Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità favur l-Istrateġija UE 2020 u l-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-punt 27 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajbat (COM(2011)0373 – C7-0164/2011 – 2011/2126(BUD))
– wara li kkunsidra l-Abbozz tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2011)0300), ippreżentat mill-Kummissjoni fl-20 ta' April 2011,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0373 - C7-0164/2011),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1) (l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikolari l-punt 27 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu adottata fis-26 ta' Ottubru 2011 dwar l-abbozz ġenerali tal-baġit tal-2012(2),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet konġunti dwar il-baġit 2012 adottati fid-19 ta' Novembru 2011,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0353/2011),
A. billi l-livelli massimi tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali, speċjalment għas-subintestatura 1a u l-intestatura 4, ma jippermettux il-finanzjament ta' prijoritajiet tal-Unjoni bla ma jkunu pperikolati l-istrumenti u l-politiki eżistenti,
B. billi l-Kummissjoni kienet pproponiet fl-ittra ta' emenda Nru 1/2012 li timmobilizza l-Istrument ta' Flessibilità biex tpatti għat-tisħiħ tal-Politika Ewropea tal-Viċinat taħt l-intestatura 4 għall-ammont ta' EUR 153 343 576,
C. billi l-kumitat ta' konċiljazzjoni msejjaħ għall-baġit 2012 approva l-mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità għal ammont totali ta' EUR 200 miljun lil hinn mil-limiti massimi tas-subintestatura 1a u l-intestatura 4;
1. Jirrimarka li, minkejja rinfurzar ristrett f'impenji fuq għadd limitat ta' punti tal-baġit u tnaqqis varju ta' punti oħra tal-baġit, il-limiti massimi tas-subintestatura 1a u tal-intestatura 4 ma jippermettux finanzjament adegwat tal-prijoritajiet magħżula mill-Parlament u l-Kunsill;
2. Jaqbel, għalhekk, mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-iffinanzjar tal-Istrateġija ta' UE 2020 skont is-subintestatura 1a, u l-iffinanzjar tal-Politika Ewropea tal-Viċinat taħt l-intestatura 4 għall-ammont totali ta' EUR 200 miljun;;
3. Itenni li l-mobilizzazzjoi tal-Istrument tal-Flessibilità, kif previst fil-punt 27 tal-IIA tas-17 ta' Mejju 2006, għal darb' oħra jenfasizza l-ħtieġa kruċjali li l-baġit tal-Unjoni jkun aktar flessibbli;
4. Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
5. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
6. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2012/3/UE.)
– wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (17470/2011 ADD 1, 2, 3, 4, 5 – C7-0446/2011) u d-dikjarazzjonijiet tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2011 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 kif modifikat mill-Kunsill – it-taqsimiet kollha(1) u l-emendi baġitarji li jinsabu fiha,
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, adottat mill-Kummissjoni fl-20 ta' April 2011 (COM(2011)0300),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea adottata mill-Kunsill fil-25 ta' Lulju 2011 (13110/2011),
– wara li kkunsidra l-Ittri ta' Emenda Nru 1/2012, 2/2012 u 3/2012 għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 ippreżentati mill-Kummissjoni fis-17 ta' Ġunju 2011, fis-16 ta' Settembru 2011 u fil-25 ta' Ottubru 2011 rispettivament,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej(2),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(4),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 75d u 75e tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tal-Parlament tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A7-0414/2011),
1. Japprova t-test konġunt maqbul mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, li jikkonsisti fid-dokumenti li ġejjin meħuda flimkien:
–
lista tal-linji baġitarji li ma ġewx immodifikati, meta mqabbla mal-abbozz ta' baġit jew mal-pożizzjoni tal-Kunsill;
–
ċifri sommarji skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali;
–
iċ-ċifri linja b'linja għall-partiti baġitarji kollha;
–
dokument konsolidat li juri ċ-ċifri u t-test aħħari tal-linji kollha modifikati matul il-konċiljazzjoni;
2. Jikkonferma d-dikjarazzjonijiet konġunti tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni inklużi fil-konklużjonijiet konġunti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;
3. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra kkonċernati kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
ANNESS
19.11.2011
Baġit 2012 – Konklużjonijiet konġunti
Dawn il-konklużjonijiet konġunti jkopru tliet taqsimiet:
1.
Baġit 2012
2.
Baġit 2011 – Baġit Emendatorju 6/2011
3.
Dikjarazzjonijiet konġunti
1.Baġit 2012
1.1.Linji “magħluqa”
Sakemm ma jingħadx mod ieħor hawn isfel f'dawn il-konklużjonijiet, il-linji baġitarji kollha mhux emendati jew mill-Kunsill jew mill-Parlament, u dawk li għalihom il-Parlament aċċetta l-emendi tal-Kunsill matul il-qari rispettiv tagħhom huma kkonfermati.
Għall-partiti baġitarji l-oħra, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni wasal għall-konklużjonijiet li ġejjin:
1.2.Kwistjonijiet orizzontali
Aġenziji Deċentralizzati
Il-kontribut totali tal-UE fl-2012 (li jikkonsisti f'approprjazzjonijiet li għandhom jiddaħħlu fil-baġit 2012 u d-dħul assenjat disponibbli, f'approprjazzjonijiet għall-impenji u f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet) għall-aġenziji deċentralizzati qed jitnaqqas b'1% meta mqabbel mal-Abbozz ta' Baġit (AB) kif emendat bl-Ittra ta' Emenda 3/2012. Madankollu, il-kontribuzzjoni totali tal-UE (f'approprjazzjonijiet għall-impenji u f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet) hija stabbilita fil-livell tal-AB għall-FRONTEX (Titolu 1 u 2), għall-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil (EASO), għall-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), għall-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX) u għall-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS). Għall-Frontex Titolu 3, ara l-intestatura 3a fit-taqsima 1.3 hawn isfel.
Meta mqabbel mal-Abbozz ta' Baġit tal-Kummissjoni, dan iwassal għal tnaqqis globali ta' EUR 6,1 miljun fil-kontribuzzjoni tal-UE għall-aġenziji deċentralizzati li ġejjin, kif muri fit-tabella hawn isfel:
f'miljuni ta' EUR
Linja baġitarja
Isem tal-aġenzija deċentralizzata
Kontribuzzjoni totali tal-UE fl-2012 (approprjazzjonijiet baġitarji u dħul assenjat): Approprjazzjonijiet għall-impenji
Baġit 2012
Ammont inizjali
Ammont rivedut
Tnaqqis fil-Baġit 2012
02 03 03
Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) – Kimiċi
p.m.
p.m.
p.m.
02 05 02
Aġenzija Ewropea GNSS (GSA)
10,600
10,494
- 0,106
04 04 03
Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (EUROFOUND)
20,590
20,384
- 0,206
04 04 04
Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA)
14,830
14,682
- 0,148
06 02 01
Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA)
35,214
34,862
- 0,352
06 02 02
Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA)
Li minnhom miżuri kontra t-tniġġis (06 02 02 03)
53,565
20,000
53,229
20,000
- 0,336
-
06 02 08
Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (ERA)
25,260
25,007
- 0,253
09 02 03
Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA)
8,420
8,336
- 0,084
09 02 04
Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi – Uffiċċju (BEREC)
4,336
4,293
- 0,043
15 02 25
Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP)
17,610
17,434
- 0,176
17 03 10
Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)
Li minnhom prodotti mediċinali orfni (17 03 10 03)
Aġenzija għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira
20,000
19,800
- 0,200
18 05 02
Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)
84,500
83,655
- 0,845
18 05 05
Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL)
8,536
8,451
- 0,085
18 05 11
Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA)
15,708
15,551
- 0,157
33 02 03
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)
20,400
20,196
- 0,204
33 03 02
EUROJUST
33,300
32,967
- 0,333
Subtotal
Intestatura 3a
- 1,824
17 03 03
Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)
57,300
56,727
- 0,573
17 03 07
Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)
77,122
76,351
- 0,771
Subtotal
Intestatura 3b
- 1,344
15 02 27
Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF)
20,247
20,045
- 0,202
Subtotal
Intestatura 4
- 0,202
31 01 09
Ċentru tat-Traduzzjoni
p.m.
p.m.
p.m.
Subtotal
Intestatura 5
p.m.
Total
Impatt nett
- 6,076
Fir-rigward tal-livell ta' approprjazzjonijiet li għandhom jiddaħħlu fil-baġit 2012, it-tnaqqis hawn fuq imsemmi għall-aġenziji individwali skont l-artikolu baġitarju se jinqasam skont il-partita baġitarja b'mod proporzjonat għall-piż fl-Abbozz ta' Baġit taż-żewġ partiti baġitarji kkonċernati (kontribuzzjoni għat-Titoli 1 u 2 u kontribuzzjoni għat-Titolu 3).
In-numru ta' karigi għall-aġenziji deċentralizzati kollha huwa stabbilit fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra ta' Emenda 3/2012.
Aġenziji eżekuttivi
Il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet għall-impenji u f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet) u n-numru ta' karigi għall-aġenziji eżekuttivi huma stabbiliti fil-livell propost fl-Abbozz ta' Baġit, bl-eċċezzjoni tal-linja “magħluqa” għall-kontribuzzjoni tal-UE għall-EACI mill-programm Marco Polo (06 01 04 32).
Proġetti Pilota/Azzjonijiet Preparatorji
Hemm qbil dwar pakkett komprensiv ta' 70 proġett pilota/azzjoni preparatorja (PP/AP), inklużi żewġ proġetti/azzjonijiet fit-taqsima X (SEAE) tal-baġit, għal ammont ta' EUR 105,4 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji, inklużi l-PP/AP kollha proposti mill-Parlament, mill-Kummissjoni u mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Meta proġett pilota jew azzjoni preparatorja tidher li hi koperta b'bażi legali eżistenti, il-Kummissjoni tista' tipproponi t-trasferiment ta' approprjazzjonijiet għall-bażi legali korrispondenti biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-azzjoni. Barra minn hekk, hemm qbil dwar il-bidliet għall-kummenti baġitarji għall-proġett pilota “Istitut Ewropew tal-Paċi” fit-taqsima X (SEAE) li jinsabu fl-Anness.
Fir-rigward tal-appropjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji, ir-regoli speċifiċi huma definiti fit-taqsima 1.4 hawn isfel.
Dan il-pakkett jirrispetta għal kollox il-limiti massimi għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji previsti fl-IIA.
Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq dwar il-linji baġitarji “magħluqa”, l-aġenziji u l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni wasal għal ftehim fir-rigward ta' dan li ġej:
Intestatura 1a
L-approprjazzjonijiet għall-impenji huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, b'emendi għall-programmi u l-azzjonijiet li ġejjin:
Kapaċitajiet – Appoġġ għal żvilupp koerenti ta' politika ta' riċerka
13,1
13,1
+ 0,0
09 04 01 01
Appoġġ għall-Kooperazzjoni fir-Riċerka fil-qasam tat-Teknoloġiji tal-Informatika u l-Komunikazzjoni (ICT – Kooperazzjoni)
1 240,4
1 244,5
+ 4,1
09 05 01
Kapaċitajiet – Infrastrutturi ta' Riċerka
31,2
31,3
+ 0,1
10 02 01
Attivitajiet mhux nukleari taċ-Ċentru tar-Riċerka Konġunt (JRC)
31,4
31,5
+ 0,1
15 02 02
Erasmus Mundus
103,8
105,6
+ 1,9
15 02 22
Tagħlim Tul il-Ħajja
1 058,5
1 110,5
+ 52,0
15 07 77
In-nies
886,4
905,7
+ 19,3
32 04 06
CIP – Enerġija Intelliġenti
122,3
129,8
+ 7,5
32 06 01
Ir-riċerka relatata mal-enerġija
147,6
162,6
+ 15,0
Subtotal
Żidiet
+ 165,0
- Li minnhom żidiet għas-CIP
+ 15,0
- Li minnhom żidiet għall-FP7
+ 92,0
04 03 07
Analiżi, studji u t-tkabbir tal-għarfien (diġà magħluqa)
4,9
2,2
- 2,7
Tnaqqis fl-infiq ta' appoġġ (diversi linji – diġà magħluqin)
- 0,5
Subtotal
Tnaqqis
- 3,2
Total
Impatt nett
+ 161,8
Marġni intestatura 1a
- 50,0
L-impatt fuq l-appropjazzjonijiet għall-ħlasijiet taż-żidiet u tat-tnaqqis maqbula fl-approprjazzjonijiet għall-impenji, kif muri fit-tabella t'hawn fuq, huwa spjegat fit-taqsima 1.4 hawn isfel.
