanjament mill-perkors ta' aġġustament lejn l-objettiv fuq perjodu medju ta' żmien imsemmi fit-tielet subparagrafu, bil-kundizzjoni li dan ma jipperikolax is-sostenibbiltà fiskali fuq perjodu medju ta' żmien.
2. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom iwettqu l-eżami tal-programm ta' stabbiltà f'mhux aktar minn tliet xhur mis-sottomissjoni tal-programm. Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, għandu, jekk ikun meħtieġ, jadotta opinjoni dwar il-programm. Fejn il-Kunsill, skont l-Artikolu 121 tat-TFUE, iqis li l-objettivi u l-kontenut tal-programm għandhom jiġu msaħħa b'referenza partikolari għall-perkors ta' aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien, il-Kunsill għandu, fl-opinjoni tiegħu, jistieden lill-Istat Membru kkonċernat sabiex jaġġusta l-programm tiegħu.
"
5. L-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:"
Artikolu 6
1. Bħala parti mis-sorveljanza multilaterali skont l-Artikolu 121(3) tat-TFUE, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-programmi ta' stabbiltà, abbażi tat-tagħrif mogħti mill-Istati Membri parteċipanti u tal-valutazzjonijiet mill-Kummissjoni u mill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, b'mod partikolari bil-għan li jiġu identifikati diverġenzi sinifikanti attwali jew mistennija tal-pożizzjoni baġitarja mill-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien, jew mill-perkors ta' aġġustament xieraq lejh ▌.
2. F'każ ta' devjazzjoni sinifikanti mill-perkors ta' aġġustament lejn l-objettiv fuq perjodu medju ta' żmien imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(1) ta' dan ir-Regolament, u sabiex jiġi evitat li jinħoloq defiċit eċċessiv, il-Kummissjoni għandha tindirizza twissija lill-Istat Membru kkonċernat, skont l-Artikolu 121(4) tat-TFUE.
Il-Kunsill, fi żmien xahar mid-data tal-adozzjoni tat-twissija bikrija kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, għandu janalizza s-sitwazzjoni u jadotta rakkomandazzjoni għall-miżuri ta' politika neċessarji abbażi ta' rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, ibbażata fuq l-Artikolu 121(4). Ir-rakkomandazzjoni għandha tistabbilixxi skadenza ta' mhux aktar minn ħames xhur għall-indirizzar tad-devjazzjoni. L-iskadenza għandha titnaqqas għal tliet xhur jekk it-twissija tal-Kummissjoni tqis li s-sitwazzjoni hi partikolarment serja u teħtieġ azzjoni urġenti. Il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jagħmel ir-rakkomandazzjoni pubblika.
Fl-iskadenza stabbilita mill-Kunsill fir-rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 121(4) tat-TFUE, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-azzjoni meħuda bħala tweġiba għar-rakkomandazzjoni.
Jekk l-Istat Membru kkonċernat jonqos li jieħu l-azzjoni xierqa sal-iskadenza speċifikata f'rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont it-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tirrakkomanda immedjatament lill-Kunsill li jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi li ma kien hemm l-ebda azzjoni effikaċi. Id-deċiżjoni għandha titqies bħala adottata mill-Kunsill sakemm dan ma jiddeċidix, b'maġġoranza kwalifikata, li jiċħad il-proposta sa għaxart ijiem minn meta l-Kummissjoni tadottaha. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tista' tirrakkomanda lill-Kunsill li jadotta rakkomandazzjoni riveduta skont l-Artikolu 121(4) dwar miżuri ta' politika neċessarji. Il-Kunsill għandu jindirizza rapport formali lill-Kunsill Ewropew dwar id-deċiżjonijiet meħuda.
Il-proċess mir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill imsemmi fit-tieni subparagrafu għad-deċiżjoni tal-Kunsill u r-rapport lill-Kunsill Ewropew imsemmi fir-raba' subparagrafu m'għandux ikun itwal minn sitt xhur.
3.Devjazzjoni mill-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien jew il-perkors xieraq ta' aġġustament lejh għandha tkun ivvalutata abbażi ta' evalwazzjoni ġenerali bil-bilanċ strutturali bħala referenza, inkluża analiżi tal-infiq mingħajr ma jitqiesu l-miżuri diskrezzjonali ta' dħul, kif definiti fl-Artikolu 5(1).
Il-valutazzjoni jekk id-devjazzjoni tkunx sinifikanti għandha b'mod notevoli tinkludi l-kriterji li ġejjin:
Għal Stat Membru li ma jkunx laħaq l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien, meta tiġi vvalutata l-bidla fil-bilanċ strutturali, jekk id-devjazzjoni tkunx ta' mill-anqas 0.5% tal-PGD f'sena waħda jew ta' mill-anqas 0.25% tal-PGD bħala medja kull sena f'sentejn wara xulxin; meta jiġu vvalutati l-iżviluppi tal-infiq mingħajr ma jitqiesu l-miżuri diskrezzjonali tad-dħul, jekk id-devjazzjoni ikollhiex impatt totali fuq il-bilanċ tal-gvern ta' mill-anqas 0.5% tal-PGD f'sena waħda jew b'mod kumulattiv f'sentejn konsekuttivi.
Id-devjazzjoni tal-iżviluppi fl-infiq ma għandhiex tiġi kkunsidrata sinifikanti jekk l-Istat Membru konċernat ikun qabeż ▌l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien, filwaqt li jitqiesu l-possibbiltà ta' dħul sinifikanti imprevist u l-pjanijiet baġitarji stipulati fil-programm ta' stabbilità ma jipperikolawx dan l-objettiv matul il-perijodu tal-programm.
Id-devjazzjoni tista' wkoll ma tiġix ikkunsidrata meta tirriżulta minn avveniment mhux tas-soltu li mhux fil-kontroll tal-Istat Membru kkonċernat u li għandu impatt kbir fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-gvern ġenerali jew f'każ ta' tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku għaż-żona tal-euro jew għall-UE kollha, bil-kundizzjoni li din ma tipperikolax is-sostenibbiltà fiskali fil-perijodu medju.
"
6. L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
(a)
il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:" 1. Kull Stat Membru mhux parteċipant għandu jissottometti lill-Kunsill u l-Kummissjoni t-tagħrif meħtieġ għall-iskop ta' sorveljanza multilaterali f'intervalli regolari skont l-Artikolu 121 tat-TFUE fil-forma ta' programm ta' konverġenza, li jipprovdi bażi essenzjali għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi li tiffavorixxi l-istabbiltà tal-prezzijiet, tkabbir qawwi sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi.‘;"
(b)
fil-paragrafu 2, il-punti (a), (b) u (c) għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:"
‘(a)
l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien u l-perkors ta' aġġustament lejn dan l-objettiv għall-bilanċ tal-gvern ġenerali bħala perċentwali tal-PGD, il-perkors mistenni tal-proporzjon tad-dejn tal-gvern ġenerali, il-perkors ippjanat tat-tkabbir fl-infiq tal-gvern, inkluża l-allokazzjoni korrispondenti għall-formazzjoni gross tal-kapital fiss, b'mod partikolari meta wieħed iżomm quddiem għajnejh il-kundizzjonijiet u l-kriterji biex jiġi stabbilit it-tkabbir tal-infiq skont l-Artikolu 9(1), il-perkors ippjanat tat-tkabbir fid-dħul tal-gvern b'politika mhux mibdula u l-kwantifikazzjoni tal-miżuri diskrezzjonali tad-dħul ippjanati, l-objettivi tal-politika monetarja fuq perjodu medju ta' żmien, ir-relazzjoni ta' dawk l-objettivi mal-istabbiltà tal-prezzijiet u tar-rata tal-kambju u mal-kisba ta' konverġenza sostnuta;
"
(aa)
informazzjoni dwar responsabbiltajiet impliċiti relatati mat-tixjiħ, u responsabbiltajiet kontiġenti, bħal ma huma l-garanziji pubbliċi, b'impatt potenzjalment kbir fuq il-kontijiet ġenerali tal-gvern;
(ab)
informazzjoni dwar il-konsistenza tal-programm ta' stabbiltà mal-linji gwida ġenerali għall-politika ekonomika, mal-linji gwida għall-impjiegi u mal-programm nazzjonali ta' riforma;
(b)
l-assunzjonijiet prinċipali dwar żviluppi ekonomiċi mistennija u dwar fatturi varjabbli ekonomiċi importanti li huma rilevanti għar-realizzazzjoni tal-programm ta' konverġenza, bħalma huma l-infiq mill-gvern f'investimenti, tkabbir reali tal-PGD, l-impjiegi u l-inflazzjoni;
(c)
valutazzjoni kwantitattiva tal-miżuri baġitarji u ta' miżuri oħra ta' politika ekonomika li jkunu qegħdin jittieħdu jew jiġu proposti sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-programm, li tinkludi analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji tar-riformi strutturali prinċipali u li għandhom effetti baġitarji pożittivi diretti ▌fuq perjodu twil ta' żmien, fosthom billi jiżdied it-tkabbir sostenibbli potenzjali;“
(ba)
għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:" 2a.Il-programm ta' konverġenza għandu jkun ibbażat fuq ix-xenarju makrofiskali l-aktar probabbli jew fuq xenarju aktar prudenti. Il-previżjonijiet makroekonomiċi u baġitarji għandhom ikunu mqabbla mal-aktar previżjonijiet aġġornati tal-Kummissjoni u, fejn hu xieraq, ta' dawk ta' entitajiet indipendenti oħra. Id-differenzi sinifikanti bejn ix-xenarju makrofiskali magħżul u l-previżjoni tal-Kummissjoni għandhom jiġu deskritti b'mod raġunat, b'mod partikolari jekk il-livell jew it-tkabbir tas-suppożizzjonijiet esterni jmur lil hinn b'mod sinifikanti mill-valuri miżmuma fil-previżjonijiet tal-Kummissjoni. In-natura eżatta ta' dik l-informazzjoni inkluża f'paragrafu 2(a), (aa), (b), (c) u (d) għandha titfassal f'qafas armonizzat stabbilit mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-Istati Membri."
(c)
il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:" 3. It-tagħrif dwar il-perkorsi għall-proporzjon ġenerali tal-bilanċ u d-dejn tal-gvern, it-tkabbir fl-infiq tal-gvern, il-perkors ippjanat tat-tkabbir fid-dħul tal-gvern b'politika mhux mibdula, il-miżuri diskrezzjonali tad-dħul ippjanati kkwantifikati b'mod xieraq, u s-suppożizzjonijiet ekonomiċi prinċipali msemmija fil-paragrafu 2(a) u (b) għandu jkun fuq bażi annwali u għandu jkopri s-sena ta' qabel, is-sena kurrenti u mill-anqas it-tliet snin ta' wara."
4.Kull programm għandu jinkludi informazzjoni dwar l-istatus tiegħu fil-kuntest tal-proċeduri nazzjonali, b'mod partikolari kemm jekk il-programm ikun ġie ppreżentat lill-parlament nazzjonali, kif ukoll jekk il-parlament nazzjonali kellu l-opportunità li jiddiskuti l-opinjoni tal-Kunsill fuq il-programm preċedenti jew, jekk hu relevanti, kwalunkwe rakkomandazzjoni jew twissija, u jekk kienx hemm approvazzjoni parlamentari tal-programm.
7. L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:"
Artikolu 8
1. Il-programmi ta' konverġenza għandhom jiġu sottomessi f'April, preferibbilment sa nofs April u mhux aktar tard mit-30 ta' April.
2. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-programmi tagħhom ta' konverġenza.‘.
"
8. L-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:"
‘Artikolu 9
1. Fuq il-bażi ta' valutazzjonijiet mill-Kummissjoni u mill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, il-Kunsill għandu, fil-qafas tas-sorveljanza multilaterali skont l-Artikolu 121 tat-TFUE, jeżamina l-objettivi baġitarji fuq terminu medju ppreżentati mill-Istati Membri konċernati fil-programmi ta' konverġenza tagħhom, jivvaluta jekk is-suppożizzjonijiet ekonomiċi li fuqhom ikun ibbażat il-programm humiex plawsibbli, jekk il-perkors ta' aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien huwiex adattat, inkluża kunsiderazzjoni tal-perkors ta' akkumpanjament għall-proporzjon tad-dejn, u jekk il-miżuri li jkunu qegħdin jittieħdu u/jew jiġu proposti sabiex jiġi rrispettat dak il-perkors ta' aġġustament ikunux suffiċjenti sabiex jintlaħaq l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien matul iċ-ċiklu u sabiex tinkiseb konverġenza sostenuta.
Meta jivvalutaw il-perkors ta' aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu qasir ta' żmien, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw jekk ikunx qed isir sforz akbar ta' aġġustament fi żminijiet ekonomiċi tajbin, filwaqt li l-isforz jista' jkun iżjed limitat fi żminijiet ekonomiċi ħżiena. B'mod partikolari, għandu jitqies id-dħul imprevist u n-nuqqas tiegħu. Għall-Istati Membri ffaċċjati b'livell għoli ta' dejn li jaqbeż is-60 % tal-PGD jew b'riskji kbar għas-sostenibbiltà tad-dejn ġenerali, il-Kunsill għandu jeżamina jekk it-titjib annwali fil-bilanċ tal-baġit aġġustat b'mod ċikliku, esklużi l-miżuri ta' darba u miżuri oħra temporanji, ikunx ogħla minn 0.5 % tal-PGD. Għall-Istati Membri ERM II, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw jekk l-Istat Membru konċernat ikunx qed jagħmel it-titjib annwali xieraq fil-bilanċ tiegħu aġġustat b'mod ċikliku u li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-objettiv baġitarju tiegħu fuq perjodu medju ta' żmien, b'0.5% tal-PGD bħala punt ta' referenza u mingħajr ma jqis il-miżuri ta' darba u miżuri oħra temporanji.
Il-progress suffiċjenti lejn l-objettiv baġitarju għal perjodu medju ta' żmien għandu jkun ivvalutat abbażi ta' valutazzjoni ġenerali bil-bilanċ strutturali bħala r-referenza, inkluża analiżi tal-infiq mingħajr ma jitqiesu l-miżuri tad-dħul diskrezzjonali. Għal dan il-għan, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jivvalutaw jekk il-perkors tat-tkabbir fl-infiq tal-gvern, meħud flimkien mal-effett ta' miżuri li jkunu qegħdin jittieħdu jew li jkunu ppjanati min-naħa tad-dħul, ikunx konsistenti mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
għall-Istati Membri li jkunu laħqu l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien, it-tkabbir fl-infiq annwali ma jaqbiżx rata ta' referenza ta' tkabbir potenzjali tal-PGD fuq perjodu medju ta' żmien, sakemm l-eċċess ma jiġix korrispost b'miżuri diskrezzjonali tad-dħul;
(b)
għall-Istati Membri li jkunu għadhom ma laħqux l-objettiv baġitarju tagħhom għall-perjodu medju ta' żmien, it-tkabbir fl-infiq annwali ma jaqbiżx rata inqas minn rata ta' referenza ta' tkabbir potenzjali tal-PGD fuq perjodu medju ta' żmien, sakemm l-eċċess ma jiġix korrispost b'miżuri diskrezzjonali dwar id-dħul. Id-differenza negattiva bejn ir-rata tat-tkabbir fl-infiq tal-gvern meta pparagunata ma' rata ta' referenza ta' tkabbir potenzjali tal-PGD fuq perjodu medju ta' żmien tiġi stipulta b'mod li jiżgura aġġustament xieraq lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien;
(c)
għall-Istati Membri li jkunu għadhom ma laħqux l-objettiv baġitarju tagħhom fuq perjodu medju ta' żmien, it-tnaqqis diskrezzjonali tal-elementi tad-dħul tal-gvern jiġi korrispost jew bi tnaqqis fl-infiq jew b'żidiet diskrezzjonali f'elementi oħra tad-dħul tal-gvern jew bit-tnejn.
L-infiq totali għandu jeskludi l-infiq fuq l-interessi, infiq fuq programmi tal-UE korrisposti bis-sħiħ mid-dħul tal-fondi tal-UE u mill-bidliet mhux diskrezzjonali fl-infiq tal-benefiċċju tal-qgħad.
L-eċċess tat-tkabbir fl-infiq ‘il fuq mir-referenzi ta' perjodu medju ta' żmien m'għandux jitqies bħala ksur tal-punt ta' referenza sal-limitu li dan ikun ibbilanċjat kompletament biż-żidiet tad-dħul li huma obbligatorji skont il-liġi.
Ir-rata ta' referenza fuq perijodu ta' żmien medju tat-tkabbir potenzjali tal-PDG għandha tiġi determinata abbażi ta' previżjonijiet li jħarsu ‘l quddiem, u abbażi ta' stimi retrospettivi. Il-previżjonijiet għandhom ikunu aġġornati f'intervalli regolari. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku metodu ta' kalkolu ta' dawk il-previżjonijiet u r-rata ta' referenza fuq perjodu ta' żmien medju li tirriżulta tat-tkabbir potenzjali tal-PGD.
Meta jiddefinixxu l-perkors ta' aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien għall-Istati Membri li jkunu għadhom ma laħqux dan l-objettiv u meta jippermettu devjazzjoni temporanja minn dan l-objettiv għall-Istati Membri li jkunu diġà laħquh, bil-kundizzjoni li jiġi ppreservat marġini xieraq ta' sikurezza fir-rigward tal-valur ta' referenza tad-defiċit u li l-pożizzjoni baġitarja tkun mistennija li terġa' lura għall-objettiv baġitarju għall-perjodu medju ta' żmien matul il-perjodu tal-programm, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali prinċipali li għandhom effetti baġitarji pożittivi diretti▌, fosthom billi jżidu t-tkabbir sostenibbli potenzjali, u għalhekk impatt verifikabbli fuq is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fuq perjodu twil ta' żmien.
Għandha tingħata attenzjoni speċjali lir-riformi fil-pensjonijiet li jintroduċu sistema b'aktar minn pilastru wieħed li tinkludi pilastru mandatorju, kompletament iffinanzjat. L-Istati Membri li jkunu qegħdin jimplimentaw tali riformi għandhom jitħallew jiddevjaw mill-pjan ta' aġġustament lejn l-objettiv baġitarju tagħhom fuq perijodu ta' żmien medju jew mill-objettiv innifsu, bid-devjazzjoni tirrifletti l-ammont tal-impatt dirett inkrementali tar-riforma dwar il-bilanċ tal-gvern ġenerali, bil-kundizzjoni li ▌jiġi ppreservat marġini adegwat ta' sikurezza fir-rigward tal-valur referenzjali tad-defiċit.
Barra minn hekk il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw jekk il-kontenut tal-programm ta' konverġenza jiffaċilitax l-ilħuq ta' konverġenza sostnuta u reali, il-koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-politiki ekonomiċi u jekk il-politiki ekonomiċi tal-Istat Membru konċernat ikunux konsistenti mal-linji gwida ġenerali tal-politika ekonomika u mal-linji gwida għall-impjiegi tal-Istati Membri u tal-Unjoni. Barra minn hekk, għall-Istati Membri ERM II, il-Kunsill għandu jeżamina jekk il-kontenut tal-programm ta' konverġenza jiżgurax parteċipazzjoni mingħajr problemi fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju.
F'każ ta' avveniment mhux tas-soltu li ma jkunx fil-kontroll tal-Istat Membru kkonċernat u li jkollu impatt prinċipali fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-gvern ġenerali jew f'perjodi ta' tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku għaż-żona euro jew l-Unjoni kollha, l-Istati Membri jistgħu jitħallew jiddevjaw temporanjament mill-perkors ta' aġġustament lejn l-objettiv fuq perjodu medju ta' żmien imsemmi fit-tielet subparagrafu, bil-kundizzjoni li dan ma jipperikolax is-sostenibbiltà fiskali fuq perjodu medju ta' żmien.
2. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom iwettqu l-eżami tal-programm ta' konverġenza f'mhux aktar minn tliet xhur mis-sottomissjoni tal-programm. Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, għandu, jekk ikun meħtieġ, jadotta opinjoni dwar il-programm. Fejn il-Kunsill, skont l-Artikolu 121 tat-TFUE, iħoss li l-objettivi u l-kontenut tal-programm għandhom jiġu msaħħa b'referenza partikolari għall-perkors ta' aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien, il-Kunsill għandu, fl-opinjoni tiegħu, jistieden lill-Istat Membru konċernat sabiex jaġġusta l-programm tiegħu.‘.
"
9. L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:"
‘Artikolu 10
1. Bħala parti mis-sorveljanza multilaterali skont l-Artikolu 121(3) tat-TFUE, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-programmi ta' konverġenza, fuq il-bażi tat-tagħrif mogħti mill-Istati Membri b'deroga u tal-valutazzjonijiet mill-Kummissjoni u mill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, b'mod partikolari bil-għan li jiġu identifikati diverġenzi sinifikanti attwali jew mistennija tal-pożizzjoni baġitarja mill-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien, jew mill-perkors ta' aġġustament xieraq lejh ▌.
Barra minn hekk, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jimmonitorjaw il-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri mhux parteċipanti fid-dawl tal-objettivi ta' programmi ta' konverġenza bil-ħsieb li jiżguraw li l-politiki tagħhom jadattaw irwieħhom għall-istabbiltà u b'hekk jevitaw miżallinjamenti fir-rati reali tal-kambju u oxxillazzjonijiet eċċessivi fir-rati nominali tal-kambju.
2. F'każ ta' devjazzjoni sinifikanti mill-perkors ta' aġġustament lejn l-objettiv fuq perjodu medju ta' żmien imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(1) ta' dan ir-regolament, u sabiex jiġi evitat li jinħoloq defiċit eċċessiv, il-Kummissjoni għandha tindirizza twissija lill-Istat Membru kkonċernat, skont l-Artikolu 121(4) tat-TFUE.
Il-Kunsill, fi żmien xahar mid-data tal-adozzjoni tat-twissija bikrija kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, għandu janalizza s-sitwazzjoni u jadotta rakkomandazzjoni għall-miżuri ta' politika neċessarji abbażi ta' rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, ibbażata fuq l-Artikolu 121(4). Ir-rakkomandazzjoni għandha tistabbilixxi skadenza ta' mhux aktar minn ħames xhur għall-indirizzar tad-devjazzjoni. L-iskadenza għandha titnaqqas għal tliet xhur jekk it-twissija tal-Kummissjoni tqis li s-sitwazzjoni hi partikolarment serja u teħtieġ azzjoni urġenti. Il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jagħmel ir-rakkomandazzjoni pubblika.
Fl-iskadenza stabbilita mill-Kunsill fir-rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 121(4) tat-TFUE, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-azzjoni meħuda bħala tweġiba għar-rakkomandazzjoni msemmija.
Jekk l-Istat Membru kkonċernat jonqos li jieħu l-azzjoni xierqa sal-iskadenza speċifikata f'rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont it-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tirrakkomanda immedjatament lill-Kunsill li jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi li ma kien hemm l-ebda azzjoni effikaċi. Meta jieħu din id-deċiżjoni, il-Kunsill għandu jaġixxi mingħajr ma jqis il-vot tal-membru tal-Kunsill li jirrappreżenta l-Istat Membru kkonċernat. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tista' tirrakkomanda lill-Kunsill li jadotta rakkomandazzjoni riveduta skont l-Artikolu 121(4) dwar miżuri ta' politika neċessarji. Il-Kunsill għandu jindirizza rapport formali lill-Kunsill Ewropew dwar id-deċiżjonijiet meħuda.
Il-proċess mir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill imsemmi fit-tieni subparagrafu għad-deċiżjoni tal-Kunsill u r-rapport lill-Kunsill Ewropew imsemmi fir-raba' subparagrafu m'għandux ikun itwal minn sitt xhur.
3.Devjazzjoni mill-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien jew il-perkors xieraq ta' aġġustament lejh għandha tkun ivvalutata abbażi ta' evalwazzjoni ġenerali bil-bilanċ strutturali bħala referenza, inkluża analiżi tal-infiq mingħajr ma jitqiesu l-miżuri diskrezzjonali ta' dħul, kif definiti fl-Artikolu 9(1).
Il-valutazzjoni jekk id-devjazzjoni tkunx sinifikanti għandha b'mod notevoli tinkludi l-kriterji li ġejjin:
Għal Stat Membru li ma jkunx laħaq l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien, meta tiġi vvalutata l-bidla fuq il-bilanċ strutturali, jekk id-devjazzjoni tkunx ta' mill-anqas 0.5% tal-PGD f'sena waħda jew ta' mill-anqas 0.25% tal-PGD bħala medja kull sena f'sentejn wara xulxin; meta jiġu vvalutati l-iżviluppi tal-infiq mingħajr ma jitqiesu l-miżuri diskrezzjonali tad-dħul, jekk id-devjazzjoni ikollhiex impatt totali fuq il-bilanċ tal-gvern ta' mill-anqas 0.5% tal-PGD f'sena waħda jew b'mod kumulattiv f'sentejn konsekuttivi.
Id-devjazzjoni tal-iżviluppi fl-infiq ma għandhiex tiġi kkunsidrata sinifikanti jekk l-Istat Membru konċernat ikun qabeż ▌l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta' żmien, filwaqt li titqies il-possibbiltà ta' dħul sinifikanti imprevist u l-pjanijiet baġitarji stipulati fil-programm ta' konverġenza ma jipperikolawx dan l-objettiv matul il-perjodu tal-programm.
Id-devjazzjoni tista' wkoll ma tiġix ikkunsidrata meta tirriżulta minn avveniment mhux tas-soltu li mhux fil-kontroll tal-Istat Membru kkonċernat u li għandu impatt kbir fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-gvern ġenerali jew f'każ ta' tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku għaż-żona tal-euro jew għall-UE kollha, bil-kundizzjoni li din ma tipperikolax is-sostenibbiltà fiskali fil-perijodu medju.
"
9a.Għandha tiddaħħal it-taqsima li ġejja:"
TAQSIMA 3A
IL-PRINĊIPJU TAL-INDIPENDENZA STATISTIKA
Artikolu 10a
Bil-għan li jiġi żgurat li s-sorveljanza multilaterali tkun ibbażata fuq statistika soda u indipendenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-indipendenza professjonali tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, li tkun konsistenti mal-kodiċi ta' prattika tal-istatistika Ewropea kif stipulata fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea*. Bħala minimu dan għandu jirrikjedi:
(a)
proċessi trasparenti għar-reklutaġġ u t-tkeċċija li għandhom ikunu bbażati biss fuq il-kriterji professjonali;
(b)
allokazzjonijiet baġitarji li jridu jsiru fuq bażi annwali jew multiannwali;
(c)
id-data tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni statistika ewlenija, li għandha tingħażel sew bil-quddiem.
* ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.
9b.Għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej:
Artikolu -11
1.Il-Kummissjoni għandha tassigura djalogu permanenti mal-awtoritajiet tal-Istati Membri skont l-objettivi ta' dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari, tagħmel missjonijiet għall-għan tal-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika attwali fl-Istati Membri u l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe riskju jew diffikultà biex jikkonformaw mal-objettivi ta' dan ir-Regolament.
2.Sorveljanza msaħħa tista' ssir minn Stati Membri li huma s-suġġett tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa skont l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 10(2) biex isir immonitorjar in situ. L-Istati Membri konċernati għandhom jipprovdu l-informazzjoni neċessarja kollha għall-preparazzjoni u t-twettiq tal-missjoni.
3.Meta l-Istat Membru konċernat ikun Stat Membru li l-munita tiegħu tkun l-euro jew ikun qed jipparteċipa fl-ERM II, il-Kummissjoni tista' tistieden rappreżentanti tal-Bank Ċentrali Ewropew, jekk hu xieraq, biex jipparteċipaw fil-missjonijiet tas-sorveljanza.
4.Il-Kummissjoni ser tirrapporta lill-Kunsill dwar ir-riżultat tal-missjoni msemmija fil-paragrafu 2, u jekk hu xieraq, tista' tiddeċiedi li tagħmel ir-riżultati tagħha disponibbli għall-pubbliku.
5.Meta torganizza missjonijiet ta' sorveljanza msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tittrażmetti r-riżultati proviżorji tagħha lill-Istati Membri konċernati għall-kummenti tagħhom.
"
9c.Għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej:"
Artikolu 12a
Rieżami
1.Fi żmien tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u kull ħames snin minn din id-data, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Dak ir-rapport għandu jevalwa, inter alia:
(a)
l-effettività tar-regolament,
(b)
il-progress biex jiġi żgurat il-koordinament eqreb tal-politiki ekonomiċi u konverġenza sostnuta tal-prestazzjoni ekonomika tal-Istati Membri bi qbil mat-TFUE,
2.Jekk ikun adatt, dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta għal emendi għal dan ir-Regolament.
3.Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
"
10. Ir-referenzi kollha għall-“Artikolu 99”, fir-Regolament kollu għandhom jiġu ssostitwiti b'referenzi għall-“Artikolu 121”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Emendi tal-Parlament Ewropew adottati fit-23 ta' Ġunju 2011 għal proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro (COM(2010)0525 – C7-0299/2010 – 2010/0279(COD))(1)
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 136, flimkien mal-Artikolu 121(6) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(3),
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(4),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(-1a)Il-qafas imtejjeb ta' governanza ekonomika għandu jsejjes ruħu fuq bosta politiki interkonnessi għal tkabbir u impjiegi sostenibbli, li għandhom ikunu koerenti ma' xulxin, b'mod partikulari strateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi, b'enfasi partikolari fuq l-iżvilupp u t-tisħiħ tas-suq intern, it-titjib tal-kummerċ internazzjonali u tal-kompetittività, qafas effettiv għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-pożizzjonijet baġitarji eċċessivi (il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir), qafas b'saħħtu biex jiġu evitati u korretti l-iżbilanċi makroekonomiċi, rekwiżiti minimi għall-oqfsa baġitarji nazzjonali, regolamentazzjoni u superviżjoni msaħħa tas-suq finanzjarju.
(-1b)Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol aktar isħaħ fil-proċedura tas-sorveljanza msaħħa fir-rigward tal-evalwazzjonijiet li huma speċifiċi għal kull Stat Membru, il-monitoraġġ, il-missjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u t-twissijiet.
(1) Il-koordinazzjoni tal-linji politiċi ekonomiċi tal-Istati Membri fl-Unjoni għandu jkun żviluppat fil-kuntest ta' linji gwida wiesa' ta' politika ekonomika u linji gwida ta' impjieg, kif stipulat mit-Trattat, għandha tkun magħmula minn konformità mal-prinċipji ta' gwida ta' prezzijiet stabbli, finanzi pubbliċi u kondizzjonijiet monetarji sodi u sostenibbli u bilanċ ta' pagamenti sostenibbli.
(2) L-esperjenza miksuba matul l-ewwel deċenju tal-funzjonament tal-unjoni ekonomika u monetarja turi ħtieġa għal governanza ekonomika mtejba fl-Unjoni, li għandha tinbena fuq sjieda nazzjonali aktar b'saħħitha tar-regoli u l-politiki maqbula komunement u fuq qafas aktar b'saħħtu ta' sorveljanza fil-livell tal-Unjoni tal-politiki ekonomiċi nazzjonali.
(2a)Il-kisba u ż-żamma ta' Suq Uniku dinamiku għandhom jitqiesu bħala element tal-funzjonament xieraq u bla problemi tal-unjoni ekonomika u monetarja.
(3) B'mod partikolari, is-sorveljanza tal-linji politiċi ekonomiċi tal-Istati Membri għandha titwessa' lil hinn mis-sorveljanza baġitarja biex jiġu evitati żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi u l-Istati Membri affettwati jkunu megħjuna jfasslu pjanijiet korrettivi qabel ma d-diverġenzi jrabbu l-għeruq u qabel ma l-proċessi ekonomiċi u finanzjarji jkollhom bidla għal direzzjoni li verament ma tkunx favorevoli. Dan it-twessigħ għandu jimxi pass pass mal-approfondiment tas-sorveljanza fiskali.
(4) Teħtieġ proċedura stipulata fil-leġiżlazzjoni biex tgħin ħalli jingħelbu żbilanċi bħal dawn.
(5) Huwa xieraq li tkun supplimentata s-sorveljanza multilaterali msemmija fl-Artikolu 121(3) u (4) tat-TFUE b'regoli speċifiċi għad-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi. Huwa essenzjali li l-proċedura għandha tkun inkorporata fiċ-ċiklu tas-sorveljanza multilaterali annwali.
(5a)Id-dejta tal-istatistika affidabbli hija l-bażi għas-sorveljanzi tal-iżbilanċi makroekonomiċi. Bl-iskop li tkun iggarantita statistika soda u indipendenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-indipendenza professjonali tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, li għandha tkun konsistenti mal-kodiċi Ewropew tal-prattika fl-istatistika kif jingħad fir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Barra minhekk, id-disponibilità ta' dejta fiskali soda hija wkoll relevanti għas-sorveljanza tal-iżbilanċi makroekonomiċi. Dan ir-rekwiżit għandu jkun iggarantiti mir-regoli li hemm dispost għalihom f'dan is-sens fir-Regolament (KE) Nru ].../...] dwar l-infurzar effettiv ta' sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro, b'mod partikolari l-Artikolu 6a tiegħu.
(5b)It-tisħiħ tal-governanza ekonomika għandu jinkludi involviment aktar mill-qrib u aktar f'waqtu min-naħa tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti nazzjonali. Filwaqt li jirrikonoxxi li l-kontropartijiet tal-Parlament Ewropew fil-qafas ta' dan id-djalogu huma l-Istituzzjonijiet Ewropej u r-Rappreżentanti tagħhom, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' joffru l-opportunità lill-Istat Membru li jkollu x'jaqsam ma' deċiżjoni tal-Kunsill skont it-termini tal-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament li jipparteċipa fi skambju ta' opinjonijiet.
(6) L-infurzar tar-Regolament (UE) Nru [.../...] għandu jkun imsaħħaħ billi jiġu stabbiliti depożiti li jħallu l-imgħax f'każ ta' non-ottemperanza mar-rakkomandazzjoni li tittieħed azzjoni korrettiva rakkomandata li jkunu kkonvertiti f'multa ta' kull sena f'każ ta' non-ottemperanza ripetuta mar-rakkomandazzjoni li jkunu indirizzati l-iżbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fil-istess proċedura ta' żbilanċ. Dawn il-miżuri ta' infurzar għandhom japplikaw għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro ▌.
▌
(8) F'każ ta' nuqqas ta' konformità mar-rakkomandazzjonijet tal-Kunsill id-depożitu b'imgħax jew il-multi għandhom ikunu imposti sakemm il-Kunsill jistabbilixxi li l-Istat Membru ħa azzjoni korrettiva biex jikkonforma mar-rakkomandazzjonijiet tiegħu.
(9) Barra minn hekk, jekk l-Istat Membru jonqos b'mod repetut milli jfassal pjan ta' azzjoni korrettiva biex tiġi indirizzata r-rakkomandazzjoni ta-Kunsill dan għandu jkun suġġetti b'mod ugwali għal multa annwali bħala regola, sakemm il-Kunsill jistabbilixxi li l-Istat Membru stabbilixxa pjan ta' azzjoni korrettiva li jindirizza r-rakkomandazzjoni tiegħu.
