Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 25 ta' Ottubru 2011 - Strasburgu
Abbozz ta' Baġit Emandatorju Nru 5/2011 - Taqsima IX - Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u Taqsima X - Is-Servizz Ewropew tal-Azzjoni Esterna
 Kwittanza 2009: Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL)
 Kwittanza 2009: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini
 It-tajers ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ***I
 Soluzzjoni alternattiva tat-tilwim fi kwistjonijiet ċivili, kummerċjali u familjari
 Kwittanza 2009: baġit ġenerali tal-UE, Il-Kunsill
 L-applikazzjoni tal-istadji tal-emissjonijiet għal tratturi b'karreġġjata dejqa ***I
 Magni introdotti fis-suq skont l-iskema tal-flessibilità ***I
 Il-mobilità u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità
 Il-modernizzazzjoni tal-akkwist pubbliku
 Il-promozzjoni tal-mobilità tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea
 Proċess ta' Valutazzjoni Reċiproka tad-Direttiva tas-Servizzi
 Governanza Ekonomika Globali
 Is-sitwazzjoni tal-ommijiet li jrabbu t-tfal waħedhom
 Il-kriminalità organizzata fl-Unjoni Ewropea
 Ir-4 Forum ta' Livell Għoli dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna

Abbozz ta' Baġit Emandatorju Nru 5/2011 - Taqsima IX - Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u Taqsima X - Is-Servizz Ewropew tal-Azzjoni Esterna
PDF 228kWORD 72k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2011 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima IX – Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u Taqsima X – Is-Servizz Ewropew tal-Azzjoni Esterna (13991/2011 – C7-0244/2011 – 2011/2131(BUD))
P7_TA(2011)0445A7-0346/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, adottat b'mod aħħari fis-15 ta' Diċembru 2010(2),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(3),

–  wara li kkunsidra l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2011 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, ippreżentat mill-Kummissjoni fil-22 ta' Ġunju 2011 (COM(2011)0374),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz tal-baġit emendatorju Nru 5/2011, stabbilit mill-Kunsill fit-12 ta' Settembru 2011 (13991/2011– C7-0244/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 75b tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0346/2011),

A.   billi l-Abbozz tal-baġit emendatorju Nru 5/2011 għall-baġit ġenerali 2011 ikopri modifiki tal-pjani ta' stabbiliment għal żewġ istituzzjonijiet, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) u s-Servizz Ewropew tal-Azzjoni Esterna (SEAE).

B.   billi l-istabbiliment tas-SEAE kien iggwidat mill-prinċipji tan-newtralità baġitarja u l-ġestjoni tajba u effiċjenti, filwaqt li jitqiesu b'mod sħiħ l-impatt tal-kriżi ekonomika fuq il-finanzi pubbliċi u l-ħtieġa ta' awsterità baġitarja,

C.   billi kien jidher ċar sa mill-bidu li kien se jkun meħtieġ li s-servizz jinbena gradwalment u li kellhom ikunu disponibbli riżorsi skont il-progress magħmul fit-tiswira tal-istituzzjoni u l-kapaċità ta' assorbiment attwali;

D.  billi il-Kunsill fil-pożizzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2011 ikkonferma t-talba tal-Kummissjoni,

1.  Jinnota l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2011;

2.  Jiddeċiedi li jemenda l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2011 kif jidher hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-emenda tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, l-istituzzjonijiet u korpi oħra konċernati u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda 1

Sezzjoni: IX: Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

ANNESS - PERSUNAL

Grupp ta' funzjoni u grad

2011

Pożizzjoni tal-Kunsill (=ABE 5/2011)

Emenda tal-Parlament

Postijiet tax-xogħol permanenti

Postijiet għal xogħol temporanju

Postijiet tax-xogħol permanenti

Postijiet għal xogħol temporanju

AD 16

AD 15

+1

-1

AD 14

-1

+1

AD 13

AD 12

AD 11

3

3

AD 10

1

1

AD 9

5

5

AD 8

7

7

AD 7

3

3

AD 6

5

5

AD 5

1

1

Total AD

26

26

AST 11

AST 10

AST 9

1

1

AST 8

1

1

AST 7

1

1

AST 6

1

1

AST 5

3

3

AST 4

2

2

AST 3

3

3

AST 2

3

3

AST 1

Total AST

15

15

Total globali

41

41

---------------

(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 64, 12.3.2010.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


Kwittanza 2009: Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL)
PDF 419kWORD 91k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għall-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2009 (C7-0241/2010 – 2010/2181(DEC))
P7_TA(2011)0446A7-0330/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2009,

–  wara li kkonsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Kulleġġ(1),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 (05892/2011 – C7-0052/2011),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2011(2) li tipposponi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2009, kif ukoll it-tweġibiet tad-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbligħall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–  wara li kkonsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/JHA tal-20 ta' Settembru 2005 li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL)(4), u partikolarment l-Artikolu 16 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002(5) tad-19 ta' Novembru 2002 dwar il-qafas tar-Regolament Finanzjarju għall-korpi msemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011)4680 tat-30 ta' Ġunju 2011 li tagħti l-kunsens għal deroga mitluba mill-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija tat-12 ta' Lulju 2010 dwar ir-Rimborż tal-Infiq Privat (10/0257/KA),

–  wara li kkunsidra l-awditjar estern ikkummissjonat mill-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (Ref. tal-Kuntratt N CEPOL/2010/001) dwar ir-rimborż tal-infiq privat,

–  wara li kkunsidra r-rapport finali dwar l-evalwazzjoni esterna ta' ħames snin tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (Ref. tal-Kuntratt Nru CEPOL/CT/2010/002),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali dwar l-Attività 2009 tad-Direttorat Ġenerali Ġustizzja, Libertà u Sigurtà,

–  wara li kkunsidra r-4 rapport ta' progress tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Multiannwali tiegħu (MAP) għall-2010-2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-MAP għall-2010-2014 tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija,

–  wara li kkunsidra n-nota tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-4 ta' Lulju 2011 (Ref. Ares (2011) 722479) fuq it-3 rapport ta' progress dwar l-implimentazzjoni tal-MAP għall-2010-2014 tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija,

–  wara li kkunsidra r-rapport u l-annessi tiegħu tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija dwar l-implimentazzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar “Kwittanza 2009: Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija”,

–  wara li kkunsidra r-rapport u l-anness tiegħu tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija dwar l-applikazzjoni tal-Manwal ta' Akkwist għall-perjodu li jkopri l-1 ta' Lulju 2010 - l-1 ta' Lulju 2011,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0330/2011),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ għas-sena finanzjarja 2009;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lid-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2009 (C7-0241/2010 – 2010/2181(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2009,

–  wara li kkonsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Kulleġġ(6),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 (05892/2011 – C7-0052/2011),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2011(7) li tipposponi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2009, kif ukoll it-tweġibiet tad-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–  wara li kkonsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/JHA tal-20 ta' Settembru 2005 li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL)(9), u partikolarment l-Artikolu 16 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002(10) tad-19 ta' Novembru 2002 dwar il-qafas tar-Regolament Finanzjarju għall-korpi msemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011)4680 tat-30 ta' Ġunju 2011 li tagħti l-kunsens għal deroga mitluba mill-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija tat-12 ta' Lulju 2010 dwar ir-Rimborż tal-Infiq Privat (10/0257/KA),

–  wara li kkunsidra l-awditjar estern ikkummissjonat mill-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (Ref. tal-Kuntratt N CEPOL/2010/001) dwar ir-rimborż tal-infiq privat,

–  wara li kkunsidra r-rapport finali dwar l-evalwazzjoni esterna ta' ħames snin tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (Ref. tal-Kuntratt Nru CEPOL/CT/2010/002),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali dwar l-Attività 2009 tad-Direttorat Ġenerali Ġustizzja, Libertà u Sigurtà,

–  wara li kkunsidra r-4 rapport ta' progress tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Multiannwali tiegħu (MAP) għall-2010-2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-MAP għall-2010-2014 tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija,

–  wara li kkunsidra n-nota tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-4 ta' Lulju 2011 (Ref. Ares (2011) 722479) fuq it-3 rapport ta' progress dwar l-implimentazzjoni tal-MAP għall-2010-2014 tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija,

–  wara li kkunsidra r-rapport u l-annessi tiegħu tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija dwar l-implimentazzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar “Kwittanza 2009: Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija”,

–  wara li kkunsidra r-rapport u l-anness tiegħu tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija dwar l-applikazzjoni tal-Manwal ta' Akkwist għall-perjodu li jkopri l-1 ta' Lulju 2010 - l-1 ta' Lulju 2011,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit ta' (A7-0330/2011),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2009;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni lid-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2011 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jiffurmaw parti integrali mid-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2009 (C7-0241/2010 – 2010/2181(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2009,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mar-risposti tal-Kulleġġ(11),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 (05892/2011 – C7-0052/2011),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2011(12) li tipposponi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2009, kif ukoll it-tweġibiet tad-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/JHA tal-20 ta' Settembru 2005 li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL)(14), u partikolarment l-Artikolu 16 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002(15) tad-19 ta' Novembru 2002 dwar il-qafas tar-Regolament Finanzjarju għall-korpi msemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011)4680 tat-30 ta' Ġunju 2011 li tagħti l-kunsens għal deroga mitluba mill-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija tat-12 ta' Lulju 2010 dwar ir-Rimborż tal-Infiq Privat (10/0257/KA),

–  wara li kkunsidra l-awditjar estern ikkummissjonat mill-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (Ref. tal-Kuntratt N CEPOL/2010/001) dwar ir-rimborż tal-infiq privat,

–  wara li kkunsidra r-rapport finali dwar l-evalwazzjoni esterna ta' ħames snin tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (Ref. tal-Kuntratt Nru CEPOL/CT/2010/002),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali dwar l-Attività 2009 tad-Direttorat Ġenerali Ġustizzja, Libertà u Sigurtà,

–  wara li kkunsidra r-4 rapport ta' progress tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Multiannwali tiegħu (MAP) għall-2010-2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-MAP għall-2010-2014 tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija,

–  wara li kkunsidra n-nota tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-4 ta' Lulju 2011 (Ref. Ares (2011) 722479) fuq it-3 rapport ta' progress dwar l-implimentazzjoni tal-MAP għall-2010-2014 tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija,

–  wara li kkunsidra r-rapport u l-annessi tiegħu tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija dwar l-implimentazzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar “Kwittanza 2009: Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija”,

–  wara li kkunsidra r-rapport u l-anness tiegħu tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija dwar l-applikazzjoni tal-Manwal ta' Akkwist għall-perjodu li jkopri l-1 ta' Lulju 2010 - l-1 ta' Lulju 2011,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit ta' (A7-0330/2011),

A.  billi l-Kulleġġ twaqqaf fl-2001 u, b'effett mill-1 ta' Jannar 2006, ġie ttrasformat f'korp Komunitarju skont it-tifsira tal-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, biex b'hekk ġie jaqa' taħt id-dispożizzjonijiet tal-qafas tar-Regolament Finanzjarju għall-aġenziji;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapporti tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ għas-snin finanzjarji 2006 u 2007, ikkwalifikat l-opinjoni tagħha dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti abbażi tal-fatt li l-proċeduri ta' akkwist ma kinux jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju,

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ għas-sena finanzjarja 2008, żiedet enfasi importanti mal-opinjoni tagħha dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet, mingħajr ma kkwalifikatha espressament, u kkwalifikat l-opinjoni tagħha dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti,

D.  billi fid-deċiżjoni tiegħu tas-7 ta' Ottubru 2010(16), il-Parlament irrifjuta li jagħti kwittanza lid-Direttur tal-Kulleġġ għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ għas-sena finanzjarja 2008,

E.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ għas-sena finanzjarja 2009, għal darba oħra kkwalifikat l-opinjoni tagħha dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti,

F.  billi fid-Deċiżjoni tal-10 ta' Mejju 2011 imsemmija hawn fuq, il-Parlament iddeċieda jipposponi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti tal-kwittanza lid-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għall-2009,

G.  billi fir-rapport tiegħu dwar il-MAP tal-Kulleġġ għall-2010-2014 il-Qorti tal-Awdituri ddikjaraw li l-Kulleġġ qed jagħmel progress skont il-miri stabbiliti fil-MAP tiegħu,

H.  billi fin-nota tiegħu tal-4 ta' Lulju 2011 lid-Direttur tal-Kulleġġ tal-IAS iddikjara li, minkejja d-deskrizzjoni fir-rapport ta' progress dwar l-implimentazzjoni tal-MAP tal-Kulleġġ hija aktarx ġenerali, hija tagħti stampa ċara tal-istatus tal-miri ewlenin u għandha għalhekk isservi bħala bażi sodisfaċenti biex tinforma lill-persuni differenti interessati,

I.  billi bid-Deċiżjoni C(2011)4680 tat-30 ta' Ġunju 2011 il-Kummissjoni tat deroga lill-Kulleġġ mid-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 74b tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002,

Valutazzjoni ġenerali

1.  Jirrikonoxxi l-miżuri meħuda mit-tmexxija u l-governanza ġdida tal-Kulleġġ biex jindirizza n-nuqqasijiet tiegħu bi tweġiba għat-talba tal-Parlament biex tittieħed l-azzjoni, wara l-irregolaritajiet serji fl-implimentazzjoni tal-baġit għall-2009; jilqa“, partikolarment, l-azzjonijiet li ġejjin meħuda fil-ħin bi tweġiba għat-talbiet tal-Parlament:

   a. ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju tal-Kulleġġ bl-introduzzjoni ta' deroga dwar l-esklużjoni għal tender rigward l-għażla ta' esperti tal-edukazzjoni sabiex jintużaw l-esperti minn istituti nazzjonali tat-taħriġ u, għalhekk, tkun żgurata l-kosteffettività u r-rappreżentazzjoni ta' dawn l-istituzzjonijiet bħala parti min-netwerk tal-Kulleġġ;
   b. l-iżgurar mill-Qorti tal-Awdituri u mill-IAS li l-MAP għall-2010-2014 tal-Kulleġġ tagħti stampa ġenerali tal-istatus tal-miri differenti tiegħu u li l-Kulleġġ qed jimxi ”l quddiem skont l-objettivi tiegħu;
   c. rapport dwar l-applikazzjoni mill-Kulleġġ tal-manwal ta' akkwist għall-perjodu li jkopri l-1 ta' Lulju 2010 - l-1 ta' Lulju 2011;
   d. id-deċiżjoni tal-Bord Governattiv tal-Kulleġġ li tagħti d-drittijiet tal-vot lill-Kummissjoni;

2.  Iħares “il quddiem lejn il-preżentazzjoni tal-Kummissjoni fl-2012 tal-qafas legali ġdid tal-Kulleġġ biex jintegra d-drittijiet tal-vot tal-Kummissjoni msemmija fuq fil-proċedimenti tal-Bord Governattiv;

3.  Jenfasizza li l-awtorità tal-kwittanza se tkompli tissorvelja b'attenzjoni l-livell ta' implimentazzjoni tal-miżuri meħuda waqt il-proċeduri li ġejjin tal-kwittanza;

4.  Jinnota li r-rapport finali fuq l-evalwazzjoni esterna ta' ħames snin tal-Kulleġġ iddikjara li hemm każ għar-rilokazzjoni tal-Kulleġġ; jitlob, għalhekk, il-Qorti tal-Awdituri biex tħejji rapport speċjali, waqt l-2012, billi turi l-ispejjeż u l-benefiċċji f'termini finanzjarji u operattivi fit-tagħqid tar-responsabbiltajiet tal-Kulleġġ ma' dawk tal-Europol;

Azzjonijiet speċifiċi meħuda mill-kulleġġ li jindirizzaw id-dgħufijiet tiegħu
Proċeduri ta' akkwist

5.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-Kulleġġ sa fl-aħħar żviluppa u implimenta l-manwal ta' akkwist tiegħu għall-użu intern kif mitlub mill-Parlament fil-kwittanzi tiegħu lill-Kulleġġ għall-2008 u l-2009; jirrikonoxxi l-fatt li dan il-manwal ġie adottat mill-Kulleġġ fit-8 ta' Ġunju 2010 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2010 u li nħatar koordinatur tal-akkwist pubbliku;

6.  Jilqa' l-ewwel rapport tal-Kulleġġ dwar l-applikazzjoni tal-manwal ta' akkwist tiegħu għall-1 ta' Lulju 2010 - l-1 ta' Lulju 2011; minkejja kollox jistenna l-Qorti tal-Awdituri tevalwa l-applikazzjoni mill-Kulleġġ tal-manwal ta' akkwist;

7.  Iċċekkja r-rapport tal-istatistika tal-Kulleġġ għall-1 ta' Lulju 2010 - l-1 ta' Lulju 2011; jilqa' l-fatt li dan id-dokument jipprovdi lill-Parlament bl-informazzjoni kollha dwar il-proċeduri tal-akkwist; jirrikonoxxi minn dan ir-rapport u mir-rapport fuq l-applikazzjoni tal-manwal ta' akkwist li l-proċeduri użati mill-Kulleġġ kienu kostantament immonitorjati u kkontrollati mill-Kulleġġ;

Regoli li jiggvernaw l-ispiża tal-korsijiet

8.  Jirrikonoxxi l-fatt li fit-28 ta' April 2011 il-Kulleġġ ippreżenta lill-Kummissjoni talba biex ikun immodifikat ir-Regolament Finanzjarju tiegħu bl-introduzzjoni ta' Artikolu (l-Artikolu 74c) li jinkludi deroga mir-Regolament (KE, Euratom) Nru. 2343/2002 dwar l-esklużjoni għal tender rigward l-għażla ta' esperti tal-edukazzjoni sabiex jintużaw l-esperti minn istituti nazzjonali tat-taħriġ tal-pulizija;

9.  Jilqa' d-Deċiżjoni sussegwenti tal-Kummissjoni C(2011)4680 tat-30 ta' Ġunju 2011 li tat il-kunsens għad-deroga msemmija hawn fuq;

10.  Huwa tal-fehma li l-Kulleġġ għandu jagħti aċċess dirett għall-baġit dettaljat tiegħu, li għandu jinkludi lista tal-kuntratti tiegħu u tad-deċiżjonijiet tiegħu tal-akkwist; u jqis li għandu jippubblika dik il-lista fuq is-sit tiegħu tal-internet, skond id-dispożizzjoni tar-Regolament Finanzjarju, filwaqt li jeskludi d-dettalji ta' kwalunkwe kuntratt li l-iżvelar tagħhom jista' joħloq riskju ta' sigurtà;

Trasferiment ta' approprjazzjonijiet

11.  Jinnota li l-Kulleġġ stabbilixxa reġistru ta' riskju organizzattiv bħala parti mill-ġestjoni kontinwa tal-baġit biex itaffi r-riskju li jonfoq inqas milli suppost; ifakkar, madankollu, lill-Kulleġġ dwar l-importanza li tkun ipprogrammata u tkun immonitorjata l-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu biex jimminimizza t-trasferiment ta' approprijazzjonijiet; jistieden ukoll lill-Qorti tal-Awdituri u lill-IAS biex jiżguraw lill-Parlament dwar it-titjib effettiv tal-Kulleġġ fuq din il-kwistjoni u biex jindikaw li l-istrumenti kollha għall-ipprogrammar u għall-monitoraġġ jinsabu sew f'posthom;

Żbalji fil-kontijiet

12.  Jinnota li, minkejja d-dewmien u l-iżbalji sinifikanti fil-kontijiet proviżorji tiegħu għall-2009, il-Kulleġġ żgura lill-Parlament li sa mill-2010 huwa żied id-dixxiplina finanzjarja u l-kontroll intern tiegħu; huwa ħerqan li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri fuq il-kontijiet annwali għall-2010 tal-Kulleġġ, jistabbilixxi jekk l-iżgurar mill-Kulleġġ huwiex stabbilit tajjeb;

13.  Jilqa' d-deċiżjoni ta' Marzu 2011 mill-Bord Governattiv tal-Kulleġġ biex jibdel l-Istandards tal-Kontroll Intern (ICS) ta' qabel mal-ICS 16 tal-Kummissjoni li ġew stabbiliti dan l-aħħar;

14.  Huwa tal-fehma li dawn l-ICS 16 se joffru għajnuna aħjar lid-Direttur tal-Kulleġġ mhux biss biex ipoġġi f'posthom il-kontrolli imma wkoll biex jara li dawn il-kontrolli qed jaħdmu kif xieraq;

15.  Jitlob għalhekk lill-Kulleġġ biex jaġġorna lill-Parlament fuq il-livell ta' implimentazzjoni ta' dawn l-ICS 16 fuq bażi kontinwa;

Il-ġestjoni tar-riżorsi umani

16.  Jinnota li l-Kulleġġ ġab fi tmiemu kuntratt li l-Qorti tal-Awdituri kkunsidrawh “illegali”; jinnota li t-tmiem ta' dan il-kuntratt huwa effettiv mill-15 ta' Settembru 2011 u li l-avviż tal-post battal huwa diġà rriklamat; jistieden lill-Kulleġġ jaġġorna l-awtorità tal-kwittanza fuq żviluppi sussegwenti dwar dan il-każ speċifiku;

17.  Jirrokonoxxi li l-livell ta' implimentazzjoni tal-gwida tar-reklutaġġ tal-Kulleġġ li tagħti l-proċeduri fuq l-istess linja tar-Regolamenti tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea(17), kien meqjus bħala wieħed suffiċjenti mill-Kulleġġ; jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tiżgura lill-Parlament dwar il-livell ta' implimentazzjoni ta' din il-gwida;

Approprjazzjonijiet użati biex jiffinanzjaw nefqa privata

18.  Jirrikonoxxi li, bħala riżultat ta' awditjar estern fuq kontroll ex-post, id-Direttur attwali beda ordni ta' rkupru fejn id-Direttur ta' qabel intalab jirritorna s-somma ta' EUR 2014,94 li minnha EUR 43,45 biss ġew irkuprati sal-lum; jiddispjaċih bl-ammont żgħir irkuprat meta mqabbel mat-telf finanzjarju li l-Kulleġġ ġarrab taħt it-tmexxija tad-Direttur ta' qabel; jinnota li l-aħħar tfakkira għall-ħlas ħarġet fl-2011 u li l-pass li jmiss biex jiġu istitwiti l-proċeduri quddiem qorti Ingliża huwa li tkun stabbilita l-legalità tad-dejn, datata mill-2007, u, jekk kemm-il darba jinkiseb ġudizzju xieraq, is-servizz tal-infurzar ifittex biex jirkupra l-bqija tad-dejn mhux imħallas; jistieden lid-Direttur attwali jżomm l-awtorità ta' kwittanza aġġornata rigward l-iżvilupp ta' din il-kwistjoni;

Il-MAP tal-Kulleġġ għall-2010-2014

19.  Jinnota li t-trasparenza mtejba mogħtija mid-Direttur attwali u t-tim tiegħu tat-tmexxija wasslet għal fehim imtejjeb dwar l-isfidi li l-Kulleġġ qed jaffaċċja u rawmet il-bidliet meħtieġa; jilqa“, f'dan ir-rigward, il-politika tal-Kulleġġ li:

   jippubblika ċirkolari kull xahar u rapporti ta' progress fuq bażi regolari dwar l-attivitajiet tiegħu għall-Bord Governattiv sabiex jipprovdilu analiżi aktar ċara tal-istatus tal-attivitajiet tal-Kulleġġ;
   jaġġorna fuq bażi regolari r-rapport ta' progress tiegħu fuq il-livell ta' implimentazzjoni tal-MAP tiegħu;
   jipprovdi lill-Parlament bir-rapporti annwali tal-IAS skont id-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament Finanzjarju;

20.  Jilqa' l-pubblikazzjoni tar-rapport mill-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-MAP tal-Kulleġġ għall-2010-2014 bħala tweġiba għat-talba tal-Parlament; jinnota li f'dan ir-rapport il-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li l-implimentazzjoni tal-MAP tal-Kulleġġ qiegħed jagħmel progress skont il-miri stabbiliti; jilqa' f'dan ir-rigward li l-Kulleġġ ta prova li temm bis-sħiħ l-1 MAP tiegħu (il-governanza), ir-4 MAP (il-validazzjoni tas-sistema finanzjarja tiegħu), il-5 MAP (l-ambjent finanzjarju), is-6 MAP (it-trasparenza għal dak li għandu x'jaqsam mal-Bord Governattiv), it-8 MAP (il-pjan strateġiku), id-9 MAP (il-pjan multiannwali tar-reklutaġġ); it-12-il MAP (il-monitoraġġ tal-akkwist pubbliku) u l-objettivi li jifdal tal-MAP għadhom għaddejjin jew mixjin skont l-iskeda;

21.  Jitlob lill-Kulleġġ jikkonsulta mal-Parlament regolarment u jkompli jaġġornah bir-rapport ta' progress tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-MAP;

22.  Jilqa' wkoll in-nota tal-IAS dwar it-3 rapport ta' progress dwar l-implimentazzjoni tal-MAP tal-Kulleġġ; jinnota b'mod partikulari li din in-nota tiddikjara li l-IAS iqis li l-Kulleġġ iwieġeb b'mod adegwat il-kummenti u r-rakkomandazzjonijiet tal-IAS u minkejja d-deskrizzjoni fir-rapport ta' progress tibqa' waħda aktarx ġenerali, tagħti stampa ċara tal-istatus tal-objettivi differenti u għandha għalhekk isservi bħala bażi sodisfaċenti li tinforma lill-persuni interessati differenti, inkluż il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament;

Nuqqasijiet strutturali

23.  Jenfasizza li l-ispejjeż tal-governanza tal-Kulleġġ huma għolja meta mqabbla mal-attivitajiet tiegħu; jilqa“, għalhekk, l-isforzi tal-Kulleġġ biex inaqqas l-ispiża tal-governanza fil-25 laqgħa tal-Bord Governattiv (BG) ta' Ġunju 2011, meta ġie miftiehem li l-kumitati kollha tal-BG għandhom jitneħħew sal-2012 u li l-gruppi kollha ta' ħidma tal-BG għandhom ikunu analizzati b'mod kritiku;

o
o   o

24.  Jirreferi, fir-rigward tal-osservazzjonijiet l-oħra li qed jakkumpanjaw id-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2011(18) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 338, 14.12.2010, p. 137.
(2) ĠU L 250, 27.9.2011, p. 260.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU C 338, 14.12.2010, p. 137.
(7) ĠU L 250, 27.9.2011, p. 260.
(8) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(9) ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.
(10) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(11) ĠU C 338, 14.12.2010, p. 137.
(12) ĠU L 250, 27.9.2011, p. 260.
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(14) ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) ĠU L 320, 7.12.2010, p. 11.
(17) ĠU L 56, 4.3.1968, p.1.
(18) ĠU L 250, 27.9.2011, p. 269.


Kwittanza 2009: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini
PDF 400kWORD 88k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiїjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2009 (C7-0233/2010 – 2010/2173(DEC))
P7_TA(2011)0447A7-0329/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2009,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 (05892/2011 – C7-0052/2011),

–  wara li kkunsidra d-deċiїjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2011(2) li tipposponi d-deċiїjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2009, kif ukoll it-tweġibiet tad-Direttur Eїekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004(4) li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, u b'mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002(5) tad-19 ta' Novembru 2002 dwar il-qafas ta' Regolament Finanzjarju għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-President tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija lill-President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2011 (EMA/441533/2011),

–  wara li kkunsidra t-tweġibiet tal-Aġenzija għar-riїoluzzjoni tal-Parlament tal-10 ta' Mejju 2011(6) li takkumpanja d-deċiїjoni msemmija hawn fuq dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2009,

–  wara li kkunsidra r-Rapporti ta' Verifika Interna Annwali għall-2009, l-2008 u l-2007 tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Aġenzija,

–  wara li kkunsidra r-rapport ta' segwitu finali dwar l-awditjar tal-2009, 2008 u 2006 tal-IAS dwar l-Aġenzija,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0329/2011),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eїekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2009;

2.  Jippreїenta l-kummenti tiegħu fir-riїoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciїjoni, kif ukoll ir-riїoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiїgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje L).

2.Deċiїjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2009 (C7-0233/2010 – 2010/2173(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2009,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(7),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 (05892/2011 – C7-0052/2011),

–  wara li kkunsidra d-deċiїjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2011(8) li tipposponi d-deċiїjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2009, kif ukoll it-tweġibiet tad-Direttur Eїekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004(10) li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, u b'mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002(11) tad-19 ta' Novembru 2002 dwar il-qafas ta' Regolament Finanzjarju għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-President tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija lill-President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2011 (EMA/441533/2011),

–  wara li kkunsidra t-tweġibiet tal-Aġenzija għar-riїoluzzjoni tal-Parlament tal-10 ta' Mejju 2011(12) li takkumpanja d-deċiїjoni msemmija hawn fuq dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2009,

–  wara li kkunsidra r-Rapporti ta' Verifika Interna Annwali għall-2009, l-2008 u l-2007 tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Aġenzija,

–  wara li kkunsidra r-rapport ta' segwitu finali dwar l-awditjar tal-2009, 2008 u 2006 tal-IAS dwar l-Aġenzija,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0329/2011),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2009;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciїjoni lid-direttur eїekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiїgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riїoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2011 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiїjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2009 (C7-0233/2010 – 2010/2173(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2009,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(13),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 (05892/2011 – C7-0052/2011),

–  wara li kkunsidra d-deċiїjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2011(14) li tipposponi d-deċiїjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2009, kif ukoll it-tweġibiet tad-Direttur Eїekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(15), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004(16) li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, u b'mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002(17) tad-19 ta' Novembru 2002 dwar il-qafas ta' Regolament Finanzjarju għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-President tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija lill-President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2011 (EMA/441533/2011),

–  wara li kkunsidra t-tweġibiet tal-Aġenzija għar-riїoluzzjoni tal-Parlament tal-10 ta' Mejju 2011(18) li takkumpanja d-deċiїjoni msemmija hawn fuq dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2009,

–  wara li kkunsidra r-Rapporti ta' Verifika Interna Annwali għall-2009, l-2008 u l-2007 tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Aġenzija,

–  wara li kkunsidra r-rapport ta' segwitu finali dwar l-awditjar tal-2009, 2008 u 2006 tal-IAS dwar l-Aġenzija,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0329/2011),

A.  billi fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2009, il-Qorti tal-Awdituri esprimiet riїervi fl-opinjoni tagħha dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranїazzjonijiet sottostanti,

B.  billi fid-Deċiїjoni hawn fuq imsemmija tal-10 ta' Mejju 2011 il-Parlament iddeċieda li jipposponi d-deċiїjoni tiegħu dwar l-għoti tal-kwittanza lid-Direttur Eїekuttiv tal-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2009,

C.  billi l-baġit tal-Aġenzija għall-2009 kien ta' EUR 194 000 000, li kien їieda ta' 6.28% fuq is-sena finanzjarja 2008,

D.  billi l-baġit tal-Aġenzija hu ffinanzjat kemm mill-baġit annwali tal-Unjoni, li jirrappreїenta 18.52% mid-dħul totali tal-2009, u aktar u aktar, minn imposti mħallsa minn kumpaniji farmaċewtiċi għal servizzi li jistgħu jkunu mifruxa fuq aktar minn sena finanzjarja waħda, u billi konsegwentement, il-kontribut ġenerali tal-Unjoni naqas b'9.2% bejn l-2008 u l-2009,

E.  billi l-awtorità ta' kwittanza rċeviet tweġibiet mill-Aġenzija wara r-riїoluzzjoni tal-10 ta' Mejju 2011 hawn fuq imsemmija tal-Parlament,

F.  billi fit-tweġibiet tagħha lill-Parlament, l-Aġenzija aġġornat lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-livell ta' implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-IAS, filwaqt li ddikjarat li:

   mill-verifika tal-IAS tal-2009 dwar il-Ġestjoni tar-Riїorsi Umani, waħda mit-tliet rakkomandazzjonijiet “importanti ħafna” issa ġiet implimentata u t-tnejn l-oħra qed jitwettqu bħalissa,
   mill-verifika tal-IAS tal-2008 dwar il-proċeduri amministrattivi ta' għaїla għall-forniment lill-Aġenzija ta' valutazzjoni xjentifika ta' mediċini għall-uїu mill-bniedem, ir-rakkomandazzjoni “kritika” u rakkomandazzjoni “importanti ħafna” (il-ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi tal-persunal u linji gwida speċifiċi) tniїїlu rispettivament għal “importanti ħafna” u “importanti”, filwaqt li tliet rakkomandazzjonijiet “importanti ħafna” issa ġew implimentati,
   mill-verifika tal-IAS tal-2005 dwar l-implimentazzjoni tal-Istandards ta' Kontroll Intern (ICS), waħda miї-їewġ rakkomandazzjonijiet “importanti ħafna” issa ġiet implimentata,

Valutazzjoni Ġenerali

1.  Jirrikonoxxi li rċieva ittra mill-President tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija bid-data tas-17 ta' Ġunju 2011 li fiha jingħad li l-Aġenzija ħadet azzjonijiet biex tindirizza n-nuqqasijiet tal-2009; jieħu nota wkoll tad-dokumenti u l-annessi li rċieva mill-Aġenzija bi tweġiba għar-riїoluzzjoni tal-Parlament tal-10 ta' Mejju 2011 hawn fuq imsemmija; jirrikonoxxi wkoll li rċieva ittra tal-Aġent Direttur Eїekuttiv tal-Aġenzija tal-10 ta' Awwissu 2011, wara l-mistoqsijiet li tqajmu waqt id-dibattitu dwar il-kwittanza lill-Aġenzija għall-2009 fil-laqgħa tal-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll tal-Baġit tat-13 ta' Lulju 2011; jiddispjaċih, madankollu, li mhux l-informazzjoni mitluba kollha kienet ippreїentata;

2.  Jinnota, madankollu, li l-Aġenzija għandha tkompli tinforma kull tliet xhur lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riїultati tal-azzjonijiet mitluba mill-awtorità ta' kwittanza;

3.  Jenfasizza li l-awtorità ta' kwittanza għandha tkompli tissorvelja b'attenzjoni waqt il-proċeduri ta' kwittanza li ġejjin il-livell ta' implimentazzjoni tal-miїuri meħuda biex jindirizzaw id-dgħufijiet serji tal-Aġenzija їvelati mir-rapporti kemm mill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll mill-IAS; jistenna, għalhekk, li l-Aġenzija għandha tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-azzjonijiet implimentanti u r-riїultati tagħhom u tippreїenta d-dokumenti mitluba, speċjalment rigward il-kwistjonijiet li ġejjin:

   a. il-proċess tal-adozzjoni mill-Bord Amministrattiv tal-pjan ta' azzjoni b'miїuri speċifiċi u kalendarju għall-implimentazzjoni biex jinstab rimedju għan-nuqqasijiet fil-proċeduri ta' akkwist;
   b. il-verifikazzjoni dettaljata tal-uїu effikaċi tal-proċeduri eїistenti rigward l-identifikazzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess għall-persunal u l-esperti tagħha;
   c. il-preїentazzjoni tar-rapporti tal-IAS skont ir-Regolament Finanzjarju;

Kummenti Speċifiċi
Proċeduri ta' akkwist

4.  Jinnota l-informazzjoni li waslet rigward is-sistema ta' kontroll li għandha l-għan li tevita jew li tidentifika fil-waqt l-iїbalji persistenti fil-proċeduri ta' akkwist; jistenna li jirċievi l-pjan ta' akkwist multiannwali; għalhekk, ifakkar lill-Aġenzija tkompli ttejjeb il-kwalità tas-sistema tagħha ta' akkwist u biex tkun strettament konformi mar-rekwiїiti tar-regolamenti relevanti dwar l-akkwist pubbliku, sabiex tirretifika n-nuqqasijiet li indikathom il-Qorti tal-Awdituri;

5.  Jinnota l-bidu tal-azzjonijiet biex jiġi їviluppat pjan ta' azzjoni dwar it-titjib tal-proċeduri ta' akkwist; jistieden lill-Aġenzija tkompli għaddejja minnufih bl-adozzjoni ta' pjan ta' azzjoni biex issib rimedju għan-nuqqasijiet fil-proċeduri ta' akkwist, partikolarment l-iїbalji fil-ġestjoni tal-proċeduri tal-għoti tal-kuntratti, billi tipprovdi aktar kontrolli rigoruїi tekniċi u proċedurali, u biex konsegwentament tinforma lill-awtorità ta' kwittanza;

6.  Ifakkar li fir-rapport annwali tagħha tal-2009, il-Qorti tal-Awdituri kienet iddikjarat li l-aġenzija ma wettqitx biїїejjed kontrolli biex timmitiga r-riskji ta' їbalji f'numru ta' proċeduri għall-akkwist ta' kuntratti ta' qafas kbar tal-IT; ifakkar ukoll li l-verifika wriet їbalji li affetwaw ir-regolarità ta' dawn l-operazzjonijiet u li ffurmaw il-baїi għall-opinjoni mill-Qorti tal-Awdituri b'riїervi dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranїazzjonijiet li fuqhom kienu bbaїati l-kontijiet tal-Aġenzija;

Approprjazzjonijiet ittrasferiti

7.  Jirrimarka li fir-rapport annwali tagħha dwar l-Aġenzija għall-2009, il-Qorti tal-Awdituri rrappurtat li madwar EUR 14 800 000 minn riport ta' EUR 19 500 000 (38% tal-impenji tal-Aġenzija għall-2009) kienu għal attivitajiet li kienu għadhom ma ġewx implimentati (jew, f'xi kaїijiet, beni li ma ngħatawx għal servizzi li jistgħu jkunu mifruxa fuq iktar minn sena finanzjarja waħda) fl-aħħar tas-sena; ifakkar għalhekk lill-Aġenzija biex tieħu azzjoni f'dan ir-rigward u jistenna b'ħerqa li jirċievi assikurazzjoni mill-Qorti tal-Awdituri dwar dan;

Dħul minn ħlasijiet

8.  Jieħu nota tal-informazzjoni mill-Aġenzija li mill-1 ta' Jannar 2011, l-Aġenzija introduċiet Sistema ta' Ppjanar tar-Riїorsi tal-Impriїa (ERP), fornita minn SAP, biex issib rimedju għad-dewmien kbir fl-ordnijiet ta' rkupru; jieħu nota li b'din is-sistema l-ġdida l-Aġenzija ddaħħal id-data mis-sistemi operazzjonali attwali tagħha (pereїempju SIAMED) permezz ta' pannell direttament fil-modulu finanzjarju SAP;

Kuntratti ta' kambju esteru

9.  Jirrikonoxxi l-impenn tal-Aġenzija li tillimita r-riskji tagħha dovuti għal varjazzjoni tar-rata tal-kambju u li mill-11 ta' Ġunju 2010 rrevediet il-Politika tat-Teїor tagħha billi: stabbiliet kumitat ta' konsultazzjoni intern biex jagħti pariri lill-uffiċjal kontabilist dwar strateġiji ta' ħħeġġjar; llimitat l-iħħeġġjar għal 50% tar-rekwiїit stmat; u billi їgurat li r-rati li jkunu jistgħu jinkisbu fis-suq ikunu l-istess bħar-rata tal-kosting tal-baġit jew jaqbїuhom;

Il-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess

10.  Jieħu nota tat-tweġibiet tal-Aġenzija dwar il-konformità mal-Kodiċi ta' Kondotta tagħha, permezz tal-istabbiliment ta' prinċipji u gwida dwar l-indipendenza u l-kunfidenzjalità applikabbli għall-Bord Amministrattiv u għall-membri tal-kumitati, għall-esperti u għall-persunal tal-Aġenzija; konsegwentament jippretendi mill-Aġenzija li tivvaluta fid-dettall, qabel l-allokazzjoni ta' mexxejja tat-timijiet tal-proġetti għall-prodotti, jekk l-interessi ddikjarati mill-membri tal-persunal jistgħux jinfluwenzaw l-imparzjalità u l-indipendenza tagħhom; jistenna li d-dokumenti tal-Aġenzija dwar il-kunflitti ta' interess għandhom ikunu aġġornati;

11.  Jieħu nota tal-intenzjoni tal-Aġenzija li tapplika r-rakkomandazzjoni tal-IAS mill-verifika ta' segwitu tiegħu tal-2010 billi tadotta approċċ ibbaїat fuq ir-riskji u tiffoka l-kontrolli fuq persunal li jiddikjara l-interessi; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iskeda ta' їmien u dwar il-pjan biex tiġi applikata din ir-rakkomandazzjoni tal-IAS qabel tmiem l-2011;

12.  Jirrikonoxxi, madankollu, it-tweġiba tal-Aġenzija li fiha jingħad li m'hemm ebda oneru fuqha li titlob jew tissorvelja d-dikjarazzjoni annwali tal-interessi finanzjarji ta' esperti responsabbli għall-valutazzjoni ta' prodotti mediċinali, peress li dan huwa responsabilità tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri (Artikolu 126b tad-Direttiva 2001/83/KE(19) kif emendata bid-Direttiva 2004/27/KE(20)); jitlob għalhekk lill-Kummissjoni biex tfakkar l-awtoritajiet rispettivi fl-Istati Membri dwar l-obbligi tagħhom f'din il-kwistjoni;

13.  Jenfasizza li mhix biss ir-reputazzjoni tal-Aġenzija li tista' tiġi affettwata f'kaїijiet fejn il-valutazzjonijiet jistgħu jiġu kkontestati fuq il-baїi tal-possibilità ta' kunflitti ta' interess imma wkoll li kunflitti simili ta' interess ma jiggarantixxux il-protezzjoni ottimali tas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej;

14.  Jinnota li, mill-1 ta' Lulju 2011, il-formola ġdida u elettronika tad-Dikjarazzjoni tal-Interessi (e-DOI) saret topera u l-esperti kollha ntalbu jimlew l-e-DOI l-ġdida u li l-e-DOIs tal-esperti kollha inkluїi fil-baїi ta' data tal-Esperti saru disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija mit-30 ta' Settembru 2011; jinnota wkoll li l-Memorandum ta' Fehim bejn l-Aġenzija u kull Awtorità Kompetenti Nazzjonali dwar is-sorveljanza tal-livell xjentifiku u l-indipendenza tal-evalwazzjoni mwettqa mill-Awtorità Kompetenti Nazzjonali għal servizzi li għandhom jiġu pprovduti lill-Aġenzija sar effettiv mill-4 ta' Lulju 2011;

15.  Jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar azzjonijiet meħuda rigward kwistjonijiet relatati mal-konformità effettiva mal-Kodiċi ta' Kondotta tagħha fir-rigward tal-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess;

16.  Jinsisti, imma jwissi wkoll lill-Aġenzija, li l-azzjonijiet kollha msemmija fir-rapporti rispettivi tal-awditjar, inkluї dak għas-sena 2010, għandhom ikunu implimentati għalkollox qabel il-bidu tal-proċedura ta' kwittanza li jmiss;

Il-ġestjoni tar-riїorsi umani

17.  Jieħu nota tat-tweġiba tal-Aġenzija li fiha jingħad li sewwiet in-nuqqasijiet identifikati mill-IAS għall-għaїla tal-aġenti kuntrattwali u li bdew jitħaddmu istruzzjonijiet ta' ħidma u mudelli riveduti u li l-persunal ingħata taħriġ speċifiku; konsegwentament jistieden lill-Aġenzija їїomm lill-awtorità ta' kwittanza aġġornata dwar il-livell ta' implimentazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet; jistenna b'ħerqa li r-rapport 2010 tal-Qorti tal-Awdituri jistabbilixxi jekk l-assikurazzjoni mill-Aġenzija hijiex fondata tajjeb;

o
o   o

18.  Jirreferi, fir-rigward tal-osservazzjonijiet l-oħra li qed jakkumpanjaw id-Deċiїjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riїoluzzoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2011(21) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 338, 14.12.2010, p. 28.
(2) ĠU L 250, 27.9.2011, p. 173.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 250, 27.9.2011, p. 182.
(7) ĠU C 338, 14.12.2010, p. 28.
(8) ĠU L 250, 27.9.2011, p. 173.
(9) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(10) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.
(11) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(12) ĠU L 250, 27.9.2011, p. 182.
(13) ĠU C 338, 14.12.2010, p. 28.
(14) ĠU L 250, 27.9.2011, p. 173.
(15) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(16) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.
(17) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(18) ĠU L 250, 27.9.2011, p. 182.
(19) Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-uїu mill-bniedem(ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
(20) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 34.
(21) ĠU L 250, 27.9.2011, p. 269.


It-tajers ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ***I
PDF 337kWORD 112k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2011dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrigwarda t-tajers ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom kif ukoll it-twaħħil tagħhom (test kodifikat) (COM(2011)0120 – C7-0071/2011– 2011/0053(COD))
P7_TA(2011)0448A7-0349/2011

Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0120),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0071/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta' Ġunju 2011(1),

–  wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 – metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0349/2011),

A.  billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta inkwestjoni fiha evidentement kodifikazzjoni tat-testi eżistenti mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif stabbiit hawn taħt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Ottubru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrigwarda t-tajers ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom kif ukoll it-twaħħil tagħhom (Kodifikazzjoni)

P7_TC1-COD(2011)0053


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu  114  tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(4),

Billi:

(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/23/KEE tal-31 ta' Marzu 1992 li tirrigwarda t-tyres ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom kif ukoll għat-twaħħil tagħhom(5) ġiet emendata kemm-il darba(6) b'mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

(2)  Id-Direttiva 92/23/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tas-sistema ta' approvazzjoni tat-tip KE prevista fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru)(7) u tistabbilixxi preskrizzjonijiet  tekniċi li għandhom jissodisfaw il-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom  fir-rigward , fost l-oħrajn, tat-tajers pnewmatiċi.  Dawk il-preskrizzjonijiet tekniċi jikkonċernaw l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri sabiex jippermettu l-applikazzjoni tal-proċedura ta' approvazzjoni tat-tip KE prevista fid-Direttiva 2007/46/KE għal kull tip ta' vettura bil-mutur u karru. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva 2007/46/KE dwar vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u dwar sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, japplikaw għal din id-Direttiva. 

(3)  Ir-regoli dwar it-tajers għandhom jistabbilixxu rekwiżiti komuni li jikkonċernaw mhux biss il-karatteristiċi tagħhom imma wkoll ir-rekwiżiti għat-tagħmir ta' vetturi u l-karrijiet tagħhom fir-rigward tat-tajers tagħhom.

(4)  Huwa mixtieq li jittieħdu inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti tekniċi adottati mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Regolament Nru 30 tagħha (“Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' tajers pnewmatiċi għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom”), kif emendat(8), fir-Regolament Nru 54 tagħha (“Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' tajers pnewmatiċi għall-vetturi kummerċjali u l-karrijiet tagħhom”)(9), fir-Regolament Nru 64 tagħha (“Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' vetturi mgħammra b'roti/tajers spare għall-użu temporanju”),  kif emendat, (10)  u fir-Regolament Nru 117 tagħha (“Dispożizzjonijiet Uniformi dwar l-Approvazzjoni tat-Tajers rigward l-emissjonijiet ta' ħoss ta' rrumblar u l-adeżjoni fuq uċuħ mxarrbin”), kif emendat(11),  li huma annessi  mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti li jikkonċernaw l-adozzjoni ta' preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jkunu ffittjati ma' u/jew ikunu użati ma' vetturi bir-roti u l-kundizzjonijet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijet (Ftehim Rivedut tal-1958)(12) .

(5)  Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta' żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness VII, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva  id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw :

   (a) “tajer” tfisser kull tajer pnewmatiku ġdid, inklużi tajers għax-xitwa li jkollhom toqob għat-tappini, bħala tagħmir oriġinali jew ta' tibdil, intiż biex jitwaħħal fuq vetturi li għalihom tapplika d-Direttiva 2007/46/KE. Din id-definizzjoni ma tkoprix tajers tax-xitwa bit-tappini;
   (b) “vettura” tfisser kull vettura li għaliha tapplika d-Direttiva 2007/46/KE;
   (c) “manifattur” tfisser id-detentur tal-isem kummerċjali jew trade mark tal-vetturi jew tat-tajers.

Artikolu 2

1.  Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V għandhom japplikaw għal tajers intiżi għat-twaħħil fuq vetturi użati għall-ewwel darba fl-1 ta' Ottubru 1980 jew wara.

2.  Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V ma għandhomx japplikaw għal:

   (a) tajers li l-kategorija tal-veloċità tagħhom hija ta' anqas minn 80 km fis-siegħa;
   (b) tajers li d-dijametru nominali tar-rimm tagħhom ma jkunx aktar minn 254 mm (jew kodiċi 10) jew ikun 635 mm jew aktar (kodiċi 25);
   (c) tajers żejda tat-tip T għal użu temporanju definiti fil-punt 2.3.6 tal-Anness II;
   (d) tajers iddisinjati biss biex jitwaħħlu fuq vetturi reġistrati għall-ewwel darba qabel l-1 ta' Ottubru 1980.

Artikolu 3

1.  L-Istati Membri għandhom jagħtu approvazzjoni tat-tip KE, bil-kondizzjoniet stabbiliti fl-Anness I, għat-tipi kollha ta' tajers li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness II, u għandhom  jallokawlhom  numru ta' approvazzjoni kif speċifikat fl-Anness I.

2.  L-Istati Membri għandhom jagħtu approvazzjoni tat-tip KE, bil-kondizzjoniet stabbiliti fl-Anness I, għat-tipi kollha ta' tajers li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness V, u għandhom  jallokawlhom  numru ta' approvazzjoni kif speċifikat fl-Anness I.

3.  L-Istati Membri għandhom jagħtu approvazzjoni tat-tip KE għall-vetturi kollha fir-rigward tat-tajers tagħhom bil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III, meta dawk it-tajers (inklużi tajers żejda, fejn xieraq) jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness II u r-rekwiżiti li jikkonċernaw vetturi stabbiliti fl-Anness IV, u għandhom jallokaw għal kull vettura bħal din, numru ta' approvazzjoni kif speċifikat fl-Anness III.

Artikolu 4

Fi żmien xahar mill-ħruġ jew miċ-ċħid ta' approvazzjoni tat-tip KE   għal komponent (tajer)  jew vettura, l-awtorità ta' approvazzjoni ta' Stat Membru għandha tibgħat kopja taċ-ċertifikat rilevanti, li mudelli tiegħu jinsabu fl-Appendiċi tal-Anness I u tal-Anness III, lill-Istati Membri l-oħra, u jekk tiġi mitluba, għandha tibgħat ir-rapport tat-test fuq kull tip ta' tajer approvat.

Artikolu 5

L-ebda Stat Membru ma jista' jipprojbixxi jew jirrestrinġi t-tqegħid fis-suq ta' tajers li jġorru l-marka ta' approvazzjoni tat-tip KE .

Artikolu 6

L-ebda Stat Membru ma jista' jiċħad li jagħti l-approvazzjoni tat-tip KE  jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali lil vettura għal raġunijiet relatati mat-tajers tagħha jekk  dawk it-tajers  iġorru l-marka ta' approvazzjoni tat-tip KE  u jekk dawn ikunu mwaħħla skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IV.

Artikolu 7

L-ebda Stat Membru ma jista' jipprojbixxi l-użu ta' vettura għal raġunijiet relatati mat-tajers tagħha jekk dawn iġorru l-marka ta' approvazzjoni tat-tip KE  u huma mwaħħla skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IV.

Artikolu 8

1.  Jekk fuq il-bażi ta' ġustifikazzjoni sostanzjata, Stat Membru jikkunsidra li tip ta' tajer jew tip ta' vettura huwa perikoluż għalkemm jikkonforma mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, huwa jista“, fit-territorju tiegħu, provviżorjament jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' dak il-prodott jew jissuġġettah għal kondizzjonijiet speċjali. Għandu immedjatament jinforma b'dan lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni u jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

2.  Fi żmien sitt ġimgħat il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Istati Membri kkonċernati u wara dan għandha tagħti l-opinjoni tagħha mingħajr dewmien u tieħu l-passi xierqa.

3.  Jekk il-Kummissjoni tkun tal-opinjoni li hemm bżonn ta' adattamenti tekniċi  għal din id-  Direttiva, tali adattamenti għandhom jiġu adottati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11. F'dan il-każ, l-Istat Membru li jkun ħa miżuri ta' salvagwardja jista' jżommhom sakemm l-adattamenti jidħlu fis-seħħ.

Artikolu 9

1.  L-Istat Membru li jkun ta l- approvazzjoni tat-tip KE   għal komponent  (tajer) jew vettura għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jivverifika li l-mudelli tal-produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat safejn hu neċessarju u jekk hemm bżonn f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra. Għal dan l-iskop,  dak  l-Istat Membru jista' f'kull mument jivverifika l-konformità tat-tajers jew tal-vetturi mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Din il-verifika għandha tkun limitata għal kontrolli saltwarji.

2.  Jekk l-Istat Membru  msemmi fil- paragrafu isib illi numru ta' tajers jew ta' vetturi bl-istess marka ta' approvazzjoni ma jikkonformawx mat-tip approvat, għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li l-mudelli tal-produzzjoni jikkonformaw miegħu. Fejn ikun hemm nuqqas konsistenti ta' konformità,  dawk  il-miżuri jistgħu jestendu għall-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip KE . L-awtoritajiet għandhom jieħdu l-istess miżura jekk ikunu informati mill-awtoritajiet ta' approvazzjoni ta' Stat Membru ieħor b'dan in-nuqqas ta' konformità.

3.  L-awtoritajiet ta' approvazzjoni tal-Istati Membri għandhom fi żmien xahar jinnotifikaw lil xulxin, permezz tal-formola rilevanti li tinsab fl-Appendiċi tal-Anness I u tal-Anness III, b'kull irtirar ta' approvazzjoni tat-tip KE  u bir-raġunijiet għal tali miżura.

Artikolu 10

Kull deċiżjoni li tittieħed skont id-dispożizzjonijiet adottati għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva li tiġi miċħuda jew irtirata approvazzjoni tat-tip KE  għal tajer jew  għal  vettura f'dak li għandu x'jaqsam mat-twaħħil tat-tajers tagħha, li timplika projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq jew tal-użu għandha tagħti fid-dettall ir-raġunijiet kollha li fuqhom hi bbażata. Kull deċiżjoni bħal din għandha tiġi nnotifikata lill-parti kkonċernata, li għandha fl-istess ħin tiġi informata bir-rimedji disponibbli għaliha taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri u bil-limiti taż-żmien permessi għall-eżerċizzju ta' tali rimedji.

Artikolu 11

Kull emenda neċessarja biex ir-rekwiżiti tal-Annessi I sa VI jiġu adattati għall-progress tekniku għandha tiġi adottata skont il-proċedura  msemmija  fl-Artikolu 40(2) tad-Direttiva 2007/46/KE.

Artikolu 12

1.  L-Istati Membri ma jistgħux:

   (a) jiċħdu li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni nazzjonali għal tip ta' vettura jew tip ta' tajer, jew
   (b)  jirrifjutaw  ir-reġistrazzjoni  jew jipprojbixxu  l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi, u l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz jew l-użu ta' tajers,
  

għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mat-tajers u t-twaħħil tagħhom fuq vetturi ġodda, jekk il-vetturi jew tajers jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva.

2.  L-Istati Membri ma jistgħux jagħtu approvazzjoni tat-tip KE, u għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal dawk it-tipi ta' tajers li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

3.  L-Istati Membri ma jistgħux jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni nazzjonali għal tip ta' vettura, għal raġunijiet li jikkonċernaw it-tajers tagħha jew it-twaħħil tagħhom, jekk ma jkunux sodisfatti r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

4.  L-Istati Membri għandhom:

   (a) jikkunsidraw iċ-ċertifikati ta' konformità li jakkumpanjaw vetturi ġodda skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/46/KE bħala mhux validi għall-iskopijiet tal-Artikolu 26(1)  ta' dik id-  Direttiva jekk ma jkunux sodisfatti r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva; u
   (b) jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni jew jipprojbixxu l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi ġodda li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

5.  Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-iskopijiet tal-Artikolu 28 tad-Direttiva 2007/46/KE għat-tajers kollha li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni ta' tajers tal-klassi C1e, li għalihom għandhom japplikaw mill-1 ta' Ottubru 2011.

Artikolu 13

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 14

Id-Direttiva 92/23/KEE, kif emendata bl-atti mniżżla fl-Anness VII, Parti A, hija mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness VII, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness VIII.