L-Istrument ta' Flessibilità se jiġi mobilizzat għal ammont ta' EUR 50,0 miljun għall-“Istrateġija Ewropa 2020”.
Mingħajr preġudizzju għad-dikjarazzjoni konġunta dwar il-finanzjament tal-proġett ITER li tinsab fit-taqsima 3.4 hawn isfel, l-approprjazzjonijiet għall-impenji mqiegħda f'riżerva għall-“ITER” (artikolu baġitarju 08 20 02) huma stabbiliti fl-ammont ta' EUR 417,9 miljun.
Intestatura 1b
L-approprjazzjonijiet għall-impenji huma stabbiliti fil-livell propost fl-Abbozz ta' Baġit, bl-eċċezzjoni tal-linja baġitarja 13 03 31 “Assistenza teknika u tixrid ta' informazzjoni dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku u għarfien imtejjeb tal-istrateġija tal-makroreġjuni”, li għaliha hemm qbil dwar ammont ta' EUR 2,5 miljun f'impenji. Konsegwenza ta' dan, il-marġni taħt il-limitu massimu għall-infiq tal-intestatura 1b jammonta għal EUR 8,4 miljun.
Intestatura 2
L-approprjazzjonijiet għall-impenji huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra ta' Emenda 3/2012, b'emendi għall-programmi u l-azzjonijiet li ġejjin:
L-impatt fuq l-appropjazzjonijiet għall-ħlasijiet taż-żidied u tat-tnaqqis maqbula fl-approprjazzjonijiet għall-impenji, kif muri fit-tabella t'hawn fuq, huwa spjegat fit-taqsima 1.4 hawn isfel.
Bħala rifless tal-ftehim politiku milħuq fir-rigward tal-“Programmi għall-persuni neqsin mill-affarijiet essenzjali” (partita baġitarja 05 02 04 01), l-approprjazzjonijiet attwalment f'riżerva għal dan il-għan qed jitqiegħdu fil-linja kkonċernata.
It-tliet istituzzjonijiet qablu dwar id-dikjarazzjoni konġunta li tinsab fit-taqsima 3.3. hawn isfel.
Intestatura 3a
L-approprjazzjonijiet għall-impenji huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, b'emendi għall-programmi u l-azzjonijiet li ġejjin, bi qbil mal-livell maqbul bejn il-Kunsill u l-Parlament (linji “magħluqa”):
Prevenzjoni, tħejjija u ġestjoni tal-konsegwenzi tat-terroriżmu – Nefqa ta' appoġġ (diġà magħluqa)
0,3
0,2
- 0,10
33 01 04 01
Drittijiet fundamentali u ċittadinanza – Nefqa ta' appoġġ (diġà magħluqa)
0,35
0,3
- 0,05
33 01 04 03
Ġustizzja penali – nefqa ta' appoġġ (diġà magħluqa)
0,4
0,35
- 0,05
33 01 04 04
Ġustizzja ċivili – nefqa ta' appoġġ (diġà magħluqa)
0,3
0,25
- 0,05
Subtotal
Tnaqqis
- 0,25
Total
Impatt nett
+ 19,75
Marġni intestatura 3a
38,2
L-impatt fuq l-appropjazzjonijiet għall-ħlasijiet tat-tnaqqis maqbul fl-approprjazzjonijiet għall-impenji, kif muri fit-tabella t'hawn fuq, huwa spjegat fit-taqsima 1.4 hawn isfel.
Intestatura 3b
L-approprjazzjonijiet għall-impenji huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, b'emendi maqbula għall-programmi u l-azzjonijiet li ġejjin:
Tnaqqis fl-infiq ta' appoġġ (diversi linji – diġà magħluqin)
- 0,3
Subtotal
Tnaqqis
- 0,3
Total
Impatt nett
+ 7,5
Marġni intestatura 3b
1,6
L-impatt fuq l-appropjazzjonijiet għall-ħlasijiet taż-żidiet u tat-tnaqqis maqbula fl-approprjazzjonijiet għall-impenji, kif muri fit-tabella t'hawn fuq, huwa spjegat fit-taqsima 1.4 hawn isfel.
Intestatura 4
L-approprjazzjonijiet għall-impenji huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, inkluża l-Ittra ta' Emenda 1/2012, b'emendi maqbula għall-programmi u l-azzjonijiet li ġejjin:
Appoġġ ta' aġġustament għal pajjiżi tal-protokoll taz-zokkor
186,4
174,8
- 11,6
21 07 04
Ftehimiet dwar il-prodotti (diġà magħluqa)
5,9
3,4
-2,5
21 08 01
Evalwazzjoni tar-riżultati, segwitu u awditjar (diġà magħluqa)
11,7
9,6
- 2,2
21 08 02
Għarfien fi kwistjonijiet ta' żvilupp (diġà magħluqa)
10,8
9,9
- 0,9
22 02 10 02
Informazzjoni u komunikazzjoni għal pajjiżi terzi
11,0
10,0
- 1,0
23 02 03
Tħejjija għad-diżastri (diġà magħluqa)
35,2
34,8
- 0,4
19 01 04 04
PESK – nefqa ta' appoġġ (diġà magħluqa)
0,75
0,5
- 0,25
Tnaqqis fin-nefqa ta' appoġġ tal-PE (diversi linji)
177,3
168,0
- 9,25
Subtotal
Tnaqqis
- 53,0
Total
Impatt nett
- 13,1
Marġni intestatura 4
- 150,0
L-impatt fuq l-appropjazzjonijiet għall-ħlasijiet taż-żidiet u tat-tnaqqis maqbula fl-approprjazzjonijiet għall-impenji, kif muri fit-tabella t'hawn fuq, huwa spjegat fit-taqsima 1.4 hawn isfel.
L-Istrument ta' Flessibilità se jiġi mobilizzat għal ammont ta' EUR 150,0 miljun għall-Politika Ewropea tal-Viċinat. Barra minn hekk, hemm qbil dwar il-“frontloading” tal-approprjazzjonijiet għall-impenji tal-2011 għall-Palestina, kif spjegat fit-taqsima 2 hawn isfel.
Intestatura 5
Għal dak li jirrigwarda l-approprjazzjonijiet u l-karigi fl-organigramma tal-Istituzzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ġiet approvata. Barra minn hekk, iż-żidiet proposti fl-Ittra ta' Emenda 2/2012 ġew approvati. Fl-aħħarnett, żdied ammont ta' EUR 10,4 miljun għall-pensjonijiet. Konsegwenza ta' dan, il-marġni taħt il-limitu massimu għall-infiq tal-intestatura 5 jammonta għal EUR 474,4 miljun.
1.4.Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet
Il-livell globali ta' approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet fil-baġit 2012 huwa stabbilit fl-ammont ta' EUR 129 088,043 miljun. Bħala parti mill-kompromess globali, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni qabel dwar id-dikjarazzjoni konġunta dwar il-ħlasijiet li tinsab fit-taqsima 3.1 hawn isfel.
Ġiet applikata l-metodoloġija li ġejja biex it-tnaqqis maqbul fil-livell globali ta' ħlasijiet meta mqabbel mal-Abbozz ta' Baġit (kif emendat bl-Ittri ta' Emenda) jinqasam fl-intestaturi u l-linji baġitarji kollha, biex il-kompromess globali fir-rigward tal-impenji jissarraf fi ħlasijiet korrispondenti, u biex il-livell globali tal-ħlasijiet jiġi bbilanċjat fl-intestaturi kollha.
1. Il-punt ta' tluq għall-kalkolu huwa l-livell globali ta' ħlasijiet kif maqbul hawn fuq, li jammonta għal EUR 129 088,043 miljun fl-2012.
2. Bħala t-tieni pass, il-metodu jqis il-livell maqbul ta' impenji għal approprjazzjonijiet mhux divrenzjati.
Minnu nnifsu, il-livell ta' approprjazzjonijiet għall-impenji għal dan it-tip ta' nfiq huwa l-istess bħal-livell ta' approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet, li mhuwiex affettwat fil-passi li jmiss.
B'analoġija, l-istess japplika għall-aġenziji deċentralizzati, li l-kontribuzzjoni tal-UE għalihom f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet hija stabbilita fil-livell propost fit-taqsima 1.2 hawn fuq.
3. It-tielet nett, l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji huma stabbiliti kif ġej:
o Taqsima III (Il-Kummissjoni): l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji l-ġodda kollha huma stabbiliti fil-livell ta' 50% tal-impenji korrispondenti jew għal-livell propost jekk ikun aktar baxx; fil-każ ta' estensjoni tal-proġetti pilota u tal-azzjonijiet preparatorji eżistenti, il-livell tal-ħlasijiet huwa dak definit fl-Abbozz ta' Baġit flimkien ma' 50% tal-impenji ġodda korrispondenti, jew għal-livell propost jekk ikun aktar baxx;
o Taqsima X (SEAE): l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji huma stabbiliti fil-livell propost mill-Parlament Ewropew.
4. Ir-raba' nett, minbarra ż-żidiet u t-tnaqqis maqbula fl-approprjazzjonijiet għall-impenji għal infiq divrenzjat, kif spjegat fl-abbozz ta' proposta ta' kompromess skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju aktar “il fuq, hemm qbil dwar l-ammonti speċifiċi li ġejjin f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet:
a. Intestatura 1a: il-livell tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-“Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni” huwa stabbilit fl-ammont ta' EUR 50 miljun; il-livell tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għas-“Sena Ewropew għat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet” huwa stabbilit fil-livell maqbul bejn il-Kunsill u l-Parlament (linja “magħluqa”);
b. Intestatura 2: il-livell tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għal “Ftehimiet Internazzjonali tas-Sajd” huwa stabbilit fil-livell propost fl-Ittra ta' Emenda 3/2012;
c. Intestatura 3b: il-livell tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-“Avvenimenti Annwali Speċjali” huwa stabbilit fil-livell propost fil-pożizzjoni tal-Parlament;
d. Intestatura 4: il-livell tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għar-“Riżerva għal Għajnuna ta' Emerġenza” huwa stabbilit fl-ammont ta' EUR 90 miljun; il-livell tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-“Palestina” huwa stabbilit fil-livell propost fl-Abbozz ta' Baġit; il-livell tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-“Għajnuna Makrofinanzjarja” huwa stabbilit fil-livell maqbul bejn il-Kunsill u l-Parlament (linja “magħluqa”); il-livell tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-“Pajjiżi tal-Protokoll taz-Zokkor” huwa stabbilit fil-livell maqbul bejn il-Kunsill u l-Parlament (linja “magħluqa”, f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet).
5. It-tnaqqis globali fil-ħlasijiet li għandu jinqasam bejn l-intestaturi u l-linji baġitarji huwa:
a.
il-livell globali tal-ħlasijiet maqbul skont il-punt 1 hawn fuq, li minnu jrid jitnaqqas:
b.
l-Abbozz ta' Baġit kif emendat bl-Ittri ta' Emenda 1/2012, 2/2012 u 3/2012 flimkien mal-impatt fuq il-ħlasijiet tal-passi meħuda fil-punti 2 sa 4 aktar “il fuq.