(10) Biex ikun żgurat trattament ugwali bejn l-Istati Membri, id-depożitu bl-imgħax u l-multa għandhom ikunu l-istess għall-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro u ugwali għal 0,1 % tal-prodott gross domestiku (PGD) tal-Istat Membru kkonċernat fis-sena ta' qabel.
(10a)Il-Kummissjoni għandha wkoll tkun tista' tirrakkomanda r-riduzzjoni tal-portata ta' sanzjoni jew li tikkanċellaha fuq il-bażi ta' ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali.
(11) Il-proċedura għall-applikazzjoni ta' sanzjonijiet fuq l-Istati Membri li jonqsu milli jieħdu miżuri effettivi biex jikkoreġu l-iżbilanċi makroekonomċi eċċessivi għandha titfassal b'tali mod li l-applikazzjoni tas-sanzjoni fuq dawk l-Istati Membri tkun ir-regola u mhux l-eċċezzjoni.
(12) Il-multi msemmijin fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament għandhom jikkostitwixxu dħul ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 311 tat-Trattat, u għandhom jiġu assenjati għal mekkaniżmi ta' stabbiltà biex jipprovdu assistenza finanzjarja, li ġew maħluqa minn Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro sabiex tiġi salvagwardjata l-istabbiltà taż-żona tal-euro kollha.
(13) Is-setgħa li tadotta deċiżjonijiet individwali għall-applikazzjoni tas-sanzjoni stipulata f'dan ir-Regolament għandha tiġi kkonferita lill-Kunsill. Bħala parti mill-koordinazzjoni tal-linji politiċi ekonomiċi tal-Istati Membri mmexxija fil-Kunsill kif speċifikat fl-Artikolu 121(1) tat-TFUE, dawn id-deċiżjonijiet individwali huma segwitu integrali tal-miżuri adottati mill-Kunsill skont l-Artikolu 121 tat-TFUE u r-Regolament (KE) Nru […/…].
(14) Billi dan ir-Regolament fih regoli ġenerali għall-infurzar effettiv tar-Regolament (UE) Nru […/…], għandu jiġi adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja msemmija fl-Artikolu 121(6) tat-Trattat.
(15) Billi ma jistax jinkiseb qafas effettiv b'mod suffiċjenti biex jinstabu u jiġu evitati l-iżbilanċi makroekonomiċi mill-Istati Membri minħabba fl-interkonnessjonijiet kummerċjali u finanzjarji profondi bejn l-Istati Membri u r-riperkussjonijiet tal-linji politiċi ekonomiċi nazzjonali fuq l-Unjoni u fuq iż-żona tal-euro b'mod ġenerali u dan jista' jinkiseb aħjar f'livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema ta' sanzjonijiet għal korrezzjoni effettiva ta' żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru […/…].
Barra minn hekk, għandha tapplika d-definizzjoni li ġejja:
“ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali” tfisser ċirkostanzi fejn eċċess ta' defiċit tal-gvern fuq il-valur ta' referenza jitqies eċċezzjonali fi ħdan it-tifsira tat-tieni inċiż tal-Artikolu 126(2)(a) tat-TFUE u kif speċifikat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97(5).
Artikolu 3
Sanzjonijiet
1. Għandu jiġi impost depożitu bl-imgħax b'deċiżjoni tal-Kunsill, li jkun qed jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, jekk tiġi adottata deċiżjoni tal-Kunsill dwar azzjoni korrettiva bi qbil mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) Nru .../2011▌, meta ▌l-Kunsill jikkonkludi ▌li l-Istat Membru kkonċernat ma ħax l-azzjoni korrettiva rrakkomandata wara rakkomandazzjoni.
▌1a.Multa annwali għandha tiġi imposta bid-deċiżjoni tal-Kunsill, b'azzjoni fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jekk:
a)
żewġ rakkomandazzjonijiet suċċessivi tal-Kunsill fl-istess proċedura ta' żbilanċ ikunu addottati skont it-termini tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru [.../...], meta l-Kunsill iqis li l-Istat Membru jkun issottometta pjan insuffiċjenti ta' azzjoni korrettiva,
b)
żewġ rakkomandazzjonijiet suċċessivi tal-Kunsill jiġu adottati f'konformità mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) Nru […/…],
Il-multa għandha tiġi imposta permezz tal-konverżjoni tad-depożitu bl-imgħax impost f'multa annwali bi qbil mal-Artikolu 3(1).
1b.Id-deċiżjonijiet li hemm riferimenet għalihom fil-paragrafu 1 u 1a għandhom jitqiesu li ġew adottati mill-Kunsill sakemm dan ma jiddeċidix b'maġġoranza kwalifikata li jirrifjuta r-rakkomandazzjoni fi żmien għaxart ijiem mill-adozzjoni tagħha mill-Kummissjoni. Il-Kunsill jista' jemenda r-rakkomandazzjoni filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.
1c.Ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill għandha tinħareġ fi żmien għoxrin jum minn meta jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 u 1a.
2. Id-depożitu bl-imgħax jew il-multa annwali li għandhom jiġu rakkomandati mill-Kummissjoni għandhom ikunu ta' 0.1% tal-PGD tal-Istat Membru kkonċernat fis-sena preċedenti.
3. B'deroga mill-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista“, minħabba raġunijiet ta' ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali jew wara talba raġunata mill-Istat Membru kkonċernat indirizzata lill-Kummissjoni fi żmien għaxart ijiem minn mindu l-kondizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 u 1a ikunu ġew sodisfatti, tipproponi li tnaqqas l-ammont tad-depożitu b'imgħax tal-multa jew li tħassarha.
4. Jekk Stat Membru jkun ikkostitwixxa depożitu b'imgħax jew ikun ħallas multa annwali għal sena kalendarja partikolari u l-Kunsill wara dan jikkonkludi, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru […/…] li l-Istat Membru ħa l-azzjoni korrettiva rakkomandata matul dik is-sena partikolari, id-depożitu mħallas għas-sena partikolari flimkien mal-imgħax li jkun iddekorra fuqu jew l-multa mħallsa għas-sena partikolari għandha tingħata lura lill-Istat Membru pro rata temporis.
Artikolu 4
L-allokazzjoni tal-multi
Il-multi msemmija fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament għandhom jikkostitwixxu dħul ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 311 tat-Trattat, u għandhom jiġu assenjati għall-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja. Sakemm jinħoloq mekkaniżmu ta' stabbiltà ieħor mill-Istati Membri li għandhom l-euro bħala munita, biex jipprovdi assistenza finanzjarja sabiex tiġi salvagwardjata l-istabbiltà taż-żona tal-euro kollha, il-multi għandhom jiġu assenjati lil dak il-mekkaniżmu tal-aħħar.
Aritkolu 5
Il-votazzjoni fil-Kunsill
Għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 3, il-membri tal-Kunsill biss li jirrappreżentaw lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jivvutaw u l-Kunsill għandu jaġixxi mingħajr ma jqis il-vot tal-membru tal-Kunsill li jirrappreżenta l-Istat Membru kkonċernat.
Maġġoranza kkwalifikata tal-membri tal-Kunsill imsemmija fl-ewwel paragrafu ta' qabel għandha tiġi definita skont l-Artikolu 238(3)(a) tat-Trattat.
Artikolu 5a
Djalogu ekonomiku
Biex jitjieb id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u biex ikunu żgurati aktar trasparenza u responsabilità politika, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-President tal-Kunsill, il-Kummissjoni u, kif ikun xieraq, lill-President tal-Eurogroup ħalli jidher quddiem il-kumitat ħalli jiddiskutu d-deċiżjonijiet meħudin skont it-termini tal-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.
Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' joffri l-opportunità lill-Istat Membru li jkollu x'jaqsam ma' tali deċiżjonijiet li jipparteċipaw fi skambju ta' opinjonijiet.
Artikolu 5b
Rieżami
1.Fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u wara kull ħames snin sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jevalwa, inter alia:
(a)
l-effikaċja tar-regolament,
(b)
il-progress fl-iżgurar ta' kordinament eqreb tal-politiki ekonomiċi u konverġenza sostnuta tal-prestazzjonijiet ekonomiċi tal-Istati Membri f'konformità mat-Trattat.
2.Jekk ikun adatt, dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta sabiex dan ir-Regolament jiġi emendat.
3.Ir-rapport u kwalunkwe proposta li takkumpanjah għandhom jiġu mgħoddija lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar drittijiet tal-konsumatur (COM(2008)0614 – C6-0349/2008 – 2008/0196(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0614),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE, skont liema l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0349/2008),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu “Il-Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 294 (3) u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Lulju 2009(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-22 ta' April 2009(2),
– wara li kkunsidra [l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta' Ġunju 2011, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0038/2011),
1. Jadotta l-pożizzjoni wara l-ewwel qari kif tinstab hawn taħt(3),
2. Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
3. Jieħu nota tad-dikjarazzjoni konġunta mill-Presidenza Ungeriża u l-Presidenzi li ġejjin tal-Kunsill, Pollakka, Daniża u Ċiprijotta, annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Ġunju 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2011/83/EU.)
ANNESS
Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew dwar it-tabelli ta' korrelazzjoni
Il-Parlament Ewropew jiddispjaċih li l-Kunsill ma kienx imħejji biex jilqa' l-pubblikazzjoni mandatorja tat-tabelli ta' korrelazzjoni fil-kuntest tal-proposta għal Direttiva dwar id-drittijiet tal-konsumatur.Huwa hawnhekk iddikjarat li l-ftehim milħuq bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fit-trilogu tas-6 ta' Ġunju 2011 dwar din id-Direttiva ma jippreġudikax l-eżitu tan-negozjati interistituzzjoniali dwar it-tabelli ta' korrelazzjoni.
Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni tinfurmah fi żmien tnax-il xahar wara l-adozzjoni ta' dan il-ftehim fil-plenarja u tagħmel rapport fi tmiem il-perjodu tat-traspożizzjoni dwar il-prattika tal-Istati Membri fit-tfassil tat-tabelli tagħhom fejn tintwera, kemm jista' jkun, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri tat-traspożizzjoni, u tagħmilhom pubbliċi.
Il-Parlament Ewropew jilqa' l-ftehim milħuq biex ikunu inklużi fid-Direttiva dwar id-drittijiet tal-konsumatur rekwiżiti ta' rappurtar mandatorju dwar dawk id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jagħtu lill-Istati Membri għażla regolatorja (Artikoli 29, 32 u 33).
Dikjarazzjoni mill-Presidenza Ungeriża u l-Presidenzi li ġejjin tal-Kunsill, Pollakka, Daniża u Ċiprijotta, dwar it-tabelli ta' korrelazzjoni
Huwa hawnhekk iddikjarat li l-ftehim milħuq bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew fit-trilogu tas-6 ta' Ġunju 2011 dwar id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-konsumatur, li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ma jippreġudikax l-eżitu tan-negozjati interistituzzjoniali dwar it-tabelli ta' korrelazzjoni.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2000/25/KE fir-rigward tad-dispożizzjonijiet għat-tratturi mqiegħda fis-suq skont l-iskema tal-flessibbiltà (COM(2010)0607 – C7-0342/2010 – 2010/0301(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0607),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0342/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Frar 2011(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0091/2011),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Ġunju 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2000/25/KE fir-rigward tad-dispożizzjonijiet għat-tratturi mqiegħda fis-suq skont l-iskema ta' flessibbiltà
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar l-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar il-ġestjoni ta' fjuwil użat u ta' skart radjuattiv (COM(2010)0618 – C7-0387/2010 – 2010/0306(NLE))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2010)0618),
– wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, b'mod partikolari l-Artikoli 31 u 32 tiegħu, li skonthom il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C7-0387/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0214/2011),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex għalhekk tbiddel il-proposta tagħha, f'konformità mal-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom;
3. Jitlob lill-Kunsill biex jinnotifika lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jibdel it-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 1
(1) L-Artikolu 2(b) tat-Trattat jipprovdi għall-istabbiliment ta' standards ta' sikurezza uniformi biex tiġi mħarsa s-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali.
(1) L-Artikolu 2(b) tat-Trattat Euratom jipprovdi għall-istabbiliment ta' standards ta' sikurezza uniformi biex tiġi mħarsa s-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali.
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 2
(2) L-Artikolu 30 tat-Trattat jipprovdi għall-istabbiliment ta' standards bażiċi għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jinħolqu minn radjazzjoni jonizzanti.
(2) L-Artikolu 30 tat-Trattat Euratom jipprovdi għall-istabbiliment ta' standards bażiċi għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jinħolqu minn radjazzjoni jonizzanti.
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 3
(3) L-Artikolu 37 tat-Trattat jesiġi li l-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni b'dejta ġenerali dwar kwalunkwe pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv.
(3) L-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom jesiġi li l-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni b'dejta ġenerali dwar kwalunkwe pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv.
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 3 a (ġdida)
(3a)Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE, tat-12 ta' Ġunju 19891 tipprevedi l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol;
1 ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 4
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta' Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sikurezza għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti tapplika għall-prattiki kollha li jinvolvu riskju minn radjazzjoni jonizzanti li tiġi minn sors artifiċjali jew sors naturali ta' radjazzjoni f'każijiet fejn radjunuklidi jiġu jew ġew ipproċessati minħabba l-karatteristiċi radjuattivi, fissili jew fertili tagħhom. Din tkopri wkoll ir-rilaxxi awtorizzati ta' materjali li joriġinaw minn tali prattiki. Id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva ġiet issupplimentata b'leġiżlazzjoni aktar speċifika.
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta' Mejju 199622tistabbilixxi standards bażiċi ta' sikurezza. Din id-Direttiva tapplika għall-prattiki kollha li jinvolvu riskju minn radjazzjoni jonizzanti li tiġi minn sors artifiċjali jew sors naturali ta' radjazzjoni f'każijiet fejn radjunuklidi naturali jiġu jew ġew ipproċessati minħabba l-karatteristiċi radjuattivi, fissili jew fertili tagħhom. Din tkopri wkoll ir-rilaxxi awtorizzati ta' materjali li joriġinaw minn tali prattiki. Id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva ġew issupplimentati b'leġiżlazzjoni aktar speċifika.
22 ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1.
22 Id-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta' Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1).
Emenda 131 Proposta għal direttiva Premessa 4 a (ġdida)
(4a)Peress li la t-Trattat Euratom u lanqas it-TFUE ma jipprovdu lill-Parlament b'setgħat ta' kodeċiżjoni fir-rigward ta' kwistjonijiet nukleari, huwa kruċjali li tinstab bażi legali ġdida għal kwalunkwe leġiżlazzjoni futura fil-qasam nukleari.
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 15 a (ġdida)
(15a)It-tliet pajjiżi ex-kandidati għall-adeżjoni mal-UE, il-Litwanja, is-Slovakkja u l-Bulgarija, kienu joperaw impjanti tal-enerġija nukleari antiki tat-tip Sovjetiku li ma setgħux, mil-lat ekonomiku, ikunu appgrejdjati biex jilħqu l-istandards ta' sikurezza tal-UE; konsegwentement, dawn l-impjanti ngħalqu u sussegwentement ġew iddekummissjunati.
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 15 b (ġdida)
(15b)Id-dekummissjonar tal-impjanti tal-enerġija nukleari ta' dawk it-tliet Stati Membri rrappreżenta piż finanzjarju u ekonomiku sinifikanti fuqhom li ma setgħux ikopru bis-sħiħ , u għalhekk l-Unjoni pprovdiet ir-riżorsi finanzjarji lil dawk l-Istati Membri, li kienu intiżi biex ikopru parti mill-ispiża għall-progetti tad-dekummissjonar u tal-iskart u biex jikkumpensaw għall-konsegwenzi ekonomici.
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 18
(18) Fl-2006, l-IAEA aġġornat il-ġabra kollha tagħha tal-istandards u ppubblikat il-Prinċipji Fundamentali tas-Sikurezza37, li ġew sponsorjati b'mod konġunt mill-Euratom, mill-OECD/NEA u minn organizzazzjonijiet internazzjonali oħra. Kif sostnew l-Organizzazzjonijiet Konġunti li Jisponsorjaw, l-applikazzjoni tal-Prinċipji Fundamentali tas-Sikurezza se tiffaċilita l-applikazzjoni ta' standards tas-sikurezza internazzjonali u permezz ta' dawn se jkun hemm aktar konsistenza bejn l-arranġamenti ta' Stati differenti. Għalhekk, huwa xieraq li l-Istati kollha jikkonformaw ma' dawn il-prinċipji u jiddefenduhom. Il-prinċipji se jkun vinkolanti għall-IAEA fir-rigward tal-operat tagħha u għall-Istati fir-rigward tal-operat megħjun mill-IAEA. L-Istati u l-organizzazzjonijiet li jisponsorjaw jistgħu jadottaw il-prinċipji, skont id-diskrezzjoni tagħhom, għall-applikazzjoni tal-attivitajiet tagħhom stess.
(18) Fl-2006, l-IAEA aġġornat il-ġabra kollha tagħha tal-istandards u ppubblikat il-Prinċipji Fundamentali tas-Sikurezza, li ġew żviluppati b'mod konġunt mill-Euratom, mill-OECD/NEA u minn organizzazzjonijiet internazzjonali oħra. Kif sostnew l-Organizzazzjonijiet Konġunti li Jisponsorjaw, l-applikazzjoni tal-Prinċipji Fundamentali tas-Sikurezza se tiffaċilita l-applikazzjoni ta' standards tas-sikurezza internazzjonali u permezz ta' dawn se jkun hemm aktar konsistenza bejn l-arranġamenti ta' Stati differenti. Għalhekk, huwa xieraq li l-Istati kollha jikkonformaw ma' dawn il-prinċipji u jiddefenduhom. Il-prinċipji se jkun vinkolanti għall-IAEA fir-rigward tal-operat tagħha u għall-Istati fir-rigward tal-operat megħjun mill-IAEA. L-Istati u l-organizzazzjonijiet li jisponsorjaw jistgħu jadottaw il-prinċipji, skont id-diskrezzjoni tagħhom, għall-applikazzjoni tal-attivitajiet tagħhom stess.
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 19 a (ġdida)
(19a)Il-Konvenzjoni ta' Aarhus tal-25 ta' Ġunju 1998 dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja f'Kwistjonijiet Ambjentali tagħti drittijiet lill-pubbliku u timponi fuq il-Partijiet Kontraenti tagħha u fuq l-awtoritajiet pubbliċi, obbligi li jirrigwardaw l-aċċess għall-informazzjoni u l-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja f'kwistjonijiet ambjentali, li jinkludu l-ġestjoni ta' fjuwil użat u skart radjuattiv.
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 19 b (ġdida)
(19b)L-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol adottat Konvenzjoni1 u Rakkomandazzjoni2 dwar Protezzjoni mir-Radjazzjoni, applikabbli għall-attivitajiet kollha li jinvolvu l-esponiment tal-ħaddiema għal radjazzjoni jonizzanti fuq ix-xogħol, u teżiġi li jittieħdu passi xierqa sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva tal-ħaddiema fid-dawl tal-għarfien kurrenti.
1R115 Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Ħaddiema kontra Radjazzjoni Jonizzanti, adottata fit-22 ta' Ġunju 1960. 2C114 Rakkomandazzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Ħaddiema kontra Radjazzjoni Jonizzanti, adottata fit-22 ta' Ġunju 1960.
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 22 a (ġdida)
(22a)Il-Parlament Ewropew iddikjara wkoll li, fl-Istati Membri kollha, l-impriżi nukleari kollha għandu jkollhom biżżejjed riżorsi finanzjarji disponibbli sabiex ikopru l-ispejjeż kollha ta' dekummissjonar, inkluża l-ġestjoni tal-iskart, sabiex jiġi appoġġat il-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas” u tiġi evitata kull talba għal għajnuna mill-Istat, u stieden lill-Kummissjoni biex tfassal definizzjonijiet preċiżi fir*rigward tal-użu ta' riżorsi finanzjarji allokati għad-dekummissjonar f'kull Stat Membru, filwaqt li jitqiesu d-dekummissjonar kif ukoll il-ġestjoni, il-kundizzjonar u r-rimi finali tal-iskart radjuattiv li jirriżulta1.
1 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Novembru 2005 dwar l-użu tar-riżorsi finanzjarji allokati għad-dekommissjonar ta' impjanti nukleari tal-enerġija, (ĠU C 280 E, 18.11.2006, p. 117).
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 23
(23) Hemm għarfien li kulma jmur qed jiżdied fl-Unjoni kif ukoll madwar id-dinja kollha tal-ħtieġagħal użu responsabbli tal-enerġija nukleari, u dan ikopri b'mod partikolari s-sikurezza u s-sigurtà nukleari. F'dan il-kuntest, il-kwistjoni li tirrigwarda l-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv jeħtieġ li tiġi indirizzata biex jiġi żgurat li l-enerġija nukleari tintuża b'mod sikur, imtejjeb u sostenibbli.
(23) Qed tkun dejjem aktar irrikonoxxuta, fl-Unjoni kif ukoll madwar id-dinja kollha, speċjalment wara l-inċident nukleari serju li seħħ reċentement fil-Ġappun, il-ħtieġagħat-tisħiħ tar-regoli li jikkonċernaw is-sikurezza u s-sigurtà nukleari. F'dan il-kuntest, il-kwistjoni kruċjali li tirrigwarda l-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv jeħtieġ li tiġi indirizzata biex jiġi żgurat ħżin u/jew rimi sikur, imtejjeb u sostenibbli.
Emenda 13 Proposta għal direttiva Premessa 23 a (ġdida)
(23a)Għandu jiġi enfasizzat f'dan ir-rigward li proporzjon kbir ta' materjal ta' fjuwil użat jista' jkun irkuprat. Ir-riċiklaġġ tal-fjuwil użat għaldaqstant huwa aspett li jeħtieġ li jitqies, flimkien mar-rimi tal-iskart finali.
Emenda 15 Proposta għal direttiva Premessa 25
(25) L-operazzjoni tar-reatturi nukleari wkoll tiġġenera fjuwil użat. Kull Stat Membru jista' jiddefinixxi l-politika taċ-ċiklu tal-fjuwil tiegħu billi jqis il-fjuwil użat bħala riżorsa ta' valur li tista' tiġi riproċessata, jew billi jiddeċiedi li jarmih bħala skart. Irrispettivament mill-għażla li ssir, għandu jitqies ir-rimi ta' skart ta' livell għoli, li jiġi sseparat waqt ir-riproċessar, jew ta' fjuwil użat meqjus bħala skart.
(25) L-operazzjoni tar-reatturi nukleari wkoll tiġġenera fjuwil użat. Kull Stat Membru jista' jiddefinixxi l-politika taċ-ċiklu tal-fjuwil tiegħu billi jqis il-fjuwil użat bħala riżorsa ta' valur li tista' tiġi riproċessata u rriċiklata, jew billi jiddeċiedi li jarmih bħala skart. Irrispettivament mill-għażla li ssir, għandu jitqies ir-rimi ta' skart ta' livell għoli, li jiġi sseparat waqt ir-riproċessar, jew ta' fjuwil użat meqjus bħala skart.
Emenda 115 Proposta għal direttiva Premessa 25 a (ġdida)
(25a)Fjuwils użati maħżuna f'pixxini, jirrappreżentaw sors potenzjali addizzjonali ta' radjuattività fl-ambjent, b'mod partikolari jekk il-pixxini għat-tberrid ma jibqgħux mgħottija.
Emenda 132 Proposta għal direttiva Premessa 27
(27) L-iskart radjuattiv, inkluż il-fjuwil użat meqjus bħala skart, jeħtieġ il-konteniment u l-iżolament min-nies u mill-ambjent ħaj għal żmien twil. In-natura speċifika tiegħu (l-ammont ta' radjunuklidi) tesiġi arranġamenti biex jiġu protetti s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent minn perikli kkawżati mir-radjazzjoni jonizzanti, inkluż ir-rimi f'faċilitajiet xierqa bħala l-punt tat-tmiem tal-ġestjoni tiegħu. Il-ħżin ta' skart radjuattiv, inkluż il-ħżin fuq perjodu ta' żmien twil, huwa soluzzjoni temporanja iżda mhuwiex alternattiva għar-rimi.
(27) L-iskart radjuattiv, inkluż il-fjuwil użat meqjus bħala skart, jeħtieġ il-kundizzjonar xieraq, il-konteniment u l-iżolament min-nies u mill-ambjent ħaj għal żmien twil. In-natura speċifika tiegħu (l-ammont ta' radjunuklidi) teżiġi arranġamenti biex jiġu protetti s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent minn perikli kkawżati mir-radjazzjoni jonizzanti, inkluż ir-rimi f'faċilitajiet xierqa bħala l-aħħar stadju tal-proċess ta' ġestjoni tiegħu bil-possibbiltà ta rkupru bbażata fuq il-prinċipju tar-riversibilità. Il-ħżin ta' skart radjuattiv, inkluż il-ħżin fuq perjodu ta' żmien twil, huwa soluzzjoni temporanja.
Emenda 133 Proposta għal direttiva Premessa 27 a (ġdida)
(27a)Il-perikli tar-rimi tal-iskart radjuattiv saru evidenti fl-inċident ta' Fukushima u inċidenti simili jistgħu jiġru f'installazzjonijiet nukleari eżistenti jew futuri f'żoni tal-Unjoni u fil-pajjiżi ġirien tagħha b'riskju għoli ta' terremoti jew tsunami, bħal Akkuyu fit-Turkija. L-Unjoni għandha tieħu il- miżuri xierqa kollha biex ma tħallix li jsir rimi ta' skart radjuattiv f'tali żoni.
Emenda 17 Proposta għal direttiva Premessa 28
(28) Skema ta' klassifikazzjoni nazzjonali tal-iskart radjuattiv għandha tappoġġa dawn l-arranġamenti filwaqt li tqis b'mod sħiħ it-tipi speċifiċi u l-proprjetajiet tal-iskart radjuattiv. Il-kriterji preċiżi li skonthom l-iskart jiġi assenjat fi klassi partikolari ta' skart jiddependu fuq is-sitwazzjoni speċifika fl-Istat b'rabta man-natura tal-iskart u l-għażliet ta' rimi disponibbli jew li jkunu qed jitqiesu.
(28) Skema ta' klassifikazzjoni nazzjonali tal-iskart radjuattiv għandha tappoġġa dawn l-arranġamenti filwaqt li tqis b'mod sħiħ it-tipi speċifiċi u l-proprjetajiet tal-iskart radjuattiv. Il-kriterji preċiżi li skonthom l-iskart jiġi assenjat fi klassi partikolari ta' skart jiddependu fuq is-sitwazzjoni speċifika fl-Istat b'ruiferiment għan-natura tal-iskart u l-għażliet ta' rimi disponibbli jew li jkunu qed jitqiesu. Biex jiġu ffaċilitati l-komunikazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni fost l-Istati Membri, u biex ikun hemm it-trasparenza, skema ta' klassifikazzjoni għandha tiġi deskritta fid-dettall fil-programm nazzjonali.
Emenda 18 Proposta għal direttiva Premessa 29
(29) Il-kunċett ta' rimi tipiku għal skart ta' livell baxx u medju ta' attività u ta' ħajja qasira huwa rimi qrib is-superfiċje. Wara 30 sena ta' riċerka, huwa aċċettat b'mod wiesa' fil-livell tekniku li r-rimi ġeoloġiku fil-fond jirrappreżenta l-għażla l-aktar sikura u l-aktar sostenibbli bħala l-punt tat-tmiem tal-ġestjoni tal-iskart ta' livell għoli u l-fjuwil użat meqjus bħala skart. Għalhekk, għandha tiġi segwita l-implimentazzjoni tar-rimi.
(29) Il-kunċetti tar-rimi għal skart ta' livell baxx u medju ta' attività u ta' ħajja qasira jvarjaw minn rimi qrib is-superfiċje (f'bini, mirdum fil-baxx jew mirdum sa ftit għexieren ta' metri taħt l-art), sa rimi b'teknika l-aktar avvanzata f'repożitorji ġeoloġiċi, f'fond ta' 70 sa 100 metri taħt l-art. Kważi l-iskart kollu b'radjuattività ta' ħajja twila, qasira u intermedja jinħażen. Wara 30 sena ta' riċerka, il-vijabilità tar-rimi ġeoloġiku fil-fond intweriet f'livell xjentifiku u din tista' tirrappreżenta għażla sikura u sostenibbli bħala l-aħħar stadju tal-proċess ta' ġestjoni tal-iskart radjuattiv ta' livell għoli. L-attivitajiet li jsiru taħt l-“Implementing Geological Disposal of Radioactive Waste Technology Platform” (Pjattaforma tat-Teknoloġija għall-Implimentazzjoni tar-Rimi Ġeoloġiku ta' Skart Radjuattiv) (IGD-TP) jistgħu jiffaċilitaw l-aċċess għall-għarfien espert u t-teknoloġija f'dan ir-rigward. Alternattivi varji oħra bħal installazzjonijiet ta' ħżin fil-wiċċ jew qribu, it-tqegħid fi blat impermeabbli jew ir-rimi f'toqob fondi ħafna (3000-5000 metru fond) qiegħdin jiġu investigati wkoll. Għalhekk, għandha ssir riċerka ulterjuri f'dawn l-oqsma.
Emenda 19 Proposta għal direttiva Premessa 29 a (ġdida)
(29a)Fid-dawl tar-riċerka fir-rimi tal-iskart radjuattiv permezz tat-transmutazzjoni jew mezzi oħra għat-tnaqqis tar-radjuattività u n-nofs ħajja, il-ħżin fit-tul riversibbli tal-iskart radjuattiv f'formazzjonijiet ġeoloġiċi fil-fond għandu jitqies ukoll.
Emenda 20 Proposta għal direttiva Premessa 30
(30) Għalkemm kull Stat Membru hu responsabbli għall-politika tiegħu stess dwar il-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, il-politika għandha tirrispetta l-prinċipji ta' sikurezza rilevanti u fundamentali stabbiliti mill-IAEA. Huwa l-obbligu etiku ta' kull Stat Membru li jevita kwalunkwe piż eċċessiv fuq il-ġenerazzjonijiet futuri fir-rigward tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv eżistenti, kif ukoll dawk mistennija mid-dekummissjonar ta' installazjonijiet nukleari eżistenti.
(30) Għalkemm kull Stat Membru hu responsabbli għall-politika tiegħu stess dwar il-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, dik il-politika m'għandhiex biss tirrispetta l-prinċipji ta' sikurezza rilevanti u fundamentali stabbiliti mill-IAEA iżda wkoll timponi l-ogħla standards tas-sikurezza li jirriflettu l-prattiċi l-akat avvanzati fil-livell regolatorju u operattiv kif ukoll l-aqwa teknoloġija disponibbli (BAT). Huwa l-obbligu etiku ta' kull Stat Membru li jevita kwalunkwe piż eċċessiv fuq il-ġenerazzjonijiet futuri fir-rigward tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv storiċi u eżistenti, kif ukoll dawk mistennija mid-dekummissjonar ta' installazjonijiet nukleari eżistenti. L-Istati Membri għandhom għalhekk jistabbilixxu politika għad-dekummissjonar li tiggarantixxi li l-faċilitajiet jiżżarmaw bl-aktar mod sikur possibbli u kemm jista' jkun kmieni wara li jingħalqu.
Emenda 21 Proposta għal direttiva Premessa 31
(31) Għall-ġestjoni responsabbli tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi qafas nazzjonali li jiżgura impenji politiċi u teħid tad-deċiżjonijiet pass wara pass li jiġi implimentat permezz ta' leġiżlazzjoni xierqa, regolamentazzjoni u organizzazzjoni b'allokazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet.
(31) Għall-ġestjoni responsabbli tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi qafas nazzjonali li jiggarantixxi impenji politiċi u teħid tad-deċiżjonijiet pass wara pass, skont il-Konvenzjoni ta' Aarhus, li jiġi implimentat permezz ta' leġiżlazzjoni xierqa, regolamentazzjoni u organizzazzjoni b'allokazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet.
Emenda 22 Proposta għal direttiva Premessa 32 a (ġdida)
(32a)L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-finanzjament għall-ġestjoni u l-ħżin ta' tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv ikun disponibbli.
Emenda 23 Proposta għal direttiva Premessa 32 b (ġdida)
(32b)Jeħtieġ li jiġu allokati aktar fondi għall-proġetti tal-enerġija, inklużi l-possibilità ta' proġetti futuri ta' dekummissjonar u konsegwentement, proġetti għall-ġestjoni tal-iskart.
Emenda 24 Proposta għal direttiva Premessa 33
(33) Għandu jiġi stabbilit programm nazzjonali biex jiżgura t-traspożizzjoni tad-deċiżjonijiet politiċi f'dispożizzjonijiet ċari għall-implimentazzjoni f'waqtha tal-passi kollha tal-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv mill-ġenerazzjoni sar-rimi. Dan għandu jinkludi l-attivitajiet kollha li jirrigwardaw l-immaniġġar, il-pretrattament, it-trattament, il-kundizzjonar, il-ħżin, u r-rimi ta' skart radjuattiv. Il-programm nazzjonali jista' jkun dokument ta' referenza jew sett ta' dokumenti.
(33) Għandu jiġi stabbilit programm nazzjonali biex jiżgura t-traspożizzjoni tad-deċiżjonijiet politiċi f'dispożizzjonijiet ċari għall-implimentazzjoni f'waqtha tal-passi kollha tal-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv mill-ġenerazzjoni sar-rimi. Dan għandu jinkludi l-attivitajiet kollha li jirrigwardaw l-immaniġġar, il-pretrattament, it-trattament, il-kundizzjonar, il-ħżin, u r-rimi ta' skart radjuattiv u fjuwil użat u għandu jkun konformi mal-prinċipji stipulati fil-Konvenzjoni ta' Aarhus. Il-programm nazzjonali jista' jkun dokument ta' referenza jew sett ta' dokumenti.
Emenda 25 Proposta għal direttiva Premessa 34 a (ġdida)
(34a)Tul il-katina kollha tal-ġestjoni tal-fjuwil użat jew ta' skart radjuattiv, il-ħaddiema jeħtieġ li jkunu mħarsa u koperti minn leġiżlazzjoni li tirrigwarda s-saħħa u s-sikurezza, tkun xi tkun l-attività jew l-istejtus tagħhom u jeħtieġ li jitqiesu l-effetti fit-tul fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema fi kwalunkwe strument ta' ġestjoni għall-fjuwil użat jew l-iskart radjuattiv. Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni , u dik tal-Istati Membri, fuq is-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol tapplika wkoll għall-ħaddiema involuti fil-ġestjoni ta' fjuwil użat u skart radjuattiv u n-nuqqas ta' konformità ta' leġiżlazzjoni bħal din għandu jwassal għal sanzjonijiet immedjati u severi.