Artikolu 15

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 16

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi […],

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President

LISTA TAL-ANNESSI

ANNESS I

Dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip KE għal tajers

Appendiċi 1

Dokument ta' informazzjoni rigward l-approvazzjoni tat-tip KE għal tip ta' tajer

Appendiċi 2

Ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip KE (tajers)

Appendiċi 3

Dokument ta' informazzjoni rigward l-approvazzjoni tat-tip KE għal tip ta' tajer rigward l-emissjoni ta' ħsejjes ikkawżati mill-kuntatt tat-tajer mal-wiċċ tat-triq

Appendiċi 4

Ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip KE (emissjoni ta' ħsejjes tajer/triq)

ANNESS II(13)

Rekwiżiti għat-tajers

Appendiċi 1

Figura ta' spjegazzjoni

Appendiċi 2

Lista ta' simboli tal-indiċijiet tal-kapaċità għat-tagħbija (LI) u l-massa massima korrispondenti li għandha tinġarr (KG)

Appendiċi 3

Arranġament għall-immarkar tat-tajers

Appendiċi 4

Relazzjoni bejn l-indiċi tal-pressjoni u l-unitajiet ta' pressjoni

Appendiċi 5

Il-kejl tar-rimm, id-dijametru ta' barra u l-wisa' tas-sezzjoni ta' tajers ta' ċerti qisien

Appendiċi 6

Metodu ta' kif jitkejlu l-qisien tat-tajers

Appendiċi 7

Proċedura tat-test tagħbija/veloċità

Appendiċi 8

Il-varjazzjoni tal-indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija mal-veloċità; tajers radjali u djagonali ta' vetturi kummerċjali

ANNESS III

Dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip  KE  ta' vetturi fir-rigward tat-twaħħil tat-tajers tagħhom

Appendiċi 1

Dokument ta' informazzjoni (vettura)

Appendiċi 2

Ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip KE (vettura)

ANNESS IV

Rekwiżiti għal vetturi fir-rigward tat-twaħħil tat-tajers tagħhom

ANNESS V

Emissjoni ta' ħsejjes tajer/triq

Appendiċi 1

Metodu ta' ttestjar għal-livelli ta' ħoss tajer/triq, il-metodu ta' sewqan bil-magna mitfija

Appendiċi 2

Ir-rapport tat-test

ANNESS VI

Speċifikazzjonijiet dwar is-sit tat-test

 ANNESS VII 

 Direttiva mħassra flimkien ma' lista tal-emendi suċċessivi tagħha/Lista tal-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni 

 ANNESS VIII 

 Tabella ta' Korrelazzjoni 

(It-test tal-Annessi mhuwiex riprodott hawnhekk minħabba raġunjijiet tekniċi. Għal dak it-test, jekk jogħġbok irreferi għall-proposta tal-Kummissjoni COM(2011)0120).

(1) ĠU C 248, 25.8.2011, p. 153.
(2) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.
(3) ĠU C 248, 25.8.2011, p. 153.
(4) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2011.
(5) ĠU L 129, 14.5.1992, p. 95.
(6) Ara l-Anness VII, Parti A.
(7) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
(8) Id-dokument tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa E/ECE/324 (E3/ECE/TRANS/505) REV ‐ ADD 29, tal-1.4.1975 u l-emendi tiegħu 01,02 u s-supplimenti.
(9) Id-dokument tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa E/ECE/324 (E/ECE/TRANS/505) REV ‐ ADD 53 u s-supplimenti.
(10) Id-dokument tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa E/ECE/324 (E/ECE/TRANS/505) REV ‐ ADD 63 u s-supplimenti.
(11) Id-dokument tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa E/ECE/324 (E/ECE/TRANS/505) REV 2 ‐ ADD.116 u l-emenda tiegħu 0u s-supplimenti.
(12) Ippubblikat bħala Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).
(13) Ir-rekwiżiti tekniċi għat-tyres huma simili għal dawk tar-Regolamenti Nri 30 u 54 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE).


Soluzzjoni alternattiva tat-tilwim fi kwistjonijiet ċivili, kummerċjali u familjari
PDF 419kWORD 95k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar soluzzjoni alternattiva tat-tilwim fi kwistjonijiet ċivili, kummerċjali u familjari (2011/2117(INI)
P7_TA(2011)0449A7-0343/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 67 u 81(2)(g) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' konsultazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Dwar l-użu tas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim bħala mezz biex jissolva tilwim relatat ma' transazzjonijiet kummerċjali u prattiċi fl-Unjoni Ewropea” tat-18 ta' Jannar 2011 u d-dokument bit-titolu “Sommarju tat-tweġibiet milqugħa” ippubblikat f'April 2011,

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' konsultazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Soluzzjoni alternattiva tat-tilwim fil-qasam tas-servizzi finanzjarji” tal-11 ta' Diċembru 2008 u d-dokument bit-titolu “Sommarju tat-tweġibiet għall-konsultazzjoni pubblika dwar soluzzjoni alternattiva tat-tilwim fil-qasam tas-servizzi finanzjarji” tal-14 ta' Settembru 2009,

–  wara li kkunsidra l-Green Paper dwar soluzzjoni alternattiva tat-tilwim fil-liġi ċivili u kummerċjali tad-19 ta' April 2002 (COM(2002)0196),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-prinċipji applikabbli għall-korpi involuti fis-soluzzjoni extraġudizzjarja tat-tilwim tal-konsumaturi(1) u tal-4 ta' April 2001 rigward il-prinċipji għall-korpi extraġudizzjarji involuti fis-soluzzjoni konsenswali tat-tilwim tal-konsumaturi(2),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' April 2011 intitolata “L-Att dwar is-Suq Uniku - Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzar tal-fiduċja - ”Flimkien għal tkabbir ġdid'' (COM(2011)0206),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 2000 dwar netwerk madwar il-Komunità ta' korpi nazzjonali għas-soluzzjoni extraġudizzjarja tat-tilwim tal-konsumaturi(3) u n-Netwerk Extraġudizzjarju Ewropew (EEJ-Net) stabbilit fis-16 ta' Ottubru 2001,

–  wara li kkunsidra l-Memorandum ta' Fehim dwar Netwerk ta' Lmenti Extraġudizzjarji Transkonfinali għas-Servizzi Finanzjarji fiż-Żona Ekonomika Ewropea tat-30 ta' Marzu 1998 u FIN-NET,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta' Mejju 20011 li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali(4).

–  wara li kkunsidra l-Kodiċi tal-Kondotta Ewropea tal-Medjaturi (minn hawn “il quddiem: ”Kodiċi tal-Kondotta“) stabbilit fl-2004,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta' Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta' medjazzjoni f'materji ċivili u kummerċjali(5),

–  wara li kkunsidra l-istudju intitolat “L-ispiża ta' Non ADR – Stħarriġ u Turija tal-Ispejjeż Propji ta' Litigazzjoni Kummerċjali Intra-Komunitarja”, tad-9 ta' Ġunju 2010, miċ-Ċentru ADR, Ruma, l-Italja,

–  wara li kkunsidra l-konstatazzjonijiet tal-Bord bi Prova dwar in-Negozju Ewropew (EBTP) dwar “Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim”, għall-perjodu mis-17 ta' Diċembru 2010 sas-17 ta' Jannar 2011,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2003 dwar il-Green Paper tal-Kummissjoni dwar soluzzjoni alternattiva tat-tilwim fil-liġi ċivili u kummerċjali(6),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2007 ibbażata fuq ir-rapport tal-Kumitat ta' Inkjesta dwar il-Kriżi tal-Equitable Life Assurance Society(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar iż-Żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini - Il-Programm ta' Stokkolma(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' April 2011 dwar il-governanza u s-sħubija fis-suq uniku(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2011 dwar l-implimentazzjoni tad-direttiva dwar il-medjazzjoni fl-Istati Membri, l-impatt tagħha fuq il-medjazzjoni u l-adozzjoni tagħha mill-qrati(10),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0343/2011),

A.  billi l-aċċess għall-ġustizzja huwa dritt fundamentali,

B.  billi żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, kif stabbilit fit-Trattati, għandha tissodisfa l-ħtiġijiet taċ-ċittadini u n-negozji, pereżempju permezz tal-ħolqien ta' proċeduri iktar sempliċi u ċari, filwaqt li jittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja,

C.  billi l-objettivi tal-proċess ġudizzjarju u s-soluzzjoni alternattiva tat-tilwim huma konnessi mill-qrib u jfittxu jerġgħu jistabbilixxu malajr il-paċi ġuridika bejn il-partijiet fit-tilwima, jipproteġu b'mod addattat liġi sostantiva suġġettiva u jirregolaw il-kunflitti bejn il-partijiet,

D.  billi soluzzjoni alternattiva tat-tilwim (ADR), li tgħin lil dawk involuti jevitaw proċeduri aġġudikanti tradizzjonali, tista' tkun alternattiva rapida u kosteffiċjenti għal-litigazzjoni,

E.  billi l-ADR hija mekkaniżmu biex jintlaħqu soluzzjonijiet barra l-qorti billi l-konsumaturi u l-kummerċjanti jiġu megħjuna jsolvu l-kunflitti permezz tal-intervent ta' terza parti (medjatur jew arbitru),

F.  billi, f'bosta pajjiżi, l-awtoritajiet pubbliċi - inklużi l-ombudsmen u l-awtoritajiet regolatorji - għandhom rwol importanti biex jinkoraġġixxu s-soluzzjoni tal-kunflitti,

G.  billi t-tisħiħ tal-fiduċja taċ-ċittadini fis-suq intern u l-fiduċja fl-infurzar tad-drittijiet fit-tilwim transkonfinali jistgħu jikkontribwixxu għall-istimulazzjoni tal-ekonomija tal-UE,

H.  billi l-għarfien u l-fehim taċ-ċittadini tal-UE tal-iskemi tal-ADR fl-Ewropa kollha huma ftit u konfużi, b'perċentwal żgħir biss ta' ċittadini li jafu kif jagħmlu lment quddiem korp tal-ADR,

I.  billi hu importanti li jkun żgurat reklamar aħjar tal-eżistenza tal-mekkaniżmi tal-ADR u li jsir iktar biex il-konsumaturi u l-professjonisti jitħeġġu jużawhom bħala alternattiva għall-proċedimenti fil-qorti, sabiex ikun possibbli li jiġi evitat approċċ konfrontazzjonali u jiġi offrut il-prospett ta' sitwazzjoni ta' rebħ għaż-żewġ naħat,

J.  billi għandu jinsab approċċ bilanċat li min-naħa jikkunsidra l-flessibbiltà tas-sistemi tal-ADR u min-naħa l-oħra tal-bżonn ta' garanzija tal-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-proċeduri ekwitabbli,

K.  billi l-Parlament talab bosta drabi għal iktar sforzi biex tiġi żviluppata l-ADR, billi talab lill-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva dwar l-użu tal-ADR fl-UE sal-aħħar tal-2011 fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' April 2011 dwar Governanza u Sħubija fis-Suq Uniku,

L.  billi l-Kummissjoni inkludiet proposta leġiżlattiva dwar l-ADR, fil-Programm ta' Ħidma tagħha tal-2011 bħala inizjattiva strateġika u fil-komunikazzjoni tagħha tat-13 ta' April 2011 dwar “Att dwar is-Suq Uniku”, bħala wieħed mit-tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzar tal-fiduċja, bl-għan li l-konsumatur jingħata s-setgħa,

M.  billi l-iskadenza għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/52/KE skadiet fil-21 ta' Mejju 2011,

Approċċ orizzontali għal ADR

1.  Jilqa' l-konsultazzjoni reċenti tal-Kummissjoni dwar l-ADR li, minkejja it-titolu wiesa' tagħha, hi mmirata esklussivament lejn it-transazzjonijiet tal-konsumatur;

2.  Jemmen, madankollu, li l-ADR tifforma parti minn aġenda ġenerali tal-“ġustizzja għat-tkabbir” f'diversi setturi; hu tal-opinjoni li kwalunkwe approċċ għall-ADR għandu jmur lil hinn mit-tilwim tal-konsumatur sabiex ikunu inklużi transazzjonijiet minn negozju għal negozju (B2B) ċivili u kummerċjali, kemm jekk jitwettqu bejn negozji privati kif ukoll bejn negozji pubbliċi, tilwim familjari u każijiet ta' malafama u t-tilwim l-ieħor ta' interess ġenerali jew dawk bejn partijiet bi statut ġuridiku differenti;

3.  Jilqa' l-fatt li d-Direttiva 2008/52/KE armonizzat xi standards għall-medjazzjoni; jenfasizza li jeħtieġ li jiġu definiti termini komuni u jinżammu garanziji proċedurali fl-oqsma kollha tal-ADR; iħoss il-ħtieġa li għandha terġa' ssir referenza għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-1998 u l-2001 u l-Kodiċi ta' Kondotta;

4.  Iqis li, filwaqt li l-awtoregolamentazzjoni tibqa' importanti, l-azzjoni leġiżlattiva li tistabbilixxi l-istandards minimi li fuqhom skemi tal-ADR jistgħu jkunu bbażati hi meħtieġa sabiex ikun ipprovdut qafas għall-ADR fi ħdan is-sistemi legali tal-Istati Membri, kif jidher fl-eżempju tad-Direttiva 2008/52/KE; jenfasizza li fi kwalunkwe qafas bħal dan għandu jiġi żgurat li d-diversità mhux qed tiġi limitata fil-qasam tal-ADR peress li mhemmx soluzzjoni standard li tista' ssolvi l-problemi varji li jistgħu jinħolqu fis-setturi legali differenti;

5.  Jenfasizza l-bżonn ta' fehim aħjar tat-tipi differenti ta' mekkaniżmi u proċessi (inklużi l-attivitajiet ta' awtoritajiet pubbliċi bħall-ombudsmen) li ta' spiss jaqgħu taħt it-terminu ġeneriku tal-ADR; jemmen li, anki jekk jeżisti numru kbir ta' similaritajiet fost it-tekniki tan-negozjar u tal-għajnuna għas-soluzzjoni tat-tilwim li huma ġeneralment preżenti fis-sistemi tal-ADR, l-istruttura u l-arkitettura tal-ADR ivarjaw b'mod konsiderevoli skont l-Istati Membri;

6.  Jemmen li miżuri leġiżlattivi adottati fuq il-livell tal-Unjoni Ewropea jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-ADR u jinkoraġġixxu lill-persuni fiżiċi u ġuridiċi jagħmlu użu minnha aktar ta' spiss, b'mod partikolari fil-każ ta' tilwim transkonfinali, hekk kif il-proċeduri ġuridiċi biex isolvu dan it-tip ta' tilwim isiru aktar kumplessi, aktar għaljin u jieħdu aktar fit-tul;

7.  F'dan il-kuntest, jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva dwar l-użu ta' soluzzjoni alternattiva tat-tilwim għall-kwistjonijiet tal-konsumaturi fl-UE sa tmiem l-2011 u jenfasizza l-importanza tal-adozzjoni rapida tagħha;

Standards komuni għal ADR

8.  Jemmen li l-istandards tal-ADR għandhom jinkludu: adeżjoni ma'/qbil dwar ADR; indipendenza, trasparenza, effikaċja, ekwità, imparzjalità u kunfidenzjalità; effetti fuq il-limitazzjoni u l-preskrizzjoni; inforzabbiltà ta' ftehimiet li jirriżultaw minn ADR; kwalifika tal-partijiet terzi;

9.  Huwa tal-fehma li l-korpi tal-ADR għandhom ikunu suġġetti għal evalwazzjonijiet u kontrolli regolari minn evalwaturi indipendenti;

10.  Sabiex ma jkunx hemm preġudizzju għall-aċċess għall-ġustizzja, jiċħad kull impożizzjoni ġeneralizzata ta' sistema obbligatorja tal-ADR fil-livell tal-UE, iżda jissuġġerixxi li għandha tiġi evalwata sistema obbligatorja għat-tressiq ta' lmenti mill-partijiet sabiex jiġu eżaminati l-possibilitajiet ta' ADR;

11.  Jattira l-attenzjoni għall-“konċiljazzjoni konġunta” Taljana bħala eżempju ta' mudell ta' prattika tajba bbażat fuq protokoll konkluż u ffirmat min-kumpanniji u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, li fih il-kumpanija taqbel minn qabel li tuża l-ADR biex isolvi t-tilwim kollu li jista' jinħoloq fl-oqsma koperti mill-protokoll;

12.  Jenfasizza li kwalunkwe klawsola tal-ADR ma għandhiex ixxekkel l-aċċess għall-ġustizzja, partikolarment min-naħa tal-parti iktar dgħajfa, li f'ċerti ċirkostanzi, tista' tkun ukoll SME, u għalhekk iqis f'dan il-kuntest li d-deċiżjonijiet ta' ADR għandhom ikunu vinkolanti biss jekk il-partijiet involuti jkunu laħqu qbil b'mod espliċitu dwar dan;

13.  Hu tal-opinjoni li b'mod ġenerali l-ADR għanda tirrispetta l-obbligu li tiżvela ċ-ċirkostanzi li jaffettwaw l-indipendenza tal-parti terza jew li jwasslu għal kunflitt ta' interessi u d-dmir li l-partijiet kollha jiġu ttrattati bl-istess mod, kif stipulat fil-Kodiċi tal-Kondotta;

14.  Jitlob li l-partijiet ikkonċernati u, jekk ikun il-każ, kif jinsab fil-Kodiċi tal-Kondotta, biex iżommu l-informazzjoni dwar ADR kunfidenzjali; qed iqis ukoll, fejn applikabbli, iktar miżuri b'ambitu wiesa“, bħall-ħolqien ta' privileġġ professjonali, f'parallell ma' dak ipprovdut fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/52/KE;

15.  Jinnota madankollu li, filwaqt li r-rispett tal-kunfidenzjalità tad-dejta personali huwa importanti, għandu jkun garantit ukoll ċertu livell ta' trasparenzali fil-proċedura tal-ADR toffri, sabiex l-Istati Membri u l-korpi tal-ADR ikunu jistgħu jelenkaw u jikkondividu l-aħjar prattiki u sabiex l-awtoritajiet regolatorji indipendenti jkollhom l-possibbiltà li jeżaminaw il-proċedura jekk jitressu lmenti;

16.  Jemmen li mhijiex il-medjazzjoni biss iżda l-ADR b'mod ġenerali (l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/52/KE) li għandha taffettwa perjodi ta' restrizzjoni u preskrizzjoni; jagħraf ir-riskju li jirrriżulta minn bosta forom tal-ADR u r-riskju ta' dewmien abbużiv ta' proċedimenti tal-qorti; jinnota li l-istudju tal-fattibbiltà dwar il-Liġi Kuntrattwali Ewropea(11) jipprovdi għas-sospensjoni tal-preskrizzjoni fil-każ ta' proċedimenti ta' arbitraġġ u medjazzjoni, u f'ċerti sitwazzjonijiet ta' ADR oħra; jistieden lill-Kummissjoni tkompli taħdem fuq dan;

17.  Hu konvint li l-infurzar bil-ħeffa u irħisa ta' ftehimiet li jirriżultaw minn ADR hu indispensabbli, inkluż dak transkonfinali; jitlob għal miżuri leġiżlattivi għal dawn il-finijiet;

18.  Ifakkar li t-taħriġ speċifiku għal partijiet terzi newtrali hu essenzjali; jistieden lill-Kummissjoni tiġbor data dwar it-tip u l-estent tat-taħriġ meħtieġ, u biex tassisti lis-setturi fl-iżvilupp ta' skemi ta' taħriġ u ta' kontroll tal-kwalità;

ADR f'diversi oqsma

19.  Jappoġġa lill-Kummissjoni fl-intenzjoni tagħha li tħeġġeġ l-użu ta' mezzi alternattivi ta' soluzzjoni tat-tilwim li jkunu aċċessibbli, rapidi, effettivi u rħas u li jkunu jistgħu jippermettu li jiġu stabbiliti u li jinżammu relazzjonijiet kummerċjali, ekonomiċi, soċjali u ta' viċinanza li jkunu ta' kwalità tajba u bbażati fuq il-fiduċja, u li jikkontribwixxu għal livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur f'sitwazzjoni fejn iż-żewġ naħat jirbħu, b'benefiċċji għaż-żewġ naħat meta mqabbla mal-prattika ġudizzjarja kurrenti;

20.  Jenfasizza li, għalkemm hemm diversi sistemi ta' ADR li joperaw b'mod effettiv fl-Ewropa bħalissa, wieħed mill-ostakli prinċipali għall-użu tagħhom huwa n-nuqqas ta' żvilupp ugwali ta' tali sistemi fl-UE, kemm f'termini ġeografiċi, kif ukoll f'termini settorjali; jissuġġerixxi, għalhekk, li n-nuqqasijiet eżistenti fir-rigward tal-kopertura ġeografika tal-ADR fl-Ewropa għandhom jitranġaw b'mod rapidu; jiddeplora l-lakuni settorjali maġġuri li għad hemm fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, filwaqt li jippromwovi t-titjib ta' kopertura settorjali li tinvolvi persuni li jkunu jifhmu l-mod kif jiffunzjona settur partikolari; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex iqisu li jdaħħlu punti uniċi ta' kuntatt għal kull settur, li jipprovdu informazzjoni dwar kif tinbeda soluzzjoni alternattiva tat-tilwim;

21.  Ifakkar li ADR hi ta' interess partikolari għall-SMEs; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tqis is-sinerġiji bejn l-ADR u strument fil-liġi kuntrattwali tal-UE; jilqa' wkoll gwida dwar il-klawsola tal-ADR f'kuntratti standard;

22.  Jagħraf il-kisbiet tan-netwerks FIN-NET, ECC-Net u SOLVIT iżda jemmen li, fir-rigward l-informazzjoni tal-partijiet u l-finanzjament, għad hemm lok għal titjib u jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa, issaħħaħ u żżid il-kapaċitajiet tal-korpi eżistenti bħal dawn li wrew l-effikaċja u l-valur tagħhom;

23.  Jagħraf potenzjal kbir għall-ADR onlajn, partikolarment għal ilmenti iżgħar; jinnota li l-proċeduri ta' ADR tradizzjonali jeżistu onlajn flimkien ma' oħrajn li jfittxu jipprevjenu t-tilwim jew li jiffaċilitaw is-soluzzjoni tat-tilwim; jenfasizza li, fejn ADR tradizzjonali titwettaq onlajn, l-istandards proċedurali ma għandhomx ikunu iktar baxxi, u li l-kwistjonijiet bħall-inforzabbiltà ta' għotjiet għandhom jissolvu; iqis li sistemi ta' marka ta' fiduċja onlajn jipprovdu benefiċċju partikolari; jiġbed l-attenzjoni lejn ix-xogħol tal-Grupp ta' Ħidma UNICTRAL dwar is-Soluzzjoni Onlajn tat-Tilwim(12), maħsub għat-transazzjonijiet B2B u minn negozju għal konsumatur (B2C);

24.  Jemmen li “ġerarkija” ta' sejba ta' soluzzjoni – li fiha, l-ewwel, skema ta' tressiq ta' lmenti fis-sistema stess (in-house), u t-tieni, l-ADR u, bħala l-aħħar possibbiltà biss, litigazzjoni – se tnaqqas mill-ħin u l-ispejjeż; jitlob lill-Kummissjoni tgħin lis-setturi fil-promozzjoni ta' sistemi bħal dawn;

25.  Jenfasizza r-rwol kruċjali ta' ċerti tipi ta' ADR f'tilwim familjari, fejn tista' tnaqqas il-ħsara psikoloġika, tista' tgħin lill-partijiet jerġgħu jibdew jikkomunikaw u b'hekk, b'mod partikolari, tgħin fl-iżgurar tal-protezzjoni tat-tfal; jagħraf il-potenzjal tal-ADR transkonfinali, b'mod partikolari f'termini tal-flessibbiltà tagħha; jiġbed l-attenzjoni wkoll lejn ix-xogħol tal-Medjatur tal-Parlament Ewropew għas-Sekwestru Internazzjonali ta' Tfal mill-Ġenituri;

26.  Jaqbel mal-Kummissjoni li l-aċċess xieraq għar-rimedju fis-suq intern jirrikjedi kemm il-possibilità li wieħed ikun jista' jirrikorri faċilment għall-ADR kif ukoll l-eżistenza ta' sistema effettiva għall-ilmenti kollettivi, filwaqt li t-tnejn huma kumplimentari u mhumiex esklussivi reċiprokament;

27.  Jagħraf il-potenzjal tal-ADR fi ħdan id-diskussjoni attwali dwar rimedju kollettiv, bil-kundizzjoni li r-rimedju tal-ADR jikkostitwixxi mezz effikaċi biex jiġi evitat ir-rimedju għall-qrati biex tiġi solvuta tilwima;

28.  Jagħraf il-ħtieġa ta' ADR fil-livell tal-UE, fil-qasam tal-libertà tal-istampa u d-drittijiet ta' personalità, minħabba li f'każijiet ta' malafama u ksur ta' drittijiet tal-personalità b'mod partikolari, l-ispejjeż tal-proċedimenti legali, partikolarment f'xi Stati Membri, jistgħu jagħmlu l-ħsara, u li ADR tista' tgħin biex tittejjeb is-sitwazzjoni eżistenti;

L-ADR bħala mekkaniżmu biex jiġu riżolti t-tilwimiet fil-qasam tal-konsumatur

29.  Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-konsumaturi Ewropej ikollhom aċċess għas-sistemi tal-ADR għal tilwim fil-livell transnazzjonali kif ukoll dak nazzjonali, speċjalment fis-suq onlajn, li qed jikber sew fl-UE; jinnota li l-użu tas-sistemi tal-ADR tat-tilwim jaffordja livell ogħla ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumaturi u jtejjeb il-fiduċja tal-konsumaturi fis-suq, fin-negozji u fl-istituzzjonjiet tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumaturi billi jagħmilhom iktar attraenti, kif ukoll jippromwovi l-kummerċ transkonfinali u jżid il-prosperità tal-operaturi kollha fis-suq tal-UE;

30.  Jitlob li jkun hemm sistema effettiva ta' soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qrati għall-kwistjonijiet tal-konsumaturi li tkun operattiva fl-UE kollha;

31.  Jissuġġerixxi li l-proposta leġiżlattiva futura tal-Kummissjoni dwar l-użu tal-ADR għall-konsumaturi fl-UE tkun tinkorpora l-linji gwida li għandhom jiġu rispettati fil-qasam tas-sistemi tal-ADR stabbiliti fl-Ewropa, li huma dawn li ġejjin:

   indipendenza, imparzjalità u kunfidenzjalità: il-ħatra ta' medjaturi għandha tevita li jinħolqu konflitti ta' interessi; il-prinċipju ta' parteċipazzjoni konġunta ta' membri ta' assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lin-negozji jista' jservi ta' bażi utli biex tkun żgurata l-imparzjalità tar-riżultat;
   kompetenza: il-professjonisti inkarigati għandu jkollhom il-kapaċità, it-taħriġ u l-esperjenza ta' speċjalista biex jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom u għandhom ikunu imparzjali, indipendenti u kompetenti;
   effiċenza u ħeffa: il-medjaturi għandu jkollhom biżżejjed mezzi għad-dsipożizzjoni tagħhom (riżorsi umani, materjali u finanzjarji xierqa) u jkunu jistgħu jlaħħqu mal-iskadenzi qosra bejn ir-rikors u d-deċiżjoni;
   ekwità bejn il-konsumaturi u l-professjonisti, f'termini ta' informazzjoni kif ukoll ta' kunċett u ta' proċedura, u skambji miż-żewġ natħat, jiġifieri li ż-żewġ partijiet ikunu jistgħu jesprimu l-fehma tagħhom u jiffamiljarizzaw ruħhom mal-pożizzjoni u l-fatti sostnuti mill-parti l-oħra;
   finanzjament: il-problema tal-ispejjeż tal-ADR għandha tissolva biex jiġi żgurat li din l-għażla tattira lill-partijiet kollha kkonċernati; b'kunsiderazzjoni ta' dan, is-sistema għandha tkun bla ħlas, jekk tintrebaħ kawża, jew offruta bi spiża moderata ħafna lill-konsumatur;
   libertà tal-għażla u natura extraġudizzjarja: L-ADR għandha tkun fakultattiva u bbażata fuq ir-rispett tal-libertà tal-għażla li għandhom il-partijiet tul il-proċess kollu, filwaqt li jibqa' jkollhom il-possibilità li jagħżlu, fi kwalunkwe ħin, li jsolvu l-kwistjoni tagħhom quddiem il-qorti; fl-istess ħin, għandhom ikunu provduti garanziji li qed isiru sforzi ġenwini biex tinkiseb medjazzjoni b'suċċess; din fl-ebda każ m'għandha tikkostitwixxi l-ewwel pass obbligatorju qabel ma jinbeda proċediment ġudizzjarju, u d-deċiżjoni li tirriżulta minnha tista' tkun vikolanti biss jekk il-partijiet ikunu ġew infurmati dwar dan minn qabel u jkunu qablu magħha b'mod espliċitu; minkejja deċiżjoni bħal din, għandu xorta jkun possibbli li l-partijiet jagħżlu smigħ fil-qorti;
   proporzjonalità tal-proċedimenti, tad-deċiżjonijiet u tal-ispejjeż, biex jiġi evitat li l-impatt tagħhom imur lil hinn mill-objettiv u l-kontenut tat-tilwima; l-ispejjeż inkorsi għandhom ikunu proporzjonati għad-dannu mġarrab;
   trasparenza: minbarra li għandu jkun hemm informazzjoni ġenerali għad-dispożizzjoni (it-tip ta' tilwim, ir-regoli tar-rikors, il-metodi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, eċċ.), kwalunkwe persuna li taġixxi bħala medjatur għandha tkun obbligata tippubblika rapport annwali;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, għal dawk il-każijiet ta' tilwim tal-konsumaturi fil-livell transkonfinali, taħseb għal struttura ta' koordinazzjoni li tiffaċilita l-aċċess għas-sistemi tal-ADR nazzjonali u mmexxija min-negozju, u l-koordinazzjoni bejniethom;

33.  Jistieden lill-Kummissjoni, fil-kuntest tat-tilwim bejn il-konsumaturi tal-kummerċ elettroniku transkonfinali, biex tagħmel arranġamenti għall-introduzzjoni rapida ta' pjattaforma multilingwi li tagħmilha possibbli li l-konsumaturi jsolvu t-tilwim tagħhom kompletament onlajn, b'kunsiderazzjoni tal-fatt li din il-pjattaforma għandha tissodisfa l-istandards tal-kwalità u tkun ibbażata fuq sistemi eżistenti tal-ADR fl-Istati Membri;

34.  Hu tal-fehma li l-provvediment ta' informazzjoni għall-konsumaturi hija r-responsabilità maqsuma tal-awtoritajiet pubbliċi, tan-netwerks informattivi u konsultattivi, tar-regulaturi u tal-gruppi tal-konsumaturi, u jirrakkomanda li kull wieħed minn dawn, fil-livell rispettiv tiegħu, jagħmel kampanji ta' tqajjim ta' kuxjenza u proġetti piloti dwar is-suġġett;

35.  Jikkritika n-natura tal-bażi tad-data kurrenti tal-ADR tal-Kummissjoni li toħloq konfużjoni; jissuġġerixxi lill-Kumissjoni biex toħloq portal Ewropew tas-soluzzjoni alternattiva tat-tilwim, li jkun multilingwi, fejn il-konsumaturi kollha jkunu jistgħu jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom u jirċievu informazzjoni dwar il-mod kif għandhom jaġixxu għall-ADR, dwar l-implikazzjonijiet li jirriżultaw minnha, u d-drittijiet u l-obbligi tagħhom, li jibni fuq bażijiet tad-data u netwerks eżistenti; jenfasizza li, fl-interessi tal-konsumaturi, għandu jkun hemm enfasi fuq kemm hu faċli li jintuża u ċ-ċarezza tal-portal onlajn;

36.  Jenfasizza li l-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jiksbu l-informazzjoni onlajn relevanti kollha dwar is-soluzzjoni alternattiva tat-tilwim, tradotta kif xieraq bil-lingwi tagħhom stess, billi jintużaw magni ta' traduzzjoni onlajn aċċessibbli diġà u faċli biex jintużaw;

37.  Jenfasizza li l-għarfien tal-konsumaturi dwar l-eżistenza u l-benefiċċji tal-ADR qabel ma tinqala' xi tilwima tal-konsumaturi huwa kruċjali; jinsisti fuq il-ħtieġa li jissaħħaħ is-sens ta' responsabilità tan-negozji u tal-organizzazzjonijiet tan-negozju f'dan ir-rigward; iqis li n-negozji u l-federazzjonijiet tan-negozji għandhom l-obbligu li jinformaw lill-konsumaturi dwar il-mekkaniżmi eżistenti tal-ADR; jipproponi li din l-informazzjoni disponibbli “mill-bidu” għandha tinkludi referenza għall-possibilità ta' rikors għas-soluzzjoni alternattiva tat-tilwim fid-dokumenti kuntrattwali kollha, u għandha tinkludi wkoll, għall-professjonisti li jużawhom, id-dettalji tal-kuntatt u l-metodi tar-rikors ta' dawn is-sistemi takl-ADR; dan ir-rekwiżit, madankollu, għandu jevita spejjeż u burokrazija żejda;

38.  Jirrakkomanda, bl-għan li l-intrapiżi jiġu mħeġġa kemm jista' jkun, l-istabbiliment fil-livell Ewropew ta' marka tal-kwalità marbuta mal-medjazzjoni fi kwistjonijiet relatati ma' tilwim tal-konsumaturi, marka li tkun akkumpanjata minn linji gwida li jirrikonoxxu l-aħjar prattiki, sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jidentifikaw malajr in-negozji li jkunu għażlu sistemi tal-ADR; hu tal-fehma li għandha titwettaq analiżi tal-ispiża f'relazzjoni mal-benefiċċji dwar din il-proposta; jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tiżgura li l-marka tintuża u tiġi infurzata b'mod xieraq.

Il-passi li jmiss

39.  Jinnota li hemm ħtieġa ta' titjib fl-informazzjoni ġenerali dwar id-drittijiet u l-infurzar tagħhom u l-informazzjoni speċifika dwar l-iskemi tal-ADR, inkluż l-eżistenza, il-funzjonament u l-post tagħhom; huwa tal-opinjoni li l-programmi ta' informazzjoni għandhom jenfasizzaw ukoll il-vantaġġi prinċipali tal-għażla tal-ADR bħal l-ispiża meta mqabbla mal-proċedura ġudizzjarja, ir-rati ta' suċċess u r-rapidità meta mqabbla mal-proċedura ġudizzjarja; jemmen li dawn il-programmi għandhom ikunu mmirati partikolarment lejn iċ-ċittadini u l-SMEs; jemmen li ADR hi pprovduta bl-ikbar effikaċja f'netwerk qrib iċ-ċittadini u abbażi ta' ħidma konġunta mal-Istati Membri;

40.  Jistieden lill-Kummissjoni, fl-istess ħin, tieħu passi immedjati biex tiżgura li l-konsumaturi u n-negozji jsiru iktar konxji tal-istrumenti leġiżlattivi eżistenti, bħar-Regolament (KE) Nru 861/2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, id-Direttiva 2008/52/KE dwar ċerti aspetti ta' medjazzjoni f'materji ċivili u kummerċjali u r-Regolament (KE) Nru 805/2004 li joħloq Ordni Ewropew ta' Infurzar għal talbiet mhux kontestati; jipproponi, fid-dawl ta' dak l-għan, li l-awtoritajiet nazzjonali, il-qrati, l-assoċjazzjonijiet u l-kmamar ta' kummerċ, l-uffiċċji konsultattivi għall-konsumaturi, l-assikurati tal-ispejjeż legali u organizzazzjonijiet kompetenti oħra għandhom jiddaħħlu f'kampanja informattiva komprensiva; jitlob li jingħata appoġġ finanzjarju għal kampanji Ewropej u nazzjonali ta' dan it-tip;

41.  Jinnota li l-użu tal-qrati tat-talbiet żgħar f'diversi Stati Membri għadu sinifikattivament baxx u li għandu jsir iktar f'termini taċ-ċertezza legali, l-ostakli tal-lingwa u t-trasparenza tal-proċedimenti; jistieden lill-Kummissjoni biex tiddedika attenzjoni partikolari għal dawn il-korpi legali meta tifformula l-proposta leġiżlattiva tagħha dwar l-użu tal-ADR għall-kwistjonijiet tal-konsumaturi fl-UE;

42.  Jinnota li, fid-dawl tan-natura konċiljatorja tal-ADR, it-tilwim aktar għandu ċans jissolva b'mod vantaġġuż għall-partijiet kollha u jenfasizza li s-soluzzjonijiet misjuba mill-ADR huma ġeneralment rispettati; jemmen għaldaqstant li l-istatistika aġġornata dwar dawn il-mistoqsijiet għandha tiġi ppubblikata fl-istess waqt tal-informazzjoni pubblika fuq l-ADR

43.  Jistieden lill-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, biex tagħmel kampanji informattivi mmirati biex jedukaw u jqajmu l-kuxjenza kemm tal-konsumaturi kif ukoll tan-negozji fir-rigward tal-benefiċċji tal-użu ta' din l-istituzzjoni;

44.  Iqis li l-kampanji ta' informazzjoni dwar l-ADR għandhom iseħħu f'kooperazzjoni mal-kmamar tal-kummerċ, il-gruppi tal-konsumaturi u l-uffiċċji ta' kummerċ ekwu (jew l-ekwivalenti), b'mod li jigi garantita kampanja kkoordinata sew u effikaċi;

45.  Hu tal-fehma li l-provvediment ta' informazzjoni għan-negozji hija responsabilità kondiviża mill-awtoritajiet pubbliċi u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi, u jirrakkomanda li kull wieħed minn dawn, fil-livell rispettiv tiegħu, iwettaq kampanji ta' tqajjim ta' kuxjenza u proġetti piloti dwar is-suġġett;

46.  Jirrikonoxxi li wieħed mill-ostakli prinċipali tal-użu tas-sistemi tal-ADR huwa n-nuqqas ta' rieda min-naħa tan-negozji li jidħlu f'tali mekkaniżmi; jipproponi li l-kmamar tal-kummerċ, organizzazzjonijiet ġenerali kemm fil-livell nazzjonali u dak tal-UE, u korpi professjonali oħra jkunu marbuta li jinfurmaw lill-intrapriżi dwar l-eżistenza tal-ADR, dwar il-benefiċċji potenzjali tal-użu tagħha, b'mod partikolari fir-rigward ta': il-possibilità li jitnaqqsu sa mill-bidu l-proċeduri kontenzjużi; l-immaġni korporattiva; u fl-aħħarnett, il-possibilità li toffri l-ADR li jergħu jiġu stabbiliti relazzjonijiet kummerċjali ta' fiduċja bejn il-partijiet, kuntrarjament għal deċiżjoni ta' arbitraġġ jew sentenza ġudizzjarja;

47.  Jitlob lill-Kummissjoni, fuq il-bażi tad-data miġbura u valutazzjoni tal-impatt soda b'mod konformi mar-regoli fil-qasam ta' regolarizzazzjoni aħjar, teżamina l-istabbiliment tal-istandards minimi tal-ADR f'setturi differenti, filwaqt li tiżviluppa skemi eżistenti u tħeġġeġ lill-Istati Membri u s-setturi koperti mill-iskemi jżidu l-finanzjament, fid-dawl tal-fatt li l-ADR ma għandhiex tkun “ġustizzja bl-irħis”, minkejja li tipprovdi lill-partijiet b'alternattiva rħisa;

o
o   o

48.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 115, 17.4.1998, p. 31.
(2) ĠU L 109, 19.4.2001, p. 56.
(3) ĠU C 155, 6.6.2000, p. 1.
(4) ĠU L 174, 27.6.2001, p. 25.
(5) ĠU L 136, 24.5.2008, p. 3.
(6) ĠU C 61 E, 10.3.2004, p. 256.
(7) ĠU C 146 E, 12.6.2008, p. 110.
(8) ĠU C 285E, 21.10.2010, p. 12.
(9) Testi adottati, P7_TA(2011)0144.
(10) Testi adottati, P7_TA(2011)0361.
(11)http://ec.europa.eu/justice/policies/consumer/docs/explanatory_note_results_feasibility_study_05_2011_en.pdf.
(12) http://www.uncitral.org/uncitral/commission/working_groups/3Online_Dispute_Resolution.html.


Kwittanza 2009: baġit ġenerali tal-UE, Il-Kunsill
PDF 385kWORD 64k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima II – Kunsill (C7-0213/2010 – 2010/2144(DEC))
P7_TA(2011)0450A7-0328/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 (SEC(2010)0963 – C7-0213/2010)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kunsill għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2009,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti pprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea(4),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2011(5) li tipposponi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2009, kif ukoll ir-riżoluzzjoni ta' ma' dik id-deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 190/2003 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/ir-Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u tas-Sigurtà Komuni dwar ir-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tad-delegati tal-Membri tal-Kunsill(7),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta' Mejju 2006, dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(8),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0328/2011),

1.  Jiċħad il-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2009;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2011 li tinkludi osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima II – Il-Kunsill (C7-0213/2010 – 2010/2144(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009(9),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 (SEC(2010)0963 – C7-0213/2010)(10),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kunsill għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2009,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(11),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti pprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea(12),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2011(13) li tipposponi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2009, kif ukoll ir-riżoluzzjoni ta' ma' dik id-deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(14) (Regolament Finanzjarju), u b'mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 190/2003 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/ir-Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u tas-Sigurtà Komuni dwar ir-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tad-delegati tal-Membri tal-Kunsill(15),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta' Mejju 2006, dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(16),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0328/2011),

A.  billi “ċ-ċittadini għandhom id-dritt li jkunu jafu kif it-taxxi tagħhom qed jintefqu u kif qed tiġi mmaniġġjata s-setgħa fdata f'idejn il-korpi politiċi”(17),

B.  billi l-amministrazzjoni tal-Kunsill għandha tkun soġġetta għall-obbligu demokratiku ta' rendikont lejn ċ-ċittadini tal-Unjoni fejn tidħol l-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni,

C.  billi huwa importanti wkoll li tiġi żgurata trasparenza akbar fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u ċ-ċittadini Ewropej għandhom id-dritt ikunu infurmati aħjar f'dan ir-rigward ukoll, il-Parlament jilqa' l-ftehim milħuq mal-Kunsill dwar is-suġġett ta' tabelli ta' korrelazzjoni,

D.  billi l-Parlament huwa l-uniku korp elett direttament fost l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u għandu r-responsabbiltà li jagħti kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea,

Kwestjonijiet pendenti

1.  Jiddeplora d-diffikultajiet li nstabu fil-proċeduri ta' kwittanza mill-2007 sal-2009 u, barra minn hekk, jafferma mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu fir-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza preċedenti tiegħu dwar dawk l-eżerċizzji finanzjarji;

2.  Jirrikonoxxi r-riċeviment tal-ittra tat-28 ta' Frar 2011 li ntbagħtet mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill li fiha għadd ta' dokumenti għall-proċedura ta' kwittanza tal-Kunsill 2009 (id-dikjarazzjonijiet finanzjarji finali tal-2009 li jinkludu l-kontijiet, rapport dwar l-attività finanzjarja u sommarju tal-verifiki interni għall-2009) u jilqa' dan bħala pass kostruttiv lejn l-iżgurar tal-obbligu demokratiku ta' rendikont tal-baġit amministattiv tal-Kunsill;

3.  Jilqa' l-fatt li l-Kunsill ressaq id-dokumenti msemmija hawn fuq lill-Parlament u li l-Presidenza tal-Kunsill ipparteċipat fil-Plenarja waqt id-dibattitu ta' kwittanza 2009; ifakkar, madanakollu, li l-kwittanza ġiet posposta peress li l-Parlament ma rċieva l-ebda risposta għal numru ta' kwestjonijiet pendenti dwar il-kwittanza tal-Kunsill 2009 li tqajmu fi stadju aktar bikri, jiġifieri:

   (a) l-amministrazzjoni tal-Kunsill ma aċċettat l-ebda invit biex tiltaqa' mal-Kumitat tal-Parlament responsabbli għall-proċedura ta' kwittanza sabiex tiddiskuti kwestjonijiet li jikkonċernaw l-eżekuzzjoni tal-baġit tal-Kunsill għall-2009 u konsegwentament il-Parlament għadu jeħtieġ konferma tar-rieda tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill li jidher personalment f'laqgħa tal-Kumitat responsabbli għall-proċedura ta' kwittanza u jwieġeb il-mistoqsijiet tal-membri tal-kumitat;
   (b) Il-Parlament ma rċeviex l-informazzjoni u d-dokumenti mitluba fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2011 mill-amministrazzjoni tal-Kunsill;

Id-dritt tal-Parlament għall-għoti ta' kwittanza

4.  Jieħu nota tal-ittra tat-2 ta' Ġunju 2011 mill-Presidenza tal-Kunsill lill-President tal-Parlament Ewropew li fiha l-Kunsill iqis “li l-kwittanza tal-kontijiet kollha tal-Unjoni għall-2009, inklużi tiegħu, ingħatat b'konformità mal-liġi Ewropea permezz ta' votazzjoni mill-Parlament fl-10 ta' Mejju 2011, b'konformità mal-Artikolu 319 tat-TFUE”;

5.  Jenfasizza d-dritt tal-Parlament li jagħti kwittanza, skont l-Artikolu 316, 317 u l-Artikolu 319 tat- TFUE, li għandhom jiġu interpretati fid-dawl tal-kuntest u l-fini tagħhom, li hu li jressaq l-implimentazzjoni tal-baġit kollu tal-Unjoni Ewropea għall-kontroll u skrutinju parlamentari mingħajr eċċezzjoni, u li jagħti kwittanza b'mod awtonomu mhux biss fir-rigward tat-taqsima tal-baġit implimentata mill-Kummissjoni, iżda wkoll fir-rigward tat-taqsimiet tal-baġit implimentati mill-istituzzjonijiet l-oħra, kif imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament Finanzjarju;

6.  Huwa tal-opinjoni li l-Artikolu 319 tat-TFUE u l-Artikolu 50 tar-Regolament Finanzjarju jeħtieġu li l-istituzzjonijiet l-oħra jirrispettaw l-istess regoli u kundizzjonijiet bħall-Kummissjoni fl-eżekuzzjoni tal-baġit tiegħu; iqis li, għaldaqstant, ir-responsabbiltà għall-implimentazzjoni ta' kull baġit taqa' f'idejn kull istituzzjoni rispettiva u mhux f'idejn il-Kummissjoni biss;

7.  Jenfasizza li, minkejja l-interpretazzjonijiet legali differenti tal-għeluq awtomatizzat tal-kontijiet, il-Parlament huwa tal-opinjoni li għall-intenzjonijiet u l-finijiet kollha, il-valutazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja tal-istituzzjoni matul is-sena eżaminata għandha titlesta, u b'hekk jinżamm l-ekwilibriju istituzzjonali preżenti, li bih il-Parlament hu responsabbli għall-iżgurartal-obbligu demokratiku tar-rendikont lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni;

8.  Iqis li r-raġunament legali msemmi hawn fuq kif ukoll il-prattika stabbilita li biha jiġu adottati deċiżjonijiet individwali dwar il-kwittanza fir-rigward ta' kull istituzzjoni u korp tal-Unjoni jsostnu din l-interpretazzjoni u, barra minn hekk, id-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għandhom jiġu adottati separatament għal raġunijiet operattivi sabiex jiġu evitati n-nuqqas ta' kontinwità u t-tfixkil tal-azzjoni tal-Unjoni;

9.  Huwa tal-opinjoni li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 147 tar-Regolament Finanzjarju u tal-Artikolu 256 tat-TFUE hi li n-nuqqas li jittieħdu l-passi xierqa għal aġir fuq l-osservazzjonijiet li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza tal-Parlament, jawtorizza lill-Parlament jagħti bidu għal azzjoni kontra n-nuqqas ta' aġir;

Rwol differenti għall-Parlament u l-Kunsill fil-proċedura ta' kwittanza

10.  Jinnota li, skont id-dikjarazzjoni tal-Presidenza tal-Kunsill waqt il-laqgħa tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-21 ta' Ġunju 2011, “il-memorandum ta' fehim” adottat mill-COREPER fit-2 ta' Marzu 2011 huwa maħsub biex jifforma l-bażi tar-relazzjonijiet bejn il-Parlament u l-Kunsill fir-rigward tal-kwittanza tal-baġits rispettivi tagħhom; jinnota wkoll li dan il-memorandum jeħtieġ reċiproċità sħiħa bejn il-Parlament u l-Kunsill fir-rigward tat-tressiq tad-dokumenti, it-tweġibiet għall-mistoqsijiet u laqgħa bilaterali li għandha tiġi organizzata kull sena bejn ir-rappreżentanti tal-Kunsill u l-kumitat tal-Parlament responsabbli għall-proċedura ta' kwittanza, kif ukoll is-Segretarji Ġenerali taż-żewġ istituzzjonijiet;

11.  Jirrispetta bis-sħiħ ir-rwol tal-Kunsill bħala l-awtorità li tirrakkomanda fil-proċedura ta' kwittanza annwali, kif previst fl-Artikolu 319 tat-TFUE; madanakollu, ma jaqbilx mal-Kunsill kieku dan kellu jqis li l-pożizzjoni tiegħu hija l-istess bħal dik tal-Parlament fir-rigward tal-għoti tal-kwittanza;

12.  Itenni li għandha tibqa' ssir distinzjoni fir-rigward tal-irwoli differenti tal-Parlament u tal-Kunsill fil-proċedura ta' kwittanza u li l-amministrazzjoni tal-Kunsill (is-Segretarjat Ġenerali tiegħu), flimkien mal-amministrazzjonijiet l-oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, inkluża l-amministrazzjoni nnifisha tal-Parlament, għandhom ikunu soġġetti għall-kontroll tal-Qorti tal-Awdituri u għandhom ikunu obbligati li jagħtu rendikont sħiħ liċ-ċittadini tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-baġits rispettivi tagħhom, permezz tal-proċedura ta' kwittanza kif stipulata fit-TFUE;

13.Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri twettaq il-kontroll tagħha fuq dawn l-istituzzjonijiet separatament mill-kontrolli tal-Kummissjoni u jenfasizza li l-element finali tal-katina tal-obbligu li jingħata rendikont għandu jkun il-kontroll demokratiku permezz tal-kwittanza mogħtija mill-Parlament;

14.  Ifakkar lill-Qorti tal-Awdituri bis-suġġeriment tal-Parlament li għandha twettaq valutazzjoni fil-fond tas-sistemi superviżorji u ta' kontroll fil-Kunsill, simili għall-valutazzjonijiet li wettqet fil-Qorti tal-Ġustizzja, l-Ombudsman Ewropew u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data waqt it-tħejjija tar-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri rigward is-sena finanzjarja 2010;

L-elementi prinċipali tal-kwittanza tal-Kunsill

15.  Ifakkar li n-nefqa tal-Kunsill għandha tiġi skrutinizzata bl-istess mod bħal dik tal-istituzzjonijiet l-oħra, u l-elementi fundamentali ta' tali skrutinju għandhom ikunu:

   (a) laqgħa formali bejn ir-rappreżentanti tal-Kunsill u l-Kumitat tal-Parlament responsabbli għall-proċedura ta' kwittanza, potenzjalment “in camera”, sabiex tingħata tweġiba għall-mistoqsijiet tal-membri tal-kumitat. Għal din il-laqgħa għandhom ikunu preżenti s-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, il-bureau tal-Kumitat responsabbli għall-proċedura ta' kwittanza, ir-rapporteur u l-membri li jirrappreżentaw il-gruppi politiċi (il-koordinaturi u/jew ix-shadow rapporteurs);
  (b) kif indikat fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Ġunju 2010(18) dwar il-proċedura ta' kwittanza tal-Kunsill 2008, li l-kwittanza għandha tkun ibbażata fuq id-dokumenti bil-miktub li ġejjin imressqa mill-istituzzjonijiet kollha:
   il-kontijiet tas-sena finanzjarja preċedenti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit tagħhom,
   dikjarazzjoni finanzjarja tal-assi u r-responsabilitajiet legali tagħhom,
   ir-Rapport dwar l-Attività Annwali rigward il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tagħhom,
   ir-rapport annwali tal-awditur intern tagħhom.

(1) ĠU L 69, 13.3.2009.
(2) ĠU C 308, 12.11.2010, p. 1.
(3) ĠU C 303, 9.11.2010, p. 1.
(4) ĠU C 308, 12.11.2010, p. 129.
(5) ĠU L 250, 27.9.2011, p. 23.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) Deċiżjoni li toħroġ mir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 (ĠU L 230, 28.8.2002, p. 7).
(8) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1..
(9) ĠU L 69, 13.3.2009.
(10) ĠU C 308, 12.11.2010, p.1.
(11) ĠU C 303, 9.11.2010, p. 1..
(12) ĠU C 308, 12.11.2010, p. 129..
(13) ĠU L 250, 27.9.2011, p. 23.
(14) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(15) Deċiżjoni li toħroġ mir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 (ĠU L 230, 28.8.2002, p. 7).
(16) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1..
(17) L-Inizjattiva Ewropea Favur it-Trasparenza.
(18) ĠU L 252, 25.9.2010, p. 22.


L-applikazzjoni tal-istadji tal-emissjonijiet għal tratturi b'karreġġjata dejqa ***I
PDF 286kWORD 37k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li temenda d-Direttiva 2000/25/KE għal dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tal-istadji tal-emissjonijiet għal tratturi b'karreġġjata dejqa [dojoq] (COM(2011)0001 – C7-0018/2011 – 2011/0002(COD))
P7_TA(2011)0451A7-0282/2011

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0001),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0018/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-16 ta' Marzu 2011(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn tar-rappreżentant tal-Kunsill permezz tal-ittra tal-21 ta' Settembru 2011 li japprova il-pożizzjoni tal-Parlament, skont it-termini tal-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0282/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Ottubru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2000/25/KE għal dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tal-istadji tal-emissjonijiet għal tratturi b'karreġġjata dejqa

P7_TC1-COD(2011)0002


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, id-Direttiva 2011/87/UE).

(1) ĠU C 132, 3.5.2011, p. 53


Magni introdotti fis-suq skont l-iskema tal-flessibilità ***I
PDF 287kWORD 43k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/68/KE rigward id-dispożizzjonijiet għal magni introdotti fis-suq skont l-iskema tal-flessibbiltà (COM(2010)0362 – C7-0171/2010 – 2010/0195(COD))
P7_TA(2011)0452A7-0080/2011

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0362),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0171/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Settembru 2010 (1),

–  wara li kkunsidra l-impenn tar-rappreżentant tal-Kunsill permezz tal-ittra tad-29 ta' Ġunju 2011 li japprova il-pożizzjoni tal-Parlament, skont it-termini tal-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0080/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewpropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Ottubru 2011bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/68/KE fir-rigward id-dispożizzjonijiet għal magni introdotti fis-suq skont l-iskema tal-flessibbiltà

P7_TC1-COD(2010)0195


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, id-Direttiva 2011/88/UE).

(1) ĠU C 48, 15.2.2011, p. 134.