Dan it-tnaqqis globali fil-livell tal-ħlasijiet (5a – 5b) huwa mbagħad imqassam fil-linji baġitarji kollha għal infiq divrenzjat fl-intestaturi tal-baġit, skont il-koeffiċjent ta' distribuzzjoni li ġej, li jikkunsidra ribilanċjament limitat tat-tnaqqis fil-ħlasijiet favur l-intestatura 1a, li ġej mill-intestaturi 2 u 4:
a. Intestatura 1a: 31,00 %;
b. Intestatura 1b: 38,45 %;
c. Intestatura 2: 21,25 %;
d. Intestatura 3a: 1,00 %;
e. Intestatura 3b: żero %;
f. Intestatura 4: 8,30 %.
6. Mingħajr preġudizzju għall-ammonti definiti fil-punti 2 sa 4 hawn fuq, it-tnaqqis skont l-intestaturi definit fil-punt 5 hawn fuq huwa mbagħad imqassam fil-linji baġitarji, inklużi linji “magħluqa”, fuq il-bażi tal-piż tal-ħlasijiet għal-linji baġitarji individwali kkonċernati fl-Abbozz ta' Baġit kif emendat bl-Ittri ta' Emenda 1/2012, 2/2012 u 3/2012.
Bħala eċċezzjoni għal din ir-regola, madankollu, qed jiġi propost li t-tnaqqis globali għall-intestatura 1b jiġi distribwit b'mod proporzjonat għall-pożizzjoni tal-Kunsill, jiġifieri li jinżamm l-Abbozz ta' Baġit għall-objettiv ta' Konverġenza.
1.5.Kummenti baġitarji
L-emendi testwali kollha introdotti mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill huma maqbula bil-ftehim li ma jistgħux jimmodifikaw jew jestendu l-kamp ta' applikazzjoni tal-bażi legali eżistenti.
1.6.Linji baġitarji ġodda
Sakemm ma jingħadx mod ieħor fil-konklużjonijiet konġunti maqbula fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jew maqbula b'mod konġunt miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja fil-qari rispettiv tagħhom (artikolu baġitarju ġdid 04 03 15 “Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet”), in-nomenklatura baġitarja kif proposta mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit tagħha u fl-ittri ta' emenda tagħha se jibqgħu mhux mittiefsa, bl-eċċezzjoni tal-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji.
Hemm qbil dwar il-qsim tal-artikolu baġitarju 16 03 02 bejn il-partita baġitarja 16 03 02 01 (intestatura 3b) “Komunikazzjoni tar-Rappreżentazzjonijiet tal-Kummissjoni” u l-partita baġitarja 16 03 02 02 (intestatura 5) “Spazju Pubbliku Ewropew” propost mill-Parlament Ewropew.
1.7.Riżervi
Ir-riżervi kollha vvutati mill-Parlament Ewropew huma miżmuma. L-ammont tar-riżerva fil-linja 26 01 20 (EPSO) qed jitnaqqas b'50%, l-istess bħar-riżervi fil-linji A4 01 01 u A4 02 01 01.
2.Baġit 2011
L-Abbozz ta' Baġit Emendatorju 6/2011 huwa approvat bil-modifiki li ġejjin:
Kif propost mill-Kummissjoni, it-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-“Programmi ta' żvilupp rurali” qed jintuża biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet pendenti ta' ħlasijiet għall-Fond Soċjali Ewropew (FSE).
Bi qbil mad-dikjarazzjoni konġunta dwar l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju 7/2011 (Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea) li tinsab fit-taqsima 3.2 hawn isfel, għandu jiġi ridistribwit ammont ta' EUR 38 miljun f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet mill-“Programmi ta' żvilupp rurali” biex jiġu ffinanzjati l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, kif muri fit-tabella t'hawn isfel:
Bħala parti mill-ftehim dwar il-Baġit 2012 u l-ABE 6/2011 kif spjegat aktar “il fuq, intlaħaq qbil dwar id-dikjarazzjonijiet konġunti li ġejjin.
3.1.Dikjarazzjoni konġunta dwar l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet
Filwaqt li jqisu l-isforzi ta' konsolidament fiskali li qed isiru fl-Istati Membri, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jaqblu dwar tnaqqis fil-livell ta' approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-2012 meta mqabbel mal-Abbozz ta' Baġit tal-Kummissjoni. Jitolbu lill-Kummissjoni titlob approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet addizzjonali f'baġit emendatorju jekk l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit 2012 ma jkunux suffiċjenti biex ikopru n-nefqa taħt is-sottointestatura 1a (Kompetittività għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi), is-sottointestatura 1b (Koeżjoni għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi), l-intestatura 2 (Preservazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali), l-intestatura 3 (Ċittadinanza, libertà, sigurtà u ġustizzja) u l-intestatura 4 (L-UE bħala attur globali).
B'mod partikolari, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew iħeġġu lill-Kummissjoni biex sa mhux aktar tard minn tmiem Settembru 2012 tippreżenta l-aħħar ċifri aġġornati rigward is-sitwazzjoni attwali u l-estimi rigward l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet taħt is-sottointestatura 1b (Koeżjoni għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi) u l-iżvilupp rurali taħt l-intestatura 2 (Preservazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali) u, jekk ikun meħtieġ, tippreżenta abbozz ta' baġit emendatorju.
Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew se jieħdu pożizzjoni dwar kull abbozz ta' baġit emendatorju malajr kemm jista' jkun bil-għan li jiġi evitat kull nuqqas fl-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet. Barra minn hekk, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jimpenjaw ruħhom li jipproċessaw malajr kull trasferiment possibbli ta' approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet, anke bejn intestaturi tal-qafas finanzjarju, sabiex isir l-aħjar użu possibbli ta' approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet imdaħħla fil-baġit u jiġu allinjati mal-implimentazzjoni u l-ħtiġijiet attwali.
3.2.Dikjarazzjoni konġunta dwar il-Baġit Emendatorju 7/2011
Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jieħdu nota tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li fil-21 ta' Novembru 2011 tippreżenta Abbozz ta' Baġit Emendatorju (ABE 7/2011) għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, li hu mistenni li jammonta għal EUR 38 miljun, f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet. L-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet se jiġu ridistribwiti mill-“programmi ta' żvilupp rurali” (partita baġitarja 05 04 05 01).
Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew se jagħmlu ħilithom biex jieħdu pożizzjoni dwar l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju 7/2011 qabel tmiem l-2011, bi qbil mal-proċeduri interni rispettivi tagħhom.
3.3.Dikjarazzjoni konġunta dwar miżuri preventivi għal kriżijiet futuri fis-settur tal-frott u l-ħxejjex
Il-kriżi tal-E-coli enfasizzat il-ħtieġa ta' mekkaniżmu xieraq ta' reazzjoni għall-kriżijiet tas-suq fl-UE. Fid-dawl ta' dan, il-Kunsill u l-Parlament jimpenjaw ruħhom li jaġixxu minnufih fir-rigward ta' talbiet għal trasferimenti mill-Kummissjoni jew, wara eżami tal-possibilità ta' riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet awtorizzati, fir-rigward ta' baġit emendatorju propost mill-Kummissjoni f'każ ta' kriżi eċċezzjonali tas-suq fis-settur tal-frott u l-ħxejjex li tkun tirrikjedi d-definizzjoni ta' miżuri speċifiċi ta' emerġenza kif previst fl-Artikolu 191 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ir-Regolament dwar l-OKS Unika), fl-ispirtu tal-proposta tal-Kummissjoni li jkunu previsti mekkaniżmi biex jiġi evitat li jkun hemm kriżijiet futuri bl-involviment tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.
3.4.Dikjarazzjoni konġunta dwar il-finanzjament tal-proġett ITER
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaqblu li jiltaqgħu fi Trilogu bil-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni nhar l-Erbgħa 23 ta' Novembru 2011 wara nofsinhar biex jindirizzaw il-kwistjoni tal-ispiża addizzjonali tal-proġett ITER fl-2012-2013, biex jaslu għal ftehim qabel tmiem is-sena.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tiffaċilita l-ilħuq ta' ftehim dwar il-ħtiġijiet addizzjonali ta' finanzjament tal-proġett ITER, filwaqt li jitqiesu l-preokkupazzjonijiet taż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja.
Anness
Emendar tal-kummenti baġitarji:
Proġett pilota Taqsima X (SEAE)
Test ivvutat, bil-bidliet proposti b'tipa korsiva qawwija
Proġett pilota ‐ Istitut Ewropew għall-Paċi
Abbażi tal-Kunċett 2009 dwar it-Tisħiħ tal-Kapaċitajiet ta' Medjazzjoni u Djalogu tal-UE, l-għan tal-proġett pilota huwa li janalizza u jeżamina għażliet, u kostijiet u benefiċċji relatati, biex jiġu ssodisfati b'mod effiċjenti l-ħtiġijiet tal-UE fil-medjazzjoni favur il-paċi.
Abbażi ta' sforzi preċedenti u li qed isiru bħalissa dwar l-EIP, filwaqt li jitqiesu l-istudji eżistenti, fosthom dawk mill-Parlament Ewropew, kif ukoll pjanijiet kummerċjali eżistenti żviluppati għal dan il-għan, din l-analiżi tal-benefiċċji mqabbla mal-kostijiet tqis kwistjonijiet bħall-istrutturi istituzzjonali possibbli, inklużi l-istrutturi tal-kostijiet, is-sistemi ta' ġestjoni u r-rekwiżiti ta' finanzjament.
Il-proġett pilota għandu b'mod partikolari jesplora l-possibilitajiet li jiġi ottimizzat il-potenzjal ta', u jiġu żgurati sinerġiji ma', il-kapaċitajiet eżistenti fis-SEAE, istituzzjonijiet oħra tal-UE, l-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji ta' Sigurtà, il-Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża, l-Istati Membri u l-entitajiet nazzjonali tagħhom involuti fil-medjazzjoni favur il-paċi, kif ukoll partijiet interessati oħra.
L-objettivi tal-EIP għandhom ikunu bbażati fuq il-valuri u l-objettivi fundamentali tal-UE kif definiti fit-Trattati.
Bla ħsara għar-riżultati tal-proġett pilota , il-kompiti tal-EIP jistgħu jinkludu l-konsulenza, ir-riċerka, it-taħriġ, medjazzjoni u diplomazija informali bl-iskop li jipprevjenu kunflitti u s-soluzzjoni paċifika tal-kunflitti; tagħlimiet misluta u l-aħjar prassi mill-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta' missjonijiet rilevanti tal-UE, komunikazzjoni mal-komunità usa' akkademika, ta' riċerka u tal-NGOs u l-promozzjoni pubblika tal-interessi f'dawn l-oqsma. Il-proġett pilota għandu jiffoka b'mod partikolari fuq kif Istitut indipendenti possibbli jista' kemm itejjeb il-kapaċitajiet tas-SEAE u tal-UE usa' f'dawn l-oqsma kif ukoll jottimizza r-riżorsi eżistenti f'koordinazzjoni mal-Istituzzjonijiet rilevanti tal-UE.
Qed jiżdied paragrafu fl-aħħar tal-kummenti, kif ġej:
Din l-azzjoni preparatorja għal għotjiet Ewropej għar-riċerka għall-ġurnalisti għandha l-iskop li tiffaċilita u tiżviluppa riċerka ġurnalistika transkonfinali serja fil-livell tal-Unjoni. Se jiġu organizzati sejħiet għal offerti bl-iskop li jintgħażlu proġetti investigattivi komuni li jinvolvu ġurnalisti minn minimu ta' żewġ Stati Membri, b'dimensjoni transkonfinali jew Ewropea li tirriżulta minn perspettiva nazzjonali, reġjonali jew lokali. Ir-riżultati tal-investigazzjoni ġurnalistika magħżula se jkunu ppubblikati, tal-anqas, f'kull wieħed mill-Istati Membri involuti.
Għal dan il-għan, se jiġi stabbilit studju ta' fattibilità sabiex jinstabu metodi ġodda biex jitnieda dan il-proġett. L-istudju għandu jħares lejn metodi li bihom ġurnaliżmu kritiku u indipendenti jista' jiġi ffinanzjat mill-UE, waqt li tkun żgurata l-indipendenza tal-informazzjoni.