Emenda 26 Proposta għal direttiva Premessa 35
(35) It-trasparenza hi importanti fil-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv. Din it-trasparenza għandha tiġi pprovduta billi jinkisbu tagħrif u opportunitajiet pubbliċi effettivi għall-partijiet involuti u kkonċernati kollha biex dawn ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
(35) It-trasparenza hi importanti fil-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv u huwa kruċjali li jkun hemm fiduċja pubblika fil-prinċipji li jirregolaw is-sikurezza tal-imħażen u fil-programmi għall-ġestjoni tal-iskart. Din it-trasparenza għandha tiġi pprovduta billi jiġu żgurati tagħrif u opportunitajiet pubbliċi effettivi għall-partijiet involuti, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-pubbliku kkonċernati kollha, biex dawn ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
Emenda 27 Proposta għal direttiva Premessa 36
(36) Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u dik fil-livell internazzjonali tista' tiffaċilita u tħaffef it-teħid tad-deċiżjonijiet permezz tal-aċċess għall-għarfien espert u t-teknoloġija.
(36) Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u dik fil-livell internazzjonali tista' tiffaċilita u tħaffef it-teħid tad-deċiżjonijiet permezz tal-aċċess għall-għarfien espert ta' kwalità għolja u t-teknoloġija, kif ukoll għall-aħjar prattiki.
Emenda 28 Proposta għal direttiva Premessa 37
(37) Uħud mill-Istati Membri jqisu li l-kondiviżjoni tal-faċilitajiet għall-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, inklużi l-faċilitajiet tar-rimi, hija għażla potenzjalment utli meta tiġi bbażata fuq ftehim bejn l-Istati Membri kkonċernati.
(37) Uħud mill-Istati Membri jqisu li l-kondiviżjoni tal-faċilitajiet għall-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, inklużi l-faċilitajiet tar-rimi, hija għażla potenzjalment utli, sikura u kosteffikaċi meta tiġi bbażata fuq ftehim bejn il-pajjiżi involuti. F'dan ir-rigward, hu importanti li ma jkunux imxekkla arranġamenti speċifiċi bħal ftehimiet pre-eżistenti dwar il-fjuwil użat idderivat minn reatturi ta' riċerka. Din id-Direttiva għandha tiddefinixxi kif suppost il-kundizzjonijiet meħtieġa li għandhom jiġu ssodisfati qabel ma jitnedew proġetti konġunti bħal dawn.
Emenda 29 Proposta għal direttiva Premessa 39
(39) Il-każ tas-sikurezza u l-approċċ gradat għandhom jipprovdu bażi għad-deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-iżvilupp, l-operat u l-għeluq ta' faċilità tar-rimi u għandhom jippermettu l-identifikazzjoni ta' oqsma ta' inċertezza li għandhom jingħataw attenzjoni biex ikompli jitjieb il-fehim ta' dawk l-aspetti li jinfluwenzaw is-sikurezza tas-sistema tar-rimi, inklużi l-barrieri naturali (ġeoloġiċi) u dawk mibnija għal dan il-għan, u l-iżvilupp tagħhom tul iż-żmien. Il-każ tas-sikurezza għandu jinkludi s-sejbiet tal-valutazzjoni tas-sikurezza u t-tagħrif dwar ir-robustezza u l-affidabilità tal-valutazzjoni tas-sikurezza u anke s-suppożizzjonijiet li saru fiha. Għalhekk, dan għandu jipprovdi l-ġabra ta' argumenti u evidenza favur is-sikurezza ta' faċilità jew attività relatata mal-ġestjoni tal-fjuwil użat jew tal-iskart radjuattiv.
(39) Il-każ tas-sikurezza u l-approċċ gradat għandhom jipprovdu bażi għad-deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-iżvilupp, l-operat u l-għeluq ta' faċilità tar-rimi u għandhom jippermettu l-identifikazzjoni ta' oqsma ta' inċertezza li għandhom jingħataw attenzjoni biex ikompli jitjieb il-fehim ta' dawk l-aspetti li jinfluwenzaw is-sikurezza tas-sistema tar-rimi, inklużi l-barrieri naturali (ġeoloġiċi) u dawk mibnija għal dan il-għan, u l-iżvilupp tagħhom tul iż-żmien. Il-każ tas-sikurezza għandu jinkludi s-sejbiet tal-valutazzjoni tas-sikurezza u t-tagħrif dwar ir-robustezza u l-affidabilità tal-valutazzjoni tas-sikurezza u anke s-suppożizzjonijiet li saru fiha. Għalhekk, id-dimostrazzjoni tas-sikurezza għandha tkun imsejsa fuq il-ġabra ta' argumenti u evidenza favur is-sikurezza ta' faċilità jew attività relatata mal-ġestjoni tal-fjuwil użat jew tal-iskart radjuattiv.
Emenda 30 Proposta għal direttiva Premessa 40
(40) Filwaqt li tirrikonoxxi li l-perikli kollha assoċjati mal-fjuwil użat u mal-iskart radjuattiv għandhom jitqiesu fil-qafas nazzjonali, din id-Direttiva ma tkoprix perikli mhux radjoloġiċi, li jaqgħu taħt it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(40) Filwaqt li tirrikonoxxi li l-perikli kollha assoċjati mal-fjuwil użat u mal-iskart radjuattiv għandhom jitqiesu fil-qafas nazzjonali, din id-Direttiva ma tkoprix perikli mhux radjoloġiċi b'konsegwenzi mhux radjoloġiċi, li jaqgħu taħt it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 31 Proposta għal direttiva Premessa 41
(41) Iż-żamma u l-iżvilupp tal-kompetenzi u l-ħiliet li qed jiżviluppaw aktar fil-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv bħala element essenzjali li bih jiġu żgurati livelli għolja ta' sikurezza, għandhom ikunu bbażati fuq taħlita ta' tagħlim permezz ta' esperjenza operazzjonali, riċerka xjentifika u żvilupp teknoloġiku u kooperazzjoni teknika bejn dawk kollha involuti.
(41) Iż-żamma u l-iżvilupp ultejuri tal-kompetenzi u l-ħiliet fil-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv bħala element essenzjali li bih jiġu żgurati livelli għolja ta' ħarsien tas-saħħa u tal-ambjent, sikurezza u trasparenza, għandhom ikunu bbażati fuq taħlita ta' tagħlim minn esperjenza operazzjonali, riċerka xjentifika u żvilupp teknoloġiku u kooperazzjoni teknika bejn dawk kollha involuti.
Emenda 32 Proposta għal direttiva Premessa 42 a (ġdida)
(42a)F'dan ir-rigward, il-Grupp ta' Regolaturi Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari (ENSREG) jista' jagħti kontribut siewi għal implimentazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva, u b'hekk jiffaċilita l-konsultazzjoni, l-iskambju ta' prattika tajba u l-koperazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.
Emenda 33 Proposta għal direttiva Premessa 42 b (ġdida)
(42b)Din id-Direttiva tista' tkun strument utli li għandu jitqies meta jiġi vverifikat jekk proġetti li jirċievu finanzjament mill-Unjoni Ewropea, fil-kuntest tal-għajnuna finanzjarja jew teknika tal-Euratom għal faċilitajiet jew attivitajiet għall-ġestjoni ta' fjuwil użat u ta' skart radjuattiv, jinkludux il-miżuri meħtieġa biex tiġi żgurata l-ġestjoni sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv.
Emenda 34 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 2
(2) Tiżgura li l-Istati Membri jipprovdu arranġamenti nazzjonali xierqa għal livell għoli ta' sikurezza fil-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv biex il-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali jiġu protetti minn perikli kkawżati mir-radjazzjoni jonizzanti.
(2) Tiżgura li l-Istati Membri jipprovdu arranġamenti nazzjonali xierqa għall-ogħla livell ta' sikurezza fil-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv biex il-ħaddiema, il-pubbliku ġenerali u l-ambjent naturali jiġu protetti minn perikli kkawżati mir-radjazzjoni jonizzanti.
Emenda 35 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 3
(3) Iżżomm u tippromwovi tagħrif u parteċipazzjoni tal-pubbliku fir-rigward tal-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv.
(3) Tiżgura li jingħata t-tagħrif u li jkun hemm il-parteċipazzjoni tal-pubbliku meħtieġa fir-rigward tal-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv.
Emenda 36 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 4 a (ġdid)
(4a)Din id-Direttiva tistipula standards minimi għall-Istati Membri, għalkemm l-Istati Membri huma liberi li jimponu standards ogħla għall-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv.
Emenda 37 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – parti introduttorja
(1) Din id-Direttiva għandha tapplika:
(1) Bla ħsara għad-Direttiva 2009/71/Euratom, din id-Direttiva għandha tapplika:
Emenda 38 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a
(a) għall-istadji kollha tal-ġestjoni tal-fjuwil użat meta dan jirriżulta mill-operat ta' reatturi nukleari ċivili jew inkella huwa ġestit f“attivitajiet ċivili;
(a) għall-istadji kollha tal-ġestjoni tal-fjuwil użat meta dan jirriżulta mill-operat ta' reatturi nukleari ċivili jew inkella huwa ġestit fil-kuntest ta' attivitajiet ċivili fit-territorju tal-UE, inkluż il-fjuwil użat li joriġina minn programmi ta' difiża militari jekk u meta dan il-fjuwil użat jiġi trasferit b'mod permanenti u ġestit fil-kuntest ta' attivitajiet esklussivament ċivili;
Emenda 39 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b
(b) għall-istadji kollha ta' ġestjoni tal-iskart radjuattiv, mill-ġenerazzjoni sar-rimi, meta l-iskart radjuattiv jirriżulta mill-attivitajiet ċivili jew inkella huwa ġestit f'attivitajiet ċivili;
(b) għall-istadji kollha ta' ġestjoni tal-iskart radjuattiv, mill-ġenerazzjoni sar-rimi u inkluż ir-rimi, meta l-iskart radjuattiv jirriżulta mill-attivitajiet ċivili jew inkella huwa ġestit fil-kuntest ta' attivitajiet ċivili fit-territorju tal-UE;
Emenda 40 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – punt -1 (ġdid)
(-1) “rilaxxi awtorizzati” tfisser rilaxxi ppjanati u kkontrollati ta' materjal radjuattiv gassuż jew likwidu fl-ambjent, li joriġina minn faċilitajiet jew attivitajiet nukleari regolati matul l-operat normali, fil-limiti awtorizzati mill-awtorità regolatorja kompetenti u f'konformità mal-prinċipji u l-limiti tad-Direttiva 96/29/Euratom;
Emenda 41 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – punt 3
(3) “rimi” tfisser it-tqegħid ta' fjuwil użat jew ta' skart radjuattiv f'faċilità awtorizzata mingħajr l-intenzjoni li jiġi rkuprat;
(3) “rimi” tfisser it-tqegħid ta' fjuwil użat jew ta' skart radjuattiv potenzjalment b'mod definittiv f'faċilità awtorizzata b'kunsiderazzjoni xierqa għall-prinċipju tar-riversibilità;
Emendi 42 u 134 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – punt 6
(6) “skart radjuattiv” tfisser materjal radjuattiv f'forma gassuża, likwida jew solida li ma għad fadallu l-ebda użu mill-Istat Membru jew minn persuna naturali jew ġuridika li d-deċiżjoni tagħha tiġi aċċettata mill-Istat Membru, u li jkun ikkontrollat bħala skart radjuattiv minn awtorità regolatorja kompetenti taħt il-qafas leġiżlattiv u regolatorju tal-Istat Membru;
(6) “skart radjuattiv” tfisser materjal radjuattiv f'forma gassuża, likwida jew solida, inklużi l-fjuwil użat u l-materjal radjuattiv li joriġinaw mir-riproċessar, imnaqqas għall-volum minimu teknoloġikament possibbli, li l-użu tiegħu mhuwiex ippjanat jew previst, fid-dawl tal-iżviluppi u tal-progress teknoloġiċi futuri, mill-Istat Membru jew minn persuna naturali jew ġuridika li d-deċiżjoni tagħha tiġi aċċettata mill-Istat Membru, u li jkun ikkontrollat bħala skart radjuattiv minn awtorità regolatorja kompetenti taħt il-qafas leġiżlattiv u regolatorju tal-Istat Membru;
Emenda 43 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – punt 9 a (ġdid)
(9a) “sit” tfisser żona ġeografika li fiha faċilità awtorizzata, inkluża faċilità għar-rimi ta' fjuwil użat jew ta' skart radjuattiv jew attività awtorizzata;
Emenda 44 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – punt 9 b (ġdid)
(9b) “valutazzjoni tas-sikurezza” tfisser il-proċess sistematiku li jsir matul il-proċess ta' disinn biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tas-sikurezza rilevanti kollha jiġu ssodisfati mid-disinn propost u tinkludi, iżda ma tkunx limitata għal, analiżi formali tas-sikurezza;
Emenda 45 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – punt 9 c (ġdid)
(9c) “il-każ tas-sikurezza” tfisser ġabra ta' argumenti u provi li jappoġġaw is-sikurezza ta' faċilità jew attività, li tinkludi s-sejbiet ta' valutazzjoni tas-sikurezza u dikjarazzjoni ta' fiduċja f'dawk is-sejbiet. Għall-faċilità tar-rimi, il-każ tas-sikurezza jista' jkun relatat ma' stadju partikolari ta' żvilupp. F'tali każijiet, il-każ tas-sikurezza għandu jagħraf l-eżistenza ta' oqsma ta' nuqqas ta' ċertezza jew ta' kwalunkwe kwistjonijiet mhux riżolti u għandu jipprovdi gwida għal ħidma biex jiġu riżolti dawk il-kwistjonijiet fi stadji futuri tal-iżvilupp;
Emenda 46 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – punt 13
(13) “ħżin” tfisser iż-żamma ta' fjuwil użat jew ta' skart radjuattiv f'faċilità awtorizzata bl-intenzjoni li jiġi rkuprat.
(13) “ħżin” tfisser iż-żamma temporanja ta' fjuwil użat jew ta' skart radjuattiv f'faċilità awtorizzata sakemm jiġi rkuprat;
Emenda 48 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1
(1) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu l-politiki nazzjonali dwar il-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv. Huma għandhom ir-responsabbiltà aħħarija għall-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv tagħhom.
(1) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu l-politiki nazzjonali dwar il-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv. Kull Stat Membru għandu r-responsabbiltà aħħarija għall-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv ġġenerat fit-territorju tiegħu.
Emenda 49 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 a (ġdid)
(1a)L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-politiki nazzjonali dwar il-ġestjoni tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv ikunu implimentati permezz ta' proċess b'saħħtu ta' teħid ta' deċiżjonijiet, li jkun iddokumentat sew u li jimxi pass pass, u li jieħu kont tas-sikurezza fit-tul.
Emenda 50 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 2 – parti introduttorja
(2) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(2) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-politiki nazzjonali jkunu msejsa fuq il-prinċipji li ġejjin:
Emenda 51 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a
(a) il-ġenerazzjoni tal-iskart radjuattiv tinżamm sal-minimu prattikabbli, f'termini kemm tal-attività u kemm tal-volum, permezz ta' miżuri ta“ disinn xierqa u ta” prattiki tal-operat u tad-dekummissjonar, inklużi r-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid ta' materjali konvenzjonali;
(a) il-ġenerazzjoni tal-iskart radjuattiv tinżamm sal-minimu prattikabbli, filwaqt li tirrispetta l-prinċipju “raġonevolment baxxi kemm jista” jkun' (ALARA), f'termini kemm tal-attività u kemm tal-volum, permezz ta' miżuri ta“ disinn xierqa u ta” prattiki tal-operat u tad-dekummissjonar, inklużi r-riproċessar u l-użu mill-ġdid ta' materjali;
Emenda 121 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt d
(d) il-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv jiġu mmaniġġati b'mod sikur, inkluż fuq terminu ta' żmien twil.
(d) il-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv jiġu mmaniġġati b'mod sikur sakemm idumu ta' periklu għall-persuni u għall-ambjent;
Emenda 122 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt d a (ġdid)
(da) l-esponiment tal-ħaddiema, tal-pubbliku u tal-ambjent għall-fjuwil użat u għall-iskart radjuattiv jeħtieġ li jiġi evitat;
Emenda 54 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt d b (ġdid)
(db) jittieħdu miżuri sabiex ikunu koperti riskji futuri tas-saħħa u ambjentali għall-ħaddiema esposti u għall-pubbliku ġenerali;
Emenda 55 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt d c (ġdid)
(dc) l-ispejjeż sabiex jiġi ġestit l-iskart radjuattiv, inklużi l-fjuwils użati, ikunu koperti minn dawk li ġġenerawhom;
Emenda 56 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt d d (ġdid)
(dd) ir-riservi finanzjarji li għandhom jiġu pprovduti minn dawk li jipproduċu l-iskart biex ikopru l-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-ġestjoni ta' fjuwils użati u skart radjuattiv ikunu amministrati permezz ta' fond ikkontrollat mill-Istat, sabiex jiġi żgurat li jkunu disponibbli fir-rigward ta' rimi sikur permanenti;
Emenda 57 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt d e (ġdid)
(de) il-korpi nazzjonali kompetenti jkunu involuti fis-sorveljanza tad-disponibbiltà ta' riżorsi finanzjarji adegwati;
Emenda 58 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt d f (ġdid)
(df) il-parlamenti nazzjonali jkunu involuti fis-sorveljanza tad-disponibbiltà ta' riżorsi finanzjarji adegwati;
Emenda 135 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 2 a (ġdid)
(2a)Peress li t-tankijiet ta' fjuwil użat jinvolvu riskji maġġuri, speċjalment meta ma jkunux koperti, il-fjuwils użati kollha għandhom għalhekk jitneħħew mit-tankijiet u jitqiegħdu f'post xott għall-ħżin kemm jista' jkun malajr. Bħala parti minn dak il-proċess, għandha tingħata prijorità għat-tankijiet ta' fjuwil użat l-aktar antiki.
Emenda 61 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 b (ġdid)
Il-ftehimiet kollha bħal dawn għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni.
Emenda 62 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 3 a (ġdid)
(3a)Fuq bażi volontarja, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu faċilità tar-rimi konġunta jew reġjonali f'koperazzjoni ma' Stati Membri oħra sabiex jutilizzaw il-vantaġġi ġeoloġiċi jew tekniċi favorevoli jew ta' sit partikulari u jaqsmu l-piż finanzjarju tal-proġett konġunt.
Emenda 63 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 3 b (ġdid)
(3b)Qabel ma jitnieda tali proġett permezz ta' ftehim intergovernattiv, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-inizjattiva tissodifa r-rekwiżiti meħtieġa, u tkopri mill-inqas dawn li ġejjin:
(a) l-aċċettazzjoni u l-appoġġ tal-pubbliku fl-Istati Membri kkonċernati kollha għandhom jiġu sostnuti kontinwament matul il-fażijiet kollha tal-iżvilupp tal-proġett u t-tul il-ħajja tar-rimi billi jiġi żgurat li l-pubbliku jkollu aċċess għall-informazzjoni u li l-pubbliku jkun jista' jipparteċipa fil-proċess ta' konsultazzjoni;
(b) il-kooperazzjoni bejn il-korpi regolatorji kompetenti u l-awtoritajiet nazzjonali għas-sikurezza, kif ukoll is-superviżjoni min-naħa tagħhom għandhom jiġu żgurati; il-każ tas-sikurezza u l-valutazzjoniijiet ta' appoġġ dwar is-sikurezza għandhom jitwettqu f'kull wieħed mill-Istat Membri kkonċernati, u għandhom ikopru l-fażijiet ta' esplorazzjoni, ta' għażla u ta' implimentazzjoni tal-faċilità;
(c) għandu jintlaħaq qbil dwar kwistjonijiet ta' responsabilità u allokazzjoni ċara tar-responsabilitajiet, fejn kull Stat Membru jkollu r-responsabilità finali għall-iskart radjuattiv tiegħu;
(d) għandu jintlaħaq qbil dwar l-arranġamenti finanzjarji li jiżguraw li l-fondi jkunu garantiti għat-tul il-ħajja tal-faċilità tar-rimi u l-perjodu ta' wara l-għeluq tagħha, u li jkun hemm riżorsi umani xierqa li jiżguraw li jkun hemm numru suffiċjenti ta' persunal adegwatament ikkwalifikat;
(e) għandha tingħata notifika minn qabel, fil-programmi nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati, tal-qafas legali, l-istruttura organizzazzjonali, u l-iskemi u l-arranġamenti tekniċi, li turi li, f'perjodu ċar ta' żmien, ir-rimi ppjanat ikun jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva.
Emenda 136 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 3 c (ġdid)
(3c)Taħt l-ebda ċirkostanza ma jista' jkun esportat skart radjuattiv lejn pajjiżi li mhumiex fl-UE; għandha titħalla t-traportazzjoni bil-baħar ta' fjuwil użat barra mill-UE bil-kundizzjoni li dan jiġi sussegwentement importat lura fl-UE wara r-riċiklaġġ.
Emenda 124 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 3 d (ġdid)
(3d)Il-faċilitajiet kollha tal-iskart nukleari li jinsabu f'reġjuni sismiċi jew f'żoni kostali fejn hemm riskju sinifikanti li l-livell tal-baħar jogħla jew li jkun hemm tsunamis għandhom jiġu pprojbiti.
Emenda 64 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 5 – punt a
(a) programm nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-politika dwar il-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv;
(a) programm nazzjonali, li jirrispetta l-prinċipju ta' sussidjarità, għall-implimentazzjoni tal-politika dwar il-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv li jiżgura li l-produtturi kollha ta' skart radjuattiv ikollhom aċċess għar-rimi sikur ta' skart radjuattiv bl-istess kundizzjonijiet;
Emenda 65 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b a (ġdid)
(ba) rekwiżiti nazzjonali għas-saħħa u s-sikurezza, l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-ħaddiema;
Emenda 66 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c
(c) sistema ta' liċenzjar tal-attivitajiet u l-faċilitajiet għall-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, inkluża l-projbizzjoni tal-operazzjoni ta' faċilità għall-ġestjoni tal-fjuwil użat jew tal-iskart radjuattiv li tkun mingħajr liċenzja;
(c) sistema ta' liċenzjar tal-attivitajiet u l-faċilitajiet għall-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, inkluża l-projbizzjoni tal-operazzjoni ta' faċilità għall-ġestjoni tal-fjuwil użat jew tal-iskart radjuattiv li tkun mingħajr liċenzja u li tiżgura li l-iskart radjuattiv kollu, indipendentement minn min jipproduċih, ikun ġestit fuq bażi nondiskriminatorja;
Emenda 67 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d
(d) sistema ta' kontroll istituzzjonali xieraq, spezzjonijiet regolatorji, dokumentazzjoni u rappurtar;
(d) sistema ta' kontroll istituzzjonali xieraq, spezzjonijiet regolatorji, dokumentazzjoni u rappurtar, kif ukoll it-taħriġ meħtieġ għall-ħaddiema involuti fil-proċess kollu, sabiex jiġu żgurati u mħarsa s-sikurezza okkupazzjonali u s-saħħa tagħhom;
Emenda 68 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt e a (ġdid)
(ea) miżuri li jiggarantixxu riżorsi finanzjarji adegwati fit-tul għall-attivitajiet u faċilitajiet marbutin mal-ġestjoni ta' fjuwil użat u skart radjuattiv;
Emenda 69 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt f a (ġdid)
(fa) miżuri biex jiżguraw li l-finanzjament meħtieġ għall-ġestjoni ta' fjuwil użat u skart radjuattiv u għal skopijiet ta' tqegħid ikun stabbilit mill-awtorità regolatorja kompetenti fuq il-bażi ta' proċess trasparenti li jkun rieżaminat regolarment u li fih il-partijiet interessati kollha jkunu regolarment involuti;
Emenda 70 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt f b (ġdid)
(fb) kalkolu tal-ispejjeż kollha ġġenerati mill-ġestjoni ta' fjuwil użat u skart radjuattiv. L-informazzjoni provduta f'dan ir-rigward għandha tispeċifika fost l-oħrajn l-istituzzjonijiet li qed iġarrbu dawn l-ispejjeż.
Emenda 71 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 2
(2) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jinżamm u jittejjeb kif meħtieġ, filwaqt li titqies l-esperjenza operattiva u dik miksuba mill-każijiet tas-sikurezza kif imsemmi fl-Artikolu 8, u l-iżvilupp tat-teknoloġija u r-riżultati tar-riċerka.
(2) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jinżamm u jittejjeb kif meħtieġ, filwaqt li titqies l-esperjenza operattiva u dik miksuba mill-każijiet tas-sikurezza kif imsemmi fil-punt (9c) tal-Artikolu 3, l-aqwa teknoloġija disponibbli (BAT), is-saħħa u l-istandards tas-sikurezza u r-riżultati tar-riċerka.
Emenda 72 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 1 a (ġdid)
(1a)L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji tagħhom ikunu suġġetti għall-kontroll demokratiku.
Emenda 73 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 3 a (ġdid)
(3a)L-awtorità regolatorja kompetenti għandu jkollha l-poteri u r-riżorsi sabiex twettaq regolarment valutazzjonijiet ta' sikurezza, investigazzjonijiet u kontrolli nukleari, u fejn ikun meħtieġ, biex tieħu azzjoni ta' infurzar fil-faċilitajiet, anki waqt il-proċess ta' dekummissjonar. Is-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema, inklużi ta' kwalunkwe sottokuntratturi, kif ukoll il-livelli tal-persunal u t-taħriġ, għandhom ikunu parti minn dawk il-valutazzjonijiet.
Emenda 137 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 3 b (ġdid)
(3b)L-awtorità regolatorja kompetenti għandha jkollha s-setgħa li tordna li ċerti attivitajiet jieqfu meta l-valutazzjonijiet juru li dawn mhumiex sikuri. Dawn il-valutazzjonijiet u l-valutazzjonijiet l-oħra kollha mill-awtorità regolatorja kompetenti għandhom jiġu reżi pubbliċi;
Emenda 74 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 1
(1) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-responsabbiltà ewlenija għas-sikurezza tal-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv tkun tad-detentur ta' liċenzja. Din ir-responsabbiltà ma tistax tiġi ddelegata.
(1) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-responsabbiltà ewlenija għas-sikurezza tal-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv tkun tad-detenturi tal-liċenzja li jkunu ġew fdati bir-responsabbiltà ġenerali għall-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.
Emenda 130 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 1 a (ġdid)
(1a)L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-każ tas-sikurezza u l-valutazzjoni ta' appoġġ dwar is-sikurezza jitħejjew bħala parti mill-applikazzjoni għal liċenzja biex titwettaq attività ta' ġestjoni ta' skart radjuattiv jew biex tiġi operata faċilità tar-rimi li tinsab fit-territorju tal-UE, u li jiġu aġġornati kif meħtieġ matul il-perjodu li matulu l-attività jew il-faċilità titkompla. Il-każ tas-sikurezza u l-valutazzjonijiet ta' appoġġ dwar is-sikurezza għandhom ikopru l-lokalizzazzjoni, id-disinn, il-bini, l-operat u jew l-għeluq ta' tankijiet ta' fjuwils użati, faċilità ta' ħżin jew faċilità ta' rimi kif ukoll is-sikurezza ta' wara l-għeluq fuq terminu ta' żmien twil, inkluż permezz ta' mezzi passivi, u għandhom jiddeskrivu l-aspetti kollha tas-sit li jirrigwardaw is-sikurezza, id-disinn tal-faċilità, it-tankijiet tat-tkessiħ tal-ħżin intermedju (inkluż ir-rappurtar regolari tal-kwantità tal-fjuwils użati li jkun hemm fihom) id-dekummissjonar tal-faċilità jew parti minnha u l-miżuri ta' kontroll ta' ġestjoni u l-kontrolli regolatorji. Il-każ ta' sikurezza u l-valutazzjoni ta' appoġġ dwar is-sikurezza għandhom jinkludu valutazzjoni dwar ir-riskji għas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema, inklużi dawk impjegati mis-sottokuntratturi, u dwar il-kompetenzi u n-numru ta' persunal meħtieġa għall-operat dejjem sikur tal-faċilità, sabiex tkun tista' tittieħed azzjoni f'każ li jseħħ inċident.
Il-każ tas-sikurezza u l-valutazzjoni ta' appoġġ dwar is-sikurezza għandhom juru l-livell tal-protezzjoni żgurat u għandhom jiżguraw lill-awtorità regolatorja kompetenti u lil partijiet interessati oħra li r-rekwiżiti tas-sikurezza se jiġu ssodisfati. Il-każ tas-sikurezza u l-valutazzjoni ta' appoġġ dwar is-sikurezza għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità regolatorja għall-approvazzjoni.
Emenda 76 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 1 b (ġdid)
(1b)L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detenturi tal-liċenzja jirrappurtaw lill-awtorità regolatorja kompetenti u lil organizzazzjonijiet kompetenti rilevanti oħra, u li jagħtu aċċess lill-pubbliku ġenerali għal informazzjoni relatata mal-attivitajiet jew il-faċilitajiet tagħhom.
Emenda 77 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 2
(2) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li d-detenturi ta' liċenzja, taħt is-superviżjoni tal-awtorità regolatorja kompetenti, jivvalutaw u jivverifikaw, u jtejbu b'mod kontinwu, safejn raġonevolment possibbli, is-sikurezza tal-attivitajiet u l-faċilitajiet tagħhom b'mod sistematiku u verifikabbli.
(2) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li d-detenturi tal-liċenzja, taħt is-superviżjoni tal-awtorità regolatorja kompetenti, jivvalutaw u jivverifikaw regolarment, u jtejbu b'mod kontinwu, safejn raġonevolment possibbli, is-sikurezza tal-attivitajiet tagħhom, inklużi s-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema u tas-sottokuntratturi u s-sikurezza tal-faċilitajiet tagħhom, b'mod sistematiku u verifikabbli, f'konformità tal-aqwa teknoloġija disponibbli (BAT). Id-detenturi tal-liċenzja għandhom jirrapportaw lill-awtorità regolatorja kompetenti u lil organizzazzjonijiet kompetenti relevanti oħra, lir-rappreżentanti tal-ħaddiema tagħhom, lis-sottokuntratturi u lill-pubbliku ġenerali dwar ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tagħhom.
Emenda 78 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 3
(3) Il-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jinkludu l-verifika li hemm implimentati miżuri biex jipprevjenu inċidenti u jtaffu l-konsegwenzi tal-inċidenti, inkluża l-verifika tal-barrieri fiżiċi u l-proċeduri amministrattivi tad-detentur ta' liċenzja fir-rigward tal-protezzjoni li jridu jfallu qabel ma l-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali jiġu affettwati b'mod sinifikanti mir-radjazzjoni jonizzanti.
(3) L-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu s-suġġett ta' sottomissjonijiet formali lill-awtorità regulatorja kompetenti, bħala parti mill-applikazzjoni tal-liċenzja, li jipprovdu l-ħtieġa li tiġi żgurata s-sikurezza tal-attività, u għandhom jinkludu l-verifika li hemm implimentati miżuri biex jipprevjenu inċidenti u l-attaki fiżiċi u li jtaffu l-konsegwenzi tal-inċidenti u l-attaki fiżiċi, inkluża l-verifika tal-barrieri fiżiċi u l-proċeduri amministrattivi tad-detentur ta' liċenzja fir-rigward tal-protezzjoni li jridu jfallu qabel ma l-ħaddiema, l-pubbliku ġenerali u l-ambjent naturali jiġu affettwati b'mod sinifikanti mir-radjazzjoni jonizzanti.
Emenda 79 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 4
(4) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li d-detenturi ta' liċenzja jistabbilixxu u jimplimentaw sistemi ta' ġestjoni li jagħtu l-prijorità dovuta lis-sikurezza u li jiġu regolarment ivverifikati mill-awtorità regolatorja kompetenti.
(4) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li d-detenturi ta' liċenzja jistabbilixxu u jimplimentaw sistemi ta' ġestjoni li jagħtu l-ogħla prijorità lis-sikurezza u s-sigurtà u li jiġu regolarment ivverifikati mill-awtorità regolatorja kompetenti u rappreżentanti tal-ħaddiema b'responsabbilta speċifika għas-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema.
Emenda 80 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 5
(5) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li d-detenturi ta' liċenzja jipprovdu u jżommu r-riżorsi finanzjarji u umani xierqa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tas-sikurezza tal-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, skont il-paragrafi 1 sa 4.
(5) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li d-detenturi ta' liċenzja jipprovdu u jżommu r-riżorsi finanzjarji u umani xierqa, inkluż fit-tul, biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tas-sikurezza tal-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, skont il-paragrafi 1 sa 4.
Emenda 81 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 5 a (ġdid)
(5a)L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detenturi tal-liċenzji jinfurmaw, mill-aktar fis possibbli, lill-awtoritajiet transkonfinali reġjonali u lokali bil-pjanijiet tagħhom dwar it-twaqqif ta' faċilità għall-ġestjoni tal-iskart, jekk id-distanza ta' din il-faċilità mill-fruntiera nazzjonali tkun tali li x'aktarx twassal għal effetti transkonfinali matul il-bini, l-operat tal-faċilità jew wara l-abbandun jew fil-każ ta' inċident relatat mal-faċilità.
Emenda 146 Proposta għal direttiva Artikolu 7 a (ġdid)
Artikolu 7a
L-immarkar u d-dokumentazzjoni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detenturi ta' liċenzja jimmarkaw il-kontenituri u jiddokumentaw ir-rimi ta' fjuwil użat u ta' skart radjuattiv f'forma li ma tiġix affettwata mill-elementi. Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi kemm il-kompożizzjoni kimika, tossika u radjoloġika tal-inventarju kif ukoll indikazzjoni ta' jekk l-iskart huwiex f'forma solida, likwida jew gassuża.
Emenda 82 Proposta għal direttiva Artikolu 8
Artikolu 8
imħassar
Każ tas-sikurezza
(1)Għandhom jitħejjew każ tas-sikurezza u valutazzjoni ta' appoġġ dwar is-sikurezza bħala parti mill-applikazzjoni għal faċilità jew attività. Dawn għandhom jiġu aġġornati, kif meħtieġ, tul l-evoluzzjoni tal-faċilità jew tal-attività. Id-daqs u d-dettall tal-każ tas-sikurezza u tal-valutazzjoni tas-sikurezza għandhom ikunu proporzjonati mal-kumplessità tal-operat u d-daqs tal-perikli assoċjati mal-faċilità jew mal-attività.
(2)Il-każ tas-sikurezza u l-valutazzjoni ta' appoġġ dwar is-sikurezza għandhom ikopru l-lokalizzazzjoni, id-disinn, il-bini, l-operat u d-dekummissjonar ta' faċilità jew l-għeluq ta' faċilità tar-rimi; il-każ tas-sikurezza għandu jispeċifika l-istandards applikati għal din il-valutazzjoni. Għandha tiġi indirizzata s-sikurezza ta' wara l-għeluq fuq terminu ta' żmien twil, b'mod partikolari dwar kif tista' tiġi żgurata permezz ta' mezzi passivi sa fejn ikun l-aktar possibbli.
(3)Il-każ tas-sikurezza għal faċilità għandu jiddeskrivi l-aspetti kollha li jirrigwardaw is-sikurezza tas-sit, id-disinn tal-faċilità u l-miżuri ta' kontroll ta' ġestjoni u l-kontrolli regolatorji. Il-każ tas-sikurezza u l-valutazzjoni ta' appoġġ dwar is-sikurezza għandhom juru l-livell tal-protezzjoni pprovduta u għandhom jiżguraw lill-awtorità regolatorja kompetenti u lil partijiet interessati oħra li r-rekwiżiti tas-sikurezza se jiġu ssodisfati.