Il-mobilità u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità
PDF 548kWORD 183k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-mobilità u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità u l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010-2020 (2010/2272(INI))
P7_TA(2011)0453A7-0263/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità (UN CRPD), u d-dħul fis-seħħ tagħha fil-21 ta' Jannar 2011, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità(1),

–  wara li kkunsidra l-Karta Komunitarja tad-Drittijiet Fundamentali Soċjali tal-Ħaddiema(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 10, 19 u 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol(3),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426) u l-pożizzjoni tal-Parlament tat-2 ta' April 2009 dwarha(4),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 bit-titolu ' Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv' (COM(2010)2020),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 98/376/KE tal-4 ta' Ġunju 1998 dwar karta tal-ipparkjar għall-persuni b'diżabilità(5),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Awwissu 2010 bit-titolu “Aġenda Diġitali għall-Ewropa” (COM(2010)0245),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Mejju 2000 bit-titolu “Lejn Ewropa mingħajr ostakoli għal persuni b'diżabilità” (COM(2000)0284),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Settembru 2001 bit-titolu “Ewropa- e 2002: Aċċessibbiltà tal-websajts pubbliċi u l-kontenut tagħhom” (COM(2001)0529),

–  wara li kkunsidra l-klassifikazzjoni internazzjonali ta' tħaddim, diżabilità u saħħa (ICF) stabbilita mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fit-22 ta' Mejju 2001 (riżoluzzjoni tal-Assemblea Dinjija tas-Saħħa (WHA) 54.21),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Novembru 2003 bit-titolu “Opportunitajiet indaqs għall-persuni b'diżabilità: Pjan ta' Azzjoni Ewropew” (COM(2003)0650),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Jannar 2003 bit-titolu “Lejn strument legalment vinkolanti tan-Nazzjonijiet Uniti li jippromwovi u jipproteġi l-jeddijiet u d-dinjità ta' persuni b'diżabilità” (COM(2003)0016),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Marzu 2005 bit-titolu “Green Paper ”Quddiem it-tibdiliet demografiċi, solidarjetà ġdida bejn il-ġenerazzjonijiet'' (COM(2005)0094),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2007 bit-titolu “Il-qagħda tal-persuna b'diżabilità fl-Unjoni Ewropea: il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew 2008-2009” (COM(2007)0738),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2010 bit-titolu “Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Qafas Ewropew għall-koeżjoni soċjali u territorjali” (COM(2010)0758),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2010 bit-titolu “Strateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020: Impenn mill-Ġdid għal Ewropa Mingħajr Ostakoli” (COM(2010)0636)

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà (“il-Protokoll Fakultattiv”), adottat fit- 13 ta' Diċembru 2006,

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “Il-promozzjoni tal-inklużjoni tas-suq tax-xogħol – L-irkupru mill-kriżi u t-tħejjija għall-Aġenda ta' Lisbona ta' wara l-2010” tat-30 ta' Novembru 2009,

–  wara li kkunsidra l-Petizzjoni 1454/2010 ta' Urzula Weber-Król,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-iffunzjonar u l-effetti tar-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 rigward id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru (COM(2011)0166),

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea (Każ C 13/05 rigward id-Direttiva 2000/78/KE – L-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol – Kunċett tad-diżabilità) tal-11 ta' Lulju 2006,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/707/UE tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 1988 dwar il-lingwi tas-sinjali għall-persuni nieqsa mis-smigħ(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Mejju 1989 dwar in-nisa u d-diżabilità(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Settembru 1992 dwar id-drittijiet tal-persuni li għandhom diżabilità mentali(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Diċembru 1995 dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-persuni b'diżabilità(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Mejju 1996 dwar id-drittijiet tal-persuni li jbatu bl-awtiżmu(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 1996 dwar “Karta tal-ipparkjar għall-persuni b'diżabilità – id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità(12),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' April 1997 dwar l-ugwaljanza tal-opportunità għall-persuni b'diżabilità(13),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ġunju 2003 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew “Lejn strument legalment vinkolanti tan-Nazzjonijiet Uniti għall-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet u d-dinjità tal-persuni b'diżabilità”(14),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni talt-12 ta' Jannar 2011 bit-titolu “Stħarriġ Annwali Dwar it-Tkabbir: l-avvanz tar-rispons komprensiv tal-UE għall-kriżi” (COM(2011)0011), u l-abbozz ta' rapport konġunt anness miegħu,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill 2011/308/UE tad-19 ta' Mejju 2011 dwar linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi(15),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2011 dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi tas-saħħa fl-UE(16),

–  wara li kkunsidra l-ftehim qafas dwar is-swieq tax-xogħol inklussivi, konkluż mis-sħab soċjali Ewropej fil-25 ta' Marzu 2010,

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-valuri u l-prinċipji komuni fis-sistemi tas-saħħa tal-Unjoni Ewropea (2006/C146/01),

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2010 dwar “Ekwità u saħħa fil-politiki kollha: is-solidarjetà fis-saħħa”,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċeduri tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A7-0263/2011),

A.  billi bħala ċittadini sħaħ, il-persuni b'diżabilità (inklużi d-diżabilitajiet fiżiċi u psikosoċjali) għandhom drittijiet indaqs u għandhom dritt għad-dinjità indiskutibbli, it-trattament ugwali, il-għajxien indipendenti u l-parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà,

B.  billi “l fuq minn 80 miljun ruħ, jew madwar 16% tal-popolazzjoni totali tal-Unjoni Ewropea, qed jgħixi b'diżabilità – inklużi nies bi problemi tas-saħħa mentali, b'mod speċjali fir-rigward tal-awtiżmu – u r-rata tal-impjegar tagħhom hija tal-anqas darbtejn dik tal-persuni li ma għandhomx diżabilità; billi l-persuni b'diżabilità jikkostitwixxu grupp vulnerabbli, li fosthom ir-rata tal-faqar hija 70% ogħla mill-medja; billi r-rata ta' impjegar għall-persuni b'diżabilità hija biss ta' madwar 45%, filwaqt li impjiegi ta' kwalità għolja jiżguraw indipendenza ekonomika u jrawmu r-realizzazzjoni personali; billi l-qgħad iżid ir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali, peress li tal-anqas kwart tal-popolazzjoni jsofru darba tul il-ħajja tagħhom minn xi problema tas-saħħa mentali u billi għal 10% minnhom din tista” twassal għal problemi kroniki tas-saħħa mentali, li jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm politiki attivi u b'miri speċifiċi biex tiġi miġġielda din is-sitwazzjoni persistenti; billi dan l-esponiment ogħla għar-riskju tal-faqar huwa r-riżultat ta' aċċess limitat mhux biss għall-impjiegi u t-taħriġ iżda wkoll għall-kura tas-saħħa u t-trattament xieraq,

C.  billi l-gruppi l-aktar emarġinati fis-soċjetà huma dawk l-aktar milquta minn sitwazzjoni ta' kriżi, u billi l-persuni b'diżabilità huma wieħed mill-gruppi l-aktar milquta mill-kriżi finanzjarja fl-Ewropa,

D.  billi l-fatt li l-lakuni fl-implimentazzjoni tal-prinċipju eżistenti tat-trattament ugwali tal-persuni b'dizabilità qed jinġiebu regolarment għall-attenzjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet miċ-ċittadini kkonċernati,

E.  billi l-persuni b'diżabilità li jeħtieġu livelli għolja ta' appoġġ huma fost dawk l-aktar esklużi fis-soċjetà, u billi n-nisa li għandhom diżabilità ġeneralment huma fost il-membri l-aktar vulnerabbli u emarġinati tas-soċjetà u jesperjenzaw diskriminazzjoni u esklużjoni mill-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni, l-impjiegi u l-ħajja soċjali,

F.  billi s-suċċess tal-Istrateġija Ewropa 2020, li l-objettiv tagħha huwa li tiżviluppa tkabbir Ewropew li jkun intelliġenti (ibbażat fuq l-innovazzjoni u r-riċerka), sostenibbli u inklussiv, se jirrikjedi neċessarjament titjibiet strutturali fir-rigward tal-mobilità u l-inklużjoni tal-persuni b'diżabilità,

G.  billi din iċ-ċifra se tikber sostanzjalment fis-snin li ġejjin minħabba li inevitabilment il-piramida tal-etajiet se tinqaleb, peress li aktar minn terz tan-nies li għandhom aktar minn 75 sena għandhom xi diżabilità li tillimitahom sa ċertu punt u “l fuq minn 20% huma limitati konsiderevolment,

H.  billi l-Unjoni Ewropea formalment irratifikat il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, u billi din ġiet iffirmata wkoll mis-27 Stat Membru tal-UE kollha kemm huma u rratifikata minn 17 minnhom,

I.  billi l-kompetenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ħarsien kontra d-diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' diżabilit bħalissa hija limitata għall-impjegar, ix-xogħol u t-taħriġ vokazzjonali (2000/78/KE), u billi l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità hija ftehim imħallat li permezz tiegħu l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri għandhom obbligi fir-rigward tal-implimentazzjoni tiegħu u l-proposti u l-approċċi fi ħdan dan ir-rapport li għandhom jitqiesu u jiġu indirizzati fil-proposta tal-Kummissjoni li se toħroġ dalwaqt dwar Att Ewropew tal-Aċċessibilità,

J.  billi l-politiki soċjali mmirati lejn il-persuni b'diżabilità spiss jaqgħu fil-kompetenza tal-Istati Membri u għalhekk huma bbażati fuq tradizzjonijiet u wirt nazzjonali, użanzi soċjali, żvilupp ekonomiku u r-rwol importanti ħafna li jwettqu l-familji u l-assoċjazzjonijiet fil-għajnuna li jagħtu lill-persuni b'diżabilità biex jiksbu l-awtonomija u jintegraw ruħhom fis-soċjetà,

K.  billi d-diżabilità hija kunċett li qed jevolvi li jirriżulta mill-interazzjoni bejn persuni li għandhom xi defiċjenza u ostakoli attitudinali u ambjentali li jżommu lura l-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom fis-soċjetà fuq bażi ugwali mal-oħrajn u bl-istess dinjità,

L.  billi hemm relazzjoni qawwija bejn il-mobilità, id-diżabilità u l-inklużjoni soċjali, speċjalment fir-rigward tal-libertà u l-aċċess għall-komunikazzjoni (inkluż il-Braille u l-lingwi tas-sinjali u suriet alternattivi oħra ta' komunikazzjoni), il-libertà tal-moviment fl-oqsma kollha tal-ħajja u l-aċċess għas-servizzi; billi l-parteċipazzjoni sħiħa fl-aspetti kolla tas-soċjetà jeħtieġ li tiġi promossa, filwaqt li dak li jkun iżomm f'moħħu l-importanza tal-politiki Komunitarji li jirrigwardaw l-informazzjoni u t-teknoloġiji tal-komunikazzjoni, kif ukoll ir-robotika tad-dar u soluzzjonijiet ta' komunikazzjoni bl-Internet, u l-ħtieġa li dak li jkun jersaq lejn aċċessibilità sħiħa billi jiġu promossi standards kompatibbli fis-suq uniku u jiġi ffaċilitat it-tixrid tagħhom,

M.  billi l-aċċess għall-informazzjoni (Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali) u għall-kultura, kif stabbilit fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2003 dwar l-aċċessibilità tal-infrastruttura kulturali u tal-attivitajiet kulturali għall-persuni b'diżabilità, iwettaq irwol vitali fl-iżvilupp intellettwali tan-nies, inklużi n-nies b'diżabilità, u għalhekk għandu impatt dirett fuq l-opportunitajiet tagħhom ta' impjieg,

N.  billi l-persuni b'diżabilità għandhom id-dritt għal servizzi bbażati fil-komunità li jippromwovu għajxien indipendenti, id-dritt għal għajnuna personali, id-dritt għal indipendenza ekonomika u soċjali u parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà u għas-suq tax-xogħol; billi kieku l-attivitajiet ta' appoġġ kellhom jiġu rimunerati, kienu jgħoddu madwar 50% tal-PDG (il-Kummissjoni dwar il-Kejl tal-Prestazzjoni Ekonomika u l-Progress Soċjali, 21 ta' April 2010),

O.  billi l-ostakli għall-aċċessibilità għall-użu ta' servizzi u oġġetti offruti lil kulħadd huma ostakli sinifikanti għall-persuni b'diżabilità,

P.  billi l-persuni b'diżabilità f'xi Stati Membri u f'xi setturi jsofru minn diskriminazzjoni tul ħajjithom kollha u b'mod partikolari matul il-perjodu tal-edukazzjoni u t-taħriġ, minħabba nuqqas ta' għarfien u intervent bikrija għat-tfal u l-alljevi b'diżabilità, li jillimita l-opportunitajiet futuri tagħhom ta' impjieg,

Q.  billi fil-grupp ta' etajiet mis-16 sad-19-il sena r-rata tan-nonparteċipazzjoni fl-edukazzjoni hija ta' 37% għall-persuni b'diżabilità u ta' 25% għal dawk b'ċertu grad ta' diżabilità, meta mqabbla ma' 17% għal dawk mingħajr diżabilità,

R.  billi l-Artikolu 24 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Persuni b'Diżabilità, ratifikata mill-UE f'Diċembru 2010, jipprojbixxi l-esklużjoni mis-sistema edukattiva fuq il-bażi ta' diżabilità, u billi l-edukazzjoni inklussiva tirrappreżenta l-mezz l-aktar effettiv kif wieħed jikkumbatti l-attitudnijiet diskriminatorji, filwaqt li tibni soċjetà integrazzjonista u tikseb l-edukazzjoni għal kulħadd,

S.  billi n-nisa b'diżabilità spiss isofru diskriminazzjoni doppja, u billi l-gvernijiet jistgħu jegħlbu dan il-fenomenu billi jimplimentaw l-inklużjoni tal-ugwaljanza tas-sessi fl-oqsma relevanti kollha tal-politika tad-diżabilità,

T.  billi l-kriżi ekonomika tirrappreżenta sfida għall-impjiegi b'mod ġenerali u għall-persuni b'diżabilità b'mod partikolari, fejn iż-żieda fir-rata tal-qgħad hija konsiderevolment ogħla għall-persuni b'xi sura ta' diżabilità u l-biża' li qed dejjem tiżdied li l-benefiċċi tad-diżabilità jista' jkun li jintużaw biex jiġi kkontrollat il-priovvediment tax-xogħol,

U.  billi l-membri tal-familja tal-persuni b'diżabilità jsofru minn diskriminazzjoni b'assoċjazzjoni u miżuri li jappoġġjaw lill-familji min-naħa tagħhom se jkollhom impatt pożittiv fuq ir-realizzazzjoni sħiħa u ugwali tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità,

V.  billi fl-2007 petizzjoni b'1 364 984 firma ġiet sottomessa lill-Kummissjoni u fiha kien qed jintalab li l-persuni b'diżabilità jingħataw protezzjoni estensiva fil-politiki kollha tal-Unjoni Ewropea, u billi l-Kummissjoni sa issa naqset milli tqis kif dovut din l-inizjattiva leġittima,

Objettivi

1.  Jenfasizza li l-mira tal-iStrateġija Ewropa 2020 li 75% tal-popolazzjoni ta' bejn l-20 sal-64 sena jkollhom impjieg mhuwiex possibbli li tintlaħaq kemm-il darba din ma tinkludix il-popolazzjoni li għandha xi sura ta' diżabilità;

2.  Jenfasizza li l-infiq finanzjarju għall-ġid tal-persuni b'diżabilità, u l-investiment ekonomiku fihom, huwa investiment b'redditu fuq żmien twil fil-benesseri ta' kulħadd f'soċjetà sostenibbli fejn in-nies jistgħu jgħixu aktar u jaħdmu b'mod aktar effiċjenti taħt kundizzjonijiet aħjar; f'dan ir-rigward, jenfasizza li huwa inaċċettabbli fil-kuntest tal-miżuri pubbliċi ta' osterità li jsir tnaqqis mhux ġustifikat fis-servizzi għall-persuni b'diżabilità jew fil-proġetti maħsuba għall-inklużjoni soċjali tagħhom, peress li dan ikun ifisser li ma jkunux iggarantiti ċerti drittijiet bażiċi u inaljenabbli tal-persuni b'diżabilità; jemmen li, għall-kuntrarju, l-investiment f'dan il-qasam għandu jiżdied b'mod sostanzjali; itenni li s-servizzi tas-saħħa kollha fl-Unjoni Ewropea għandhom ikunu bbażati fuq il-valuri fundamentali tal-universalità, l-aċċess għal kura ta' kwalità għolja u s-solidarjetà;

3.  Josserva li tul il-kriżi finanzjarja kollha, li issa hemm sinjali li qed nirkupraw minnha, baqgħet teżisti solidarjetà intrinsika fis-soċjetajiet Ewropej; jagħraf għalkollox u jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm miżuri individwalizzati għall-persuni b'diżabilità li jirrikjedu, fuq il-bażi tal-livelli u l-karatteristiċi differenti tad-diżabilitajiet, jerġa' aktar appoġġ intensiv ibbażat fuq id-drittijiet u d-dinjità tal-bniedem kif ukoll ir-riskju ta' diskriminazzjoni, ħaġa li spiss mhijiex irrispettata u għalhekk jeħtieġ li tiġi enfasizzata permezz ta' kampanji Ewropej ta' sensibilizzazzjoni pubblika; jirrimarka li l-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità għandhom għalhekk jitqiesu fuq il-bażi tar-rekwiżiti speċifiċi tagħhom ħalli jkunu jistgħu jsiru arranġamenti adattati f'kull stadju tal-edukazzjoni u t-taħriġ u tal-ħajja professjonali;

4.  Jenfasizza l-importanza tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropea l-ġdida tad-Diżabilità 2010-2020 (EDS) u jitlob b'mod speċjali li jiġu fformulati azzjonijiet aktar dettaljati fil-livelli kollha tal-governanza bbażati fuq dejta affidabbli; iqis li l-prinċipju bażiku ta' “xejn dwar il-persuni b'diżabilità mingħajr persuni b'diżabilità” għandu jiġi osservat, jiġifieri l-persuni b'diżabilità jridu jiġu involuti fil-miżuri u d-deċizjonijiet kollha li jaffettwawhom;

5.  Jiddispjaċih li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità ma tinkludix perspettiva integrata tal-aspett tal-ugwaljanza bejn is-sessi jew kapitolu separat dwar politiki tad-diżabilità li jittrattaw is-sessi b'mod speċifiku, minkejja l-fatt li n-nisa b'diżabilità ta' spiss huma f'pożizzjoni aktar żvantaġġata mill-irġiel b'diżabilità u huma aktar spiss vittmi tal-faqar u l-esklużjoni soċjali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-aspetti li jirrigwardaw l-ugwaljanza tas-sessi fl-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità (EDS) 2010-2020 kollha kemm hi;

6.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm approċċ ġdid effiċjenti għad-diżabilità li jibda bil-ħolqien ta' Bord Ewropew għad-Diżabilità, li jkun jiltaqa' fuq bażi regolari u bl-involviment attiv tal-Parlament Ewropew u l-parteċipazzjoni ta' organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal- persuni b'diżabilità, kif ukoll task forces nazzjonali, bil-għan li jiġu żgurati mekkaniżmi aktar effettivi għall-koordinament u l-monitoraġġ – kif ukoll għall-evalwazzjoni – tal-implimentazzjoni tal-EDS fi ħdan il-programmi u l-istrateġiji tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri, skont il-prinċipji tas-sussidjarjetà;

7.  Ifakkar li soċjetà sostenibbli fejn in-nies jgħixu aktar fit-tul u fi stat ta' saħħa aħjar għandha timplika wkoll titjibiet fl-ippjanar taż-żoni urbani u komuni u fl-aċċessibilità tal-oġġetti u s-servizzi disponibbli, inkluż l-aċċess indaqs għat-teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, ħalli tittejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-persuni b'diżabilità u tiġi prevenuta l-esklużjoni soċjali;

Id-drittijiet ċivili u tal-bniedem

8.  Jitlob li jiġu rispettati għalkollox il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u li jingħata appoġġ għall-prinċipji tad-Disinn għal kulħadd u tad-Disinn Universali; jagħraf l-isforzi li jsiru mill-Unjoni Ewropea u min-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-leġiżlazzjoni mmirata biex issaħħaħ l-integrazzjoni sħiħa tal-persuni b'diżabilità fis-soċjetà imma hu tal-fehma li għandhom isiru aktar;

9.  Jenfasizza b'mod partikolari l-ħtieġa li jiġi żgurat rispett totali għad-drittijiet stabbiliti fil-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal fil-każ ta' tfal b'diżabilità, inkluż id-dritt li jilagħbu, id-dritt għall-edukazzjoni, id-dritt li jipparteċipaw fil-ħajja tal-komunità (inkluża l-ħajja kulturali u d-diversi arti), id-dritt għal kura medika meħtieġa miċ-ċirkostanzi personali tagħhom, u l-libertà li jfittxu u jirċievu informazzjoni u ideat; jirrimarka b'mod partikolari li l-Artikolu 23 tal-konvenzjoni msemmija hawn fuq jagħraf li t-tfal b'diżabilità għandhom igawdu ħajja mimlija u diċenti, f'kundizzjonijiet li jiżguraw id-dinjità, jippromwovu l-awtodipendenza u jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni attiva tat-tifel jew tifla fil-komunità, u jitlob li t-tfal b'diżabilità jkollhom aċċess effettiv għall-edukazzjoni, it-taħriġ, is-servizzi tal-kura tas-saħħa, is-servizzi tar-rijabilitazzjoni, it-tħejjija għall-impjieg u opportunitajiet ta' rikreazzjoni b'mod li jwassal biex it-tifel jew tifla jiksbu l-integrazzjoni soċjali u l-iżvilupp individwali l-akbar possibbli, inkluż l-iżvilupp kulturali u spiritwali tiegħu jew tagħha;

10.  Jitlob li jsir integrar effettiv tad-diżabilità fl-Istrateġija UE 2020 kollha kemm hi u fl-inizjattivi ewlenin tagħha, inkluża l-Unjoni ta' Innovazzjoni, li fiha hemm nuqqas ta' referenza għad-diżabilità;

11.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li ħafna persuni b'diżabilità għadhom isofru d-diskriminazzjoni fir-rigward tan-nuqqas ta' rikonoxximent ugwali quddiem il-liġi u l-ġustizzja, u jistieden lill-Istati Membri jikkoreġu u jirrimedjaw dawn in-nuqqasijiet, inkluż l-aċċess effettiv għall-ġustizzja għall-persuni b'diżabilità, taħriġ xieraq għal dawk li jaħdmu fil-qasam tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja, inklużi l-pulizija u l-persunal tal-ħabs, u jenfasizza l-importanza li tiġi ggarantita u żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fil-ħajja politika u pubblika, inkluż id-dritt tal-vot, li dak li jkun joħroġ għall-elezzjoni u li jkollu kariga, skont l-Artikolu 29 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, għax skont l-istimi magħmula mill-NGOs relevanti u minn esperti tal-elezzjonijiet, huwa biss persentaġġ żgħir ta' persuni b'diżabilità li għandhom l-abilità jipparteċipaw f'elezzjonijiet;

12.  Hu tal-fehma li x-xiri ta' oġġetti u servizzi, inkluża l-informazzjoni relevanti u aċċessibbli dwarhom, għandu jinkludi soluzzjonijiet ta' xiri (onlajn) adattati kif ukoll oġġetti u servizzi ddisinjati biex ikunu aċċessibbli fit-tul; jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa li l-prodotti għall-persuni b'diżabilità jiġu approvati skont standards kemm Ewropej u kemm globali; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tieħu aktar miżuri xierqa biex tippromwovi l-iżvilupp ta' oġġetti u servizzi ddisinjati b'mod universali u l-aċċess għalihom, skont kif hemm imnaqqax fl-Artikolu 29 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, inkluż l-iskambju tal-aħjar prattiki;

13.  Jenfasizza l-fatt li, fid-dawl tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, għadd kbir ta' studji wrew li n-nisa b'diżabilità jsofru diskriminazzjoni doppja minħabba kemm is-sess tagħhom u kemm id-diżabilità tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni, minħabba n-nuqqas kważi totali ta' mekkaniżmi f'dan ir-rigward, tagħmel dispożizzjoni speċjali fis-sistemi tal-ħarsien soċjali għan-nisa b'diżabilità;

14.  Jenfasizza li l-persuni b'diżabilità mentali u b'nuqqasijiet intellettuali huma partikolarment esposti għar-riskju tal-abbuż u tal-vjolenza; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmu ta' kontroll żviluppat biex jipprovdu servizzi soċjali u ħarsien legali għall-vittmi u jiggarantixxu rispett għad-drittijiet u l-libertajiet tal-bniedem tal-persuni li jinsabu f'istituzzjonijiet residenzjali, b'mod speċjali għan-nisa u t-tfal b'diżabilità; jistieden lill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi jwettaq studji dwar is-sitwazzjoni tal-bniet u n-nisa b'diżabilità fir-rigward tal-vjolenza; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm miżuri u azzjonijiet biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni doppja tan-nisa u tiġi promossa l-ugwaljanza sħiħa tad-drittijiet u l-opportunitajiet; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jieħdu passi attivi u effettivi biex jappoġġjaw u jippromwovu t-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal kura bbażata fil-komunità, filwaqt li jagħmlu użu effiċjenti tal-possibilitajiet ta' finanzjament tal-UE bħalma hu l-PROGRESS għal miżuri biex tiżdied il-kuxjenza pubblika tas-sitwazzjoni tal-persuni b'diżabilità li huma residenti f'istituzzjonijiet; jistieden lill-Istati Membri jiggarantixxu aċċess prijoritarju għal akkomodazzjoni soċjali għan-nisa b'diżabilità li jaqgħu vittma tal-vjolenza, għotjiet biex l-ambjent tad-dar jiġi adattat, appoġġ fid-dar u servizzi pubbliċi li jindirizzaw każijiet ta' vjolenza sessista;

15.  Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jiġu inkoraġġiti jagħtu aktar attenzjoni b'mod konsiderevoli lill-aspetti soċjali tad-diżabilità; iqis li prekundizzjoni meħtieġa biex l-individwu jkollu l-abilità li jeżerċita d-drittijiet ċivili tista' tkun l-istabbiliment ta' sfond legali għal mekkaniżmu appoġġjat ta' teħid ta' deċiżjonijiet; jistieden lill-Istati Membri jinkoraġġixxu kemm jista' jkun suriet ta' appoġġ bħalma huma l-assistenza personali u servizzi oħra li jagħtu appoġġ lill-għajxien indipendenti bil-għan li titnaqqas il-kura istituzzjonali b'mod ġenerali favur suriet oħra ta' appoġġ; jistieden lill-Kummissjoni tmexxi studju profond ta' dawn il-fenomeni u tkabbar l-għarfien tas-soċjetà dwarhom; jenfasizza r-rwol tax-xogħol volontarju bħala appoġġ vitali għall-persuni b'diżabilità u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu u jtejbu l-inizjattivi u l-programmi ta' appoġġ iddedikati għal tali xogħol;

16.  Jenfasizza kemm hu importanti li jiġi ggarantit u żgurat l-aċċess ugwali għall-informazzjoni pubblika b'mod speċjali għall-immaniġġjar pubbliku tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, skont l-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-passi meħtieġa biex iħejju għad-diżastri naturali u għal dawk ikkawżati mit-traskuraġni tal-bniedem, b'mod partikolari billi l-persuni b'diżabilità jiġu pprovduti informazzjoni xierqa u utli, inte alia permezz tal-preżentazzjoni ta' eżempji internazzjonali utli u adattati;

18.  Jenfasizza l-ħtieġa li tittieħed azzjoni kemm fil-livell nazzjonali u kemm f'dak Ewropew biex tiġi promossa t-tranżizzjoni mill-kura istituzzjonali għal dik fil-komunità lokali, filwaqt li jsir użu tal-Fondi Strutturali akkumpanjati minn miżuri biex jikber l-għarfien pubbliku tas-sitwazzjoni tal-persuni b'diżabilità li huma residenti f'istituzzjonijiet;

L-importanza tal-ġbir tad-dejta u l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati

19.  Jenfasizza li dejta konsistenti li hi speċifika fir-rigward tas-sessi dwar kwistjonijiet ta' diżabilità u servizzi relatati mad-diżabilità fl-Istati Membri, inklużi indikaturi u informazzjoni speċifiċi rigward il-għadd u l-kwalità tal-istituzzjonijiet u d-djar residenzjali, bħalissa huma neqsin jew limitati, u li l-Eurostat imissha tipprovdi aktar dejta annwali li tittratta lis-sessi b'mod speċifiku dwar il-persuni b'diżabilità u dawk li jieħdu ħsiebhom;

20.  Jesprimi d-diżappunt tiegħu minħabba n-nuqqas ta' trasparenza u l-involviment limitat tal-persuni b'diżabilità fil-ġbir u l-konsultazzjoni tad-dejta u jqis li l-Kummissjoni Ewropea għandha tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni tal-persuni b'diżabilità fil-proċeduri ta' konsultazzjoni li għandhom ikunu aċċessibbli għalkollox skont l-esperjenza tal-NGOs, iddisinjati bil-għan li jippermettu kummenti speċifiċi u appoġġjati minn kampanji ta' tagħrif effettivi; jenfasizza li l-ammont ta' 336 tweġiba biss mis-soċjetà ċivili lill-konsultazzjoni onlajn tal-Kummissjoni, li saret fuq il-websajt ta' konsultazzjoni ċentrali tal-Kummissjoni fl-2009, juri li l-kampanji ta' tagħrif ma laħqux il-gruppi li għalihom kienu mmirati u l-għodda ta' fuq l-internet ma kenitx aċċessibbli għall-persuni għomja li jużaw il-qarrejja tal-iskrin; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li fil-proċessi kollha ta' implimentazzjoni fil-livelli kollha, il-persuni b'diżabilità u l-organizzazzjonijiet tagħhom huma inklużi fil-proċess (kif hemm spjegat fl-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità);

21.  Jistieden lill-Kummissjoni tħaffef il-proċess tal-monitoragg, il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-prattika t-tajba bejn l-Istati Membri, speċjalment fir-rigward tal-ġbir ta' dejta komparabbli li tkun speċifika fir-rigward tas-sessi u indikaturi tal-progress, bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti kemm fil-livell nazzjonali u kemm f'dak Komunitarju; jenfasizza li l-qisien għandhom jiġu bbażati fuq il-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità u għandhom jinkludu mhux biss l-aspetti mediċi iżda wkoll l-aspetti soċjali, dawk li jirrigwardaw l-impjieg u dawk ambjentali; fl-istess ħin, jenfasizza kemm hu importanti li jiġu kkoordinati l-isforzi biex jiġi miġġieled l-abbuż tas-sistema u l-qerq ta' min jagħmel ta' bir-ruħu li għandu diżabilità;

22.  Ifakkar li r-reġistrazzjoni tal-persuni b'diżabilità għas-servizzi u għall-appoġġ ibbażat fuq il-baġit pubbliku ma għandhiex twassal għall-vjolazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-privatezza tagħhom jew għall-ħolqien ta' stigmi;

Bidliet demografiċi u ambjent mingħajr ostakoli

23.  Jenfasizza li t-tibdil demografiku se jwassal ukoll għal għadd dejjem akbar ta' persuni anzjani b'diżabilità, peress li aktar nies se jesperjenzaw il-bidu ta' xi diżabilità minħabba li n-nies qed jgħixu aktar fit-tul, u għalhekk se jkun hemm ħtieġa dejjem akbar li jiġu żviluppati u ddisinjati servizzi u soluzzjonijiet li huma ta' ġid kemm għall-persuni b'diżabilità hi x'inhi l-età tagħhom u kemm għall-persuni anzjani b'diżabilità jew mingħajr diżabilità;

24.  Jinkoraġġixxi alleanzi bejn iż-żewġ gruppi fis-soċjetà, bil-għan li jsir kontribut għal tkabbir innovattiv, ibbażat ukoll fuq l-impjiegi u l-iżvilupp soċjali fl-Istati Membri u bil-għan li jiġu ssodisfati d-domandi l-ġodda li jirriżultaw mis-soċjetà li qed tixjieħ u mit-tibdil demografiku;

25.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ kemm is-sanzjonijiet u kemm l-inċentivi pożittivi ħalli l-Istati Membri jimplimentaw l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) nru 1083/2006 u tirrispetta r-rekwiżiti legalment vinkolanti tiegħu; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ id-dispożizzjonijiet tal-antidiskriminazzjoni u tal-aċċessibilità fil-Politika ta' Koeżjoni futura 2014-2020 u timmoniterja u tivvaluta l-implimentazzjoni korretta tal-programmi ta' finanzjament Ewropej u l-użu tal-Fondi Ewropej;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-użu tal-Fondi Strutturali Ewropej, speċjalment il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, biex tittejjeb l-aċċessibilità tal-oġġetti u tas-servizzi u tal-ambjent mibni permezz tal-użu tal-fondi Ewropej;

Il-moviment liberu u servizzi mingħajr ostakoli

27.  Jirrikonoxxi li l-moviment liberu huwa dritt fundamentali fl-Unjoni Ewropea; jenfasizza li dan jinfluwenza b'mod pożittiv il-kwalità tal-ħajja u l-parteċipazzjoni fis-soċjetà u s-suq tax-xogħol tal-persuni b'diżabilità u l-familji tagħhom fis-soċjetà, b'mod speċjali fir-rigward ta' aċċess aħjar għas-servizzi tas-saħħa, filwaqt li tingħata aktar attenzjoni lill-persuni li għandhom mard kroniku li jġib diżabilità bil-għan li jitnaqqsu l-inugwaljanzi tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea kollha;

28.  Jirrimarka li, f'Ewropa li tippromwovi l-ugwaljanza u l-libertà tal-moviment fi ħdan it-territorju tagħha għaċ-ċittadini tagħha, id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor;

29.  Jenfasizza li t-trasportazzjoni aċċessibbli jħalli lill-persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol b'mod aktar faċli u għalhekk jgħin fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrealizzaw l-aċċessibilità tas-servizzi aktar malajr permezz ta' diversi strateġiji biex jitneħħew l-ostakoli għall-aċċess għal dawn it-teknoloġiji, inklużi prezzijiet aktar baxxi, kif ukoll inizjattivi ewlenin tal-UE2020 iddisinjati biex jintlaħqu l-objettivi tal-UE2020;

31.  Ifakkar li l-mobilità hija kwestjoni ewlenija għall-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi u li l-ostakli speċifiċi għal ħajja ta' dinjità u indipendenza għall-persuni b'diżabilità fl-UE għadhom estremament sinifikanti, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-portabilità tal-benefiċċji u tal-għajnuna kif ukoll tal-aċċess għall-faċilitajiet meħtieġa jew għall-għajnuna personali;

32.  Jenfasizza li l-persuni b'diżabilità, skont id-Direttiva dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (2011/24/UE), huma intitolati għall- kura tas-saħħa transkonfinali u għandhom jingħataw aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa fi kwalunkwe Stat Membru tal-UE, aktar u aktar jekk jeħtieġu kura speċjalizzata ħafna;

33.  Jitlob li jkun hemm għarfien mutwu u aħjar tal-istatus ta' diżabilità fl-Istati Membri kollha; jistieden lill-Istati Membri jiskambjaw prattika tajba bil-għan li jagħlqu l-lakuni li hemm bejn is-sistemi nazzjonali għall-valutazzjoni tal-grad(i) ta' diżabilità fl-UE kollha, bil-għan li tiġi żgurata mobilità aħjar għall-persuni b'diżabilità;

34.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jiġu mħeġġa biex, fis-sistemi tas-sigurtà soċjali tagħhom u meta n-nies jirtiraw, jirrikonoxxu l-involviment u x-xogħol mhux imħallas ta' dawk, li ġeneralment huma nisa, li jieħdu ħsieb (carers) persuni b'diżabilità; jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni partikolari lil dawn in-nisa;

35.  Jagħraf l-importanza tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 98/376/KE tal-4 ta' Ġunju 1998 dwar karta tal-ipparkjar għall-persuni b'diżabilità, li tgħid li dik il-karta għandha teżisti f'format standard u għandha tkun rikonoxxuta mill-Istati Membri kollha bil-għan li jiġi ffaċilitat l-użu tal-karozza tad-detentur, u josserva li karta unifikata tal-UE għad-drittijiet tal-vjaġġaturi u għall-ksib u t-tiġdid tal-liċenzji tas-sewqan u kwalunkwe permessi jew dokumenti oħra li jistgħu jkunu meħtieġa biex jiffaċilitaw il-mobilità bejn l-Istati Membri huma essenzjali għall-inklużjoni tal-persuni b'diżabilità fis-soċjetà fl-Istati Membri kollha; jagħraf li suriet innovattivi ta' għodod ta' komunikazzjoni b'xejn għal min hu nieqes mid-dawl u għal min hu nieqes mis-smigħ, bħalma huma servizzi ta' informazzjoni aċċessibbli speċjalment fir-rigward tas-servizzi onlajn, ukoll huma essenzjali għad-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tagħhom; dan jinkludi verżjonijiet “faċli biex jinqraw” għall-persuni b'diżabilità konjittiva u intellettwali; jitlob li jitnaqqsu l-ostakli għal-libertà tal-moviment tal-persuni b'diżabilità, permezz tal-adozzjoni ta' Karta Ewropea tal-Mobilità, fuq il-bażi tal-għarfien mutwu mill-Istati Membri tal-karti tad-diżabilità u l-benefiċċji u l-intitolamenti tad-diżabilità ħalli ssir aktar faċli biex il-persuni b'diżabilità jistudjaw, jaħdmu u jivvjaġġaw, anke bl-użu tal-qafas tal-Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni; jitlob li l-Kummissjoni toħloq websajt aktar informattiv li jkun immirat għall-persuni b'diżabilità, li jkun jispjega d-drittijiet tagħhom u jipprovdi tagħrif speċifiku addizzjonali dwar l-ivvjaġġar;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippromwovu l-aċċess mingħajr ostakli fiżiċi għall-postijiet tax-xogħol u għad-djar għall-persuni b'diżabilità bħala mezz biex jiġu mgħejuna jintegraw fil-ħajja tax-xogħol;

37.  Jenfasizza li ekonomiji innovattivi u bbażati fuq l-għarfien ma jistgħux jiżviluppaw mingħajr kontenut u forom aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità regolati minn leġiżlazzjoni vinkolanti, bħalma huma paġni tal-Internet li jkunu aċċessibbli għal dawk nieqsa mid-dawl u kontenut bis-sottotitoli għal dawk neqsin mis-smigħ, inklużi s-servizzi tal-midja tal-massa, servizzi onlajn għall-persuni li jużaw il-lingwi tas-sinjali, applikazzjonijiet tat-telefown intelliġenti (smart phone) u għajnuniet tattili u vokali fil-midja pubblika;

38.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintroduċu approċċ fuq żewġ binari, li bih il-leġiżlazzjoni vinkolanti u l-istandards ikunu jidhru bħala strumenti kumplementari meħtieġa biex tinkiseb l-aċċessibilità; jenfasizza li l-leġiżlazzjoni għandha tistabbilixxi qafas li jkun sostenibbli, minħabba l-iżviluppi rapidi li qed iseħħu fis-settur tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tat-telekomunikazzjoni (ICT); jinnota li l-istandards għandhom jikkonċernaw l-evoluzzjoni ta' għodod li jistgħu jiżguraw l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni;

39.  Jinsab konxju tan-nuqqas ta' aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa, inkluż l-aċċess għat-tagħrif dwar is-saħħa u dwar il-kura tas-saħħa, u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea taċċellera l-ħidma tagħha fuq ir-rakkomandazzjonijiet li se jappoġġjaw l-aċċess indaqs għas-servizzi tas-saħħa u għat-tagħrif dwar is-saħħa u dwar il-kura tas-saħħa;

40.  Jenfasizza li bil-għan li jintlaħaq stat ta' involviment attiv tal-persuni b'diżabilità fl-oqsma kollha tal-ħajja soċjali, iridu jsiru sforzi biex jiġu pprovduti soluzzjonijiet ta' komunikazzjoni għall-persuni b'diżabilità mentali (pereżempju websajts li jkunu faċli biex jinqraw) u komunikazzjoni awmentata u alternattiva (KAA) għall-persuni li għandhom ħtiġijiet ta' komunikazzjoni kumplessi;

41.  Jistieden lill-Istati Membri ħalli, bil-għajnuna tal-Kummissjoni, jinkoraġġixxu l-integrazzjoni u l-aċċettazzjoni fis-soċjetà tal-persuni b'diżabilità billi jtejbulhom l-aċċess għall-faċilitajiet u l-attivitajiet sportivi, rikreazzjonali u kulturali, inkluża l-promozzjoni u l-iskambju bejn l-Istati Membri ta' materjal kulturali li jkun aċċessibbli għal min hu nieqes mid-dawl skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2003 dwar l-aċċessibilità tal-infrastruttura kulturali u tal-attivitajiet kulturali għall-persuni b'diżabilità(17);

42.  Jistieden lill-Istati Membri jirrimedjaw in-nuqqasijiet li hemm fil-leġiżlazzjoni tal-aċċessibilità, speċjalment fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tat-trasport pubbliku u d-drittijiet tal-passiġġieri, inkluża l-ħsara li ssir lill-apparat tal-mobilità, is-servizzi tas-sistemi tal-komunikazzjoni tal-informazzjoni elettroniċi u r-regoli dwar l-ambjenti mibnija pubbliċi u s-servizzi;

Opportunitajiet indaqs

43.  Hu tal-fehma li “opportunitajiet indaqs” ma tistax tiġi interpretata li tfisser l-istess kundizzjonijiet u ċirkustanzi għal persuni bi ħtiġijiet differenti, u għalhekk jemmen li persuni b'diżabilitajiet differenti għandu jkollhom aċċess għal mezzi xierqa ta' xiri ta' oġġetti u servizzi, ħaġa li toħloq opportunitajiet indaqs ġenwini;

44.  Jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li jiġi ggarantit aċċess universali, effettiv u mhux diskriminatorju għall-persuni b'diżabilità għall-ħarsien soċjali, il-vantaġġi soċjali, il-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni, u għall-provvista tal-oġġetti u s-servizzi li huma disponibbli għall-pubbliku, inkluża l-akkomodazzjoni, it-telekomunikazzjonijiet u l-komunikazzjonijiet elettroniċi, l-informazzjoni – inkluża l-informazzjoni pprovduta f'formati aċċessibbli – is-servizzi finanzjarji, il-kultura u r-rikreazzjoni, il-bini miftuħ għall-pubbliku, il-modi ta' trasport u oqsma u faċilitajiet pubbliċi oħra;

45.  Jenfasizza li l-integrazzjoni fil-ħajja tax-xogħol u l-indipendenza ekonomika huma fatturi estremament importanti għall-integrazzjoni soċjali tal-persuni b'diżabilità;

46.  Jafferma mill-ġdid li l-prodotti, l-oġġetti u s-servizzi, inklużi l-verżjonijiet modifikati tagħhom, m'għandhomx ikunu diskriminatorji u għalhekk m'għandhomx ikunu jiswew aktar għall-persuni b'diżabilità;

47.  Isostni li l-SMEs iwettqu rwol kruċjali billi jagħtu lill-persuni b'diżabilità aċċess għal impjieg, kemm-il darba jistgħu jipprovdu ambjent tax-xogħol li jkun iwassal għat-tisħiħ tal-potenzjal personali u professjonali tal-persuni b'diżabilità; jenfasizza, għalhekk, li l-SMEs għandhom jiġu pprovduti mhux biss tagħrif komprensiv dwar miżuri ta' ffaċilitar u appoġġ għall-ingaġġ ta' persuni protetti imma wkoll l-informazzjoni relevanti kollha dwar it-teknoloġiji u l-korsijiet ta' studju li jagħmlu lill-persuni b'diżabilità kapaċi jgħixu ħajja professjonali awtonoma u attiva;

48.  Jenfasizza kemm hu eċċezzjonalment importanti li jiġu impjegati persuni b'diżabilità fis-suq ordinarju tax-xogħol; jinsab konxju tal-ħtieġa kbira li jkun hemm suriet legali aktar flessibbli tar-relazzjonijiet tax-xogħol b'enfasi fuq is-suriet ġodda tar-relazzjonijiet bejn min iħaddem u l-impjegat, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri jadottaw miżuri legali u finanzjarji li se jappoġġjaw b'mod effettiv l-impjegar tal-persuni b'diżabilità;

49.  Jistieden lill-Istati Membri jtejbu u jadattaw il-politiki tagħhom tal-impjiegi attivi biex il-persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jingħaqdu mas-suq tax-xogħol kif ukoll jibqgħu fih; iħeġġeġ l-introduzzjoni ta' inizjattivi li jkunu allinjati mal-ħtiġijiet ta' kull waħda mit-tipi ta' diżabilità, inklużi pjanijiet u gwida vokazzjonali li joperaw mill-mument meta individwi li huma fil-bżonn jirreġistraw mas-servizzi stabbiliti għal dan il-għan;

50.  Jenfasizza li l-workshops protetti u l-postijiet tax-xogħol integrati, għalkemm mhumiex fuq l-istess livell mal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol miftuħ, huma modi siewja kif jiġu akkumpanjati u appoġġjati l-persuni kollha b'diżabilitajiet differenti u fi stadji differenti tal-ħajja, inkluż permezz ta' akkomodazzjoni raġonevoli fit-tranżizzjoni lejn suq tax-xogħol miftuħ, u hu tal-fehma li ċaħda mhix ġustifikata ta' akkomodazzjoni raġonevoli (Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/78/KE) għandha titqies bħala sura ta' diskriminazzjoni, skont l-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità; jinnota li f'xi Stati Membri, il-workshops protetti u l-kwoti jistgħu jintużaw bħala tranżizzjoni għas-suq tax-xogħol miftuħ, bil-provvediment ta' faċilitajiet speċifiċi għall-persuni b'diżabilità u ta' persunal li jkun imħarreġ biex jaqdu l-bżonnijiet tagħhom; jenfasizza li, f'impriżi kbar, il-ħatra ta' rappreżentanti minn fost il-persuni b'diżabilità, fejn huma jkunu jistgħu jitkellmu għalihom infushom, għandha tintlaqa' b'sodisfazzjon, kif l-istess għandu jkun it-tisħiħ ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-NGOs u l-SMEs lokali relevanti; jenfasizza li l-assistenti personali għandhom jiġu appoġġjati jekk ikun hemm bżonn, peress li dan ikun itejjeb b'mod sinifikanti l-opportunitajiet għall-persuni b'diżabilità biex ikollhom sieqhom ġos-suq tax-xogħol;

51.  Jenfasizza l-importanza ta' programmi tranżizzjonali li, l-ewwel nett, joffru opportunitajiet għax-xogħol, li jibdew bil-workshops protetti u li jipprogressaw għas-suq tax-xogħol miftuħ, u, it-tieni nett, li joħolqu qafas aktar flessibbli għat-tranżizzjoni mir-rijabilitazzjoni professjonali għal suriet oħra ta' impjieg hi u tiġi implimentata l-Istrateġija Ewropa 2020;

52.  Jistieden lill-Istati Membri jikkonsolidaw u jtejbu l-politiki tal-impjiegi attivi adottati bil-ħsieb li l-persuni b'diżabilità jiġu integrati fuq il-post tax-xogħol, u jżidu l-effikaċja tal-korpi nazzjonali responsabbli;

53.  Jinnota li l-Istati Membri għandhom, bħala prijorità, jiftiehmu u jadottaw malajr kemm jista' jkun il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426); jistieden lill-Kummissjoni tkompli tagħti l-appoġġ tagħha biex jingħelbu d-diffikultajiet tekniċi fi ħdan il-Kunsill bil-għan li jiġi żgurat li jintlaħaq ftehim malajr; jinnota li l-politika ta' kontra d-diskriminazzjoni twettaq irwol ewlieni fil-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-impjiegi għall-persuni b'diżabilità;

54.  Jitlob li l-leġiżlazzjoni Ewropea tal-akkwist pubbliku tiġi eżaminata mill-ġdid bil-għan li l-kriterji tal-aċċessibilità jsiru mandatorji għall-infurzar ta' kriterji tal-għażla mmirati biex tiġi promossa l-inklużjoni soċjali, l-innovazzjoni u l-aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità;

55.  Jenfasizza li, minkejja d-differenzi li hemm bejn l-Istati Membri, il-maġġoranza l-kbira tas-sistemi tas-sigurtà soċjali mhumiex flessibbli biżżejjed biex l-individwi jirċievu l-benefiċċji b'mod li jħallihom jibqgħu fis-suq tax-xogħol; jitlob li dawn is-sistemi jiġu riveduti bil-għan li jsiru aktar proattivi ħalli l-individwi li jirċievu l-benefiċċji jew li għandhom diżabilità parzjali jkunu jistgħu jibqgħu fis-suq tax-xogħol;

56.  Ifakkar li l-Kummissjoni nfisha, fil-Komunikazzjoni tagħha dwar Strateġija Ewropea dwar id-Diżabilità, tesprimi tħassib rigward id-disponibilità skarsa ta' sottotitoli fit-televiżjoni u ta' awdjodeskrizzjonijiet fuq it-televiżjoni fl-Unjoni Ewropea; jenfasizza b'mod speċjali l-fatt li għal diversi snin tmexxiet kampanja pan-Ewropea minn organizzazzjonijiet tal-persuni torox u ta' dawk neqsin mis-smigħ bl-appoġġ tal-Parlament Ewropew biex jiġi żgurat aċċess aktar wiesa' għas-sottotitolar fuq it-televiżjoni fl-Unjoni Ewropea; jitlob li ssir implimentazzjoni aktar għaqlija tal-obbligu li għandhom l-Istati Membri skont id-Direttiva 2007/65/KE li jinkoraġġixxu lix-xandara jiżguraw aċċessibilità akbar tas-servizzi tal-midja lill-persuni li għandhom diżabilità fis-smigħ jew diżabilità viżwali; jistieden lill-Kummissjoni tipprevedi possibilitajiet ta' finanzjament speċifiku għax-xandara pubbliċi bil-għan li tgħinhom jintroduċu l-qafas tas-servizzi ta' sottotitoli u ta' awdjodeskrizzjoni fil-programmi tagħhom;

L-investiment fil-persuni b'diżabilità

57.  Isib li l-livell tal-impjegar tal-persuni b'diżabilità madwar l-Ewropa huwa miżerabilment baxx u jfakkar lill-istituzzjonijiet Ewropej li l-għanijiet tal-Istrateġija UE2020 ma jistgħux jintlaħqu kemm-il darba ma tittejjibx is-sitwazzjoni ta' dawn in-nies; is-soċjetà għandha għalhekk tiġi familjarizzata mad-diżabilità u għandha taċċettaha, inkluż fil-livell tal-edukazzjoni ta' qabel l-edukazzjoni formali u fil-livell tal-iskola primarja;

58.  Jistqarr li s-sistemi preżenti tal-edukazzjoni u t-taħriġ mhumiex biżżejjed biex jipprevjenu rata għolja ta' persuni b'diżabilità li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien mingħajr ma jkun hemm politiki pubbliċi addizzjonali li joffru appoġġ speċifiku għat-tagħlim, peress li ċ-ċifra relatata mal-objettiv tal-Ewropa2020 tirrappreżenta tnaqqis ta' anqas minn 10%; jenfasizza li dan iwassal għal żvantaġġi sinifikanti mil-lat soċjali u mil-lat tal-impjiegi, u konsegwentement għall-faqar, fost il-persuni b'diżabilità, b'mod speċjali matul il-kriżi ekonomika preżenti; jenfasizza, minħabba r-rata għolja ta' persuni b'diżabilità li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien u fid-dawl tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2010 dwar id-dimensjoni soċjali tal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-ħtieġa li jsir investiment fi, u ssir il-promozzjoni ta', programmi effettivi (inklużi alternattivi) edukattivi u ta' taħriġ (vokazzjonali), li jkunu mfassla apposta skont il-ħtiġijiet, l-attributi u l-abilitajiet tal-persuni b'diżabilità, u jinnota li dan jirrikjedi d-disponibilità ta' għadd adegwat ta' professjonisti kwalifikati u motivati bi programmi sodi u adattati, kif ukoll id-disponibilità ta' tali programmi fil-kurrikula tal-istabbilimenti kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u tal-edukazzjoni ogħla, inkluż fil-programmi estrakurrikulari għall-persuni b'diżabilità, bil-għan li jiġu miġġielda l-attitudnijiet negattivi li hemm lejn it-tfal b'diżabilità u biex huma jottjenu kwalifiki adegwati għas-suq modern u miftuħ tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jgħinu lill-persuni b'diżabilità jkunu kapaċi jkollhom aċċess aħjar għall-informazzjoni dwar programmi eżistenti ta' mobilità u edukazzjoni kif ukoll aċċess ugwali għall-programmi tat-Tagħlim Tul il-Ħajja; jinnota, peress li dan hu l-każ, li hemm il-ħtieġa li l-antidiskriminazzjoni tiġi integrata fl-Ewropa2020 u fl-inizjattivi ewlenin tagħha bil-għan li jitwettaq l-Artikolu 24 tal- Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità;

59.  Jikkonferma li l-edukazzjoni inklussiva għandha tkun il-punt fokali, b'mod partikolari fil-kuntest tal-akkreditazzjoni tat-tagħlim esperjenzali preċedenti, u li dan għandu għalhekk jiġi enfasizzat fi ħdan il-qafas stateġiku għall-koperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (“ET 2020”) kif ukoll l-Inizjattiva Ewlenija għall-ħiliet ġodda u l-impjiegi tal-UE2020; jinnota, barra minn hekk, il-ħtieġa li jkun hemm linji gwida ġodda u xierqa u użu xieraq tat-teknolġija tal-informazzjoni fl-iskejjel u fid-djar biex tiġi pprovduta għajnuna personali u personalizzata;

60.  Jenfasizza li t-tfal kollha, inklużi dawk b'diżabilità, jeħtieġu li jkunu ggarantiti d-dritt għall-aċċess universali għas-setturi u l-livelli kollha tal-edukazzjoni fl-istituzzjonijiet kollha; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-informazzjoni ġenerali pprovduta għall-familji bi tfal b'diżabilità sabiex jiġu inklużi r-rikonoxximent u l-appoġġ bikrija u jinfetħu soluzzjonijiet possibbli għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom; jenfasizza l-importanza tal-appoġġ mill-istat għall-familji tal-persuni b'diżabilità, f'dak li hu finanzjament, għajnuna (inklużi servizzi ta' kura tat-tfal), dispożizzjoni ta' kura tas-saħħa, appoġġ psikoloġiku u l-iskambju tal-għarfien espert, kif ukoll siegħat tax-xogħol aktar flessibbli għall-ġenituri (jew ġenitur minnhom) bi tfal b'diżabilità; għalhekk iħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu uffiċċji dedikati u aċċessibbli fejn jistgħu jinkisbu informazzjoni u pariri amministrattivi; jistieden lill-Istati Membri jappoġġaw lill-familji tal-persuni b'diżabilità u lill-professjonisti li jaħdmu fis-sistemi tas-saħħa nazzjonali permezz ta' informazzjoni u miżuri ta' taħriġ b'miri speċifiċi u billi l-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti jiġu involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u fil-proċessi tal-monitoraġġ;

61.  Jenfasizza li dawk li jħaddmu għandhom jippermettu lill-persuni b'diżabilità jassumu pożizzjoni ta' xogħol, jekk ikunu kkwalifikati, u javvanzaw fiha, u għandhom jappoġġjawhom bit-taħriġ;

62.  Jenfasizza l-ħtieġa li titrawwem il-promozzjoni ta' proġetti ta' taħriġ integrati marbuta max-xogħol li jħallu liż-żgħażagħ b'diżabilità jkunu jistgħu jagħmlu tranżizzjoni prattika immedjata mill-edukazzjoni għall-ħajja tax-xogħol;

63.  Jenfasizza li għandhom isiru sforzi wkoll biex tiġi indirizzata l-kwestjoni tal-edukazzjoni u t-tagħlim mhux formali għaż-żgħażagħ b'diżabilità, inkluż f'oqsma bħalma huma r-relazzjonijiet soċjali, il-midja tal-massa (li għandha tkun soġġetta għal rekwiżiti ta' aċċessibilità li kulma jmur isiru aktar stretti), l-isport, ir-rikreazzjoni u l-attivitajiet li jsiru fil-beraħ, skont il-ħtiġijiet speċifiċi ta' kull tifel u tifla jew persuna żagħżugħa; jenfasizza li dawn mhumiex sempliċement għodod kruċjali għall-iżvilupp b'saħħtu ta' kull individwu, imma wkoll drittijiet inaljenabbli rikonoxxuti min-NU;

64.  Jenfasizza li t-tagħlim tul il-ħajja huwa mod kruċjali kif jiġu appoġġjati u mkabbra l-adattabilità u l-kontinwanza tal-impjiegi għall-persuni b'diżabilità, u li huwa partikolarment relevanti li n-nies li jibdew isofru diżabilità matul iż-żmien tal-impjieg, speċjalment għall-persuni li jkollhom marda evolwenti li twassal għad-diżabilità;

65.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw jew jistabbilixxu servizzi ta' rijabilitazzjoni fil-qasam tas-saħħa, l-edukazzjoni, it-taħriġ, l-impjiegi, l-għodod għal ħajja indipendenti, it-trasport, eċċ. li huma aktar effettivi u li għandhom elementi komuni; dawn mhux biss għandhom jiġu mmonitorjati u mfassla individwalment imma għandhom ukoll jgħinu l-ippjanar fit-tul tal-baġits u tal-iżvilupp;

66.  Jemmen li finanzjament xieraq jeħtieġ li jiġi dirett lejn organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità; jinsisti li għal tali organizzazzjonijiet ir-rata ta' kofinanzjament għandha tkun ta' mhux anqas minn 10% tal-valur tal-proġetti ppreżentati minnhom, minħabba d-diffikultajiet finanzjarji magħrufa tagħhom;

Stili ta' ħajja

67.  Jenfasizza li r-responsabilita soċjali korporattiva volontarja tista' wkoll tkun impetu importanti għall-qagħda tal-persuni b'diżabilità; jitlob għall-introduzzjoni ta' għajnuna u sussidji speċjalment fir-rigward tal-fondi u l-ipprogrammar tal-UE, li jkunu jvarjaw skont it-tip ta' kuntratt, għall-kumpaniji u l-individwi li jingaġġaw ħaddiema b'diżabilità; jistieden lill-atturi u lill-partijiet interessati jappoġġjaw u japplikaw prattika tajba f'dan il-qasam, speċjalment fir-rigward tan-nisa li għandhom tfal b'diżabilità;

68.  Jafferma mill-ġdid li t-taħriġ tal-uffiċjali pubbliċi fl-istituzzjonijiet tal-UE u fl-Istati Membri f'kif għandhom jilqgħu jew jagħtu informazjoni lill-persuni b'diżabilità għandu jkun ir-regola, u li l-aċċess għal dokument u proċeduri legali pubbliċi għandu jiġi appoġġjat minn azzjonijiet konkreti; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jkunu ta' eżempju rigward l-impjegar tal-persuni b'diżabilità u jħeġġeġ lill-Istati Membri jsegwu din l-istrateġija wkoll;

69.  Jenfasizza li l-politiki għat-trawwim u l-appoġġ ta' intraprenditorja indipendenti għandhom jagħtu attenzjoni xierqa lill-integrazzjoni tal-persuni b'diżabilità fis-suq tax-xogħol u fl-isfera tal-attività ekonomika, peress li din l-integrazzjoni hija għajn ta' flessibilità li tħallihom kapaċi, f'ħafna każijiet, jegħlbu l-limiti u l-ostakli fil-post tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri jintroduċu aktar għajnuna xierqa u effettiva għall-politiki tal-intraprenditorja indipendenti li jikkonċernaw lil dan il-grupp;

70.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta b'mod aktar effettiv il-vantaġġi tal-aċċessibilità u tintegra l-ispejjeż u n-nefqa involuti biex jinħoloq ambjent ħieles mill-ostakli għal kulħadd speċjalment fir-rigward ta' soċjetà li qiegħda tixjieħ;

71.  Jinkoraġġixxi l-ħolqien ta' suriet speċjali ta' liv ħalli l-ġenituri jkunu jistgħu jieħdu ħsieb uliedhom li għandhom diżabilità; iħeġġeġ, barra minn hekk, li l-impenn muri u l-ħidma mwettqa mill-ġenituri ta' tfal b'diżabilità għandhom jiġu rikonoxxuti billi jiġu mgħodda bħala esperjenza professjonali u billi jitqiesu b'mod speċifiku meta jiġu kkalkulati l-intitolamenti tal-pensjoni tax-xjuħ;

72.  Jenfasizza li l-aċċess ħieles mill-ostakli għas-servizzi tas-saħħa u għal servizzi kumplessi ta' rijabilitazzjoni ma jwaqqafx id-deterjorament tas-saħħa għalkollox, partikolarment f'soċjetà li qed tixjieħ, u hu għalhekk li kulħadd għandu responsabilità f'dawk li huma attivitajiet ta' kuljum u abitudnijiet konsumistiċi jekk għandna naslu għal stat ta' soċjetà sostenibbli li fiha għandu jitqiegħed valur dejjem akbar fuq is-saħħa, mill-prevenzjoni sar-rijabilitazzjoni;