It-tabelli sommarji skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju f'din it-taqsima ma jinkludux it-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet għall-aġenziji deċentralizzati u l-pakkett maqbul dwar il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji (ara t-taqsima 1.2 hawn fuq).
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2011: Riżorsi proprji, Politika Marittima Integrata, il-Greċja, l-FSE, il-Palestina
290k
47k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2011 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni (17631/2011 – C7-0440/2011 – 2011/2267(BUD))
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, kif adottat b'mod definittiv fil-15 ta' Diċembru 2010(2),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(3),
– wara li kkunsidra l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2011 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, ippreżentat mill-Kummissjoni fit-18 ta' Ottubru 2011 (COM(2011)0674),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2011, stabbilit mill-Kunsill fit-30 ta' Novembru 2011 (17631/2011 – C7-0440/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 75b u 75e tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0407/2011),
A. billi l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2011 għall-baġit ġenerali 2011 ikopri, fost affarijiet oħra, it-tisħiħ tal-approprjazzjonijiet għall-impenji fl-intestaturi 1 u 4 għal ammont rispettiv ta' EUR 3,25 miljun u EUR 113,4 miljun, żieda fl-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet biex tkopri l-bżonnijiet fl-intestatura 1 għal ammont ta' EUR 550,3 miljun, u aġġornament tal-previżjonijiet tad-dħul;
B. billi l-Kunsill immodifika l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2011 billi naqqas għal EUR 200 miljun it-total tat-tisħiħ nett f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet;
C. billi l-Parlament saħaq b'persistenza, matul il-proċedura baġitarja tal-2011 kollha, li l-livell kumplessiv ta' ħlasijiet sostnut mill-Kunsill u adottat għas-sena finanzjarja 2011 ma kienx biżżejjed u ma jkunx jippermetti li l-bżonnijiet maqbula biċ-ċar kollha jiġu sodisfatti;
D. billi ż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja qablu, matul il-konċiljazzjoni dwar il-baġit tas-sena finanzjarja 2011, fuq Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet li jimpenjaw lill-Parlament u lill-Kunsill li “jevitaw kwalunkwe diskrepanza fl-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet”;
E. billi wħud mill-bżonnijiet tal-ħlasijiet diġà ġew ittrattati parzjalment permezz tat-trasferiment globali fl-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (DEC 34/2011) għal ammont totali ta' EUR 719,2 miljun, u billi l-Kummissjoni dalwaqt se jkollha tippreżenta trasferiment globali ġdid biex tittratta, kemm jista' jkun, il-bżonnijiet mhux koperti mill-ftehim dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2011, jiġifieri EUR 1 047 miljun li jiddekorru mit-18 ta' Novembru 2011, bil-għan li tonora l-obbligi ġuridiċi tal-Unjoni fil-qasam tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet;
F. billi ż-żieda proposta fl-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ta' EUR 200 miljun tirrappreżenta biss parti limitata tal-bżonnijiet supplementari identifikati sa tmiem l-2011, li jammontaw għal EUR 1 642 miljun fit-18 ta' Novembru 2011;
G. billi t-tisħiħ fl-ambitu tal-intestatura 4 għall-assistenza finanzjarja favur il-Palestina, il-proċess ta' paċi u l-UNRWA, u għall-Miżuri ta' Akkumpanjament fis-settur tal-banana huwa ridistribwit mill-approprjazzjonijiet li baqgħu ma ntużawx fl-ambitu tal-Assistenza Makrofinanzjarja, u jifforma parti mill-ftehim li laħaq il-kumitat ta' konċiljazzjoni dwar il-baġit għas-sena finanzjarja 2012;
H. billi parti miż-żieda fid-dħul tirriżulta minn multi u mgħax minn ħlasijiet tardivi li jammontaw għal EUR 435 miljun, jiġifieri mill-infurzar tal-politika ta' kompetizzjoni;
1. Jieħu nota tal-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2011 u tar-rivalutazzjonijiet sussegwenti li wasslu għall-aġġornament tal-bżonnijiet f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet u riallokazzjonijiet possibbli f'approprjazzjonijiet għall-impenji;
2. Josserva li l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2011, kif emendat mill-Kunsill, jirrifletti l-ftehim li laħaq il-kumitat ta' konċiljazzjoni, li jkopri kemm il-baġit għas-sena finanzjarja 2012 kif ukoll l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2011;
3. Jisgħobbih ferm għall-klima ta' sfiduċja prevalenti waqt in-negozjati bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fir-rigward tal-livell tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet addizzjonali meħtieġa għall-2011 biex il-Kummissjoni tkun tista' tonora l-obbligi ġuridiċi tal-Unjoni; jitlob lill-Kummissjoni tikkomunika liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja u lill-pubbliku ġenerali, liema huma l-konsegwenzi ta' tali ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-programmi kurrenti; jinsab partikolarment imħasseb bl-effetti ta' din id-deċiżjoni fuq it-tmexxija tal-Fondi strutturali u ta' koeżjoni fl-Istati Membri, flimkien ma' programmi ewlenin fl-ambitu tal-intestatura “Tkabbir sostenibbli”;
4. Jenfasizza li l-approċċ segwit mill-Kunsill huwa f'kuntrast mal-proċessi tas-Semestru Ewropew u għandu jkun hemm sforz għat-tisħiħ tal-governanza ekonomika Ewropea li tkun kapaċi tiġġenera sinerġiji u l-kumplementarjetajiet bejn il-baġit tal-Unjoni u l-baġits nazzjonali; jinsab saħansitra iktar imħasseb bil-pożizzjoni tal-Kunsill billi, biex l-Unjoni tirkupra mill-kriżi ekonomika u soċjali attwali, ikun jeħtieġ li jiġu mħeġġa investimenti li jħarsu “l quddiem;
5. Jesprimi d-disponibilità tiegħu li jipparteċipa, flimkien mal-Kunsill u mal-Kummissjoni, f'eżerċizzju ta' valutazzjoni maħsub biex jittrattata nuqqasijiet u lakuni potenzjali fl-implimentazzjoni tal-programmi multiannwali li għaddejjin bħalissa, partikolarment fl-ambitu tas-subintestaturi 1a u 1b.
6. Itenni l-konvinzjoni soda tiegħu li parti mid-dħul li jirriżulta minn multi u mgħax minn ħlasijiet tardivi, jiġifieri mill-infurzar tal-politika ta' kompetizzjoni, li hija kompetenza esklużiva tal-Unjoni, għandhom jerġgħu jitqiegħdu direttament u jiġu reinvestiti fil-baġit tal-Unjoni u mhux imrodda lura lill-Istati Membri fil-kuntest tal-bilanċ;
7. Japprova, mingħajr emenda, il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2011 u jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-Baġit emendatorju Nru 6/2011 ġie adottat b'mod definittiv u biex jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tiegħu f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
8. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2011/005 PT/Norte-Centro Automotive mill-Portugall) (COM(2011)0664 – C7-0334/2011 – 2011/2262(BUD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0664 – C7-0334/2011),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (IIA tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(2) (Regolament dwar il-FEG),
– wara li kkunsidra l-proċedura tat-trilogu kif prevista fil-punt 28 tal-IIA tas-17 ta' Mejju 2006,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0395/2011),
A. billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex jipprovdu appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin u biex jiġu megħjuna jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol,
B. billi l-ambitu tal-FEG twessa' għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi appoġġ għall-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja b'riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,
C. billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista' jkun malajr u b'mod effiċjenti, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa tal-IIA tas-17 ta' Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-FEG,
D. billi l-Portugall talab għajnuna fir-rigward ta' każ li jikkonċerna 726 sensja, li kollha għandhom jingħataw l-għajnuna, fi tliet intrapriżi li joperaw fid-Diviżjoni 29 tan-NACE Reviżjoni 2 (“Manifattura ta' vetturi bil-mutur, trejlers u semitrejlers”) fir-reġjun NUTS II ta' Norte (PT11) u Centro (PT16) fil-Portugall,
E. billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEG,
1. Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex itejbu l-arranġamenti proċedurali u baġitarji sabiex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza f'dan is-sens il-proċedura mtejba li ddaħħlet fis-seħħ mill-Kummissjoni, wara t-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, bl-għan li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta' applikazzjoni tal-FEG tiġi ppreżentata lill-awtorità baġitarja flimkien mal-proposta biex jiġi mobilizzat il-FEG; jittama li jsir aktar titjib fil-proċedura fil-qafas tar-rieżamijiet li se jsiru dalwaqt tal-FEG u li jintlaħaq livell akbar ta' effiċjenza u trasparenza tal-FEG;
2. Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura mgħaġġla u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG, biex jiġi pprovdut appoġġ individwali ta' darba u limitat fiż-żmien immirat biex jgħin lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja b'riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li jista' jkollu l-FEG fir-reintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja, b'mod partikulari l-ħaddiema l-aktar vulnerabbli u l-anqas ikkwalifikati;
3. Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-FEG, għandu jkun żgurat li l-FEG jappoġġa r-reintegrazzjoni fix-xogħol tal-ħaddiema individwali li jkunu ngħataw is-sensja; barra dan jenfasizza li l-assistenza mill-FEG tista' tikkofinanzja biss miżuri għas-suq tax-xogħol attivi li jwasslu għal impjiegi fit-tul; itenni li l-għajnuna mill-FEG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà ta' kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta' ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;
4. Jinnota li l-informazzjoni pprovduta dwar il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-kompatibiltà u l-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta' din id-data anki fir-rapporti annwali tagħha;
5. Jinnota l-fatt li wara t-talbiet ripetuti mill-Parlament, għall-ewwel darba l-baġit 2011 juri approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ta' EUR 47 608 950 fil-linja baġitarja 04 05 01 tal-FEG; ifakkar li l-FEG inħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu stess u li għalhekk ħaqqu allokazzjoni apposta, u dan jevita li jkun trasferimenti minn linji baġitarji oħra, bħalma sar fil-passat, li jistgħu jkunu detrimentali għall-ilħuq tad-diversi objettivi politiċi;
6. Jilqa' t-tisħiħ previst tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet fil-linja baġitarja tal-FEG li jintalbu permezz tat-Trasferiment Globali u li jintużaw biex ikopru l-ammont ta' EUR 1 518 465 meħtieġa għall-applikazzjoni attwali;
7. Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
8. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
9. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2011/005 PT/Norte-Centro Automotive mill-Portugall)
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2012/4/UE.)
– wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Toussas, imressqa fid-9 ta' Frar 2011 mill-Imħallef Ilias Stavropoulos tal-Qorti ta' Prim'Istanza ta' Pireus, Taqsima 7, u mħabbra fis-seduta plenarja tad-9 ta' Marzu 2011,
– wara li sema' lil Georgios Toussas fid-19 ta' Settembru 2011, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,
– wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986, tal-15 u l-21 ta' Ottubru 2008 u tad-19 ta' Marzu 2010(1),
– wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ellenika,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 6(2) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0410/2011),
A. billi l-imħallef tal-Qorti ta' Prim'Istanza ta' Piraeus, Taqsima 7, talab għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Toussas, Membru tal-Parlament Ewropew, biex ikun jista' jwettaq il-proċeduri kriminali mibdija b'riżultat tal-istruzzjonijiet maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-Qorti tal-Maġistrati ta' Piraeus dwar allegat ksur ta' fiduċja li jirriżulta f'danni ta' aktar minn EUR 147 000 (l-Artikolu 390 tal-Kodiċi Kriminali Griega u l-Artikolu 1 tal-Liġi 1608/1950) u li għalih ħarġet ordni ta' inkjesta ġudizzjarja (l-Artikoli 246, 248 u 250 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali Griega),
B. billi l-imħallef bi ħsiebu jħarrek lil Georgios Toussas biex jixhed bħala l-akkużat f'din il-kawża u jwieġeb għall-akkużi msemmija hawn fuq li nġiebu kontrih skont l-Artikoli 270, 271 u 273 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali Grieg;
C. billi għalhekk ikun xieraq li jirrakkomanda t-tneħħija tal-immunità parlamentari f'dan il-każ;
1. Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità parlamentari ta' Georgios Toussas;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Ellenika u lil Georgios Toussas.