(4)Il-każ tas-sikurezza u l-valutazzjoni ta' appoġġ dwar is-sikurezza għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità regolatorja kompetenti biex jiġu approvati.
Emenda 83 Proposta għal direttiva Artikolu 8 a (ġdid)
Artikolu 8a
Registrazzjoni u segwitu speċjalment rigward tas-saħħa u s-sikurezza tal- ħaddiema
(1)L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta' reġistrazzjoni u segwitu fil-qafas tal-ġestjoni ta' fjuwil użat u skart radjuattiv.
(2)L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistema ta' reġistrazzjoni u segwitu tkun kapaċi tispeċifika l-lokalizzazzjoni u l-kundizzjoni tal-produzzjoni, l-użu, it-trasport, il-ħżin jew ir-rimi tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv.
(3)L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni dwar il-ħaddiema li jkunu ġew esposti għal fjuwil użat u skart radjuattiv waqt xogħolhom tinżamm jew mid-detentur tal-liċenzja jew minn korp statali sabiex ikun hemm segwitu fit-tul fir-rigward ta' mard relatat max-xogħol.
Emenda 84 Proposta għal direttiva Artikolu 8 b (ġdid)
Artikolu 8b
Proċeduri u pieni
B'konformità mal-prinċipji ġenerali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li proċeduri amministrattivi jew ġudizzjari, kif ukoll sanzjonijiet li jkunu effettivi, dissważivi u proporzjonali fir-rigward tal-gravità tal-ksur, ikunu applikabbli fil-każ ta' kwalunkwe ksur ta' obbligitaħt din id-Direttiva.
Emenda 85 Proposta għal direttiva Artikolu 9
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jinkludi arranġamenti għall-edukazzjoni u t-taħriġ li jkopru l-ħtiġijiet tal-partijiet kollha li għandhom responsabbiltajiet għall-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv sabiex l-għarfien espert u l-ħiliet jinżammu u jiġu żviluppati aktar.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jinkludi arranġamenti għall-edukazzjoni u t-taħriġ regolari u preventiv li jkopru l-ħtiġijiet tal-partijiet kollha li għandhom responsabbiltajiet għall-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv sabiex l-għarfien espert u l-ħiliet jinżammu u jiġu żviluppati aktar u sabiex jinxtered l-għarfien espert u ħiliet xjentifiċi u teknoloġiċi neċessarji, skont il-progress tekniku u xjentifiku. L-Istati Membri għandhom jiddedikaw attenzjoni speċjali għal partijiet involuti indirettament fis-sit u għandom jiżguraw li dawn jingħataw edukazzjoni u taħriġ xierqa u aġġornati qabel ma jitwettqu l-operazzjonijiet li jinvolvu skart radjuattiv u fjuwil użat. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detenturi tal-liċenzja jkunu kapaċi jimplimentaw u jiffinanzjaw dawn l-arranġamenti sabiex jiżguraw is-sikurezza u s-saħħa tal-partijiet kollha involuti fil-proċess. L-edukazzjoni u t-taħriġ għall-ħaddiema għandhom jikkonformaw mal-istandards rikonoxxuti internazzjonalment, sabiex tissaħħaħ ir-responsabilità ġenerali għas-saħħa u s-sikurezza fl-industrija nukleari. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-qafas nazzjonali jinkludi arranġamenti li jippromwovu aktar riċerka xjentifika fi proġetti tar-rimi eżistenti.
Emenda 86 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 1 a (ġdid)
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jinkludi programmi li jappoġġaw riċerka fit-tnaqqis tal-produzzjoni tal-iskart radjuattiv u fil-ġestjoni tal-iskart radjuattiv.
Emenda 87 Proposta għal direttiva Artikolu 10 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali li riżorsi finanzjarji xierqa jkunu disponibbli meta meħtieġa għall-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, filwaqt li titqies ir-responsabbiltà tal-produtturi tal-iskart radjuattiv.
1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-qafas nazzjonali jkun hemm biżżejjed riżorsi finanzjarji disponibbli meta meħtieġa li jkunu jkopru l-ispejjeż neċessarji kollha marbutin mad-dekummissjonar u l-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, biex b'hekk tiġi irrispettata bis-sħiħ ir-responsabbiltà tal-produtturi tal-iskart radjuattiv skont il-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas” u jiġi evitat li tintalab għajnuna mill-Istat.
Emenda 88 Proposta għal direttiva Artikolu 10 – paragrafu 1 a (ġdid)
(1a)L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, skont il-proċeduri li għandhom jiġu deċiżi f'livell nazzjonali:
(a) issir stima kif jixraq tal-ispejjeż relatati mal-istrateġiji tal-ġestjoni tal-iskart, partikolarment, il-valutazzjoni tal-ispejjeż relatati mal-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet fit-tul tal-ġestjoni ta' skart radjuattiv ta' livell baxx, intermedju u għoli b'ħajja twila, skont in-natura tiegħu. Dawk l-ispejjeż għandhom jinkludu, b'mod partikolari, l-ispejjeż għad-dekummissjonar ta' installazzjonijiet nukleari u, fir-rigward tal-faċilitajiet tal-ġestjoni ta' skart radjuattiv, l-ispejjeż għall-għeluq, iż-żamma u l-monitoraġġ finali tagħhom;
(b) jiġu stabbiliti riżervi biex ikopru l-ispejjeż imsemmija fil-punt (a) u l-assi meħtieġa jiġu allokati għall-kopertura esklużiva ta' dawk ir-riżervi;
(c) ikun hemm fis-seħħ monitoraġġ xieraq li jistabbilixxi jekk ir-riżervi u l-ġestjoni tal-assi jkunux adegwati biex ikopru l-ispejjeż imsemmija fil-punt (a), biex jiġi żgurat li jkun hemm aġġustament perjodiku.
Emenda 89 Proposta għal direttiva Artikolu 10 – paragrafu 1 b (ġdid)
(1b)L-ispejjeż tar-rimi għandhom ikunu stabbiliti b'mod trasparenti u ppubblikati mill-Istati Membri u vvalutati mill-ġdid kull sena. L-obbligi imposti fuq il-produtturi ta' skart radjuattiv għandhom ikunu reveduti kif jixraq.
Emenda 90 Proposta għal direttiva Artikolu 10 – paragrafu 1 c (ġdid)
(1c)L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jaħtru korp nazzjonali li jkun kapaċi jipprovdi ġudizzju espert fuq il-ġestjoni ta' fondi u ta' spejjeż għad-dekummissjonar, kif imsemmi fil-paragrafu 1a. Dak il-korp għandu jkun indipendenti mill-kontributuri tal-fondi.
Emenda 91 Proposta għal direttiva Artikolu 10 – paragrafu 1 d (ġdid)
(1d)L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw b'mod regolari lill-Kummissjoni dwar il-konklużjonijiet tal-proċedimenti tal-korp nazzjonali rilevanti, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16.
Emenda 92 Proposta għal direttiva Artikolu 11
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-programmi ta' garanzija tal-kwalità li jikkonċernaw is-sikurezza tal-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv jiġu stabbiliti u implimentati.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-programmi ta' garanzija tal-kwalità li jikkonċernaw il-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv jiġu stabbiliti u implimentati.
Emenda 127 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 1 a (ġdid)
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detenturi tal-liċenzji jkollhom assigurazzjoni li tkopri b'mod sħiħ ir-riskju ta' terzi persuni fir-rigward ta' kwalunkwe danni kkawżati minn inċidenti u mill-ġestjoni fuq żmien twil tal-iskart radjuattiv, inklużi danni lill-ambjenti tal-art, tal-ilma u tal-baħar.
Emenda 93 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 1
(1) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tagħrif dwar il-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv ikun għad-dispożizzjoni tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali. Dan l-obbligu jinkludi l-fatt li jiġi żgurat li l-awtorità regolatorja kompetenti tgħarraf lill-pubbliku dwar l-oqsma tal-kompetenza tagħha. It-tagħrif għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-obbligi internazzzjonali, sakemm dan ma jqegħidx f'periklu l-interessi l-oħra rikonoxxuti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew fl-obbligi internazzjonali bħal pereżempju, inter alia, is-sikurezza.
(1) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tagħrif kollu dwar il-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv li jkun neċessarju biex jitħarsu s-saħħa, is-sikurezza u s-sigurtà tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali jkun disponibbli fuq bażi regolari. Dan l-obbligu jinkludi l-fatt li jiġi żgurat li l-awtorità regolatorja kompetenti tgħarraf lill-pubbliku dwar l-oqsma tal-kompetenza tagħha. It-tagħrif għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-obbligi internazzjonali, b'mod partikolari l-Konvenzjoni ta' Aarhus. Informazzjoni li tkun relevanti direttament għas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema u tal-pubbliku, b'mod partikulari rigward emissjonijiet radjuattivi u tossiċi u l-esponiment għal emissjonijiet bħal dawn għandha tkun disponibbli pubblikament irrispettivament miċ-ċirkostanzi.
Emenda 94 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 1 a (ġdid)
(1a)L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tkun disponibbli għall-pubbliku informazzjoni rigward ir-riżorsi finanzjarji għall-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv imsemmi fl-Artikolu 10, filwaqt li jitqies kif xieraq il-proporzjon tal-ispejjeż imġarrba mill-produtturi.
Emenda 95 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 1 b (ġdid)
(1b)L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet kollha li jikkonċernaw is-siti għall-fjuwil użat u għall-iskart radjuattiv li jkunu qrib pajjiżi ġirien, kif ukoll id-deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-ġestjoni tagħhom, jinvolvu lill-pubbliku u lill-istituzzjonijiet tal-pajjiżi kkonċernati.
Emenda 96 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 2
(2)L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jingħata opportunitajiet biex jipparteċipa effettivament fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonjiet dwar il-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv.
imħassar
Emenda 97 Proposta għal direttiva Artikolu 12 a (ġdid)
Artikolu 12a
Parteċipazzjoni tal-pubbliku
1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-pubbliku jingħataw opportunitajiet bikrija biex jipparteċipaw effettivament fit-tħejjija jew ir-reviżjoni ta' programmi nazzjonali għall-ġestjoni ta' fjuwil użat u ta' skart radjuattiv li jeħtieġ li jitfasslu skont l-Artikolu 13, u li l-membri tal-pubbliku jkollhom aċċess għalihom ladarba jitfasslu. Huma għandhom iqiegħdu l-programmi f'websajts aċċessibbli għall-pubbliku.
2.Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a) il-pubbliku jiġi infurmat, sew jekk b'avviż pubbliku jew b'mezzi xierqa oħra bħall-midja elettronika fejn tkun disponibbli, dwar kwalunkwe proposta għal tali programmi jew għall-modifika jew ir-reviżjoni tagħhom u li l-informazzjoni rilevanti dwar tali proposti tkun disponibbli għall-pubbliku inkluża, inter alia, informazzjoni dwar id-dritt ta' parteċipazzjoni fit-teħid tad-deċiżjonijiet u dwar l-awtorità kompetenti li quddiemha jkunu jistgħu jitressqu kummenti jew mistoqsijiet;
(b) il-membri tal-pubbliku jkunu intitolati jgħaddu l-kummenti jew jesprimu l-opinjonijiet tagħhom meta l-għażliet kollha jkunu għadhom miftuħa qabel jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-programmi;
(c) għall-fini tat-teħid ta' dawn id-deċiżjonijiet, għandu jingħata qies mistħoqq lir-riżultati tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku;
(d) wara li jiġu eżaminati l-kummenti u l-opinonijiet espressi mill-pubbliku, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel sforzi raġjonevoli sabiex tgħarraf lill-pubbliku bid-deċiżjonijiet meħuda u r-raġunijiet u l-konsiderazzjonijiet li fuqhom ikunu msejsa dawn id-deċiżjonijiet, inkluża informazzjoni dwar il-proċess tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku.
3.L-Istati Membri għandhom jidentifikaw il-membri tal-pubbliku li jkun intitolat jipparteċipa għall-finijiet tal-paragrafu 2. L-arranġamenti dettaljati għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku skont dan l-Artikolu għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri b'tali mod li jippermettu lill-pubbliku jħejji ruħu u jipparteċipa b'mod effettiv. Għandhom jiġu previsti limiti ta' żmien raġonevoli li jagħtu biżżejjed żmien għal kull stadju differenti tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku kif meħtieġ minn dan l-Artikolu.
Emenda 98 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 2
(2) Il-programmi nazzjonali għandhom ikunu f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4 sa 12.
(2) Il-programmi nazzjonali għandhom ikunu f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4 sa 12a.
Emenda 99 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 3
(3) L-Istati Membri għandhom jirrevedu u jaġġornaw b'mod regolari l-programmi nazzjonali tagħhom, filwaqt li jqisu b'mod xieraq il-progress tekniku u xjentifiku.
(3) L-Istati Membri għandhom jirrevedu u jaġġornaw b'mod regolari l-programmi nazzjonali tagħhom filwaqt li jqisu b'mod xieraq il-progress tekniku u xjentifiku, u filwaqt li jinkorporaw il-fehmiet li jinsiltu mill-esperjenza tal-Istati Membri l-oħrajn fir-rigward tal-ġestjoni tal-iskart radjuattiv, kif ukoll ir-riżultati tal-analiżijiet minn pari internazzjonali.
Emenda 100 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 3 a (ġdid)
(3a)L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet transkonfinali reġjonali u lokali bil-programmi nazzjonali tagħhom mill-aktar fis possibbli, jekk l-implimentazzjoni tagħhom x'aktarx ikun se jkollha effetti transkonfinali.
Emenda 101 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 3 b (ġdid)
(3b)Fi ħdan il-programmi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jindikaw b'mod ċar ir-riżorsi finanzjarji disponibbli għall-ġestjoni ta' fjuwil użat u skart radjuattiv.
Emenda 102 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – punt -1 (ġdid)
(-1) skema integrata u dettaljata għall-klassifikazzjoni tal- iskart radjuattiv li tkopri l-istadji kollha tal-ġestjoni ta' skart radjuattiv mill-ġenerazzjoni tal-iskart radjuattiv sar-rimi tiegħu;
Emenda 103 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – punt 1
(1) inventarju tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv kollu u previżjonijiet ta' kwantitajiet futuri, inklużi dawk mid-dekummissjonar. L-inventarju għandu jindika b'mod ċar il-post u l-ammont tal-materjal u, permezz ta' klassifikazzjoni xierqa, il-livell tal-periklu;
(1) fuq il-bażi tal-iskema ta' klassifikazzjoni msemmija taħt il-punt (-1), inventarju tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv kollu u previżjonijiet ta' kwantitajiet futuri, inklużi dawk mid-dekummissjonar. L-inventarju għandu jindika b'mod ċar il-post u l-ammont tal-materjal u l-livell tal-periklu kif ukoll l-oriġini tal-iskart;
Emenda 128 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – punt 2
(2) kunċetti, pjanijiet u soluzzjonijiet tekniċi mill-ġenerazzjoni sar-rimi;
(2) kunċetti, pjanijiet u soluzzjonijiet tekniċi mill-ġenerazzjoni sal-ħżin jew ir-rimi; Għandha tingħata prijorità għolja lill-iskart radjuattiv storiku u lill-fjuwil użat storiku f'pixxini ta' ħżin intermedjarju;
Emenda 104 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – punt 3
(3) kunċetti u pjanijiet għall-perjodu ta' wara l-għeluq ta' faċilità tar-rimi, inkluż iż-żmien li matulu jseħħu kontrolli istituzzjonali u l-mezzi li għandhom jintużaw biex l-għarfien dwar il-faċilità jibqa' disponibbli fuq perjodu ta' żmien itwal;
(3) kunċetti u pjanijiet għall-perjodu ta' wara l-għeluq ta' faċilità tar-rimi, inkluż iż-żmien li matulu jseħħu kontrolli istituzzjonali u l-mezzi li għandhom jintużaw biex jiġu żgurati l-monitoraġġ u ż-żamma tal-faċilità u biex l-għarfien dwar il-faċilità jibqa' disponibbli fuq perjodu ta' żmien itwal;
Emenda 105 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – punt 7 a (ġdid)
(7a) deskrizzjoni tal-istima tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 10(1a) u tal-metodi applikati biex jiġu kkalkulati r-riżervi korrispondenti;
Emenda 106 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – punt 8
(8) deskrizzjoni tal-iskema/i għall-finanzjament implimentata/i biex jiġi żgurat li l-kostijiet kollha tal-programm jistgħu jintlaħqu skont l-iskeda prevista.
(8) deskrizzjoni tal-għażliet relatati mal-kompożizzjoni u l-ġestjoni tal-assi allokati skont il-punt (b) tal-Artikolu 10(1a) u tal-iskema/i għall-finanzjament implimentata/i biex jiġi żgurat li l-kostijiet kollha tal-programm jistgħu jintlaħqu skont l-iskeda prevista u b'mod li jkun konformi għalkollox mal-prinċipju “min iniġġes iħallas”.
Emenda 107 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – punt 8 a (ġdid)
(8a) skeda ta' żmien vinkolanti u verifikabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali u għall-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1 sa 8 msemmijin hawn fuq.
Emenda 108 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – punt 8 b (ġdid)
(8b) pjanijiet edukattivi u tat-taħriġ vokazzjonali biex jinżammu u jiġu żviluppati l-għarfien espert u l-ħiliet meħtieġa għall-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv.
Emenda 109 Proposta għal direttiva Artikolu 15 – paragrafu 3 a (ġdid)
(3a)Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-konformità mal-iskedi ta' żmien imressqa skont l-Artikolu 14(8a) għall-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali tal-Istati Membri.
Emenda 110 Proposta għal direttiva Artikolu 15 – paragrafu 4
(4)Il-Kummissjoni se tqis il-kjarifiki u l-progress tal-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mal-programmi nazzjonali tal-ġestjoni tal-iskart, meta tkun qed tiddeċiedi rigward id-dispożizzjoni ta' għajnuna finanzjarja jew teknika tal-Euratom għall-faċilitajiet jew l-attivitajiet ta' ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, jew meta tkun qed tifformula l-opinjonijiet tagħha rigward il-proġetti ta' investiment skont l-Artikolu 43 tat-Trattat tal-Euratom.
imħassar
Emenda 111 Proposta għal direttiva Artikolu 16 – paragrafu 3
(3) Perjodikament, u tal-anqas darba kull 10 snin, l-Istati Membri għandhom jorganizzaw awtovalutazzjonijiet tal-qafas nazzjonali, tal-awtorità regolatorja kompetenti u tal-programm nazzjonali tagħhom u tal-implimentazzjoni tiegħu, u jitolbu analiżi minn pari internazzjonali tal-qafas nazzjonali, l-awtorità u/jew il-programm tagħhom bl-għan li jiġi żgurat li jintlaħqu standards għoljin fil-ġestjoni ta' fjuwil użat u ta' skart radjuattiv. Ir-riżultati ta' kwalunkwe analiżi minn pari għandhom jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.
(3) Perjodikament, u tal-anqas darba kull 10 snin, l-Istati Membri għandhom jorganizzaw awtovalutazzjonijiet tal-qafas nazzjonali, tal-awtorità regolatorja kompetenti u tal-programm nazzjonali tagħhom u tal-implimentazzjoni tiegħu, u jitolbu analiżi minn pari internazzjonali tal-qafas nazzjonali, l-awtorità u/jew il-programm tagħhom bl-għan li jiġi żgurat li jintlaħqu standards għoljin fil-ġestjoni ta' fjuwil użat u ta' skart radjuattiv. Ir-riżultati ta' kwalunkwe analiżi minn pari għandhom jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni, li għandha tippreżenta rapport perjodiku lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fejn jiġu indirizzati b'mod aggregat il-konklużjonijiet milħuqa matul l-analiżi minn pari.
Emenda 138 Proposta għal direttiva Artikolu 16 a (ġdid)
Artikolu 16a
Rivalutazzjoni
Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard minn sentejn wara li jkunu twettqu l-analiżi mill-pari mill-Istati Membri kif previsti fl-Artikolu 16(3), tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jkun jiffoka fuq rivalutazzjoni tal-kunċett tal-ġestjoni ta' fjuwil użat u skart radjuattiv u d-dispożizzjonijiet dwar l-esportazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 4(3). Din ir-rivalutazzjoni għandha b'mod partikolari tqis il-kwistjonijiet tar-riversibilità u tal-possibilità ta' rkupru tal-iskart ladarba jkun tqiegħed f'sit ta' rimi fid-dawl tal-iżviluppi fir-riċerka u tal-għerf xjentifiku ulterjuri f'dan il-qasam. Jekk ikun hemm bżonn, dan ir-rapport għandu jiġi segwit minn reviżjoni ta' din id-Direttiva sabiex titqies l-aħħar riċerka teknoloġika fir-rigward tal-ġestjoni ta' fjuwil użat u skart radjuattiv.
Emenda 113 Proposta għal direttiva Artikolu 17 – paragrafu 1
(1) L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa ….. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummisjoni dwar dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jkunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif għandha ssir tali referenza għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.
(1) L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa …*. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummisjoni dwar dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jkunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif għandha ssir tali referenza għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.
*Sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
Trilogu dwar l-abbozz ta' baġit 2012
456k
155k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta' Baġit 2012 (2011/2019(BUD))
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit għas-sena finanzjarja 2012, li l-Kummissjoni adottat fl-20 ta' April 2011 (SEC(2011)0498),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (IIA)(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Marzu 2011 dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit 2012(2),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-linji gwida tal-baġit għall-2012,
– wara li kkunsidra t-Titolu II, Kapitolu 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għas-Sajd,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0230/2011),
A. billi l-proċedura baġitarja tal-2012 hija t-tieni proċedura mwettqa fuq il-bażi tat-Trattat ta' Lisbona, u hemm tagħlim importanti li wieħed jista' jislet mill-esperjenza tas-sena preċedenti,
B. billi t-trilogu li se jiġi organizzat f'Lulju għandu jippermetti li r-rappreżentanti taż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja jiddiskutu l-prijoritajiet li identifikaw fir-rigward tal-baġit annwali tal-2012 u possibbilment isibu bażi komuni li tkun tista' titqies fil-qari rispettiv tagħhom,
C. billi l-Presidenza Pollakka u dik Ungeriża impenjaw ruħhom pubblikament li jistabbilixxu djalogu miftuħ, kostruttiv u politiku mal-PE fuq kwistjonijiet baġitarji,
D. billi l-Kunsill kollu kemm hu huwa għalhekk mistenni jaġixxi bħala sieħeb politiku affidabbli matul il-proċedura, u b'hekk jevita tnaqqis arbitrarju jew tnaqqis purament matematiku fil-linji baġitarji,
Abbozz tal-baġit 2012 – valutazzjoni ġenerali
1. Ifakkar li fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Marzu 2011, il-PE poġġa l-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fiċ-ċentru tal-istrateġija baġitarja tal-UE għall-2012 ħalli l-Ewropa tiġi megħjuna tirkupra mill-kriżi ekonomika u soċjali u toħroġ aktar b'saħħitha;
2. Ifakkar li l-promozzjoni ta' ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklużiva, li tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' impjiegi u impjiegi ta' kwalità għolja, permezz tat-twettiq tas-seba' inizjattivi emblematiċi tal-istrateġija Ewropa 2020 hija objettiv approvat b'mod konġunt tas-27 Stat Membru tal-UE u l-Istituzzjonijiet tal-UE; ifakkar li l-implimentazzjoni ta' din l-istrateġija teħtieġ ammont kbir ta' investiment orjentat lejn il-futur sal-2020, stmat għal mhux anqas minn 1 800 biljun mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha bit-titlu “Ir-reviżjoni tal-Baġit tal-UE” (COM(2010)0700); jenfasizza, għalhekk, li l-investimenti neċessarji - kemm fil-livell tal-UE kif ukoll tal-Istati Membri - għandhom isiru issa u ma jistgħux jiddewmu aktar, sabiex jittejbu l-livelli tal-edukazzjoni, tiġi promossa l-inklużjoni soċjali, b'mod partikolari permezz tat-tnaqqis tal-faqar, u l-iżvilupp ta' soċjetà msejsa fuq l-għarfien u bbażata fuq il-kapaċità xjentifika u teknoloġika globali tal-UE; f'dan il-kuntest, jinsisti fuq il-bżonn li jiġu appoġġati r-riċerka, l-iżvilupp, l-innovazzjoni u l-SMEs u l-iżvilupp ta' teknoloġiji li jużaw ir-riżorsi b'mod effiċjenti;
3. Huwa mħasseb sew, f'dan ir-rigward, li l-kriżi attwali rriżultat f'nuqqas fl-investiment pubbliku f'xi wħud minn dawn l-oqsma minħabba l-aġġustamenti li l-Istati Membri għamlu fil-baġits nazzjonali tagħhom; jitlob li nerġgħu lura minn din it-tendenza u jemmen bis-sħiħ li l-investimenti jridu jiġu garantiti fil-livell tal-UE u dak nazzjonali jekk l-UE, fit-totalità tagħha, trid twettaq progress fir-rigward tal-istrateġija UE 2020; huwa tal-opinjoni li l-baġit tal-UE għandu rwol xi jwettaq bħala strument ta' saħħa għall-politiki ta' rkupru tal-Istati Membri billi jixpruna u jappoġġa l-investiment nazzjonali għat-tisħiħ tat-tkabbir u l-impjiegi; jenfasizza f'dan ir-rigward li l-allinjament tal-baġit tal-UE mal-objettivi tal-istrateġija tal-UE 2020 huwa ta' importanza kbira; ifakkar f'dan ir-rigward li l-appoġġ għat-taħriġ, il-mobbiltà u l-impjieg għaż-żgħażagħ, l-SMEs, ir-riċerka u l-iżvilupp għandu jikkostitwixxi prijorità prinċipali yal-baġit tal-UE; jenfasizza li dan huwa kompletament konformi mad-dinamika tas-Semestru Ewropew, li, bħala mekkaniżmu ġdid għall-governanza ekonomika Ewropea msaħħa, huwa intiż biex iżid il-konsistenza, is-sinerġiji u l-kumplimentaritajiet bejn l-UE u l-baġits nazzjonali fit-twettiq tal-objettivi li kien hemm ftehim konġunt fuqhom tal-Ewropa 2020;
4. Ifakkar li l-istrateġija Ewropa 2020 u s-Simestru Ewropew jeħtieġu dimensjoni parlamentari b'saħħitha, u juri l-konvinzjoni soda tiegħu li involviment parlamentari aktar b'saħħtu jtejjeb b'mod sinifikanti n-natura demokratika u t-trasparenza ta' eżerċizzju bħal dan;
5. Josserva li l-abbozz tal-Baġit tal-UE (AB) għall-2012, kif propost mill-Kummissjoni, jammonta għal EUR 147 435 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) (EUR 147 435 miljun mingħajr il-Fond Ewropew għall-Globalizzazzjoni (FEG) u r-Riżerva għal Għajnuna ta' Emerġenza (EAR) u EUR 132 738 miljun f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ); jinnota li dawn l-ammonti jirrappreżentaw rispettivament 1,12 % u 1,01 % tad-dħul nazzjonali gross (DNG) tal-UE previst għall-2012 u jenfasizza li din il-perċentwali baqgħet notabbilment stabbli bejn l-2011 u l-2012, filwaqt li l-Kummissjoni pprevediet tkabbir tad-DNG ta' mhux anqas minn +4,7 % fl-2012 (skont prezzijiet attwali)
6. Jirrikonoxxi li jekk il-baġit tal-UE se jikkontribwixxi għall-isforz kollettiv tal-Istati Membri fi żminijiet ta' awsterità dan l-isforz għandu jikkorrispondi mad-daqs, il-karatteristiċi speċifiċi u l-impatt ekonomiku reali tiegħu; jemmen li għandu jittieħed kont tal-isforzi kontinwi ta' konsolidazzjoni baġitarja nazzjonali li qed iseħħu f'ħafna Stati Membri minħabba n-nuqqas ta' dixxiplina fiskali fil-passat iżda jfakkar li taħt id-dispożizzjonijiet tat-Trattat il-baġit tal-UE ma jistax jippreżenta defiċit u li jirrapreżenta biss 2 % tal-infiq pubbliku totali fl-UE;
7. Josserva li r-rata ta' inflazzjoni annwali tal-UE 27 għall-2011 hija stmata għal 2,7 %, li jfisser li ż-żidiet nominali għall-2012 ta' 3,7 % fl-AI u 4,9 % fl-AĦ jikkorrispondu, meta mqabbla mal-Baġit 2011, f'valur reali, għal 1 % u 2,2 %; jenfasizza l-fatt li ħafna Stati Membri qed jippjanaw żidiet fil-baġits nazzjonali tagħhom li huma akbar minn dik proposta mill-Kummissjoni Ewropea għall-baġit tal-UE; jinnota wkoll l-isforzi ta' xi Stati Membri biex inaqqsu d-defiċits baġitarji u jnaqqsu t-tkabbir tad-dejn sovran, biex iġibuh għal livell aktar sostenibbli;
8. Jenfasizza l-fatt li ċ-ċifri proposti fil-baġit annwali 2012 tal-UE huma konsistenti mal-profil tan-nefqa tal-UE stabbilit fil-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) 2007 - 2013, bil-kundizzjoni li jkun jista' jintlaħaq ftehim mill-awtorità baġitarja dwar reviżjoni tal-MFF, li jkun jakkomoda l-ħtiġijiet addizzjonali ta' finanzjament tal-ITER; jenfasizza li kwalunkwe żieda (jew tnaqqis) imqabbla mal-Baġit 2011 għandha għalhekk tiġi vvalutata fid-dawl tal-impatt tagħha fuq it-twettiq tal-programmi multiannwali; jenfasizza li din hija kwistjoni ta' kredibbiltà u koerenza istituzzjonali tal-proġett tal-UE meta r-responsabbiltajiet u l-impenji tal-UE jibqgħu jikbru; jemmen, minn dan l-aspett, li hija prijorità li oqsma politiċi mmirati u l-kompetenzi l-ġodda stabbiliti fil-livell tal-UE jingħataw kapaċità finanzjarja sinifikattiva u tanġibbli;
9. Josserva li skont l-AB 2012 hemm marġni ġenerali ta' EUR 1 603 miljun f'AI taħt il-limitu massimu tal-2012 miftiehem fl-MFF; huwa determinat li jagħmel użu sħiħ, jekk dan ikun meħtieġ, minn dan il-marġni disponibbli kif ukoll – jekk meħtieġ – minn mekkaniżmi ta' flessibbiltà oħra previsti mill-IIA attwali sabiex jiġu appoġġati u msaħħa ċerti objettivi politiki mmirati, li mhumiex indirizzati b'mod xieraq fl-MFF attwali; jistenna l-kooperazzjoni sħiħa tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta' dawn il-mekkaniżmi;
10. Ifakkar li diġà bdiet l-ewwel sensiela ta' diskussjonijiet dwar il-prijoritajiet baġitarji fil-Parlament fil-forma tal-konsultazzjoni estensiva tal-kumitati speċjalizzati tiegħu mir-rapporteur ġenerali tiegħu għall-Baġit 2012; jenfasizza li l-proċess issa għandu jiġi aġġustat għal aktar preċiżjoni f'kull kumitat għall-qasam rispettiv tiegħu sabiex jiġu identifikati l-prijoritajiet pożittivi u negattivi għall-Baġit 2012;
11. Jinnota li l-istima tal-Kummissjoni li l-perċentwali ta' 43,5 % tal-AB 2012 (f'AI) tikkontribwixxi globalment għall-objettivi tal-istrateġija tal-UE 2020; iqis li din l-istima hija pożittiva iżda mhux suffiċjenti; jirrikonoxxi li l-prijoritajiet stabbiliti mill-Kummissjoni jidhru konsistenti ma' dawk definiti mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-linji gwida ġenerali għall-Baġit 2012, iżda jitlob approċċ aktar ambizzjuż għall-finanzjament tal-istrateġija Ewropa 2020; huwa, madankollu, determinat li janalizza aktar dawn iċ-ċifri flimkien mal-kumitati speċjalizzati kollha tiegħu;
12.
Huwa tal-opinjoni li, barra mill-implimentazzjoni tal-istrateġija UE 2020, l-approprjazzjonijiet fil-Baġit 2012 tal-UE għandhom jiġu stabbiliti f'livell xieraq sabiex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni tal-politiki tal-UE u l-ilħuq tal-objettivi tal-UE; jenfasizza b'mod partikolari l-bżonn li l-UE tkun tista' terfa' r-responsabbiltà tagħha fuq ix-xena globali, speċjalment wara r-rebbiegħa Għarbija u l-kunflitti fil-Lvant Nofsani;
13.
Josserva li s-sitwazzjoni ekonomika diffiċli madwar l-Ewropa wasslet lill-Kummissjoni biex tipprova għall-ewwel darba tidentifika l-prijoritajiet negattivi u l-iffrankar f'xi oqsma ta' politiki meta mqabbla ma' dak li ġie previst inizjalment fl-ipprogrammar finanzjarju, b'mod partikolari, f'dawk ikkaraterizzati minn livell baxx ta' prestazzjoni u rati baxxi ta' implimentazzjoni fil-passat riċenti, kif mitlub mill-PE fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Marzu 2011; jitlob madankollu lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni addizzjonali li ssostni l-valutazzjoni tagħha ħalli l-PE jkun jista' jiddetermina b'mod ċar il-prijoritajiet politiċi u baġitarji pożittivi u negattivi kif ukoll il-possibbiltà ta' ffrankar u allokazzjonijiet mill-ġdid ulterjuri, filwaqt li fl-istess ħin huwa essenzjali li l-implimentazzjoni tal-programmi u l-azzjonijiet tal-UE, inkluż il-finanzjament ta' azzjonijiet li jimmiraw biex jittrattaw l-effetti tal-kriżi u jippromwovu t-tkabbir, tkompli fil-livell tal-UE;
14.
Iwissi b'mod qawwi kontra kwalunkwe tentattiv mill-Kunsill, sabiex jagħmel tnaqqis orizzontali fil-baġit, li jiddeċiedi dwar il-livell globali ta' approprjazzjonijiet a priori, mingħajr ma jqis kif jixraq valutazzjoni preċiża tal-ħtiġijiet reali għall-ilħuq tal-objettivi u l-impenji politiċi miftehma tal-Unjoni; jitlob, jekk isir tnaqqis, li l-Kunsill minflok jispjega pubblikament u jidentifika b'mod ċar liema mill-prijoritajiet politiċi jew proġetti tal-UE jistgħu jiddewmu jew jiġu abbandunati għalkollox;
15.