Il-ġlieda kontra l-faqar

73.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li jkollha appoġġ finanzjarju adegwat għall-organizzazzjoni umbrella tal-UE li tirrappreżenta lill-persuni b'diżabilità, kif ukoll organizzazzjonijiet Ewropej oħra ta' defiċjenzi speċifiċi, bil-għan li tippermetti l-parteċipazzjoni sħiħa fit-tfassil tal-politiki u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni li tibni fuq l-impenji fl-EDS u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità u fi proċessi oħra tat-teħid ta' deċiżjonijiet li jikkonċernaw kwestjonijiet relatati mal-persuni b'diżabilità;

74.  Jiddeplora l-fatt li l-persuni b'diżabilità jridu jassumu piż finanzjarju addizzjonali – in-nefqa żejda fuq perjodu qasir li jkollhom apparentement minħabba d-diżabilità tagħhom – fil-ħajja tagħhom ta' kuljum, li għandha impatt kunsiderevoli fuq il-kwalità tal-ħajja tagħhom;

75.  Jistieden lill-Kummissjoni ħalli, fid-dawl tal-miri tagħha dwar it-tnaqqis tal-faqar, tiddiżaggrega ċ-ċifri tal-faqar bil-għan li tikkalkula n-numri ta' persuni b'diżabilità li qed jesperjenzaw il-faqar ħalli jkunu jistgħu jintlaħqu miri komparabbli għat-tnaqqis tal-faqar tal-persuni b'diżabilità fi ħdan il-qafas tal-istrateġija UE 2020;

76.  Jirrimarka li l-eliminazzjoni jew it-tafja serja ta' dan il-faqar ikunu jinvolvu li jkun hemm aktar persuni b'diżabilità li jkollhom xogħol, sitwazzjoni li żżid id-dħul nett tat-taxxi għall-istat u tnaqqas il-għadd ta' persuni li jkunu jeħtieġu benefiċċji għal raġunijiet ta' faqar estrem;

77.  Jikkonferma li, filwaqt li jfakkar fl-impetu tas-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali kif ukoll il-Pjattaforma Ewropea l-ġdida kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali, it-tnaqqis tal-faqar ma jistax jintlaħaq mingħajr ma wieħed jintegra l-persuni b'diżabilità, ibda bil-qasam tal-edukazzjoni u aktar tard fis-suq tax-xogħol, u mingħajr ma wieħed jaġġusta l-politiki tad-dħul rigward is-sistemi tal-pensjonijiet tal-invalidità u tad-diżabilità skont il-punt 12 tal-konklużjonijiet tal-Kunsill EPSCO adottati waqt il-laqgħa tiegħu tat-30 ta' Novembru 2009, filwaqt li wieħed jiftakar li dan il-proċess jista' jwassal ukoll għal stigmatizzazzjoni;

78.  Jagħraf li l-iskoperta u l-għajnuna bikrija huma vitali u fundamentali fil-każ tat-tfal b'diżabilità u għandhom jitqiesu bħala investiment għall-futur imbiegħed f'soċjetà li qed tixjieħ; josserva li l-familji tal-persuni b'diżabilità huma aktar esposti għar-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali, u li għandha tingħatalhom attenzjoni speċjali;

79.  Jistieden lill-Istati Membri jevitaw it-tnaqqis mhux ġustifikat fil-ħarsien soċjali għall-persuni b'diżabilità taħt il-politiki ta' awsterità li ddaħħlu b'rispons għall-kriżi ekonomika, peress li huwa meħtieġ li jiġi żgurat standard tal-għajxien aċċettabbli għalihom bħala dritt inaljenabbli;

80.  Jistqarr li l-persuni b'diżabilità jinsabu partikolarment f'riskju ta' esklużjoni soċjali u faqar u jenfasizza l-fatt li r-rata tal-faqar tal-persuni b'diżabilità hija 70% ogħla minn dik tal-persuni li ma għandhomx diżabilità; jenfasizza li l-persuni b'diżabilità severa jew b'diżabilitajiet multipli u l-ġenituri mingħajr sieħeb/sieħba li għandhom tfal b'diżabilità jinsabu fl-aktar pożizzjoni vulnerabbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiggarantixxu d-drittijiet tagħhom u jieħdu miżuri biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom billi jipprovdu, inter alia, aċċess għal tagħrif prattiku dwar kwestjonijiet tal-ħajja ta' kuljum, inkluż billi jagħmluhom familjari ma' proċeduri u servizzi ta' bini ta' ħiliet li għandhom impatt fuq il-ħajja tal-familja;

81.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jieħdu aktar passi u jipproduċu rapporti regolari rigward mard rari u jipprovdu għajnuna reali bl-iżvilupp ta' kuntatti bejn il-ġenituri u l-ispeċjalisti li jgħixu l-eqreb lejn darhom; hu tal-fehma li dan għandu jitqies u jiġi vvalutat fix-xogħol tal-organizzazzjoni INSERM; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi t-twaqqif ta' netwerk Ewropew ta' ċentri akkreditati għad-dijanjożi u t-trattament ta' forom speċifiċi ta' mard rari, sabiex jikkoordina u jissorvelja l-attivitajiet tagħhom u l-benefiċċji li huma joffru lill-pazjenti;

Il-Parlament ikompli jitlob b'insistenza approċċ soċjalment sostenibbli u bbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem

82.  Jikkonferma li, ibbażat fuq id-drittijiet il-ġodda approvati fil-Karta tal-UE, il-Kummissjoni għandha l-approċċ korrett għall-opportunità ugwali: it-tisħiħ tal-antidiskriminazzjoni, l-appoġġ tal-politiki tal-inklużjoni attiva u s-sensibilizzazzjoni dwar id-diżabilità, inklużi l-kunċetti ta' Disinn għal Kulħadd u ta' Disinn Universali, u l-enfasi fuq l-importanza tal-akkomodazzjoni raġonevoli;

83.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jirratifikaw u jimplimentaw malajr il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità kif ukoll il-Protokolli Mhux Obbligatorji tagħha u jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li taderixxi mal-Protokoll Mhux Obbligatorju tal-Konvenzjoni;

84.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jikkunsidraw jikkonkludux ftehim interistituzzjonali mal-Parlament Ewropew u jfasslu fi żmien sena rakkomandazzjoni speċifika biex il-Parlament ikun involut fil-montoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità;

85.  Jistieden lill-Kunsill jadotta l-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni dwar il-konklużjoni mill-UE tal-Protokoll Mhux Obbligatorju, filwaqt li jenfasizza l-fatt li l-mekkaniżmu stabbilit minn dan il-Protokoll jista“, bl-involviment tal-Parlament Ewropew, iwassal għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità mill-UE;

86.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa miżuri konkreti, xierqa u aktar dettaljati u tistabbilixxi mekkaniżmu ta' monitoraġġ għal-livelli kollha ta' governanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-EDS skont il-lista ta' azzjonijiet tal-EDS, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Parlament Ewropew;

87.  Jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw kemm jista' jkun miżuri xierqa u għodod imfassla (minbarra l-aspett mediku) għal livell ogħla ta' ħajja indipendenti sabiex jiġu żgurati opportunitajiet indaqs u ħajja attiva għall-persuni b'diżabilità;

88.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu mgħejjuna dawk li jistgħu jaħdmu u li jridu jibqgħu fis-suq tax-xogħol, anke jekk ikunu tilfu parti mill-kapaċitajiet funzjonali tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jippromwovu kultura ta' inklussività u jgħinu lill-persuni li għandhom kapaċità parzjali ta' xogħol jintegraw fis-suq tax-xogħol;

89.  Jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw (mill-ġdid) l-azzjonijiet u l-programmi jew strateġiji nazzjonali tagħhom relatati mad-diżabilità fil-perjodu u l-qafas tal-EDS f'konformità mal-Istateġija UE2020 u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità;

90.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva għal Att Ewropew dwar id-Diżabilità kif hemm imħabbar fl-EDS, filwaqt li tenfasizza l-ħtieġa ta' miżuri vinkolanti b'saħħithom fil-livell tal-UE biex tittejjeb l-aċċessibilità tal-oġġetti u s-servizzi għall-persuni b'diżabilità, bi pjan direzzjonali ċar;

91.  Jistieden lill-Istati Membri jadottaw, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, miżuri soċjali speċifiċi biex jiġi żgurat aċċess indaqs għall-kura tas-saħħa, inklużi servizzi tas-saħħa u ta' riabilitazzjoni ta' kwalità għolja għall-persuni b'diżabilità mentali u għal dawk b'diżabilità fiżika;

92.  Jenfasizza l-importanza tar-riċerka dwar metodi terapewtiċi ġodda li jkomplu jiffaċilitaw aktar l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabilità fis-soċjetà; jirrimarka, f'dan ir-rigward, li t-terapija bid-drama u bl-annimali ta' kumpanija, pereżempju, qed juru li huma effikaċi fil-promozzjoni tas-soċjalizzazzjoni u tal-komunikazzjoni interpersonali;

93.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri meħtieġa biex tgħin lil dawk b'defiċjenzi tal-vista biex iwettqu transazzjonijiet kummerċjali;

94.  Jistieden lill-Kummissjoni jkollha referenzi relatati mad-diżabilità aktar b'saħħithom fir-reviżjoni ppjanata tar-riforma tal-akkwist pubbliku;

95.  Jistieden lill-Kummissjoni ħalli, skont l-eżitu tad-dibattitu wara l-pubblikazzjoni tal-Green Paper dwar il-Pensjonijiet, targumenta favur politika dwar id-diżabilità li tkun tmiss l-aspetti kollha fil-white paper li ħierġa dalwaqt, li għandha tiġi ppubblikata fit-tieni nofs tal-2011;

96.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk aktar miżuri meħuda fil-kuntest tal-Fondi Strutturali Ewropej speċjalment fir-rigward tal-Fond għall-Iżvilupp Rurali jgħinux lill-persuni b'diżabilità jkunu ċittadini attivi li jgħixu fiż-żoni rurali fl-Ewropa;

97.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jagħmlu kull sforz biex ifasslu regoli dwar l-iskrining personali meta jintużaw is-servizzi tat-trasport li se jiggarantixxu d-drittijiet fundamentali u d-dinjità tal-passiġġieri u jaqdu l-għan tal-vjaġġi tagħhom, b'mod partikolari rigward l-apparat, l-għajnuna u l-aċċessorji mediċi li jistgħu jittellgħu abbord, u biex tinkiseb interpretazzjoni ċara u komuni tar-rekwiżiti ta' sigurtà eżistenti sabiex jiġi assigurat li l-persuni b'diżabilità ma jiġux imċaħħda mill-opportunità li jivvjaġġaw – fin-nuqqas ta' ġustifikazzjoni xierqa u sa livell sproporzjonat – sempliċement biex jiġi evitat l-inkonvenjent lill-fornitur tas-servizz;

98.  Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi ħalli naslu biex għall-għomja u dawk b'defiċjenzi serji tal-vista jkollna servizzi mfasslin individwalment u bbażati fuq in-navigazzjoni u biex tirrapporta dwar dawn kull sena u tagħmel rakkomandazzjonijiet speċifiċi – filwaqt li tqis l-iżvilupp teknoloġiku dinamiku – li jassiguraw li jsir progress u li jkun possibbli trasport bieb bieb multimodali, kontinwu, kif spjegat fil-White Paper bit-titolu “Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti”;

99.  Jistieden lill-Istati Membri jeżaminaw mill-ġdid il-provvediment tagħhom tas-servizzi tas-saħħa għall-persuni b'diżabilità, bħalma huma miżuri komprensivi relatati mal-aċċessibilità fiżika għas-servizzi, it-taħriġ u l-persunal mediku, is-sensibilizzazzjoni, l-informazzjoni pprovduta f'formati aċċessibbli, servizzi ta' konsulta personalizzati, inkluża t-traduzzjoni għal diversi lingwi, u servizzi tas-saħħa mfassla skont il-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità;

100.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri ħalli, meta jkunu qed jagħtu appoġġ għall-isport u r-rikreazzjoni għall-persuni b'diżabilità, jevitaw li jagħmlu distinzjonijiet meta jkunu qed jidentifikaw id-diżabilitajiet, u jħeġġeġ lill-Kunsill ikompli bl-isforzi tiegħu, filwaqt li jfakkar li l-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa kien wiegħed, fil-1986, li jappoġġja l-isport għall-persuni b'diżabilità;

101.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill itejbu l-aċċess għall-persuni b'diżabilità fil-qasam tad-dritt tal-awtur, inkluż skambju akbar tal-aħjar prattiki, biex jappoġġjaw l-iżvilupp tal-aqwa suriet ta' kooperazzjoni, u biex jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi jkunu regolati minn rekwiżiti xierqa, komuni u obbligatorji rigward il-persuni b'diżabilità, b'enfasi partikolari fuq dawk li għandhom defiċjenzi tal-vista;

102.  Jenfasizza li, skont l-ispirtu tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, id-Direttiva 2005/29/KE dwar il-prattiċi kummerċjali żleali – b'mod partikolari d-dispożizzjoni dwar l-omissjonijiet qarrieqa – hija wkoll relevanti għall-persuni b'diżabilità;

103.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jieħdu azzjoni fuq il-bażi tal-prattika u l-esperjenza tal-Parlament Ewropew biex iġibu t-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) ħielsa mill-ostakli għall-persuni nieqsa mis-smigħ, skont id-deċiżjonijiet tal-Parlament tal-1988 u tal-1998, u jirrappurtaw dwar dan kull sena lill-MEP(s) ikkonċernati;

104.  Jistieden lill-Kummissjoni tħejji studju bil-ħsieb tal-persuni li għandhom defiċenzi tal-vista li janalizza l-karatteristiċi tad-displays diġitali (interfaces) tal-prodotti industrijali u domestiċi u soluzzjonijiet tal-informazzjoni ekwivalenti alternattivi għall-persuni b'defiċjenzi tal-vista u tagħmel proposti leġiżlattivi speċifiċi;

105.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jirrikonoxxu l-lingwa tas-sinjali bħala lingwa uffiċjali fl-Istati Membri; jinnota li l-Istati Membri għandhom għalhekk jaħdmu favur il-possibilità ta' tali rikonoxximent, skont id-Dikjarazzjoni ta' Brussell tad-19 ta' Novembru 2010;

106.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni lill-inklużjoni tal-interessi tal-persuni b'diżabilità, skont l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju tan-NU, meta tkun qed tittratta l-assistenza għar-relazzjonijiet internazzjonali u l-iżvilupp;

o
o   o

107.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35.
(2) ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1.
(3) ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.
(4) ĠU C 137, 27.5.2010, p. 68.
(5) ĠU L 167, 12.6.1998, p. 25.
(6) ĠU L 308, 24.11.2010, p. 46.
(7) ĠU C 187, 18.7.1988, p. 236.
(8) ĠU C 158, 26.6.1989, p. 383.
(9) ĠU C 284, 2.11.1992, p. 49.
(10) ĠU C 17, 22.1.1996, p. 196.
(11) ĠU C 152, 27.5.1996, p. 87.
(12) ĠU C 20, 20.1.1997, p. 386.
(13) ĠU C 132, 28.4.1997, p. 313.
(14) ĠU C 76E, 25.3.2004, p. 231.
(15) ĠU L 138, 26.5.2011, p. 56.
(16) Testi Adottati, P7_TA(2011)0081.
(17) ĠU C 134, 7.6.2003, p. 7.


Il-modernizzazzjoni tal-akkwist pubbliku
PDF 352kWORD 113k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-modernizzazzjoni tal-akkwist pubbliku (2011/2048(INI))
P7_TA(2011)0454A7-0326/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Direttivi 2004/18/KE u 2004/17/KE dwar proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi(1) u d-Direttiva 2007/66/KE dwar proċeduri ta' reviżjoni dwar l-għoti ta' kuntratti pubbliċi(2),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE dwar il-Konklużjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità(3), li daħlet fis-seħħ fit-22 ta' Jannar 2011 u li tidentifika d-direttivi dwar l-akkwist pubbliku bħala “Atti komunitarji li jirreferu għal kwistjonijiet irregolati mill-Konvenzjoni”,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku tad-WTO tal-15 ta' April 1994,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u speċjalment l-Artikolu 26 tiegħu (l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabilità),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2011 dwar l-aċċess ugwali għal swieq tas-settur pubbliku fl-UE u f'pajjiżi terzi(4),

–  wara li kkunsidra l-Ktiba Ħadra tal-Kummissjoni dwar l-immodernizzar tal-politika tal-UE dwar l-akkwist pubbliku (COM(2011)0015),

–  wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar l-espansjoni tal-użu tal-akkwist-e fl-UE (COM(2010)0571),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' April 2011 dwar suq uniku għall-impriżi u t-tkabbir(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Mejju 2010 dwar żviluppi ġodda fl-akkwist pubbliku(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Frar 2009 dwar “L-akkwist pubbliku prekummerċjali: inrawmu l-innovazzjoni biex niżguraw servizzi pubbliċi sostenibbli u ta' kwalità għolja fl-Ewropa”(7),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Regolamentazzjoni Intelliġenti fl-Unjoni Ewropea” (COM(2010)0543),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Lejn Att dwar is-Suq Uniku. Għal ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna. 50 proposta biex intejbu l-ħidma, in-negozju u l-iskambji ma' xulxin” (COM(2010)0608),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Professur Mario Monti tad-9 ta' Mejju 2010 dwar “Strateġija ġdida għas-suq uniku”,

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni SEC(2010)1214,

–  wara li kkunsidra r-rapport dwar “L-evalwazzjoni tal-aċċess għall-SMEs għas-swieq tal-akkwist pubbliku fl-UE”(8),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Akkwist pubbliku għal ambjent aħjar” (COM(2008)0400),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir – ”Att dwar in-Negozji ż-Żgħar' għall-Ewropa' (COM(2008)0394),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020. Unjoni tal-Innovazzjoni” (COM(2010)0546),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-11-12 ta' Mejju 2011 dwar il-Green Paper dwar “L-immodernizzar tal-politika tal-UE dwar l-akkwist pubbliku - Lejn Suq Ewropew tal-Akkwist iżjed effiċjenti”,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta' Lulju 2011 dwar il-Green Paper dwar “L-immodernizzar tal-politika tal-UE dwar l-akkwist pubbliku – Lejn Suq Ewropew iżjed effiċjenti”,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta' Lulju 2011 dwar il-Green Paper dwar l-espansjoni tal-użu tal-akkwist-e fl-UE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0326/2011),

A.  billi suq tal-akkwist pubbliku fl-UE li jiffunzjona kif suppost huwa xprun ewlieni tat-tkabbir u l-ġebla tax-xewka tas-suq uniku, u huwa, barra minn hekk, fundamentali biex jiġu stimulati l-kompetizzjoni u l-innovazzjoni u biex jiġu indirizzati l-isfidi ambjentali u soċjali tal-politika pubblika li qed jinħolqu b'mod rapidu, kif ukoll minħabba l-kwistjonijiet dwar il-kwalità tax-xogħol, l-ugwaljanza, il-koeżjoni u l-inklużjoni soċjali, filwaqt li jinkiseb valur ottimali għaċ-ċittadini, in-negozji u l-kontribwenti;

B.  billi r-regoli Ewropej dwar l-akkwist pubbliku kkontribwixxew b'mod sostanzjali għal aktar trasparenza u trattament ugwali akbar, għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u għal professjonalizzazzjoni tal-proċess tal-akkwist;

C.  billi l-kuntest ekonomiku attwali, illum iktar minn qatt qabel, huwa kruċjali li tiġi żgurata l-aħjar effiċjenza tan-nefqa pubblika, filwaqt li kemm jista' jkun jiġu limitati l-ispejjeż inkorsi mill-kumpaniji, u billi l-funzjonament imtejjeb tas-suq tal-akkwist iwassal biex jintlaħqu dawn iż-żewġ objettivi;

1.  Jilqa' l-Green Paper tal-Kummissjoni u l-proċess ta' konsultazzjoni wiesgħa bħala punt tat-tluq għar-reviżjoni tad-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (QEĠ), u skont ir-regoli riveduti dwar l-għajnuna statali;

2.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, għalkemm ir-reviżjoni tad-direttivi tal-UE dwar l-akkwist fl-2004 wasslet għal żvilupp ulterjuri utli tas-suq uniku għall-akkwist pubbliku, jinħass il-bżonn – ftit tas-snin wara t-traspożizzjoni tad-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE fil-liġi nazzjonali – li jiġi vvalutat il-fatt jekk l-ottimizzazzjoni u l-kjarifika tad-direttivi jkunux meħtieġa sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet li saru evidenti fil-prattika; jenfasizza li ħafna persuni interessati jaraw ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku bħala kumplessi ħafna, li jwasslu għal proċeduri amministrattivi ta' konformità li jiswew il-flus u li huma ta' piż; jiddeplora l-każijiet frekwenti fejn ikun hemm traspożizzjoni inadegwata tar-regoli fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, u l-insuffiċjenza ta' miżuri tat-taħriġ; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi simplifikazzjoni u konsolidazzjoni sinifikanti tar-regoli, filwaqt li żżid iktar kjarifiki fejn hemm bżonn; jenfasizza barra dan li ż-żieda fl-użu tal-ICT issa għandu jkollha rwol ewlieni biex titnaqqas l-amministrazzjoni u l-ispejjeż, u li d-diversi inizjattivi Ewropej dwar l-akkwist-e u l-kummerċ-e għandhom għaldaqstant jiġu allinjati mar-riforma fir-regoli dwar l-akkwist;

3.  Jitlob dikjarazzjoni espliċita fid-direttivi li ma jżommu l-ebda pajjiż milli jkun konformi mal-Konvenzjoni C94 tal-ILO; jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex ikunu konformi ma' dik il-Konvenzjoni; jenfasizza li l-funzjonament effikaċi ta' akkwist pubbliku sostenibbli jirrikjedi regoli ċari u mhux ambigwi tal-UE li jiddefinixxu b'mod preċiż il-qafas tal-leġiżlazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Istati Membri;

L-ewwel kompitu: titjib taċ-ċarezza legali

4.  Jitlob kjarifika tal-ambitu tad-direttivi; jinnota li l-iskop ewlieni tal-akkwist pubbliku huwa x-xiri ta' prodotti, xogħlijiet u servizzi minn awtoritajiet pubbliċi biex jakkomodaw il-ħtiġijiet taċ-ċittadini tagħhom u jiżguraw l-użu effettiv tal-fondi pubbliċi; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li għandu jkun hemm benefiċċju dirett għall-awtorità kontraenti biex proċedura tikkwalifika bħala akkwist pubbliku;

5.  Jitlob kjarifika tad-definizzjonijiet fid-direttivi – pereżempju d-definizzjoni ta' “korp regolat bi dritt pubbliku” – f'konformità mal-ġurisprudenza tal-QEĠ u mingħajr ma jitnaqqas l-ambitu tar-regoli tal-UE dwar l-akkwist pubbliku;

6.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' Mejju 2010 dwar l-iżviluppi reċenti fl-akkwist pubbliku, fejn ġiet ikkunsidrata l-ġurisprudenza tal-QEĠ u tqies il-fatt li l-koperazzjoni pubblika-pubblika mhijiex sottoposta għar-regoli dwar l-akkwist pubbliku sakemm jiġu sodisfatti l-kriterji li ġejjin: li l-iskop tas-sħubija kien id-dispożizzjoni ta' kompitu ta' servizz pubbliku mogħti lill-awtoritajiet lokali kollha kkonċernati; li kompitu kien sar biss mill-awtoritajiet pubbliċi kkonċernati, jiġifieri mingħajr l-involviment tal-kapital privat; u l-attività involuta tkun twettqet essenzjalment f'isem l-awtoritajiet pubbliċi kkonċernati; jenfasizza l-fatt li t-trasferiment tal-kompiti bejn l-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku huwa kwistjoni tal-organizzazzjoni amministrattiva interna tal-Istati Membri u mhux sottopost għar-regoli tal-akkwist; huwa tal-fehma li dawn il-kjarifiki għandhom jiġu kkodifikati fid-direttivi dwar l-akkwist;

7.  Jenfasizza l-esklużjoni tal-konċessjonijiet tas-servizzi mill-ambitu tar-regoli Ewropej dwar l-akkwist; ifakkar li għandhom ikunu kkunsidrati kif jixraq kemm il-kumplessità tal-proċeduri kif ukoll id-differenzi sinifikanti li hemm fil-qasam tal-kultura legali u tal-prattika legali fl-Istati Membri fir-rigward tal-konċessjonijiet ta' servizzi; huwa tal-fehma li d-dibattitu dwar id-definizzjoni tat-terminu “konċessjonijiet ta' servizzi” u l-ħolqien ta' qafas legali li jiggverna dawn il-konċessjonijiet żviluppa wara l-adozzjoni tad-direttivi tal-2004 dwar l-akkwist pubbliku u tal-ġurisprudenza supplimentari tal-QTĠ; jinsisti dwar il-fatt li kull proposta għall-att leġiżlattiv dwar konċessjonijiet tas-servizzi tkun ġustifikata biss f'każ li tintuża biex issewwi d-distorsjonijiet fil-funzjonament tas-suq intern; jindika li t-tali distorsjonijiet għadhom ma ġewx identifikati, u li att leġiżlattiv dwar il-konċessjonijiet tas-servizzi għalhekk huwa inutli jekk ma jkollux l-għan li jtejjeb b'mod evidenti l-funzjonament tas-suq intern;

8.  Jenfasizza li l-klassifikazzjoni attwali tal-kategoriji tas-servizzi A u B għandha tinżamm billi d-dispożizzjonijiet “eħfef” għas-servizzi-B għandhom il-ġustifikazzjonijiet tagħhom fil-karatteristiċi ta' dik il-kategorija bħala servizzi pprovduti prinċipalment fil-livell lokali jew reġjonali; jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa għodod biex ikun aktar faċli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali li jiddeċiedu għal liema kategorija jappartjenu l-kompiti speċifiċi tal-kuntratt;

9.  Josserva, f'dan il-kuntest, li l-applikazzjoni tal-liġi dwar l-akkwist pubbliku fil-każijiet ta' forniment tas-servizzi soċjali lill-individwu ta' spiss ma tkunx adattata biex jinkisbu l-aħjar riżultati għal min jagħmel użu minnhom; jtlob ir-rikonoxximent skont il-liġi tal-UE, ta' proċeduri pprovduti u ttestjati tal-Istati Membri msejsa fuq il-prinċipju li l-fornituri kollha li huma f'pożizzjoni li jissodisfaw kundizzjonijiet stabbiliti bil-liġi minn qabel, irrispettivament mill-forma legali tagħhom, li jkunu jistgħu jipprovdu s-servizzi, sakemm ikunu rrispettati l-prinċipji ġenerali ta' trattament ugwali, ta' trasparenza, u ta' nondiskriminazzjoni;

10.  Jenfasizza li l-introduzzjoni ta' regoli ġodda għas-swieq tal-akkwist pubbliku taħt il-livelli limitu tal-UE għandhom jiġu evitati, għaliex jistgħu jipperikolaw iċ-ċertezza legali stabbilita fil-livell nazzjonali;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tallinja d-Direttiva dwar ir-Rimedji mal-qafas il-ġdid dwar l-akkwist pubbliku li se jiġi żviluppat wara r-reviżjoni attwali, u biex twettaq dan l-eżerċizzju b'mod parallel għall-proposta leġiżlattiva ewlenija, biex tiġi żgurata l-konsistenza;

12.  Jenfasizza r-responsabilità tal-Kummissjoni li timmonitorja t-traspożizzjoni korretta tad-direttivi tal-UE fl-Istati Membri;

It-tieni kompitu: l-iżvilupp tal-potenzjal kollu tal-akkwist pubbliku – l-aħjar valur għall-flus

13.  Huwa tal-fehma li, biex jiġi żviluppat il-potenzjal kollu tal-akkwist pubbliku, il-kriterju tal-iktar prezz baxx m'għandux jibqa' l-kriterju determinanti għall-għoti tal-kuntratti, u li għandu jiġi sostitwit, b'mod ġenerali, mill-kriterju tal-offerta li tkun l-aktar vantaġġuża ekonomikament, f'termini ta' beneffiċji ekonomiċi, soċjali u ambjentali – filwaqt li jitqiesu l-kostijiet kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti, is-servizzi jew ix-xogħlijiet relevanti jenfasizza li dan ma jkunx jeskludi l-iktar prezz baxx bħala l-kriterju deċiżiv fil-każ tal-prodotti u s-servizzi standardizzati; jitlob lill-Kummissjoni, bil-kooperazzjoni fil-qrib mal-Istati Membri, tiżviluppa metodoloġija għall-kalkolu tal-kostijiet taċ-ċiklu tal-ħajja inġenerali u fuq bażi mhux obbligatorja; jenfasizza li l-appoġġ għall-kriterju tal-“benefiċċju ekonomiku massimu” jrawwem l-innovazzjoni u l-isforzi biex jinkisbu l-aħjar kwalità u valur, jiġifieri biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-istrateġija tal-Ewropa 2020; jenfasizza li dan huwa partikolarment relevanti rigward l-akkwist pubbliku ta' prodotti li għandhom impatt fuq is-saħħa tal-konsumaturi – fis-settur tal-ikel, pereżempju – fejn il-kwalità u l-metodi tal-produzzjoni jaqdu rwol importanti; jenfasizza li r-regoli dwar l-akkwist pubbliku għandhom ikunu flessibbli biżżejjed biex jiżguraw li l-konsumaturi passivi, pereżempju fl-isptarijiet, id-djar għall-kura tal-anzjani, l-iskejjel u l-kindergartens, ikollhom aċċess ugwali għall-ikel sustanzjuż u ta' valur għall-flus, aktar milli għall-irħas għażla disponibbli;

14.  Jirrikonoxxi li jekk jintuża b'mod effikaċi, l-akkwist pubbliku jista' jservi ta' impetu reali li jippromwovi l-impjiegi ta' kwalità, il-pagi u l-kundizzjonijiet, kif ukoll l-ugwaljanza, fl-iżvilupp tal-ħiliet u taħriġ, fil-promozzjoni tal-politiki ambjentali, u fl-għoti ta' inċentivi għar-riċerka u l-innovazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-gvernijiet u lill-awtoritajiet kontraenti biex jużaw aktar l-akkwist pubbliku sostenibbli, li jappoġġja u jippromwovi impjiegi ta' kwalità għolja, u li jipprovdi servizzi u prodotti ta' kwalità fl-Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni biex tiskrutinizza l-mod kif l-akkwist pubbliku kkontribwixxa biex jintlaħqu l-miri aktar mifruxa tal-UE u biex tiddeskrivi x'għandu jsir biex dawn l-objettivi jittejbu fil-ġejjieni;

15.  Ifakkar li l-akkwist prekummerċjali huwa għodda li ma tintużax biżżejjed, li tista' tixpruna l-innovazzjoni fl-akkwist pubbliku u tista' tikkontribwixxi bil-kbir biex jiġu identifikati u stabbiliti s-swieq ewlenin u biex jitjieb l-aċċess tal-SME għall-akkwist pubbliku; iqis, barra minn hekk, li l-mudell propost ta' kondiviżjoni tar-riskju u tal-benefiċċju (IPR) fl-akkwist prekummerċjali jirrikjedi kemm kjarifika legali kif ukoll simplifikazzjoni legali sabiex il-professjonisti fis-settur tal-akkwist ikunu jistgħu jużaw din l-għodda b'mod regolari; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni tipproponi adattament tal-akkwist relevanti jew tar-regoli tal-għajnuna mill-istat bħala parti mill-eżerċizzju tar-reviżjoni ġenerali, sabiex jiżdied l-użu tal-akkwist prekummerċjali;

16.  Jinnota l-importanza tal-istandards għall-akkwist pubbliku, għax dawn jistgħu jgħinu lill-akkwirenti pubbliċi jilħqu l-objettivi tagħhom tal-politika b'mod effettiv u trasparenti; jappella, f'dak ir-rigward, għall-iżvilupp ta' database aġġornata b'mod regolari rigward l-istandards, b'mod speċjali rigward il-kriterji ambjentali u soċjali, biex tkun disponibbli għall-awtoritajiet pubbliċi, biex ikun żgurat li l-prokuraturi, meta jkunu qed ifasslu s-sejħiet għall-offerti, ikollhom aċċess għal gwida xierqa u sett ċar ta' regoli, biex ikunu jistgħu jivverifikaw b'mod faċli l-konformità tagħhom mal-istandards relevanti;

17.  Jitlob li jkun hemm dipendenza akbar fuq l-istandards nondiskriminatorji u miftuħa fl-akkwist pubbliku, fl-interessi tas-simplifikazzjoni u tal-objettivi tal-innovazzjoni, partikolarment fl-oqsma tal-aċċessibilità, l-ICT, u l-ambjent;

18.  Jenfasizza l-fatt li jekk prodott jew servizz ikunx ġie prodott b'mod sostenibbli huwa kkunsidrat dovutament bħala karatteristika tal-prodott, li tista' tintuża bħala kriterju ta' paragun ma' prodotti jew servizzi li ma jkunux ġew prodotti b'mod sostenibbli, sabiex l-awtoritajiet kontraenti jkunu jistgħu jikkontrollaw l-impatt ambjentali u soċjali tal-kuntratti mogħtija minnhom b'mod trasparenti imma fl-istess ħin ma jdgħajfux ir-rabta meħtieġa mas-suġġett tal-kuntratt; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li għandu jiġi ċċarat l-ambitu għall-inklużjoni ta' rekwiżiti relatati mal-proċess tal-produzzjoni fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tat-tipi kollha ta' kuntratti, fejn huma relevanti u proporzjonali; jiġbed l-attenzjoni għall-każ Wienstrom, li sar l-eżempju klassiku ta' kif u għaliex il-karatteristiċi tal-produzzjoni jistgħu jiġu kategorizzati bħala speċifikazzjonijiet tekniċi;

19.  Jenfasizza l-ħtieġa tat-tisħiħ tad-dimensjoni tas-sostenibilità tal-akkwist pubbliku billi din tkun tista' tiġi integrata f'kull stadju tal-proċess tal-akkwist (jiġifieri fit-test tal-abilità, fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, fil-klawsoli tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt);

20.  Jenfasizza li, b'riżultat taż-żieda fl-għarfien dwar l-impatt tal-prodotti, tax-xogħlijiet u tas-servizzi fuq l-ambjent u l-klima, l-awtoritajiet tal-akkwist għandhom jinkludu l-kostijiet ambjentali fil-valutazzjoni tagħhom tal-“offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament” u fil-kalkolu tagħhom tal-kostijiet taċ-ċiklu tal-ħajja;

21.  Jinnota li t-test tad-direttivi jeħtieġ li jkun aktar speċifiku fir-rigward tat-titjib fl-aċċess għal persuni b'diżabilità;

22.  Iqis li d-dispożizzjonijiet attwali dwar is-sottokuntrattar għandhom jissaħħu, ladarba l-użu ta' diversi livelli ta' sottokuntrattar jista' jwassal għal problemi fir-rigward tal-konformità mal-ftehimiet kollettivi, mal-kondizzjonijiet tax-xogħol, u mal-istandards tas-saħħa u s-sigurtà; jirrakkomanda għaldaqstant li l-awtoritajiet pubbliċi jiġu informati bid-dettalji kollha marbuta mal-użu tas-sottokuntrattar qabel ma jiġi konkluż kuntratt; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta, bil-ħsieb għal reviżjoni fil-futur tad-direttivi, jekk hemmx bżonn ta' aktar regoli fuq l-għoti tas-sottokuntratti, pereżempju dwar l-istipolar ta' katina ta' responsabilità, speċifikament biex ikun evitat li s-sottokuntratturi SMEs ikunu sottoposti għal kundizzjonijiet agħar minn dawk applikabbli mal-kuntrattur ewlieni li jkun ingħata l-kuntratt pubbliku;

23.  Jirrikonoxxi r-rwol li jista' jkollha l-UE fl-iffaċilitar tal-iżvilupp ta' sħubijiet pubbliċi–privati (PPPs) b'suċċess billi tippromwovi l-kompetizzjoni ġusta u l-kondiviżjoni tal-aqwa prattika fl-Istati Membri kollha b'rabta mal-politiki soċjali u tal-impjiegi; jinnota, madankollu, li jeżistu differenzi kbar bejn l-Istati Membri f'termini ta' rekwiżiti legali u proċedurali li japplikaw f'dan il-qasam; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni biex tispjega aħjar il-kunċett tal-PPP, b'mod partikolari fir-rigward ta' kif il-partijiet se jġarrbu r-riskji maqsuma bejniethom u kif se jissodisfaw l-obbligi finanzjarji tagħhom;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid il-livell adegwat tal-valuri ta' limitu fil-kuntratti tal-provvista u tas-servizzi, u jekk hemm bżonn u tgħollihom, sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-akkwist pubbliku minn, fost l-oħrajn, operaturi mingħajr skop ta' qligħ u tal-ekonomija soċjali kif ukoll tal-SMEs; jitlob li jitqiesu bir-reqqa r-rekwiżiti legalment vinkolanti tal-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku tad-WTO, jenfasizza li, minħabba d-diffikultajiet li diġà jeżistu fin-negozjati fir-rigward tal-kwistjoni tal-aċċess għall-akkwist pubbliku, wieħed għandu jżomm f'moħħu wkoll li żieda fil-livelli limitu fl-Ewropa tista' twassal faċilment għal aktar kumplikazzjonijiet għall-politika dwar il-kummerċ tal-UE;

25.  Jenfasizza li kwalunkwe estensjoni tar-regoli tal-UE dwar l-akkwist fil-qasam “x'għandu jinxtara” tirrappreżenta bidla sinifikanti fir-reġim attwali u għandha tiġi vvalutata bir-reqqa; jiddubita li dan jikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni, iżda għall-kuntrarju jibża' li dan jista' jwassal għal regoli aktar ikkumplikati, b'ħafna eżenzjonijiet, li jkun diffiċili jiġu amministrati fil-prattika – billi d-direttivi dwar l-akkwist huma linji gwida proċedurali (“kif għandu jinxtara”) m'għandux ikun fihom dispożizzjonijiet dwar “x'għandu jinxtara”;

It-tielet kompitu: simplifikazzjoni tar-regoli u possibilità ta' proċeduri aktar flessibbli

26.  Jenfasizza li d-Direttivi huma spiss meqjusa bħala dettaljati wisq u li saru dejjem iżjed tekniċi u kumplessi, filwaqt li fl-istess ħin ir-riskju legali ta' nuqqas ta' konformità ma' dawn ir-regoli żdied konsiderevolment kemm għall-awtoritajiet kontraenti u kemm għall-fornituri; jinnota li l-biża' mill-isfida jwassal għal approċċ fejn wieħed joqgħod lura milli jieħu riskji, liema approċċ joħnoq l-innovazzjoni u l-iżvilupp sostenibbli, u ħafna drabi jwassal lill-awtoritajiet kontraenti biex jagħżlu l-prezz l-aktar baxx minflok dak bl-aħjar valur; jitlob li jkun hemm iktar spazju għan-negozjar u l-komunikazzjoni, flimkien ma' miżuri biex tiġi żgurata t-trasparenza u biex jiġu evitati l-abbuż u d-diskriminazzjoni, u jħeġġeġ li l-konsultazzjoni tas-suq tkun permessa bħala l-ewwel pass possibbli;

27.  Jinnota li l-politika dwar l-akkwist pubbliku għandha, l-ewwel u qabel kollox, tiżgura l-użu effettiv ta' fondi mill-Istati Membri, tikseb l-aħjar riżultati f'termini ta' akkwist pubbliku permezz tal-applikazzjoni ta' proċeduri ċari, trasparenti u flessibbli, u tippermetti lin-negozji Ewropej jikkompetu f'livell ekwu fl-Unjoni kollha;

28.  Iħeġġeġ, waqt li l-liġi Ewropea tal-akkwist pubbliku qed tkun reveduta, regoli ċari, sempliċi u flessibbli, billi jitnaqqas il-livell ta' dettall u billi l-proċeduri tal-akkwist isiru iktar sempliċi, inqas ingombranti, irħas, aktar miftuħa għall-SMEs u jwasslu għal aktar investiment; jara l-bżonn, għaldaqstant, għal serħan akbar fuq il-prinċipji ġenerali ta' trasparenza, trattament ugwali u nondiskriminazzjoni; iqis permezz tas-simplifikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku li jkun jista' jonqos ir-riskju ta' żball u li tingħata aktar attenzjoni lill-bżonnijiet ta' awtoritajiet kontraenti żgħar;

29.  Iħeġġeġ biex jiġi vvalutat użu usa' jekk il-proċedura negozjata bil-pubblikazzjoni minn qabel fl-UE kollha tistax tkun permessa, lil hinn minn dak li jipprevedu d-direttivi attwali, sabiex l-awtoritajiet kontraenti u l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jikkomunikaw aħjar, u sabiex il-provvista u d-domanda jkunu jistgħu jiġu kkoordinati b'mod effettiv; huwa tal-fehma li, jekk tkun prevista xi estensjoni tal-ambitu tal-proċedura negozjata, għandhom jiġu introdotti salvagwardji ulterjuri mill-abbuż – pereżempju l-obbligu tal-awtorità kontraenti li tistabbilixxi mill-bidu, lil kwalunkwe offerent, mill-inqas xi kundizzjonijiet minimi rigward il-prestazzjoni tal-proċedura, hekk kif jiġri b'mod tajjeb fl-akkwist mill-privat – u tistabbilixxi wkoll rekwiżiti ta' dokumentazzjoni bil-miktub;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-approċċi attwali għall-eleġibilità tal-fornituri (partikolarment il-ftehimiet qafas, is-sistemi dinamiċi tax-xiri u l-użu tas-sistemi ta' eleġibilità mill-akkwirenti tal-utilitajiet), sabiex kwalunkwe approċċ ġdid għall-eleġibilità jnaqqas l-ispejjeż u ż-żmien, ikun attraenti kemm għall-awtoritajiet kontraenti kif ukoll għall-operaturi ekonomiċi u jwasslu għall-aħjar riżultati possibbli;

31.  Itenni l-insistenza tiegħu fuq l-ammissjoni sistematika ta' offerti alternattivi (jew varjanti), billi dawn huma kruċjali biex jippromwovu u jxerrdu soluzzjonijiet innovattivi; jenfasizza li l-ispeċifikazzjonijiet li jirreferu għar-rekwiżiti ta' prestazzjoni u funzjonali u l-ammissjoni espliċita ta' varjanti jagħtu lill-offerenti l-opportunità li jipproponu soluzzjonijiet innovattivi, b'mod partikolari fis-setturi b'livell għoli ta' innovazzjoni bħalma huwa s-settur tal-ICT; jitlob ukoll li l-mezzi kollha – leġiżlattivi u mhumiex – jiġu esplorati biex tiġi żgurata parteċipazzjoni aħjar tal-akkwist pubbliku fil-promozzjoni tal-innovazzjoni fl-Ewropa;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tintroduċi kjarifiki fil-qafas regolatorju dwar l-akkwist pubbliku, b'mod partikolari fir-rigward tal-fażi tat-twettiq tal-kuntratt (pereżempju dwar “modifika sostanzjali” ta' kuntratt fis-seħħ, dwar bidliet li jikkonċernaw il-kuntrattur u t-terminazzjoni tal-kuntratti);

33.  Iqis b'dispjaċir li l-offerenti għandhom biss opportunità limitata li jirrimedjaw għall-ommissjonijiet fl-offerti tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni, għaldaqstant, biex tesplora liema ommissjonijiet jistgħu jiġu rettifikati mill-offerenti, x'aġġustamenti addizzjonali huma permessi u jesploraw kif jistgħu jiġu garantiti t-trasparenza u t-trattament ugwali;

34.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-esperjenza preċedenti ma' offerent fuq il-bażi ta' rapport uffiċjali ta' evalwazzjoni; jirrakkomanda li għandu jiġi stabbilit limitu ta' żmien għall-esklużjonijiet, li għandu jiżgura t-trasparenza u l-oġġettività; jiġbed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa għal kjarifika leġiżlattiva fid-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE li tiddikjara li l-offerent li jinstab ħati ta' mġiba ħażina fi proċedura tal-akkwist preċedenti, jista' jerġa' jikseb l-affidabilità wara li jkun ta prova sostanzjali li huwa għadda minn proċedura effettiva ta' “awtoregolazzjoni”; iqis li din il-kjarifika għandha trawwem mekkaniżmi kontra l-korruzzjoni bl-inċentivi sottostanti biex il-prattiki ta' korruzzjoni jingħelbu iktar malajr, u għandha telimina l-inċertezzi legali serji;

35.  Jikkritika n-nuqqas tal-Geen Paper li ssemmi n-nuqqasijiet, in-nuqqas ta' kompetenzi u ta' għarfien dwar l-akkwist u l-inadegwatezza tal-istrateġiji tal-akkwist pubbliku; jenfasizza l-importanza li tiġi promossa l-professjonalità u li tkun garantita l-oġġettività kemm min-naħa tal-awtoritajiet kontraenti u kemm min-naħa tal-operaturi tas-suq, b'mod partikolari billi jiġi appoġġjat l-iżvilupp ta' programmi ta' taħriġ li huma maħsuba għalihom; jirrakkomanda li jiġi stabbilit netwerk ta' ċentri ta' eċċellenza fi ħdan l-oqfsa nazzjonali eżistenti, u li jiġu promossi l-iskambju tal-informazzjoni u l-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri; jinkoraġġixxi wkoll l-organizzazzjonijiet umbrella, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-UE, biex jaqsmu r-responsabilità biex jagħmlu l-informazzjoni relevanti disponibbli u biex jiffaċilitaw l-iskambji tal-informazzjoni bejn il-membri tagħhom fl-Ewropa kollha; jenfasizza l-importanza ta' manwali ċari u li jinftiehmu kemm mill-awtoritajiet kontraenti u kemm mill-offerenti; isibu ta' dispjaċir il-fatt li d-dokumenti “Ixtri għal ambjent aħjar! Manwal tal-akkwist pubbliku favur l-ambjent” u “Xiri soċjali: Gwida sabiex Jitqiesu l-Kunsiderazzjonijiet Soċjali fl-Akkwisti Pubbliċi”, ippubblikati fl-2005 u l-2010 rispettivament, mhumiex prattikabbli biżżejjed f'dan ir-rigward;

36.  Jinnota li 1.4% biss tal-kuntratti jingħataw lil intrapriżi li ġejjin minn Stat Membru differenti; jenfasizza li professjonalizzazzjoni u taħriġ aħjar tal-kontraenti u l-offerenti, irawmu l-kompetizzjoni madwar l-UE u biex jiġu sfruttati aktar bis-sħiħ il-vantaġġi li joffri suq intern tal-akkwisti għal kuntratti pubbliċi;

Ir-raba' kompitu: titjib tal-aċċess għall-SMEs

37.  Jenfasizza li l-aċċess immedjat għall-akkwist pubbliku għall-SMEs, li huma l-forza li tmexxi l-ekonomija Ewropea, huwa kruċjali għall-ħarsien tal-impjiegi u l-iżvilupp sostenibbli, l-innovazzjoni u t-tkabbir; jenfasizza li s-simplifikazzjoni tal-proċeduri u l-formalitajiet amministrattivi, kif ukoll il-ħolqien ta' strateġiji li huma ta' benefiċċju għall-SMEs, u l-implimentazzjoni tal-kodiċi ta' prattiki tajba, jiffaċilitaw l-aċċess tal-SMEs għall-kuntratti pubbliċi u jippermettulhom jipparteċipaw fuq livell iktar ugwali u ġust; huwa tal-fehma li l-għoti ta' aċċess issimplifikat, ugwali u ġust għall-akkwist pubbliku jirriżulta f'użu aħjar tal-flus tal-kontribwenti; jindika li l-SMEs ġeneralment ma jkollhomx kapaċità amministrattiva sinifikanti u speċjalizzata, u li għalhekk huwa essenzjali li jitnaqqas il-piż amministrattiv impost fuqhom;

38.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-kriterji tal-għażla dwar il-qagħda finanzjarja, pereżempju rigward il-fatturat tal-kumpanija, għandhom ikunu proporzjonati man-natura tal-kuntratt partikolari; iwissi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, meta jadottaw strumenti flessibbli u faċli għall-utent, biex ma joħolqux ostakoli ġodda għall-SMEs u biex iqisu l-interessi tagħhom bħala prijorità; jitlob lill-Kummissjoni, bl-għan li jitjieb l-aċċess għall-proċeduri tal-akkwist pubbliku u titjieb it-trasparenza tagħhom, partikolarment għall-benefiċċju tal-awtoritajiet kontraenti u tal-offerenti, biex jiġi mmodernizzat il-portal Tenders Electronic Daily (TED) ħalli jsir aktar aċċessibbli billi jitjiebu l-appell tiegħu u l-mod ta' kif jintuża, billi tingħata attenzjoni partikolari għal dak li għandu x'jaqsam mat-tiftix tal-kriterji u l-kwalità u d-dettall tat-traduzzjonijiet fil-qosor ta' kull offerta; jirrakkomanda li TED għandu joffri servizz ta' avviż lill-utenti, biex jinformahom li jkunu ħarġu offerti ġodda li jkunu jinteressawhom;

39.  Jitlob lill-Kummissjoni biex iżżid l-għarfien dwar l-importanza tal-qsim tal-kuntratti f'lottijiet, u biex tikkunsidra l-implimentazzjoni tal-prinċipju “applika jew spjega”, li skontu għandhom jiġu osservati r-regoli dwar kwistjonijiet bħalma hija d-diviżjoni f'lottijiet, jew inkella għandha tingħata spjegazzjoni għan-nuqqas ta' konformità;

40.  Jindika li l-awtoritajiet kontraenti għandhom jisfruttaw aktar il-possibilitajiet li l-kuntratti pubbliċi jinqasmu f'partijiet, bir-riżultat li dan jagħti lill-SMEs opportunità akbar li jipparteċipaw fl-akkwist pubbliku, f'termini kwalitattivi u kwantitattivi, u jtejjeb il-livell tal-kompetizzjoni; jinkoraġġixxi lill-SMEs biex jagħmlu użu mill-akkwist konġunt u mill-ippuljar tal-kuntratti, li jkun jippermettilhom jagħmlu l-ekonomiji ta' skala fl-oqsma bħal-loġistika u t-trasport; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet pubbliċi biex ikunu flessibbli meta jqisu dawn il-forom tal-arranġamenti moderni u volontarji; jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga l-possibilitajiet kollha biex jitħeġġeġ l-iggruppar tal-SMEs u tal-istrutturi ż-żgħar fuq bażi temporanja jew permanenti biex b'hekk ikunu jistgħu jieħdu sehem f'sejħiet għal offerti mhux ikkategorizzati f'lottijiet, mingħajr ma jkollhom jaġixxu bħala sottokuntratturi; jitlob lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, biex teżamina b'mod partikolari l-prattika attwali tas-sottokuntrattar lill-SMEs – spiss b'kundizzjonijiet inferjuri għal dawk applikabbli mal-kuntrattur ewlieni – ta' partijiet mill-kuntratti li ma ġewx maqsuma f'lottijiet, u li huma kbar wisq biex jippermettu lill-SMEs jipparteċipaw fil-proċedura tal-akkwist;

41.  Jipproponi li jiġu permessi l-awtodikjarazzjonijiet meta dan ikun fattibbli, u li d-dokumenti oriġinali jintalbu biss lill-kandidati fil-lista mqassra jew lill-offerent rebbieħ biss, filwaqt li jiġi evitat kwalunkwe dewmien possibbli u tfixkil fis-suq kawża ta' dikjarazzjonijiet inkorretti; jitlob lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-għażla ta' “passaport tal-akkwist” li huwa aċċettat mill-Istati Membri kollha u li jagħti prova li l-operatur ekonomiku jissodisfa l-kundizzjonijiet mitluba skont il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-kuntratti pubbliċi; jenfasizza l-punt li s-sistema Ewropea ta' prekwalifikazzjoni għandha tkun strument ta' għajnuna jekk tinżamm sempliċi, irħisa u aċċessibbli faċilment għall-SMEs;

Il-ħames kompitu: l-iżgurar ta' proċeduri tajba u l-evitar ta' vantaġġi inġusti

42.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi, sabiex tiġi miġġielda l-korruzzjoni fl-akkwist pubbliku, prattiki ta' rapportar aktar effikaċi, inklużi l-iskambji tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar l-esklużjoni ta' offerenti mhux affidabbli; jistieden lill-Kummissjoni tipprevedi regoli ċari dwar il-protezzjoni ta' informaturi, insegwitu tar-rakkomandazzjonijiet fir-Riżoluzzjoni 1729(2010) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa(9), biex ittejjeb it-trasparenza ta' kuntratti ffinanzjati mill-UE u tippromwovi azzjoni edukattiva kemm fil-livell istituzzjonali kif ukoll fil-livell tal-pubbliku ġenerali;

43.  Jinnota li ċerti Stati Membri diġà qed japplikaw proċeduri tal-għoti tal-akkwist pubbliku effiċjenti li jiżguraw it-trasparenza u l-użu xieraq tal-flus tal-persuni taxxabbli; jitlob lill-Kummissjoni tevalwa l-aħjar prattiki tal-Istati Membri f'dan il-qasam u tidentifika l-prinċipji l-aktar effettivi għall-akkwist pubbliku fl-UE;

44.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-favoritiżmu hija waħda mill-objettivi tad-direttivi; jenfasizza l-fatt li l-Istati Membri jaffaċċjaw sfidi differenti f'dan il-qasam u li approċċ Ewropew iżjed elaborat jissogra li jdgħajjef l-isforzi ġenerali biex jiġu armonizzati u ssimplifikati r-regoli, u li joħloq burokrazija ġdida; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-prinċipji tat-trasparenza u l-kompetizzjoni huma kruċjali fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jitlob għal approċċ komuni dwar il-miżuri “tal-awtoregolazzjoni” biex jevita d-distorsjonijiet tas-suq u jiżgura ċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi u bl-istess mod għall-awtoritajiet kontraenti;

45.  Huwa tal-fehma li, billi l-kuntratti pubbliċi jikkonċernaw il-fondi pubbliċi, għandhom ikunu trasparenti u miftuħa għall-iskrutinju pubbliku; jitlob kjarifika mill-Kummissjoni bl-għan li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għall-awtoritajiet pubbliċi lokali u oħrajn u jkunu jistgħu jinfurmaw liċ-ċittadini bl-obbligi kuntrattwali tagħhom;

46.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tivvaluta l-problemi relatati mal-offerti baxxi b'mod eċċezzjonali u biex tipproponi soluzzjonijiet xierqa; jirrakkomanda li l-awtoritajiet kontraenti jipprovdu, f'każ li jkunu rċevuti offerti baxxi iktar min-normal, informazzjoni bikrija u suffiċjenti lil offerenti oħra, sabiex jippermettulhom jivvalutaw jekk hemmx raġuni biex tinbeda l-proċedura ta' reviżjoni; jitlob konsistenza akbar bejn il-politika esterna komuni tal-kummerċ tal-UE u l-prattiki fl-Istati Membri li jaċċettaw fuq bażi eċċezzjonali l-offerti baxxi;

Is-sitt kompitu: l-espansjoni fl-użu tal-akkwist-e

47.  Jilqa' l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar l-espansjoni fl-użu tal-akkwist-e; jindika li l-pjan ta' azzjoni tal-akkwist-e naqas milli jikseb l-objettiv tiegħu u li jeħtieġ tmexxija iktar politika fil-livelli kollha tal-gvern – inkluż il-livell tal-UE – biex tinżamm u tiġi aċċellerata t-tranżizzjoni għall-akkwist-e; irid jiżgura li minn tal-anqas 50% tal-operazzjonijiet tal-akkwist pubbliku kemm tal-istituzzjonijiet tal-UE kif ukoll tal-Istati Membri jsiru b'mod elettroniku, b'konformità mal-impenn tal-gvernijiet tal-Istati Membri waqt il-konferenza ministerjali dwar gvern-e li saret fl-2005 f'Manchester;

48.  Jenfasizza l-fatt li l-Kummissjoni għandha rwol uniku fil-promozzjoni tal-progress tal-istandardizzazzjoni u l-kwistjonijiet tal-infrastruttura – il-firem-e u t-timbrar tal-ħin, pereżempju, jeħtieġu format maqbul b'mod komuni għall-finijiet tas-sigurtà; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa l-istandards komuni inkwistjoni; jenfasizza li r-rekwiżiti tekniċi onerużi għall-awtentikar tal-offerent ikunu jistgħu iservu ta' ostakolu għall-operaturi; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa li tiġi żviluppata sistema standardizzata għall-firma-e; jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu disponibbli servizz ta' validazzjoni għal ċertifikati maħruġa mill-fornituri tas-servizz taċ-ċertfikazzjoni taħt is-superviżjoni tagħhom;

49.  Jenfasizza l-fatt li, biex tiġi żgurata l-interoperabilità ta' sistemi differenti u biex tiġi evitata r-rabta tal-bejjiegħ, għandhom jiġu osservati standards miftuħa u n-newtralità fit-teknoloġija; jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura l-interoperabbiltà reali bejn il-pjattaformi differenti għall-akkwist-e diġà fis-seħħ fl-Istati Membri, biex jintużaw aktar ir-riżultati miksuba minn inizjattivi tal-UE bħalma huma l-PEPPOL u l-e-CERTIS;

50.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li kwalunkwe proposta leġiżlattiva bl-għan li tespandi u tissimplifika l-użu tal-akkwist-e għandha tiġi integrata fir-reviżjoni tad-direttivi ewlenin dwar l-akkwist pubbliku u għandha tkun konformi mal-ambitu u r-regoli ġenerali dwar l-akkwist pubbliku bħall-obbligi marbuta mal-livelli limitu;

51.  Jenfasizza li l-akkwist-e jista' jixpruna s-simplifikazzjoni tal-proċess kollu tal-akkwist, waqt li jintroduċi l-effiċjenzi li jwasslu għall-iffrankar sinifikanti tal-ispejjeż u tal-ħin kemm għan-negozji kif ukoll għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, u jżid it-trasparenza u l-aċċessibilità; jinnota li l-akkwist ta' kuntatti b'mod elettroniku, b'mod partikolari, jiftaħ perspettivi ġodda għall-immodernizzar tal-amministrazzjoni fil-qasam ta' kuntratti pubbliċi; ifakkar li l-akkwist-e għandu jkun inqas għali, iktar espedjenti u iktar trasparenti mill-proċeduri tal-akkwist pubbliku konvenzjonali; jemmen, madankollu, li għad baqa' lok għal titjib u li għandha tittieħed aktar azzjoni f'termini tal-aċċess għal informazzjoni u dejta statistika li jkunu affidabbli, komparabbli u oġġettivi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkoraġġixxu l-użu transkonfinali tal-akkwist-e;

52.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-leġiżlazzjoni mhijiex l-uniku element ewlieni li tippromwovi l-bidla; jitlob lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tesplora modi ġodda għall-iskambju tal-esperjenzi, il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u t-trasferiment tal-għarfien bejn il-fruntieri fost l-atturi lokali u reġjonali; jenfasizza l-ħtieġa qawwija li jissaħħu iktar il-kapaċità u l-għarfien tal-persunal li jaħdmu fil-qasam tal-akkwist-e u – permezz ta' inċentivi nazzjonali u/jew biex ikun żgurat “trattament ugwali” bejn l-SMEs u l-impriżi l-kbar – biex l-SMEs jiġu assistiti fil-bini tal-għarfien u l-kapaċità tagħhom; jilqa' l-Faċilità tal-Għaqda Ewropea bħala strument ġdid li jżid l-akkwist-e transkonfinali, bir-riżultat li jippermetti l-iżvilupp tas-suq uniku diġitali;

53.  Jilqa' l-avviż tal-Kummissjoni fil-“Pjan ta' Azzjoni 2011-2015 għall-Gvern-e” li l-pjattaforma epractice.eu għandha tiġi żviluppata f'għodda effettiva għall-iskambju tal-esperjenzi u l-informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-professjonisti tal-gvern-e, u jħeġġeġ l-estensjoni tal-ambitu għall-professjonisti lokali u reġjonali;

o
o   o

54.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 134, 30.4.2004.
(2) ĠU L 335, 20.12.2007, p. 31.
(3) ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35.
(4) Testi adottati, P7_TA(2011)0233.
(5) Testi adottati, P7_TA(2011)0146.
(6) ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 38.
(7) ĠU C 67 E, 18.3.2010, p. 10.
(8) http://ec.europa.eu/enterprise/policies/sme/business-environment/files/smes_access_to_public_procurement_final_report_2010_en.pdf
(9) Ir-Riżoluzzjoni 1729(2010) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-protezzjoni ta' informaturi, test adottat fid-29 ta' April 2010.