Il-Każ 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier [1964] ECR 195; Il-Każ 149/85 Wybot v Faure u oħrajn [1986] ECR 2391; Il-Każ T-345/05, Mote v Il-Parlament [2008] ECR II-2849; Il-Każ magħqud C-200/07 u C-201/07 Marra v De Gregorio u Clemente [2008] ECR I-7929; Il-Każ T-42/06 Gollnisch v Il-Parlament (ĠU C 134, 22.5.2010, p. 29).
Talba għall-ħarsien tal-immunità parlamentari ta' Luigi de Magistris
205k
37k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Luigi de Magistris (2011/2076(IMM))
– wara li kkunsidra t-talba ta' Luigi de Magistris tal-31 ta' Marzu 2011, imressqa fil-plenarja tas-6 ta' April 2011, għall-ħarsien tal-immunità tiegħu bi rbit ma' proċedimenti legali pendenti quddiem il-Qorti ta' Napli, fl-Italja,
– wara li kkunsidra s-sottomissjonijiet bil-miktub ta' Luigi de Magistris bi qbil mal-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,
– wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986, tal-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, tad-19 ta' Marzu 2010 u tas-6 ta' Settembru 2011(1),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 6(3) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0412/2011),
A. billi Membru tal-Parlament Ewropew, Luigi de Magistris, kien talab għall-ħarsien tal-immunità parlamentari tiegħu fir-rigward tal-proċedimenti quddiem qorti Taljana,
B. billi t-talba ta' Luigi De Magistris tittratta taħrika li saret kontrih quddiem il-Qorti ta' Napli f'isem Bagnolifutura SpA, kumpanija bid-domiċilju tagħha f'Napli li taħdem fil-qasam tad-disinn u t-taqlib tal-ħamrija, f'konnessjoni mal-istqarrijiet għall-stampa maħruġa minnu u ppubblikati fil-websajt tiegħu,
C. billi skont it-taħrika, id-dikjarazzjonijiet li saru f'dawk l-istqarrijiet għall-istampa jikkostitwixxu libell, li jirriżulta f'rikors għal danni,
D. billi l-istqarrijiet għall-istampa ġew ippubblikati fuq il-websajt fi żmien meta Luigi de Magistris kien Membru tal-Parlament Ewropew, wara t-tlugħ tiegħu fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2009,
E. billi f'dawk l-istqarrijiet għall-istampa Luigi de Magistris ippubblika informazzjoni relatata ma' mistoqsija ta' segwitu miktuba lill-Kummissjoni Ewropea, li fiha talab għal dettalji addizzjonali rigward l-irregolaritajiet tal-akkwist pubbliku nnutati f'Mejju 2009 mill-Kummissjoni, u billi huwa talab ukoll għal aktar dettalji dwar il-ħela allegata ta' fondi pubbliċi fiż-żona ta' Napli fejn Bagnolifutura għandha n-negozju tagħha,
F. billi, skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri m'għandhom ikunu suġġetti għal ebda forma ta' investigazzjoni, detenzjoni jew proċeduri legali, fir-rigward ta' opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta' dmirijiethom,
G. billi, skont il-prattika stabbilita tal-Parlament, il-fatt li l-proċeduri legali jaqgħu taħt id-dritt ċivili jew amministrattiv, jew fihom ċerti aspetti li huma koperti mid-dritt ċivili jew amministrattiv, ma jeskludix per se li tapplika l-immunità mogħtija minn dak l-artikolu,
H. billi l-fatti tal-każ, kif ippreżentati fit-taħrika u fis-sottomissjonijiet bil-miktub ta' Luigi de Magistris lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, jindikaw li d-dikjarazzjonijiet li saru għandhom konnessjoni diretta u ovvja mat-twettiq tad-dmirijiet ta' Luigi de Magistris bħala Membru tal-Parlament Ewropew,
I. billi Luigi de Magistris, meta ppubblika l-istqarrijiet għall-istampa kkonċernati, kien għalhek qiegħed jaġixxi fit-twettiq ta' dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew,
1. Jiddeċiedi li jiddefendi l-immunità u l-privileġġi ta' Luigi de Magistris;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Taljana u lil Luigi de Magistris.
Il-Każ 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier [1964] Ġabra 195; Il-Każ 149/85 Wybot v Faure et [1986] Ġabra 2391; Il-Każ T-345/05 Mote v Il-Parlament [2008] Ġabra II-2849; Il-Każ Magħqud C-200/07 u C-201/07 Marra v De Gregorio u Clemente [2008] Ġabra I-7929, u il-Każ T-42/06 Gollnisch v Il-Parlament (għadha mhux ippubblikata fil-Ġabra) u il-Każ C-163/10 Patriciello (għadha mhux ippubblikata fil-Ġabra).
L-għajnuna li trid titħallas lura u l-inġinerija finanzjarja ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 fir-rigward tal-għajnuna li trid titħallas lura u l-inġinerija finanzjarja (COM(2011)0483 – C7-0215/2011 – 2011/0210(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM2011)0483),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0215/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-16 ta' Novembru 2011, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0380/2011),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-1 ta' Diċembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 fir-rigward tal-għajnuna li trid titħallas lura, l-inġinerija finanzjarja u ċerti dispożizzjonijiet marbutin mar-rendikont tal-infiq
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1310/2011.)
Opinjoni tas-27 ta' Ottubru 2011 (għada mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
Il-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li jed jesperjenzaw jew huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom (FEŻR u FSE) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-ġestjoni finanzjarja, għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom (COM(2011)0482 – C7-0221/2011 – 2011/0211(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0482),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0221/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-16 ta' Novembru 2011, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0383/2011),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-1 ta' Diċembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1311/2011.)
Opinjoni tas-27 ta' Ottubru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
Emenda tad-Deċiżjoni 2002/546/KE fir-rigward tal-perjodu tal-applikazzjoni tagħha *
199k
31k
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2002/546/KE fir-rigward tal-perjodu tal-applikazzjoni tagħha (COM(2011)0443 – C7-0233/2011 – 2011/0192(CNS))
(Proċedura leġislattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0443),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0233/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0381/2011),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
L-emendar tad-Deċiżjoni 2007/659/KE f'dak li jirrigwarda l-perjodu ta' applikazzjoni tagħha u l-kwota annwali li tista' tibbenefika minn rata ta' sisa mnaqqsa *
200k
30k
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2007/659/KE f'dak li jirrigwarda l-perjodu ta' applikazzjoni tagħha u l-kwota annwali li tista' tibbenefika minn rata ta' sisa mnaqqsa (COM(2011)0577 – C7-0311/2011 – 2011/0248(CNS))
(Proċedura leġislattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0577),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0311/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali(A7-0382/2011),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Rapport Annwali tal-BĊE għall-2010
376k
78k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar ir-Rapport Annwali tal-BĊE għall-2010 (2011/2156(INI))
– wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-BĊE għall-2010,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 284 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 15 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' April 1998 dwar ir-responsabbiltà demokratika fit-tielet fażi tal-UEM(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Novembru 2010 dwar ir-Rapport Annwali tal-BĊE għall-2009(2),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 119(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0361/2011),
A. billi fl-2010 ż-żona tal-euro rkuprat, bi tkabbir fil-PDG ta' 1,7%, u mistenni li tikber għal 1,6% fl-2011, wara t-tnaqqis kbir fit-tkabbir fl-2009 ta' -4,2%, għalkemm xi korpi internazzjonali wissew dwar tnaqqis ekonomiku dinji possibbli;
B. billi l-medja tad-defiċit ta' gvern ġenerali fiż-żona tal-euro żdiedet għal 6,0% tal-PDG fl-2010 u l-piż medju tad-dejn kien ta' 85,1% tal-PDG, li telgħu minn 0,7% u 66,2% rispettivament fl-2007, u meta mqabbla mal-piż tad-dejn ta' 101,1% tal-PDG għall-Istati Uniti u 212,71% għall-Ġappun;
C. billi r-rata medja annwali ta' inflazzjoni tal-HICP fiż-żona tal-euro kienet ta' 1,6% fl-2010 u t-tkabbir fl-M3 baqa' baxx b'rata medja ta' 0,6% fl-2010,
D. billi fl-10 ta' Mejju 2010, il-BĊE ħabbar li l-Eurosistema se tintervjeni temporanjament fis-swieq sekondarji għad-dejn pubbliku fiż-żona tal-euro permezz tal-Programm tas-Swieq tat-Titoli, li l-valur kontabbli tax-xiri saldat tiegħu ammonta għal EUR 129 biljun fil-bidu ta' Settembru 2011; billi dawn it-titoli nxtraw bi skont;
E. billi fl-4 ta' Ġunju 2009 l-BĊE ddeċieda li jniedi programm ta' xiri ta' bonds koperti fi swieq primarji u sekondarji sa EUR 60 biljun, programm li kellu jiġi implimentat għalkollox sa tmiem Ġunju 2010;
F. billi sa tmiem l-2010 il-BĊE kellu EUR 480 biljun f'titoli abbażi ta' assi u EUR 360 biljun fi strumenti finanzjarji mhux negozjabbli, biż-żewġ kategoriji jammontaw għal total ta' 44% tal-assi totali tiegħu;
G. billi l-għajdut persistenti dwar ir-ristrutturar tad-dejn u l-impatt tiegħu fuq is-swieq finanzjarji u l-ekonomija usa' jista' jdewwem mill-ġdid il-ħruġ tal-BĊE minn miżuri mhux standard; jikkunsidra, madankollu, li għandha tinstab soluzzjoni komprensiva u dejjiema għall-ġestjoni tad-dejn sovran li ma tinvolvix il-BĊE;