Jinnota ż-żieda proposta fl-AĦ ta' 4,9 % meta mqabbla mal-2011; huwa konvint li l-Kummissjoni qed tipproponi ċifri bħal dawn fuq il-bażi ta' analiżi prudenti u kritika tal-previżjonijiet ipprovduti mill-Istati Membri, li huma stess jimmaniġjaw b'mod konġunt 80 % tal-baġit tal-UE; jinnota li l-biċċa l-kbira ta' din iż-żieda hija marbuta mal-bżonnijiet legali li jirriżultaw mis-7 Programm għar-Riċerka u l-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni; huwa konvint li l-livell propost tal-ħlasijiet jirrappreżenta l-minimu assolut meħtieġ sabiex jiġu onorati l-impenji legali tal-UE li saru fis-snin preċedenti u li huwa d-dmir tal-UE li tirrispetta l-obbligi legali li jirriżultaw minn dawn l-impenji u li tiżgura li l-programmi jagħtu l-potenzjal kollu tagħhom u jitwettqu bl-aktar ritmu rapidu; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kunsill, għalhekk, biex joqgħod lura milli jnaqqas il-livell propost tal-ħlasijiet; jesprimi l-intenzjoni tiegħu li jżomm il-livell tal-ħlasijiet fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz tal-Baġit, b'mod partikolari fid-dawl tar-riluttanza murija mill-Kunsill fil-bidu tal-2011 li jirrispetta l-impenn formali tiegħu ta' Diċembru 2010 li jipprovdi approprjazzjonijiet ġodda fil-każ ta' bżonn;
16.
Josserva, madankollu, li l-marġni ġenerali fl-AĦ taħt il-limitu massimu tal-MFF li hi ta' EUR 8 815 miljun għadha għolja; jenfasizza l-fatt li, min-naħa l-oħra, kwalunkwe tnaqqis taħt iċ-ċifra proposta mill-Kummissjoni jista' jaggrava s-sitwazzjoni fir-rigward tal-bżonn urġenti li jitnaqqas il-livell mingħajr preċedent tal-impenji pendenti (RALs) u fir-rigward tal-iżgurar tal-implimentazzjoni korretta tal-politiki u l-programmi tal-UE;
17.
F'dan il-kuntest ifakkar li l-abbozz ta' baġit emendatorju 03/2011 juri bilanċ baġitarju pożittiv ta' EUR 4.54 biljun fi ħlasijiet fl-2010, EUR 1.28 biljun li ġejjin minn multi u interessi fuq ħlasijiet tard; hu diżappuntat bil-proposta; tal-Kummissjoni li tnaqqas il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri b'dan l-ammont kollu; jenfasizza li filwaqt li mhu se jkollu l-ebda impatt fuq il-livell tad-defiċit globali tal-Istati Membri, din il-parti tal-qligħ kapitali tista' tagħmel differenza ċara għall-baġit annwali tal-UE, u jista' fl-istess ħin, jippermetti t-tnaqqis tal-pressjoni fuq il-baġits nazzjonali tal-Istati Membri, jekk jenħtieġ li jiddaħħlu pagamenti addizzjonali fil-baġit tal-UE għal bżonnijiet mhux previsti fil-ħolqien tal-baġit annwali; hu tal-opinjoni, għal dawn ir-raġunijiet, li dħul ġej minn multi u interessi fuq ħlasijiet tard m'għandhomx jitnaqqsu mir-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING, iżda għandhom jiddaħħlu fil-baġit tal-UE f'“riżerva għall-approprjazzjonijiet” intiża biex tkopri kull pagament żejjed meħtieġ li jista' jinqala' tul is-sena;
Intestatura 1a
18. Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni fl-AB 2012 li jiżdiedu l-AI bi 12,6 % (għal EUR 15 223 miljun) u l-AĦ bi 8,1 % (għal EUR 12 566 miljun) meta mqabbla mal-Baġit 2011, peress li l-Intestatura 1a hija l-intestatura prinċipali tal-MFF 2007-2013 f'termini tal-ilħuq tal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020, minħabba l-kontribuzzjoni diretta u indiretta tagħha għall-finanzjament tal-ħames objettivi primarji kollha tagħha u s-seba' inizjattivi emblematiċi;
19. Jiddispjaċih, madankollu, li l-biċċa l-kbira miż-żidiet previsti taħt din l-intestatura għall-2012 ma jmorrux lil hinn minn sempliċi analiżi annwali tal-ammonti globali multiannwali li kien hemm ftehim fuqhom bejn il-Parlament u l-Kunsill meta dawn il-programmi u l-azzjonijiet ġew adottati; jenfasizza għalhekk li l-Kummissjoni ġeneralment ma tipproponiex li jiġi xprunat – lil hinn minn dak li kien ippjanat fil-bidunett – l-appoġġ għall-investimenti meħtieġa b'mod urġenti sabiex jiġu implimentati s-seba' inizjattivi emblematiċi, u jinnota li sfortunatament għandha t-tendenza li tipposponi l-pass kbir neċessarju fir-rigward tal-isforz finanzjarju konġunt għal wara l-MFF 2013; huwa konvint li din l-attitudni se tipperikola b'mod gravi l-ilħiq tal-objettivi primarji sal-2020;
20. Jenfasizza li, bl-AB 2012 u l-ipprogrammar finanzjarju aġġornat għall-2013, l-ammont totali tal-fondi impenjati sal-2013 għall-programmi prinċipali għall-ilħuq tal-istrateġija tal-UE 2020, bħas-Seba' Programm Qafas għar-Riċerka tal-KE (FP7 tal-KE), il-miżuri kontra t-tniġġis, Marco Polo II, PROGRESS, Galileo u l-GMES, ikun inqas mill-ammont ta' referenza miftiehem bejn il-Parlament u l-Kunsill meta dawn il-programmi ġew adottati; jinnota li, għall-kuntrarju, dawn l-ammonti ta' referenza jkunu xi naqra maqbuża fil-każ ta' dawn il-programmi ewlenija tal-Ewropa 2020: il-Pragramm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP), in-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport, in-Netwerk Trans-Ewropew tal-Enerġija, Erasmus Mundus u t-Tagħlim Tul il-Ħajja; biħsiebu jieħu vantaġġ sħiħ, fejn ikun xieraq, mill-flessibbiltà leġiżlattiva ta' 5 % permessa taħt il-Punt 37 tal-IIA, biex ikompli jagħti spinta lil investimenti importanti u urġenti;
21. Jinnota, barra minn hekk, li parti importanti taż-żieda nominali fl-Intestatura 1a fl-AB 2012 meta mqabbel mal-Baġit 2011 hija marbuta mal-fondi addizzjonali ta' EUR 750 miljun (f'AI) meħtieġ mill-ITER fl-2012, li minnhom EUR 650 miljun huma verament addizzjonali u EUR 100 miljun riassenjati mil-linji baġitarji kollha tal-FP7 tal-KE; itenni b'mod qawwi l-oppożizzjoni tiegħu għal kull forma ta' riassenjazzjoni mill-FP7 tal-KE peress li din tipperikola l-implimentazzjoni b'suċċess tiegħu u tnaqqas b'mod sinifikattiv il-kontribuzzjonijiet tiegħu għall-ilħuq tal-objettivi primarji u l-implimentazzjoni tal-inizjattivi emblematiċi tal-istrateġija Ewropa 2020;
22. Ifakkar li, sabiex jiġi ffinanzjat l-ITER, huwa neċessarju għall-awtorità baġitarja li taqbel mal-proposta parallela tal-Kummissjoni (COM(2011)0226) li temenda l-MFF 2007-13, li tissuġġerixxi li jiġi ffinazjat l-ITER billi jingħataw EUR 1 300 miljun nieqsin fl-2012 u l-2013 billi jintużaw il-marġni tal-2011 disponibbli u mhux użati taħt l-Intestatura 2 u 5 tal-MFF 2007-13 għal ammont totali ta' EUR 840 miljun u jiġu riassenjati fl-2012 u l-2013 EUR 460 miljun mill-FP7 tal-KE; jenfasizza r-rieda tiegħu li jidħol f'negozjati mal-Kunsill sabiex tiġi emendata l-proposta tal-Kummissjoni permezz tal-mezzi differenti previsti mill-IIA attwali tas-17 ta' Mejju 2006;
23. Jinnota bi tħassib, flimkien mar-riassenjazzjoni proposta ta' EUR 100 miljun għall-ITER, it-tnaqqis ieħor ta' EUR 64 miljun fl-FP7 TAL-KE meta mqabbel mal-ipprogrammar finanzjarju; jiddomanda li l-Kummissjoni tipproponi li tuża t-tifdil kollu (li jammonta għal EUR 190 miljun) li se jkun hemm fl-2012 permezz tar-rivalutazzjoni tal-bżonnijiet tal-persunal u t-tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet finanzjarji lil xi wħud mill-Impriżi Konġunti sabiex tiġi ffinanzjata n-nefqa operattiva taħt l-FP7 TAL-KE;
24. Jirrimarka f'dan ir-rigward fuq il-bżonn li jittejbu l-kundizzjonijiet tal-iffinanzjar għall-prijoritajiet li jirrigwardaw l-enerġija sostenibbli, it-teknoloġiji ta' ħażna tal-enerġija u prijoritajiet oħra dwar l-għejun rinnovabbli taħt il-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika (Pjan SET) introdott dan l-aħħar, inkluża l-effiċjenza fl-enerġija, li huma vitali sabiex jiġu affrontati l-isfidi ekonomiċi, tal-enerġija u tal-klima; jemmen li objettivi ċari għall-politika tal-enerġija sostenibbli u l-effiċjenza fl-enerġija jistgħu jipprovdu soluzzjonijiet kost-effettivi li minnhom tista' tgawdi l-ekonomija tal-Ewropa kollha; jinnota wkoll li mezzi innovattivi għall-kisba ta' investimenti u għat-trawwim tar-riċerka u l-innovazzjoni, bħall-Faċilità ta' Finanzjament għall-Kondiviżjoni tar-Riskji (RSFF) jistgħu jiġu kkunsidrati fil-qafas tal-proċedura baġitarja tal-2012;
25. Jiddispjaċih li maż-żieda limitata prevista għall-programm PROGRESS fl-AB 2012 meta mqabbel mal-Baġit 2011, il-Kummissjoni mhux se tkun tista' tistabbilixxi mill-ġdid l-ammont ta' EUR 20 miljun għall-perjodu 2011-2013 li hija stess impenjat fl-2010 ħalli tikkumpensa parzjalment għar-riassenzjazzjoni ta' PROGRESS favur il-Faċilità ta' Mikrofinanzjament; ifakkar li l-kontribut tal-programm PROGRESS liż-żewġ inizjattivi ewlenin tal-istrateġija UE 2020 “Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar” u “Żgħażagħ Mobbli”; jirrimarka li l-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-korpi nazzjonali u reġjonali jirċievu finanzjament mill-programm PROGRESS biex jimplimentaw miżuri għal ibbaġittjar li jqis l-ugwaljanza tas-sessi;
26. Jilqa' ż-żieda (+ EUR 5.7 miljuni) fil-livell ġenerali tal-approprjazzjonijiet għall-impenji għall-Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni meta mqabbla ma' dik inizjalment prevista; jispera li din iż-żieda se tikkontribwixxi għat-titjib fl-aċċess tal-SMEs għal dan il-programm u għall-iżvilupp ta' programmi speċifiċi u mekkaniżmi finanzjarji innovattivi; ifakkar, f'dan il-kuntest, fir-rwol ewlieni li għandhom l-SMEs li jagħtu spinta lill-ekonomija tal-UE u jappoġġa, b'mod partikolari, il-programm CIP-EIP bħala strument indispensabbli għall-irkupru mill-kriżi; jenfasizza l-bżonn li jittejjeb l-aċċess tal-SMEs għas-swieq tal-kapital u l-opportunitajiet differenti ta' finanzjament mill-UE billi l-proċeduri ta' finanzjament jsiru aktar faċli u rapidi u inqas burokratiċi;
27. Itenni l-importanza tas-Suq Uniku għall-kompetittività tal-impriżi tal-UE u għat-tkabbir u l-istabbiltà tal-ekonomiji Ewropej, u jfakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li jeħtieġ li jiġu żgurati biżżejjed riżorsi biex tittejjeb l-implimentazzjoni tar-regoli tas-suq uniku;
28. Jenfasizza li l-valur miżjud Ewropew tal-investimenti fit-trasport transkonfinali, b'mod partikolari l-programm TEN-T, li jtejbu l-konnessjonijiet transkonfinali u intermodali, u b'hekk jippromwovu l-iżvilupp ekonomiku u l-impjiegi; ifakkar fil-finanzjament insuffiċjenti rikorrenti tat-TEN-T u jħeġġeġ li jsiru disponibbli aktar riżorsi għal dan l-iskop, inklużi billi jintużaw sorsi alternattivi ta' finanzjament bħas-Sħubiji Pubbliċi-Privati (PPP), l-iddedikar ta' introjti u forom oħra ta' strumenti finanzjarji; jenfasizza li l-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Reġjonali għandhom ikunu marbuta mill-qrib mal-proġetti TEN-T;
29. Huwa tal-opinjoni li, fid-dawl tal-valur miżjud Ewropew għoli tiegħu, l-appoġġ għall-programm Tagħlim Tul il-Ħajja għandu jitkompla u jiżdied fl-2012, minħabba l-kontribut tiegħu lill-inizjattivi l-aktar importanti “Żgħażagħ Mobbli” u “Unjoni tal-Innovazzjoni”; jenfasizza b'mod partikolari li, fid-dawl tal-għadd dejjem akbar ta' persuni fl-edukazzjoni tal-adulti fl-Ewropa, Grundtvig, li attwalment jirrapreżenta 4 % biss mill-allokazzjonijiet fil-Programm Tagħlim Tul il-Ħajja, għandu jissaħħaħ;
30. Jinsab imħasseb dwar it-tnaqqis propost fl-approprjazzjonijiet għall-Programm Statistiku tal-Unjoni u ż-żieda limitata ħafna – taħt ir-rata ta' inflazzjoni – fin-nefqa tal-persunal fil-qasam politiku “Statistiċi”; jenfasizza li hemm bżonn qawwi li jiġi żgurat kontinwament li r-riżorsi tal-Eurostat jaqblu mal-volum ta' xogħol li qed jikber u mat-talbiet tal-kwalità msaħħa fil-qasam prinċipali tal-istatistika ekonomika u finanzjarja;
31. Ifakkar li l-biċċa l-kbira tal-kompetenzi l-ġodda tal-UE introdotti mit-Trattat ta' Lisbona, fl-oqsma tal-enerġija, it-turiżmu u l-ispazju, taqa' fl-ambitu tal-Intestatura 1a; jesprimi d-diżappunt tiegħu li l-Kummissjoni ma pproponietx finanzjament addizzjonali għal dawn il-politiki ġodda fit-tielet sena wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona; jenfasizza li la Galileo u lanqas il-GMES – iż-żewġ programmi tal-ispazju prinċipali tal-UE – mhuma se jibbenefikaw minn finanzjament addizzjonali sal-aħħar tal-MFF kurrenti u li l-finanzjament Galileo se jonqos bejn l-2011 u l-2012; itenni l-bżonn li jiġu introdotti xi miżuri speċifiċi viżibbli li jappoġġaw it-turiżmu, fid-dawl tar-rilevanza ekonomika ta' dan is-settur, li jirrapreżenta t-tielet attività soċjoekonomika fl-Ewropa f'dawk li huma impjiegi u ħolqien tal-PGD, u jiddispjaċih li l-Kummissjoni mhux qed tipproponi bażi legali ġdida biex tissostitwixxi t-tliet azzjonijiet preparatorji f'dan il-qasam li ma jistgħux jiġu estiżi fl-2012; jitlob li jiġu allokati riżorsi xierqa għas-settur tat-turiżmu fl-2012 u fl-2013 kif ukoll fil-qafas finanzjarju multiannwali tal-ġejjieni;
32. Jinnota li l-kriżi enfasizzat biċ-ċar kemm hu importanti għas-saħħa tal-finanzi governattivi li jkun hemm sistemi tal-ġbir tat-taxxi li jkunu effikaċi u li ma jkunux suxxettibbli għall-frodi; jenfasizza li l-ġlieda kontra l-frodi fiskali u kontra l-evażjoni tat-taxxa għandha tingħata prijorità għolja u li l-approprjazzjonijiet għall-Fiscalis għandhom jippermettu lill-programm iwieġbu għal din l-ambizzjoni;
33. Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinkludi fl-AB għat-tieni sena konsekuttiva approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (EUR 50 miljun) għall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG); jenfasizza l-fatt li dan mhux biss jagħti viżibbiltà akbar lill-fond iżda jevita wkoll trasferimenti minn linji baġitarji oħra li jħaddnu għanijiet u li jkopru bżonnijiet differenti; jistenna bil-ħerqa l-preżentazzjoni tal-analiżi ta' nofs it-terminu tar-Regolament FEG mill-Kummissjoni bħala mezz ta' identifikazzjoni tal-modi ta' kif titħaffef il-proċedura għall-mobilizzazzjoni tal-fond u s-semplifikazzjoni tar-regoli ta' ġestjoni tiegħu;
Intestatura 1b
34. Jenfasizza l-kontribut deċiżiv tal-politika ta' koeżjoni għat-tkabbir u l-impjieg, kif ukoll għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali bejn ir-reġjuni tal-UE u l-Istati Membri; jenfasizza li l-politika ta' koeżjoni hija strument li jippermetti r-reġjuni tal-UE jipparteċipaw fl-ilħiq tal-objettivi tal-Ewropa 2020 u fl-appoġġ ta' investimenti reġjonali intiżi għall-implimentazzjoni tal-inizjattivi emblematiċi kollha; huwa tal-opinjoni b'hekk li, filwaqt li n-natura ridistributtiva tagħha u l-għan tagħha li tnaqqas id-disparitajiet reġjonali għandhom jinżammu, il-politika ta' koeżjoni għandha tibqa' politika tal-investiment fil-livell tal-UE u aċċessibbli għar-reġjuni u ċ-ċittadini kollha tal-UE;
35. Jinnota li n-nefqa totali għall-Intestatura 1b hija stmata li tammonta għal EUR 52 739 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji, li tippreżenta żieda ta' 3,4 % meta mqabbla mal-2011, li hija konformi mal-allokazzjonijiet stabbiliti fl-MFF 2007-13, fid-dawl tal-aħħar aġġustament tal-2010 favur xi Stati Membri; jinnota li l-marġni disponibbli (EUR 22.1 miljun) taħt il-limitu tirriżulta l-aktar mill-allokazzjoni lill-għajnuna teknika u tirrapreżenta 0,04 % biss tal-allokazzjoni totali taħt din l-intestatura;
36. Jilqa' ż-żieda ta' 8,4 % fl-AĦ għal EUR 45 134 miljun proposti għall-2012 meta mqabbla mal-2011, u jemmen li din iż-żieda se tippermetti li titħaffef l-implimentazzjoni tal-programmi wara t-tnedija bil-mod ħafna tal-programmi fil-bidu tal-perjodu 2007-2013; jenfasizza li din iż-żieda għandha tagħmel ukoll possibbli li jiġu indirizzati l-bżonnijiet ta' ħalsijiet addizzjonali li jirriżultaw mill-bidliet leġiżlattivi riċenti, l-approvazzjoni ta' kull sistema ta' ġestjoni u kontroll u l-għeluq tal-programmi 2000-2006;
37. Jenfasizza għalhekk li dan il-livell ta' ħlasijiet huwa l-minimu strett u jikkonforma kompletament ma' bbaġitjar realistiku, fid-dawl tal-profil ġenerali tal-ħlas matul il-perjodu, il-previżjoni disponibbli tal-Istati Membri fir-rigward tal-pretiżi għal ħlas li għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni, u l-bżonn li ma jkunx hemm distakk bejn l-impenji u l-ħlasijiet; jenfasizza l-fatt li dan id-dħul se jikkontribwixxi wkoll biex jitħaffef l-irkupru tal-ekonomija Ewropea u jikkontribwixxi għall-istrateġija Ewropa 2020 fir-reġjuni; se jopponi bis-sħiħ għalhekk kull tnaqqis possibbli fil-livell tal-ħlasijiet meta mqabbel ma' dak propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz tal-Baġit;
38. Jitlob lill-Kummissjoni tiġbor data demografika tal-benefiċjarji tal-politika ta' koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew b'mod partikolari, bil-għan li timmonitorja l-impatt veru tal-fondi pprovduti għall-iżvilupp tal-kapital uman u l-inseriment tas-suq tax-xogħol, filwaqt li jżomm quddiem għajnejh il-problema partikolarment inkwetanti tal-qgħad taż-żgħażagħ;
39. Jitlob lill-Kummissjoni tkompli taħdem mill-qrib ma' dawk l-Istati Membri b'rata baxxa ta' assorbiment, sabiex ittejjeb aktar il-qagħda fir-rigward tal-assorbiment fuq il-post; jitlob, għalhekk, għall-promozzjoni ulterjuri tat-tagħlim reċiproku, l-iskambju tal-aħjar prattiki u t-titjib tal-kapaċitajiet amministrattivi fil-Istati Membri kif ukoll fil-pajjiżi kandidati permezz tal-għoti ta' attenzjoni lill-funzjonament xieraq tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni li jappoġġa t-tħejjijiet tal-pajjiżi għall-implimentazzjoni tal-programmi Komunitarji;
40. Iħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni tkompli r-riflessjoni tagħha dwar kif se tissimplifika s-sistema kumplessa ta' regoli u rekwiżiti imposti mill-UE u/jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tnaqqas il-piż burokratiku, sabiex titfa' fokus sinifikament aktar qawwi fuq il-kisba ta' għanijiet speċifiċi, flimkien mal-legalità u r-regolarità, mingħajr ma titbiegħed mill-prinċipji ewlenin ta' trasparenza, responsabbiltà u ġestjoni finanzjarja tajba;
Intestatura 2
41. Jinnota li l-AB 2012 jipproponi li jiżdiedu l-approprjazzjonijiet għall-impenji b'2,6 % għal EUR 60 158 miljun u l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet b'2,8 % għal EUR 57 948 miljun meta mqabbel mal-Baġit 2011; jenfasizza li dawn iż-żidiet huma xorta anqas miż-żieda proposta mill-Kummissjoni għall-baġit kollu kemm hu;
42. Josserva li dawn iż-żidiet huma qabel kollox il-konsegwenza tad-dħul gradwali kontinwu tal-ħlasijiet diretti lill-Istati Membri l-ġodda u l-bżonnijiet addizzjonali għall-iżvilupp rurali; jenfasizza l-fatt li l-interventi tas-suq jibqgħu kważi stabbli meta mqabbla mal-Baġit 2011, filwaqt li l-volatilità tal-prezzijiet u l-instabbiltà ta' ċerti swieq qed tkompli taffettwa s-settur agrikolu; jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa proposti għal approċċ li jmur aktar “il bogħod fil-ġejjieni għas-setturi agrikoli kollha, kif ukoll proposti konkreti biex tiġi ttrattata l-volatilità tal-prezzijiet fis-swieq tagħhom;
43. Jinnota li l-ittra emendatorja tradizzjonali li tirrigward l-agrikoltura u li għandha tiġi ppreżentata fil-Ħarifa 2011 se taġġusta l-istimi attwali għal valutazzjoni aktar preċiża tal-bżonnijiet reali; jiġbed l-attenzjoni, f'dan il-kuntest, għall-aħħar livell tad-dħul assenjat disponibbli fl-2012 (il-korrezzjoni tal-approvazzjoni tal-konformità, l-irregolaritajiet u l-imposta speċjali tal-ħalib) li eventwalment se jistabbilixxi l-livell ta' approprjazzjonijiet ġodda li għandhom jiġu adottati fil-Baġit 2012; jistima li l-bqija tal-marġni attwalment (EUR 651 6 miljun) għandha tkun biżżejjed sabiex tkopri l-bżonnijiet taħt din l-intestatura fin-nuqqas ta' ċirkustanzi mhux previsti;
44. Jenfasizza li matul dawn l-aħħar ftit snin l-awtorità baġitarja setgħet, minħabba ċirkustanzi speċifiċi, tuża l-fondi mhux allokati (marġni) disponibbli taħt il-limitu ta' din l-intestatura sabiex tilħaq ftehim globali fuq il-baġits annwali, billi tirrikorri għall-punt 23 tal-IIA;
45. Jaqbel li għandu jitkompla l-appoġġ għall-programmi li jirrigwardaw frott fl-iskejjel, kif ukoll għall-programm għall-Għajnuna għal Persuni Mċaħħda; jiddeplora, min-naħa l-oħra, it-tnaqqis fl-allokazzjoni baġitarja għall-iskema ta' ħalib fl-iskejjel u huwa mħasseb dwar it-tnaqqis li qed isir fil-finanzjament għal miżuri veterinarji u fitosanitarji;
46. Jitlob li jsir tnaqqis ieħor fir-rifużjonijiet tal-esportazzjonijiet u jiddispjaċih li baqa' jsir is-sussidjar tal-produzzjoni tat-tabakk fl-UE, ħaġa li hija kuntrarja għall-objettivi tal-politika tas-saħħa tal-UE;
47. Jenfasizza li parti min-nefqa taħt l-Intestatura 2 hija strumentali għat-twettiq tal-objettivi tal-Ewropa 2020; jenfasizza li l-objettivi ta' prijorità ta' din l-istrateġija – tkabbir u impjiegi – jintlaħqu wkoll permezz ta' programmi ta' żvilupp rurali; iqis is-sigurtà u s-sostenibilità tal-ikel bħala tnejn mill-isfidi prinċipali għall-PAK; ifakkar li PAK akt
48. Jilqa“, f'dan il-kuntest, iż-żieda għall-programm LIFE+ (+4,3 % u +1,9 % f'impenji u ħlasijiet rispettivament) li tagħti prijorità biss lill-proġetti ta' azzjoni fil-qasam tal-ambjent u tal-klima; ifakkar għal darba oħra li l-problemi ambjentali u s-soluzzjonijiet tagħhom ma jirrikonoxxux fruntieri nazzjonali, u għalhekk il-fatt li jiġu ttrattati fil-livell tal-UE huwa evidenti minnu nnifsu; jirrimarka madankollu li l-approprjazzjonijiet ta' LIFE+ għadhom jinsabu f'livell limitat mhux ħażin;
49. Jenfasizza li l-effiċjenza fl-enerġija, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-promozzjoni ta' enerġija rinnovabbli huma prijoritajiet trażversali li jistgħu jiġu ffinanzjati taħt diversi intestaturi tal-baġit tal-UE, u li l-Parlament se jagħti attenzjoni speċifika lill-finanzjament globali tagħhom, kif ukoll lill-allokazzjonijiet ta' kull linja baġitarja; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tintegra prijoritajiet bħal dawn, kif ukoll il-protezzjoni tal-ilma u l-preservazzjoni tal-bijodiversità, f'politiki oħra, inkluż l-appoġġ finanzjarju tal-UE lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw; huwa tal-opinjoni li l-implimentazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni eżistenti fuq dawn is-suġġetti hija kruċjali u għalhekk jitlob lill-Kummissjoni tanalizza sew il-kwistjoni dwar jekk humiex meħtieġa aktar riżorsi ħalli tiġi eżaminata b'mod serju l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE, u tirrapporta lura lill-Parlament;
50. Jirrimarka li, fid-dawl tal-importanza politika tagħha, il-finanzjament u l-azzjonijiet eżistenti tal-Politika Komuni tas-Sajd għandhom jiġu ppriservati u miżmuma fil-livelli tal-AB proposti, speċjalment fid-dawl tar-riforma imminenti tagħha; huwa tal-opinjoni li l-finanzjament tal-politika marittima integrata, li għandu jilħaq ammont adegwat fl-2012, ma għandux ikun ta' detriment għal dak ta' azzjonijiet u programmi ta' sajd oħra taħt l-Intestatura 2; iqis, barra minn hekk, li hu kruċjali li d-daqs tal-flotta tas-sajd Ewropea jibqa' jiġi ssorveljat, li jingħata appoġġ adegwat lill-Istati Membri f'dan ir-rigward u, b'mod partikolari, li jibqa' jiġi miġġieled is-sajd Illegali, Mhux Rappurtat u Mhux Regolat (IUU); iqis li ġestjoni effettiva tas-sajd hija ta' importanza kruċjali sabiex jiġu ppriservati l-istokkijiet tal-ħut u ma' jitħalliex li jsir sajd żejjed;
Intestatura 3a
51. Jinnota li ż-żieda ġenerali fil-finanzjament propost fl-AB 2012 meta mqabbel mal-Baġit 2011 għal azzjonijiet inklużi taħt din l-intestatura (+17,7 % fl-approprjazzjonijiet għall-impenji, +6,8 % fl-approprjazzjonijiet għall-ħlas) tirrifletti l-ambizzjonijiet dejjem akbar tal-UE fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, hekk kif imniżżla kemm fit-Trattat ta' Lisbona kif ukoll fil-Programm ta' Stokkolma (2010-2014) li l-Kunsill Ewropew stess adotta f'Diċembru 2009;
52. Jinnota li dawn iż-żidiet huma fil-biċċa l-kbira marbuta ma' tlieta mill-erba' programmi ta' Solidarjetà u Ġestjoni tal-Immigrazzjoni: il-Fond għall-Fruntieri Esterni (+38 %), il-Fond Ewropew għar-Ritorn (+43 %) u l-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta' Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi (+24%); jenfasizza, madankollu, li ż-żidiet previsti taħt din l-intestatura għall-2012 huma sempliċiment ir-riżultat tal-analiżi annwali tal-ammonti globali multiannwali li kien hemm ftehim fuqhom bejn il-Parlament u l-Kunsill meta dawn il-programmi ġew adottati;
53. Jiddispjaċih ferm li l-Kummissjoni qiegħda tibgħat messaġġ ta' ċaħda lir-refuġjati billi żżid sostanzjalment il-Fond għall-Fruntieri Esterni u l-Fond Ewropew għar-Ritorn, filwaqt li żżomm il-Fond Ewropew għar-Refuġjati fl-istess livell tal-2011; jemmen li l-UE għandha tadotta attitudni aktar akkoljenti lejn ir-refuġjati, speċjalment fid-dawl tal-gwerra fil-Libja u r-repressjoni severa li għaddejja kontra d-demostranti f'bosta pajjiżi Għarab;
54. Jitħasseb sew, għalhekk, dwar jekk l-AB ippreżentat mill-Kumissjoni jikkostitwixxix reazzjoni xierqa u aġġornata għall-isfidi kurrenti li qed tiffaċċja l-UE, speċjalment fil-kuntest tal-avvenimenti għaddejjin bħalissa fil-Mediterran tan-Nofsinhar; ifakkar fit-talba pressanti tiegħu għal reazzjoni xierqa u ekwilibrata għal dawn l-isfidi sabiex tittejjeb il-ġestjoni tal-migrazzjoni legali u tnaqqas il-pass tal-migrazzjoni illegali; jirrikonoxxi l-obbligu tal-Istati Membri tal-UE li jikkonformaw tal-liġi tal-UE stabbilita, jenfasizza l-bżonn għall-finanzjament u għodod ta' appoġġ suffiċjenti biex jittrattaw sitwazzjonijiet ta' emerġenza bi spirtu li jirrispetta bis-sħiħ ir-regoli ta' protezzjoni interni u d-drittijiet tal-bniedem u solidarjetà bejn l-Istati Membri kollha; jenfasizza b'mod partikolari r-rwol u l-appoġġ tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati, inklużi l-miżuri ta' emerġenza fil-każ ta' influssi massivi tar-refuġjati, u jiddispaċih ħafna li l-Kummissjoni ma pproponitx żieda għal dan il-fond lil hinn minn dik inizjalment prevista fl-ipprogrammar finanzjarju;
55. Jieħu nota tal-talbiet ripetuti mill-Kunsill Ewropew għat-tisħiħ tal-kapaċità operattiva u r-rwol tal-FRONTEX f'perjodu ta' iżjed pressjonijiet ta' migrazzjoni; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta l-implikazzjonijiet baġitarji kollha għall-2012 tar-reviżjoni li qed issir bħalissa tal-Aġenzija FRONTEX u tipprovdi stampa aktar ċara tal-partiċipazzjoni finanzjarja tal-Istati Membri fil-funzjonament tagħha;