Il-promozzjoni tal-mobilità tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea
PDF 383kWORD 132k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-promozzjoni tal-mobilità tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea (2010/2273(INI))
P7_TA(2011)0455A7-0258/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 21, 45 u 47 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 15, 21, 29, 34 u 45 tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 151 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 tal-15 ta “Ottubru 1968 dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità(1),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE tal-14 ta' Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta' min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg(2),

–  wara li kkunsidra l-Istandards Ewlenin tax-Xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali(3),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-dritt taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċcirkolaw u jirrisjedu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri(4), ir-rapport 2008 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE (COM(2008)0840) u r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill ta' Novembru 2007 u April 2009 dwar id-Direttiva 2004/38/KE,

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' segwitu tal-Komunikazzjoni dwar gwida għal traspożizzjoni u applikazzjoni aħjar tad-Direttiva 2004/38/KE dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorji tal-Istati Membri (COM(2009)0313),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tar-rapport interim bit-titolu “Studju komparattiv dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu u jgħixu b'mod ħieles fit-territorju tal-Istati Membri” mitlub mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali tiegħu u ppreżentat mis-Servizz ta' Azzjoni taċ-Ċittadini Ewropej (ECAS),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-gwida għal traspożizzjoni u applikazzjoni aħjar tad-Direttiva 2004/38/KE, kif ukoll l-intenzjoni tiegħu li jippubblika gwidi simplifikati għaċ-ċittadini tal-UE u li jsir l-aħjar użu mill-Internet,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali(5),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Diċembru 2007 dwar “Il-mobilità, strument għal aktar impjiegi u impjiegi aħjar: Il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għall-Mobilità tal-Impjiegi (2007-2010)” (COM(2007)0773),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Novembru 2008 dwar l-impatt tal-moviment ħieles tal-ħaddiema fil-kuntest tat-tkabbir tal-UE (COM(2008)0765),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar “Ħiliet Ġodda għal Impjiegi Ġodda L-antiċipazzjoni u t-tlaqqigħ tas-suq tax-xogħol u l-ħiliet meħtieġa” (COM(2008)0868),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Lulju 2010 dwar “Li ttenni l-moviment liberu tal-ħaddiema: drittijiet u żviluppi maġġuri” (COM(2010)0373),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' April 2011, ' L-Att dwar is-Suq Uniku - Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzar tal-fiduċja “Flimkien għal tkabbir ġdid” (COM(2011)0206), li tinkludi l-mobilità tal-ħaddiema bħala waħda mit-tnax-il strument tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropa 2020 u b'mod partikolari l-inizjattivi ewlenin tagħha “Aġenda għal Ħiliet u Impjiegi ġodda” u “Żgħażagħ Attivi”,

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni tas-27 ta' Novembru 2008 dwar “Il-moviment liberu tal-persuni: abbużi u użu ħażin tad-dritt għall-moviment ħieles”,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Impjieg, il-Politika Soċjali, is-Saħħa u l-Affarijiet tal-Konsumatur tad-9 ta' Marzu 2009 dwar “Il-mobilità professjonali u ġeografika tal-ħaddiema u l-moviment liberu tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea”,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' April 2009 dwar il-problemi u l-prospetti taċ-ċittadinanza Ewropea(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għall-Mobilità tal-Impjiegi (2007-2010)(7),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-identifikazzjoni tal-ostakoli li għad hemm għall-mobbiltà fis-suq intern tax-xogħol(8),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjieg u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0258/2011),

A.  billi l-għajxien u x-xogħol fid-diversi Stati Membri huma waħda mil-libertajiet fundamentali tal-Unjoni - irrispettivament mill-oriġini etnika tal-persuna -, komponent bażiku taċ-ċittadinanza tal-Unjoni rikonoxxut fit-Trattati, iżda l-istatistiċi juru li għad hemm ftit wisq nies li jibbenefikaw minn dan id-dritt minkejja l-inizjattivi speċifiċi meħuda b'appoġġ għall-mobilità tal-ħaddiema,

B.  billi l-mobilità tal-ħaddiema tal-UE għandha tiġi inkoraġġuta fl-Unjoni Ewropea kollha fejn hemm bżonn ta' impjieg,

C.  billi l-ħaddiema tal-UE jistgħu jiffaċċjaw diffikultajiet u sfidi meta jfittxu xogħol fi Stat Membru ospitanti,

D.   billi d-dritt għal għajxien u xogħol f'pajjiż ieħor tal-Unjoni huwa wieħed mil-libertajiet fundamentali tal-Unjoni, element bażiku taċ-ċittadinanza tal-Unjoni rikonoxxut mit-Trattati, skont l-istatistika u minkejja l-inizjattivi speċifiċi li jappoġġaw il-mobilità tal-ħaddiema, xorta għad hemm wisq ftit persuni li qed igawdu minn dan id-dritt,

E.  billi r-rata ta' mobilità tal-ħaddiema bħalissa mhijiex suffiċjenti biex ittejjeb l-effiċjenza tas-swieq tax-xogħol fl-Unjoni Ewropea; billi huma biss 2,3 % tal-persuni tal-UE li jgħixu fi Stat Membru li mhuwiex l-istat ta' fejn huma ċittadini, iżda 17 % biħsiebhom igawdu mill-moviment liberu fil-ġejjieni u 48 % iqisu l-possibilità li jfittxu impjieg f'pajjiż jew reġjun ieħor f'każ ta' qgħad,

F.   billi l-moviment liberu tal-ħaddiema jirrappreżenta eżempju pożittiv soċjoekonomiku kemm għall-UE kif ukoll għall-Istati Membri, bħala pass importanti għall-integrazzjoni Ewropea, l-iżvilupp ekonomiku, il-koeżjoni soċjali, l-aġġornament individwali fil-livell professjonali, il-ġlieda kontra l-preġudizzji, ir-razziżmu u l-ksenofobija, u jista' jpatti għall-effetti negattivi tal-kriżi ekonomika u jipprepara aħjar għall-isfidi tal-bidla globali, billi jimpenja lill-partijiet interessati kollha fil-livell deċiżjonali flimkien mas-soċjetà ċivili fi djalogu,

G.   billi l-promozzjoni tal-mobilità tal-ħaddiema hija kontribut pożittiv biex jintlaħqu l-objettivi tal-impjieg stabbiliti fl-Istrateġija Ewropa 2020; jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi l-mobilità tax-xogħol fl-inizjattivi ewlenin u lill-Istati Membri biex jinkludu d-dimensjonijiet tal-mobilità tax-xogħol u ġeografika meta jfasslu l-istrateġiji Nazzjonali tagħhom u l-programmi ta' riforma,

H.   billi l-liġijiet dwar l-impjieg, li mhumiex suffiċjentement flessibbli, jostakolaw il-mobilità tal-ħaddiema fl-Ewropa,

I.  billi, skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Novembru 2008, ħaddiema mobbli minn pajjiżi li ngħaqdu mal-UE fl-2004 u fl-2007 kellhom impatt pożittiv fuq l-ekonomiji tal-Istati Membri li ospitaw lill-ħaddiema mobbli,

J.   billi l-evoluzzjoni reċenti tas-soċjetajiet tagħna speċjalment minħabba l-bidla industrijali, il-globalizzazzjoni, skemi tax-xogħol ġodda, il-bidla demografika, u l-iżvilupp tal-mezzi tat-trasport, jintalab grad ogħla ta' mobilità fost il-ħaddiema,

K.  billi ma ġew irrappurtati l-ebda effetti negattivi f'dawk l-Istati Membri li ma applikawx il-miżuri tranżitorji rigward il-moviment liberu tal-ħaddiema li jiġu minn Stati Membri li ngħaqdu mal-UE fl-2004 u fl-2007, iżda għadd ta' Stati Membri ddeċidew li jibqgħu japplikaw restrizzjonijiet fis-swieq tax-xogħol tagħhom fir-rigward taċ-ċittadini tar-Rumanija u tal-Bulgarija,

L.  billi, minkejja l-atti legali u l-programmi tal-UE bl-għan li jiġi promoss il-moviment liberu tal-ħaddiema, hemm ostakoli għall-implimentazzjoni sħiħa ta' dan id-dritt fundamentali (pereżempju, ostakoli soċjali, legali u amministrattivi, politiki ta' ritorn dgħajfa li ma jissodisfawx il-bżonnijiet tal-ħaddiema migranti, nuqqas ta' rikonoxximent tal-esperjenza tal-mobilità, diffikultajiet fir-rigward tal-impjieg tal-konjuġi u s-sieħba u dewmien fil-proċess ta' rikonoxximent tad-diplomi),

M.  billi fi żminijiet ta' kriżi ekonomika, il-mobilità professjonali u ġeografika tal-ħaddiema tista' tgħin biex jitnaqqas il-qgħad billi titqabbel il-provvista tax-xogħol mat-talba, billi tikkontribwixxi għal opportunitajiet tal-ħolqien tax-xogħol, biex tadatta l-ekonomija, is-soċjetà u d-demografija għal bidliet strutturali, u biex tippromwovi t-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività tal-UE; għalhekk, jikkunsidra li l-proċeduri attwali għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali jirrappreżentaw ostakolu kbir għall-mobilità tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea;

N.  billi dawn l-ostakoli u restrizzjonijiet jiksru dritt fundamentali tal-ħaddiema, jagħmlu l-irkupru tal-ekonomiji tal-UE iktar diffiċli u jistgħu jwasslu għal effetti kontraproduċenti, bħal żieda fix-xogħol illegali, espansjoni fl-ekonomija s-sewda u sfruttament tal-ħaddiema,

O.   billi d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-orjentazzjoni sesswali hija projbita skont l-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali,

P.  billi l-kriżi ekonomika attwali kellha effetti negattivi fuq il-mobilità u laqtet bl-iktar mod aħrax lill-ħaddiema temporanji u dawk part-time, u billi n-nisa jikkostitwixxu waħda mill-kategoriji l-iktar effettwati,

Q.  billi differenzi qawwija fil-ġeneri huma viżibbli fir-rigward tal-mobilità tal-ħaddiema fl-UE (l-irġiel jirrapportaw li ċċaqalqu minħabba impjieg ġdid jew trasferiment tal-impjieg b'ħafna iktar frekwenza min-nisa, 44 % f'paragun ma' 27 % rispettivament(9)); billi hemm bżonn ta' monitoraġġ aħjar tal-fenomenu tal-mobilità, ibbażat fuq data maqsuma skont il-ġeneru,

1.  Jirrimarka li r-rapport tal-Kummissjoni COM(2008)0840 jidentifika ksur persistenti min-naħa ta' Stati Membri fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE, li taffettwa l-eżerċizzju tal-moviment liberu tal-ħaddiema, u din is-sitwazzjoni wasslet għal bopsta lmenti individwali, petizzjonijiet u “l fuq minn 40 mistoqsija mill-Parlament, li b'riżultat tagħhom, il-Kummissjoni fetħet ħames proċedimenti ta' ksur għal applikazzjoni inkorretta tad-Direttiva;

2.  Jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2010)0373, li tiddeskrivi u tispjega l-istat attwali fir-rigward tal-moviment liberu tal-ħaddiema, iżda jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' miżuri konkreti u ta' soluzzjonijiet għall-problema tal-mobilità;

3.  Jilqa' inizjattivi meħuda mill-Kummissjoni, bħall-Mekkaniżmu għall-Promozzjoni tal-Mobilità tan-Nisa WO.M.EN, u jistedinha testendi u ttejjeb l-ambitu tal-proġetti mmirati biex iżidu l-mobilità tal-ħaddiema nisa;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi ulterjorment l-mobilità tal-impjiegi billi tippreżenta strateġija għall-mobilità fit-tul, komprensiva u multidixxiplinari biex jiġu pprojbiti l-ostakoli kollha legali, amministrattivi u prattiċi eżistenti għall-moviment liberu tal-ħaddiema; jitlob li jkun hemm politika konsistenti, effiċjenti u trasparenti ffokata fuq ir-rekwiżiti ta' suq tax-xogħol u tendenzi ekonomiċi;

5.  Jitlob lill-Kummissjoni ttejjeb il-mobilità tal-ħaddiema billi tippjana u tippromwovi aktar strateġiji biex tiġi mogħtija informazzjoni ssimplifikata dwar id-drittijiet tal-ħaddiema migranti u l-benefiċċji tal-mobilità għall-proċess totali tal-iżvilupp u għall-ekonomiji kemm tal-UE kif ukoll tal-Istati Membri tagħha. It-tqajjim tal-kuxjenza tal-ħaddiema, tal-membri tal-familji tagħhom u tal-partijiet interessati dwar id-drittijiet u l-opportunitajiet tagħhom u l-għodod disponibbli fir-rigward tal-moviment liberu, huwa fattur ewlieni sabiex tiġi implimentata effettivament il-leġiżlazzjoni tal-UE;

6.  Huwa tal-fehma li l-uniku mod biex il-mobilità tiġi promossa b'mod effikaċi huwa permezz ta' titjib sostanzjali fir-rigward tas-solidarjetà u tar-responsabbiltà maqsuma min-naħa tal-Istati Membri u permezz tal-formulazzjoni ta' qafas regolatorju ċar li jirregola l-migrazzjoni legali;

7.  Jistieden lill-Istati Membri jneħħu l-ostakoli għall-mobilità tal-ħaddiema billi joffru persuni (li l-bicca l-kbira tagħhom ikunu nisa) li jsegwu lil żewġhom jew sħabhom fi Stat Membru ieħor servizzi f'lokhom bħalma huma korsijiet maħsuba biex jiffaċilitawlhom l-integrazzjoni fl-ambjent soċjali u kulturali ġdid tagħhom, pereżempju korsijiet tal-lingwa u korsijiet vokazzjonali;

8.  Jinnota, madankollu, li l-mobilità għandha tibqa' volontarja; jisħaq li l-konsegwenzi negattivi ta' mobilità miżjuda, li jwasslu għal eżodu tal-imħuħ u l-eżodu taż-żgħażagħ, kif ukoll impatti negattivi fuq il-koeżjoni tal-familja u t-tfal meta wieħed mill-ġenituri jew it-tnejn li huma jkunu jaħdmu barra mill-pajjiż, għandhom jonqsu aktar fil-livell tal-UE;

9.  Jitlob lill-Istati Membri joħolqu mekkaniżmi ta' kooperazzjoni mmirati biex jipprevjenu effetti devastanti ta' dan it-tip fuq il-familji, speċjalment fuq it-tfal, ikkawżati mill-firda mill-ġenituri tagħhom u mill-bogħod bejniethom;

Simplifikazzjoni amministrattiva u aspetti legali

10.  Meta jitqiesu d-dispożizzjonijiet tat-Trattati u l-leġiżlazzjoni eżistenti, ifakkar li l-Istati Membri għandhom ir-responsabilità li jissimplifikaw il-proċeduri amministrattivi fir-rigward tal-eżerċizzju tal-moviment liberu bl-għan li jkun hemm implimentazzjoni ottimali ta' dan id-dritt u li jiġu evitati proċeduri amministrattivi mhux ġustifikati, mhux neċessarji u żejda li jirrestrinġu l-applikazzjoni ta' dan id-dritt;

11.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi l-integrazzjoni tal-prattiki amministrattivi u l-kooperazzjoni amministrattiva biex ikun jista' jkun hemm sinerġiji bejn l-awtoritajiet nazzjonali;

12.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri joħolqu kanali ta' komunikazzjoni aktar effettivi bejn il-ħaddiema migranti u s-servizzi korrispondenti tal-Istat, sabiex il-ħaddiema jkollhom aċċess sħiħ għall-informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom;

13.  Jenfasizza li d-“drittijiet tal-ħaddiema” jistgħu jiġu implimentati aħjar jekk u meta migrant tal-UE jiġi impjegat f'attività mħallsa legalment fi Stat Membru ospitant;

14.  Jenfasizza li l-ħaddiema nisa li jmorru f'pajjiżi ieħor għal xogħol li jinvolvi l-kura tat-tfal jew tax-xjuħ, bħalma huma babysitters, au-pairs, nannies jew infermieri, spiss jitħaddmu minn entitajiet privati bħal familji jew membri tal-familji u b'hekk jispiċċaw jaħdmu mingħajr kuntratt jew illegalment, u konsegwentement ma jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-ebda dritt jew benefiċċju tas-sigurtà soċjali, tal-kura tas-saħħa eċċ.;

15.  Jinsab imħasseb dwar it-traspożizzjoni dgħajfa u l-implimentazzjoni tad-direttivi attwali dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema, partikolarment tad-Direttiva 2004/38/KE fir-rigward tad-dritt għad-dħul u l-għajxien għal membri familjari minn pajjiżi terzi, u proċeduri amministrattivi żejda u dokumenti ta' residenza addizzjonali (permessi tax-xogħol, provi ta' akkomodazzjoni soddisfaċenti) inkonsistenti mad-Direttiva 2004/38/KE;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni teżerċita bis-sħiħ il-prerogattivi tagħha skont it-Trattati, billi tissorvelja b'mod kontinwu u komprensiv l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE, inkluż, jekk ikun meħtieġ, l-eżerċizzju tad-dritt tagħha li tiftaħ proċedimenti ta' ksur kontra Stati Membri mhux konformi;

17.  Jistieden lill-Istati Membri jerġgħu jeżaminaw id-dispożizzjonijiet tagħhom li jirregolaw il-perjodi tranżitorji għal aċċess għas-swieq tax-xogħol tagħhom li, fuq perjodu twil ta' żmien, jista' jkollhom effetti negattivi fuq il-valuri u d-drittijiet fundamentali li jinsabu fit-Trattati tal-UE, bħal-libertà tal-moviment, in-nondiskriminazzjoni u s-solidarjetà u d-drittijiet ugwali; għalhekk jilqa' d-deċiżjoni riċenti ta' xi Stati Membri li jiftħu għalkollox is-swieq tax-xogħol tagħhom għal uħud mill-Istati Membri li ssieħbu fl-UE fl-2004 u jikkundanna l-proposti leġiżlattivi riċenti fi Stati Membri oħra maħsuba biex jiddgħajfu d-drittijiet tal-ħaddiema mill-Istati Membri li ssieħbu fl-UE fl-2004 u fl-2007; jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga jekk tali politiki jiksrux il-liġi tal-UE;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni biex issaħħaħ il-qafas legali attwali dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali stabbilit fid-Direttiva 2005/36/KE;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 tal-Kunsill tal-15  ta' Ottubru 1968 dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità(10) sabiex jitqiesu l-proposti li saru mill-Parlament Ewropew f'din ir-riżoluzzjoni;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-Istati Membri japplikaw ir-regolament “Brussell I” (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001) fir-rigward tar-rikonoxximent tal-ġuriżdizzjoni u l-infurzar tas-sentenzi fil-kwistjonijiet ċivili u kummerċjali; jisħaq l-importanza tar-regolament “Brussell I” fir-rigward ta' sanzjonijiet u multi għall-isfruttament tal-ħaddiema;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri jimplimentaw id-Direttiva 2004/38/KE mingħajr ebda diskriminiazzjoni, inkluża dik abbażi l-orjentament sesswali; ifakkar lill-Kummissjoni dwar talbiet preċedenti biex jiġi żgurat il-moviment liberu taċ-ċittadini kollha tal-UE u l-familji tagħhom, indipendentement mill-orjentazzjoni sesswali tal-persuni;

Rabtiet ma' politiki oħra

22.  Jinnota li d-dritt għall-moviment liberu tal-ħaddiema ma jistax jitqies b'mod iżolat minn drittijiet oħra u prinċipji bażiċi tal-UE, u li r-rispett għall-mudell soċjali Ewropew u d-drittijiet garantiti mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, kif riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, se joffri l-possibilità ta' impjiegi deċenti, kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati, inkluż protezzjoni u sigurtà waqt ix-xogħol, drittijiet ta' sigurtà soċjali, trattament indaqs, rikonċiljazzjoni tal-ħajja tal-familja mal-ħajja professjonali u libertà tal-provvista ta' servizzi; jisħaq li d-dritt għal vot fl-elezzjonijiet lokali, reġjonali u Ewropej huwa element essenzjali ta' dawn id-drittijiet u jitlob implimentazzjoni aħjar; jinnota li d-dritt għal vot fl-elezzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri ta' oriġini jista' jintilef, jemmen li għandha tingħata kunsiderazzjoni lil din il-kwistjoni;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproduċi tabella tar-riżultat li tippreżenta l-ostakoli li jaffaċċjaw il-ħaddiema tal-Unjoni li jixtiequ jagħmlu użu mid-dritt tagħhom għal moviment liberu u kif qed jiġu trattati fl-Istati Membri, sabiex jiġi evalwat jekk tali ostakoli jiġux trattati bir-reqqa u b'mod effettiv;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa bir-reqqa s-sitwazzjoni ekonomika attwali fl-Istati Membri fir-rigward tas-swieq tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri biex jintegraw aħjar il-politiki tal-migrazzjoni fir-rigward tax-xogħol sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tax-xogħol u bil-għan li tingħata spinta lill-produzzjoni interna;

25.  Jifraħ lill-Kummissjoni talli rabtet il-mobilità tal-ħaddiema mal-Istrateġija Ewropa 2020 u hu tal-fehma li dan huwa ta' importanza kruċjali biex tingħata spinta lill-benesseri fl-UE permezz ta' ħolqien sod u sostenibbli tal-impjiegi;

26.  Jenfasizza l-importanza tat-trattament indaqs tal-ħaddiema, flimkien ma' protezzjoni adegwata tad-drittijiet tax-xogħol, biex wieħed ikun konformi mar-regoli fis-seħħ fil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali u fil-ftehimiet kollettivi fl-Istati Membri kkonċernati. Jemmen li l-prinċipju ta' “l-istess paga għall-istess xogħol”, flimkien mal-ugwaljanza bejn is-sessi, għandu japplika madwar l-UE biex jiġi evitat id-demping soċjali u fis-salarji; Jenfasizza li d-drittijiet ikunu biss ta' benefiċċju għal kulħadd jekk jiġu implimentati u infurzati kif xieraq; Għal dawn l-għanijiet, jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-moviment liberu qatt ma jiġi sfruttat għal skopijiet ta' trattament mhux indaqs, jew għal dumping soċjali u fis-salarji;

27.  Iqis li il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri u dik tal-UE għandhom ikunu kkoordinati aktar mill-qrib sabiex jiġi evitat kull tip ta' ostakolu għall-implimentazzjoni u l-użu tad-dritt għall-moviment liberu tal-ħaddiema;

28.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiggarantixxu, filwaqt li jikkunsidraw s-sussidjarjetà, l-implimentazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar non-diskriminazzjoni, biex jittieħdu miżuri prattiċi biex jissaħħaħ il-prinċipju ta' trattament indaqs ta' ħaddiema mobbli, u għall-ġlieda kontra l-preġudizzju, ir-razziżmu u l-ksenofobija;

29.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jsaħħu l-politika tal-UE dwar il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni diretta u indiretta, l-isfruttament tal-ħaddiema migranti tal-UE fl-Unjoni Ewropea u l-abbuż tad-drittijiet tagħhom minħabba li ma jkunux jafu biżżejjed il-lingwi u l-liġijiet applikabbli għall-impjieg tagħhom fl-Istat Membru ospitanti;

30.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jżidu l-attenzjoni li l-awtoritajiet li huma responsabbli għall-monitoraġġ tas-suq tal-impjieg jagħtu lill-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema mobbli, partikolarment billi jtejbu l-edukazzjoni u t-tqajjim tal-kuxjenza fil-qasam tal-liġi dwar l-impjieg;

31.  Iqis li l-emendi tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar is-sigurtà soċjali, is-sistema tal-kura tas-saħħa u t-tassazzjoni għandhom jiġu eżaminati minn qabel sabiex jiġi żgurat x'impatt se jkollhom fuq il-moviment liberu tal-ħaddiema; jitlob, għalhekk, biex ikun hemm introduzzjoni ta' rekwiżit li għandha ssir stima tal-impatt fuq il-fruntiera li tforni informazzjoni ddettaljata dwar l-ostakoli għall-moviment liberu;

32.  Jindika li l-mobilità transkonfinali miżjuda titlob ukoll l-involviment attiv tas-sieħba soċjali, speċjalment it-trejdjunjins, sabiex il-ħaddiema kkonċernati jiġu pprovduti, speċjalment dawk li temporanjament qed jaħdmu barra mill-pajjiż, b'informazzjoni adegwata u effettiva, appoġġ u protezzjoni fir-rigward tad-drittijiet soċjali u tax-xogħol;

33.  Iqis li, biex jiġu implimentati b'mod effiċjenti l-politiki kollha relatati mal-moviment liberu tal-ħaddiema, l-azzjoni għandha tkun ikkoordinata, speċjalment fl-oqsma ta' tkomplija tas-suq intern, il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali, id-drittijiet għall-pensjoni supplimentari, il-protezzjoni tal-ħaddiema, il-kura tas-saħħa transkonfinali, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, il-miżuri fiskali bħal dawn maħsuba biex tiġi evitata tassazzjoni doppja, u l-azzjoni kontra d-diskriminazzjoni;

34.  Jenfasizza li r-restrizzjonijiet fil-qasam tax-xogħol huma ta' ostaklu għat-tħaddim tas-suq intern u li l-kriżi ekonomika turi l-bżonn li tiġi promossa l-mobilità ħielsa fil-qasam tax-xogħol;

35.  Itenni li, sabiex jiġu evitati l-inkonsistenzi fil-qasam tas-suq intern tal-UE, għall-iskop tal-impjieg l-Istati Membri għandhom jagħtu preferenza liċ-ċittadini tal-Unjoni u jistgħu jagħtu preferenza lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li japplikaw għal impjiegi bi kwalifiki għolja, kif stabbilit fid-Direttiva 2009/50/KE tal-25 ta' Mejju 2009 dwar il-kondizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' impjieg bi kwalifiki għoljin(11); jenfasizza l-importanza li jiġu miċħuda applikazzjonijiet għall-Karta Blu tal-UE fis-setturi tas-suq tax-xogħol li għalihom l-aċċess għall-ħaddiema minn Stati Membri oħrajn ikun ristrett fuq il-bażi ta' arranġamenti tranżitorji;

36.  Jitlob koordinazzjoni aħjar bejn l-Istituzzjonijiet Ewropej u dawk nazzjonali biex jinfurmaw aħjar u jipprovdu assistenza għaċ-ċittadini u jikkontrollaw kif id-dritt għall-moviment liberu tal-ħaddiema qed jiġi traspost fil-prattika u użat mill-individwi sabiex iħaffef l-implimentazzjoni tal-mobilità tas-suq;

37.  Huwa tal-fehma li sistemi ta' protezzjoni soċjali adegwati jiffaċilitaw bil-kbir il-mobilità ġeografika u okkupazzjonali tal-ħaddiema u li l-inklużjoni soċjali tal-ħaddiema mobbli u r-riintegrazzjoni soċjali ta' ħaddiema li jirritornaw għandhom jiġu inklużi fil-politika dwar il-mobilità tax-xogħol; jenfasizza li għal dan il-għan, huma assolutament neċessarji u għandhom ikunu promossi r-rikonoxximent ta' intitolamenti diġà miksuba kif ukoll għarfien ikbar tad-differenxi bejn is-sistemi fl-Istati Membri individwali;

38.  Jistieden lill-Istati Membri biex jittrattaw il-kwistjoni ta' impjieg għal rashom falz fost ħaddiema mobbli; jenfasizza l-bżonn li dawk il-ħaddiema jingħataw aċċess għad-drittijiet u għall-protezzjoni;

39.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiġġieldu kontra l-ksenofobija kontra l-ħaddiema kollha tal-UE billi jipprovdu l-mezzi għall-integrazzjoni u l-informazzjoni u biex jippromwovu l-fehim, id-diversità kulturali u r-rispett fi Stati Membri li jospitaw ħaddiema mobbli;

40.  Jenfasizza li implimentazzjoni effiċjenti tal-moviment liberu tal-ħaddiema teħtieġ azzjoni kkoordinata mill-awtoritajiet Ewropej u nazzjonali biex jiffaċilitaw u jissimplifikaw proċeduri amministrattivi dwar kwistjonijiet marbuta b'mod indirett ma' dan id-dritt, bħat-trasferiment ta' reġistrazzjoni tal-vetturi u l-garanzija tal-aċċessibilità ta' rekords mediċi, id-dispożizzjoni ta' bażi tad-dejta komprensiva dwar il-kompetenza attwali tal-prestazzjoni ta' min jaħdem fil-kura tas-saħħa, l-evitar ta' tassazzjoni doppja, regoli ċari dwar ir-rimborż ta' spejjeż mediċi, eċċ.;

41.  Isostni li l-possibilità għall-ħaddiema migranti li jgawdu mill-portabilità tad-drittijiet tal-pensjoni tagħhom hija element fundamentali biex jiġi garantit l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet akkwistati;

42.  Iqis li s-SME jistgħu jaġixxu biex jagħtu spinta lill-irkupru ekonomiku u lill-iżvilupp, peress li huma s-sors primarju tal-ħolqien tal-impjiegi; itenni għalhekk il-bżonn ta' impenn min-naħa tal-UE biex tappoġġa u tiżviluppa s-SME (pereżempju mill-Faċilità Mikrofinanzjarja ta' Progress), partikolarment permezz tal-politiki tal-impjieg attivi u l-edukazzjoni vokazzjonali u l-programmi ta' taħriġ;

43.  Jistieden ir-reġjuni tal-fruntieri biex jikkunsidraw il-ftehim biex jippromwovu l-mobilità tax-xogħol transkonfinali sabiex jinkisbu vantaġġi reċiproki (ta' benefiċċju) għal dawn ir-reġjuni;

Miżuri għall-promozzjoni tal-moviment liberu

44.  Jistieden lill-Istati Membri jeqirdu l-ostakoli tranżitorji eżistenti fir-rigward tal-moviment liberu tal-ħaddiema għall-Istati Membri li ngħaqdu mal-UE fl-2007; huwa tal-fehma li dawn l-ostakoli jimponu standards doppji, huma kontraproduċenti u jirrappreżentaw miżuri diskriminatorji kontra ċittadini Ewropej, filwaqt li jitlob li l-klawsola ta' preferenza tiġi infurzata b'mod effettiv fl-Unjoni kollha;

45.  Huwa tal-fehma li l-mobilità tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni Ewropea hi essenzjali għall-irkupru ekonomiku u l-kisba tal-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020; iħeġġeġ għalhekk lil dawk l-Istati Membri li għadhom jimponu restrizzjonijiet tas-suq tax-xogħol fir-rigward taċ-ċittadini Rumeni u Bulgari biex ineħħuhom sa tmiem l-2011 skont id-data ta' skadenza stabbilita fit-Trattat ta' Adeżjoni;

46.  Jitlob li jkun hemm kooperazzjoni aktar mill-qrib u effiċjenti fost l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-kontroll tal-konformità tal-kuntratti tax-xogħol mad-dritt nazzjonali u tal-UE; jirrimarka li l-għajnuna reċiproka u l-iskambju tal-informazzjoni għandhom jiġu garantiti fost l-Istati Membri f'każijiet ta' ksur; jitlob lill-Kummisjoni tissorvelja dan il-proċess;

47.  Jistieden lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-partijiet interessati kollha biex jagħmlu ħilithom kollha biex iżidu l-livell ta' kuxjenza fost il-ħaddiema dwar id-drittijiet tagħhom u d-diversi strumenti (il-liġi tax-xogħol, il-ftehim kollettiv, il-kodiċi tal-kondotta, id-dispożizzjonijiet tas-sigurtà soċjali) li jirregolaw ir-relazzjoni ta' impjieg tagħhom kif ukoll il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien tagħhom;

48.  Jiddeplora t-tnaqqis fl-ispezzjoni tax-xogħol fl-UE kollha; jisħaq li kontrolli effiċjenti huma elementi essenzjali biex jiggarantixxu trattament indaqs u kundizzjonijiet indaqs għal kulħadd; jistieden lill-Istati Membri biex iżidu l-ispezzjoni tax-xogħol u jagħtu riżorsi suffiċjenti tal-ispezzjonijiet tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni biex itejbu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tal-ispezzjonijiet tax-xogħol;

49.  Jikkunsidra li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tfal tal-ħaddiema mobbli tal-UE ma jiffaċċjawx diffikultajiet rigward in-nazzjonalità jew iċ-ċittadinanza tagħhom minħabba l-għażliet tax-xogħol tal-ġenituri tagħhom, u li l-ħtiġijiet partikolari tat-tfal tal-ħaddiema mobbli għandhom jiġu adegwatament studjati biex jiġu żgurati reazzjonijiet politiċi effikaċi;

50.  Jissottolinja li l-Istati Membri għandhom itejbu s-sitwazzjoni tat-tfal li l-ġenituri tagħhom iħalluhom warajhom, u jgħinuhom biex jiżviluppaw normalment u jibbenefikaw mill-edukazzjoni u jkollhom ħajja soċjali adegwata;

51.  Jesprimi t-tħassib tiegħu għall-ammont li dejjem jiżdied ta' xogħol sfurzat fl-UE li f'ċertu żoni għandu rabtiet mill-qrib ma' kriminalità organizzata; jisħaq il-ħtieġa biex ix-xogħol sfurzat isir prijorità ewlenija fl-attivitajiet tal-EUROPOL u l-EUROJUST; iħeġġeġ l-Istati Membri biex iżidu l-isforzi konġunti tagħhom biex jikkontrollaw, iħarrku u jissanzjonaw ix-xogħol sfurzat u jiżguraw li dan huwa koprut mis-sanzjonijiet kriminali; jisħaq il-ħtieġa għal miżuri li jiżguraw il-protezzjoni tal-vittmi ta' xogħol sfurzat;

52.  Jistieden lill-Kummissjoni tesplora u tippubblika l-effetti pożittivi u negattivi dovuti għall-mobilità tal-impjieg kemm għall-pajjiżi oriġinarji kif ukoll għall-pajjiżi ospitanti u għall-UE, mill-aspetti soċjoekonomiċi u ta' koeżjoni ġeografika, billi jiġu enfasizzati konsegwenzi bħal: telfiet ekonomiċi, żieda fix-xogħol mhux iddikjarat u kundizzjonijiet tax-xogħol abużivi dovuti għal sitwazzjoni legali mhux ċara meta jidħlu fis-seħħ il-miżuri tranżitorji, nuqqas ta' għarfien tad-drittijiet fost iċ-ċittadini tal-UE u l-konsegwenzi ta' azzjonijiet li jittieħdu tard mill-Istati Membri biex jiġu integrati l-ħaddiema tal-UE mill-mewġa ta' integrazzjoni tal-2004 u tal-2007; jitlob kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Istati Membri jevitaw l-implimentazzjoni ta' miżuri tranżitorji li jirrestrinġu l-moviment liberu tal-ħaddiema u jaffettwaw b'mod negattiv il-kompetittività tas-swieq tax-xogħol tal-UE, għal kwalunkwe Stat Membru attwali u għall-pajjiżi kandidati;

53.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex issegwi l-inizjattivi tagħha mmirati biex jippromwovu l-mobilità ġeografika taż-żgħażagħ permezz ta' skemi tat-tagħlim tal-mobilità, bl-użu tal-programmi mfassla kollha relatati mas-suġġett;

54.  Jilqa' l-pjan tal-Kummissjoni li tistabbilixxi evalwazzjoni sistematika regolari tal-provvista u t-talba fit-tul fis-swieq tax-xogħol tal-UE sal-2020, maqsuma skont is-settur, l-okkupazzjoni, il-livell ta' kwalifiki u l-pajjiż, u jissuġġerixxi bis-saħħa li jkun hemm koordinazzjoni tal-politiki tax-xogħol u edukattivi bejn l-Istati Membri bl-għan li jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Istrateġija UE2020 fir-rigward tal-ħolqien tal-impjiegi u l-evitar ta' ostakoli indiretti futuri li jistgħu jostakolaw l-eżerċizzju tad-dritt tal-moviment liberu, bħal pereżempju, in-nuqqas ta' rikonoxximent tad-diplomi minn pajjiżi oħra tal-UE; Il-pjan għandu jidentifika b'mod ċar in-nuqqasijiet tax-xogħol fl-UE fiż-żmien qasir, medju u twil;

55.  Jitlob li jitfasslu u jitwettqu miżuri adattati biex jitnaqqsu d-diskriminazzjoni li għadha teżisti u l-isterjotipi negattivi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom fuq kollox il-ħaddiema li ġejjin mill-Ewropa tal-Lvant u tan-Nofsinhar u biex tiġi promossa l-integrazzjoni fis-soċjetà tal-pajjiż ospitanti tal-ħaddiema li jagħmlu użu mid-dritt tagħhom għal moviment liberu;

56.  Jistieden lill-awtoritajiet fil-livelli kollha jiżguraw appoġġ lill-politiki u sensibilizzazzjoni fir-rigward tal-possibilitajiet u l-vantaġġi tal-mobilità, speċjalment fost dawk li jkunu għadhom kif bdew xi xogħol, filwaqt li jiġi enfasizzat ir-rwol ta' koordinazzjoni tal-Kummissjoni;

57.  Iqis li l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw, u jistabbilixxu kriterji ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi u kwalifiki, billi ħafna drabi dan huwa sors ta' diffikultà għan-nies li jkunu qed ifittxu xogħol fi Stat Membru li ma jkunx il-pajjiż tal-oriġini tagħhom;

58.  Jiddeplora l-politiki tal-Istati Membri li jinkoraġġixxu b'mod attiv lil ċittadini oħra tal-UE biex jitilqu minn dak l-Istat Membru; jitlob lill-Kummissjoni biex tivverifika jekk tali politiki qed jiksru d-dritt għal moviment liberu; Amendement

Servizzi ta' impjieg u informazzjoni tal-ħaddiema

59.  Jirrikonoxxi u jenfasizza l-importanza tas-servizzi ta' impjieg pubbliċi, u b'mod partikolari s-sistema u n-netwerk EURES, għall-promozzjoni tal-mobilità tal-impjiegi madwar l-UE, speċjalment f'reġjuni transkonfinali, permezz tal-provvista ta' informazzjoni dwar postijiet tax-xogħol battala, dwar drittijiet u obbligi li jiġu mal-migrazzjoni, inkluż l-immigrazzjoni, u li jiġu max-xogħol fil-fruntiera, kif ukoll informazzjoni dwar opportunitajiet ta' edukazzjoni u ta' taħriġ vokazzjonali, kundizzjonijiet ta' xogħol u ta' għajxien; jenfasizza l-irwol partikolari tal-imsieħba soċjali għall-konsulenza lill-ħaddiema fis-sħubijiet transkonfinali; jenfasizza li n-netwerk EURES għandu jibqa' mezz għall-promozzjoni ta' mobilità ġusta, u għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni tibqa' tipprovdi mezzi finanzjarji biex tappoġġja l-ħidma tal-imsieħba soċjali fir-reġjuni mal-fruntieri;

60.  Jitlob biex jiġu żviluppati l-ħiliet istituzzjonali tal-EURES u t-tisħiħ tiegħu tal-istrument one-stop biex jiffaċilita l-mobilità tal-ħaddiema u l-familji tagħhom;

61.  Jinsab imħasseb dwar it-tnaqqis fil-fondi għall-kunsilliera EURES; jitlob li jkun hemm impenn għal strateġija fit-tul li tippermetti li l-EURES u l-istaff tagħha jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effiċjenti u jinnota li dan huwa possibbli biss meta jiżdiedu l-fondi;

62.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-passi neċessarji biex il-koperazzjoni bejn il-EURES u l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali korrispondenti tkun aktar produttiva u effettiva;

63.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri, f'koperazzjoni mal-Kummissjoni, biex jippromwovu il-EURES fost iċ-ċittadini, billi jipprovdu dokumentazzjoni rilevanti u konsulenza dwar kif għandu jintuża dan permezz taċ-ċentri tax-xogħol pubbliċi, iżda wkoll permezz tal-organizzazzjoni ta' laqgħat biex tiġi promossa l-mobilità fil-qafas tal-edukazzjoni ogħla;

64.  Iqis li għandha titjieb ulterjorment l-informazzjoni lill-ħaddiema tal-UE dwar il-benefiċċji, id-drittijiet u l-obbligi dovuti għall-mobilità tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni tikkoordina l-azzjoni tagħha mal-awtoritajiet nazzjonali u tiżviluppa rabtiet bejn il-EURES u n-netwerk online ta' sejba ta' soluzzjoni għall-problemi, SOLVIT, sabiex tittejjeb il-kwalità tas-servizz ipprovdut liċ-ċittadini li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-mobilità; Amendement jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu uffiċċji ta' konsulenza multilingwi għall-ħaddiema migranti, b'mod partikolari fejn huma impjegati aktar minnhom;

65.  Jisħaq li, meta jiġu promossi l-politiki tal-impjieg attiv, l-informazzjoni dwar it-tagħlim u l-programmi ta' taħriġ disponibbli fl-UE kollha għandhom jingħataw prijorità għolja;

66.  Iħeġġeġ biex tissaħħaħ l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE tal-14 ta' Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta' min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kundizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg (hekk imsejħa “Direttiva dwar l-Informazzjoni”)(12) dwar il-minimu ta' informazzjoni li l-ħaddiema għandhom jirċievu minn min iħaddimhom fir-rigward tar-relazzjoni tal-impjieg tagħhom, inklużi d-dispożizzjonijiet relevanti kollha li jikkonċernaw is-sitwazzjoni tal-impjieg tagħhom fil-pajjiż ospitanti;

67.  Jitlob lill-Kummissjoni, f'koperazzjoni mal-Istati Membri, biex tippromwovi involviment attiv tas-sħab soċjali sabiex jiġu żgurati l-implimentazzjoni u t-tisħiħ prattiċi tad-drittijiet tal-ħaddiema migranti;

68.  Jenfasizza n-neċessità tal-kooperazzjoni bejn l-impjegati u min iħaddem fi ħdan in-netwerk EURES;

69.  Jitlob djalogu u koordinazzjoni akbar fost l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali peress li ġeneralment ikunu l-ewwel sors ta' informazzjoni għal bosta ċittadini minħabba l-prossimità u l-għarfien tagħhom tal-ħtiġijiet taċ-ċittadini, u involviment akbar tas-sieħba soċjali;

70.  Jitlob lill-Istati Membri jissorveljaw l-attivitajiet tal-aġenziji tar-reklutaġġ b'mod aktar strett sabiex jiġi żgurat li ma jinkisrux id-drittijiet tal-ħaddiema mobbli u ma jiġux iddiżappuntati l-aspettattivi tagħhom, billi dan jista' jostakola l-moviment liberu tal-ħaddiema u tas-sigurtà soċjali tagħhom;

71.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jissorveljaw ir-rwol ta' aġenziji u organizzazzjonijiet li joffru impjiegi lil ħaddiema minn Stati Membri oħra, u jidentifikaw impjiegi illegali jew mhux bil-ktieb potenzjali jew aġenziji jew organizzazzjonijiet li jipprovdu impjiegi fittizji;

72.  Jenfasizza li għall-implimentazzjoni tal-moviment ħieles għandu jkun hemm obbligu ta' informazzjoni għal min iħaddem impjegati barranin dwar id-drittijiet tal-ħaddiema fil-pajjiż partikolari fejn ikunu qed jaħdmu. Barra minn hekk, għandhom jinħolqu uffiċċji ta' konsulenza multilingwi għall-ħaddiema migranti fl-Istati Membri;

73.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tniedi komunikazzjoni fir-rigward tal-effetti tat-tassazzjoni fuq il-ħaddiema inklużi fl-ambitu ta' din id-direttiva, biex jipprovdu fehim aħjar u soluzzjonijiet possibbli għal kwistjonijiet kruċjali li jistgħu jimpedixxu jew jiskoraġġixxu l-mobilità tal-ħaddiema;

Ġbir ta' ħiliet u għarfien biex wieħed isir iktar kompetittiv

74.  Iqis li, sabiex tkun żgurata u mkabbra l-kompetittività tal-Ewropa, għandhom jingħataw l-ogħla prijorità l-investimenti f'edukazzjoni formali u informali, taħriġ vokazzjonali, skambji ta' esperjenza tax-xogħol u azzjonijiet ikkoordinati biex jiġi aċċellerat il-proċess tal-mobilità tal-impjiegi;

75.  Huwa tal-fehma li l-politiki tas-suq tax-xogħol attiv, u b'mod partikolari t-taħriġ vokazzjonali u t-tagħlim tul il-ħajja, għandhom jiġu msaħħa peress li jistgħu jikkontribwixxu biex iżidu l-mobilità tax-xogħol, jiffaċilitaw it-tranżizzjonijiet tal-qgħad strutturali, u jippermettu lill-ħaddiema biex jadattaw għall-bidliet tas-suq tax-xogħol;

76.  Jifraħ lill-Kummissjoni dwar l-inizjattiva ewlenija tagħha Żgħażagħ Attivi u dwar it-tnedija tal-Aġenda għal Ħiliet u Impjiegi Ġodda u jilqa' b'mod partikolari l-proġett pilota “L-ewwel impjieg EURES tiegħek” u l-azzjoni proposta għall-ħolqien ta' passaport tal-ħiliet Ewropew;

77.  Filwaqt li jilqa' t-taħriġ taż-żgħażagħ fil-ħiliet meħtieġa għax-xogħol u għall-għajxien f'pajjiżi oħra; huwa tal-fehma li l-persuni għandhom dritt għal ħajja u xogħol f'pajjiż li jagħżlu huma;

78.  Iqis li l-ħiliet u l-għarfien li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet tas-suq nazzjonali, reġjonali jew lokali se jrawmu l-mobilità tal-ħaddiema, u jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa pjan direzzjonali għat-talbiet għal ħiliet u evalwazzjoni fit-tul u fuq medda medja ta' żmien fir-rigward ta' impjiegi futuri, meta tista' tiġi pprovduta qabla bejn il-bżonn u l-provvista tal-ħiliet, kif ukoll previżjonijiet fuq perjodu ta' żmien medju u twil għan-nuqqas ta' xogħol, f'impjiegi magħżula, li jistgħu jiġu kkawżati mill-bidla demografika u mit-tixjieħ tal-popolazzjoni;

79.  Jikkunsidra li l-mobilità tax-xogħol hija proċess b'żewġ direzzjonijiet; Min-naħa waħda, din twassal għall-ġbir tal-ħiliet u t-tagħrif permezz tat-tipi kollha ta' edukazzjoni sabiex tipprepara l-popolazzjoni attiva li qed tiffaċċja l-kompetizzjoni meta tfittex għal xogħol ġdid u min-naħa l-oħra, il-ħaddiema mobbli jistgħu jaġġornaw il-ħiliet u l-għarfien tagħhom permezz tal-mobilità tax-xogħol peress li jiġbru aktar esperjenza prattika u tagħrif dwar is-sit ġdid;

80.  Iqis li għandha tiġi promossa fuq kollox anki l-mobilità fil-qafas tat-taħriġ vokazzjonali peress li għad hemm nuqqasijiet kbar f'dan il-qasam; jenfasizza l-importanza ta' programmi bħal ' Leonardo' u jistieden lill-Istati Membri u lill-intrapriżi involuti fit-taħriġ vokazzjonali li jagħmlu aktar użu minnhom u li jiffaċilitaw l-użu tagħhom rispettivament;

81.  Jittama wkoll li l-kompetenzi l-ġodda miksuba mill-ħadiema mobbli waqt li jgħaddu minn post għall-ieħor jiġu vvalidati biex il-potenzjal individwali miżjud tagħhom jiġi rikonoxxut u l-possibilità tal-inklużjoni professjonali tagħhom tiżdied;

82.  Huwa tal-fehma li l-ħaddiema żgħażagħ m'għandhomx ikunu l-unika mira u li huma meħtieġa strateġiji mmirati li jippromwovu u jiffaċilitaw il-moviment liberu tad-diversi kategoriji ta' ħaddiema, ibbażati fuq il-karatteristiċi speċifiċi tagħhom (età, sess, ħiliet, appartenenza għal gruppi vulnerabbli u minoritarji) u bżonnijiet, sabiex il-mobilità tkun tista' ssir għażla fost il-gruppi kollha ta' ħaddiema;

83.  Jistieden lill-Istati Membri jfasslu l-istrateġiji ta' tagħlim tul il-ħajja u ta' taħriġ vokazzjonali tagħhom skont l-iżviluppi fis-swieq tax-xogħol u jipprovdu ħiliet trasferibbli li jkollhom kopertura usa' f'termini ta' żona ġeografika u ta' għarfien, bl-għan li jkun hemm kompatibilità adegwata mal-provvista tal-impjiegi;

84.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkooperaw biex jiksbu iktar paragunabilità bejn il-kurrikuli tal-iskejjel u tal-Università u s-sistemi edukattivi fl-UE, permezz ta' rikonoxximent reċiproku simplifikat tad-diplomi, bl-għan ukoll li jiġi promoss ir-rikonoxximent reċiproku fil-kwalifiki fl-edukazzjoni, li huwa ta' importanza fundamentali; madankollu jenfasizza d-differenza eżistenti bejn dan u r-rikonoxximent tal-kwalifiki għall-professjonijiet regolati, anki jekk fit-tama ta' liberalizzazzjoni kumplessa tal-aċċess; jilqa“, f'dan il-kuntest, il-fatt li ammont li qed jiżdied ta' ftehimiet dwar koperazjoni transkonfinali qed jiġu konklużi bejn il-kulleġġi u l-universitajiet, u jitlob lill-Istati Membri jappoġġjaw dan l-iżvilupp;

85.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jagħtu spinta “l quddiem lill-parteċipazzjoni tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju fit-tagħlim tul il-ħajja billi jipprovdu inċentivi għal min iħaddem u għall-ħaddiema rispettivi, b'enfasi partikolari fuq it-tagħlim tal-lingwi u fuq it-teknoloġiji ġodda, skont ir-rekwiżiti tas-suq tal-impjieg, billi l-parti l-kbira tal-ħaddiema Ewropej huma impjegati f'impriżi żgħar u ta' daqs medju u b'dan il-mod se jsiru aktar kompetittivi, iżda dan se jsaħħaħ il-mobilità wkoll sabiex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' postijiet tax-xogħol battala f'għadd ta' Stati Membri;

86.  Huwa tal-fehma li għandu jkun hemm sinerġija mtejba bejn il-programmi mmirati biex iħeġġu l-moviment liberu tal-istudenti, persuni li jkunu qed jagħmlu taħriġ vokazzjonali u apprendisti u programmi immirati b'mod speċifiku biex irawmu l-moviment liberu tal-ħaddiema;

87.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri, bl-għajnuna tal-Kummissjoni u s-sħab soċjali, joħolqu strutturi għall-appoġġ tat-tagħlim tal-lingwi u wkoll għat-tagħlim tat-tradizzjonijiet kulturali tal-Istati Membri li jospitaw lill-familji ta' ħaddiema migranti, partikolarment billi dawn il-fatturi jkomplu jostakolaw il-mobilità taċ-ċittadini Ewropej;

88.  Huwa tal-fehma li insuffiċjenza fl-għarfien tal-lingwi (b'mod partikolari fil-każ tal-adulti) għadha tikkostitwixxi ostaklu importanti għall-mobilità tax-xogħol u tista' twassal għal żieda fix-xogħol mhux iddikjarat; jistieden lill-Istati Membri jippromwovu b'mod attiv it-tagħlim ta' lingwi barranin u jiżviluppawh fit-tipi kollha ta' skejjel u lill-Kummissjoni tkompli l-isforzi tagħha f'dan il-qasam;

o
o   o

89.  Jagħti istruzzjonijiet lill-Presidenti tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 257, 19.10.1968, p. 2.
(2) ĠU L 288, 18.10.1991, p. 32.
(3) ĠU L 200, 7.6.2004, p. 1.
(4) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.
(5) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.
(6) ĠU C 137 E, 27.5.2010, p. 14.
(7) ĠU C 45 E, 23.2.2010, p. 23.
(8) ĠU C 228, 22.9.2009, p. 14.
(9) Studju tal-Eurofound “Mobility in Europe - the way forward”.
(10) ĠU L 257, 19.10.1968, p. 2.
(11) ĠU L 155, 18.6.2009, p. 17.
(12) ĠU L 288, 1991 10 18, p. 32.