H. billi r-rati tal-interessi fiż-żona tal-euro baqgħu ta' 1% matul l-2010 iżda minn dak iż-żmien “il hawn żdiedu b'25 punt ta' bażi f'April 2011 u reġgħu żdiedu b'25 punt ta' bażi f'Lulju 2011, biex issa huma ta' 1,5%;
I. billi l-Artikolu 282 tat-TFUE jiddikjara li l-għan ewlieni tal-BĊE huwa li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet u li l-BĊE għandu jappoġġja politiki ekonomiċi ġenerali li jgħinu biex tinkiseb din l-istabbiltà, u jinnota wkoll l-ħidma tal-BERS taħt l-awspiċju tal-BĊE dwar l-istabbiltà finanzjarja;
Daħla
1. Jilqa' l-fatt li s'issa, il-BĊE rnexxielu b'mod eċċezzjonali jżomm l-inflazzjoni tal-HICP qrib it-2% minkejja numru ta' xokkijiet makrofinanzjarji u prezzijiet dejjem jinbidlu tal-prodotti bażiċi u fi żmien meta fl-Unjoni, it-tkabbir medju fil-PDG kien baxx;
2. Jesprimi tħassib fir-rigward tal-effett taż-żieda fir-rata tal-interessi fuq it-tkabbir ekonomiku fiż-żona tal-euro; iżid jgħid li dan jista' jostakola l-irkupru diġà kajman fiż-żona tal-euro, partikularment fl-aktar ekonomiji dgħajfin tagħha;
3. Jenfasizza li, filwaqt li l-inflazzjoni tal-HICP xahar fuq xahar ġeneralment kienet “il fuq minn 2% mill-bidu tal-2010, li jgħodd għall-politika monetarja huma l-aspettattivi għall-inflazzjoni futuri, li l-livell baxx tagħhom jagħti prova tal-kredibilità għolja u l-indipendenza tal-BĊE;
4. Jenfasizza li qabel il-kriżi finanzjarja, id-dejn privat kif ukoll il-bżieżaq ta' kreditu u f'ċertu każijiet id-dejn pubbliku, żdiedu b'mod insostenibbli, u li nħolqu riskji permezz ta' bżieżaq tad-dejn privat; jinnota barra dan, li ż-żieda fid-dejn tal-gvern kien riżultat tal-ħtieġa li jiġi salvat is-settur privat, partikularment is-settur finanzjarju;
5. Huwa tal-fehma li minbarra l-HIPC, ix-xejriet tal-prezzijiet tal-assi u t-tkabbir tal-kreditu fl-UE u fl-Istati Membri huma indikaturi kruċjali għal monitoraġġ effikaċi tal-istabbiltà finanzjarja fi ħdan l-UEM u, b'mod aktar ġenerali, l-UE;
6. Jinnota li l-proporzjon ta' dejn pubbliku mqabbel mal-PDG taż-żona tal-euro huwa ħafna anqas minn dak tal-Istati Uniti u l-Ġappun;
7. Jemmen fis-saħħa tal-ekonomija taż-żona tal-euro u fl-importanza tal-euro bħala munita internazzjonali;
8. Ifakkar li skont l-Artikolu 282 tat-TFUE, l-għan ewlieni tal-BĊE huwa l-istabbiltà tal-prezzijiet u li dan jikkontribwixxi għall-istabbiltà finanzjarja u l-likwidità adegwata fis-swieq finanzjarji; jinnota li l-instabbiltà finanzjarja toħloq riskji serji ta' stabbiltà tal-prezzijiet fuq perjodu medju fis-sens li tostakola l-funzjonament bla xkiel tal-mekkaniżmi tat-trażmissjoni tal-politika monetarja; jilqa' l-ħolqien tal-BERS fl-1 ta' Jannar 2011 taħt l-awspiċju tal-BĊE; jifraħ lill-BĊE għar-rwol deċiżiv li kellu bit-teħid ta' miżuri ta' emerġenza biex tinżamm l-istabbiltà fis-suq;
9. Jenfasizza li skont l-Artikolu 127(6) tat-TFUE l-Kunsill, li jaġixxi permezz ta' regolamenti skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali, jista' b' mod unanimu u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew, jagħti missjonijiet speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew li jirrigwardaw politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji oħra, bl-eċċezzjoni ta' impriżi ta' assigurazzjoni;
10. Jenfasizza li x-xiri mill-ġdid ta' bonds fis-swieq sekondarji huwa ġustifikat mill-għan li terġa' tiddaħħal politika monetarja li taħdem b'mod effikaċi, matul dan il-perjodu eċċezzjonali ta' funzjonament ħażin ta' ċerti setturi tas-suq; jinnota li dawn il-programmi ta' xiri mill-ġdid huma komplementati minn programmi li jinnewtralizzaw il-likwidità;
11. Huwa preokkupat ferm rigward il-persistenza tal-inkwiet finanzjarju li reġa' nqala' fl-UE u l-persistenza ta' żbilanċi makrofinanzjarji sostanzjali bejn l-ekonomiji taż-żona tal-euro u l-pressjonijiet deflazzjonarji f'ħafna Stati Membri taż-żona tal-euro;
12. Ifakkar li n-nuqqas persistenti u li saħansitra qed jiggrava ta' konverġenza ekonomika jibqa' problema strutturali għal politika monetarja unika fiż-żona tal-euro; jenfasizza li l-impatt tal-politika monetarja tvarja b'mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri fiż-żona euro; jikkunsidra li dan l-impatt asimmetriku tal-politika monetarja mistenni li jispikka aktar jekk il-BĊE jibqa' jżid ir-rati, fid-dawl tal-prevalenza ta' self b'indiċi ta' rati tal-interessi bi skadenza qasira f'diversi Stati Membri; huwa konvint, għaldaqstant mill-bżonn ta' governanza fiskali tal-UE komuni;
13. Jistieden lill-Kummissjoni twaqqaf fondazzjoni Ewropea għall-klassifikazzjoni tal-kreditu u tevalwa l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tas-sospensjoni temporanja ta' klassifikazzjoni ta' kreditu għall-pajjiżi li qed isegwu programm ta' aġġustament tal-UE/FMI; jiddeplora, barra minn hekk, l-oligopolija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu attwali, u jitlob miżuri sabiex tingħata spinta lill-kompetizzjoni bejn l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u jiżdiedu n-numru ta' aġenziji ta' din ix-xorta;
14. Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-passi meħtieġa għall-ħolqien ta' Fond Monetarju Ewropew u b'hekk tiżgura li l-FMI ma jkollux għalfejn jiġi involut fil-politika futura tal-Ewropa dwar il-kreditu, biex titnaqqas id-dipendenza tal-Istati Membri minn istituzzjonijiet u swieq internazzjonali oħra;
15. Jilqa' d-dħul tal-Estonja fiż-żona tal-euro bħala prova tas-saħħa tal-proġett għal munita komuni;
16. Huwa preokkupat dwar l-iżviluppi monetarji globali u l-valur estern tal-euro billi injezzjonijiet ta' likwidità mhux konvenzjonali fil-maġġorparti tal-pajjiżi tal-OECD għandhom effetti sekondarji sinifikanti; jemmen li jinħtieġ koordinament internazzjonali ħafna aktar b'saħħtu sabiex is-sistema monetarja globali ssir aktar stabbli;
Ġestjoni tal-kriżijiet
17. Jilqa' l-pożizzjoni determinata u proattiva li ħa l-BĊE tul il-kriżi sa mill-2007, speċjalment waqt l-inkwiet fis-swieq finanzjarji fl-2007, l-2008 u l-2010 u, aktar riċenti, fis-sajf tal-2011 meta wħud mill-ekonomiji ewlenin tal-UE kienu f'diffikultà fid-dawl ta' indeċiżjoni kontinwa mill-Istati Membri, attitudni li qed twassal lill-BĊE jassumi rwol politiku ċar b'reazzjoni għall-kriżi tad-dejn attwali;
18. Jinnota li l-politika monetarja trid tieħu parti mir-responsabbiltà għall-ħolqien ta' bżieżaq tal-assi, fid-dawl tat-tkabbir insostenibbli tal-kreditu tul is-snin qabel il-kriżi;
19. Jieħu nota tal-proposti dwar il-ġestjoni tal-kriżijiet magħmula mill-BĊE kemm f'termini ta' governanza ekonomika kif ukoll f'mekkaniżmu ta' riżoluzzjoni bankarja;
20. Jikkundanna n-nuqqas ta' qafas politiku ekonomiku tal-UE adegwat għall-ġestjoni tal-kriżi u l-eżitazzjoni fil-ġestjoni tal-kriżi mill-Kummissjoni u l-Istati Membri, b'mod partikulari dawk li jeħtieġu riformi, u jħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jressqu malajr miżuri komprensivi u importanti meħtieġa biex tiġi ssalvagwardjata l-istabbiltà tal-euro;
21. Jinsab allarmat dwar it-tensjonijiet kontinwi fuq is-swieq tal-bonds sovrani taż-żona tal-euro, kif riflessi fi spreads dejjem usa' matul l-aħħar sentejn; jindika li l-ħarba lejn is-sikurezza provokata mill-mewġ ta' paniku tul il-kriżi finanzjarja attwali kkawżat effetti ta' distorzjoni kbar u ħolqot esternalitajiet negattivi bi prezz għoli; ifaħħar l-isforzi li saru mill-BĊE permezz tal-Programm tiegħu dwar is-Swieq tat-Titoli biex jitnaqqsu l-ispreads fi Stati Membri vulnerabbli;
22. Jieħu nota tar-ristrutturar tad-dejn Grieg permezz ta' offerta ta' skambju tal-UE volontarja u koordinata; jikkunsidra li t-tnaqqis tal-piż tad-dejn Grieg miftiehem fis-summit tal-21 ta' Lulju 2011 ma għamel xejn biex ireġġa lura s-sostenibbiltà tad-dejn pubbliku;
23. Jinnota li, filwaqt li t-tnaqqis tal-lieva finanzjarja qed jitkompla f'partijiet mis-settur privat u fil-maġġorparti tal-Istati Membri, il-livelli ta' dejn eċċessivi għadhom mifruxa ħafna fis-settur pubbliku, b'mod partikulari minħabba l-miżuri meħuda biex jassorbu l-eżitu tal-kriżi finanzjarja
24. Ifakkar li qabel ma faqqgħet il-kriżi finanzjarja, il-proporzjon tad-dejn pubbliku mqabbel mal-PDG taż-żona tal-euro naqas minn 72% fl-1999 għal 67% fl-2007 u li, għal kuntrarju ta' dan, il-livelli ta' dejn tad-djar u l-impriżi u l-livell ta' lieva fis-settur finanzjarju żdiedu b'mod sinifikanti matul l-istess perjodu; jindika, b'mod partikulari, li d-dejn tad-djar fiż-żona tal-euro żdied minn 52% għal 70% tal-PDG matul l-istess perjodu u li l-istituzzjonijiet finanzjarji żiedu l-livell ta' dejn tagħhom minn anqas minn 200% tal-PDG għal aktar minn 250%; jirrikonoxxi li xi Stati Membri, bħall-Ġreċja u l-Italja, kienu eċċezzjonijiet sinifikanti għal dawn it-tendenzi ġenerali;
25. Jinnota ż-żieda rapida fil-proporzjon ta' lieva tal-BĊE, kif imkejjel mill-kapital u r-riservi tiegħu b'konnessjoni mal-assi tiegħu, għalkemm il-proporzjon ta' lieva ma jistax jiġi applikat lill-banek ċentrali bl-istess mod bħal fil-każ ta' banek kummerċjali; jinnota, madankollu, li sa nofs Awwissu tal-2011 il-karta tal-bilanċ tal-BĊE diġà naqset b'madwar 10% mill-punt massimu tagħha, għalkemm bdiet tiżdied rapidament minn dak iż-żmien “il hawn; jinnota, li filwaqt li kien hemm ukoll tkabbir sostanzjali fil-karti tal-bilanċ ta' banek ċentrali oħra, il-proporzjon ta' lieva tal-BĊE huwa ogħla minn dak ta' banek ċentrali komparabbli oħra, bl-eċċezzjoni ta' dawk li implimentaw programmi ta' quantitative easing, bħall-Federal Reserve u l-Bank tal-Ingilterra;