56. Jinnota li wara preżentazzjoni tal-passi tekniċi li jmiss, l-approprjazzjonijiet tal-2011 għal SIS II impoġġija fir-riżerva ġew rilaxxati mill-awtorità baġitarja; jenfasizza l-fatt li l-awtorità baġitarja se tkompli tissorvelja mill-qrib l-iżviluppi ġejjiena li jikkonċernaw l-SIS II u żżomm id-dritt li tieħu azzjoni jekk dan ikun meħtieġ;
Intestatura 3b
57. Ifakkar li l-Intestatura 3b, għalkemm hija l-iżgħar intestatura tal-MFF f'termini ta' allokazzjoni finanzjarja, tkopri kwistjonijiet ta' interess kbir għaċ-ċittadini Ewropej, bħaż-żgħażagħ, il-programmi edukattivi u kulturali, is-saħħa pubblika, il-protezzjoni tal-konsumaturi, l-istrument ta' protezzjoni ċivili u l-politika tal-komunikazzjoni;
58. Jiddispaċih ħafna li l-approprjazzjonijiet globali taħt din l-intestatura naqsu għat-tielet sena konsekuttiva, bi tnaqqis fl-AI ta' 0,1 % (għal EUR 683 5 miljun) u fl-AĦ ta' 0,3 % (għal EUR 645 7 miljun) kif imqabbel mal-Baġit tal-2011 (barra mill-Fond ta' Solidarjetà tal-EU, li jħalli marġni ta' EUR 15.5 miljun;
59. Huwa tal-opinjoni li l-programmi u l-azzjonijiet taħt din l-intestatura għandhom rwol importanti fl-ilħiq tal-objettivi primarji u l-inizjattivi emblematiċi tal-istrateġija Ewropa 2020; itenni li l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-kultura għandhom valur ekonomiku peress li dawn jikkontribwixxu partikolarment għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impiegi ta' kwalità u jappoġġaw l-iżvilupp ta' ċittadinanza attiva;
60. Jenfasizza l-fatt li l-marġni żgħira ħafna disponibbli se tippermetti spazju limitat għall-immanuvrar waqt li jkunu qed jiġu proposti azzjonijiet ġodda jew waqt it-teħid ta' deċiżjonijiet dwar iż-żieda tal-finanzjament tal-prijoritajiet direttament rilevanti għaċ-ċittadini;
61. Jieħu nota kif xieraq tal-proposta tal-Kummissjoni li jiżdiedu b' EUR 8 miljuni, kif imqabbel mal-ipprogrammar finanzjarju inizjali, l-allokazzjonijiet 2012 għaż-Żgħazagħ fl-Azzjoni (EUR 134,6 miljun previsti fl-2012), programm li jikkostitwixxi wieħed mill-istrumenti prinċipali tal-inizjattiva emblematika ż-“Żgħazagħ Attivi” u jipprovdi appoġġ għall-esperjenzi ta' tagħlim mhux formali u l-iżvilupp ta' ċittadinanza attiva għaż-żgħażagħ;
62. Jiddispjaċih li sforzi simili mhumiex qed jiġu proposti għall-programmi bħal MEDIA u Kultura 2007, għalkemm dawn jikkontribwixxu ħafna għar-rikkezza u d-diversità tal-kultura Ewropea u jappoġġaw azzjonijiet li ma jkunux iffinanzjati mill-Istati Membri waħedhom;
63. Jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni ma pproponitx fl-Abbozz tal-Baġit tagħha 2012 xi miżura speċifika favur l-isport, għalkemm din issa hija kompetenza sħiħa tal-Unjoni li tirriżulta mit-Trattat ta' Lisbona; iqis tassew li xi finanzjament – għalkemm ta' daqs żgħir – jeħtieġ li jkompli jkun disponibbli fil-Baġit 2012;
64. Jilqa' ż-żieda għall-programm tas-Saħħa Pubblika għaliex is-saħħa pubblika saret xprun kruċjali għall-kompetittività f'soċjetajiet Ewropej li qed jixjieħu; jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni sabiex jinstabu soluzzjonijiet ta' finanzjament sabiex jitkomplew kampanji edukattivi importanti dwar ħajja mingħajr tabakk;
65. Jiddeplora t-tnaqqis fil-finanzjament tal-Istrument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili meta imqabbel mal-ipprogrammar finanzjarju (EUR -1,8 miljun ), u jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjonijiet ulterjuri għal dan it-tnaqqis, fid-dawl tal-fatt li l-protezzjoni ċivili hija issa kompetenza ġdida tal-UE;
66. Ifakkar li sabiex tkun żgurata t-trasparenza u l-involviment sħiħ tal-Parlament Ewropew u l-Membri tiegħu, l-Ispazji Pubbliċi Ewropej (EPS) jeħtieġ li jkollhom linja separata għalihom; jiddispjaċih dwar il-proposta tal-Kummissjoni li tbattal din il-linja u ddaħħal l-allokazzjonijiet tal-EPS mal-linja tar-Rappreżentazzjonijiet tal-Kummissjoni; ifakkar li l-Ispazji Pubbliċi Ewropej huma mmexxija konġuntament mill-Kummissjoni u mill-Parlament u għalhekk il-baġit tagħhom għandu jkun separat mill-baġit tar-Rappreżentazzjonijiet tal-Kummissjoni kif rifless fil-baġits tal-2010 u l-2011; jenfasizza li l-Parlament ma jaċċetta ebda tentativ biex tinbidel ir-rieda tal-awtoritajiet baġitarji f'din il-kwistjoni;
Intestatura 4
67. Jinnota li l-approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet rikjesti fl-AB 2012 żdiedu b'2,9 % u 0,8 %, meta mqabbla mal-Baġit 2011, għal EUR 9 009,3 miljun u EUR 7 293,7 miljun rispettivament (qed tittieħed inkunsiderazzjoni r-Riżerva għal Għajnuna ta' Emerġenza); jirrimarka li dawn iż-żidiet huma anqas miż-żieda proposta mill-Kummissjoni għall-Baġit kollu kemm hu;
68. Ifakkar li s'issa l-Kummissjoni għadha ma rritornatx fondi (240 Miljun) użati għall-Faċilità għall-Ikel fl-intestura 4 u speċjalment l-Istrument għall-Istabbiltà kif talab il-Kumitat għall-Baġits fil-paragrafu 28 tar-rapport tiegħu A7-0038/2009 adottat fit-12 ta' Ottubru 2009;
69. Huwa konvint sew li għandu jsir sforz partikolari u konkret sabiex jintużaw bl-aħjar mod u b'mod koordinat l-istrumenti Ewropej kollha disponibbli (mhux biss pakketti finanzjarji fi ħdan il-baġit tal-UE, iżda ukoll strumenti ġestiti mill-BEI, l-BERŻ eċċ) u l-azzjonijiet tal-Istati Membri; jenfasizza li l-flessibbiltà fl-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-UE għandhom jittejbu aktar sabiex ikun hemm reazzjoni xierqa u effikaċi għall-kriżijiet politiċi u umanitarji f'pajjiżi terzi mingħajr, madankollu, ma jiġu ppreġudikati l-impenji u l-prijoritajiet politiċi fit-tul; għal dan il-għan, jistieden lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Bank Ewropew għall-Investiment sabiex jikkoordinaw l-isforzi tagħhom biex jiżguraw li l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-UE jkunu mmirati u effettivi kemm jista' jkun;
70. Jemmen li huwa d-dmir tal-UE li tirreaġixxi b'mod xieraq u komprensiv għall-iżviluppi politiċi riċenti tal-pajjiżi ġirien tal-Mediterran u li tipprovdi appoġġ u għajnuna għall-movimenti li qed jiġġieldu għall-valuri demokratiċi u l-istabbiliment tal-istat ta' dritt; itenni li t-tisħiħ tal-għajnuna finanzjarja lil dawn il-pajjiżi ma għandux ikun ta' detriment għall-prijoritajiet u l-istrumenti għall-benefiċċju ta' pajjiżi ġirien tal-Ewropa tal-Lvant;
71. Huwa mħasseb ħafna minn din il-perspettiva li l-marġni proposta ta' EUR 246,7 miljun għall-Intestatura 4, filwaqt li hija ħafna ogħla minn dik prevista mill-ipprogrammar finanzjarju aġġornat ta' Jannar 2011 (EUR 132,2 miljun), tista' ma tkunx biżżejjed sabiex jiġu indirizzati l-bżonnijiet ġodda taħt l-Intestatura 4, peress li tidher li hija bbażata fuq tnaqqis fil-finanzjament ta' xi programmi maġġuri tal-UE; huwa determinat li jiċċekkja u janalizza aktar dawn il-proposti qabel ma japprovahom;
72. Ifakkar li l-Parlament u l-Kunsill għadhom ma qablux fuq il-bażi legali għall-Miżuri ta' Akkumpanjament tal-Banana u għall-Kooperazzjoni ma' Pajjiżi Industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli (ICI+) u li dan il-ftehim se jkollu impatt fuq l-approprjazzjonijiet tal-Baġit 2012; jiddispjaċih dwar il-proposta tal-Kummissjoni li taqta' l-finanzjament għall-kooperazzjoni mal-pajjiżi fl-Ażja u l-Amerika Latina; jitlob li jkun hemm adozzjoni ta' malajr tal-leġiżlazzjoni ICT+ u l-approvazzjoni ta' finanzjament adegwat għall-Ażja u l-Amerika Latina;
73. Jitlob lill-Kummissjoni, għalhekk, ma tillimitax l-ittra emendatorja li se tippreżenta għall-konsegwenzi baġitarji tar-rieżami tagħha tal-Politika Ewropea tal-Viċinat iżda tindirizza wkoll, jekk meħtieġ flimkien mal-użu tal-mezzi kollha provduti mill-IIA, il-kwistjonijiet u bżonnijiet pendenti oħra, inkluż il-finanzjament tal-Palestina u l-UNRWA, li tnaqqas b'EUR 100 miljun meta mqabbel mal-Baġit 2011, ħalli jkun immassimizzat l-impatt tal-għajnuna tal-UE fid-dinja;
74. Jiddeplora t-tnaqqis taż-żieda prevista fil-finanzjament tal-Istrument għal Għajnuna Qabel l-Adeżjoni minn EUR 139 miljun għal EUR 79 miljun biss, meta mqabbel mal-Baġit 2011;
75. Jinnota ż-żieda proposta fil-finanzjament tal-ambjent u l-immaniġġjar sostenibbli tar-riżorsi naturali (ENRTP) taħt l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) b'EUR 51,8 miljun meta mqabbla mal-ipprogrammar finanzjarju ħalli tiġi indirizzata t-tnedija rapida tal-azzjoni tat-tibdil fil-klima; jopponi bil-qawwa t-tnaqqis l-ieħor, li t-total tiegħu jammonta għal EUR 78 miljun, li sar fil-programmi ġeografiċi tad-DCI, li jmur kontra l-isforz tal-UE li tikkontribwixxi għall-ilħiq tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju u li tirrispetta l-impenn tal-UE, fl-ogħla livell, li tilħaq, sal-2015, perċentwali tad-DNG ta' 0,7 % għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp;
76. Ifakkar li huwa se jirrifjuta kull tnaqqis sistematiku, kważi awtomatiku u xi drabi mhux ikkunsidrat mill-fergħa l-oħra tal-awtorità baġitarja fin-nefqa amministrattiva taħt l-Intestatura 4 bl-iskop uniku li jitnaqqsu l-approprjazzjonijiet, peress li dan ikun qed iċaħħad lill-UE mill-mezzi tagħha li timplimenta l-programmi tagħha b'mod xieraq u effiċjenti;
Intestatura 5
77. Jinnota li n-nefqa amministrattiva totali għall-istituzzjonijiet kollha hija stmata għal EUR 8,281 miljun, li tirrappreżenta żieda ta' 1,3 % meta mqabbla mal-2011, li tħalli marġni ta' EUR 472,5 miljun;
78. Jinnota l-ittra mill-Kummissarju għall-Ipprogrammar Finanzjarju u l-Baġit tat-3 ta' Frar 2011 li jimpenja żieda fin-nefqa tal-Intestatura 5 li tammonta għal anqas minn 1 % u ma jżid l-ebda persunal ġdid, meta mqabbel mal-2011 u jitlob lill-istituzzjonijiet kollha jsegwu l-istess approċċ fir-rigward tal-iżvilupp tal-baġits tagħhom;
79. Josserva li l-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Qorti tal-Awdituri, l-Ombudsman u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data mxew ma' dan; jenfasizza li l-Parlament Ewropew irnexxilu jnaqqas l-estimi tiegħu proprji b'madwar 50 miljun EUR meta mqabbla mal-ewwel proposta tal-estimi tal-abbozz preliminari; jenfasizza li se janalizza sew u fid-dettall l-estimi tal-istituzzjonijiet l-oħra, fost oħrajn fid-dawl tal-bżonnijiet u l-attivitajiet addizzjonali relatati mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona;
80. Jirrikonoxxi l-isforz kbir tal-Kummissjoni li tiffriża n-nefqa amministattiva tagħha stess f'termini nominali; jinnota li dan kien possibbli permezz tat-tpaċċija taż-żidiet marbuta mal-obbligi legali u kuntrattwali kontra tnaqqis drastiku ieħor fin-nefqa amministrattiva; huwa mdanakollu mħasseb dwar il-konsegwenzi possibbli;
81. Jenfasizza li kwalukwe tnaqqis ieħor għall-approprjazzjonijiet amministrattivi tal-2012 fis-Sezzjoni III, inkluż għal-linji tan-nefqa ta' sostenn amministrattiv (il-linji ex BA), jista' jkollu impatt negattiv fuq l-implimentazzjoni ta' programmi, b'mod partikolari fid-dawl tad-dmirijiet il-ġodda tal-UE wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona; jinsisti li t-tifdil li jirriżulta minn tnaqqis fin-nefqa ta' sostenn amministrattiv jibqa' assenjat lill-pakketti finanzjarji tal-programmi korrispondenti għat-twettiq imtejjeb fil-kamp; jenfasizza, barra minn hekk, li waqt li l-kompetenzi tal-UE qed ikomplu jiżdiedu, din ix-xejra tista' ma tkunx sostenibbli fit-tul u tista' tħalli impatt negattiv fuq l-implimentazzjoni f'waqtha, regolari u effikaċi tal-azzjonijiet u l-programmi tal-UE;
82. Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni biex ma titlobx postijiet addizzjonali u l-impenn tagħha li tissodisfa l-bżonnijiet tagħha kollha, inklużi dawk relatati ma' prijoritajiet ġodda u mad-dħul fis-seħħ tat-TFUE, sempliċement permezz tar-ridistribuzzjoni interna tar-riżorsi umani eżistenti; isaqsi għal aktar informazzjoni b'mod partikolari minn fejn se jittieħdu, permezz tar-ridistribuzzjoni, il-230 post meħtieġa biex jiżguraw sorveljanza xierqa tas-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-Istati Membri fid-DĠ ECFIN u x'se jkun l-impatt ta' 70 post anqas għas-sostenn amministrattiv u l-ġestjoni ta' programmi, wara r-ridistribuzzjonijiet tal-persunal fi ħdan Direttorati Ġenerali speċifiċi; jenfasizza li l-kwistjoni tar-riżorsi umani ssir aktar importanti minħabba l-fatt li d-DĠ ECFIN jista' jkollu bżonn jissaħħaħ aktar biex ilaħħaq mal-kompiti vitali addizzjonali hekk kif jiġi adottat il-pakkett ta' governanza ekonomika;
83. Jenfasizza li ż-żieda proposta għal EPSO (+5,4 % fl-AI u l-AĦ ) tidher li tikkontradixxi l-isforzi tal-Kummissjoni sabiex titnaqqas in-nefqa amministrattiva; jitlob aktar informazzjoni dwar iż-żieda proposta tal-allokazzjonijiet għall-EPSO u dwar l-esternalizzazzjoni ta' servizzi kruċjali tal-EPSO;
84. Jinnota li ż-żieda ta' 4 % fin-nefqa għall-pensjonijiet (meta mqabbla ma' +5,2 % mill-2010 sal-2011) minħabba l-irtirar ta' uffiċjali; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi analiżi aktar dettaljata tal-konsegwenzi baġitarji fit-tul ta' din ix-xejra, filwaqt li fl-istess ħin tikkunsidra l-konsegwenzi possibbli, kemm jekk diretti jew indiretti, ta' kwalunkwe bidla fl-iskema tal-pensjoni tal-UE fuq l-attraenza, il-kwalità u l-indipendenza tas-servizz ċivili Ewropew; jenfasizza li kull bidla bħal din għandha tiġi preċeduta xi djalogu soċjali xieraq;
85. Huwa tal-opinjoni li l-Iskejjel Ewropej għandhom jiġu ffinanzjati b'mod xieraq sabiex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni speċifika tat-tfal tal-aġenti tal-istituzzjonijiet tal-UE; se janalizza sew iż-żieda globali proposta ta' 1,7 % meta mqabbla mal-2011, li hi anqas minn dik prevista fl-ipprogrammar finanzjarju, kif ukoll kull waħda mill-linja baġitarji tal-Iskejjel Ewropej, u se jagħmel, matul il-qari tiegħu, kull modifika li huwa jqis xierqa f'dan ir-rigward;
Proġetti pilota – azzjonijiet preparatorji
86. Jenfasizza li l-proġetti pilota (PP) u l-azzjonijiet preparatorji (PA) huma strumenti prinċipali għall-formulazzjoni ta' prijoritajiet politiċi u biex titwitta t-triq għal inizjattivi ġodda li jistgħu jinbidlu f'attivitajiet u programmi tal-UE li x'aktarx itejbu l-ħajja taċ-ċittadini tal-UE; għandu l-intenzjoni, għalhekk, li jappoġġa b'kull mezz possibbli l-proposti tiegħu fir-rigward ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji għall-Baġit 2012, filwaqt li jenfasizza l-bżonn li tiġi analizzata sew il-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni mistennija f'Lulju 2011 għad-definizzjoni ta' pakkett finali globali u bbilanċjat fuq din il-kwistjoni;
87. Biħsiebu, għal dan l-għan, jgħaddi lill-Kummissjoni, kif previst fl-Anness II, parti D tal-IIA, l-ewwel lista provviżorja ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji potenzjali li għandhom jiddaħħlu fil-Baġit 2012; jistenna lill-Kummissjoni tipprovdi analiżi mmotivata sew tal-proposti indikattivi tal-Parlament; jenfasizza li din l-ewwel lista proviżorja ma teskludix it-tressiq u l-adozzjoni formali ta' emendi li jirrigwardaw il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji matul il-qari tal-baġit min-naħa tal-Parlament;
88. Jieħu nota ta' proġett pilota ġdid u ħames azzjonijiet preparatorji – li tnejn minnhom huma ġodda – proposti mill-Kummissjoni taħt intestaturi differenti; jiddikjara l-intenzjoni sħiħa tiegħu li janalizza l-kontenut u l-objettivi tal-inizjattivi l-ġodda proposti matul in-negozjati imminenti;
Aġenziji
89. Jinnota l-livell globali ta' EUR 720.8 miljun (jiġifieri 0,49 % tal-baġit totali tal-UE) destinati għall-aġenziji deċentralizzati fl-AB 2012, żieda fil-kontribuzzjoni totali tal-UE meta mqabbla mal-Baġit 2011 ta' EUR 34,6 miljun, jew +4,9 %; huwa konxju li din iż-żieda fil-biċċa l-kbira tirriżulta mill-aġenzija l-ġdida(3) u s-seba' aġenżiji li gradwalment qed isiru operattivi(4) sabiex ikollhom biżżejjed fondi; jenfasizza l-importanza ta' finanzjament addizzjonali għal dawk l-għaxar aġenziji(5), li d-dmirijiet tagħhom ġew estiżi, sabiex ma titfixkilx il-prestazzjoni tagħhom; jinnota ż-żieda fil-kontribuzzjoni tal-UE lill-aġenziji li qed jaħdmu fuq livell normali hija konformi ma', jew anki anqas mill-korrezzjoni tal-inflazzjoni (2 %), mingħajr persunal addizzjonali;
90. Jenfasizza li l-allokazzjonijiet baġitarji tal-aġenziji tal-EU huma “l bogħod milli jkunu konfinati għan-nefqa amministrattiva biss, iżda minflok jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet tal-Ewropa 2020 u tal-objettivi tal-UE b'mod ġenerali, kif deċiż mill-awtorità leġiżlattiva; japprova, għalhekk, fi żminijiet ta' awsterità, l-approċċ restrittiv tal-Kummissjoni fid-determinazzjoni tas-sussidji tal-aġenziji deċentralizzati tal-UE mill-baġit tal-UE, iżda jerġa” ma jaqbilx mal-użu tad-dħul assenjat sabiex titnaqqas il-kontribuzzjoni tal-Baġit tal-UE lill-aġenziji fuq il-ħlas ta' drittijiet, li qed tintuża mill-Kummissjoni biex iżżid il-marġni b'mod artifiċjali; iħossu inkwetat, f'dan il-kuntest, li l-Kummissjoni qed tinjora ripetutament ir-rieda politika tal-Parlament Ewropew;
91. Jenfasizza li l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandhom rwol kruċjali xi jwettqu fis-salvagwardja tal-istabbiltà tas-suq u li jeħtieġ li jkunu fffinazjati b'mod adegwat sabiex ir-riformi regolatorji jkunu effikaċi; itenni li awtorità superviżorja waħda ewlenija tkun aktar effiċjenti meta mqabbla mal-ispiża; jilqa' ż-żidiet fil-baġit, proposti għat-tliet awtoritajiet li huma, bħala passi importanti fil-proċeduri tagħhom ta' żvilupp, filwaqt li jitlob għal riżorsi addizzjonali għall-kumitat konġunt; jenfasizza li kwalunkwe kompiti addizzjonali afdati lil dawn l-awtoritajiet għandhom jiġu rapidament akkumpanjati minn allokazzjoni korrispondenti ta' riżorsi supplimentari; jenfasizza, inter alia, li r-responsabilitajiet ġodda ppjanati għall-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) fl-oqsma tal-bejgħ skopert u d-derivati jridu jkunu riflessi fil-pront fil-proċedura baġitarja tat-2012 hekk kif ikunu stabbiliti l-bażijiet legali;
92. Jinnota li, mill-213-il post ġdid fl-organigramma għall-aġenziji (minn total ta' 4 854), 80 se jiġu allokati għal aġenziji ġodda jew li jinsabu fil-fażi inizjali, u l-bqija lill-aġenziji li d-dmirijiet tagħhom se jiġu estiżi; itenni t-talba tiegħu għal approċċ speċifiku fir-rigward tar-reklutaġġ ta' persunal xjentifiku speċjalizzat b'esperjenza professjonali, speċjalment meta dawn il-postijiet huma ffinanzjati esklużivament permezz ta' ħlasijiet u għalhekk għandhom effett newtrali fuq il-baġit tal-UE;
93. Jiddiżapprova l-approċċ tal-Kummissjoni li tbiddel il-preżentazzjoni ta' żewġ aġenziji li jiffinanzjaw lilhom infushom, l-OHIM u s-CVPO, fl-AB 2012, jiġifieri t-tneħħija taż-żewġ linji tal-baġits rispettivi u d-deċiżjoni li ma jiġux ippubblikati l-pjanijiet tal-istabbiliment; jieħu nota madankollu tal-fatt li ż-żewġ aġenziji rispettitivi ma huma marbuta b'ebda deċiżjoni tal-Awtorità tal-Baġit rigward livell ta' sussidju jew persunal; għandu l-intenzjoni madankollu li jipprovdi din l-informazzjoni fil-baġit bħala kwistjoni ta' trasparenza; jerġa' jtenni li jeħtieġ li tinstab soluzzjoni għad-dħul eċċessiv miksub bir-regolament tal-OHIM rigward tariffi;
94. Iqis li l-kwistjonijiet li ġejjin huma ta' interess speċifiku għat-trilogu li għandu jsir fil-11 ta' Lulju 2011:
il-livell ġenerali tal-ħlasijiet fil-Baġit tal-2012 u l-RAL pendenti,
–
il-proposta għal reviżjoni tal-MFF 2007-13 attwali sabiex jiġu indirizzati addizzjonali ta' finanzjament tal-ITER,
–
is-sostenibbiltà u l-ġestjonabbiltà finanzjarja tal-intestatura 4, b'mod partikolari fid-dawl tal-ittra emendatorja li jmiss sabiex tiġi affrontata t-tranżizzjoni demokratika fil-Mediterran tan-Nofsinhar,
–
il-kwistjonijiet pendenti li jikkonċernaw fil-Baġit 2011;
o o o
95. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.
Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC - Uffiċċju), Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX), Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS), Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER), Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO), Istitut għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi.
Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) – Attiviatjiet realati mal-bijoċidi, Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) – Attivitajiet realatati mal-Kunsens Infurmat Minn Qabel, Aġenzija Ewropea GNSS (GSA), Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA), Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA), Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA), Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) u Eurojust.
Il-PAK fid-dawl tas-sena 2020: Nindirizzaw l-isfidi tal-futur fl-ambitu tal-ikel, tar-riżorsi naturali u dak territorjali
408k
170k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar Il-PAK fid-dawl tas-sena 2020: Nindirizzaw l-isfidi tal-futur fl-ambitu tal-ikel, tar-riżorsi naturali u dak territorjali (2011/2051(INI))
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Il-PAK fid-dawl tas-sena 2020: Nindirizzaw l-isfidi tal-futur fl-ambitu tal-ikel, tar-riżorsi naturali u dak territorjali” (COM(2010)0672),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni(1),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)(2),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2006/144/KE(3) u 2009/61/KE dwar il-linji gwida strateġiċi Komunitarji għall-iżvilupp rurali(4),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli(5),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2010 dwar il-futur tal-Politika Agrikola Komuni wara l-2013(7),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar l-UE 2020(8),
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill tas-17 ta' Marzu 2011 dwar “il-PAK fid-dawl tas-sena 2020”,
– wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Marzu 2010 dwar ' ir-riforma tal-politika agrikola komuni fl-2013“,
– wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni, “Il-PAK sal-2020 – l-ikel, ir-riżorsi naturali u ż-żoni rurali – l-isfidi futuri”,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall- Iżvilupp Reġjonali (A7-0202/2011),
A. billi settur agrikolu Ewropew sostenibbli, produttiv u kompetittiv jagħmel kontribut vitali biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti mit-Trattati għall-PAK u l-objettivi tal-Istrateġija UE 2020, billi jista' jgħin ukoll biex jiġu affrontati l-isfidi politiċi ġodda bħalma huma s-sigurtà tal-provvista tal-ikel, l-enerġija u l-materja prima industrijali, it-tibdil fil-klima, l-ambjent u l-bijodiversità, is-saħħa u l-bidla demografika, u billi r-riforma tal-PAK li se sseħħ dalwaqt se tkun l-ewwel waħda li fiha l-Parlament Ewropew se jikkoleġiżla flimkien mal-Kunsill, skont it-Trattat ta' Lisbona,
B. billi s-sigurtà tal-ikel tibqa' l-isfida ċentrali għall-agrikoltura mhux biss fl-UE imma globalment, b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, minħabba li l-popolazzjoni tad-dinja mistennija tikber minn 7 għal aktar minn 9 biljun ruħ sal-2050, li tkun tirrikjedi żieda ta' 70 % fil-produzzjoni agrikola globali skont il-FAO; billi se jkun hemm bżonn li jiġi prodott aktar ikel fuq sfond ta' spejjeż ogħla ta' produzzjoni, volatilità severa fis-swieq agrikoli u pressjoni li qiegħda tiżdied fuq ir-riżorsi naturali, li jfisser li l-bdiewa se jkollhom jipproduċu aktar filwaqt li jużaw anqas art, anqas ilma u konsum imnaqqas ta' enerġija,
C. billi l-ikel għandu importanza strateġika u billi l-mod l-aktar favorevoli li bih tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel hu billi jiġi sostnut settur agrikolu stabbli u kompetittiv; billi PAK b'saħħitha hija ċentrali għal dan u għall-preservazzjoni, is-sostenibilità ambjentali u l-iżvilupp ekonomiku taż-żoni rurali tal-UE quddiem it-theddida tal-abbandun tal-art, l-ispopolament rurali u t-tnaqqis ekonomiku,
D. billi r-riforma tal-PAK fl-2003 u l-Kontroll tas-Saħħa tal-Politika Agrikola Komuni fl-2008 fittxew li jikkontribwixxu għal arkitettura ġdida għall-PAK li hija waħda aktar effettiva u trasparenti, karatterizzata minn orjentament akbar lejn is-suq; billi dan il-proċess għandu jitkompla u l-amministrazzjoni tal-istrumenti u l-proċeduri tal-PAK trid tiġi ssimplifikata b'mod sinifikanti fil-prattika sabiex jonqos il-piż minn fuq il-bdiewa u l-amministrazzjonijiet,
E. billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2010 dwar il-futur tal-PAK wara l-2013 il-Parlament Ewropew qiegħed il-pedament għal politika tal-agrikoltura sostenibbli li tkun tippermetti lill-produtturi Ewropej jkunu kompetittivi fis-suq lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali, u billi appoġġja l-kunċett ta' agrikoltura multifunzjanali, b'bażi wiesgħa mifruxa mal-Ewropa kollha, b'mod partikolari f'żoni li għandhom żvantaġġi naturali u f'żoni estremament periferali, u qies id-diffikultajiet iffaċċjati mill-azjendi tal-biedja ż-żgħar,
F. billi l-PAK trid tkun mgħammra bl-istrumenti meħtieġa biex tlaħħaq ma kriżijiet serji tas-suq u tal-provvista u ma' volatilità estrema tal-prezzijiet fis-settur agrikolu; billi għandu jiġi żgurat li dawn l-istrumenti mhux biss ikunu aġġornati u effettivi imma wkoll flessibbli, ħalli jkunu jistgħu jiġu implimentati malajr jekk ikun meħtieġ,
G. billi l-inkorporazzjoni ta' objettivi mġedda u ambizzjużi fil-PAK, partikolarment relatati mal-ħarsien tal-konsumatur, il-ħarsien ambjentali, il-benesseri tal-annimali u l-koeżjoni reġjonali, għandha tintlaqa' b'sodisfazzjon u dawn l-istandards għolja għandhom jiġu difiżi fil-livell internazzjonali ħalli jiġu żgurati l-vijabilità u l-kompetittività tal-bdiewa Ewropej, li jiffaċċjaw spejjeż ogħla ta' produzzjoni; billi l-produttività u s-sigurtà tal-ikel fuq żmien twil, speċjalment minħabba t-tħarbit klimatiku, jiddependu minn kura kif għandha tkun tar-riżorsi naturali, b'mod partikolari l-ħamrija, l-użu tal-ilma u l-bijodiversità,
H. billi s-settur agrikolu għandu rwol kruċjali xi jwettaq fil-ġlieda kontra t-tibdil tal-klima, b'mod partikolari billi jnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra tiegħu stess, billi jiżviluppa s-sekwestru tal-karbonju u permezz tal-produzzjoni tal-bijomassa u tal-enerġija sostenibbli, biex b'hekk tinħoloq nixxiegħa ta' introjtu addizzjonali għad-dħul tal-bdiewa,