Proċess ta' Valutazzjoni Reċiproka tad-Direttiva tas-Servizzi
PDF 390kWORD 70k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-Proċess ta' Evalwazzjoni Reċiproka tad-Direttiva tas-Servizzi (2011/2085(INI))
P7_TA(2011)0456A7-0324/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 9, 49 u 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Lejn funzjonament aħjar tas-Suq Uniku għas-servizzi - nibnu fuq ir-riżultati tal-proċess ta' evalwazzjoni reċiproka tad-Direttiva tas-Servizzi” (COM(2011)0020) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaha “Dwar il-proċess tal-evalwazzjoni reċiproka tad-Direttiva tas-Servizzi” (SEC(2011)0102),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “L-Att dwar is-Suq Uniku. Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzar tal-fiduċja” (COM(2011)0206),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Lejn Att dwar is-Suq Uniku” (COM(2010)0608),

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2011 dwar funzjonament aħjar tas-Suq Uniku – il-proċess ta' valutazzjoni reċiproka tad-Direttiva tas-Servizzi,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern(1),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' April 2011 dwar Governanza u Sħubija fis-Suq Uniku(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-15 ta' Frar 2011 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi 2006/123/KE(4),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u għall-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0324/2011),

A.  billi s-servizzi għadhom jirrappreżentaw biss madwar għoxrin fil-mija tal-kummerċ kollu fl-UE filwaqt li jammontaw għal iktar minn żewġ terzi tal-PDG u l-impjiegi tal-UE,

B.  billi l-attivitajiet koperti bid-Direttiva tas-Servizzi jammontaw għal 40% tal-PDG u l-impjiegi tal-UE, iżda billi dawn l-attivitajiet jirrappreżentaw ukoll potenzjal mhux utilizzat mill-aktar importanti għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi fl-UE, minħabba li għad hemm ħafna ostakli għall-kummerċ fis-servizzi fis-Suq Intern,

C.  billi s-servizzi jixprunaw l-ekonomiji tal-Istati Membri billi joħolqu l-impjiegi, it-tkabbir u l-innovazzjoni, u billi hemm il-ħtieġa saħansitra akbar ta' suq intern fis-servizzi li jiffunzjona tajjeb u jkun integrat fid-dawl tal-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali u bħala kundizzjoni għall-irkupru;

D.  billi d-Direttiva tas-Servizzi hija mezz ta' tkabbir tal-Unjoni Ewropea u billi l-implimentazzjoni totali u korretta tagħha hija inkluża fil-qafas tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-Att dwar is-Suq Uniku,

E.  billi filwaqt li t-traspożizzjoni f'waqtha u korretta tad-Direttiva tas-Servizzi kienet sfida għall-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri, din hija meħtieġa u hija wkoll bażi soda għall-iżvilupp tal-koperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri,

F.  billi kważi 34 000 rekwiżit ġew innotifikati lill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-proċess tal-iskrining,

Daħla

1.  Jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Proċess ta' Valutazzjoni Reċiproka tad-Direttiva tas-Servizzi u jirrikonoxxi l-ammont konsiderevoli ta' xogħol imwettaq mill-Kummissjoni u, fuq kollox, mill-amministrazzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri, inklużi l-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali;

2.  Jenfasizza l-fatt li Suq Uniku tas-servizzi li jkun jiffunzjona huwa prerekwiżit biex jiġu ġġenerati t-tkabbir, l-impjiegi deċenti u l-innovazzjoni fl-Ewropa u biex jinżamm l-irwol kompetittiv tal-Ewropa fid-dinja;

3.  Jinnota li l-potenzjal ġenerali tas-suq komuni fis-servizzi ma ġiex sfruttati għalkollox, billi, minħabba b'mod partikolari r-restrizzjonijiet fis-suq fl-Istati Membri, proporzjon żgħir biss ta' SMEs qed jipprovdu servizzi transkonfinali;

4.  Iqis li l-ewwel prijorità għall-ħolqien ta' Suq Uniku tas-Servizzi hija l-implimentazzjoni totali u korretta tad-Direttiva tas-Servizzi fl-Istati Membri kollha u l-istabbiliment ta' Punti ta' Kuntatt Uniku kompletament operattivi;

5.  Jitlob għalhekk biex jiġi kkunsidrat l-għoti ta' informazzjoni mill-Punti ta' Kuntatt Uniku bl-Ingliż kif ukoll bil-lingwa tal-post għall-benefiċċju tal-fornituri u l-utenti tas-servizzi minn Stati Membri oħra, u jekk tistax tintuża firma elettronika mill-fornituri u l-utenti tas-servizzi;

6.  Jenfasizza li l-eżerċizzju tal-valutazzjoni reċiproka ta lok għall-valutazzjoni tas-suq intern tas-servizzi wara l-implimentazzjoni tad-Direttiva, speċjalment f'dak li jirrigwarda r-rekwiżiti tal-Artikoli 9, 15, u 16;

L-esperjenzi fir-rigward tal-Proċess tal-Valutazzjoni Reċiproka

7.  Jinnota li l-Artikolu 39 tad-Direttiva tas-Servizzi huwa vag f'dak li jirrigwarda l-istabbiliment tal-għanijiet preċiżi tal-proċess tal-valutazzjoni reċiproka; jinnota li kien hemm perċezzjonijiet u stennijiet differenti fost il-partijiet interessati fir-rigward tal-iskopijiet u r-riżultati tiegħu;

8.  Jinnota li l-valutazzjoni reċiproka kienet organizzata wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tas-Servizzi; jenfasizza li l-implimentazzjoni tad-Direttiva tas-Servizzi m'għandhiex tiġi konfuża mal-eżerċizzju tal-valutazzjoni reċiproka;

9.  Jikkundanna d-dewmien fl-implimentazzjoni tad-Direttiva tas-Servizzi f'xi Stati Membri u jqis li dan kellu impatt fuq il-proċess tal-valutazzjoni reċiproka;

10.  Huwa tal-fehma li, filwaqt li l-kalendarju tal-proċess ta' valutazzjoni reċiproka kien pjuttost diffikultuż, għen fiż-żamma tal-momentum wara l-implementazzjoni tad-Direttiva;

11.  Iqis li l-proċess tal-valutazzjoni reċiproka kien eżerċizzju li vallapena li jsir billi ppermetta li l-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri jkollhom fehim aħjar tal-ostakli li baqa' u tas-sitwazzjoni f'kull Stat Membru min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Istati Membri; jinnota li dan il-proċess ippermetta lill-Istati Membri jiksbu rispons dwar l-għażliet tal-politika tagħhom u ffaċilita l-promozzjoni tal-aqwa prattiki u kabbar it-trasparenza tar-riżultati tal-implementazzjoni;

12.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jniedu djalogu dwar liema ostakli huma permessi u liema mhumiex;

13.  Huwa tal-fehma li l-proċess tal-valutazzjoni reċiproka kien importanti biex jiġu kkjarifikati ċerti sitwazzjonijiet ambigwi li għadhom prevalenti fil-forniment tas-servizzi kemm fil-livell nazzjonali u kemm f'dak transkonfinali, bħar-rikonoxximent reċiproku ta' kwalifiki professjonali u obbligi ta' assigurazzjoni imposti fuq il-fornituri transkonfinali ta' servizzi; jenfasizza li fl-aħħar mill-aħħar dan għen biex jiġi evalwat jekk il-miżuri ta' implimentazzjoni adottati f'kull Stat Membru jitwettqux skont l-ispirtu tad-Direttiva tas-Servizzi;

14.  Jenfasizza li d-“diskussjonijiet fi gruppi” huma l-qofol tal-valutazzjoni reċiproka;jilqa' b'sodisfazzjon l-ispirtu ta' koperazzjoni u fiduċja reċiproka li pprevala waqt id-diskussjonijiet;

15.  Huwa tal-fehma li l-eżerċizzju ta' valutazzjoni reċiproka kkontribwixxa għall-iżvilupp ta' “spirtu Ewropew” fost l-amministrazzjonijiet nazzjonali u ppermetta lill-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri jsiru jafu “l xulxin aħjar; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-għarfien u l-esperjenza miksuba mill-valutazzjoni reċiproka jinżammu u jintużaw għat-titjib tas-Suq Uniku tas-servizzi;

16.  Jinnota li l-involviment tal-partijiet interessati fil-proċess tal-valutazzjoni reċiproka kien limitat; jirrikonoxxi li ċertu ammont ta' kunfidenzjalità kien kundizzjoni importanti biex tinħoloq fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri; madankollu jiddispjaċih li ma ngħatax rispons regolari dwar il-proċess lill-partijiet interessati;

17.  Huwa konxju tal-ispejjeż amministrattivi relatati mal-valutazzjoni reċiproka, speċjalment fl-Istati Membri fejn l-amministrazzjoni fil-livell reġjonali kienet involuta fil-proċess;

Riżultati u segwitu biex jittejjeb il-funzjonament tas-Suq Intern tas-Servizzi

18.  Huwa tal-fehma li l-proċess tal-valutazzjoni reċiproka fid-Direttiva tas-Servizzi huwa strument importanti biex jiġu identifikati inizjattivi ulterjuri bl-għan li jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern għas-servizzi; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni qed tipproponi sett ta' azzjonijiet biex tkompli żżid il-momentum miksub waqt il-fażijiet tal-implimentazzjoni u l-valutazzjoni reċiproka;

19.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex iżżomm lill-Parlament infurmat dwar il-progess u r-riżultati tad-djalogu mal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tas-Servizzi; jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu azzjonijiet ulterjuri ta' infurzar meta jkun hemm bżonn;

20.  Jistenna bil-ħerqa l-valutazzjoni ekonomika mħabbra tal-implimentazzjoni tad-Direttiva tas-Servizzi u l-impatt tagħha fuq il-funzjonament tas-suq tas-servizzi; jittama li din il-valutazzjoni tippermetti li jkun imkejjel l-impatt reali tad-Direttiva fuq l-attività ekonomika u l-impjiegi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura t-trasparenza massima hi u twettaq dan il-kompitu u jistieden lill-Kummissjoni tissottometti dak li tkun sabet appena jkun disponibbli;

21.  Jilqa' l-inizjattiva tal-verifika tal-prestazzjoni tas-suq intern u jittama li dan l-eżerċizzju jtejjeb b'mod sinifikanti l-fehim prattiku ta' kif huma applikati biċċiet differenti tal-leġiżlazzjoni tal-UE u kif jinteraġixxu fil-prattika; Iqis li l-eżerċizzju tal-verifika tal-prestazzjoni għandu jitwettaq filwaqt li tiġi kkunsidrata l-perspettiva tal-utenti tas-Suq Uniku;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi lill-Parlament Ewropew mill-qrib fl-inizjattiva tal-verifika tal-prestazzjoni;

23.  Jitlob li x-xkiel regolatorju li għad fadal, bħalma huma r-regoli dwar attivitajiet riżervati, l-obbligu tal-assikurazzjoni, il-forma ġuridika u r-rekwiżiti tal-proprjetà tal-kapital, jiġi ttrattat; jistieden lill-Kummissjoni tikkonċentra l-isforzi tagħha fuq ir-rekwiżiti inġustifikati jew sproporzjonati li għandhom jiġu aboliti ħalli jkun iggarantit il-funzjonament bla xkiel tas-Suq Uniku;

24.  Jiddeplora l-fatt li ma ttieħdet ebda azzjoni preċedentament f'oqsma fejn il-problemi ilhom magħrufa;

25.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma provdietx kriterji biex jintgħażlu tipi speċifiċi ta' rekwiżiti għal azzjonijiet immirati; jistieden lill-Kummissjoni tikkjarifika r-raġunijiet li għalihom it-tipi l-oħra ta' rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 15 tad-Direttiva tas-Servizzi, bħan-numru minimu ta' impjegati, it-tariffi fissi minimi jew massimi, tqiesu inqas importanti minn dawk identifikati fil-Komunikazzjoni tagħha;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiġbor u tippreżenta data li tikkwantifika l-impatt ta' diversi rekwiżiti li fadal li, jekk jitneħħew, jitjieb il-funzjonament tas-Suq Uniku tas-servizzi; jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità fl-azzjonijiet immirati tagħha lit-tneħħija ta' dawk ir-rekwiżiti biex b'hekk ikun hemm l-ogħla valur miżjud fil-funzjonament tas-Suq Uniku tas-servizzi f'ottemperanza sħiħa għall-Artikolu 1 tad-Direttiva dwar is-Servizzi; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, biex tiffoka l-azzjoni tagħha fuq is-setturi u l-professjonijiet li għandhom potenzjal kbir ta' tkabbir għall-forniment transkonfinali tas-servizzi;

27.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli u żżid il-ħidma tagħha mal-Istati Membri fuq bażi individwali sabiex ikun hemm traspożizzjoni u implimentazzjoni kompleti u korretti tad-Direttiva tas-Servizzi fl-Istati Membri kollha;

28.  Huwa tal-fehma li għad hemm ħafna ostakli nazzjonali fis-seħħ, li jnaqqsu, b'mod partikolari, ir-rata ta' tkabbir fis-servizzi professjonali bejn in-negozji; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li r-rekwiżiti l-ġodda u dawk li fadal ikunu nondiskriminatorji, meħtieġa u proporzjonati; jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi ruħha b'mod aktar attiv flimkien mal-Istati Membri biex jissorveljaw mill-qrib u jiżguraw li jiġu komunikati kif jixraq il-miżuri leġiżlattivi nazzjonali rilevanti relatati mal-implimentazzjoni tal-Artikolu 15 tad-Direttiva tas-Servizzi;

29.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jaħdmu flimkien aktar mill-qrib biex jiżguraw l-applikazzjoni tajba fl-Istati Membri tal-klawżola tal-libertà tal-forniment tas-servizzi fl-Artikolu 16 tad-Direttiva tas-Servizzi; jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni komprensiva tas-sitwazzjoni attwali dwar il-forniment transkonfinali ta' servizzi fl-UE li tinkludi r-raġunijiet li jispjegaw ir-rata moderata ta' tkabbir f'dan is-settur, u ħarsa ġenerali dettaljata tal-effettività tal-implimentazzjoni mill-Istati Membri tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16 tad-Direttiva tas-Servizzi;

30.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata l-koerenza fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet differenti li huma rilevanti b'mod kruċjali għall-attivitajiet tas-servizzi;

31.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiżguraw implimentazzjoni sħiħa u xierqa tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tas-Servizzi li ma kinux inklużi fil-proċess tal-valutazzjoni reċiproka, bħall-Punti ta' Kuntatt Uniku u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li d-diżposizzjonijiet rilevanti jiġu infurzati b'mod strett;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-kontroll u lill-valutazzjonijiet regolari tal-funzjonament tal-Punti ta' Kuntatt Uniku fl-Istati Membri, li għandhom rwol ewlieni fl-għoti ta' servizzi bl-informazzjoni neċessarja disponibbli għall-fornituri tas-servizzi b'mod aġġornat u faċli biex jintuża;

33.  Jinnota r-rwol importanti tal-mekkaniżmi alternattivi għar-riżoluzzjoni tal-kontroversji u l-ħall tal-problemi, bħas-SOLVIT, biex jiġi żgurat li l-fornituri tas-servizzi, b'mod partikolari l-SMEs, ikunu jistgħu jużufruwixxu b'mod sħiħ minn jeddijiethom marbutin mas-Suq Uniku; jilqa' l-avviż mill-Kummissjoni li se tivvaluta l-effikaċja ta' dawn l-għodod u tirrapporta dwar il-ħtieġa ta' aktar inizjattivi speċifiċi;

34.  Jaqbel mal-Kummissjoni li l-fornituri tas-servizzi, iżda anke dawk li jirċievu dawn is-servizzi, għandhom jiġu megħjuna jinfurzaw id-drittijiet tagħhom, u jirrakkomanda li jkomplu jiġu żviluppati l-għodda eżistenti bħal pereżempju s-SOLVIT;

Il-Proċess ta' Valutazzjoni Reċiproka bħala għodda

35.  Itenni l-appoġġ tiegħu għall-użu tal-valutazzjoni reċiproka f'oqsma tal-politika oħra, meta jkun xieraq; jemmen li l-valutazzjoni reċiproka wriet li hija innovattiva u utli, u għandha titqies bħala għodda biex jittejjeb il-funzjonament tas-Suq Uniku;

36.  Jissuġġerixxi, għalhekk, li tiġi kkunsidrata valutazzjoni reċiproka “ħafifa” (light-touch) u fejn jixraq din tiġi introdotta għall-valutazzjoni reċiproka ta' oqsma ta' politika koperti bid-direttivi “orizzontali” li permezz tagħhom l-Istati Membri żammew spazju sinifikanti ta' manuvrar, bl-għan li jkun hemm leġiżlazzjoni aktar uniformi, jinħolqu relazzjonijiet aħjar u fehim reċiproku bejn l-Istati Membri, u tiġi evitata “sovraregolamentazzjoni”;

37.  Jirrakkomanda li l-valutazzjoni reċiproka għandha tintuża bħala “strument flessibbli” skont il-każ individwali; jissuġġerixxi li din l-għodda għandha tiġi proposta b'mod immirat għall-inklużjoni f'ċerti Direttivi ta' natura “orizzontali” li jinvolvu diversi miżuri ta' traspożizzjoni u li jipprovdu għal marġni ta' diskrezzjoni wiesa' lill-Istati Membri; jissuġġerixxi barra minn hekk użu mmirat tal-valutazzjoni reċiproka fejn id-dispożizzjonijiet ewlenin ta' Direttiva biss jiġu suġġetti għall-proċedura;

38.  Jistieden lill-Kummissjoni, madankollu, biex tiddefinixxi b'mod ċar l-għanijiet u r-riżultati tal-valutazzjoni reċiproka qabel ma tiġi proposta valutazzjoni reċiproka dwar Direttivi oħra, biex tiżgura li l-proċess ma jimponix piż bla bżonn fuq l-awtoritajiet li jevalwaw;

39.  Jemmen li d-“diskussjonijiet fi gruppi” għandhom jibqgħu l-element ċentrali tal-proċess tal-valutazzjoni reċiproka; jemmen li numru limitat ta' esperti magħżula bir-reqqa biex jipparteċipaw f'diskussjonijiet fi gruppi joħloq il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-effiċjenza u l-kisba tar-riżultati; huwa tal-fehma li l-valutazzjoni reċiproka għandha tiġi żviluppata iktar bħala proċedura għall-iskambju tal-aħjar prattiki u esperjenzi fl-iżvilupp tal-politiki bejn l-Istati Membri u li r-rwol tal-Kummissjoni jista' jiġi kjarifikat f'termini ta' gwida u tmexxija tal-proċess, b'mod partikolari waqt id-diskussjonijiet fi gruppi; huwa tal-fehma li l-kompożizzjoni tal-gruppi għandha tirrifletti dejjem l-aspettattivi tal-Istati Membri u l-impatt potenzjali fuq is-Suq Uniku;

40.  Jitlob lill-Kummissjoni biex iżżid it-trasparenza billi tinforma lill-Parlament Ewropew dwar il-kontenut u l-progress tad-diskussjonijiet bejn l-Istati Membri u billi tippreżenta rapporti regolari fl-istadji differenti kollha tal-valutazzjoni reċiproka biex il-partijiet interessati kollha jinżammu aġġornati; jistieden lill-Kummissjoni biex tippubblika l-konklużjonijiet ewlenin tal-laqgħat fil-gruppi u dawk plenarji;

41.  Jindika li t-tabelli ta' korrelazzjoni u valutazzjoni reċiproka għandhom finijiet differenti u għalhekk għandhom jitqiesu bħala għodod ta' politika separati u mhux interkambjabbli, u li t-tabelli ta' korrelazzjoni huma għalhekk indispensabbli fit-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea;

o
o   o

42.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.
(2) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.
(3) Test adottat, P7_TA(2011)0144.
(4) Test adottat, P7_TA(2011)0051.


Governanza Ekonomika Globali
PDF 345kWORD 94k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-Governanza Ekonomika Globali (2011/2011(INI))
P7_TA(2011)0457A7-0323/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet u l-ftehimiet tas-Summits tal-G20 ta' Londra, Pittsburgh, Toronto u Seoul,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-grupp Palais-Royal Initiative, ippubblikat fit-8 ta' Frar 2011, bit-titlu “Ir-Riforma tas-Sistema Monetarja: approċċ kooperattiv għas-seklu wieħed u għoxrin”,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar “It-titjib tal-governanza ekonomika u tal-qafas ta' stabilità tal-Unjoni, b'mod partikolari fiż-żona tal-euro”(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Mejju 2011 dwar “l-UE bħala attur globali: ir-rwol tagħha fl-organizzazzjonijiet multilaterali”(2),

–  wara li kkunsidra l-ħidma kontinwa u rilevanti tad-Djalogu Transatlantiku tal-Leġiżlaturi (TLD) u d-Djalogu Kummerċjali Transatlantiku (TABD),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0323/2011),

A.  billi l-iżvilupp tal-ekonomija dinjija matul l-aħħar deċennji ġeneralment fisser aktar tkabbir u prosperità, għalkemm mhux mqassma b'mod ugwali, filwaqt li neħħa lil miljuni ta' nies minn stat ta' faqar; sadattant, l-għadd ta' nies li għadhom qed jgħixu fil-faqar u d-disperazzjoni huwa għoli b'mod inaċċettabbli; billi l-inugwaljanzi ekonomiċi u soċjali bejn u fi ħdan il-pajjiżi jridu jitnaqqsu; billi l-ġlieda tal-Ewropa kontra l-faqar trid tkun waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-istrateġija UE 2020;

B.  billi l-Istati Uniti u l-Ewropa attwalment għadhom qed jaffrontaw l-agħar effetti tal-agħar reċessjoni ekonomika internazzjonali mid-Depressjoni l-Kbira;

C.  billi l-iżvilupp tal-ekonomija globali fid-deċennji reċenti ntlaqat ħażin minn żbilanċi insostenibbli;

D.  billi l-governanza ekonomika globali effikaċi tagħmilha possibbli li jiġu minimizzati l-impatti negattivi u li jiġu rmedjati l-effetti perikolużi tal-globalizzazzjoni, bħaż-żieda fl-inugwaljanza jew il-qerda tal-ambjent;

E.  billi t-tfaċċar fl-ekonomija dinjija ta' atturi ewlenin ġodda, kemm fir-rigward tal-kummerċ dinji kif ukoll tat-tkabbir ekonomiku, b'mod partikolari ċ-Ċina u l-Indja, kellu impatt kbir ħafna u biddel radikalment l-ambjent ekonomiku, u dan jirrikjedi riformi kummerċjali u rati tal-kambju konvertibbli;

F.  billi l-iżbilanċi tal-lum għadhom ikkawżati primarjament minn nuqqas ta' kompetittività u tfaddil pubbliku u privat fil-pajjiżi b'defiċit, u minn tfaddil kbir flimkien ma' nuqqas ta' domanda fil-pajjiżi b'bilanċ pożittiv, li llum huma akbar u billi, minħabba l-livell għoli ta' globalizzazzjoni u l-ammont ta' flussi ta' kapital, dawn l-iżbilanċi joħolqu ħtiġijiet ġodda għall-governanza globali u jisfidaw l-istrutturi tal-arranġamenti istituzzjonali eżistenti;

G.  billi l-element ewlieni għall-ibbilanċar mill-ġdid tal-ekonomija globali f'termini wiesa' huwa doppju: kompetittività msaħħa u riformi b'firxa wiesgħa li jħeġġu t-tkabbir f'pajjiżi b'defiċit u l-ftuħ tas-swieq u politika monetarja soda f'pajjiżi b'bilanċ pożittiv;

H.  billi l-ewwel deċennju ta' funzjonament tal-UEM wera li politika baġitarja responsabbli hija waħda mill-prekundizzjonijiet biex jiġi minimizzat l-impatt tax-xokkijiet finanzjarji u ekonomiċi globali;

I.  billi hemm għadd kbir ta' organizzazzjonijiet internazzjonali mfassla biex jiggvernaw l-ekonomija dinjija bħall-FMI, il-Bank Dinji, id-WTO, l-UNCTAD u l-IFC, flimkien mal-fora intergovernattivi tal-G7 u l-G20, li minnhom l-FMI u l-G20 huma l-korpi l-iktar effikaċi, għalkemm it-tnejn li huma għad jeħtieġ li jittejbu;

J.  billi s-swieq globali jeħtieġu regoli globali;

K.  billi l-arranġamenti monetarji fis-seħħ wasslu għal akkumulazzjoni sostanzjali ta' riżervi ta' muniti barranin, partikolarment tad-dollaru Amerikan, f'xi pajjiżi b'bilanċ pożittiv, li konsegwentement żiedet il-provvista ta' kapital fil-pajjiżi b'defiċit u għamlet pressjoni “l isfel fuq ir-rati tal-imgħax, biex b'hekk tat spinta liż-żieda eċċessiva tal-prezzijiet tal-assi li kellhom rwol ewlieni fl-aħħar kriżi finanzjarja;

L.  billi l-kriżi ekonomika globali, li bdiet fis-settur finanzjarju, issa wasslet għal livelli għoljin ta' dejn f'uħud mill-atturi ekonomiċi dinjija ewlenin, fosthom l-Istati Uniti, il-Ġappun u l-UE;

M.  billi l-G20 qabel fid-dikjarazzjoni finali tiegħu ta' Pittsburgh dwar Qafas għal Tkabbir b'Saħħtu, Sostenibbli u Bilanċjat, li jinħtieġ urġentement approċċ multilaterali ġdid bħala reazzjoni għall-kriżi;

N.  billi kien hemm rikonoxximent globali tar-rwol li kellhom xi setturi tal-industrija finanzjarja fil-kontribut għall-kriżi finanzjarja globali, filwaqt li dehru d-dgħufijiet fir-regolamentazzjoni finanzjarja, u dan kabbar il-kriżi tad-dejn sovran b'fehim komuni li r-responsabbiltà u t-trasparenza tas-settur finanzjarju jridu jittejbu, inkluż il-fatt li għandu jġarrab sehem ġust tal-kosti kkawżati mill-kriżi;

O.  billi l-iżbilanċi msemmija ħafna tal-kontijiet kurrenti huma r-riżultat ta' żbilanċi strutturali sottostanti fl-ekonomiji nazzjonali;

P.  billi n-nuqqas ta' regolamentazzjoni u superviżjoni koordinati u effikaċi tas-sistema finanzjarja globali wassal għal dgħufijiet fis-settur finanzjarju li sussegwentement ħarrxu l-vulnerabilitajiet fl-ekonomija globali;

Q.  billi r-rwol u l-prominenza akbar tal-G20 bħala forum għal diskussjonijiet politiċi informali fl-ogħla livell globali jintlaqgħu tajjeb; billi l-G20 bħala istituzzjoni jonqsu bażi legali u segretarjat permanenti u għandu struttura governattiva dgħajfa speċjalment meta mqabbel ma' istituzzjonijiet internazzjonali oħra bħall-FMI u d-WTO;

R.  billi s-sistema monetarja internazzjonali attwali ppermettiet lil diversi pajjiżi jwettqu strateġiji kompetittivi ta' żvalutazzjoni li, flimkien man-numru li qed jiżdied ta' tranżazzjonijiet spekulattivi li jsiru minn partijiet interessati tas-swieq b'saħħithom fis-swieq tal-kambju, ikkontribwew sew għal volatilità eċċessiva tar-rati u ħolqu riskji sinifikanti għas-swieq tal-kambju kif ukoll għall-kummerċ internazzjonali;

S.  billi l-UE mhijiex meqjusa bħala attur b'saħħtu fit-tiswir mill-ġdid tas-sistema monetarja u finanzjarja internazzjonali għaliex ma titkellimx b'vuċi waħda, u minħabba l-frammentazzjoni tar-rappreżentanza esterna tagħha fl-affarijiet ekonomiċi internazzjonali;

T.  billi huwa essenzjali li jkun żgurat li s-sistemi ekonomiċi u finanzjarji ma jagħmlux ħsara lill-ekonomja reali;

U.  billi, skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-G20, il-FMI ngħata setgħat akbar ta' superviżjoni u sorveljanza tas-sistama finanzjarja globali, ir-riżorsi finanzjarji tiegħu ġew miżjuda u qed issir riforma bir-reqqa tal-istruttura governattiva tiegħu;

V.  billi s-swieq finanzjarji evolvew matul id-deċennji li għaddew biex joperaw globalment permezz ta' proċessi u netwerks b'livell għoli ta' IT, u billi l-istandardizzazzjoni tad-data baqgħet lura, u għalhekk ostakolat l-aggregazzjoni, l-analiżi u l-ġestjoni ta' data fil-livell tas-swieq – u ħafna drabi anke fil-livell tal-impriżi – u naqqset it-trasparenza tat-tranżazzjonijiet finanzjarji;

Rakkomandazzjonijiet politiċi biex tiġi ttrattata l-governanza ekonomika

1.  Jenfasizza li żblanċi globali jikkostitwixxu theddida potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja u makroekonomika, speċjalment meta jkunu eċċessivi, fl-ekonomiji ewlenin u jista' jkollhom riperkussjonijiet fuq ekonomiji oħra; meta jitqies dan, jinnota li żbilanċi li joriġinaw minn allinjamenti strutturali żbaljati u minn nuqqas ta' kompetittività fl-ekonomija nazzjonali għandhom jiġu ttrattati kemm mill-pajjiżi b'bilanċ pożittiv kif ukoll minn dawk b'defiċit, billi dawn jistgħu jkunu sors ta' problemi fundamentali;

2.  Jenfasizza li l-kriżi ekonomika u finanzjarja wriet li l-influss ta' kapital b'riżultat ta' żbilanċi globali għandu jkun akkumpanjat minn politika monetarja responsabbli u regolamentazzjoni u superviżjoni finanzjarji sodi;

3.  Jirrikonoxxi l-ħtieġa li min ifassal il-politika fid-dinja kollha jkompli jaħdem biex jinstabu soluzzjonijiet biex tiġi riformata l-governanza ekonomika globali bl-għan li tiġi bbilanċjata mill-ġdid l-ekonomija dinjija u li tiġi evitata reċessjoni oħra; jenfasizza li r-riforma tal-governanza globali għandha tiżgura li s-swieq ikunu integrati f'qafas istituzzjonali komprensiv biex ikunu jistgħu jiffunzjonaw sew; jistma wkoll li wieħed mill-objettivi prijoritarji tal-governanza ekonomika dinjija jrid ikun il-ħolqien ta' ambjent favorevoli għall-investiment fit-tul;

4.  Jenfasizza l-importanza ta' politiki monetarji responsabbli; iħeġġeġ lill-banek ċentrali tal-ekonomiji ewlenin jikkunsidraw esternalitajiet negattivi potenzjali, bħall-bżieżaq ta' assi, id-dinamika “carry-trade” u d-destabbilizzazzjoni finanzjarja f'pajjiżi oħra, meta jimplimentaw miżuri konvenzjonali jew mhux konvenzjonali;

5.  Huwa konxju mill-fatt li, fl-aħħar nett, il-fiduċja fis-saħħa tal-ekonomija sottostanti u l-profondità, it-trasparenza, is-sofistikazzjoni u l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji tagħha huma r-raġunijiet ewlenin li għalihom l-muniti jinżammu bħala riżervi mill-banek ċentrali ta' pajjiżi terzi; jenfasizza f'dan ir-rigward li kull munita li trid issir parti mill-ġabra ta' Drittijiet Speċjali ta' Prelevament tal-FMI trid tkun soġġetta għal konvertibilità sħiħa, u jirrikonoxxi li l-kompożizzjoni tal-ġabra ta' Drittijiet Speċjali ta' Prelevament tal-FMI għandha tirrifletti l-importanza relattiva tal-muniti fis-sistemi finanzjarji u kummerċjali dinjija;

6.  Jiddikjara li r-rati tal-kambju għandhom jirriflettu l-elementi fundamentali tas-suq sabiex jittejbu l-ftuħ u l-flessibbiltà u biex jiġi ffaċilitat l-aġġustament ekonomiku, u għalhekk m'għandomx jiġu ġestiti jew manipulati mill-awtoritajiet monetarji nazzjonali;

7.  Iħeġġeġ lill-membri tal-FMI jaderixxu mal-Artikoli tal-Ftehim, speċjalment rigward l-impenn kontra l-manipulazzjoni tar-rata tal-kambju, kif ukoll mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-GATT u tal-Ftehimiet tad-WTO;

8.  Iħeġġeġ ir-rikonsiderazzjoni tal-użu ta' “Drittijiet Speċjali ta' Prelevament” (SDRs) bħala sostitut possibbli tad-dollaru bħala l-munita ta' riżerva dinjija, li jista' jgħin biex jistabbilizza s-sistema finanzjarja dinjija; jitlob lill-FMI jistudja l-allokazzjoni addizzjonali kif ukoll l-użu usa' tad-Drittijiet Speċjali ta' Prelevament (SDR) b'mod partikolari bl-għan li tittejjeb is-sistema multilaterali ġdida tar-rati tal-kambju;

9.  Jappoġġja l-ħidma u l-impenji tal-Istati tal-G20 biex jimplimentaw pjanijiet ta' konsolidament fiskali kkoordinati sew u li jiffavurixxu t-tkabbir fuq perjodu medju ta' żmien filwaqt li jappoġġjaw id-domanda domestika b'ritmu determinat miċ-ċirkustanzi ta' kull pajjiż, filwaqt li japplikaw politiki monetarji xierqa, itejbu l-flessibbiltà tar-rati tal-kambju biex jirriflettu aħjar l-elementi fundamentali ekonomiċi sottostanti, u filwaqt li jwettqu riformi strutturali biex jiffavorixxu l-ħolqien tal-impjiegi u jikkontribwixxu għar-ribilanċjament globali;

10.  Jinnota, madankollu, li, sal-lum il-prospetti fil-livell tal-G20 li jitranġaw l-iżbilanċi globali kienu limitati ħafna;

11.  Iħeġġeġ lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) tieħu rwol attiv fl-identifikazzjoni u fl-indirizzar ta' distorsjonijiet kummerċjali possibbli fis-servizzi finanzjarji kkawżati minn sistemi regolatorji differenti;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal mekkaniżmu komprensiv, ibbażat l-iżjed fuq u interkonness b'mod sod mar-regolamenti tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, li jevita l-użu tal-kummerċ bħala għodda tal-politika barranija b'mod kuntrarju għall-valuri demokratiċi rikonoxxuti internazzjonalment, kif riflessi fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni biex fil-laqgħa li jmiss bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku (TEC), titqajjem il-kwistjoni tal-kooperazzjoni reċiproka dwar is-superviżjoni tad-derivattivi tal-prodotti bażiċi skont ir-regolament eżistenti dwar it-trasparenza u l-abbuż tas-suq;

14.  Jistieden lill-UE biex timplimenta d-dikjarazzjonijiet tas-summits tal-G8/G20, partikolarment rigward sussidji għall-fjuwils fossili u l-agrikoltura, b'kunsiderazzjoni tal-linji gwida tal-OKŻE f'dan il-qasam, u rigward il-volatilità tal-prezz tal-ikel u s-swieq tal-prodotti bażiċi;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-istrateġija kummerċjali tagħha fir-rigward tat-tisħiħ ta' kummerċ min-nofsinhar għan-nofsinhar u kummerċ intrareġjonali f'partijiet oħra tad-dinja sabiex titnaqqas il-vulnerabbiltà ta' ħafna ekonomiji żgħar u sabiex tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' sħab ekonomiċi msaħħa fil-futur;

16.  Jappoġġja l-istabbiliment ta' kalendarju għal pjan ta' azzjoni li jimplimenta l-Qafas tal-G20 għal Tkabbir B'Saħħtu, Sostenibbli u Bilanċjat;

17.  Jilqa' l-inizjattivi kollha għal aktar diskussjoni u kooperazzjoni dwar l-isfidi globali komuni iżda jinnota li ħafna mill-fora attwali, bħall-G20, huma biss għal diskussjoni informali, mingħajr il-bażi legali jew il-karatteristiċi ta' organizzazzjonijiet internazzjonali fil-proċessi tagħhom ta' teħid ta' deċiżjonijiet jew fl-implimentazzjoni u s-superviżjoni tad-deċiżjonijiet tagħhom, u għalhekk jibqgħu dgħajfa bħala strutturi governattivi;

18.  Jinnota li l-metodu ta' teħid ta' deċiżjonijiet b'kunsens li jikkaratterizza ħafna mill-korpi ta' kooperazzjoni globali ma jħeġġiġx it-teħid ta' deċiżjonijiet kuraġġużi u spiss iwassal għal ftehimiet vagi mhux vinkolanti; iħeġġeġ lill-forum globali jemula l-pass tal-UE “l bogħod mid-dipendenza esklużiva fuq l-unanimità;

19.  Huwa tal-fehma li l-impenji meħuda fil-G20 iridu jkunu aktar konkreti u li jeħtieġ li l-progress jiġi mmonitorjat minn korp indipendenti, aktar formali u inklużiv bi statuti u b'segretarjat, bħall-FMI;

20.  Jilqa' l-passi miftiehma mis-Summit tal-Ministri tal-Finanzi tal-G20 f'Pariġi fid-19 ta' Frar 2011 biex l-iżbilanċi jitkejlu b'ġabra ta' indikaturi; jissottolinja li dawn l-indikaturi għandhom ikopru l-iżbilanċi interni, bħad-dejn u d-defiċits pubbliċi u t-tfaddil u d-dejn privati, kif ukoll l-iżbilanċi esterni minn flussi u trasferimenti kummerċjali u ta' investiment;

21.  Jistieden lill-G20 jwettaq fuq bażi regolari Proċess ta' Valutazzjoni Reċiproka bbażat fuq qafas tal-G20 u l-indikaturi hawn fuq sabiex jipprovdi għażliet politiċi li jiksbu tkabbir b'saħħtu, sostenibbli u bilanċjat;

22.  Jissottolinja li l-atturi finanzjarji joperaw fuq livell globali u, mil-lum “il quddiem, iqis li d-differenzi ta' koordinazzjoni fir-regolamenti finanzjarji jeħtieġ li jiġu indirizzati sabiex ikun evitat li ċerti atturi finanzjarji japprofittaw ruħhom mill-arbitraġġ regolatorju;

Riforma tas-sistema monetarja u finanzjarja internazzjonali u tal-istituzzjonijiet tagħha

23.  Jenfasizza li l-Unjoni Ewropea għandu jkollha rwol ewlieni fir-riforma ekonomika globali biex l-istituzzjonijiet internazzjonali jsiru aktar leġittimi, trasparenti u li, b'mod anki aktar importanti, l-Unjoni Ewropea għandha taġixxi bħala entità waħda fl-affarijiet ekomomiċi internazzjonali;

24.  Jitlob li l-UE jkollha siġġu fl-FMI u fil-Bank Dinji; jitlob FMI aktar demokratiku, inkluża elezzjoni miftuħa u bbażata fuq il-mertu tad-direttur maniġerjali tiegħu, u żieda sostanzjali fid-drittijiet tal-vot għan-nazzjonijiet li qed jiżviluppaw u dawk fi tranżizzjoni;

25.  Isostni li l-governanza ekonomika globali għandha tkun reattiva, flessibbli u prammatika biżżejjed biex tagħmilha possibbli li jiġi stabbilit liema arranġamenti huma l-aktar adattati, skont iċ-ċirkustanzi u bi qbil mal-prinċipju ta' sussidjarjetà;

26.  Jenfasizza li l-Unjoni Ewropea għandu jkollha rwol ewlieni fir-riforma ekonomika globali biex l-istituzzjonijiet internazzjonali u l-fora informali jsiru aktar leġittimi, trasparenti u responsabbli;

27.  Jinnota li dawn l-istituzzjonijiet u l-fora, b'mod partikolari l-G20, jonqoshom ċerta leġittimità parlamentari fil-livell globali, u konsegwentement jistedinhom jinvolvu lill-parlamenti fil-proċessi ta' teħid ta' deċiżjoni tagħhom; jiddeplora n-nuqqasijiet demokratiċi ta' wħud mis-sħab;

28.  Jinnota l-problemi li jistgħu jqumu jekk il-politiki segwiti mill-fora informali differenti u mill-istituzzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali tonqoshom il-koerenza; isostni li għandhom jiġu adottati mill-FMI miżuri li jippromwovu koordinazzjoni istituzzjonali globali;

29.  Jissottolinja l-ħtieġa ta' ftehim globali u approċċ komuni rigward il-politika monetarja, il-kummerċ internazzjonali, finanzi pubbliċi sostenibbli u muniti flessibbli bbażati fuq elementi fundamentali ekonomiċi; iqis li l-ekonomija globali għandha tkun ikkaratterizzata minn swieq miftuħa għall-benefiċċju reċiproku tal-parteċipanti kollha; jissottolinja li standards soċjali u ambjentali għoljin huma vitali u jridu jiġu żviluppati fl-aspetti kollha; jenfasizza li l-FMI u d-WTO għandhom ikunu l-parti ewlenija ta' tali proċess;

30.  Iħeġġeġ lill-membri tad-WTO jaċċedu għal ftehimiet kummerċjali multilaterali u jinnegozjaw f'rawnds kummerċjali internazzjonali ulterjuri mmirati lejn it-tnaqqis fl-ostakli għall-kummerċ internazzjonali, filwaqt li jiżguraw kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd fis-setturi kollha, u b'hekk jingħata kontribut għat-tkabbir u l-iżvilupp ekonomiku;

31.  Jemmen li, sabiex tippermetti lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw jiksbu iżjed benefiċċji mill-kummerċ u biex jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u pagi deċenti għall-ħaddiema kollha, l-UE għandha interess qawwi fit-tisħiħ tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol u fl-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni tagħha fil-ħidma tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u fis-sorveljanza tal-kapitoli tas-sostenibilità tas-sistema ta' preferenzi ġeneralizzati;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi mill-ġdid l-istrateġija tal-kummerċ u l-investiment tal-UE biex tinkludi l-pajjiżi BRIC (Brażil, Russja, Indja u Ċina) bħala sħab kummerċjali ewlenin futuri b'interessi proprji tagħhom f'netwerk globali komuni ta' interessi interkonnessi ta' żvilupp sostenibbli soċjali u ekoloġiku;

33.  Huwa tal-fehma li Banek ta' Żvilupp Multilaterali għandhom jipprovdu riżorsi addizzjonali b'mod iżjed effettiv sabiex jolqtu ħtiġijiet lokali speċifiċi, jappoġġaw investimenti fuq perjodu twil ta' żmien u jikkonsolidaw l-ekonomiji lokali;

34.  Jirrakkomanda FMI b'saħħtu u indipendenti b'għodda u riżorsi biżżejjed li jippermettulu jżid l-attenzjoni mogħtija lil konnessjonijiet transkonfinali mhux biss bit-tisħiħ tas-sorveljanza multilaterali iżda anke billi ssir enfasi fuq l-ekonomiji ta' importanza sistemika u billi jiġu żviluppati indikaturi biex jiġu vvalutati l-iżbilanċi kbar dewwiema; jitlob li l-mandat ta' intervent tal-FMI jiġi estiż ukoll biex ikopri riskji ġejjin minn kontijiet kapitali;

35.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li ftehimiet multilaterali dwar skambju ta' informazzjoni fiskali jinkorporaw dispożizzjonijiet dwar skambju ta' informazzjoni awtomatiku u jitlob li tittieħed azzjoni biex tissaħħaħ il-bażi legali għal elenkar tal-OKŻE f'lista sewda ta' ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx, bil-ħsieb li titjieb it-trasparenza fiskali u jiġu miġġielda l-frodi u l-evażjoni fiskali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex sa tmiem l-2011 tipproponi Standard ta' Rappurtar Pajjiż Pajjiż robust għall-kumpaniji transkonfinali, bl-għan li jittejbu t-trasparenza u l-aċċess għal data rilvenati mill-amministrazzjonijiet fiskali;

36.  Jenfasizza l-importanza ta' inizjattivi internazzjonali meħuda fl-oqsma tal-istandards tal-kontabilità u l-verifika;

37.  Jistieden lill-mexxejja tal-G20 biex mill-aktar fis possibbli jikkonkludu d-diskussjonijiet dwar l-elementi komuni minimi ta' taxxa globali fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji;

38.  Iqis li l-G20 huwa forum ewlieni għal konsultazzjoni globali, minkejja l-importanza ta' korpi oħra, iżda jinnota li l-G20 għandu numru ta' nuqqasijiet bħala istituzzjoni globali, fosthom nuqqas ta' rappreżentanza tan-nazzjonijiet iż-żgħar, nuqqas ta' trasparenza u responsabilità demokratika, kif ukoll nuqqas ta' bażi legali biex id-deċiżjonijiet tiegħu jsiru legalment vinkolanti;

39.  Jinkoraġġixxi l-FMI u l-G20 ifittxu input u pariri mill-ekonomiji globali b'defiċits baġitarji baxxi u nefqa dixxiplinata tal-gvern, u jaġixxu fuqhom;

40.  Jenfasizza li ż-żona tal-euro, fil-kuntest ta' dibattiti dwar l-arranġamenti monetarji globali, għandha tiġi kkunsidrata bħala entità waħda meta jitqiesu l-politika tagħha ta' munita unika u l-politika ta' rata tal-kambju unika;

41.  Iħeġġeġ lill-UE u lill-Membri tagħha jfittxu soluzzjonijiet biex ikomplu jtejbu l-koordinazzjoni bejn il-“formazzjonijiet G” u s-sistema tan-NU;

42.  Jitlob li jiġi stabbilit bord internazzjonali ta' banek ċentrali – magħmul primarjament mill-banek ċentrali tal-UE, il-Ġappun, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti – b'mandat biex jikkoordina l-politika monetarja, jissorvelja s-superviżjoni finanzjarja u jestendi u jippromwovi l-SDRs bħala munita ta' riżerva dinjija;

43.  Jirrakkomanda li l-FMI jiġi politikament imsaħħaħ b'summits annwali tal-mexxejja tal-pajjiżi rappreżentati fil-Bord Eżekuttiv tal-FMI; f'dan l-isfond, jinkoraġġixxi wkoll lill-Istati Membri tal-FMI jaħtru persuni mill-membri l-aktar anzjani tal-gvern fil-Bord Eżekuttiv, sabiex ikun jista' jkun minn ta' quddiem bħala l-forum għad-diskussjonijiet u d-deċiżjonijiet rigward il-governanza ekonomika globali;

44.  Iqis li jeħtieġ li tiżdied it-trasparenza tal-fluss internazzjonali tal-kapital, b'mod partikolari billi nfittxu li nġibu fit-tmiem is-segretezza bankarja;

Governanza globali tas-settur finanzjarju

45.  Jenfasizza li n-nuqqas ta' kooperazzjoni bejn is-superviżuri finanzjarji ffaċilita l-firxa tal-kriżi finanzjarja u aggrava l-effetti tagħha; jitlob, f'dan ir-rigward, li l-awtoritajiet superviżorji tal-Unjoni jieħdu t-tmexxija fil-bini ta' kooperazzjoni internazzjonali u l-istabbiliment tal-aħjar prattiki fir-regolazzjoni finanzjarja; jissottolinja wkoll li konverġenza lejn qafas regolatorju finanzjarju komuni bejn l-Istati Uniti u l-UE tkun ta' benefiċċju;

46.  Jinnota li hemm ħtieġa għall-implimentazzjoni globali ta' riformi li jtejbu t-trasparenza u r-responsabilità tal-istituzzjonijiet finanzjarji;

47.  Jenfasizza li, għalkemm ġiet adottata leġiżlazzjoni fiċ-ċentri finanzjarji dinjin imfassla biex ittejjeb ir-regolazzjoni ta' xi oqsma tas-settur finanzjarju, jinħtieġu aktar riformi tar-regoli u l-prattiki fis-sistema bankarja u s-sistema li tinsab moħbija warajha;

48.  Jenfasizza l-bżonn li l-entitajiet superviżorji finanzjarji Ewropej jingħataw mandat ċar biex jaħdmu f'kooperazzjoni mill-qrib mal-kontropartijiet tagħhom barra l-UE jew internazzjonali, kif jagħmel il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) mal-Bord għall-Istabilità Finanzjarja (FSB);

49.  Jenfasizza l-bżonn li jiġu kkombinati s-superviżjoni mikroprudenzjali u dik makroprudenzjali bħala parti minn approċċ koerenti u uniformi;

50.  Jinnota li l-Istati Uniti u l-UE flimkien huma responsabbli għal kważi 40% tal-kummerċ dinji u kważi 50% tal-PDG dinji u jirrakkomanda djalogu makroprudenzjali aħjar, b'enfasi fuq id-djalogu trans-Atlantiku, implimentazzjoni imparzjali u bir-reqqa tal-pakkett Basel III u aktar diskussjonijiet dwar it-twessigħ tal-ambitu tas-superviżjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji mhux bankarji; jitlob biex jinżamm momentum kontinwu wara r-riformi fir-regolazzjoni tas-settur finanzjarju biex jiġi żgurat li l-finanzi jappoġġjaw effettivament l-istabilità u t-tkabbir fl-ekonomija globali reali;

51.  Jirrispetta l-approċċ tal-G20, id-WTO, il-Basel III u entitajiet multinazzjonali oħra filwaqt li jirrikonoxxi l-perikli potenzjali ta' regolazzjoni żejda u kompetizzjoni regolatorja;

52.  Jilqa' l-organizzazzjoni ta' Laqgħa dwar l-Ekonomija Globali għall-gvernaturi tal-banek ċentrali taħt l-awspiċi tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali (BĦI), bħala grupp ta' referenza għall-organizzazzjoni tal-kooperazzjoni fost il-banek ċentrali;

53.  Huwa mħasseb dwar ir-riskju ta' frammentazzjoni bħala riżultat tal-varjetà ta' regolamenti li jaffettwaw l-attivitajiet tal-atturi finanzjarji globali; jitlob, għalhekk, aktar integrazzjoni bejn il-mekkaniżmi li ġew stabbiliti fis-setturi varji;

54.  Jirrikonoxxi r-rwol tal-BEI fil-promozzjoni tat-tkabbir permezz ta' investiment fuq perjodu twil ta' żmien;

55.  Jenfasizza l-bżonn li jiġu żviluppati kriterji xierqa għall-identifikazzjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji sistemikament importanti, bil-għan li jiġu evitati istituzzjonijiet “kbar wisq jew wisq interkonnessi biex ifallu” u għalhekk jonqos ir-riskju sistemiku permezz tal-użu ta' riżerva u rekwiżiti kapitali addizzjonali, kif ukoll liġijiet antitrust;

56.  Jistieden lill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja jipproponi miżuri li jobbligaw lill-banek sistemikament importanti jeżerċitaw attivitajiet bankarji kummerċjali għal skopijiet partikolari ristretti u jimponu fuqhom l-obbligu ta' kapitalizzazzjoni awtonoma għal tali attivitajiet;

57.  Iħeġġeġ lill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja jiżviluppa approċċ bħala mudell standardizzat għall-kalkolu ta' assi peżati għar-riskju (risk-weighted assets - RWAs) sabiex l-esponimenti tal-banek għal riskji ta' kreditu u tas-suq jiġu vvalutati u mqabbla bi preċiżjoni;

58.  Jirrakkomanda l-iżvilupp ta' infrastruttura internazzjonali xierqa taħt l-awspiċi tal-FMI li toffri kemm lill-awtoritajiet kif ukoll lill-industrija sors uniku għal data finanzjarja bażika standardizzata li tippermetti li jsiru attivitajiet prudenzjali internazzjonali u kif ukoll proċessi industrijali aktar effiċjenti;

Konfigurazzjoni ġdida tas-sistema monetarja internazzjonali
Rwol u sfidi tal-UE

59.  Jenfasizza l-effetti pożittivi ta' qafas ta' governanza ekonomika aktar b'saħħtu fl-UE u fiż-żona tal-euro għal kooperazjoni u koordinament globali;

60.  Jinnota l-importanza kbira tat-tisħiħ u l-approfondiment tas-Suq Uniku Ewropew mhux biss bħala objettiv intern iżda anke bħala eżempju li għandhom isegwu blokok kummerċjali oħra madwar id-dinja;

61.  Jenfasizza l-ħtieġa għal politiki tal-UE kemm fil-qasam tal-biedja kif ukoll f'dak finanzjarju li jgħinu biex jiġu evitati xokkijiet globali fil-provvista u l-prezzijiet tal-ikel;

62.  Jenfasizza l-effetti pożittivi ta' qafas ta' governanza aktar b'saħħtu li jirrinforza l-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir fl-UE u ż-żona tal-euro għal kooperazzjoni u koordinazzjoni globali;

63.  Jiddikjara li l-UE għandu jkollha rwol attiv fit-tiswir mill-ġdid tas-sistema monetarja u finanzjarja internazzjonali permezz ta' rappreżentanza esterna aktar b'saħħitha bbażata fuq teħid ta' deċiżjonijiet intern aktar effiċjenti u trasparenti skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat ta' Lisbona;

64.  Jilqa' l-ħolqien ta' erba' entitajiet regolatorji finanzjarji Ewropej ġodda, l-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, u jittama li dawn jikbru b'saħħithom u jsiru effikaċi;

65.  Jaħseb li l-bżonn li tiġi favorita sitwazzjoni ugwali għal kulħadd ma għandux iżomm lill-UE jew lil blokok reġjonali u pajjiżi oħra milli jsaħħu l-arranġamenti reġjonali li jimmiraw lejn l-użu sħiħ tal-flessibilità pprovduta mid-WTO u standards internazzjonali oħra sabiex jiġu riekwilibrati l-prinċipji fundamentali makroekonomiċi u tiżdied il-prosperità;

66.  Jistieden lill-UE tiffoka fuq it-tnaqqis tad-dipendenza tagħha fuq l-enerġija sabiex trażżan l-inflazzjoni importata u terġa' tikseb bilanċ kummerċjali ma' pajjiżi li jipproduċu ż-żejt;

67.  Jenfasizza l-fatt li l-produzzjoni ta' oġġetti pubbliċi globali bħall-ħarsien tal-klima u l-ilħuq tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju tista' tiġi favorita permezz ta' qafas ta' aċċess għal suq kwalifikat tal-UE;

68.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta dwar kif tista' tittejjeb il-proċedura interna tal-UE ta' teħid ta' deċiżjonijiet biex ittejjeb il-koerenza tagħha fir-rigward tar-rappreżentanza esterna fil-qasam tal-kwistjonijiet ekonomiċi u finanzjarji sabiex tiżgura li r-rappreżentanza tal-UE tkun responsabbli demokratikament lejn il-Parlament Ewropew, lejn l-Istati Membri u l-parlamenti nazzjonali;

69.  Iħeġġeġ lill-G20 u lid-WTO jistudjaw il-possibilità ta' ftehim globali għal taxxa fuq il-karbonju għal prodotti u servizzi importati;

70.  Ifakkar li, skont l-Artikolu 138 tat-Trattat ta' Lisbona, iż-żona tal-euro hija mistennija tintroduċi rappreżentanza esterna unifikata; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva għal dan l-iskop;

71.  Jissottolinja l-fatt li parteċipazzjoni sħiħa fl-ekonomija globali hija kruċjali għall-Ewropa biex tieħu vantaġġ mill-opportunitajiet kollha tagħha, u l-aqwa opportunità biex tagħmel dan bħala unità waħda;

72.  Jistieden lill-UE biex dejjem tippromwovi l-kummerċ ġust, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u l-iżvilupp sostenibbli fil-politiki tal-kummerċ tagħha, bi qbil mat-Trattat ta' Lisbona, l-aġenda interna tagħha u bit-tlestija tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju;

o
o   o

73.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, P7_TA(2010)0377.
(2) Testi adottati, P7_TA(2011)0229.