26. Jindika u jilqa' l-fatt li l-espansjoni tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE ma wasslitx għal inflazzjoni; jenfasizza ż-żieda fir-rwol tiegħu bħala kontroparti ċentrali bejn il-banek taż-żona tal-euro, li tirrifletti bidla temporanja fl-intermedjazzjoni mis-suq interbankarju għall-Eurosistema kif ukoll żieda fl-assi taż-żona tal-euro miżmuma mill-Eurosistema li se jimmaturaw maż-żmien; jindika barra dan, li l-għoti ta' likwidità lil banek solventi mhux neċessarjament ifisser żieda fil-provvista monetarja u jinnota li l-miżuri mhux standard huma ta' natura temporanja; jinsab konvint li dawn l-iżviluppi kollha, flimkien ma' fatturi esterni, żguraw li l-inflazzjoni b'mod konsistenti baqgħet madwar 2%;
27. Jiġbed l-attenzjoni mill-ġdid lejn id-dipendenza eżaġerata u nkwetanti ta' ħafna banek fiż-żona tal-euro fuq il-likwidità pprovduta mill-BĊE, fin-nuqqas ta' suq interbankarju kompletament funzjonali; jinnota li filwaqt li fl-2010 l-Eurosistema aċċettat medja ta' EUR 488 biljun f'titoli abbażi ta' assi (ABS) bħala kollaterali, il-kriterji ta' eliġibilità għall-ABS fl-operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema saru aktar stretti u dan għandu jwassal biex maż-żmien dan l-ammont jonqos;
28. Jenfasizza li l-Eurosistema rrifjutat li tiżvela l-metodu użat għad-determinazzjoni tal-“prezz teoretiku” tal-assi deprezzati eliġibbli għall-operazzjonijiet ta' likwidità tagħha fil-qafas tal-programm tal-Appoġġ tal-Kreditu Msaħħaħ; jenfasizza li għalhekk huwa impossibbli li jiġi verifikat jekk il-BĊE kellux rwol kważi fiskali; jistieden għalhekk lill-BĊE jiżvela l-metodi ta' valutazzjoni li uża matul il-kriżi,
29. Jenfasizza li minħabba n-nuqqas ta' qafas adegwat ta' kriżi taż-żona tal-euro, il-BĊE kien kostrett jieħu riskji li ma kinux koperti mill-mandat tiegħu;
30. Jitlob lill-BĊE jkun aktar apert dwar il-kwalità u l-kwantità tat-titoli li għandu, inklużi ABS aċċettati bħala kollaterali kif ukoll titoli negozjabbli u mhux negozjabbli miżmuma għal skopijiet monetarji u titoli mhux miżmuma għal skopijiet monetarji;
31. Jirrikonoxxi l-bżonn ta' miżuri għal politika monetarja mhux standard u jinnota n-natura temporanja tagħhom, iżda jitlob it-tneħħija gradwali ta' dawn il-programmi malli s-swieq finanzjarji jsiru stabbli u l-kriżi tad-dejn sovran tingħeleb u dment li jkun stabbilit qafas Komunitarju li jiffaċċja b'mod adegwat l-instabbiltà finanzjarja; jitlob miżuri għat-twaqqif ta' governanza ekonomika aktar integrata;
32. Jistieden lill-BĊE jdaħħal fis-seħħ fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli mekkaniżmu ta' rata ta' skont li jista' jkun aġġustat f'każ li sigurtà partikulari titniżżel aktar fil-klassifika mill-maġġorparti tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu bil-ħsieb li jkun garantit li l-BĊE ma jispiċċax b'wisq assi riskjużi; jemmen barra dan, li l-BĊE għandu jikkunsidra l-possibbiltà ta' estensjoni tal-politika li tirrikjedi tal-anqas żewġ klassifikazzjonijiet ta' kreditu qabel titolu jiġi aċċettat bħala kollaterali mit-titoli ggarantiti minn assi biss għat-tipi kollha l-oħra ta' kollaterali li attwalment huwa jeħtiġilhom titolu wieħed biss, u jistieden lill-BĊE jiżviluppa qafas proprju għal valutazzjoni tar-riskju;
33. Jenfasizza li l-kundizzjonijiet imposti fuq banek li jibbenefikaw mis-sistema ta' ħlas TARGET-2, u mil-lat aktar ġenerali, li faċilitajiet ta' provvista ta' likwidità tal-BĊE huma kawża ta' tħassib f'termini ta' riskji tal-kreditu għall-BĊE stess; jistieden lill-BĊE għalhekk, biex jipprovdi aktar informazzjoni pubblika regolari fuq il-flussi bejn il-banek ċentrali taż-żona tal-euro, kif imkejla skont is-sistema ta' ħlas TARGET-2, sabiex tiżdied it-trasparenza u biex tkun ipprovduta ċarezza adegwata dwar l-iżviluppi reċenti sabiex dawn il-flussi ma jiġux interpretati b'mod żbaljat bħala trasferimenti permanenti minn pajjiżi b'bilanċ pożittiv fil-kont kurrenti lejn pajjiżi b'defiċit;
34. Jinsab imħasseb dwar il-livell għoli tan-nuqqas ta' allinjament tal-maturità tad-dejn u tal-munita ta' bosta istituzzjonijiet bankarji taż-żona tal-euro rilevanti b'mod sistematiku u mhux sistematiku;
35. Huwa tal-fehma li fl-emerġenza attwali jeħtieġ b'mod urġenti li jiġu definiti u żvelati l-kundizzjonijiet stretti addizzjonali marbuta mad-dispożizzjonijiet ta' likwidità tal-BĊE, inklużi l-kundizzjonijiet prudenzjali li jmorru lil hinn mir-regoli interni u mhux żvelati u mit-tnaqqis relatat mal-kollateral aċċettat għall-operazzjonijiet ta' rifinanzjament tiegħu;
36. Jitlob lill-BĊE jistudja jekk ir-rekwiżiti ta' riżervi obbligatorji jistgħux ikunu strument addizzjonali flimkien mar-rata tal-interessi, bil-għan li tiġi salvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja mingħajr ma jkun kompromess l-irkupru;
37. Jinnota li fl-Istati Uniti u fl-UE waħda mill-konsegwenzi tal-politiki monetarji implimentati qabel u matul il-kriżi kienet it-tfassil ta' kurva tar-rendiment pożittiv li jgħin fir-rikapitalizzazzjoni aktar rapida tas-sistema bankarja bil-għajnuna ta' depożituri u selliefa fuq terminu qasir;
38. Jenfasizza l-pożizzjoni kostanti u rigoruża adottata għal snin sħaħ mill-BĊE dwar il-kwistjoni tat-tisħiħ tal-governanza ekonomika fl-interess Ewropew;
Governanza Ekonomika u Finanzjarja
39. Jitlob superviżjoni makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja li tkun integrata aħjar fil-kuntest tal-politika monetarja u li tqis id-differenzi bejn pajjiżi fiż-żona tal-euro u dawk li mhumiex; jitlob li jsiru aktar sforzi għall-iżvilupp ta' qafas analitiku integrat biex jivvaluta b'mod konġunt l-effetti tal-politiki makroprudenzjali u monetarji, u l-iżvilupp ulterjuri tal-istrumenti tal-politika makroprudenzjali tal-BERS, filwaqt li jitqiesu l-parikularitajiet nazzjonali, ġuridiċi u partikularitajiet tas-sistema finanzjarja oħrajn;
40. Jitlob żieda kunsiderevoli tar-riżorsi disponibbli għall-arkitettura superviżorja finanzjarja l-ġdida sabiex tiżdied l-effikaċja tagħha u jitlob, barra minn hekk, analiżi kontinwa tal-effikaċja tal-arkitettura superviżorja finanzjarja l-ġdida bl-għajnuna tal-valutazzjonijiet tal-impatt u evalwazzjoni tal-għażla fit-tul li tiġi stabbilita awtorità superviżorja finanzjarja Ewropea unika, li tiġbor flimkien l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej attwali u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistematiku;
41. Jenfasizza l-ħtieġa ta' Ministru tal-Finanzi Ewropew uniku, possibbilment mill-Kummissjoni skont il-proposta li saret minn Jean-Claude Trichet f'Aachen fit-2 ta' Ġunju 2011; jemmen li l-kwistjoni tal-leġittimità demokratika ta' tali proposta trid tkun indirizzata b'mod adegwat; jinnota, f'dak ir-rigward, li f'unjoni monetarja l-politika fiskali ma tirrigwardax biss lill-Istati Membri iżda għandha ħafna riperkussjonijiet transkonfinali mifruxa u li l-kriżi preżenti wriet il-limiti tal-politiki fiskali 100% deċentralizzati; jemmen li l-Ministru tal-Finanzi Ewropew uniku għandu jkun demokratikament responsabbli quddiem il-Parlament Ewropew; jisħaq fuq il-fatt li pass “il quddiem ta' din ix-xorta lejn unjoni fiskali bbażata fuq il-metodu Komunitarju jeħtieġ sjieda demokratika msaħħa u reviżjoni potenzjali tat-Trattat fuq perjodu twil, iżda jirrikonoxxi li l-qafas attwali jippermetti governanza ekonomika aktar b'saħħitha fuq perjodu qasir;
42. Jenfasizza l-ħtieġa ta' Teżor Ewropew uniku biex iserraħ lill-BĊE mir-rwol kważi fiskali tiegħu; huwa tal-fehma li dan it-Teżor Ewropew jista' jiġi stabbilit permezz ta' bidla fit-Trattat tal-UE;
43. Jilqa' l-fatt li l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) ingħata d-dritt li jixtri bonds tal-gvern fis-suq sekondarju billi dan jista' jnaqqas il-pressjoni minn fuq il-BĊE fiċ-ċirkostanzi attwali;
44. Jiddeplora f'dak ir-rigward il-fatt li l-MES kien ġie stabbilit barra mill-ambitu tat-Trattati tal-UE u għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni tipproponi mekkaniżmu permanenti ta' ġestjoni tal-kriżi bbażat fuq regoli Komunitarji (eż. Fond Monetarju Ewropew);
45. Jenfasizza l-bżonn assolut li jiġu implimentati u applikati malajr id-dispożizzjonijiet tal-pakkett tal-governanza ekonomika; f'dak ir-rigward, jappella għall-applikazzjoni konsistenti u bilanċjata tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u mekkaniżmu awtomatiku għall-impożizzjoni ta' sanzjonijiet fuq pajjiżi li f'każ ta' defiċits tal-baġit;
46. Jistenna bil-ħerqa t-tressiq tar-rapport tal-Kummissjoni qabel l-aħħar tal-2011 dwar it-twaqqif ta' sistema ta' ħruġ komuni ta' bonds sovrani Ewropej, jew titoli tal-euro, abbażi ta' obbligazzjoni in solidum, jekk xieraq akkumpanjat minn proposti leġiżlattivi;
Id-dimensjoni esterna
47. Billi l-BĊE, l-FMI u l-Kummissjoni jaħdmu flimkien f'missjonijiet f'xi Stati Membri, jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti għal rappreżentanza esterna unika taż-żona tal-euro, skont l-Artikolu 138 tat-TFUE, speċjalment fil-konfront tal-FMI;
Trasparenza u responsabbiltà
48. Jirrakkomanda li l-BĊE jtejjeb it-trasparenza ta' ħidmietu biex iżid il-leġittimità u l-prevedibilità tiegħu; itenni t-talba fit-tul tiegħu sabiex is-sommarji tal-minuti tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv isiru pubbliċi;
49. Jitlob, f'konformità mar-rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, aktar trasparenza u responsabbiltà fir-rigward tad-dokumentazzjoni ta' deċiżjonijiet dwar il-proċeduri ta' reklutaġġ kif ukoll is-salarji u r-rieżamijiet tal-bonus;
50. Jilqa' l-impenn tal-BĊE għar-responsabbiltà tiegħu quddiem il-Parlament Ewropew u jenfasizza r-rwol ferm kostruttiv li kellu l-BĊE fl-ogħla livell tiegħu u permezz tal-persunal tiegħu fil-proċedura ta' kodeċiżjoni;
o o o
51. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-Grupp tal-Euro u lill-Bank Ċentrali Ewropew.