I. billi l-PAK għandha tappoġġja wkoll l-immaniġġjar speċifiku tal-art tal-biedja li hija għanja fil-bijodiversità (bħalma hi l-art tal-biedja b'valur ta' natura għoli) u ekosistemi agrikoli fi ħdan iż-żoni tan-Natura 2000 u, f'dan il-kuntest, tranżizzjoni għal mudelli b'fatturi produttivi baxxi (inkluża l-biedja organika), mergħat li permanentement ma jinħartux jew artijiet mistagħdra agrikoli,
J. billi s-sehem tan-nefqa tal-PAK fil-baġit tal-UE naqas minn kważi 75 % fl-1985 għal 39,3 % li huwa pproġettat għall-2013; billi l-PAK bħala waħda mill-eqdem politiki tal-UE u waħda minn dawk ikkomunitarizzati tirrappreżenta inqas minn 0,5 % tal-PDG tal-UE filwaqt li l-infiq pubbliku jammonta għal madwar 50 % tal-PDG, u billi, wara t-tkabbiriet suċċessivi tal-Unjoni Ewropea, l-erja tal-art agrikola żdiedet b'40 % u hemm bdiewa d-doppju tal-għadd li kien hemm fl-2004,
K. billi skond l-aħħar stħarriġ tal-opinjoni tal-Eurobarometru, 90 % taċ-ċittadini tal-UE mistħarrġa jikkonsidraw l-agrikoltura u ż-żoni rurali li huma importanti għall-futur tal-Ewropa, 83 % taċ-ċittadini tal-UE mistħarrġa huma favur l-appoġġ finanzjarju lill-bdiewa u, bejn wieħed u ieħor, huma jemmnu li l-politika agrikola għandha tkompli tiġi mwettqa fuq livell Ewropew,
L. billi l-Parlament Ewropew diġà f'ħafna okkażjonijiet esprima ruħu kontra r-rinazzjonalizzazzjoni tal-PAK u kontra estensjoni tal-kofinanzjament, li tista' taffettwa l-kompetizzjoni ġusta fi ħdan is-suq intern tal-UE, u għaldaqstant, filwaqt li jħares “'il quddiem lejn ir-riforma li dalwaqt issir, għal darba oħra jwarrab kull tentattiv li l-PAK tiġi nazzjonalizzata mill-ġdid permezz tal-kofinanzjament tal-pagamenti diretti jew trasferiment ta' fondi lejn it-tieni pilastru,
M. billi PAK b'żewġ pilastri għandha tinżamm kif inhi, filwaqt li l-istruttura u l-objettivi ta' kull pilastru jiġu definiti b'mod ċar u ddisinjati b'tali mod li jkun jippermetti li kull wieħed jikkumplementa lill-ieħor,
N. billi l-bdiewa ż-żgħar fl-UE jagħmlu kontribut vitali għall-objettivi tal-PAK u billi l-ostakoli li jiffaċċjaw iridu jitqiesu kif dovut fil-proċess ta' riforma,
O. billi, fl-Istati Membri l-ġodda li qegħdin japplikaw għal skema ta' pagament uniku skont l-erja, porporzjon kbir tal-bdiewa, speċjalment fis-settur tat-trobbija tal-annimali, mhumiex intitolati għal pagamenti diretti minħabba li mhumiex proprjetarji ta' art agrikola;
P. billi l-bdiewa qed jirċievu sehem li qed jonqos kostantament tal-valur miżjud iġġenerat mill-katina tal-provvista tal-ikel u billi katina tal-provvista tal-ikel li tiffunzjona kif suppost u miżuri għat-titjib tal-pożizzjoni ta' negozjar tal-produtturi huma prerekwiżiti meħtieġa biex jiġi żgurat li l-bdiewa jottjenu ritorn ġust għall-prodott tagħhom,
Q. billi d-dħul reali per capita tal-bdiewa naqas drammatikament f'dawn l-aħħar sentejn u billi, bħala riżultat tat-tnaqqis kostanti, issa niżel “l isfel mil-livell li kien laħaq kważi 15-il sena ilu, billi l-introjti agrikoli huma notevolment aktar baxxi (b'40 % kif inhu stmat għal kull unità tax-xogħol) milli fil-bqija tal-ekonomija, u d-dħul għal kull abitant fiż-żoni rurali huwa konsiderevolment aktar baxx (b'madwar 50 %) milli fiż-żoni urbani u billi d-data tal-Eruostat turi li l-impjiegi fis-settur agrikolu naqsu b'25 % bejn is-sena 2000 u s-sena 2009,
R. billi l-ekonomija tad-dinja kulma jmur qed issir aktar integrate u s-sistemi tal-kummerċ qed ikunu liberalizzati aktar permezz ta' negozjati multilaterali u bilaterali u billi l-ftehimiet fil-livell multilaterali u bilaterali jridu jiżguraw li l-metodi ta' produzzjoni tal-pajjiżi terzi għall-esportazzjoni lejn l-UE jipprovdu lill-konsumaturi Ewropej l-istess garanzija f'dawk li huma saħħa, sikurezza tal-ikel, benesseri tal-annimali, sostenibilità u standards soċjali minimi bħal dawk ipprovduti mill-metodi tal-UE,
S. billi l-iżvilupp rurali, quddiem id-disparitajiet dejjem akbar, it-telf tal-kapital soċjali u tal-koeżjoni, l-iżbilanċi demografiċi u l-migrazzjoni “l barra, huwa component vital ital-PAK u billi l-politiki futuri tal-iżvilupp rurali jeħtieġ li jaħdmu lejn bilanċ territorjali aħjar u joffru governanza anqas burokratika u aktar parteċipattiva tal-programmi ta' żvilupp rurali, li għandhom jinkludu miżuri biex tiżdied il-kompetittività tas-settur tal-biedja u jingħata appoġġ effikaċi lit-tisħiħ u d-diversifikazzjoni tal-ekonomija rurali, jitħares l-ambjent jiġu promossi l-edukazzjoni u l-innovazzjoni, tingħata spinta lill-kwalità tal-ħajja fiż-żoni rurali, speċjalment fiż-żoni anqas vantaġġjati, u l-abbandun tal-biedja min-naħa taż-żgħażagħ jiġi kontrobattut,
T. billi, fuq naħa waħda, huma biss 6 % tal-bdiewa Ewropej li għandhom anqas minn 35 sena, u, fuq in-naħa l-oħra, 4,5 miljun bidwi se jirtira fl-10 snin li ġejjin; billi r-rinnovament ġenerazzjonali għandu għalhekk jitqies bħala waħda mill-isfidi prijoritarji għall-PAK il-futura,
U. billi l-PAK trid tqis il-ħtieġa li jiġu mitigati l-limitazzjonijiet speċifiċi u l-problemi strutturali li qed jiffaċċjaw is-settur agrikolu u dak tal-forestrija fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-UE bħala riżultat tal-insularità u l-bogħod tagħhom u l-fatt li l-ekonomija rurali tiddependi ħafna minn għadd żgħir ta' prodotti agrikoli,
V. billi l-politika dwar il-kwalità hija parti integrali tal-PAK futura, li jfisser li l-iżvilupp u t-tisħiħ ta' din il-politika, b'mod partikolari fil-każ tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, se jkunu deċiżivi għat-tkabbir u l-kompetittività sostenibbli tal-agrikoltura Ewropea,
1. Jilqa' bil-kbir il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Il-PAK fid-dawl tas-sena 2020: Nindirizzaw l-isfidi tal-futur fl-ambitu tal-ikel, tar-riżorsi naturali u dak territorjali”; jagħraf il-ħtieġa li l-PAK tkompli tiġi riformata f'konformità man-natura li qiegħda tinbidel tal-industrija tal-biedja fl-UE27 u l-kuntest internazzjonali l-ġdid tal-globalizzazzjoni; jitlob li tkompli sseħħ PAK b'saħħitha u sostenibbli b'baġit proporzjonat sew mal-objettivi ambizzjużi li għandhom jiġu segwiti fi sforz biex jiġu ffaċċjati l-isfidi l-ġodda; iwarrab b'mod determinat kull ċaqliqa lejn nazzjonalizzazzjoni mill-ġdida tal-PAK;
2. Jitlob li l-PAK tibqa' strutturata madwar żewġ pilastri; jirrimarka li l-ewwel pilastru għandu jibqa' ffinanzjat għalkollox mill-baġit tal-UE u fuq bażi annwali, filwaqt li l-ipprogrammar multiannwali, approċċ kuntrattwali u l-kofinanzjament għandhom ikomplu japplikaw taħt it-tieni pilastru; jinsisti li l-istruttura ta' żewġ pilastri għandha sservi l-għan taċ-ċarezza, fejn kull wieħed mill-pilastri jikkumplementa lill-ieħor mingħajr ma jsir irduppjar; l-ewwel pilastru għandu jirrealizza objettivi li jirrikjedu azzjoni ġenerali filwaqt li t-tieni pilastru għandu jkun orjentat lejn l-eżiti u flessibbli biżżejjed biex faċilment jakkomoda speċifiċitajiet nazzjonali, reġjonali u/jew lokali; iqis, għalhekk, li, filwaqt li l-arkitettura attwali b'żewġ pilastri għandha tinżamm, it-tibdil fiha huwa essenzjali sabiex il-miżuri kollha meħtieġa fil-qafas taż-żewġ pilastri u l-arranġamenti finanzjarji rispettivi tagħhom ikunu fil-mira b'mod aktar effettiv;
3. Jindika li s-sigurtà tal-ikel tibqa' r-raġuni għall-eżistenza tal-agrikoltura, mhux biss fl-UE iżda wkoll madwar id-dinja, u b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, peress li d-dinja għandha quddiemha l-isfida li titma' 9 biljun ruħ sal-2050 filwaqt li tnaqqas l-użu tar-riżorsi skarsi, b'mod partikolari l-ilma, l-enerġija u l-art; jitlob għal politika agrikola Ewropea sostenibbli, produttiva u kompetittiva li tkun tagħmel kontribut sinifikanti biex jintlaħqu l-objetivi stabbiliti mit-Trattati għall-prijoritajiet tal-PAK u tal-Istrateġija UE 2020 ta' tkabbir intelliġenti, inklussiv u sostenibbli; jemmen li l-agrikoltura tinsab fil-pożizzjoni t-tajba biex tagħmel kontribut maġġuri biex jiġi indirizzat b'mod determinat it-tibdil tal-klima, filwaqt li toħloq impjiegi ġodda permezz ta' tkabbir ekoloġiku u tforni enerġija rinnovabbli filwaqt li fl-istess ħin tkompli tipprovdi prodotti tal-ikel sikuri u ta' kwalità għolja u sigurtà tal-ikel għall-konsumaturi Ewropej;
4. Iqis li hu essenzjali li jiġi stabbilit sett ċar ta' regoli għall-perjodu t-twil ħalli l-bdiewa Ewropej ikunu jistgħu jippjanaw l-investiment meħtieġ biex jimmodernizzaw il-prattiki agrikoli u jiżviluppaw metodi innovattivi li se jwasslu għal aktar sistemi agrikoli li huma agronomikament b'saħħithom u sostenibbli, proċess vitali biex tiġi ggarantita l-kompetittività tagħhom fis-suq lokali, reġjonali u internazzjonali;
5. Jemmen li, fl-interessi tas-simplifikazzjoni, iċ-ċarezza u l-approċċ komuni, l-iffinanzjar ta' kull pilastru tal-PAK għandu jiġi miftiehem mill-bidu tar-riforma;
6. Jitlob li l-baġit agrikolu tal-UE għall-perjodu baġitarju li jmiss iżomm mill-inqas il-livell tal-baġit agrikolu għall-2013; jagħraf li se jkunu meħtieġa riżorsi finanzjarji adegwati bil-għan li jiġu affrontati l-isfidi tas-sigurtà tal-ikel, il-ħarsien ambjentali, it-tibdil tal-klima u l-bilanċ territorjali f'UE mkabbra, kif ukoll bil-għan li l-PAK tkun tista' tikkontribwixxi għas-suċċess tal-Istrateġija UE 2020;
7. Jinsab konvint li din il-politika agrikola l-ġdida, immirata lejn sistemi ta' produzzjoni sostenibbli tal-ikel u l-ħarsien tal-ambjent, għandha primarjament tkun ibbażata fuq kumplementarjetà ġenerali ikbar bejn l-ewwel pilastru, li jkopri l-pagamenti diretti, u t-tieni pilastru, li jitratta l-miżuri li jappoġġjaw l-iżvilupp rurali; hu tal-fehma li taħt il-PAK il-ġdida l-fondi pubbliċi jridu jiġu rikonoxxuti bħala sura leġittima ta' ħlas għall-beni pubbliċi pprovduti lis-soċjetà li l-ispejjeż tagħha mhumiex kumpensati minn prezzijiet tas-suq u li l-flejjes pubbliċi għandhom jintużaw biex il-bdiewa jingħataw inċentiv biex iwasslu servizzi extra ambjentali fl-Ewropa kollha; jemmen li dan l-approċċ immirat se jirrealizza objettivi fl-UE kollha filwaqt li joffri l-flessibilità meħtieġa biex jakkomoda d-diversità agrikola tal-UE; jemmen li din is-sistema twassal biex kull element tal-pagamenti jipprovdi benefiċċji pubbliċi ċari b'mod trasparenti għal min iħallas it-taxxi, il-bdiewa u s-soċjetà inġenerali;
8. Jitlob li s-sostenibilità, il-kompetittività u l-ekwità ikunu l-prinċipji ta' gwida li jkunu l-bażi ta' PAK li tippriżerva l-karattru speċjali tas-setturi individwali u tal-postijiet ta' produzzjoni individwali, bil-kompitu li tforni lill-popolazzjoni kwantitajiet suffiċjenti ta' ikel sikur u san bi prezzijiet xierqa, u tipprovdi materja prima għal industrija Ewropea b'saħħitha tal-ipproċessar u tal-prodotti tal-ikel agrikoli, kif ukoll għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli; jenfasizza li l-istandards tal-UE f'dawk li huma s-sikurezza tal-ikel, il-ħarsien ambjentali, il-benesseri tal-annimali u r-rispett għal standards soċjali minimi huma l-ogħla fid-dinja; jitlob għal PAK li tiggarantixxi l-istandards għolja tal-agrikoltura Ewropea fil-kompetizzjoni internazzjonali (ħarsien tal-kwalità esterna);
9. Jirrikonoxxi li ħafna minn dawn l-isfidi l-ġodda huma inkorporati f'impenji u trattati internazzjonali li huma legalment vinkolanti li l-UE qablet dwarhom u ffirmat, bħalma huma l-Protokoll ta' Kjoto/il-Ftehimiet ta' Cancun u l-Konvenzjonijiet ta' Ramsar u Nagoya;
10. Jenfasizza li s-semplifikazzjoni hija fundamentali u għandha tkun objettiv li jixpruna l-PAK futura, bi tnaqqis tal-ispejjeż għall-amministrazzjoni tal-politika fil-livell tal-Istati Membri, u li jinħtieġu bażijiet legali komuni ċari, li għandhom jiġu nnotifikati fil-pront u jkunu jistgħu jintużaw għal interpretazzjoni uniformi;
11. Jenfasizza li l-iżvilupp ta' politika dwar il-kwalità tal-ikel, inkluż f'termini ta' indikazzjoni ġeografika (PDO/IĠP/STG) għandu jkun aspett ta' prijorità tal-PAK u għandu jiġi approfondit u msaħħaħ sabiex l-UE tkun tista' żżom il-pożizzjoni ta' tmexxija tagħha f'dan il-qasam; huwa tal-fehma li, fil-każ ta' dawn il-prodotti ta' kwalità għolja, għandu jkun permess l-użu ta' strumenti oriġinali ta' ġestjoni, protezzjoni u promozzjoni, sabiex ikunu jistgħu jiżviluppaw b'mod armonjuż u jkomplu jagħmlu l-kontribuzzjoni tagħhom għall-kompetittività u t-tkabbir sostenibbli tal-agrikoltura Ewropea;
12. Jitlob lill-Kummissjoni tintensifika l-isforzi fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp għall-iskop ta' innovazzjoni u promozzjoni; iħeġġeġ għalhekk li r-riċerka tal-UE u l-programmi ta' żvilupp tal-futur jiddedikaw attenzjoni kostanti għar-riċerka dwar in-nutrizzjoni u dik agrikola;
Pagamenti diretti
13. Jinnota li l-pagamenti diretti diżakkoppjati, li jiddependu mir-rekwiżiti tal-kundizzjonalità, jistgħu jgħinu biex jiġu appoggiati u stabilizzati l-introjti tal-azjendi tal-biedja, sitwazzjoni li tippermetti lill-bdiewa jfornu, minbarra l-produzzjoni tal-ikel, beni pubbliċi ta' importanza vitali għas-soċjetà kollha kemm hi, bħalma huma s-servizzi tal-ekosistemi, impjiegi, immaniġġjar tal-pajsaġġ u l-vitalità tal-ekonomija rurali fl-Ewropa kollha; iqis li l-pagamenti diretti għandhom jippremjaw lill-bdiewa talli jipprovdu dawn il-beni pubbliċi, peress li s-suq ma jfornix beni pubbliċi biss u għadu ma jirrikumpensax lill-bdiewa talli jipprovduhom, fi żmien meta l-bdiewa spiss jiffaċċjaw spejjeż għolja tal-produzzjoni bil-għan li jipproduċu ikel ta' kwalità għolja u jieħdu prezzijiet baxxi għall-prodott tagħhom meta jitlaq mill-azjenda tal-biedja tagħhom;
14. Jitlob li l-ewwel pilastru jkun wieħed b'saħħtu u ffinanzjat tajjeb biex jibqa' jeżisti u jkun kapaċi jilqa' għall-isfidi l-ġodda fl-agrikoltura Ewropea;
15. Jitlob tqassim ġust tal-finanzjament tal-PAK għall-ewwel u t-tieni pilastru kemm fost l-Istati Membri u kemm fost il-bdiewa fi ħdan l-Istati Membri, li fihom approċċ prammatiku għandu jkun il-prinċipju fundamentali għall-kriterji oġġettivi; iqis inaċċettabbli inkonsistenzi gravi fit-tqassim ta' dawn ir-riżorsi lill-Istati Membri; iqis li dan jinvolvi s-sostituzzjoni gradwali, wara perjodu tranżizzjonali, tas-sistema bbażata fuq valuri ta' referenza storiċi mhux aġġornati, bil-pagamenti tal-appoġġ li jkunu ġusti u għalhekk allokati b'mod aktar effettiv fost il-pajjiżi, fost is-setturi agrikoli differenti u l-bdiewa; jinnota li dan jitlob ukoll għal pagamenti ta' appoġġ aktar effettivi li huma mmirati aħjar u joffru inċentivi akbar biex jgħinu l-agrikoltura tagħmel il-bidla lejn sistemi tal-biedja aktar sostenibbli; f'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Komunità, jirrifjuta l-pagament dirett uniformi b'rata waħda għall-UE kollha li ma jkunx qed jirrifletti d-diversità Ewropea; jikkunsidra li l-priżervazzjoni tad-diversità tal-agrikoltura u tal-postijiet tal-produzzjoni fl-UE hija għan ċentrali u għalhekk jappoġġja li kemm jista' jkun jitqiesu l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-produzzjoni fl-Istati Membri permezz ta' sistema ta' pagamenti diretti aktar immirata;
16. Jesprimi ruħu favur skema ta' pagament uniku li, fl-aħjar interess ta' tqassim ekwu mal-UE kollha tar-riżorsi tal-pagamenti diretti, twassal għal ċertu ammont ta' ridistribuzzjoni; jipproponi li kull Stat Membru għandu jirċievi persentaġġ minimu tal-pagamenti diretti medji tal-UE u li għandu jiġi ffissat limitu; jappoġġja pubblikament l-implimentazzjoni l-aktar bikrija possibbli b'perjodu tranżizzjonali limitat;
17. Fir-rigward tal-pagamenti diretti lill-azjendi individwali jesprimi ruħu favur l-idea li jitħallew barra l-valuri ta' referenza storiċi u individwali użati għat-tqassim fost l-Istati Membri u jitlob li ssir tranżizzjoni lejn primjum tal-pagamenti diżakkoppjati skont l-erja, reġjonali jew nazzjonali matul il-perjodu finanzjarju li jmiss; f'dan il-kuntest jirrikonoxxi, però, li s-sitwazzjoni tvarja ħafna bejn l-Istati Membri individwali u li dan il-fatt jitlob miżuri speċjali skont ir-reġjun;
18. Iqis li l-Istati Membri li bħalissa qed japplikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja (SAPS) għandhom, wara perjodu ta' tranżizzjoni limitat, jaqilbu għal skema ta' pagament uniku bi drittijiet għal ħlas; jitlob li jingħata appoġġ, inkluż l-appoġġ finanzjarju u tekniku fit-twettiq tat-tranżizzjoni;
19. Jilqa' r-rikonoxximent tar-rwol tal-bdiewa żgħar fl-agrikoltura Ewropea u fl-iżvilupp rurali; jesprimi ruħu favur li tiġi stabbilita skema ta' għajnuna speċifika u ssemplifikata għall-bdiewa ż-żgħar, li jgħinu biex l-iżvilupp rurali jiġi stabbilizzat; jistieden lill-Kummissjoni, fl-interessi tat-trasparenza u ċ-ċertezza ġuridika, tistabbilixxi kriterji flessibbli u oġġettivi għall-istatus tal-bdiewa żgħar li għandu jiġi definit f'kull Stat Membru; jitlob li l-Istati Membri jiddeċiedu, skont is-sussidjarjetà, liema bdiewa jikkwalifikaw għal din l-iskema;
20. Jitlob għal aktar semplifikazzjoni tas-sistema tal-pagamenti diretti, speċjalment għal regoli ta' trasferiment semplifikati għad-drittijiet għall-pagamenti fil-każ ta' non-attivazzjoni, għar-regoli li jirregolaw ir-riserva nazzjonali, skont it-tranżizzjoni għall-iskema reġjonali/nazzjonali ta' pagament uniku skond l-erja , għat-tgħaqqid tad-drittijiet għall-pagamenti minimi u għal sistema ta' monitoraġġ effikaċi u mhux burokratika għaż-żewġ pilastri; iqis li s-sistemi amministrattivi ppruvati li jaħdmu tajjeb għandhom jiġu kkunsidrati b'mod pożittiv fir-rigward tal-ambitu ta' kontroll obbligatorju;
21. Jinnota l-ħtieġa tal-miżuri immirati għat-tiġdid ġenerazzjonali fis-settur agrikoli, peress li 6 % biss tal-bdiewa Ewropej għandhom anqas minn 35 sena u, fl-istess ħin 4,5 miljun bidwi kellu jirtira fl-għaxar snin li jmiss; jirrikonoxxi li bdiewa żgħażagħ jiffaċċjaw ostakoli biex ivaraw azjenda, bħalma huma spejjeż ta' investiment għolja u nuqqas ta' aċċess għall-art u l-kreditu; jenfasizza l-fatt li l-miżuri għall-bdiewa żgħażagħ li jinsabu fit-tieni pilastru ħarġu insuffiċjenti biex iwaqqfu t-tixjiħ rapidu tas-settur agrikolu u jitlob li jitressqu proposti biex din ix-xejra insostenibbli tinqaleb, u li għandhom jinkludu bidliet għar-regoli li jirregolaw ir-riserva nazzjonali biex jiġu mmirat aktar għall-bdiewa żgħażagħ;
22. Jisħaq fuq il-fatt li l-PAK m'għandhiex tiddiskrimina bejn is-sessi u li ż-żewġ konjuġi għandhom jiġu assenjati l-istess drittijiet meta jkunu qed jaħdmu fl-attività kummerċjali; jenfasizza l-fatt li madwar 42 % tas-26,7 miljun persuna li jaħdmu regolarment fl-agrikoltura fl-Unjoni Ewropea huma nisa, imma li attività kummerċjali waħda biss minn kull ħamsa (madwar 29 %) hi mmanniġġjata minn mara;
23. Iqis li d-diżakkoppjament essenzjalment wera s-siwi tiegħu, peress li jippermetta awtonomija akbar fit-teħid tad-deċiżjonijiet min-naħa tal-bdiewa, jiżgura li l-bdiewa jwieġbu għas-sinjali tas-suq u jqiegħed il-parti l-kbira tal-PAK fil-kaxxa l-ħadra tad-WTP; jappoġġja s-suġġeriment tal-Kummissjoni li fil-futur ukoll, il-primjums akkoppjati għandhom jibqgħu jitħallsu f'ċerti żoni fejn ma teżisti l-ebda alternattiva għall-forom ta' produzzjoni u prodotti stabbiliti u kost-effettiv; għaldaqstant jirrikonoxxi li l-primjums ibbażati fuq il-produzzjoni jistgħu jkunu difensibbli f'qafas deskritt b'mod dejjaq ħafna anki wara l-2013;
24. Jitlob għalhekk li l-Istati Membri jkollhom l-għażla li jippermettu li parti mill-pagamenti diretti jibqgħu jew kollha jew parzjalment akkoppjati fil-limiti tad-WTO bil-għan li jiġu ffinanzjati miżuri biex jiġi mitigat l-impatt tad-diżakkoppjament f'żoni u setturi speċifiċi li huma ekonomikament, ambjentalment u soċjalment sensittivi; jemmen barra minn hekk li dawn il-pagamenti jistgħu jippromwovu miżuri ambjentali bbażati fuq iż-żoni u koeżjoni territorjali u jippromwovu, jappoġġjaw u jagħtu spinta lis-setturi ewlenin, inklużi t-titjib tal-kwalità, il-produzzjoni tal-materja prima agrikola, ċerti tipi speċifiċi ta' produzzjoni u ċerti tipi ta' biedja;
25. Jinnota li għal raġunijiet storiċi, l-azjendi tal-biedja fl-Unjoni Ewropea jvarjaw ħafna fl-istrutturi f'dawk li huma d-daqs, l-arranġamenti tax-xogħol, il-produttività tax-xogħol u l-forma ġuridika; jinsab konxju li l-pagamenti diretti qed jiġu allokati b'tali mod li l-leġittimità tagħhom ġiet indubjata; jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni li jiġi introdott l-ogħla limitu għall-pagamenti diretti u jilqa' dan it-tentattiv li tiġi indirizzata l-kwestjoni tal-leġittimità tal-PAK u l-aċċettazzjoni pubblika; jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra l-introduzzjoni ta' mekkaniżmi simili li jikkontribwixxu għal dawn, bħalma hi sistema ta' digressività tal-pagamenti diretti fid-dawl tad-daqs tal-impriżi agrikoli li tkun tqis il-kriterju oġġettiv tal-impjiegi u l-prattiki sostenibbli;
26. Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti prattiċi sabiex jgħinu s-settur tat-trobbija tal-annimali għall-perjodu ta' żmien medju u fit-tul biex ilaħħqu mal-prezzijiet tal-mezzi tal- produzzjoni li qed jogħlew; iqis li din il-ħaġa tista' tinvolvi inċentivi għall-użu ta' sistemi tal-bur u għelejjel tal-proteina f'tinwib ta' art li tinħadem, li jkunu jġibu vantaġġi ekonomiċi akbar għall-bdiewa, ikunu jwieġbu għall-isfidi l-ġodda u jnaqqsu d-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-għelejjel tal-proteina u jistgħu jkollhom impatt favorevoli fuq l-ispiża tal-għalf tal-annimali; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi element ta' flessibilità għall-Istati Membri fuq il-linji tal-Artikolu 68 attwali, biex jiġi evitat li l-azjendi tal-biedja li jrabbu l-bhejjem li huma ffukati fuq il-kwalità u s-sostenibilità jiġu esklużi mis-sistema l-ġdida ta' appoġġ u biex jitqies il-karattru speċifiku tagħhom;
27. Iqis li l-pagamenti diretti għandhom jiġu riżervati biss għal bdiewa attivi;huwa konxju tal-fatt li fil-qafas tas-sistema ta' pagamenti diżakkoppjati għandu jingħata pagamenti diretti kull bidwi li juża għall-produzzjoni jew iżomm l-artijiet agrikoli bil-għan li jżommhom fi stat agrikolu u ekoloġiku tajjeb; jistieden lill-Kummissjoni għalhekk biex toħloq definizzjoni ta' “bidwi attiv” li tista' tiġi amministrata mill-Istati Membri mingħajr sforz jew spejjeż amministrattivi addizzjonali, filwaqt li għandu jiġi żgurat li l-attivitajiet agrikoli tradizzjonali (full-time u diversi gradi ta' part-time), hu x'inhu l-istatus tagħhom, jiġu kklassifikati bħala biedja attiva u li jitqiesu l-varjetà tad-drittijiet tas-sjieda tal-art u diversi suriet ta' arranġamenti għall-ġestjoni tal-art kif ukoll l-arranġamenti tal-art komuni; iqis li hu meħtieġ li jiġi speċifikat li d-definizzjoni ta' bidwi attiv għandha teskludi każijiet li fihom l-ispejjeż amministrattivi biex isir pagament huma ogħla mill-ammont attwali tal-pagament innifsu;
28. Jesprimi ruħu favur l-ibbilanċjar ta' żvantaġġi naturali fil-qafas tat-tieni pilastru u kontra pagament komplementari fil-qafas tal-ewwel pilastru minħabba l-piż amministrattiv addizzjonali;
Il-komponent tal-ħarsien tar-riżorsi u l-politika ambjentali
29. Iqis li l-ħarsien u l-ġestjoni mtejba tar-riżorsi naturali huma element importanti fil-biedja sostenibbli, li jiġġustifika, fil-qafas tal-isfidi u l-objettivi l-ġodda tal-Istrateġija UE 2020, inċentivi addizzjonali biex il-bdiewa jiġu inkoraġġiti jadottaw prattiki ambjentalment sodi li jmorru lilhinn mir-rekwiżiti ta' bażi tal-Kondizzjonalità u jkunu jikkumplementaw il-programmi agrikoli ambjentali li diġà jeżistu;
30. Jemmen li l-ħarsien tar-riżorsi naturali għandhom ikunu konnessi aktar mill-qrib mal-għoti tal-pagamenti diretti u jitlob, għalhekk, li tiddaħħa, permezz ta' komponent ta' ekoloġizzar, skema ta' inċentivizzazzjoni fl-UE kollha bl-objettiv li jiġu żgurati s-sostenibilità tal-biedja u s-sigurtà tal-ikel għat-tul permezz tal-ġestjoni effikaċi tar-riżorsi skarsi (l-ilma, l-enerġija, il-ħamrija) filwaqt li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni fuq perjodu twil billi jitnaqqas l-użu tal-mezzi tal-produzzjoni; jemmen li din l-iskema għandha tipprovdi appoġġ massimu għall-bdiewa li huma involuti jew li jixtiequ jkunu involuti aktar, pass pass, fi prattiki agrikoli maħsuba biex jaslu għal sistemi ta' produzzjoni aktar sostenibbli;
31. Jenfasizza li din l-iskema għandha tmur id f'id ma' semplifikazzjoni tas-sistema ta' Kundizzjonalità għar-riċevituri tal-pagamenti diretti, għandha tiġi applikata permezz ta' miżuri sempliċi, għandha tibbilanċja l-prestazzjoni ambjentali u ekonomika, għandha tkun relevanti mil-lat agronomiku u ma għandhiex tkun diskriminatorja lejn il-bdiewa li diġà qed jipparteċipaw ħafna fi programmi agrikoli ambjentali;
32. Iwarrab l-implimentazzjoni ta' sistema ta' pagamenti addizzjonali ġdida li twassal għal kontroll żejjed u sistemi ta' sanzjonijiet għall-ekoloġizzar; jinsisti li l-ostakoli prattiċi għall-bdiewa u l-kumplessità amministrativa għall-awtoritajiet għandhom jiġu evitati; jinsisti, barra minn hekk, li, sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri amministrattivi assoċjati ma' dawk il-miżuri, il-kontrolli agrikoli kollha għandhom, sa fejn ikun possibbli, jiġu operati b'mod konkomitanti;
33. Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tressaq mill-aktar fis possibbli valutazzjoni tal-impatt tal-prattiċitajiet involuti fl-implimentazzjoni ta' komponent ta' ekoloġizzar; jenfasizza li miżuri ambjentali għandhom il-potenzjal li jagħtu spinat lill-effiċjenza tal-produzzjoni tal-bdiewa u jinsisti li kull spiża jew dħul predeterminati, li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' tali miżuri, għandhom jiġu koperti;
34. Hu tal-fehma li l-ekoloġizzazzjoni għandha tiġi segwita fl-Istati Membri kollha permezz ta' katalgu prijoritarju ta' miżuri bbażati fuq iż-żoni u/jew fil-livell tal-azjendi agrikoli li huma ffinanzjati 100 % mill-UE; iqis li kull min jirċievi dawn il-pagamenti partikolari għandu jimplimenta ċertu għadd ta' miżuri ta' ekoloġizzar, li għandhom jibnu fuq strutturi eżistenti, magħżula minn lista reġjonali jew nazzjonali stabbilita mill-Istat Membru fuq il-bażi ta' lista usa' tal-UE, li hija applikabbli għat-tipi kollha ta' biedja; iqis li eżempji ta' tali miżuri jistgħu jinkludu:
–
appoġġ għal emissjonijiet baxxi tal-karbonju u miżuri biex jiġu limitati jew maqbuda l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra
–
appoġġ għal konsum baxx ta' enerġija u effiċjenza enerġetika
–
faxex ta' ħarsien, marġini tal-għelieqi, il-preżenza ta' għeluq b'ringieli ta' sġajriet, eċċ.