Is-sitwazzjoni tal-ommijiet li jrabbu t-tfal waħedhom
PDF 456kWORD 82k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar is-sitwazzjoni tal-ommijiet waħedhom (2011/2049(INI))
P7_TA(2011)0458A7-0317/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 14(3), 23, 24 u 33 tal-Karta tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti 1979 dwar l-Eliminazzjoni tal-forom kollha ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa (CEDAW),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 7, 8, 16, 17, 27 u 30 tal-Karta Soċjali Ewropea (riveduta) tal-Kunsill tal-Ewropa,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-3 ta' Ottubru 2008 bl-isem “Bilanċ aħjar bejn xogħol u ħajja: appoġġ akbar għar-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali, privata u tal-familja”, COM(2008)0635),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-21 ta' Settembru 2010 bl-isem “Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015” (COM(2010)0491),

–  wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni tat-3 ta' Ottubru 2008 dwar l-implimentazzjoni tal-għanijiet ta' Barċellona rigward il-faċilitajiet ta' kura għat-tfal f'età ta' qabel l-iskola (COM(2008)0638),

–  wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni tat-18 ta “Diċembru 2008 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel – 2010 (COM(2009)0694),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2008/867/KE tat-3 ta' Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies li huma esklużi mis-suq tax-xogħol,

–  wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għall-perjodu 2011-2020,

–  wara li kkunsidra l-Pjattaforma tal-UE kontra l-Esklużjoni Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tal-24 ta' Marzu 2010 intitolat “It-Tieni Stħarriġ Ewropew dwar il-Kwalità tal-Ħajja: Il-ħajja tal-familja u x-xogħol”,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ottubru 2005 dwar in-nisa u l-faqar fl-Unjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Frar 2009 dwar in-nondiskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sessi u s-solidarjetà interġenerazzjonali(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar aspetti rigward il-ġeneru fil-kuntest tar-reċessjoni ekonomika u l-kriżi finanzjarja(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar l-evalwazzjoni tar-riżultati ta' pjan ta' rotta għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006–2010 u rakkomandazzjonijiet għall-ġejjieni(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2011 dwar lejn sistemi ta' pensjonijiet Ewropej adegwati, sostenibbli u siguri(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2011 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2010(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2011 dwar l-aspett tal-faqar tan-nisa fl-Unjoni Ewropea(7),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu(8),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0317/2011),

Is-sitwazzjoni ġenerali

A.  billi minħabba tibdil soċjokulturali li wassal għal aċċess għas-suq tax-xogħol u iktar indipendenza finanzjarja għan-nisa, il-mudell ta' familja b'żewġ ġenituri u l-kunċett tat-tfal unikament wara ż-żwieġ m'għadhomx jgħoddu u l-ommijiet waħedhom qed isiru grupp dejjem iktar sinifikanti f'pajjiżi avvanzati u industrijalizzati; billi numru dejjem ikbar ta' nisa qed jagħżlu liberament li jkollhom it-tfal mingħajr irbit;

B.  billi qed tingħata attenzjoni sproporzjonata lill-ġenituri f'età bejn it-tlettax u d-dsatax-il sena bħala triq li twassal biex wieħed ikun ġenitur waħdu, u dan jagħti idea ineżatta ta' min huma l-ġenituri waħedhom; billi sterjotipi ineżatti u li jagħmlu l-ħsara jnaqqsu l-fiduċja tal-ġenituri waħedhom u l-opinjoni fihom infushom, kif ukoll dik tat-tfal;

C.  billi l-familji b'ġenitur wieħed ma jiffurmawx frupp omoġenju, iżda jkopru varjetà wiesgħa ħafna ta' sitwazzjonijiet familjari, finanzjarji u soċjali;

D.  billi l-kundizzjonijiet ta' għajxien ta' ċerti ommijiet waħedhom madankollu jagħmluhom vulnerabbli, u dan jista' jkollu konsegwenzi fuq uliedhom;

E.  billi l-ommijiet waħedhom qed isiru grupp dejjem iktar sinifikanti f'pajjiżi avvanzati u industrijalizzati, kemm jekk b'riżultat ta' divorzju, separazzjoni jew għax qatt ma żżewġu, u billi hemm għalhekk il-ħtieġa li wieħed jirreaġixxi għal din ir-realtà l-ġdida billi jadatta l-politiki;

F.  billi l-Istati Membri għandhom ir-responsabilità li jiżguraw kundizzjonijiet raġonevoli għal ommijiet waħedhom u għal uliedhom;

G.  billi l-politiki pubbliċi f'bosta Stati Membri għadhom ma ġewx adattati għad-diversi mudelli u sitwazzjonijiet familjari, u l-ġenituri waħedhom huma sikwit żvantaġġati soċjalment u ekonomikament;

H.  billi f'bosta soċjetajiet l-għażla li mara tkun omm waħedha mhijiex skreditata jew stigmatizzata, bħalma hi f'soċjetajiet li għal ħafna raġunijiet huma dominati minn mudelli partijarkali;

I.  billi l-maġġoranza l-kbira tal-ġenituri waħedhom fl-Ewropa huma nisa; billi fl-2001, medja ta' 85 % tal-ġenituri waħedhom kienu ommijiet f'età ta' bejn il-25 u l-64 sena, li jfisser li 5 % tal-popolazzjoni totali tan-nisa kienu ommijiet waħedhom u li f'xi Stati Membri, l-ommijiet waħedhom kienu jammontaw għal bejn 6 u 7.5 % (ir-Repubblika Ċeka, il-Polonja, l-Ungerija u s-Slovenja) u f'oħrajn saħansitra 9 % (l-Estonja u l-Latvja),

J.   billi l-imġiba fir-rigward tal-ommijiet waħedhom u tal-politiki f'dan il-qasam tvarja minn reġjun għall-ieħor madwar l-Ewropa, u dan joħloq żbilanċ ġeografiku fejn ir-reġjuni tat-Tramuntana għandhom sistemi ta' benessri iktar b'saħħithom, filwaqt li r-reġjuni tan-Nofsinhar jiddependu fuq ir-rwol tal-familja estiża u r-reġjuni tal-Lvant għandhom taħlita tat-tnejn;

K.  billi, bħala riżultat politiki pubbliċi u status legali differenti (divorzjati, separati, mhux miżżewġin jew romol), l-ommijiet waħedhom jaffaċċjaw sitwazzjonijiet differenti u jibbenefikaw, jiddependi mill-pajjiż fejn jgħixu, minn tipi ta' allokazzjonijiet differenti, inklużi s-servizzi ta' kura tas-saħħa għalihom infushom u għal uliedhom;

L.   billi l-ommijiet waħedhom spiss jinterrompu l-edukazzjoni tagħhom u l-akkwist fil-kapaċitajiet professjonali tagħhom, minħabba li ħinhom u r-riżorsi limitati tagħhom jiddedikawhom biex irabbu lil uliedhom, bir-riżultat li jaffaċċjaw ukoll ir-riskji tal-esklużjoni soċjali u tal-faqar;

M.  billi l-edukazzjoni u l-informazzjoni dwar id-drittijiet sesswali u ta' riproduzzjoni tan-nisa, b'mod partikolari tat-tfajliet, huma essenzjali biex tiġi evitata tqala mhux mixtieqa;

N.  billi n-nisa li tilfu s-sieħeb tagħhom minħabba vjolenza, inkluża l-vjolenza bbażata fuq is-sess, it-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, huma iktar vulnerabbli għall-iżolament mis-soċjetà u għalhekk jeħtieġu attenzjoni speċjali biex tiġi stimolata l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-soċjetà filwaqt li jiġu ggwidati fit-twettiq tar-rwol tagħhom ta' ġenituri b'tali mod li jkun għall-aħjar interess tal-wild;

O.  billi fil-livell Ewropew l-awtoritajiet responsabbli qed jintroduċu miżuri u programmi biex jassistu dawn il-kategoriji;

P.  billi bosta fatturi jinfluwenzaw l-iżvilupp tat-tfal f'familji b'ġenitur wieħed, filwaqt li l-maġġoranza tat-tfal imrobbija minn ġenitur wieħed jikbru sew, u billi l-fatturi li jinfluwenzaw kif jiżviluppaw it-tfal huma ferm iktar kumplessi mit-tip ta' familja;

Q.  billi d-deċiżjonijiet dwar il-politika dwar il-familja għandhom jagħtu prijorità lill-bżonnijiet u lill-aħjar interessi tat-tfal, u jiżguraw li t-tfal ikunu jistgħu jikbru b'mod xieraq;

Impjieg tal-ommijiet waħedhom

R.   billi 69 % tal-ommijiet waħedhom huma preżenti fis-suq tax-xogħol u billi, fl-2001, medja ta' 18 % tal-ommijiet waħedhom ħadmu part-time;

S.   billi dawn is-soluzzjonijiet part-time u n-nuqqas ta' impjieg tal-ommijiet waħedhom spiss mhumiex volontarji, iżda huma determinati minn restrizzjonijiet familjari;

T.   billi r-rata tal-impjieg tal-ommijiet, partikolarment fil-każ tal-ommijiet waħedhom, hija mtejba permezz ta' servizzi tajbin tal-kura tat-tfal, iżda billi dan għandu jseħħ ukoll flimkien ma' miżuri kumplimentari, inkluż il-liv tajjeb tal-maternità u arranġamenti ta' xogħol flessibbli, li jħeġġu żieda fil-parteċipazzjoni, kif ukoll jikkontribwixxu għall-benessri tal-omm u ta' uliedha;

U.  billi hemm it-tendenza li l-irġiel bit-tfal jaħdmu iktar mill-irġiel mingħajr tfal, waqt li din ma tgħoddx għan-nisa; billi d-disparità fil-pagi bejn is-sessi, li tilħaq medja ta' 18 % fl-UE, tiżdied meta n-nisa jisru ommijiet u din tibqa' sejra sal-irtirar mix-xogħol;

Ir-riskju tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali

V.   billi l-familji b'ġenitur wieħed huma iktar vulnerabbli għar-riskju tal-faqar u tar-riproduzzjoni tal-faqar minn dawk b'żewġ ġenituri; billi, skont l-iktar data reċenti disponibbli fl-2006, 32 % tal-familji b'ġenitur wieħed fl-UE-25 kienu f'riskju ta' faqar meta mqabbla mat-12 % tal-koppji bit-tfal;

W.  billi hemm iċ-ċans li perċentwali ogħla ta' nisa milli ta' rġiel jaffaċċjaw riskju ta' nuqqas ta' sigurtà finanzjarja prinċipalment minħabba l-kundizzjonijiet tagħhom fis-suq tax-xogħol, inklużi rata ogħla ta' qgħad, pagi iktar baxxi u part-time jew impjiegi ta' kwalità iktar baxxa minn tal-irġiel, u din hija sitwazzjoni li taffettwa l-iktar lill-ommijiet waħedhom li m'għandhomx dħul finanzjarju;

X.   billi r-riskju tal-faqar fost it-tfal li ġejjin minn familji b'ġenitur wieħed (19%) huwa ogħla minn dak tal-popolazzjoni b'mod ġenerali, u billi l-għoti ta' kura tat-tfal tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-faqar, inkluż il-faqar tat-tfal, u fiż-żieda tal-inklużjoni soċjali;

Konċiljazzjoni bejn il-ħajja privata u dik tax-xogħol

Y.   billi l-aċċess għas-suq tax-xogħol u l-opportunitajiet relatati mal-karriera hija ogħla bejn il-25 u l-40 sena, meta t-tfal ikunu għadhom żgħar u l-iktar li jkunu jeħtieġu kura u ħin mill-ġenituri tagħhom; billi l-faċilitajiet ta' kura tat-tfal għandhom nuqqas ta' kwalità u l-prezzijiet tagħhom mhumiex raġonevoli, u billi l-ħinijiet tax-xogħol spiss ma jkunux kompatibbli mal-ħinijiet tas-servizzi ta' kura tat-tfal u ma' dawk tal-iskejjel, u dan spiss huwa l-ikbar ostaklu u restrizzjoni għall-ilħiq ta' bilanċ bejn il-ħajja privata u dik professjonali;

Z.  billi l-ġenituri waħedhom jaffaċċjaw darbtejn id-diffikultajiet li jaffaċċjaw il-familji b'żewġ ġenituri billi ma jistgħux jaqsmu r-responsabilitajiet tal-kura ta' kuljum bejniethom;

AA.  billi l-provvista ta' servizzi ta' kura tat-tfal ta' kwalità u bi prezz raġonevoli għandha rwol importanti ħafna għall-ommijiet waħedhom u għal uliedhom, partikolarment għall-ulied sa età ta' sentejn; billi l-użu ta' arranġamenti formali ta' kura tat-tfal għal tfal sa età ta' sentejn ivarja minn 73% fid-Danimarka għal biss 2% fir-Repubblika Ċeka u fil-Polonja, u billi huma biss ftit l-Istati Membri tal-UE (id-Danimarka, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Isvezja, il-Belġju, Spanja, il-Portugall u r-Renju Unit) li diġà laħqu l-objettivi ta' Barċellona (l-għoti ta' kura tat-tfal għal 33% tat-tfal taħt l-età ta' 3 snin);

AB.  billi n-nisa kollha, inklużi l-ommijiet waħedhom, għandhom jippretendu li jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol, bħala l-uniku mezz li jaħarbu l-vulnerabilità u l-faqar; billi l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jagħmlu kull sforz kif jixraq biex jiksbu dan;

Is-sitwazzjoni ġenerali

1.  Jitlob li tittieħed aktar attenzjoni għas-sitwazzjoni tal-ommijiet waħedhom; iħeġġeġ l-Istati Membri biex jadottaw politiki pubbliċi, inklużi politiki edukattivi, l-għoti tal-kura, politiki dwar is-saħħa, politiki dwar l-impjieg, sistemi ta' sigurtà soċjali u politika dwar l-akkomodazzjoni, sabiex jissodisfaw il-bżonnijiet u r-realtajiet ta' familji b'ġenitur wieħed, b'mod partikolari billi jqisu r-realtà tal-familji b'ommijiet waħedhom;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw il-ħidma tal-organizzazzjonijiet u n-netwerks informali kollha li jaħdmu favur l-ommijiet waħedhom, partikolarment f'pajjiżi fejn ftit jew xejn hemm appoġġ speċifiku għal familji b'ġenitur wieħed; dan l-appoġġ m'għandux jissostitwixxi l-appoġġ ta' benessri statali għall-protezzjoni tal-ommijiet waħedhom fl-Istati Membri; minħabba li, fid-dawl tad-differenzi ġeografiċi u kulturali li jeżistu bejn l-Istati Membri rigward l-appoġġ tal-Istat tal-ommijiet waħedhom, m'hemmx mudell wieħed li jista' joqgħod għal kulħadd; jistieden lill-awtoritajiet tal-Istati Membri jinkludu programmi ta' għajnuna għall-persuni affettwati;

3.  Iħeġġeġ ħidma mfassla biex tgħin lill-ommijiet waħedhom; huwa tal-fehma li dawn l-isforzi għandu jkollhom l-objettiv li jżidu l-awtosuffiċjenza u l-indipendenza tal-ommijiet waħedhom, inaqqsu s-sensazzjoni tagħhom ta' passività u ta' iżolament, itejbu r-riżorsi soċjali tagħhom, itejbu l-ħiliet tagħhom bħala ġenituri filwaqt li jagħtuhom aċċess iktar faċli għall-informazzjoni dwar id-drittijiet u l-opportunitajiet b'rabta mal-impjieg;

4.  Jitlob li jiżdiedu l-istrateġiji mmirati lejn is-sessi, li jistgħu jipprovdu fehim ikbar tar-relazzjoni bejn is-sessi u l-faqar, kif ukoll li jsir investiment fi proġetti li jissodisfaw il-bżonnijiet ta' familji b'ġenitur wieħed;

5.  Jistieden lill-Istati Membri jħeġġu lill-assoċjazzjonijiet li jaħdmu favur l-ommijiet waħedhom biex jipprovdu korsijiet ta' taħriġ bl-għan li jiffaċilitaw l-impjieg tal-ommijiet waħedhom u biex jgħinuhom itejbu l-istima li għandhom tagħhom infushom; b'rabta ma' dan, jistieden lill-Istati Membri jħeġġu t-twaqqif ta' ċentri tal-familja li jipprovdu akkomodazzjoni temporanja, fejn l-ommijiet waħedhom jistgħu jiksbu pariri u edukazzjoni; iħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali jinkludu programmi ta' taħriġ speċifiku għall-ommijiet waħedhom sabiex jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għas-suq tax-xogħol u biex jikkollaboraw ma' assoċjazzjonijiet biex jintlaħaq dan l-objettiv;

6.  Iħeġġeġ l-iżvilupp ta' fora onlajn ta' diskussjoni interpersonali, blogs u linji ta' għajnuna bit-telefown immirati direttament lejn l-ommijiet waħedhom, biex inaqqsulhom l-iżolament u jippermettulhom jagħmlu skambji ta' fehmiet, ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki bbażati fuq il-bżonnijiet individwali tagħhom, flimkien mal-introduzzjoni ta' linji ta' għajnuna bit-telefown jew numri tat-telefown bla ħlas li jagħmluha iktar faċli li jikkuntattjaw mas-servizzi soċjali;

7.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jidentifikaw politiki komuni bbażati fuq l-iskambju tal-aħjar prattika fl-Ewropa;

8.  Iħeġġeġ l-iżvilupp ta' mekkaniżmi ta' appoġġ, inkluż korsijiet ta' taħriġ bħala appoġġ għall-ommijiet waħedhom fejn dawn jiksbu pariri dwar l-aħjar modi kif jaffaċċjaw il-kompitu diffiċli li jrabbu tarbija bħala ġenitur waħdu filwaqt li jipprovdu lit-tfal b'ritmu ta' ħajja bbilanċjat;

9.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-amministrazzjonijiet tagħhom iħeġġu l-iżvilupp ta' korsijiet ta' taħriġ għall-ġenituri biex iħejju u jgħallmu lil ġenituri waħedhom u f'età żgħira mingħajr riżorsi ekonomiċi, jippermettulhom jaffaċċjaw b'mod iktar effettiv il-kompitu li jrabbu tarbija;

10.  Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu r-rwol tal-korpi nazzjonali għall-ugwaljanza fir-rigward tal-prattiki diskriminatorji kontra l-ommijiet waħedhom fuq il-post tax-xogħol;

11.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri jipprovdu għajnuna ta' akkomodazzjoni u soluzzjonijiet temporanji ta' residenza, partikolarment għal ommijiet waħedhom li kellhom iħallu l-kura temporanja ta' familja minħabba l-età tagħhom;

12.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu ċ-ċirkostanzi speċifiċi li jaffaċċjaw l-ommijiet waħedhom fid-diversi pajjiżi Ewropej u biex jipprovdu għajnuna speċjali għall-ommijiet waħedhom li jinsabu fl-iktar kategoriji vulnerabbli;

Impjieg tal-ommijiet waħedhom

13.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi faċilitat l-aċċess – peremzz ta' finanzjament mill-Fond Soċjali Ewropew u l-Istati Memrbi – għal taħriġ, taħriġ vokazzjonali u boroż ta' studju speċifiku għall-ommijiet waħedhom (li ma jkunux miżżewġin, li jkunu romlu jew isseparaw), u jenfasizza l-importanza li n-nisa tqal f'età żgħira jitħeġġu ma jtemmux l-edukazzjoni tagħhom, billi din tippermettilhom jiksbu kwalifiki u jżidu l-possibilitajiet tagħhom li jkollhom kundizzjonijiet deċenti ta' impjieg, jiksbu impjieg bi ħlas tajjeb u jilħqu l-indipendenza finanzjarja, peress li din hija l-unika garanzija kontra l-faqar;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, filwaqt li tiżviluppa l-qafas ta' programmi bħal Progress u Equal għall-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss, tqis programmi ta' sensibilizzazzjoni għal parteċipazzjoni akbar ta' ċerti gruppi soċjali ekonomikament fraġli, bħall-ommijiet waħedhom, u biex jitħeġġeġ l-involviment tagħhom,

15.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri janalizzaw b'reqqa l-fenomenu tan-nuqqas ta' impjieg tal-ommijiet waħedhom u biex jieħdu l-passi meħtieġa biex tiġi ffaċċjata din il-problema;

16.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu pprovduti biżżejjed servizzi ta' kwalità għolja għall-kura tat-tfal u ta' dipendenti oħra bi prezzijiet raġonevoli u li jkunu kumpatibbli mal-impjiegi full-time, biex dawn jingħataw aċċess privileġġat għall-ommijiet waħedhom u biex jiffaċilita l-aċċess b'mod sinifikanti u t-tiftix għal impjieg min-naħa ta' ommijiet waħedhom u jkollhom ċans aħjar biex jibqgħu fl-impjieg; jappoġġa l-ħolqien ta' kumpanija li toffri l-faċilitajiet ta' kura tat-tfal b'ħinjiet ta' ftuħ flessibbli; jinsisti li l-Istati Membri jiżguraw l-aċċess għall-faċilitajiet ta' kura tat-tfal billi jimmiraw li jipprovdu kundizzjonijiet għal 50% ta' kura neċessarja għal tfal sa 3 snin u 100% kura għal tfal ta' bejn 3 u 6 snin.

17.  Jenfasizza l-bżonn li l-Istati Membri jintroduċu iktar dispożizzjonijiet bl-għan li jgħollu r-rata tal-impjiegi tal-ommijiet, peress li dan huwa l-iktar mod effettiv kif jitjieb id-dħul finanzjarju u għalhekk huwa mezz kif jitnaqqsu l-possibilitajiet ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali tal-ommijiet waħedhom;

18.  Jenfasizza l-importanza li jitwaqqfu politiki ta' impjieg biex jitħeġġeġ ir-reklutaġġ ta' ommijiet waħedhom u jiġu pprevenuti tkeċċijiet mhux ġustifikati;

19.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu tnaqqis fit-taxxi u inċentivi finanzjarji oħra lil kumpaniji li jimpjegaw ġenituri waħedhom u/jew li joħolqu, joperaw u jipprovdu faċilitajiet u servizzi ta' kura tat-tfal fuq il-post għall-impjegati;

Ir-riskju tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali

20.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jaqsmu l-aħjar prattiki fl-appoġġ ta' familji b'ġenitur wieħed, partikolarment fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja, li qed tkompli tgħarraq is-sitwazzjoni tal-ġenituri waħedhom;

21.  Jistieden lill-Istati Membri, bil-kooperazzjoni mal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, biex jeżaminaw il-bżonnijiet speċifiċi tal-ommijiet waħedhom, biex jiġbru d-data u janalizzawhom, biex iqisu t-twaqqif ta' miżuri konkreti li jindirizzaw dawk il-kwistjonijiet u biex ikun hemm skambju tal-aħjar prattiki biex itejbuhom;

22.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu azzjonijiet u miżuri maħsuba biex jipprevjenu lill-ommijiet waħedhom milli jsibu ruħhom f'riskju permanenti ta' faqar u esklużjoni soċjali;

23.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-ommijiet waħedhom jibbenefikaw mill-appoġġ tal-akkomodazzjoni u li jingħataw prijorità rigward il-listi ta' stennija għall-kiri ta' djar;

24.  Jitlob lill-Istati Membri jiggarantixxu trattament indaqs u jżommu kwalità għolja tal-għajxien għat-tfal kollha, indipendentement mill-istat ċivili tal-ġenituri tagħhom jew iċ-ċirkustanzi familjari tagħhom, billi jipprovdu benefiċċji universali sabiex il-faqar ma jgħaddix fuq it-tfal;

25.  Jitlob lill-Istati Membri jistabbilixxu miżuri li jeliminaw id-diskriminazzjoni fir-rigward tal-ommijiet waħedhom u ta' wliedhom, u għalhekk jilqa' l-użu ta' programmi li jipprovdu għajnuna statali u boroż ta' studju għal uliedhom;

26.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jintroduċu politiki bl-għan li jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-familji b'ġenitur wieħed, f'forma ta' benefiċċju għal ġenituri waħedhom, tnaqqis fit-taxxi għal familji b'ġenitur wieħed u tnaqqis fiskali ieħor għall-ġenituri waħedhom skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom kif ukoll għajnuna ta' taħriġ għal persuni waħedhom li jagħtu kura;

27.  Jitlob lill-Istati Membri jiżguraw li l-benefiċċji (il-manteniment tat-tfal) minn ġenituri li m'għandhomx il-kustodja tat-tfal jitħallsu regolarment;

28.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jqisu l-fattur tas-sessi, u partikolarment is-sitwazzjoni tal-ommijiet waħedhom, matul ir-riformi tas-sistemi tal-pensjonijiet tagħhom;

Konċiljazzjoni bejn il-ħajja privata u dik professjonali

29.  Jenfasizza l-fatt li l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati għandhom jagħtu prijorità lill-bilanċ bejn il-ħajja privata u dik professjonali permezz tal-introduzzjoni ta' kundizzjonijiet tax-xogħol favur il-familji, bħal ħinijiet tax-xogħol flessibbli u t-telexogħol, u billi jiġu żviluppati l-faċilitajiet għat-tfal, skejjel tan-nuna, eċċ.;

30.  Jenfasizza li sabiex jiġi faċilitat il-bilanċ bejn il-ħajja privata u dik professjonali għall-ommijiet waħedhom, huwa meħtieġ involviment iktar qawwi min-naħa tal-missirijiet; jinnota f'dan ir-rigward li l-kura konġunta li kważi ma teżistix f'ċerti Stati Membri;

31.  Iħeġġeġ li, bi qbil mal-prinċipju tal-opportunitajiet indaqs, l-inizjattivi u l-azzjonijiet kollha favur l-ommijiet waħedhom għandhom jiġu estiżi wkoll mal-missirijiet waħedhom;

32.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiġbru data paragunabbli dwar dan is-suġġett fil-livell tal-UE u dwar il-varji tendenzi, bl-għan li jitqabblu wkoll id-dispożizzjonijiet u s-sistemi relatati mal-benessri;

33.  Huwa tal-fehma li dawk li jiddedikaw ħinhom u l-kapaċitajiet tagħhom għat-trobbija tat-tfal jew għall-kura tal-anzjani għandhom jirċievu rikonoxximent soċjali, u billi dan jista' jintlaħaq billi dawn in-nies jingħataw ċerti intitolamenti skont drittijiethom, partikolarment b'dak li jikkonċerna s-sigurtà soċjali u l-pensjonijiet,

o
o   o

34.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 233E, 28.9.2006, p. 130.
(2) ĠU C 67 E, 18.3.2010, p. 31.
(3) ĠU C 236 E, 12.8.2011, p. 79.
(4) ĠU C 236 E, 12.8.2011, p. 87.
(5) Testi adottati, P7_TA(2011)0058.
(6) Testi adottati, P7_TA(2011)0085.
(7) Testi adottati, P7_TA(2011)0086.
(8) Testi adottati, P7_TA(2010)0373.


Il-kriminalità organizzata fl-Unjoni Ewropea
PDF 404kWORD 166k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-kriminalità organizzata fl-Unjoni Ewropea (2010/2309(INI))
P7_TA(2011)0459A7-0333/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 67, il-Kapitolu 4 (Artikoli 82-86) u l-Kapitolu 5 (Artikoli 87-89) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Programm ta' Stokkolma fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja(1), il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea bl-isem “Il-kisba ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għaċ-ċittadini tal-Ewropa: Pjan ta' Azzjoni li Jimplimenta l-Programm ta' Stokkolma” (COM(2010)0171) u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea bl-isem “L-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE fl-Azzjoni: Ħames passi lejn Ewropa aktar sikura” (COM(2010)0673),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill ĠAI tat-8 u tad-9 ta' Novembru 2010 dwar il-ħolqien u l-implimentazzjoni ta' ċiklu ta' politiki tal-UE għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta' Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata(2),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali, adottata mill-Assemblea Ġenerali fil-15 ta' Novembru 2000 (ir-Riżoluzzjoni 55/25), u l-Protokolli tagħha, partikolarment il-Protokoll dwar il-Prevenzjoni, it-Trażżin u l-Ikkastigar tat-Trasport Illegali tal-Persuni, Speċjalment tan-Nisa u t-Tfal, il-Protokoll Kontra t-Traffikar Illegali tal-Immigranti bl-Art, bil-Baħar jew bl-Ajru u l-Protokoll dwar il-Produzzjoni Illegali u t-Traffikar ta' Armi tan-Nar, tal-Partijiet u tal-Komponenti u tal-Munizzjon tagħhom,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/577/ĠAI tat-22 ta' Lulju 2003 dwar it-twettiq fl-Unjoni Ewropea tal-mandati li jiffriżaw xi proprjetà jew xi evidenza, id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/212/ĠAI tal-24 ta' Frar 2005(3) dwar il-konfiska ta' rikavati, mezzi strumentali u proprjetà konnessi mal-kriminalità u d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/783/ĠAI tas-6 ta' Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal ordnijiet ta' konfiska,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/ĠAI tas-6 ta' Diċembru 2007(4) dwar il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi tal-Istati Membri fil-qasam tar-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta' rikavati mill-kriminalità, jew proprjetà oħra relatata magħha, u wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni COM(2011)0176 ibbażat fuq l-Artikolu 8 ta' dik id-Deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Konfiska u l-Irkupru tal-Assi (7769/3/10),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Ħasil tal-flus, it-Tiftix, is-Sekwestru u l-Konfiska tar-Rikavat minn Attività Kriminali u dwar il-Finanzjament tat-Terroriżmu (CETS Nru 198),

–  wara li kkunsidra l-istudju “Il-valutazzjoni tal-effikaċja tal-prassi tal-Istati Membri tal-UE fl-identifikazzjoni, ir-rintraċċar, l-iffriżar u l-konfiska tal-beni” (2009), ikkummissjonat mill-Kummissjoni,

–  wara li kkunsidra l-istudju tal-Parlament Ewropew bl-isem “Ir-rwol tal-UE fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali”(5),

–  wara li kkunsidra r-rapporti tal-Valutazzjoni ta' Theddid mill-Kriminalità Organizzata imħejjija mill-Europol(6), b'mod partikolari dak tal-2011,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Konġunt tal-Europol, l-Eurojust u l-Frontex dwar l-istat tas-sigurtà interna fl-UE (2010),

–  wara li kkunsidra r-rapporti annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga dwar l-istat tal-problema tad-droga fl-Ewropa,

–  wara li kkunsidra r-rapporti annwali tad-Direttorat Nazzjonali Taljan Kontra l-Mafja; wara li kkunsidra r-rapporti tal-Bundeskriminalamt (BKA, id-dipartiment federali Ġermaniż tal-investigazzjoni kriminali) dwar il-preżenza tal-“Ndrangheta fil-Ġermanja, b'mod partikolari l-aktar rapport riċenti bl-isem ”Analiżi tal-attivitajiet tal-klann San Luca fil-Ġermanja“,

–  wara li kkunsidra r-rapport ROCTA (Valutazzjoni tat-Theddida tal-Kriminalità Organizzata Russa), imfassal mill-Europol fl-2008,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Ġenerali dwar l-attivitajiet tal-Europol (2009),

–  wara li kkunsidra l-istudju kkummissjonat mill-PE bl-isem “It-titjib tal-koordinament bejn il-korpi tal-UE kompetenti fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja: lejn l-istabbiliment ta' Prosekutur Ewropew”,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta “Diċembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/426/ĠAI tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar it-tisħiħ tal-Eurojust u li temenda d-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI li tistabbilixxi l-Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja(7),

–  wara li kkunsidra r-rapporti ta' attività annwali tal-Eurojust (2002-2010)(8),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/976/ĠAI tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew(9),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar ir-rwol tal-Eurojust u tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu fl-Unjoni Ewropea (COM(2007)0644),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta'April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)(10),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta “Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' data personali proċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali(11),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tad-29 ta' Mejju 2000 dwar tal-Assistenza Reċiproka f'Materja Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea(12) u l-Atti tal-Kunsill tas-16 ta' Ottubru 2001 li jistabbilixxu l-protokoll tagħha u tat-18 ta' Diċembru 1997 dwar il-Konvenzjoni dwar l-assistenza u l-kooperazzjoni reċiproka bejn l-amministrazzjonijiet tad-dwana (Napli II)(13),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment [konsenja] bejn l-Istati Membri, u l-atti ta' emenda sussegwenti(14),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 34 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' konsenja bejn l-Istati Membri (COM(2005)0063 u COM(2006)0008),

–  wara li kkunsidra r-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-mandat ta' arrest ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea tal-11 ta' Lulju 2007 u n-nota ta' informazzjoni tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-11 ta' Ġunju 2008 dwar “It-tweġibiet għall-kwestjonarji dwar l-informazzjoni kwantitattiva dwar l-użu tal-mandat ta' arrest Ewropew – Sena 2007”(15),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew(16),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/465/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar l-iskwadri ta' investigazzjoni konġunti(17), u r-rapport tal-Kummissjoni dwar it-traspożizzjoni legali tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar timijiet konġunti ta' investigazzjoni (COM(2004)0858),

–  wara li kkunsidra l-istudju tal-Parlament Ewropew tal-2009 bl-isem “Użu tal-mandat ta' arrest Ewropew u tal-iskwadri ta' investigazzjoni konġunti f'livell nazzjonali u Ewropew”(18),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011(19) dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/629/ĠAI,

–  wara li kkunsidra l-40 rakkomandazzjoni tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF) biex jiġi miġġieled il-ħasil tal-flus,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/60/KE tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu(20),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tas-26 ta “Ottubru 2005 dwar kontrolli ta' flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità(21),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-15 ta “Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi(22),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2003/568/ĠAI tat-22 ta' Lulju 2003 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat(23) u r-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill ibbażat fuq l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Qafas 2003/568/ĠAI (COM(2007)0328),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni (l-hekk imsejħa “Konvenzjoni ta' Mérida”),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet kriminali u ċivili tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-korruzzjoni, wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li fiha huma involuti uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni tal-OECD dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni ta' uffiċjali pubbliċi barranin fl-operazzjonijiet ekonomiċi internazzjonali,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004(24) fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, kif sussegwentement emendata,

–  wara li kkunsidra l-istudju tal-Parlament Ewropew bl-isem “L-istituzzjonijiet finanzjarji u l-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali fin-Nofsinhar tal-Italja” (2009),

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi (2005-2012) u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE kontra d-Droga (2009-2012),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Dinji dwar id-Droga 2010 tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali 2010 taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga dwar l-istat tal-problema tad-droga fl-Ewropa,

–  wara li kkunsidra l-istudju taċ-Ċentru għall-Istudju dwar id-Demokrazija kkummissjonat mill-Kummissjoni Ewropea bl-isem “Eżami tar-rabtiet bejn il-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni” (2010),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta “Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Ġunju 2007(25) li tidentifika sensiela ta' azzjonijiet għall-infurzar tar-Regolament,

–  wara li kkunsidra l-“Istudju dwar ir-rikattar estorsiv: il-ħtieġa ta' strument biex jiġu miġġielda l-attivitajiet tal-kriminalità organizzata”, imwettaq minn Transcrime fl-2008 u ffinanzjat mill-Kummissjoni,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Settembru 2008 dwar pjan Ewropew globali għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija u r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2009 dwar strateġija msaħħa għall-kooperazzjoni doganali,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali(26),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni bil-Miktub 2/2010 tal-Parlament Ewropew dwar l-isforzi tal-Unjoni fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2008 – Ir-rikavat mill-kriminalità organizzata: jiġi żgurat li “l-kriminalità ma tirrendix” (COM(2008)0766),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0333/2011),

A.  billi wieħed mill-objettivi ewlenin tal-Unjoni Ewropea huwa li toħloq żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni, li fiha l-kriminalità tiġi evitata u miġġielda (Artikolu 3 tat-TFUE), u li jkun żgurat livell għoli ta' sigurtà permezz ta' miżuri biex tiġi evitata u miġġielda l-kriminalità u miżuri għal koordinament u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-pulizija u dawk ġudizzjarji, kif ukoll permezz tar-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi f'materji kriminali u, jekk ikun meħtieġ, permezz tal-approssimazzjoni tal-liġijiet kriminali (Artikolu 67 tat-TFUE),

B.  billi l-kriminalità organizzata għandha prezz soċjali sostanzjali, billi tikser id-drittijiet tal-bniedem, iddgħajjef il-prinċipji demokratiċi, tiddevja u taħli r-riżorsi finanzjarji u umani u riżorsi oħrajn, filwaqt li tgħawweġ is-suq intern ħieles, tikkontamina n-negozji u l-attivitajiet ekonomiċi leġittimi, tinkuraġġixxi l-korruzzjoni u tniġġes u teqred l-ambjent,

C.  billi evidenza allarmanti li ħarġet mill-qrati u mill-investigazzjonijiet tal-pulizija u tal-ġurnalisti tindika li, f'xi Stati Membri, il-kriminalità organizzata infiltrat, u integrat ruħha bis-sod fiċ-ċrieki politiċi, fis-settur pubbliku u fl-attivitajiet ekonomiċi leġittimi; billi jista' jkun li infiltrazzjonijiet simili seħħew ukoll fil-bqija tal-Unjoni Ewropea, u għalhekk issaħħet il-pożizzjoni tal-kriminalità organizzata;

D.  billi l-iskop u l-bażi tal-kriminalità organizzata huma li tagħmel qligħ ekonomiku u għalhekk biex l-azzjoni biex tiġi evitata u miġġielda l-problema tkun effikaċi, trid tiffoka fuq l-identifikazzjoni, l-iffriżar, is-sekwestru u l-konfiska tar-rikavati tal-kriminalità; billi l-qafas legali li jeżisti attwalment fil-livell tal-UE ma jidhirx li huwa bażi xierqa għal azzjoni serja biex tiġi affrontata l-problema u billi hemm bżonn ta' leġiżlazzjoni li, pereżempju, tippermetti l-hekk imsejħa “konfiska estiża” u azzjoni kontra beni rreġistrati f'isem persuni u organizzazzjonijiet ewlenin; billi, barra minn hekk, l-użu mill-ġdid ta' beni kkonfiskati għal skopijiet soċjali jħeġġeġ attitudni pożittiva rigward strateġiji bl-għan li tiġi miġġielda l-kriminalità organizzata, billi l-konfiska ta' beni m'għadhiex meqjusa biss bħala mezz li jċaħħad lil organizzazzjoni kriminali mir-riżorsi iżda hija doppjament kostruttiva fis-sens li tgħin fil-prevenzjoni tal-kriminalità organizzata u għandha l-effett li tagħti spinta lill-iżvilupp ekonomiku u soċjali;

E.  billi l-organizzazzjonijiet kriminali qed jikkonċentraw l-attivitajiet tagħhom fuq għadd kbir ta' oqsma dejjem jikbru fosthom, pereżempju, it-traffikar internazzjonali tad-droga, it-traffikar tal-bnedmin u l-isfruttament tagħhom, il-kriminalità finanzjarja, it-traffikar internazzjonali tal-armi, il-falsifikazzjoni, iċ-ċiberkriminalità, il-kriminalità ambjentali, id-devjazzjoni ta' fondi pubbliċi, il-frodi u l-estorsjoni, attivitajiet li l-biċċa l-kbira tagħhom huma transnazzjonali u pan-Ewropej min-natura tagħhom; billi proporzjon kbir tar-rikavat ta' dawn l-attivitajiet kriminali jiġi riċiklat;

F.  billi n-nisa u l-bniet li huma immigranti illegali huma aktar vulnerabbli għall-kriminalità organizzata, pereżempju permezz tal-prostituzzjoni u t-traffikar, milli huma n-nisa u l-bniet li jkunu ċittadini tal-UE,

G.  billi, għalkemm ma jeżisti l-ebda studju komprensiv, l-organizzazzjonijiet kriminali tat-tip mafjuż li joperaw fl-Ewropa għandhom qligħ impressjonanti, partikolarment fil-każ tal-gruppi Taljani tal-kriminalità organizzata li, skont ir-riżultati ta' diversi studji (inkluż l-istudju Eurispes) u kif ikkonfermat mir-rapport konġunt tal-Eurojust, l-Europol u l-Frontex fl-2010, huwa stmat b'mod konservattiv li għandhom dħul ta' mill-anqas EUR 135 biljun, ċifra li hija ogħla mill-PDG kombinat ta' 6 Stati Membri tal-UE, filwaqt li l-akbar eżempju huwa l-“Ndrangheta, il-grupp mafjuż l-aktar integrat fil-pajjiżi tal-UE u fid-dinja, li huwa stmat li għandu qligħ annwali ta' mill-anqas EUR 44 biljun;

H.  billi t-theddida għall-Unjoni Ewropea mill-kriminalità organizzata tmur lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni u, għalhekk, trid tiġi indirizzata b'kunsiderazzjoni xierqa tal-ħtieġa għal approċċ globali u internazzjonali li jeħtieġ kooperazzjoni mill-qrib ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali bħal, pereżempju, l-Interpol u l-Uffiċċju tan-Nazzjonaijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC),

I.  billi l-korruzzjoni hija l-mezz standard li bih il-kriminalità organizzata tuża r-rikatt jew tippremja lin-nies sabiex tiddevja r-riżorsi pubbliċi u biex tidħol fil-politika lokali, fil-gvern u fis-settur privat;

J.  billi l-ħasil tal-flus huwa wieħed mill-mezzi l-aktar insidjużi li jippermettu li l-attivitajiet legali jiġu kkontaminati b'attivitajiet illegali u proċess ta' tranżizzjoni indispensabbli, li mingħajru l-kapaċità tal-akkwist miksuba bir-reati tibqa' biss potenzjal, li tista' tintuża fiċ-ċrieki illegali iżda li ma tkunx tista' tissarraf f'saħħa ekonomika reali; billi l-kooperazzjoni u l-kollaborazzjoni internazzjonali huma essenzjali biex il-ħasil tal-flus jiġi miġġieled b'mod effikaċi;

K.  billi t-traffikar internazzjonali tad-droga huwa s-sors ewlieni ta' qligħ għall-kriminalità organizzata u għall-mafji, u jipprovdi l-bażi biex ikunu jistgħu jistabbilixxu ruħhom ekonomikament u soċjalment; billi l-UE hija kemm wieħed mill-akbar swieq għat-traffikar tad-droga (eroina, kokaina, u kannabis) kif ukoll produttur (fil-biċċa l-kbira tal-każijiet ta' drogi sintetiċi); billi t-traffikar jestendi wkoll għal bosta pajjiżi non-Ewropej identifikabbli b'mod ċar ta' produzzjoni u tranżitu, speċjalment fl-Amerika Latina, fl-Afrika tal-Punent, u fl-Asja;

L.  billi l-estorsjoni, ir-rikattar u l-użura huma żewġ modi li bihom il-kriminalità organizzata tinfiltra fl-ekonomija legali, filwaqt li tgħawweġ ferm kull forma ta' suq ħieles u tillimita d-drittijiet taċ-ċittadini, l-imprendituri, il-ħaddiema, u l-professjonisti; billi, kif intwera mill-istudju ta' Transcrime iffinanzjat mill-Kummissjoni fl-2008 bl-isem “Studju dwar ir-rikattar estorsiv: il-Ħtieġa ta' Strument biex Jiġu Miġġielda l-Attivitajiet tal-Kriminalità Organizzata”, dan il-fenomenu qed jassumi proporzjonijiet allarmanti f'tal-anqas nofs l-Istati Membri tal-UE u jeżisti f'kobor sinifikanti fin-nofs l-ieħor; billi l-firxa tar-rikattar estorsiv hija marbuta direttament mal-livell ta' kontroll ta' pajjiż u mal-attivitajiet ekonomiċi/kummerċjali tiegħu eżerċitati mill-kriminalità organizzata; billi l-ewwel passi essenzjali li għandhom jittieħdu biex jiġi miġġieled ir-rikattar estorsiv huma t-tħeġġiġ tal-vittmi li jirrappurtaw ir-reati u l-iżgurar li l-awtoritajiet uffiċjali jkollhom preżenza b'saħħitha;

Daħla

1.  Jilqa' l-miżuri biex tiġi miġġielda l-kriminalità organizzata proposti fil-Programm ta' Stokkolma, fil-pjan ta' azzjoni rilevanti u fl-istrateġija ta' sigurtà interna u jittama li taħt il-presidenza l-ġdida l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata tiġi inkluża fil-prijoritajiet politiċi u jinkisbu riżultati tanġibbli;

2.  Hu konvint li l-kriminalità organizzata, tkunx tat-tip mafjuż jew le, hija fost it-theddidiet prinċipali għas-sigurtà interna tal-UE u għal-libertà taċ-ċittadini tagħha; iqis li, għalkemm jeżisti riskju li l-organizzazzjonijiet kriminali jistgħu jikkooperaw dejjem aktar frekwentement ma' organizzazzjonijiet terroristiċi, il-kriminalità organizzata għandha tkun ittrattata separatament mit-terroriżmu, u jinvoka strateġija tal-UE speċifika u orizzontali dwar din il-kwistjoni, li tinkludi miżuri leġiżlattivi u operattivi, l-allokazzjoni ta' fondi u kalendarju rigoruż ta' implimentazzjoni; japprova l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8-9 ta' Novembru 2010 dwar iċ-ċiklu politiku tal-UE għall-kriminalità organizzata u jistieden lill-Kunsill jirrevedi d-deċiżjoni u jipprevedi l-involviment tal-Parlament fid-determinazzjoni tal-prijoritajiet, fid-diskussjoni dwar l-objettivi strateġiċi u fil-valutazzjoni taċ-ċiklu politiku;

3.  Jappoġġa lill-Istati Membri fl-azzjonijiet tagħhom fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u jħeġġiġhom isaħħu l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-forzi tal-pulizija tagħhom fuq il-bażi tal-aħjar esperjenzi kurrenti, inkluż billi jqabblu l-leġiżlazzjoni u r-riżorsi maħsuba biex jappoġġaw l-attivitajiet tagħhom, u billi jassenjaw riżorsi umani u finanzjarji adegwati għal dan il-għan; jistieden lill-Istati Membri biex jiżviluppaw approċċ proattiv għall-investigazzjoni, ifasslu pjanijiet nazzjonali għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, u jipprevedu għal koordinament ċentrali tal-attivitajiet bi strutturi speċifiċi xierqa, filwaqt li jisiltu mill-esperjenzi tal-akbar suċċess ta' xi Stati Membri; jistieden lill-COSI (il-Kumitat għas-Sigurtà Interna) biex jorganizza laqgħa annwali li għaliha jattendu mill-inqas l-Istati Membri, il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew, l-Europol u l-Eurojust fejn ir-riżultati miksuba u l-pjanijiet futuri fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata fil-livell tal-UE u dak nazzjonali jkunu jistgħu jiġu preżentati;

4.  Jenfasizza li l-miżuri kollha għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata għandhom jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali u għandhom ikunu proporzjonati għall-objettivi mfittxa u li dawn l-objettivi għandhom ikunu neċessarji f'soċjetà demokratika, bi qbil mal-Artikolu 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, mingħajr ma tiġi ristretta b'mod mhux xieraq il-libertà tal-individwi, kif imħaddan fil-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u l-prinċipji kostituzzjonali komuni tal-Istati Membri;

5.  Filwaqt li jinnota li l-Artikolu 222 tat-TFUE jistabbilixxi l-obbligu legali tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha li jimplimentaw il-klawsola ta' solidarjetà, jesprimi tħassib profond dwar it-tentattivi tal-kriminalità organizzata li tinfiltra fis-setturi tal-politiki, fil-gvern fil-livelli kollha, fl-ekonomija u fil-finanzi; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jikkonċentraw l-azzjoni dissważiva tagħhom fuq l-attakki tal-assi kriminali, inklużi dawk li spiss ikunu moħbija permezz ta' xibka ta' prestanome u sostenituri, istituzzjonijiet politiċi u gruppi ta' interess; jenfasizza li l-isforzi fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata għandhom iqisu l-kriminalità “white collar”;

It-titjib tal-qafas leġiżlattiv tal-UE

6.  Peress li n-netwerks kriminali internazzjonali huma attivi ħafna u li l-kriminalità organizzata qed tikber kemm fid-daqs kif ukoll fis-sofistikazzjoni, jistieden lill-Istati Membri biex itejbu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni u biex japprossimaw il-leġiżlazzjoni tagħhom, speċjalment b'referenza għall-iżvilupp ta' proċeduri komuni standard u tipi ta' reati kriminali, filwaqt li jisiltu mill-prassi tajbin tas-sistemi legali li huma l-iktar żviluppati fil-qasam tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw ir-ratifika u/jew it-traspożizzjoni f'waqthom u effettivi tal-istrumenti legali Ewropej u internazzjonali kollha relatati direttament jew indiretttament mal-ażzjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata;

7.  Filwaqt li jqis l-impatt estremament limitat fuq is-sistemi leġiżlattivi tal-Istati Membri tad-Deċiżjoni Qafas 2008/841/ĠAI dwar il-kriminalità organizzata, li ma ġabet ebda titjib sinifikanti għal-liġijiet nazzjonali jew għall-kooperazzjoni operattiva għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tippreżenta, sat-tmiem l-2013, proposta għal direttva li jkun fiha definizzjoni iktar konkreta ta' kriminalità organizzata u li tidentifika aħjar il-karatteristiċi kruċjali tal-fenomenu, filwaqt li tiffoka b'mod partikolari fuq il-kunċett prinċipali tal-organizzazzjoni u tqis ukoll tipi ġodda ta' kriminalità organizzata; jitlob, fir-rigward tar-reat ta' appartenenza f'organizzazzjoni kriminali u b'rispett dovut għall-karatteristiċi differenti u speċifiċi tad-diversi sistemi legali nazzjonali, li jsir studju dwar it-tneħħija tal-approċċ doppju attwali (li jikkriminalizza kemm l-appartenenza kif ukoll il-kospirazzjoni) u l-identifikazzjoni ta' sensiela ta' reati kommessi li, indipendentement mill-piena massima prevista fis-sistema legali tal-Istati Membri, jistgħu jitqiesu li jikkostitwixxu tali reat kriminali; jitlob ukoll li jkun hemm skrutinju iktar rigoruż tal-kwistjoni tal-kriminalizzazzjoni tal-forom kollha ta' appoġġ għall-organizzazzjonijiet kriminali;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta, mill-aktar fis possibbli, proposta għal direttiva qafas dwar il-proċedura għas-sekwestru u l-konfiska tar-rikavati minn reati, kif previst fil-Programm ta' Ħidma 2011 tagħha, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni, b'kunsiderazzjoni tar-rekwiżit li jiġu rrispettati d-drittijiet fundamentali kif imħaddna fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u fil-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem:

   tħejji regoli dwar l-użu effikaċi ta' strumenti bħall-konfiska estiża u mhux ibbażata fuq il-kundanna;
   tħejji regoli dwar il-mitigazzjoni tal-oneru tal-provi wara l-kundanna ta' awtur ta' ksur għal reat serju (inklużi reati marbuta mal-kriminalità organizzata) rigward l-oriġini ta' beni fil-pussess tal-awtur ta' ksur;
   tinkoraġġixxi l-introduzzjoni ta' strumenti fis-sistemi legali nazzjonali li, skont il-liġi kriminali, ċivili jew fiskali, kif ikun xieraq, jimmitigaw l-oneru tal-provi rigward l-oriġini tal-beni fil-pussess ta' persuna kkundannata għal reat marbut mal-kriminalità organizzata;
   tinkludi fil-proposta tagħha regoli li jippermettu s-sekwestru u l-konfiska sussegwenti ta' beni assenjati lil partijiet terzi; jitlob ukoll li l-azzjonijiet tal-portanome f'tali każijiet jiġu ttrattati bħala reat kriminali, billi l-għan tagħhom huwa li jevitaw l-infurzar ta' miżuri ta' protezzjoni tal-beni jew li jiffaċilitaw it-twettiq tar-reati tar-riċeviment, il-ħasil u l-użu ta' flus miksuba illegalment; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tistipula fil-proposti leġiżlattivi tagħha li l-kunċett tar-rikavati mill-kriminalità stabbiliti fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' Palermo u inkluż fid-Deċiżjoni Kwadru 2008/841/ĠAI jmur lil hinn min-nozzjoni tal-qligħ; jistieden lill-Istati Membri biex b'effett immedjat jinkorporaw dan il-kunċett fil-liġijiet tagħhom biex jiżguraw li kull dħul marbut direttament jew indirettament mat-twettiq ta' reati marbuta mal-kriminalità organizzata jista' jkun soġġett għas-sekwestru u l-konfiska;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni taċċetta u tappoġġa l-ħtieġa urġenti ta' leġiżlazzjoni Ewropea dwar l-użu mill-ġdid tar-rikavati minn attivitajiet kriminali għal skopijiet soċjali, inkluża l-protezzjoni tax-xhieda fil-qorti, sabiex il-kapital tal-organizzazzjonijiet kriminali jew tal-kompliċi tagħhom ikun jista' jiġi investit mill-ġdid fiċ-ċirkolazzjoni ekonomika legali, nadifa, trasparenti u virtuża;

10.  Hu favur kooperazzjoni eqred bejn l-Istati Membri dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni xierqa ta' ordnijiet ta' sekwestru u ta' konfiska; jemmen li l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi huma għodda vitali fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u li dawn għandhom ikunu provduti bir-riżorsi, l-għarfien espert u l-poteri neċessarji malajr kemm jista' jkun; japprova l-analiżi tal-Kummissjoni tad-diffikultajiet prinċipali li jiltaqgħu magħhom l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ ir-rwol u l-kompetenzi tal-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi u tagħtihom aktar flessibbiltà u aċċess uniformi għall-informazzjoni, filwaqt li tirrispetta d-drittijiet fundamentali u l-istandards tal-protezzjoni tad-data;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni tfassal, sa tmiem l-2013, studju dwar l-prassi investigattivi użati fl-Istati Membri biex tiġi miġġielda l-kriminalità organizzata, b'referenza partikolari għall-użu ta' għodda bħall-interċettazzjoni telefonika, l-interċettazzjoni ambjentali, il-proċeduri ta' tiftix, l-arrest pospost, is-sekwestru pospost, l-operazzjonijiet sigrieti u l-operazzjonijiet ta' konsenja kontrollata u sorveljata; jistieden lill-Kummissjoni tressaq, sa tmiem l-2014, proposta għal direttiva dwar tekniki investigattivi komuni biex tiġi miġġielda l-kriminalità organizzata, skont l-Artikolu 87(2)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

12.  Jenfasizza l-importanza li tiġi assigurata protezzjoni adegwata tal-vittmi primarji u sekondarji mill-kriminalità organizzata, tax-xhieda, tal-informaturi tal-ġustizzja, tad-dinunċjaturi u tal-familji tagħhom; f'dan ir-rigward jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva li tistabbilixxi standards minimi għad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità imma jitlob li jkune hemm leġiżlazzjoni tal-UE li tkopri wkoll ix-xhieda, l-informaturi tal-ġustizzja, id-dinunċjaturi u l-familji tagħhom; jitlob li t-tipi kollha ta' vittmi jiġu trattati b'mod ugwali (partikolarment dawk tal-kriminalità organizzata u tat-terroriżmu u dawk imweġġa' fil-qadi ta' dmirijiethom) u biex il-protezzjoni tax-xhieda, l-informaturi tal-ġustizzja, id-dinunċjaturi u l-familji tagħhom tiġi estiża lil hinn mil-tul ta' żmien tal-proċedimenti limiti tal-proċedimenti fil-qorti; jenfasizza li l-minorenni għandhom bżonn attenzjoni, trattament, protezzjoni, għajnuna u gwida speċjali meta jkunu vittmi tal-kriminalità organizzata; jistieden lill-Kummissjoni tfassal linji gwida ċari biex ikunu megħjuna x-xhieda tal-qrati, l-informaturi, id-dinunċjaturi u l-familji tagħhom, jingħatalhom status legali Ewropew transnazzjonali u tiġi estiża kwalunkwe protezzjoni mogħtija lilhom fl-Istati Membri, jekk dan jintalab mill-Istat Membru ta' oriġini tal-informatur, ix-xhud jew id-dinunċjatur; jipproponi li jinħoloq fond Ewropew li jħares u jgħin lill-vittmi tal-kriminalità organizzata u lix-xhieda tal-qorti, anke permezz tal-appoġġ lill-assoċjazzjonijiet mhux governattivi kontra l-Mafja u kontra r-rikattar rikonoxxuti mill-Istati Membri; jilqa' l-adozzjoni minn xi Stati Membri tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi mfassla biex itejbu l-protezzjoni tax-xhieda u tal-informaturi f'każi relatati mal-kriminalità organizzata (eż. billi jiġi permess l-użu ta' udjenzi remoti);

13.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu r-rwol tal-assoċjazzjonijiet tal-familji tal-vittmi, id-djalogu bejn tali assoċjazzjonijiet u l-istituzzjonijiet u l-istabbiliment ta' forum tal-UE tal-assoċjazzjonijiet tal-familji tal-vittmi;

Il-qerda tal-kriminalità organizzata tat-tip mafjuż bl-għeruq fondi fl-UE

14.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tfassal proposta għal direttiva biex assoċjazzjoni mal-Mafja jew gruppi kriminali oħra ssir reat kastigabbli fl-Istati Membri kollha, sabiex ikun żgurat li jiġu kkastigati l-organizzazzjonijiet kriminali li japprofittaw mill-eżistenza tagħha, permezz tal-ħila tagħhom li jintimidaw – anke mingħajr atti vjolenti jew theddid partikolari – bil-għan li jagħmlu reati, jinfluwenzaw it-tħaddim tal-ekonomija, il-gvern ġenerali, is-servizzi pubbliċi u s-sistema elettorali;

15.  Biħsiebu, fi żmien tliet xhur mill-approvazzjoni tar-riżoluzzjoni preżenti, joħloq kumitat speċjali dwar it-tixrid ta' organizzazzjonijiet kriminali tat-tip mafjuż li joperaw fil-livell transkonfinali, inklużi l-mafji, li waħda mill-għanijiet tiegħu jkun li jinvestiga l-grad tal-fenomenu u l-impatt negattiv soċjali u ekonomiku li għandu fl-UE, inkluża l-kwistjoni tal-approprjazzjoni indebita ta' fondi pubbliċi minn organizzazzjonijiet kriminali u mafji u l-infiltrazzjoni tagħhom fis-settur pubbliku, kif ukoll il-kontaminazzjoni tal-ekonomija legali u s-sistema finanzjarja, filwaqt li għand ieħor ikun li jidentifika sensiela ta' miżuri leġiżlattivi sabiex jindirizza din it-theddida tanġibbli u rikonoxxuta lill-UE u ċ-ċittadini tagħha; jitlob, għalhekk, lill-Konferenza tal-Presidenti tressaq proposta skont l-Artikolu 184 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Europol u l-Eurojust, twettaq studju sa Ġunju 2013 biex tevalwa l-impatt negattiv tal-kriminalità organizzata transnazzjonali fl-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Europol biex tislet minn OCTA tematika dwar it-theddid li jiġi mill-preżenza ta' organizzazzjonijiet kriminali tat-tip mafjuż fl-UE sal-2012;

17.  Jenfasizza li skont ir-rapport tal-OCTA (valutazzjoni li saret mill-Unjoni Ewropea dwar it-theddida tal-kriminalità organizzata) ippubblikat mill-Europol fl-2011, l-organizzazzjonijiet kriminali qed juru li huma kapaċi ħafna biex jadattaw u qed jidentifikaw u jisfruttaw b'mod rapidu swieq illegali ġodda; iqis li hu neċessarju, għaldaqstant, mhux biss li jiġu miġġielda l-attivitajiet tradizzjonali ta' kriminalità organizzata iżda wkoll li tingħata attenzjoni partikolari lill-forom ġodda ta' kriminalità organizzata;

It-titjib tal-funzjonament tal-istrutturi Ewropej involuti, f'livelli differenti, fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-tisħiħ tar-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet internazzjonali l-oħrajn

18.  Jistieden lill-Istati Membri biex jittrasponu u jimplimentaw immedjatament id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/426/ĠAI dwar it-tisħiħ tal-Eurojust u biex jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet tagħha kollha; jitlob lill-Istati Membri jiżguraw li l-membri nazzjonali tagħhom tal-Eurojust se jkunu infurmati mingħajr dewmien fil-każ ta' reati li jinvolvu tal-inqas żewġ Stati Membri u li jkollhom indikazzjonijiet ċari li hi involuta organizzazzjoni kriminali; itenni l-importanza tat-tisħiħ tal-Eurojust għat-titjib tal-effikaċja tal-ġlieda tiegħu kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali, b'referenza għas-setgħat ta' inizjattiva tiegħu, partikolarment is-setgħa li jibda investigazzjonijiet, u għal dawk li ngħatawlu skont l-Artikolu 85 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; jitlob lill-istituzzjonijiet Ewropej biex jużaw l-influwenza politika tagħhom fil-livell inernazzjonali, biex jinbeda rieżami tal-possibilitajiet ta' skambju ta' xi esperjenza akkwistata mill-UE, inkluża dik mill-Eurojust, fil-livell internazzjonali u, possibilment, jitqiegħed għad-dispożizzjoni l-għarfien tekniku akkwistat sa llum il-ġurnata fil-livell tal-UE;

19.  Jitlob lill-Kummissjoni tabbozza, malajr kemm jista' jkun, valutazzjoni tal-impatt dwar il-valur miżjud tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, li jikkunsidra l-possibbiltà li l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu jiġi estiż biex jinkludi l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali serja, kif stipulat mill-Artikolu 86(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u li jqis l-impatt fuq id-drittijiet fundamentali u d-drittijiet tad-difiża b'mod partikolari u l-bżonn ta' armonizzazzjoni minn qabel tal-istandards tal-liġi kriminali proċedurali u sostantiva flimkien ma' regoli dwar il-ġurisdizzjoni kriminali; jitlob lill-Kummissjoni tidħol f'konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati rilevanti kollha, li jinkludu l-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, il-Kunsill tal-Ewropa, il-Parlament Ewropew, il-parlamenti nazzjonali u s-soċjetà ċivili, biex tiddiskuti l-implikazzjonijiet tal-istabbiliment possibbli tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew;