–
mergħat permanenti
–
tekniki tal-biedja ta' preċiżjoni
–
tinwib tal-għelejjel u diversità tal-għelejjel
–
pjanijiet għall-effiċjenza tal-għalf;
35. Jemmen li l-UE għandha rwol xi twettaq biex jintlaħqu l-isfidi tas-sigurtà tal-ikel u tas-sigurtà tal-enerġija, u għalhekk jeħtieġ jiżgura li l-agrikoltura twettaq rwol sħiħ fit-trattament ta' dawn iż-żewġ sfidi; jemmen għalhekk, li mhuwiex xieraq li jiddaħħal twarrib obbligatorju fil-lista ta' miżuri ta' sostenibilità kif propost mill-Kummissjoni;
36. Jitlob li l-PAK tinkludi miri għall-użu tal-enerġija sostenibbli; jemmen li s-settur agrikolu jista' juża 40 % fjuwils rinnovabbli sal-2020 u jkun ħieles mill-fjuwils fossili sal-2030;
37. Jinnota li l-bijoteknoloġija tal-ġenerazzjoni li jmiss hi lesta issa u għaldaqstant iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa politika transsettorjali dwar il-bijomassa għall-bijoteknoloġija tal-ġenerazzjoni li jmiss, inklużi kriterji dwar is-sostenibilità għall-bijomassa bħala parti mir-riforma tal-PAK sabiex tippermetti l-iżvilupp ta' suq sostenibbli għall-bijomassa mill-agrikoltura, l-impriżi agroindustrijali u l-forestrija billi tinċentivizza l-ġbir tar-residwi disponibbli għall-produzzjoni tal-bijoenerġija, waqt li tipprevjeni żieda fl-emissjonijiet u telf tal-bijodiversità;
38. Jisħaq fuq il-fatt li l-politiki Ewropej razzjonali bħal diesel orħos għall-użu agrikolu u eżenzjonijiet mit-taxxa tas-sisa għall-enerġija u l-fjuwil prodotti għal skopijiet agrikoli, b'mod partikulari għall-pompi għat-tisqija li jaħdmu bl-elettriku, jistgħu jgħinu lill-bdiewa Ewropej jipproduċu aktar u jfornu s-swieq domestiċi kif ukoll dawk ta' esportazzjoni fil-prodotti agrikoli; jisħaq ukoll fuq l-importanza ta' sistemi innovattivi għat-tisqija sabiex tiġi żgurata s-sostenibilità tal-agrikoltura Ewropea, minħabba l-effetti devastanti tat-tibdil fil-klima bħan-nixfa, l-imwieġ ta' sħana u d-deżertifikazzjoni tal-art agrikola intenzjonata biex tipprovdi l-ikel lill-poplolazzjoni;
39. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żviluppati sistemi effiċjenti għat-tisqija sabiex jiġu żgurati metodi agrikoli effiċjenti fl-Istati Membri li jkunu kapaċi jkopru d-domanda domestika għall-ikel u jfornu lis-suq tal-esportazzjoni fil-prodotti agrikoli, waqt li jitqies li fil-ġejjieni se jkun hemm nuqqas ta' ilma, u b'mod partikulari, ta' ilma għax-xorb;
40. Jiddeplora l-fatt li l-miri ta' bijodiversità tal-UE għadhom ma ntlaħqux u jistenna li l-PAK tikkontribwixxi għall-isforzi sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet u l-miri ta' Nagoya għall-bijodiversità;
41. Jitlob li l-PAK il-ġdida tippromwovi l-konservazzjoni tad-diversità ġenetika, tikkonforma mad-Direttiva 98/58/KE dwar il-Benesseri tal-Annimali u tastjeni milli tiffinanzja l-produzzjoni tal-ikel minn annimali kklownjati u l-frieħ tagħhom jew id-dixxendenti tagħhom;
42. Jemmen li metodi ta' produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-benesseri tal-annimali wkoll għandhom impatt pożittiv fuq saħħet l-annimali, il-kwalità u s-sigurtà tal-ikel filwaqt li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;
43. Jenfasizza l-importanza li jiġu eżaminati l-opportunitajiet kollha possibbli għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, bl-involviment tal-partijiet interessati kollha, sabiex tiġi protetta l-ħamrija;
Kondizzjonalità u semplifikazzjoni
44. Jirrimarka li s-sistema kondizzjonalità tesiġi li l-għoti ta' pagamenti diretti jkun suġġett għall-konformità mar-rekwiżiti statutorji u ż-żamma tal-art agrikola f'kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba, u għadha wieħed mill-mezzi l-aktar xierqa biex jiġi ottimizzat il-provdiment ta' servizzi bażiċi ta' ekosistema mill-bdiewa u biex jiġu ffaċċjati sfidi ambjentali ġodda billi tiġi ggarantita l-provvista ta' prodotti pubbliċi bażiċi; jinnota, madankollu, li l-implimentazzjoni tal-Kundizzjonalità ltaqgħet ma' firxa ta' problemi li għandhom x'jaqsmu mal-amministrazzjoni u l-aċċettazzjoni mill-bdiewa;
45. Iqis li l-pagamenti diretti mhumiex iġġustifikati mingħajr kundizzjonijiet u għalhekk li sistema ta' Kundizzjonalità li, bħala riżultat tal-ekoloġizzar tal-PAK, hija semplifikata u effiċjenti fil-prattika u fil-livell amministrattiv f'dawk li huma kontrolli għandha tapplika l-istess għar-riċevituri kollha tal-pagamenti diretti; jenfasizza li l-Kundizzjonalità għandha tkun ibbażata fuq ir-riskji u proporzjonali u għandha tiġi rrispettata u infurzata b'mod suffiċjenti mill-awtoritajiet nazzjonali u Ewropej kompetenti;
46. Iqis li ħarsien u mmaniġġjar aħjar tar-riżorsi għandhom ukoll ikunu element bażiku fil-biedja fl-ambitu tal-Kundizzjonalità, li bħala riżultat tiegħu jistgħu jinkisbu benefiċċji ambjentali akbar; jitlob li l-kontrolli tal-Kundizzjonalità jiġu ssemplifikati, jsiru effikaċi u effiċjenti u li jkun hemm approċċ b'mira speċifika għall-ambitu tal-Kundizzjonalità; jitlob li jsir l-iskambju u l-integrat tas-sistemi tal-aħjar prattiki bejn l-aġenziji li jħallsu u l-korpi ta' monitoraġġ, bħalma huma l-interoperabilità tal-bażijiet tad-data u l-aħjar użu tat-teknoloġija xierqa, bil-għan li jitnaqqas kemm jista' jkun il-piż burokratiku għall-bdiewa u l-amministrazzjoni; iqis li l-Kundizzjonalità għandha tkun ristretta għal standards relatati mal-biedja, li jistgħu jiġu mmonitorjati b'mod sistemiku u ċar u huma bbażati fuq obbligu li jinkisbu r-riżultati, u li r-regoli għandhom jiġu armonizzati; jenfasizza l-importanza tal-livelli ta' tolleranza u l-applikazzjoni tal-proporzjonalità fi ħdan kwalunkwe sistema ġdida ta' pieni;
47. Iqis li l-monitoraġġ tal-kundizzjonalità għandu jkun konness aktar mal-kriterji tal-prestazzjoni u mal-inkoraġġiment tal-bdiewa li jiksbu r-riżultati; jemmen barra minn hekk li l-bdiewa nfushom għandhom ikunu aktar involuti f'dan il-monitoraġġ, minħabba l-ħila esperta u l-esperjenza prattika tagħhom, u jqis li dan ikollu l-effett li jagħti eżempju u jkun ta' motivazzjoni b'mod partikolari għall-bdiewa li huma anqas effiċjenti;
48. Jirrifjuta l-introduzzjoni, fis-sistema ta' kundizzjonalità, ta' rekwiżiti ta' piż u mhux ċari, li joriġinaw mid-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma, sakemm ma jikunx ġie ċċarat l-istat attwali tal-implimentazzjoni tad-Direttiva fl-Istati Membri kollha;
49. Jagħraf l-isforzi konsiderevoli li diġà saru fis-settur tat-trobbija tal-bhejjem, li bħalissa jinsab f'diffikultà, biex il-bini u t-tagħmir jiġi mtejjeb biex jilħaq l-istandards tal-iġjene u s-saħħa; mingħajr ħsara għall-prinċipji tas-sikurezza tal-ikel u tat-traċċabilità tal-ikel, jitlob għal rieżami kritiku ta' ċerti standards tal-iġjena, tas-saħħa tal-annimali tal-immarkar tal-annimali bil-ħsieb li jintemmu l-piżijiet sproporzjonati imposti fuq l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs); jistieden b'mod partikolari lill-Kummissjoni teżamina mill-ġdid l-istandards tal-iġjene, partikolarment l-ikkummerċjar lokali jew dirett u kemm idunu tajbin il-prodotti fil-ħwienet, bil-għan li tagħmilhom proporzjonati mar-riskji u tevita li tqiegħed piż sproporzjonat fuq kanali ta' produzzjoni żgħar bħalma huma r-relazzjonijiet direttiv bejn il-produttur u l-konsumatur u ktajjen qosra tal-provvista tal-ikel;
Strumenti tas-suq, xibka ta' sikurezza u mmaniġġjar tar-riskji
50. Iqis li huwa importanti li wieħed ikun jista' jieħu azzjoni biex jopponi l-volatilità eċċessiva tal-prezzijiet u jirreaġixxi kmieni biżżejjed għall-kriżijiet ikkawżati mill-instabilità tas-swieq fil-kuntest tal-PAK u fis-swieq dinjija; jirrikonoxxi r-rwol fundamentali li kellhom il-miżuri ta' appoġġ għas-suq fir-reazzjoni għall-kriżijiet fis-settur agrikolu fil-passat, b'mod partikolari r-rwol tal-interventi u tal-ħżin privat; jenfasizza li l-miżuri ta' appoġġ għas-suq għandhom ikunu effettivi u attivati fil-pront meta jkun meħtieġ biex jiġu evitati problemi serji għall-produtturi, il-proċessuri u l-konsumaturi u biex il-PAK tkun tista' tilħaq l-objettiv strateġiku primarju tagħha: is-sigurtà tal-ikel;
51. Jenfasizza li l-PAK għandha tinkorpora ċertu għadd ta' strumenti flessibbli u effettivi tas-suq li jaġixxu ta' xibka ta' sikurezza, iffissati fil-livelli xierqa u disponibbli fil-każ ta' tħarbit serju tas-suq; jemmen li dawn l-istrumenti ma għandhomx jiġu attivati fuq bażi permanenti u ma għandhomx iservu ta' żbokk kontinwu u bla limitu għall-produzzjoni; jirrimarka li wħud minn dawn l-istrumenti diġà jeżistu, iżda jistgħu jiġu adattati, filwaqt li oħrajn jistgħu jinħolqu skont il-ħtieġa; iqis li, minħabba l-kundizzjonijiet li huma differenti ħafna minn xulxin fis-setturi individwali, soluzzjonijiet settorjali ddivrenzjati huma aktar adattati minn approċċi ġenerali; jiġbed l-attenzjoni lejn id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom il-bdiewa meta jippruvaw jippjanaw bil-quddiem fi żminijiet ta' volatilità estrema; iqis li, minħabba l-volatilità akbar tas-swieq, l-istrumenti tas-suq jeħtieġ li jiġu eżaminati mill-ġdid biex tissaħħaħ l-effiċjenza u l-flessibilità tagħhom, jiġu żgurati l-użu aktar rapidu, l-estensjoni għal setturi oħra jekk ikun hemm bżonn u l-aġġustament għall-prezzijiet tas-suq attwali u tiġi pprovduta xibka ta' sikurezza effikaċi mingħajr ma jinħoloq it-tgħawwiġ;
52. Huwa tal-fehma li dawn l-istrumenti għandhom jinkludu strumenti speċifiċi ta' ġestjoni tal-provvista li, jekk jintużaw b'mod ġust u fuq bażi li ma tkunx diskriminatorja, jistgħu jipprovdu ġestjoni effikaċi tas-suq u jipprevjenu l-kriżijiet relatati mal-produzzjoni żejda, mingħajr ebda spiża għall-baġit tal-Unjoni;
53. Jitlob għal xibka ta' sikurezza b'ħafna livelli estiża biex tkopri s-setturi kollha, li tkun tinkludi kumbinazzjoni ta' għodod bħalma huma l-ħżin pubbliku u privat, l-intervent pubbliku, strumenti li jirrigwardaw it-tħarbit tas-suq u klawżola ta' emerġenza; jitlob li f'każijiet ta' tfixkil temporanju tas-suq għandhom ikunu permessi għal setturi speċifiċi l-ħżin privat u l-interventi pubbliċi; jitlob barra minn hekk li jiġu stabbiliti, b'mod komuni għas-setturi kollha, strument kontra t-tfixkil tas-suq u klawżola ta' emerġenza, li jippermettu lill-Kummissjoni li, f'ċerti ċirkostanzi, f'każijiet ta' kriżi, taġixxi fuq perjodu li jkun limitat għal mhux aktar minn sena, li għandu jkun aktar effiċjenti milli kien il-każ sa issa; iqis, għalhekk, li għandha ssir disponibbli linja baġitarja speċjali ta' riżerva li tkun tista' tiġi attivata malajr f'baġits futuri tal-UE biex tiġi provduta għodda ta' reazzjoni rapida f'każ ta' kriżijiet serji fis-swieq agrikoli;
54. Iqis li l-użu tal-istrumenti ta' intervent jaqa' fi ħdan l-ambitu tal-kompetenzi eżekuttivi tal-Kummissjoni; jenfasizza madankollu li l-Parlament Ewropew trid tiġi mgħarrfa minnufih bl-azzjonijiet ikkontemplati; jenfasizza f'dan il-kuntest li l-Kummissjoni għandha tqis kif dovut il-pożizzjonijiet adottati mill-Parlament;
55. Jitlob li l-effikaċja tas-sistema ta' intervent tittejjeb permezz ta' valutazzjoni annwali, imwettqa b'mod prammatiku u fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-swieq;
56. Iqis li, minħabba l-isfidi ambjentali, klimatiċi u epidemjoloġiċi antiċipati u minħabba l-fluttwazzjonijiet konsiderevoli tal-prezzijiet fis-swieq agrikoli, miżuri addizzjonali aktar effettivi ta' prevenzjoni tar-riskji, li jkunu aċċessibbli għall-bdiewa kollha fid-diversi Stati Membri, huma ta' importanza vitali, fil-livell ta' Unjoni, Stat Membru u azjendi tal-biedja individwali, biex jiġu mħarsa l-introjti;
57. Ifakkar li l-produzzjoni orjentata lejn is-suq, il-pagamenti diretti u l-kompetittività jinsabu fil-qalba ta' kwalunkwe kopertura tar-riskju, u li hija wkoll ir-responsabilità tal-bdiewa li jikkunsidraw u jantiċipaw ir-riskju; jappoġġja lill-Istati Membri, f'dan il-kuntest, biex iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-bdiewa strumenti nazzjonali ta' kopertura tar-riskju mingħajr ir-rinazzjonalizzazzjoni u t-tgħawwiġ tas-swieq; hu tal-fehma, għaldaqstant, li l-Kummissjoni għandha tiżviluppa regoli komuni dwar il-promozzjoni mhux obbligatorja ta' sistemi ta' ġestjoni tar-riskju mill-Istati Membri – jekk xieraq, billi jinħolqu regoli Komunitarji konformi mar-regoli tal-WTO fi ħdan l-Organizzazzjoni Unika tas-Suq Komuni – bil-għan li jeliminaw kwalunkwe effett li jgħawweġ l-kompetizzjoni fis-suq intern; jitlob ukoll li l-Kummissjoni jkollha tinnotifika l-miżuri kollha għall-introduzzjoni ta' sistema ta' ġestjoni tar-riskju kif ukoll tippreżenta valutazzjoni tal-impatt rilevanti flimkien mal-proposti leġiżlattivi;
58. Iqis li l-iskemi ta' assikurazzjoni tas-settur privat, kif ukoll l-iskemi ta' assikurazzjoni għar-riskji multipli (bħalma huma l-assikurazzjoni kontra l-klima, l-assikurazzjoni kontra t-telf ta' dħul), il-kuntratti tal-futuri u l-fondi mutwi, parzjalment iffinanzjati minn fondi pubbliċi, jistgħu jiġu żviluppati u promossi bħala għażliet fl-Istati Membri minħabba li r-riskji qed jiżdiedu; japprova b'mod partikulari f'dan ir-rigward azzjoni konġunta mill-bdiewa biex jiffurmaw konsorzji u kooperattivi; jilqa' l-iżvilupp tal-għodod innovattivi ġodda; jenfasizza, madankollu, li għandhom ikunu konformi mad-WTO u ma jgħawġux il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni intra-UE u l-kummerċ; jitlob. għalhekk, li jiġi pprovdut qafas għal dawk l-Istati Membri li jimplimentaw dawn il-miżuri, li għandu jiġi mnaqqax fl-organizzazzjoni komuni tas-suq unika;
59. Jistieden lill-Kummissjoni teżamina sa liema punt jista' jiġi estiż ir-rwol tal-gruppi tal-produtturi jew tal-assoċjazzjonijiet settorjali jew tal-“interprofessjonijiet” fil-prevenzjoni tar-riskji u fil-promozzjoni tal-kwalità għas-setturi kollha tal-produzzjoni; jitlob li l-miżuri ta' dan it-tip jikkunsidraw il-prodotti koperti mill-iskemi tat-tabella ta' kwalità;
60. Jitlob lill-Kummissjoni tipproponi, bħala parti mir-riforma tal-PAK, miżuri speċifiċi biex tinkuraġġixxi t-twaqqif ta' programmi operattivi ġodda, sabiex il-pożizzjoni tagħhom fis-suq tissaħħaħ;
61. Jesprimi ruħu favur li s-sistema tas-suq taz-zokkor tal-2006 tiġi estiża tal-anqas tal-2020 fis-sura eżistenti tagħha u jitlob għal miżuri xierqa biex tiġi salvagwardjata l-produzzjoni taz-zokkor fl-Ewropa u biex is-settur taz-zokkor tal-UE jkun jista' jittejjeb fil-kompetittività tiegħu fi ħdan qafas sostenibbli;
62. Jinsisti fuq il-ħtieġa li tiġi vvalutata s-sitwazzjoni speċifika tas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, qabel Marzu 2015, sabiex jiġu żgurati l-funzjonament bla xkiel u l-istabilità tas-suq tal-ħalib;
63. Jemmen li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tipproponi li d-drittijiet tat-tħawwil fis-settur tal-inbid jinżammu sa wara l-2015 u li dan għandha tqisu fir-rapport ta' valutazzjoni tagħha li għandu jitressaq fl-2012, dwar ir-riforma tal-OKS tal-inbid tal-2008;
64. Jenfasizza r-rwol ċentrali tal-produzzjoni tal-ħalib għall-agrikoltura Ewropea u għas-sussistenza u ż-żamma taż-żoni rurali, speċjalment reġjuni bi bwar għall-produzzjoni tal-ħalib u reġjuni żvantaġġati mil-lat naturali fl-UE, u jisħaq fuq il-bżonn li tiġi garantita sigurtà sostenibbli tal-provvista tal-prodotti tal-ħalib għall-konsumaturi Ewropej; jinsab konvint li s-sigurtà tal-provvista tal-prodotti tal-ħalib hija garantita l-aħjar mod permezz ta' suq tal-prodotti tal-ħalib stabbli, li fih il-bdiewa jkunu jistgħu jaqalgħu prezz ġust għall-prodotti tagħhom; jistieden għaldaqstant lill-Kummissjoni tissorvelja u tippermetti l-iżvilupp sostenibbli tas-suq tal-prodotti tal-ħalib, permezz ta' strumenti politiċi suffiċjenti għall-ħalib u l-prodotti tiegħu għaż-żmien wara l-2015 u qafas ta' kompetizzjoni ġusta li jiggarantixxi pożizzjoni iktar b'saħħitha għall-produtturi primarji u distribuzzjoni iktar ibbilanċjata tad-dħul tul il-katina tal-produzzjoni tal-ikel kollha kemm hi (mill-azjenda tal-biedja sal-ħanut bl-imnut);
65. Iqis li s-sistemi ta' ġestjoni għandhom jiġu msaħħa fir-rigward tal-frott u l-ħxejjex (iċ-ċitru u l-prodotti kollha kkonċernati), l-inbid u ż-żejt taż-żebbuġa, u li jinħtieġu fond għall-kriżijiet aktar effiċjenti fir-rigward tal-frott u l-ħxejjex, ġestjoni aħjar tal-kriżijiet fis-settur tal-inbid u sistema ta' ħżin privata aġġornata għaż-żejt taż-żebbuġa;
Il-Kummerċ internazzjonali
66. Jistieden lill-UE tiżgura li jkun hemm konsistenza bejn il-PAK u l-politiki tagħha tal-iżvilupp u tal-kummerċ; b'mod partikulari jħeġġeġ lill-UE toqgħod attenta għas-sitwazzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u ma tipperikolax il-kapaċità tal-produzzjoni tal-ikel u s-sikurezza tal-ikel fit-tul f'dawk il-pajjiżi u l-abilità tal-popolazzjonijiet tagħhom li jitimgħu lilhom infushom, filwaqt li tirrispetta l-prinċipju tal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp (PCD); iqis, għalhekk, li l-ftehimiet kummerċjali tal-UE dwar l-agrikoltura ma għandhomx itellfu s-swieq fil-pajjiżi l-anqas żviluppati;
67. Ifakkar fl-impenn mogħti mill-membri tad-WTO waqt il-Konferenza Ministerjali ta' Ħong Kong li jaslu għall-eliminazzjoni ta' kull sura ta' sussidji tal-esportazzjoni f'paralleliżmu sħiħ mal-impożizzjoni tad-dixxiplina fuq il-miżuri kollha tal-esportazzjoni b'effett ekwivalenti, notevolment il-krediti tal-esportazzjoni, intrapriżi kummerċjali agrikoli tal-istat u l-regolazzjoni tal-għajnuna f'sura ta' ikel;
68. Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi valutazzjoni tal-impatt dettaljat tan-negozjati kummerċjali kollha li għaddejjin bħalissa, b'mod partikolari l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Mercosur, li ma għandux jaffetta b'mod ħażin lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u jxekkel l-effikaċja tal-PAK lejn 2020;
69. Jinnota li l-ikel mhuwiex biss merkanzija imma li l-aċċess għall-ikel huwa fundamentali għall-eżistenza tal-bniedem; jistieden lill-UE tuża l-politiki kummerċjali u ta' żvilupp tagħha biex tippromwovi prattiki tal- biedja sostenibbli u s-sigurtà tal-ikel fil-pajjiżi l-anqas żviluppati u fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fil-kuntest tal-fatt li d-domanda u l-prezzijiet tal-ikel qegħdinjiżdiedu;
70. Jitlob lill-Kummissjoni teżamina xi rwol kellha l-konċentrazzjoni tal-kummerċ internazzjonali taċ-ċereali fil-varjazzjonijiet fil-prezzijiet;
Il-katina tal-provvista tal-ikel
71. Jitlob li jiġu fformulati soluzzjonijiet fuq livell globali biex jindirizzaw l-ispekulazzjoni tal-prodotti bażiċi agrikoli u l-volatilità tal-prezzijiet peress li potenzjalment ipoġġu s-sikurezza tal-ikel f'riskju; jirrikonoxxi, madankollu, l-importanza ta' suq tal-futuri tal-prodotti bażiċi agrikoli li jiffunzjona kif suppost; hu tal-opinjoni li azzjoni internazzjonali kkordinata hi l-unika mezz effettiv biex titrażżan l-ispekulazzjoni eċċessiva; jappoġġa, f'dan ir-rigward, il-proposta tal-President Franċiż tal-G20 li l-grupp għandu jaqbel dwar miżuri biex tiġi miġġielda l-volatilità li qed tiżdied fil-prezzijiet ta' prodotti bażiċi agrikoli; jesprimi ruħu favur sistema dinjija ta' rrapportar u ta' azzjoni kkordinata għall-istokkijiet agrikoli maħsuba biex tipprovdi is-sikurezza tal-ikel; jiġbed l-attenzjoni, għalhekk,li għandu jiġi kkunsidrat il-ħżin ta' stokkijiet ta' prodotti bażiċi agrikola importanti; jenfasizzi li jekk dawn l-oġġettivi għandhom jintlaħqu, il-kapaċitajiet ta' ħażna jridu jiżdiedu u l-monitoraġġ tas-suq u l-istrumenti ta' sorveljanza jridu jiġu żviluppati; jenfasizza b'mod partikolari l-effetti allarmanti li l-volatilità globali tal-prezzijiet għandha fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw;
72. Jenfasizza l-fatt li – għall-kuntrarju tas-setturi “l fuq u ”l isfel fil-katina tal-produzzjoni agrikola primarja – id-dħul medju tal-bdiewa u tal-unitajiet domestiċi rurali baqgħu jonqsu kontinwament f'dawn l-aħħar deċenni meta mqabbla mal-bqija tal-ekonomija, fejn laħaq biss nofs id-dħul tal-unitajiet domestiċi urbani, filwaqt li l-kummerċjanti u l-bejjiegħa bl-imnut għandhom saħħa tas-suq u marġini li żdiedu sostanzjalment fil-katina tal-ikel;
73. Jitlob li jittieħdu miżuri biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-ġestjoni u s-saħħa tal-ikkurdar tal-produtturi primarji u tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi vis-à-vis operaturi ekonomiċi oħra fil-katina tal-ikel (primarjament il-bejjiegħa bl-imnut, il-produtturi u il-kumpaniji tal-mezzi tal-produzzjoni), filwaqt li jiġi rrispettat il-funzjonament xieraq tas-suq intern; hu tal-opinjoni li l-funzjonament tal-katina tal-provvista tal-ikel trid tiġi mtejba b'mod urġenti permezz ta' inizjattivi leġiżlattivi biex tinkiseb aktar trasparenza fil-prezzijiet tal-ikel u azzjoni biex jiġu indirizzati prattiki kummerċjali inġusti, u b'hekk il-bdiewa jkunu jistgħu jottjenu l-valur miżjud li jistħoqqilhom; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-bdiewa u tippromwovi l-kompetizzjoni ġusta; jemmen li l-ħatra ta' ombudsmen għandu jiġi kkunsidrat bil-ħsieb li jissolvew tilwimiet bejn l-operaturi tul il-katina tal-provvista tal-ikel;
74. Iqis, barra minn hekk, li bil-ħsieb li l-bdiewa jingħataw pożizzjoni aktar b'saħħitha fil-katina tal-ikel, għandhom jiġu żviluppati strumenti li se jgħinu lill-bdiewa joperaw ktajjen ta' produzzjoni qosra li jkunu trasparenti u effiċjenti, li jkollhom impatt ambjentali limitat, li jippromwovu l-kwalità u jipprovdu tagħrif lill-konsumatur, jinvolvu inqas intermedjarji u jippromwovu l-formazzjoni ġusta u trasparenti tal-prezzijiet;
75. Jitlob iż-żamma tal-iskema sabiex tipprovdi appoġġ għall-aktar membri foqra tas-soċjetà
L-Iżvilupp rurali
76. Jagħraf l-importanza tal-politiki tal-iżvilupp rurali kif iddefiniti u ffinanzjati fit-tieni pilastru, minħabba l-kontribut tagħhom għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali, il-modernizzazzjoni, l-innovazzjoni, l-infrastruttura u l-kompetittività u l-ħtieġa ta' aktar żvilupp fl-ekonomija rurali, is-settur tal-ikel agrikolu u s-settur mhux tal-ikel u kwalità tal-ħajja aħjar fiż-żoni rurali; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jintlaħqu l-objettivi politiċi, inklużi l-objettivi tal-Istrateġija UE 2020 ta' takbbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, li għandhom ukoll ikun ta' benefiċċju prinċipalment għall-bdiewa u għall-komunitajiet rurali;
77. Iqis li l-miżuri ta' żvilupp rurali għandhom iwieġbu għall-isfidi fl-oqsma tas-sigurtà tal-ikel, il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali, it-tibdil tal-klima, it-telf tal-bijodiversità, it-tnaqqis tal-ilma u l-fertilità tal-ħamrija, u għandhom isaħħu l-koeżjoni territorjali bbilanċjata u l-impjiegi; iqis li dawn il-miżuri għandhom ukoll jinkoraġġixxu l-awtosuffiċjenza fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli fuq il-post fl-azjendi tal-biedja stess, b'mod partikolari mill-prodotti ta' skart agrikolu; jafferma li l-miżuri ta' żvilupp rurali għandhom jgħinu biex valur miżjud akbar jibqa' jinżamm fiż-żoni rurali, filwaqt li jiġi promoss it-tisħiħ tal-infrastruttura rurali u l-provvediment ta' servizzi għall-but ta' kulħadd għall-popolazzjonijiet u n-negozji lokali;
78. Iqis li, f'dan il-kuntest, għandha tiġi ddedikata attenzjoni partikolari għall-appoġġ lill-bdiewa żgħażagħ; jemmen li, minħabba l-fatt li l-popolazzjoni rurali fl-Ewropa qiegħda tixjieħ rapidament, huwa essenzjali li jsiru miżuri attraenti biex jinkoraġġixxu l-istabbiliment ta' bdiewa żgħażagħ u nies oħra li jidħlu ġodda fil-qasam tal-biedja u li s-skemi ta' appoġġ fit-tieni pilastru għandhom jiġu estiżi, pereżempju aċċess għal art, għotjiet u selfiet favorevoli, partikolarment fl-oqsma tal-innovazzjoni, tal-modernizzazzjoni u tal-iżvilupp tal-investiment eċċ, u jistenna li l-implimentazzjoni ta' tali mekkaniżmi se tkun disponibbli fl-Istati Membri kollha;
79. Jipproponi li persentaġġ sostanzjali tal-art agrikola għandha tiġi koperta minn skemi agrikoli ambjentali, li għandhom jipprovdu inċentivi finanzjarji u tekniċi ħalli l-bdiewa jaqilbu għal mudelli tal-biedja li jkunu aktar sostenibbli, aktar effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, u li jitolbu anqas mezzi tal-produzzjoni;
80. Jenfasizza li l-politika tal-iżvilupp rurali għandha tippermetti li l-potenzjal naturali u uman kollu taż-żoni rurali jiġi mmexxi u wżat ukoll permezz ta' produzzjoni agrikola ta' kwalità, pereżempju permezz tal-bejgħ dirett, il-promozzjoni tal-prodotti, il-forniment tas-swieq lokali u d-diversifikazzjoni kif ukoll punti fejn tinbiegħ il-bijomassa, l-effiċjenza enerġetika, eċċ.;
81. Jenfasizza li tinħtieġ infrastruttura xierqa għall-iżvilupp u t-tixrid tal-għarfien agrikolu u sistemi ta' innovazzjoni agrikola, inklużi opportunitajiet ta' edukazzjoni u taħriġ, servizzi ta' pariri għall-azjendi tal-biedja u l-iskambju tal-aħjar prattiki, ħalli l-agrikoltura tiġi mmodernizzata, il-bdiewa innovattivi jkunu jistgħu jgħaddu l-esperjenza tagħhom lill-oħrajn u jittejbu l-ktajjen ta' valur miżjud fiż-żoni rurali; jemmen li tali programmi għandhom ikunu disponibbli fl-Istati Membri kollha;
82. Jappoġġa, għaldaqstant, l-introduzzjoni ta' miżuri b'miri speċifiċi, li għandhom jiġu deċiżi mill-Istati Membri fi ħdan it-tieni pilastru, ħalli jintlaħqu objettivi komuni ta' żvilupp rurali tal-UE (Strateġija 2020); jenfasizza l-importanza ta' qafas ġenerali Ewropew b'miri speċifiċi u orjentat biex ikun hemm eżitu, filwaqt li jagħraf li l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali huma fl-aħjar pożizzjoni biex jiddeċiedu dwar il-programmi li, lokalment, jistgħu jagħtu l-ikbar kontribut lill-miri Ewropej; jitlob, għalhekk, li jiġu applikati s-sussidjarjetà u l-flessibilità meta jkunu qed jiġu ddisinjati programmi ta' żvilupp rurali u li jkun hemm approċċ b'saħħtu ta' sħubija lokali u sottoreġjonali parteċipattiva, filwaqt li jiġi applikat il-metodu LEADER fid-disinn u l-implimentazzjoni tal-programmi ta' żvilupp rurali Ewropej u nazzjonali futuri; iqis li kontribuzzjoni nazzjonali mnaqqsa applikabbli għall-miżuri li għandhom miri aktar speċifiċi għandha tiġi determinata fuq il-bażi ta' valutazzjonijiet tal-impatt u simulazzjonijiet dettaljati;
83. Hu favur, fil-kuntest tal-iżvilupp rurali, il-fatt li l-miżuri mmirati jiġu provduti wkoll għall-protezzjoni tal-foresti tal-muntanji;
84. Jitlob lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi għodod ta' finanzjament ġodda li jappoġġaw speċjalment lill-bdiewa li jidħlu fis-settur agrikolu biex jiksbu aċċess għal self favorevoli, jew sistema ġdida, pereżempju msejħa JERICHO (“Joint Rural Investment CHOice”), għall-Fond għall-Iżvilupp Rurali, ibbażata fuq l-esperjenza mill-inizjattiva JEREMIE taħt il-Fondi Strutturali;
85. Jenfasizza li ż-Żoni Żvantaġġati (ŻŻ) ta' sikwit ikunu ta' valur kbir f'dak li għandu x'jaqsam mal-pajsaġġ ikkultivat, maż-żamma tal-bijodiversità u mal-provvediment ta' benefiċċji ambjentali kif ukoll għad-dinamiżmu taż-żoni rurali; jappoġġja pubblikament f'dan il-kuntest il-fatt li l-allowance kompensatorja għaż-żoni żvantaġġjati fit-tieni pilastru jibqgħu jinżammu kif inhuma u jitlob li l-effikaċja tagħha tiżdied; jemmen li n-natura ta' mira speċifika tal-appoġġ għall-bdiewa li joperaw fiż-ŻŻ huwa tal-akbar importanza għall-kontinwazzjoni tal-attivitajiet agrikoli f'dawn iż-żoni, u b'hekk titnaqqas it-theddida tal-abbandun tal-art; jenfasizza li l-irqaqat tal-kriterji għandhom jitħallew f'idejn l-Istati Membri, u l-awtoritajiet reġjonali u lokali, fi ħdan il-qafas tal-UE;
86. Jenfasizza li l-istrutturi rurali jiddifferixxu ħafna fl-Istati Membri u għalhekk jirrikjedu miżuri differenti; għaldaqstant jitlob li jkun hemm flessibilità akbar sabiex l-Istati Membri u r-reġjuni jkunu jistgħu jadottaw miżuri volontarji, li għandhom jiġu kofinanzjati mill-UE bil-kundizzjoni li dawn il-miżuri jkunu ġew notifikati lill-Kummissjoni u approvati; jirrimarka li r-rata ta' kofinanzjament għandha tkompli tqis iċ-ċirkostanzi u l-bżonnijiet speċifiċi tar-reġjuni ta' konverġenza fil-perjodu ta' wara l-2013;
87. Jesprimi ruħu favur l-idea li għal miżuri li jaqgħu taħt it-tieni pilastru u li jkunu ta' importanza partikolari għal xi Stati Membri, ir-rati ta' kofinanzjament attwali għandhom ikomplu japplikaw wara l-2013; Jenfasizza, madankollu, li kwalunkwe kofinanzjament nazzjonali addizzjonali ma għandux iwassal għal rinazzjonalizzazzjoni tat-tieni pilastru jew iżidu d-disparità fil-kapaċità tal-Istati Membri li jikkofinanzjaw il-prijoritajiet tagħhom;
88. Ifakkar li l-modulazzjoni, fil-varjetajiet kollha tagħha, kemm obbligatorja kif ukoll volontarja, bħala mezz għall-iffinanzjar tal-miżuri tal-iżvilupp rurali tiskadi fl-2012 u jenfasizza l-bżonn li r-riżorsi adegwati ta' finanzjament jiġu żgurati għat-tieni pilastru fil-perjodu ta' finanzjament li jmiss;
89. Jitlob li fir-rigward tat-tqassim tar-riżorsi tat-tieni pilastru jiġu evitati tibdiliet f'daqqa peress li l-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u l-azjendi agrikoli jeħtieġu sikurezza u kontinwità sabiex ikunu jistgħu jippjanaw; jenfasizza li d-diskussjonijiet dwar l-allokazzjoni ta' dan il-finanzjament għandhom ikunu parti waħda mad-diskussjonijiet dwar l-allokazzjoni tal-finanzjament taħt l-ewwel pilastru; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tistabbilixxi approċċ prammatiku, bħala l-prinċipju fundamentali għar-ridistribuzzjoni tal-fondi tat-tieni pilastru; jagħraf il-ħtieġa ta' distribuzzjoni ġusta tal-fondi tat-tieni pilastru bejn l-Istati Membri skont il-kriterji objettivi li għandhom jirriflettu d-diversità tal-bżonnijiet fiż-żoni Ewropej; jappoġġja pubblikament li dawn il-bidliet jinkisbu wara perjodu ta' tranżizzjoni limitat b'mod parallet mal-bidliet magħmula fid-distribuzzjoni tal-fondi tal-ewwel pilastru;
90. Jesprimi ruħu favur regoli dwar il-kofinanzjament fl-iżvilupp rurali li jippermetti, fil-livell reġjonali u lokali, li jkun hemm kumplementarjetajiet bejn il-fondi pubbliċi u privati tas-sehem kofinanzjat nazzjonalment, u b'hekk jiġu msaħħa l-mezzi disponibbli biex jiġu segwiti l-objettivi ddefiniti mill-politika pubblika għaż-żoni rurali;
91. Jitlob għal semplifikazzjoni fil-livelli kollha tal-ippjanar u l-immaniġġjar tal-programmi fit-tieni pilastru bil-għan li tingħata spinta lill-effiċjenza; jitlob barra minn hekk għal sistemi semplifikati, effettivi u effiċjenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar tal-miżuri tal-kundizzjonalità; jemmen li l-kontrolli u l-immonitorjar għall-ewwel u t-tieni pilastru għandhom jiġu armonizzati u magħmula aktar koerenti, b'regoli u proċeduri simili, biex jitnaqqas il-piż ġenerali tal-kontrolli minn fuq il-bdiewa; jitlob għal operazzjoni aktar flessibbli tal-perjodu ta' impenn ta' ħames snin għall-miżuri agrikoli ambjentali;
92. Jitlob li l-kooperattivi jkunu eżentati mid-dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/61/KE rigward in-noneleġibilità ta' intrapriżi li jaqbżu l-limiti stabbiliti tal-SMEs għall-aċċess għall-finanzjament għall-iżvilupp rurali u, b'mod ġenerali, ħlasijiet ta' għajnuna “l fuq minn ċertu limitu;
93. Huwa tal-fehma li r-reġjuni ultraperiferiċi għandhom ikomplu jibbenefikaw minn trattament speċifiku taħt politika għall-iżvilupp rurali fil-ġejjieni, minħabba li d-diffikultajiet ġeografiċi li jaffaċċaw u l-għadd żgħir ta' prodotti agrikoli li fuqhom tiddependi l-ekonomija rurali f'dawn iż-żoni jiġġustifika ż-żamma ta' rata ta' kofinanzjament Komunitarju sa 85 % sabiex jiġu koperti l-ispejjeż tal-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom;
94. Jilqa' l-pass lejn livell ogħla ta' koordinazzjoni fil-livell tal-UE bejn il-programmi ta' żvilupp rurali u l-politika ta' koeżjoni b'mod partikolari, bl-għan li jiġu evitati duplikazzjoni, objettivi kontradittorji u sovrapposizzjonijiet; ifakkar, madankollu, li l-iskala tal-proġetti taħt il-politika ta' koeżjoni tal-UE u l-programmi ta' żvilupp rurali hija differenti u għalhekk huwa favur li l-fondi jibqgħu distinti u li l-programmi ta' żvilupp rurali jżommu l-attenzjoni tagħhom fuq il-komunitajiet rurali u jiġu ppriservati bħala strumenti li huma politikament awtonomi;
95. Huwa tal-fehma li politika ta' koeżjoni flimkien mal-PAK ġdid u b'saħħtu joħorġu l-potenzjal ekonomiku taż-żoni agrikoli u jiġġeneraw impjiegi sikuri, u dan jiggarantixxi l-iżvilupp sostenibbli ta' dawn iż-żoni;
96. Jenfasizza l-importanza tal-politiki intiżi li jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni transkonfinali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi sabiex jiġu adottati prattiki li jipproteġu l-ambjent u jiżguraw is-sotenibbiltà tar-riżorsi naturali f'każijiet fejn l-attivitajiet tal-biedja, b'mod partikolari l-użu tal-ilma, għandhom implikazzjonijiet transkonfinali;
o o o
97. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Elezzjoni ta' Viċi President (interpretazzjoni tal-Artikolu 13(1) tar-Regoli ta' Proċedura)
187k
31k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-23 ta' Ġunju 2011 dwar l-elezzjoni ta' Viċi President (interpretazzjoni tal-Artikolu 13(1) tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-15 ta' Ġunju 2011 tal-President tal-kumitat għall-affarijiet kostituzzjonali,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 211 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
1. jiddeċiedi li japplika l-interpretazzjoni li ġejja għall-Artikolu 13(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu:"
Jekk ikun meħtieġ li jittieħed il-post ta' Viċi President wieħed, u jkun hemm kandidat wieħed biss, dan jistà jiġi elett b'akklamazzjoni. Il-President għandu diskrezzjoni biex jiddeċiedi jekk l-elezzjoni ssirx b'akklamazzjoni jew b'vot sigriet. Il-kandidat elett għandu jieħu l-post tal-predeċessur tiegħu fl-ordni ta' preċedenza.
"
2. jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi d-deċiżjoni tal-Parlament, għall-informazzjoni, lill-Kummissjoni.
Sistema volontarja ta' tikkettar b'format Braille fuq il-pakkett ta' prodotti industrijali
72k
32k
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar sistema volontarja ta' tikkettar b'format Braille fuq il-pakkett ta' prodotti industrijali
– wara li kkunsidra l-Artikoli 21 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jistipulaw id-drittijiet ta' persuni b'diżabilità,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-Istati Membri tal-UE ffirmaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità,
B. billi l-Artikolu 56a tad-Direttiva 2004/27/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità marbut mal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem jispeċifika li l-isem ta' prodotti mediċinali għandu jkun f'format Braille fuq il-pakkett,
1. Jenfasizza li l-persuni b'diżabilità viżwali għandhom id-drittt għal ħajja indipendenti u parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà;
2. Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tniedi konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati dwar in-nefqa, l-effiċjenza u l-fattibilità fil-livell Komunitarju ta' sistema volontarja ta' tikkettar b'format Braille fuq il-pakkett ta' prodotti industrijali li għandha tinkludi, tal-anqas, tagħrif dwar it-tip ta' prodott u d-data ta' skadenza sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għall-konsumaturi b'diżabilità viżwali; meta jitqies li mhux l-għomja kollha jistgħu jaqraw bil-Braille, il-konsultazzjoni proposta għandha wkoll tinvestiga modi alternattivi li jippermettu l-aċċess għall-informazzjoni fuq il-pakkett;
3. Jistieden lill-Kummissjoni, f'konformità mal-prinċipji ta' Responsabilità Soċjali Korporattiva, biex tipprovdi inċentivi għall-industriji u l-impriżi Ewropej li jqajmu kuxjenza dwar din il-kwistjoni;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji(1), lill-Kummissjoni, lill-Parlamenti tal-Istati Membri u lin-Nazzjonijiet Uniti.