20.  Jappoġġa l-istrateġija ta' ħames snin għall-iżvilupp tal-Europol imsemmija fl-2009; jitlob lill-Europol iżid il-laqgħat u r-relazzjonijiet mal-Parlament Ewropew sabiex flimkien isir rieżami tal-progress ta' din l-istrateġija u kwalunkwe problema f'intervalli perjodiċi; jistieden lill-Europol jimpenja ruħu b'mod iktar effettiv mal-kriminalità organizzata u mal-kriminalità tat-tip mafjuż billi jistabbilixxi u jsaħħaħ taqsima speċifika fl-organizzazzjoni teigħu u biex jalloka iktar fondi f'dan il-qasam; jitlob lill-Europol jikkollabora iktar mill-qrib mal-Interpol bil-għan li jiġġieldu l-organizzazzjonijiet kriminali fil-livell internazzjonali, b'referenza partikolari għall-kwistjoni tal-qsim tal-informazzjoni; jitlob lill-Europol jistabbilixxi rabtiet iktar mill-qrib u jikkonkludi ftehimiet strateġiċi u operazzjonali mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi;

21.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex itejbu l-kooperazzjoni bejn is-servizzi tal-pulizija nazzjonali fil-prattika billi jitneħħew l-ostakli formali kemm jista' jkun;

22.  Itenni l-importanza ta' kooperazzjoni prattika imtejba bejn il-pulizija u l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri sabiex isir skambju ta' data dwar l-organizzazzjonijiet kriminali u jikkoordinaw l-investigazzjonijiet; jitlob il-Kummissjoni u l-Eurojust jistabbilixxu netwerk iktar effikaċi ta' punti ċentrali nazzjonali għal dan il-għan; jitlob wkoll lill-Kummissjoni tressaq rapporti annwali dwar il-progress li sar bil-kooperazzjoni intensifikata bejn il-pulizija u l-awtoritajiet ġudizzjarji fil-qasam tal-kriminalità organizzata;

23.  Jirrikonoxxi li minkejja l-protokolli u ftehimiet bilaterali milħuqa bejn l-Europol, l-Eurojust u l-OLAF, għad hemm lok għal titjib sostanzjali fil-kooperazzjoni bejn dawn l-istituzzjonijiet ikkonċernati; jistieden, għalhekk, l-Europol, l-Eurojust, l-OLAF u l-Koordinatur Ewropew Kontra t-Traffikar jimpenjaw ruħhom b'mod konkret u konġunt kemm biex jivvalutaw u wkoll biex jaġġornaw b'mod kontinwu l-ftehimiet ta' kooperazzjoni u jimplimentawhom, b'mod partikolari b'referenza għall-iskambju ta' sinteżi ta' każijiet u ta' informazzjoni relatati magħhom u ta' informazzjoni u ta' data ta' natura strateġika; iqis li, biex il-kooperazzjoni bejn il-Europal, il-Eurojust u l-OLAF tkun effikaċi b'mod sħiħ, irid jiġi stabbilit tqassim ċar tar-responsabbilitajiet bil-għan li jiġi evitat kwalunkwe rduppjar tal-isforzi; jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju ta' valutazzjoni tal-effikaċja tal-aġenziji tal-UE u tal-Istati Membri li jiġġieldu l-kriminalità;

Żvilupp tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet kriminali u t-titjib tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija fl-UE u ma' pajjiżi terzi

24.  Jirrikonoxxi li biex jingħelbu l-ostakoli prattiċi għall-kooperazzjoni ġudizzjarja jeħtieġ li tingħata attenzjoni qawwija għall-informazzjoni u għas-sensibilizzazzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji u ta' pulizija u jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw it-taħriġ ġudizzjarju u tal-forzi tal-pulizija bħala prijorità fil-livell politiku; f'dan il-kuntest jistieden lill-Kummissjoni Ewropea timmobbilizza l-miżuri adegwati, anke dawk finanzjarji, bħala appoġġ tal-attivitajiet tal-Istati Membri;

25.  Jirrikonoxxi li l-kooperazzjoni ġudizzjarja, anke dik bejn l-Istati Membri, tirrappreżenta wieħed mill-pilastri tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali u għall-ħolqien ta' żona ta' sikurezza u ġustizzja komuni, u jitlob lill-Istati Membri jirrispettaw l-impenji tagħhom u biex jittrasponu minnufih l-istrumenti ta' kooperazzjoni ġudizzjarja diġà eżistenti kollha fil-livell tal-UE, b'mod partikolari l-Konvenzjoni dwar l-Assistenza reċiproka fi kwistjonijiet kriminali tal-2000 u l-Protokolli tagħha tal-2001 u d-Deċiżjoni Qafas dwar skwadri ta' investigazzjoni konġunti; Jirrikonoxxi li biex jingħelbu l-ostakoli prattiċi għall-kooperazzjoni ġudizzjarja jeħtieġ li tingħata attenzjoni qawwija għall-informazzjoni u għas-sensibilizzazzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji u ta' pulizija u avukati ta' difiża u jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw it-taħriġ ġudizzjarju u tal-forzi tal-pulizija flimkien mad-drittijiet ta' difiża bħala prijorità fil-livell politiku; jistieden, f'dan il-kuntest, lill-Kummissjoni Ewropea talloka l-miżuri adegwati, anke dawk finanzjarji, bħala appoġġ tal-attivitajiet tal-Istati Membri;

26.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jkomplu bl-isforzi tagħhom bil-għan li jimplimentaw b'mod effettiv il-mandat ta' arrest Ewropew; jitlob lill-Kummissjoni tqis jekk ir-raġunijiet għal noneżekuzzjoni fakultattiva tal-mandat ta' arrest Ewropew imsemmija fl-Artikolu 4 tad-deċiżjoni qafas jistgħux jiġu abbozzati mill-ġdid biex jiġu ssodisfati d-drittijiet fundamentali tal-Unjoni u fid-dawl tal-esperjenza miksuba bi strumenti sussegwenti ta' rikonoxximent mutwu fir-rigward ta' reati ġeneralment assoċjati mal-kriminalità organizzata, inkluż ir-reat ta' assoċjazzjoni mafjuża; jistieden lill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li l-mandati ta' arrest Ewropew li joħorġu dejjem jitbagħtu lill-Interpol;

27.  Jirrikonoxxi r-rwol fundamentali tal-iskwadri ta' investigazzjoni konġunti fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata transkonfinali u juri t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li, minħabba t-traspożizzjoni inadegwata tad-deċiżjoni qafas rilevanti u n-nuqqas ta' ħeġġa min-naħa ta' wħud mill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali, dan l-istrument għall-investigazzjoni mhux qed jintuża bl-aħjar mod possibbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jagħtu spinta ġdida lix-xogħol tal-iskwadri ta' investigazzjoni konġunti, kemm billi jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tad-Deċiżjoni Qafas 2002/465/ĠAI fl-Istati Membri kollha, kif ukoll billi jipprovdu appoġġ finanzjarju adegwat; jenfasizza li r-riżultati miksuba mill-iskwadri ta' investigazzjoni konġunti jistgħu jiġu valutati fil-livell Ewropew (eż abbażi tal-valur tal-oġġetti kkonfiskati) u fil-livell nazzjonali (pereżempju abbażi tal-effikaċja tal-membri individwali tal-iskwadra), u jitlob lill-Kummissjoni tindirizza din il-kwistjoni b'kooperazzjoni mal-Eurojust u l-Europol;

28.  Jindika li l-fruntieri mhumiex ostaklu għall-kriminalità organizzata; iqis li hu neċessarju, għaldaqstant, li d-dimensjoni esterna tal-kriminalità organizzata tiġi integrata fil-qafas tal-isforz tal-Ewropa fil-ġlieda kontra dan il-fenomenu; jinnota li hu importanti, għal dan il-għan, li jiġi involut b'mod aktar profond is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u ċ-Ċentru tas-Sitwazzjoni Konġunta (SitCen); jistieden lill-Kummissjoni tkompli taġġorna regolarment u ssaħħaħ l-effikaċja tal-ftehimiet dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja u investigattiva mal-pajjiżi mhux tal-UE bil-għan li tiġġieled il-kriminalità organizzata transkonfinali; jitlob, ukoll, biex waqt l-abbozzar ta' tali ftehimiet tingħata attenzjoni kif suppost lit-theddidiet speċifiċi tal-kriminalità organizzata għas-sigurtà interna u esterna tal-UE fil-pajjiżi individwali; jitlob lill-Europol jipproduċi analiżi iktar frekwenti u iktar dettaljata dwar l-organizzazzjonijiet kriminali mhux Ewropej li l-attivitajiet tagħhom għandhom impatt dirett u indirett fuq l-Unjoni Ewropea; iqis neċessarju li jitkomplew u jissaħħu l-isforzi li qed isiru mill-UE u l-istituzzjonijiet internazzjonali fil-Balkani, partikolarment b'rabta mal-azzjonijiet tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata; jistieden lill-Kummissjoni, b'kollaborazzjoni mal-Europol, tiżviluppa proġett konġunt mal-Interpol biex tappoġġa t-twaqqif u l-implimentazzjoni ta' sistema reġjonali għall-iskambju ta' informazzjoni polizjeska u ġuridika mal-Afrika tal-Punent, filwaqt li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent l-għarfien tekniku u r-riżorsi neċessarji, mhux l-inqas fil-qasam tat-taħriġ u s-segwitu;

Rakkomandazzjonijiet oħra b'rabta mal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata

29.  Jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni ta' kultura ta' legalità u tat-tkabbir tar-rikonoxximent u l-għarfien ta' dan il-fenomenu fost iċ-ċittadini u, b'mod ġenerali, fl-opinjoni pubblika; jenfasizza, f'dan ir-rigward, ir-rwol fundamentali tal-istampa, ħielsa minn kull tip ta' influwenza esterna, sabiex din tkun tista' tinvestiga u tagħmel pubbliċi r-rabtiet bejn il-kriminalità organizzata u mas-setgħat b'saħħithom; iqis li t-twettiq ta' dawn l-attivitajiet għandu jkun garantit bir-rispett dovut għad-dritt fundamentali tad-dinjità personali, tal-unur u tal-privatezza; jistieden lill-Kummissjoni tressaq pjanijiet ta' azzjoni speċifiċi bil-għan li tiġi żviluppata kultura ta' legalità li tinvolvi, fost l-oħrajn, il-ħolqien ta' linji baġitarji speċifiċi b'dan il-għan;

30.  Jenfasizza li l-istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati Membri jeħtieġ li jadottaw approċċ olistiku fir-rigward tat-traffikar tat-tfal, li jintegra fih innifsu interventi multisettorjali biex jiġu protetti d-drittijiet tat-tfal ittraffikati u t-tfal li jinsabu f'riskju li jiġu ttraffikati; jinsisti li l-Istati Membri għandhom jipparteċipaw b'mod attiv fil-ġlieda kontra l-adozzjoni illegali u jiżviluppaw qafas biex jiżguraw it-trasparenza u l-monitoraġġ effikaċi tal-iżvilipp tat-tfal abbandunati u tat-tfal adottati;

31.  Jenfasizza l-importanza ewlenija tat-trasparenza tas-settur pubbliku fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u jitlob lill-Kummissjoni Ewropea taġixxi sabiex jiġu stabbiliti r-regoli meħtieġa u biex tiżgura t-traċċabilità sħiħa u l-kontroll totali tal-allokazzjoni u l-użu tal-fondi Ewropej kemm min-naħa tal-istituzzjonijiet kompetenti kif ukoll miċ-ċittadini u mill-istampa; jitlob li din l-informazzjoni tkun disponibbli minnufih fuq sit tal-internet xieraq f'format ta' data li tista' tinqara mill-magni, li tista' titqabbel u li hi miftuħa, u tal-inqas f'minn tal-inqas waħda mil-lingwi ta' ħidma tal-UE, biex jiġi żgurat li tali informazzjonihi hi faċilment aċċessibbli u tista' tiġi użata mill-ġdid u pproċessata mis-soċjetà ċivili; jitlob lill-Istati Membri jadottaw miżuri simili għat-trasparenza tat-tranżazzjonijiet pubbliċi kollha li jagħmlu użu minn fondi pubbliċi, b'referenza partikolari għall-amministrazzjonijiet lokali, li jinsabu f'perikolu akbar ta' infiltrazzjoni mill-kriminalità organizzata, meta titqies in-natura sigrietà inerenti tal-miżuri fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata;

32.  Jitlob, b'rispett għad-drittijiet fundamenti, li tiddaħħal sistema adattata ta' pieni u dispożizzjonijiet ta' detenzjoni xierqa għal reati b'rabta mal-kriminalità organizzata, kemm biex jiskoraġġixxu it-twettiq ta' reati u biex il-priġunieri ma jitħallewx ikomplu jmexxu l-organizzazzjonijiet t-twettiq jew milli jikkontribwixxu għall-ksib tal-għanijiet tagħhom bit-twettiq ta' reati oħrajn, tul il-perjodu ta' detenzjoni tagħhom;

Kontramiżuri fir-rigward ta' ambiti ta' azzjoni speċifiċi tal-kriminalità organizzata

33.  Jinsab konvint dwar ir-rabta qawwija li teżisti bejn il-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni u jtenni bil-qawwa t-talba li stqarr waqt l-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni bil-Miktub 02/2010, kemm b'referenza għall-ħolqien ta' mekkaniżmu, ta' natura objettiva u li tista' tiġi kwantifikata, ta' valutazzjoni u kontroll tal-politiki tas-27 Stat Membru fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u wkoll fir-rigward tat-tfassil ta' politika globali kontra l-korruzzjoni tal-istituzzjonijiet Ewropej; jenfasizza l-ħtieġa ta' approċċ proattiv fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u jistieden lill-Kummissjoni tenfasizza l-miżuri fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat; iqis, barra minn hekk, bħala prijorità, it-tfassil ta' miżuri effikaċi fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-politika tal-viċinat, fil-qasam ta' qabel l-adeżjoni u fl-użu ta' fondi mmirati għall-għajnuna tal-iżvilupp, b'mod partikolari mill-Bank Ewropew tal-Investiment u l-korpi ġodda li qed jitwaqqfu bl-awspiċi tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna; jistieden lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament u ddaħħal immoniterjar effettiv tal-miżuri meħuda u r-riżultati miksuba;

34.  Jitlob lill-Istati Membri jirratifikaw b'mod immedjat l-istrumenti internazzjonali kontra l-korruzzjoni, b'mod partikolari il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni u l-Konvenzjonijiet dwar il-Liġi Kriminali u Ċivili tal-Kunsill tal-Ewropa (1999);

35.  Jimpenja ruħu li jistabbilixxi regoli li jiżguraw li persuni li jkunu kkundannati, b'sentenza li tkun għaddiet f'ġudikat bħala “res judicata”, ta' appartenenza f'organizzazzjonijiet kriminali jew b'reati li spiss jitwettqu b'rabta ma' dawn l-organizzazzjonijiet (bħat-traffikar tal-bnedmin, t-traffikar internazzjonali tad-drogi, il-ħasil tal-flus, il-frodi, il-korruzzjoni u l-estorsjoni) ma jitħallewx joħorġu bħala kandidati għall-Parlament Ewropew; jitlob lill-gruppi politiċi Ewropej jadottaw kodiċi ta' etika intern bil-għan li jevitaw li persuni li ġew ikkundannati, anke b'mod mhux definittiv għal dawn ir-reati, ma jitħallewx joħorġu bħala kandidati; jitlob lill-Istati Membri jistabbilixxu regoli simili għall-elezzjonijiet nazzjonali u lokali;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni tfassal linji gwida ċari u proposti leġiżlattivi adegwati li jipprevjenu li kumpaniji marbuta mal-kriminalità organizzata u l-mafji jieħdu sehem fil-ġestjoni ta' sejħiet għal offerti pubbliċi u fl-akkwist pubbliku; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw t-traċċabilità tal-flussi finanzjarji b'konnessjoni ma' kuntratti pubbliċi tax-xogħlijiet, tas-servizzi u tal-provvista u jevalwaw l-introduzzjoni ta' regoli biex jikkastigaw l-ostruzzjoni tal-proċeduri amministrattivi ta' għażla għall-għoti ta' kuntratti minn awtoritajiet pubbliċi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18/KE jiġi applikat b'mod sħiħ u korrett, billi teskludi b'mod ġenerali l-mekkaniżmi ta' “awtotindif”, biex turi biċ-ċar li kundanni kontra kemm l-entitajiet legali kif ukoll kontra l-persuni fiżiċi iwasslu għall-esklużjoni u tiżgura li dawn ir-raġunijiet għall-esklużjoni huma permanenti jew għal perjodu raġonevoli aktar milli jkunu ristretti għall-perjodu tal-kundanna; jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposti li jistabbilixxu r-raġunijiet għall-esklużjoni minn proċeduri ta' akkwist pubbliku u l-prekawzjonijiet speċjali fir-rigward ta' nies li huma taħt investigazzjoni jew għaddejin minn prosekuzzjoni; jitlob li tkun estiża l-firxa ta' reati li jwasslu għall-esklużjoni ta' dawk ir-reati kollha mwettqa f'rabta mal-kriminalità organizzata u li tittieħed azzjoni biex jiġi evitat li l-leġiżlazzjoni rilevanti tiġi evaża permezz ta' prestanome u sostenituri; jitlob lill-Istati Membri jadottaw miżuri simili fir-rigward tat-tipi kollha ta' għajnuna kuntrattwali, ta' konċessjoni, tal-liċenzji u tal-istat, anke jekk dawn mhumiex koperti mil-leġiżlazzjoni tal-UE; jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa strumenti leġiżlattivi u operattivi xierqa għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE u għat-tfassil listi suwed biex tiġi evitata l-approprjazzjoni indebita tal-fondi pubbliċi fl-UE;

37.  Jilqa' l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, fenomenu spiss marbut mal-attivitajiet tal-kriminalità organizzata fil-forma tal-isfruttament tal-prostituzzjoni u x-xogħol, it-tneħħija tal-organi u t-tjassir; jenfasizza l-importanza estrema tal-implimentazzjoni rapida u effettiva ta' din id-Direttiva;

38.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jagħtu kunsiderazzjoni dovuta lill-fatt li l-kriminalità organizzata għadha għaddejja bl-attivitajiet u bl-interessi tagħha, li jinkludu mezzi ta' traffikar tad-droga, u qed jagħmlu ħilithom kollha biex jestendu s-suq globali tad-drogi illegali f'swieq ġodda u sustanzi ġodda;

39.  Jitlob lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-istituzzjonijiet finanzjarji għall-iżvilupp Ewropew kollha tal-Istati Membri biex itejbu l-politiki tagħhom dwar iċ-ċentri finanzjarji “offshore” u l-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx, partikolarment bl-adozzjoni ta' lista ta' ġurisdizzjonijiet li għandha tiġi kkontrollata b'iktar rigorożità b'referenza għal-lista sewda u l-lista griża tal-OKŻE u billi titwettaq “diliġenza dovuta” speċifika ta' kull pajjiż kif meħtieġ, filwaqt li tipprojbixxi kwalunkwe forma ta' appoġġ għall-intermedjarji finanzjarji fil-ġurisdizzjonijiet li huma meqjusa ta' riskju għoli u titlob li r-rilokazzjoni ta' kumpanniji reġistrati residenti f'ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx u ċentri finanzjarji “offshore” bħala prerekwiżit essenzjali għall-appoġġ finanzjarju ta' attivitajiet speċifiċi; jitlob lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom b'mod attiv biex jiżguraw l-implimentazzjoni tajba tal-40 rakkomandazzjoni tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja bl-adozzjoni ta' politiki speċifiċi għal kull istituzzjoni li jinkludu diliġenza dovuta msaħħa, partikolarment f'każijiet politikament sensittivi;

40.  Jenfasizza li l-kriminalità organizzata tuża teknoloġiji ta' komunikazzjoni u informazzjoni għal skopijiet illegali, għat-twettiq ta' reati li jinvolvu s-serq ta' identità, iċ-ċiberkriminalità, il-frodi, il-logħob tal-azzard illegali u l-manipulazzjoni ta' riżultati sportivi; jitlob, f'dan ir-rigward, għall-iżvilupp ta' qafas leġiżlattiv Ewropew koerenti; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jitolbu kemm jista' jkun mis-sħab internazzjonali biex jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni tal-2001 dwar iċ-Ċiberkriminalità; jenfasizza t-tendenza li l-organizzazzjonijiet kriminali jagħmlu aktar enfasi fuq opportunitajiet ta' ħasil tal-flus jew kriminalità finanzjarja li jistgħu jirriżultaw fi żvilupp mifrux dejjem ikbar tal-attivitajiet kriminali bbażati fuq l-internet;

41.  Jitlob lill-istituzzjonijiet Ewropej jagħtu sinjal ċar fil-livell tal-UE u fil-livell internazzjonali fil-ġlieda kontra t-tipi kollha ta' ħasil ta' flus bl-użu tas-swieq finanzjarji, b'mod partikolari bil-previżjoni ta' miżuri possibbli dwar il-kontroll tal-kapital, kif suġġerit riċentement mill-Fond Monetarju Internazzjonali innifsu; iħeġġeġ it-tnaqqis tal-pervażività tas-swieq finanzjarji fil-kuntest ta' operazzjonijiet fuq żmien qasir; jimponi żieda fit-trasparenza fil-qasam tal-użu ta' fondi pubbliċi, ibda minn dawk ta' appoġġ għall-iżvilupp tas-settur privat, u attakk u effikaċi kontra rifuġji fiskali bl-impożizzjoni ta' rappurtar finanzjarju pajjiż b'pajjiż fuq l-operaturi ekonomiċi multinazzjonali kollha; jippromwovi ftehim multilaterali dwar l-iskambju ta' informazzjoni fi kwistjonijiet fiskali u r-reviżjoni kontestwali tad-definizzjoni ta' rifuġju fiskali u l-elenku ta' dawn il-ġurisdizzjonijiet sigrieti; jistieden lill-Kummissjoni tfassal linji gwida dwar ir-rintraċċabilità tal-flus sabiex ikun iktar faċli li jiġu identifikati każijiet li jinvolvu l-ħasil tal-flus li joriġinaw minn attivitajiet illegali; jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-proposta leġiżlattiva tagħha li taġġorna d-Direttiva dwar il-Ħasil tal-Flus, biex tiġġeneralizza kemm jista' jkun il-kriminalizzazzjoni tal-ħasil tar-rikavati tal-kriminalità u tistabbilixxi bażi legali għall-ikbar firxa possibbli ta' poteri għall-investigazzjoni f'dan il-qasam; jitlob, f'dan ir-rigward, lill-Istati Membri kollha meħtieġa biex jikkriminalizza l-“awtoħasil”, jew il-ħasil ta' fondi illegali mill-persuna stess jew entità li kisbet dawk il-fondi b'mezzi illegali; jitlob ukoll lill-Kummissjoni, fil-proposta tagħha, tqis il-possibbiltà li testendi l-kriminalizzazzjoni tal-ħasil għal każijiet fejn min wettaq l-azzjoni kien jaf li l-assi inkwistjoni kienu r-rikavat tal-kriminalità;

42.  Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea ssegwi b'attenzjoni t-traspożizzjoni min-naħa tal-Istati Membri tad-direttiva tal-UE rigward il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali, sabiex din tkun effikaċi u f'waqtha; jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa strumenti innovattivi għall-prosekuzzjoni ta' dawk li jwettqu reati ambjentali li fihom il-kriminalità organizzata għandha rwol, pereżempju billi tressaq proposta għall-estensjoni fil-livell tal-UE tal-esperjenza pożittiva tal-Italja għar-reat ta' “attività organizzata għat-traffikar illegali tal-iskart”, klassifikat bħala reat li għandu impatt soċjali kbir (u għaldaqstant jiġi trattat mill-Bureau Distrettwali Kontra l-Mafja); jitlob għal azzjoni iktar b'saħħitha mill-uffiċċji tas-CITES u koordinazzjoni iktar mill-qrib fil-livell Ewropew bejn dawk l-uffiċċji fil-ġlieda kontra l-ittraffikar illegali ta' speċi ta' annimali u ta' pjanti li huma protetti u fil-periklu;

43.  Jitlob lill-Istati Membri tadotta approċċ proattiv għall-investigazzjoni ta' każijiet ta' estorsjoni, pereżempju permezz ta' inizjattivi u forom ta' appoġġ finanzjarju li jippermettu l-kwerelanti jkomplu l-attivitajiet kummerċjali tagħhom, flimkien mat-tnedija ta' investigazzjonijiet abbażi tax-xogħol ta' intelligence; jemmen li hu essenzjali li jissaħħu kemm ir-rwol tas-soċjetà ċivili kif ukoll tas-sħubija bejn is-soċjetà ċivili u s-sistema ġudizzjarja u tal-pulizija, u li dan għandu jitħeġġeġ; jistieden lill-Istati Membri jinkoraġġixxu l-iffirmar tal-memorandums ta' ftehim bejn il-pubbliku u l-kummerċjanti u l-intraprendisti li jilmentaw minn rikattar, sabiex dawn ikunu jistgħu jaħdmu minkejja d-diffikultajiet mistennija; jitlob lill-Kummissjoni, fil-proposta tagħha għal direttiva dwar il-konfiska tar-rikavati tal-kriminalità organizzata biex testendi l-miżuri kif irregolati fl-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2005/212/ĠAI għall-offiża ta' estorsjoni;

44.  Jitlob lill-Kummissjoni tinkorpora dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-rwol tal-kriminalità organizzata fil-qafas leġiżlattiv applikabbli għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni; japprova d-deċiżjonijiet stabbiliti fir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2009 dwar strateġija msaħħa għall-kooperazzjoni doganali, b'referenza partikolari għall-iżvilupp ta' forom ġodda ta' kooperazzjoni u tekniki ta' inveżtigazzjoni ġodda, l-adozzjoni ta' approċċ istituzzjonali bbażat fuq il-kooperazzjoni bejn is-servizzi doganali, il-pulizija u l-awtoritajiet kompetenti oħra, u t-titjib fil-proċess ta' kooperazzjoni eżistenti sabiex jiġi żviluppat approċċ effikaċi fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata transkonfinali u jippermetti l-konfiska ta' prodotti illegali fl-UE; isostni li l-ikbar enfasi possibbli għandha ssir fuq dawn l-aspetti fil-kuntest tal-adozzjoni u tal-implimentazzjoni tal-Ħames Pjan ta' Azzjoni għall-Kooperazzjoni għall-Infurzar tal-Liġi Doganali;

o
o   o

45.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti nazzjonali, lill-Europol, lill-Eurojust, lill-Bank Ewropew tal-Investiment, lill-Interpol u lill-UNODC.

(1) ĠU C 115, 4.5.2010, p. 1.
(2) ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42.
(3) ĠU L 68, 15.3.2005, p.49.
(4) ĠU L 332, 18.12.2007, p. 103.
(5) PE 410.678.
(6) http://www.europol.europa.eu/index.asp?page=publications&language=
(7) ĠU L 138, 4.6.2009, p. 14.
(8) http://www.eurojust.europa.eu/press_annual.htm
(9) ĠU L 348, 24.12.2008, p. 130.
(10) ĠU L 121, 15.05.2009, p. 37.
(11) ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60.
(12) ĠU C 197, 12.7.2000, p. 3.
(13) ĠU C 24, 23.1.1998, p. 1.
(14) ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1.
(15) 10330/2008.
(16) ĠU C 291E, 30.11.2006, p. 244.
(17) ĠU L 162, 20.6.2002, p. 1.
(18) PE 410.671.
(19) ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1.
(20) ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.
(21) ĠU L 309, 25.11.2005, p. 9.
(22) ĠU L 345, 8.12.2006, p. 1.
(23) ĠU L 192, 31.07.2003, p. 54.
(24) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.
(25) ĠU L 61, 3.3.1997, p.1.
(26) ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28.


Ir-4 Forum ta' Livell Għoli dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna
PDF 328kWORD 83k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar ir-4 Forum ta' Livell Għoli dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna (2011/2145(INI))
P7_TA(2011)0460A7-0313/2011

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Millennju tat-8 ta' Settembru 2000,

–  wara li kkunsidra l-Konsensus Ewropew dwar l-Iżvilupp tal-2005(1),

–  wara li kkunsidra l-Kodiċi ta' Kondotta tal-Unjoni Ewropea dwar il-Komplementarjetà u t-Tqassim tax-Xogħol fil-Politika tal-Iżvilupp(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Settembru 2006 dwar “Kooperazzjoni aktar u aħjar: il-pakkett għall-2006 dwar għajnuna effettiva tal-UE(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tat-22 ta' Mejju 2008 dwar “is-segwitu tad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi tal-2005 dwar l-Effettività tal-Għajnuna”(4),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tas-17 ta' Novembru 2009 tal-Kunsill “Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni” dwar Qafas Operattiv dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna“(5),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-14 ta' Ġunju 2010 tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin (Ministri għall-Iżvilupp) dwar id-Diviżjoni tax-Xogħol fost diversi pajjiżi biż-żieda jew is-sostituzzjoni ta' ċertu numru ta' elementi(6),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tad-9 ta' Diċembru 2010 tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin (Ministri għall-Iżvilupp) dwar Responsabilità u Trasparenza Reċiproċi: ir-Raba' Kapitolu għall-Qafas Operattiv tal-UE dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna(7),

–  wara li kkusidra t-test konsolidat dwar il-Qafas Operattiv tal-UE dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-11 ta' Jannar 2011(8),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Budapest dwar ir-Raba' Forum ta' Livell Għoli dwar l-Effettività tal-Għajnuna ta' Busan, Korea t'Isfel (2011), adottata fil-21 Assemblea Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE f'Budapest,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Dili tal-10 ta' April 2010 dwar il-bini tal-paċi u t-tisħiħ tal-Istat,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Bogotá tas-26 ta' Marzu 2010 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Aġenda ta' Accra għall-Azzjoni (AAA) fil-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tan-Nofsinhar,

–  wara li kkunsidra l-Kunsens ta' Tuneż “Nimmiraw lejn Żvilulpp Effikaċi” tal-4 -5 ta' Novembru 2010 dwar l-aġenda Afrikana għall-iżvilupp effikaċi,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Għajnuna fl-Iżvilupp (DAC – Kumitat għall-Għajnuna fl-Iżvilupp) tal-OECD bl-isem “L-Effikaċja tal-Għajnuna: rapport ta' progress dwar l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi”, ta' Ġunju 2009,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni bl-isem “: Benefits of a European Approach” ta' Ottubru 2009(9),

–  wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza Bejn is-Sessi u l-Għoti tas-Setgħa lin-Nisa fl-Iżvilupp 2010-2015 (SEC(2010)0265) u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2010 dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju li japprovaw il-Pjan ta' Azzjoni rilevanti tal-UE,

–  wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Kummissjoni bl-isem “Joint Multi-annual Programming” ta' Marzu 2011(10),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Intejbu r-Responsabbiltà tal-UE fil-Qasam tal-Finanzjament għall-Iżvilupp lejn ir-Reviżjoni minn Pari tal-UE tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp”, ta'April 2011 (COM(2011)0218),

–  wara li kkunsidra l-inizjattiva llanċjata milll-Kummissjoni Ewropea f'Marzu 2010 bl-isem “Djalogu Strutturat: għal sħubija effikaċi għall-Iżvilupp” bil-ħsieb li jinstabu mezzi prattiċi biex tittejjeb l-effikaċja tal-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-awtoritajiet lokali fil-kooperazzjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra “Ir-Rapport Finali dwar l-Evalwazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi: it-2 Fażi”, li ġie ppubblikat f'Mejju 2011,

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2007 dwar l-awtoritajiet lokali u l-koperazzjoni għall-iżvilupp(11),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0313/2011),

A.  billi r-Raba' Forum ta' Livell Għoli (Forum ta' Livell Għoli-4) dwar l-Effettività tal-Għajnuna għandu jiddefinixxi l-impenji futuri dwar għajnuna għall-iżvilupp aktar effikaċi u billi se jikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' struttura ġdida tal-għajnuna internazzjonali biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDG) sal-2015 u wara;

B.  billi l-prinċipji tad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi (DP) jiffokaw primarjament fuq il-mekkaniżmi tal-għoti ta' għajnuna aktar milli fuq l-iżvilupp ta' politiki ta' żvilupp effikaċi; billi l-Aġenda ta' Accra għall-Azzjoni dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna ġie ostakolat minn diversi fatturi, fosthom il-kriżi finanzjarja, it-tnaqqis tal-livell ta' ħlasijiet ta' għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA), il-bidla fil-politika ta' ċerti donaturi ta' fondi, li jesiġu aktar riżultati fi żmien qasir, kif ukoll mill-fatt li daħlu donaturi ġodda pubbliċi u privati li ma jagħmlux parti mill-DAC u li l-approċċ tagħhom mhuwiex ibbażat fuq l-istandards konsenswali tal-kooperazzjoni;

C.  billi parti dejjem tikber mit-total tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) ġejja minn pajjiżi emerġenti li mhumiex membri tal-OKŻE;

D.  billi l-aħħar istudji ta' sorveljanza u evalwazzjoni urew li l-pajjiżi riċevituri ħadmu aktar mill-pajjiżi donaturi sabiex jimplimentaw l-impenji li jinsabu fid-DP u l-AAA;

E.  billi l-konferenzi ta' livell għoli li saru fil-passat naqsu milli jagħmlu l-pressjoni politika meħtieġa jew qafas vinkolanti legali u għaldaqstant l-implimentazzjoni tad-DP ma ġabitx magħha t-tnaqqis mistenni tal-frammentazzjoni tal-għajnuna, filwaqt li għad hemm wisq operazzjonijiet fejn hemm nuqqas ta' trasparenza, pereżempju f'dak li jirrigwarda l-kondizzjonalità;

F.  billi t-trasparenza u r-responsabilità huma kondizzjonijiet fundamentali għall-effikaċja tal-għajnuna mhux biss bejn il-gvernijiet donaturi u riċevituri, iżda anke bejn l-Istat u s-soċjetà; billi, fl-Aġenda ta' Accra għall-Azzjoni, id-donaturi u l-pajjiżi sħab qablu li joħorġu informazzjoni dettaljata f'waqtha dwar il-flussi tal-għajnuna attwali u futuri bil-għan li l-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw ikunu jistgħu jħejju l-baġit tagħhom u jivverifikaw il-kontijiet tagħhom b'mod aktar preċiż; billi, bl-istess mod, tibqa' ta' importanza primarja li l-pajjiżi donaturi jappoġġjaw it-tisħiħ tal-istituzzjoni tal-parlament kif ukoll l-involviment tal-awtoritajiet lokali u l-Organizzazzjoni tas-Soċjetà Ċivili sabiex jankraw fis-sod il-politika ta' żvilupp fil-proċess demokratiku;

G.  billi l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jikkontribwixxu għal iktar min-nofs tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) fil-livell dinji u billi għaldaqstant għandhom rwol importanti fil-programm dwar l-effikaċja tal-għajnuna;

H.  billi, fil-perspettiva tar-Raba' Forum, huwa importanti li l-pajjiżi donaturi jiġu mfakkra dwar l-impenn tagħhom li jallokaw 0.7% tal-PNG/DNG tagħhom għall-għajnuna għall-iżvilupp sal-2015, li jinkludu element importanti rigward l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki u l-prattiki kollha fil-qafas tar-relazzjonijiet tagħhom mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li jiddefinixxu b'mod aktar strett l-ODA u li jirrispettaw il-prinċpji, li għadhom jgħoddu, tal-Aġenda ta' Accra għall-Azzjoni, u billi hemm il-bżonn li mmorru lil hinn mill-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp sabiex jiġu stabbiliti sħubiji ta' żvilupp biex jappoġġjaw it-tiswir ta' viżjoni tal-żvilupp li toħroġ mill-pajjiżi stess u li tkun misjuqa minnhom;

I.  billi s-sitwazzjoni tal-għajnuna għall-iżvilupp qiegħda dejjem tinbidel u billi t-tfaċċar ta' donaturi ġodda għandha tiġi riflessa aħjar fil-mekkaniżmi tal-effikaċja tal-għajnuna;

J.  billi l-forom kollha tal-finanzjamanet għall-iżvilupp, inklużi l-mekkaniżmi innovattivi għall-iffinanzjar, bħalma hija t-taxxa fuq it-tranżizzjonijiet finanzjarji jew il-fondi globali għall-ffinanzjament tas-saħħa u tal-edukazzjoni, għandhom jinkorporaw u japplikaw il-prinċipji tad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi;

K.  billi l-Kunsens ta' Tuneż dwar it-tfassil ta' aġenda Afrikana għall-iżvilupp jitlob li l-attenzjoni ma tibqax tiġi ffukata aktar strettament fuq l-effikaċja tal-għajnuna iżda b'mod aktar wiesa' fuq l-aġenda għall-effikaċja tal-iżvulupp; billi s-sitt elementi li ġew identifikati bħala indispensabbli għall-Afrika għall-finijiet tal-effikaċja tal-iżvilupp huma: il-bini ta' stati kapaċi; l-iżvilupp ta' responsabilità demokratika; il-promozzjoni ta' kooperazzoni bejn il-pajjiżi ta' Nofsinhar-Nofsinhar; naħsbu u naġixxu b'mod reġjonali, it-tħaddin ta' msieħba ġodda għall-iżvilupp, u li tingħeleb id-dipendenza fuq l-għajnuna;

1.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-Unjoni jkollha pożizzjoni ambizzjuża fil-Forum ta' Livell Għoli-4, bil-għan li tagħti kontribut sostanzjali biex l-impenji għall-effikaċja tal-għajnuna jiġu approfonditi u implimentati; jittama, minħabba l-importanza tal-effikaċja tal-għajnuna għat-titjib fil-kwalità tal-ħajja u t-tnaqqis tal-faqar fil-pajjiżi riċevituri u għall-ilħiq tal-MDG, li jkun hemm rappreżentanza ta' livell għoli tal-Unjoni f'Busan;

2.  Ifakkar li waħda mill-kondizzjonijiet bażiċi biex jitwettqu l-objettivi ta' “l-aġenda tal-effikaċja tal-għajnuna” hija t-tħaddin b'mod sħiħ tal-prinċipju tar-responsabilità demokratika, li jimplilka li l-istrateġiji ta' żvilupp jiġu misjuqa mill-pajjiżi nfushom u jirriflettu l-impenn min-naħa tal-partijiet ikkonċernati nazzjonali kollha;

3.  josserva li l-gvernijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw ma tawx spazju lill-parlament u s-soċjetà ċivili tagħhom għall-flessibilità meħtieġa sabiex ikollhom sjieda ġenwima; iħeġġeġ lill-Unjoni ssaħħaħ l-impenji li jinsabu fid-dikjarazzjoni ta' Pariġi u l-Aġenda ta' Accra għall-Azzjoni filwaqt li jinkoraġġixxi r-responsabilità demokratika tal-politiki, il-proġetti u l-miżuri ta' żvilupp bis-saħħa ta' impenn totali lejn il-parteċipanti kollha tal-iżvilupp u l-obbligu li jingħataw rendikont;

4.  Huwa tal-fehma li l-Forum ta' Livell Għoli-4 ikun ta' suċċess jekk iwassal għal impenn kbir favur l-effikaċja fl-għajnuna, li jissarraf f'għanijiet ċari u miżurabbli, flimkien ma' kalendarji preċiżi għat-twettiq tagħhom; konxju min-nuqqas ta' implimentazzjoni tad-DP u l-AAA, jenfasizza l-importanza tal-iżvilupp ta' “responsabilità” b'approċċ minn isfel għal fuq, ta' non-frammentazzjoni tal-għajnuna, kif ukoll it-twaqqif ta' mekkaniżmi ta' infurzar ta' segwitu b'saħħithom, effettivi u indipendenti, filwaqt li jinvolvu l-parlamenti u s-soċjetà ċivili kemm fil-livell nazzjonali u internazzjonali; huwa tal-fehma li, jekk l-għajnuna trid tkun effettiva għandha tikkunsidra u tevalwa f'termini tal-kontribuzzjoni konkreta tagħha lejn il-kisba tal-għanijiet tal-iżvilupp u mhux biss f'terminu tal-mezzi;

5.  Ifakkar li l-effikaċja tal-għajnuna timplika li l-pajjiżi foqra jkunu jistgħu jimmobilizzaw id-dħul intern; għalhekk, iħeġġeġ bis-sħiħ għal darb'oħra lill-UE biex tagħmel il-ġlieda tagħha kontra l-pajjiżi li joffru kenn mit-taxxi u kontra l-evażjoni fiskali l-akbar prijorità tagħha, filwaqt li tippromwovi sorsi alternattivi ta' finanzi għall-iżvilupp, jiġifieri permezz tat-twaqqif ta' Taxxa fuq it-Tranżizzjonijiet Finanzjarji; bl-istess mod, iħeġġeġ lill-Unjoni żżid l-appoġġ tagħha lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fir-riformi fiskali bl-għan li jingħata appoġġ għal sistemi fiskali effettivi, effikaċi, ġusti u sostenibbli, li għandhom iwasslu għal tnaqqis fil-faqar u fid-dipendenza fuq l-għajnuna;

6.  Jistieden lill-pajjiżi donaturi u l-pajjiżi benefiċjarji biex jieħdu miżuri b'mod immedjat biex jonoraw l-impenji tad-DP u tal-AAA, li huma ostakolati biss mir-rieda politika u mill-burokrazija u l-ispejjeż għolja tat-tranżazzjonijiet, pereżempju f'dak li jirrigwarda n-nonkondizzjonalità tal-għajnuna, il-prevedibilità tal-għajnuna, il-kondizzjonalità u t-trasparenza; u jenfasizza b'mod partikolari l-bżonn li jitqiegħed fil-prattika l-impenn ta' AAA li jintużaw sistemi tal-pajjiżi bħala l-ewwel għażla mid-donaturi fil-kooperazzjoni bilaterali minn gvern għal gvern u li tiġi indirizzata n-natura imprevidibbli tal-flussi tal-għajnuna; barra minn dan, jitlob bis-sħiħ lill-pajjiżi donaturi sabiex jagħtu privileġġ lis-swieq pubbliċi lokali u reġjonali;

7.  Ifakkar fl-irwol tal-għajnuna bħala stimulant tat-tkabbir inklussiv u fit-tul sabiex jitnaqqsu l-faqar u d-dipendenza fuq l-għajnuna u sabiex jitrawwem il-ħolqien tax-xogħol, li tikkunsidra l-ispeċifiċitajiet ta' kull pajjiż filwaqt li tiżgura t-tisħiħ tal-effikaċja tal-għajnuna fil-pajjiżi li l-aktar għandhom bżonnha; jinnota wkoll li l-għajnuna għandha titqies bħala miżura temporanja bl-għan li trawwem tkabbir awtonomu fit-tul fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u mhux bħala soluzzjoni fuq medda twila ta' żmien;

8 Jenfasizza li dan it-tkabbir huwa ostakolat minn prattiki ta' akkwist tad-donaturi li ma jqisux l-ekonomija lokali; iħeġġeġ bis-sħiħ għalhekk lid-donaturi jagħti preferenza lill-akkwist lokali u reġjonali, u b'hekk isaħħu l-kapaċitajiet ekonomiċi lokali;

9.  Jirrimarka li l-għajnuna għall-iżvilupp fiha nnifisha mhijiex biżżejjed biex jinqered il-faqar u li għandhom jiġu indirizzati l-kawżi u mhux is-sintomi; jenfasizza l-bżonn ta' għajnuna iktar effettiva bħala parti mill-proċess ta' żvilupp li jfittex li, fil-pajjiżi riċevituri, joħloq ekonomija b'saħħithom u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, fejn l-aċċess għas-servizzi soċjali bażiċi jiġi garantit għal kulħadd u, fl-aħħar mill-aħħar, titnaqqas id-dipendenza fuq l-għajnuna; jenfasizza f'dan ir-rigward l-importanza li tinħoloq klima li twassal għal ħolqien ta' xogħol diċenti għall-intraprenditorija u l-innovazzjoni fil-pajjiżi riċevituri; iħeġġeġ lid-donaturi jisfruttaw il-kapaċitajiet ekonomiċi lokali bħala prijorità u jieħdu passi attivi biex isaħħuhom;

10.  Jitlob għal aktar koordinazzjoni internazzjonali fid-distribuzzjoni tal-għajnuna bejn il-pajjiżi sabiex tiġi indirizzata l-problema ta' dawk “ippreferuti għall-għajnuna” u l-“orfni tal-għajnuna”; Jenfasizza li l-mira għaż-żieda tal-impatt tal-għajnuna u l-kisba ta' aktar riżultati/valur għall-flus m'għandux iwassal għal politika ta' żvilupp li tmur kontra r-riskju u li tiffoka biss fuq il-“pajjiżi faċli”; Jinsisti li l-qerda tal-faqar u l-bżonnijiet għandhom jibqgħu il-kriterji kruċjali għall-allokazzjoni tal-għajnuna tal-UE għall-iżvilupp;

11.  enfasizza l-importanza ta' approċċ varjat għall-kwistjoni tal-effikaċja tal-għajnuna li jkun iqis is-sitwazzjoni u l-bżonnijiet speċifiċi tal-pajjiżi kkonċernati, (l-pajjiżi fraġli u l-inqas pajjiżi żviluppati) u l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom; Jenfasizza li, meta jitqies l-ammont kbir ta' stati fraħli u l-fatt li dawn jinsabu l-iktar imbiegħda mill-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp, billi jikkostitwixxu 75% tad-defiċit, huwa importanti li tingħata attenzjoni partikolari lil din il-kwistjoni;

12.  Jenfasizza li l-involviment tal-awtoritajiet lokali u l-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Civili (CSOs) fil-politiki tal-iżvilupp huwa indispensabbli sabiex jinkisbu l-MDGs u tiġi ggarantita tmexxija tajba; iqis li minkejja r-rikonoxximent tagħhom fl-AAA bħala “parteċipanti tal-iżvilupp fihom innfushom”, ħafna CSOs qed jaffaċċjaw politiki u prassi li qed jimminaw ir-rwol tagħhom bħala parteċipanti tal-iżvilupp; f'sens usa“, jistieden lid-donaturi u lill-pajjiżi sħab biex jagħmlu enfasi fuq il-bżonn ta' rikonoxximent akbar tal-parteċipazzjoni tal-parlamenti, tal-awtoritajiet lokali u tas-soċjetà ċivili, kif ukoll ta' użu aktar trasparenti tas-sistemi nazzjonali;

13.  Jinnota li l-għajnuna finanzjarja mhijiex fiha nnifisha biżżejjed biex tiggarantixxi żvilupp sostenibbli u li l-gvern lokali u s-settur privat domestiku għandhom ikollhom parti importanti fl-implimentazzjoni ta' proġetti relatati mal-MDG; jisħaq dwar ir-rwol li għandhom l-impriżi privati, bħall-impriżi żgħar u ta' daqs medju, fil-ħolqien tal-ġid u r-responsabilità ta' Stati sabiex jiggarantixxu stabilità u stat tad-dritt; jisħaq, f'dan ir-rigward, l-importanza ta' governanza tajba fil-pajjiżi riċevituri;

14.  Jenfasizza li l-indikaturi ta' tmexxija tajba, li wħud minnhom għadhom ikkontestati ħafna, għandhom ikunu wkoll suġġett għal dibattitu, fid-dawl tal-utilità tagħhom biex tiġi ddeterminata l-kwalità tal-approċċi parteċipattivi meħtieġa għal responsabilità demokratika;

15.  Jistieden lill-gvernijiet sħab biex jirrispettaw u jżidu l-isforzi għad-deċentralizzazzjoni (politika, amministrattiva u fiskali) u biex isaħħu l-koordinazzjoni bejn il-proċessi lokali u nazzjonali ta' ppjannar tal-iżvilupp, li jikkontribwixxu għall-kumplimentarjetà u l-ispeċjalizzazzjoni u filwaqt li tiġi rispettata l-awtonomija lokali;

16.  Jistieden lill-pajjiżi donaturi biex jikkoordinaw aħjar u jarmonizzaw l-azzjonijiet tagħhom kif ukoll biex jissimplifikaw il-proċeduri tagħhom u sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni mill-qrib mad-donaturi privati;

17.  Iħeġġeġ li tiġi nkoraġġuta u promossa kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar u kooperazzjoni triangolari bħala forom ta' għajnuna li jgħinu fit-titjib tal-kwalità u tal-effikaċja, tal-iskambju tal-għarfien u tal-bini tal-kapaċità;

18.  Ifakkar li l-gvernijiet kollha - donaturi u riċevituri - jkunu marbuta bl-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem; jisħaq li dawn l-impenji u r-responsabilità lejn il-liġi tad-drittijiet internazzjonali f'dak li jirrigwarda d-drittijiet tal-bniedem huma ċentrali sabiex jitwettqu l-objettivi tal-iżvilupp; għaldaqstant, iħeġġeġ bis-sħiħ lill-Unjoni tikkommetti f'Busan sabiex tintroduċi miżuri vinkolanti li bihom tiżgura li l-għajnuna mogħtija hija konformi mal-konvenzjonijiet relattivi mad-drittijiet tal-bniedem;

19.  Jenfasizza l-importanza li jinstab bilanċ bejn l-issodisfar ta' ċertu kundizzjonijiet politiċi u fiskali u l-approċċi bbażati fuq l-indikaturi tal-prestazzjoni biex jiġi evitat li r-rekwiżiti stretti, dawk politiċi u dawk relatati mal-prestazzjoni, jiskoraġġixxu lill-gvernijiet tal-pajjiżi sħab milli jimplimentaw il-politiki tagħhom jew jesperimentaw approċċi ġodda aktar riskjużi, u minflok jippreferu jsegwu l-istruzzjonijiet tad-donaturi;

20.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta tal-Unjoni Ewropea dwar it-Tqassim tax-Xogħol fil-Politika dwar l-Iżvilupp u jenfasizza li, sa issa, il-prinċipji tagħha ma ġewx applikati b'mod sħiħ kawża tan-nuqqas ta' rieda politika, ħaġa li ma tippermettix li l-għajnuna Ewropea tintuża bl-aħjar mod, kif ukoll ma tagħtix il-possibilità lill-Unjoni biex din ikollha rwol ta' forza motriċi fit-tqassim tax-xogħol fil-kuntest tar-raba' Forum;

21.  Jitlob lill-Unjoni Ewropea biex tħaffef l-inizjattiva “Fast Track” dwar it-tqassim tax-xogħol, b'mod partikolari fl-implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni tas-setturi, permezz ta' proċess ta' riorganizzazzjoni u programmazzjoni konġunta, kif ukoll biex tippromwovi l-użu tas-sistemi nazzjonali sabiex tirrispetta l-impenn meħud fl-ambitu tad-DP li tirrikorri iktar għal metodi ta' twassil tal-għajnuna bbażati fuq is-sjieda, b'mod partikolari permezz tal-appoġġ baġitarju;

22.  Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni, kif deskritta fil-Green Paper dwar l-appoġġ baġitarju, li l-għan prinċipali tagħha huwa li tippromwovi l-iżvilupp lokali fil-pajjiżi riċevituri, u jitlob li l-kriterji li jirregolaw l-eliġibbiltà għall-appoġġ baġitarju jkunu aktar stretti sabiex jiġi evitat it-tbegħid mill-approċċi miftehma u l-użu ħażin ta' din it-tip ta' għajnuna, filwaqt li tingħata l-attenzjoni xierqa ta' fatturi bħar-rata tal-indiċi ta' korruzzjoni ta' pajjiż;

23.  Jenfasizza l-irwol ewlieni tal-parlamenti nazzjonali fl-ambitu tal-istruttura l-ġdida tal-għajnuna u jfakkar il-ħtieġa li tingħatalhom għajnuna biex isaħħu l-kapaċitajiet leġiżlattivi tagħhom u biex jippromwovu l-bidliet indispensabbli sabiex ikunu jistgħu jeżaminaw l-ispejjeż kollha li jikkonċernaw l-iżvilupp;

24.  Jitlob li l-parlamenti nazzjonali jadottaw id-Dokumenti Strateġiċi tal-Pajjiż u l-baġit annwali filwaqt li jikkonsultaw is-soċjetà ċivili u lill-awtoritajiet lokali qabel id-djalogu politiku mad-donaturi, sabiex il-kontroll demokratiku jingħata s-setgħa kollha tiegħu;

25.  Ifakkar, f'dan ir-rigward, l-impenn li ttieħed fil-qafas operazzjonali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-effettività tal-għajnuna(12), li għandu l-għan li jippermetti li l-għajnuna finanzjarja pprovduta mid-donaturi tal-Unjoni tiġi soġġetta għal kontroll demokratiku fl-ambitu tal-proċessi tal-pajjiżi sħab;

26.  Jiġbed l-attenzjoni dwar ir-rwol importanti li għandhom l-istituzzjonijiet supremi tal-verifika li jgħinu l-parlamenti nazzjonali fit-twettiq tal-kompitu tagħhom ta' skrutinju tal-ispejjeż marbuta mal-iżvilupp u li jippromwovu l-effikaċja tal-għajnuna;

27.  Ifakkar ir-riskju li l-effettività tal-għajnuna ssir kwistjoni teknika ħafna; jenfasizza l-ħtieġa li wieħed jinsisti iktar dwar l-indikaturi relatati mal-impatt tal-għajnuna fuq l-iżvilupp u dwar il-mod kif din tikkontribwixxi b'mod effettiv għall-eliminazzjoni tal-faqar, li tiġi promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tnaqqis fl-inugwaljanzi u l-ħolqien tal-ġid; huwa tal-fehma li s-sħubija iktar mill-qrib bejn l-atturi pubbliċi u privati fil-qasam tal-iżvilupp u l-integrazzjoni tar-rispons dwar l-applikazzjoni tal-impenji tad-DP u tal-AAA għandhom jikkontribwixxu għat-titjib tal-programm dwar l-effettività tal-għajnuna;

28.  Jitlob lill-Unjoni tirrevedi l-politiki tagħha fil-qasam tat-tqassim tax-xogħol sabiex tiżgura li l-kwistjonijiet trasversali, bħad-drittijiet tal-bniedem, l-inklużjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, iċ-ċittadinanza jew il-bidla fil-klima, ma jiġux injorati;

29.  Jenfasizza li t-trasparenza tal-għajnuna hija importanti sabiex tiġi żgurata kemm l-appartenenza u l-effettività tal-għajnuna; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jadottaw pożizzjoni ambizzjuża dwar it-trasparenza tal-għajnuna billi tippromwovi fil-livell internazzjonali l-użu ta' mekkaniżmi li għandhom l-għan jistabbilixxu standards globali, bħall-Inizjattiva Internazzjonali tat-Trasparenza tal-Għajnuna (IATI); jistieden lill-Istati Membri li ghandhom ma ffirmawx u implimentawx l-IATI sabiex jagħmlu dan;

30.  Jenfasizza l-importanza li jiġu vvalutati biċ-ċar ir-riskji possibbli ta' parteċipazzjoni dejjem akbar tas-settur privat, u għalhekk għandhom jiġu ddefiniti kriterji ċari għall-appoġġ ta' proġetti fis-settur privat flimkien ma' mekkaniżmi ta' valutazzjoni tal-impatt b'saħħithom li għandhom jiġu żviluppati biex jiżguraw li l-investiment tas-settur privat jkun sostenibbli, bi qbil mal-għanijiet ta' żvilupp internazzjonali miftehma, u li dan jwassalx li nmorru lura lura għall-irbit tal-għajnuna;

31.  Iqis li l-ugwaljanza bejn is-sessi hija prijorità fit-tfassil tal-politiki ta' żvilupp u konsegwentement jitlob għall-ugwaljanza bejn is-sessi sabiex tiġi integrata bis-sħiħ fl-aġenda tal-effikaċja tal-għajnuna u sabiex l-organizzazzjonijiet tan-nisa jipparteċipaw fil-proċessi kollha ta' żvilupp;

32.  Jisħaq li l-Forum ta' Livell Għoli-4 għandu jwitti t-triq għal sħubija globali aktar inklusiva għall-iżvilupp billi jinvolvi d-donaturi emerġenti aktar mill-qrib, partikularment dawk il-pajjiżi li l-approċċ tagħhom mhuwiex immexxi minn standards globali tal-effikaċja tal-għajnuna; Jistieden lill-UE jkollha rwol ewlieni f'dan ir-rigward sabiex tiżgura li l-għajnuna minn tali pajjiżi hija konformi mal-prinċipji internazzjonali stabbiliti f'termini ta' assistenza ta' żvilupp uffiċjali; huwa tal-fehma li dan ma għandux iwassal għal tnaqqis fl-effikaċja tal-għajnuna u fil-prinċipji bażiċi li jsostnuha;

33.  Huwa tal-fehma li, fil-kunsiderazzjoni tal-irwol tiegħu ta' kontroll demokratiku, il-Parlament Ewropew għandu jkompli jkun involut fid-definizzjoni mill-ġdid li għaddejja tal-programm dwar l-effettività tal-għajnuna, inkluż permezz ta' parteċipazzjoni adegwata fil-laqgħa ta' Busan;

34.  Jistieden lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha sabiex ikomplu joqgħodu attenti għall-kwalità ta' għajnuna u sabiex jippromwovu aġenda internazzjonali li tiffoka fuq l-iżvilupp;

35.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 46 24.2.2006, p. 1.
(2) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 9558/07, 15.5.2007.
(3) ĠU C 306E 15.12.2006, p. 373.
(4) ĠU C 279E 19.11.2009, p. 100.
(5) Dok. 15912/09.
(6) Dok. 11081/10.
(7) Dok. 17769/10.
(8) Dok. 18239/10.
(9) Proġett Nru 2008/170204 - Verżjoni 1.
(10) Proġett Nru 2010/250763 - Verżjoni 1.
(11) ĠU C 301E tat-13.12.2007, p.249.
(12) Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, test ikkonsolidat 18239/10.

Avviż legali - Politika tal-privatezza