– wara li kkunsidra l-Artikolu 165 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 14 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, b'mod partikolari l-Artikoli 23, 28 u 29 tagħha,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja(1),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-effiċjenza u l-ekwità fis-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ Ewropej (COM(2006)0481),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Żgħażagħ mobbli: Inizjattiva biex jinħareġ il-potenzjal taż-żgħażagħ biex jinkiseb it-tkabbir bil-għaqal, sostenibbli u inklużiv fl-Unjoni Ewropea” (COM(2010)0477),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Nindirizzaw il-problema tal-waqfien mill-iskola qabel iż-żmien: Kontribut ewlieni għall-Aġenda tal-Ewropa 2020” (COM(2011)0018),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politiki biex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskejjel (COM(2011)0019),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Il-Kura u l-Edukazzjoni Bikrija tat-Tfal: Nagħtu lil uliedna l-aqwa bidu għad-dinja ta' għada” (COM(2011)0066),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-2020” (COM(2011)0173),
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2008 dwar it-tħejjija taż-żgħażagħ għas-seklu 21: aġenda għall-koperazzjoni Ewropea dwar l-iskejjel(2),
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (“ET 2020”)(3),
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2009 dwar l-edukazzjoni ta' tfal bi sfond ta' migrazzjoni(4),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2010 dwar id-dimensjoni soċjali tal-edukazzjoni u t-taħriġ(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Frar 2007 dwar id-diskriminazzjoni kontra n-nisa fir-riklamar(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2008 dwar “Lejn strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal”(7),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Settembru 2008 dwar it-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni tal-għalliema(8),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Mejju 2010 dwar kompetenzi ewlenin għal dinja li qed tinbidel: l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2010“(9),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Mejju 2010 bit-titolu “Strateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ – Investiment u Responsabbilizzazzjoni”(10),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-9 ta' Marzu 2011 dwar strateġija Ewropea dwar ir-Roma(11),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2011 dwar it-tagħlim fl-ewwel snin tat-tfulija fl-Unjoni Ewropea(12),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7–0363/2011),
A. billi ż-żgħażagħ, sabiex jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà u biex jiżviluppaw b'mod sodisfaċenti kemm bħala persuna kif ukoll bħala ċittadin, għandu jkollhom firxa wiesgħa ta' għarfien u ħiliet essenzjali, b'mod speċjali l-ħiliet li jikkomunikaw b'mod effettiv, li jsolvu l-problemi u li jevalwaw b'mod kritiku l-informazzjoni;
B. billi l-edukazzjoni taż-żgħażagħ tikkontribwixxi fost oħrajn għall-iżvilupp personali, l-aħjar integrazzjoni soċjali u l-iżvilupp tas-sens ta' responsabbiltà u inizjattiva tagħhom,
C. billi r-rati ta' tluq bikri mill-iskola (TBS) jvarjaw minn Stat Membru tal-UE għal ieħor, kif ukoll bejn bliet u reġjuni u l-kategoriji soċjoekonomiċi tal-popolazzjonijiet, u huma influwenzati minn medda ta' fatturi kumplessi,
D. billi waħda mill-ħames miri l-aktar importanti ta' Ewropa 2020 hi li l-proporzjon ta' studenti li jħallu l-iskola kmieni jitnaqqas għal inqas minn 10% u li l-parti tal-ġenerazzjoni żagħżugħa bi grad universitarju jew b'diploma jew b'edukazzjoni ekwivalenti tiżdied għal tal-inqas 40%;
E. billi l-mira ta' 10% kienet ġiet miftiehma qabel minn Stati Membri fl-2003 imma sebgħa minnhom biss irnexxielhom jilħqu dan il-punt ta' riferiment, u billi fl-2009, ir-rata medja ta' studenti li jħallu l-iskola kmieni kienet ta' 14,4%,
F. billi, minkejja t-tnaqqis regolari tar-rata tat-tluq bikri mill-iskola f'dawn l-aħħar għaxar snin, il-maġġoranza tal-Istati Membri għad għandhom approċċ frammentat u kkoordinat ħażin meta jindirizzaw din il-problema,
G. billi 24,1% taż-żgħażagħ kollha ta' 15-il sena fl-Unjoni Ewropea għandhom livell batut fil-kapaċità tal-qari,
H. billi l-qari huwa għodda ta' bażi indispensabbli għal kull żagħżugħ biex jiżviluppa f'kull suġġett tal-iskola iżda wkoll biex jintegra ruħu fid-dinja tax-xogħol, jifhem u janalizza l-informazzjoni, jikkomunika sew u jipparteċipa f'attivitajiet kulturali u billi għal din ir-raġuni għandhom jittieħdu miżuri speċifiċi biex jissolvew dawn in-nuqqasijiet fil-qari,
I. billi t-TBS għandu konsegwenzi severi għall-koeżjoni soċjali tal-UE u mhux biss għat-tkabbir ekonomiku, il-bażi tal-ħiliet Ewropea u l-istabilità soċjali peress li huwa ta' ħsara għat-toroq tal-karrieri, għas-saħħa u għall-benessri taż-żgħażagħ, minħabba li l-livell dgħajjef ta' edukazzjoni huwa wkoll kawża ewlenija tal-faqar u riżultati negattivi rigward saħħa,
J. billi t-TBS huwa fattur fundamentali li jikkontribwixxi għall-qgħad, il-faqar u l-esklużjoni soċjali,
Karatteristiċi tat-TBS
1. Jenfasizza li l-pedamenti għal karriera edukattiva tal-futur tat-tfal u l-benessri tagħhom jitqiegħdu fl-ewwel snin tat-tfulija u jistgħu jgħinu jsedqu l-idea ta' tagħlim tul il-ħajja, u li t-tfulija bikrija huwa perjodu li matulu s-sensittività, it-tagħlim tal-lingwi, u l-kapaċità li wieħed jifforma kuntatti soċjali - attributi essenzjali fis-soċjetà tal-futur - għandhom jiġu mħeġġa sabiex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tat-tfal kemm fl-iskola kif ukoll fis-soċjetà minn età żgħira u b'hekk jiġi miġġieled it-tluq bikri mill-iskola, Jenfasizza li l-pedamenti għal karriera edukattiva tal-futur tat-tfal jitqiegħdu fl-ewwel snin tat-tfulija, u jtenni l-istedina li tinsab fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar it-Tagħlim fl-Ewwel Snin tat-Tfulija fl-UE għall-iżvilupp ta' qafas Ewropew għas-servizzi tal-kura u l-edukazzjoni bikrija tat-tfal minn età kemm jista' jkun żgħira, b'mod speċjali billi jiġu żviluppati nurseries u faċilitajiet għat-tfal pubbliċi u mingħajr ħlas;
2. Jinnota li t-TBS hu partikolarment ikbar fost it-tfal bi sfond fqir u żvantaġġjat u t-tfal minn familji migranti u li ħafna drabi huwa marbut mal-faqar u l-esklużjoni soċjali,
3. Jissuġġerixxi li għandu jkun ipprovdut appoġġ lingwistiku għall-istudenti immigranti;
4. Jenfasizza li f'dan il-kuntest, għandhom jittieħdu passi biex it-tfal Roma u dawk mingħajr dokumenti ta' identità għandhom ikunu jistgħu jattendu l-iskola;
5. Jinnota li fost it-tfal Roma, 20% mhumiex miktubin fi skola u 30% minnhom jieqfu mill-iskola qabel iż-żmien; jenfsizza li għalkemm it-tluq bikri mill-iskola huwa aktar komuni fost is-subien milli l-bniet, hemm sitwazzjoni speċjali fil-każ tal-komunitajiet tradizzjonali tar-Roma, fejn minħabba t-tradizzjoni ta' żwiġijiet f'età żgħira, il-waqfien mill-iskola ta' tfajliet żgħar huwa aktar frekwenti u jseħħ meta jkunu iżgħar (madwar 12 sa 13-il sena) meta mqabbla mas-subien (madwar 14 sa 15-il sena); Jindik l-fatt li fil-każ tal-komunitajiet tradizzjonali tar-Roma hemm bżonn ta' miżuri pożittivi supplimentari sabiex jingħeleb it-tluq bikri mill-iskola li jirriżulta minn dawn il-prattiki tradizzjonali li jagħmlu l-ħsara;
6. Jinnota li politiki ineffikaċi dwar il-bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol iżidu l-każijiet ta' tluq bikri mill-iskola u l-falliment akkademiku b'mod ġenerali u li huwa neċessarju li jiġu intensifikati l-isforzi sabiex jittejbu politiki bħal dawn;
7. Jinnota l-eżistenza ta' ċiklu interġenerazzjonali, jiġifieri t-tendenza qawwija li wlied persuni li ħallew l-iskola qabel iż-żmien jsiru huma wkoll persuni li jħallu l-iskola qabel iż-żmien; jenfasizza li l-istruttura tal-familja għandha influwenza sinifikanti fuq kemm it-tfal għandhom il-ħila u l-motivazzjoni biex jagħmlu suċċess fl-iskola;
8. Jinnota, fir-rigward tal-kura tat-tfulija bikrija, li r-rwol tal-familja, ir-relazzjonijiet u l-koeżjoni bejn it-tfal, u l-ġenituri tagħhom matul l-ewwel snin ta' ħajjithom, huma ta' importanza fundamentali għall-integrazzjoni tajba fl-iskola;
9. Iwissi kontra l-effetti tad-diffikultajiet u l-problemi speċifiċi tat-tagħlim, fatturi li jżidu r-riskju tat-tfal affettwati mit-tluq bikri mill-iskola;
10. Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jipprovdu attivitajiet li jmorru lil hinn mill-kurrikulu u attivitajiet li jsiru barra mill-iskola għal studenti li għandhom diffikultajiet fit-tagħlim biex jgħinuhom jiżviluppaw il-ħiliet ewlenin li huma meħtieġa biċ-ċar fis-suq tax-xogħol;
11. Ifakkar li t-TBS jista' jkollu effett ħażin fuq l-aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja li jkun ta' kwalità għolja;
12. Jiġbed l-attenzjoni, f'dan ir-rigward, għall-istudji tal-OECD ta' PISA li juru li l-istudenti fis-sistemi edukattivi li għandhom grad inqas tad-differenzazzjoni vertikali u orizzontali għandhom inqas possibbiltá li jirrepetu sena jew li jitkeċċew; jenfasizza s-sejba tal-OECD li huma l-istudenti li ġejjin minn kuntesti soċjalment żvantaġġati li jbatu l-aktar meta jkollhom jirrepetu sena skolastika jew meta jitkeċċew;
13. Jenfasizza s-sejba tal-OECD li l-għażla bikrija ta' studenti għal toroq edukattivi differenti żżid l-inugwaljanza soċjoekonomika f'termini ta' opportunitajiet edukattivi, mingħajr ma ttejjeb il-prestazzjoni medja fis-sistemi edukattivi kkonċernati;
14. Jiġbed l-attenzjoni, f'dan ir-rigward, għas-sejba tal-OECD li l-prestazzjoni komparattiva tas-sistemi skolastiċi fl-istudji ta' PISA hija milquta ħażin mill-prattiki ta' studenti li jiċċaqalqu minn skola għal oħra minħabba riżultati ħżiena, problemi ta' mġiba jew diffikultajiet speċifiċi fit-tagħlim u ta' studenti mqassma fuq il-bażi tal-abbiltà fis-suġġetti kollha;
15. Jindika f'dan ir-rigward li, skont l-OECD, studenti li huma żvantaġġati soċjoekonomikament għandhom sikwit żvantaġġ doppju minħabba li huma jattendu skejjel milquta minn tipi varji ta' żvantaġġi soċjoekonomiċi, fejn hemm inqas għalliema u li huma wkoll inqas ikkwalifikati;
Il-ħtieġa għal approċċ personalizzat
16. Jiddikjara li l-opportunitajiet indaqs u l-għażla fl-edukazzjoni għall-individwi ta' kull oriġini soċjali, etnika jew reliġjuża - ikun liema jkun is-sess tagħhom u minkejja d-diffikultajiet u d-diżabilitajiet personali speċifiċi - huma vitali għall-ħolqien ta' soċjetà aktar ugwali u inklusiva li tkun vibranti, innovattiva u koeżiva; jenfasizza r-rwol li għandhom is-servizzi pubbliċi f'dan ir-rigward;
17. Jistqarr li l-edukazzjoni skolastika hija wieħed mill-aħjar modi biex tingħata opportunità ugwali lil kulħadd biex jirnexxi u opportunità biex jinkisbu għarfien u kompetenzi li jgħinuhom jintegraw fid-dinja tax-xogħol u b'hekk jinkiser iċ-ċiklu interġenerazzjonali; jitlob għall-koordinazzjoni aħjar tal-offerta tal-appoġġ edukattiv, li tiżdied l-aċċessibilità tiegħu u li jiġi estiż il-provvediment tas-servizzi soċjali u l-għajnuniet għall-familja;
18. Jitlob għal approċċ personalizzat u inklussiv għall-edukazzjoni li jibda mill-edukazzjoni u l-kura tat-tfal żgħar u jinkludi għajnuna b'miri speċifiċi għall-persuni affettwati mit-tluq bikri mill-iskola fejn hemm bżonn, partikolarment għal tfal u żgħażagħ li jsofru minn diżbilità;
19. Jitlob li jitwettqu aktar sforzi sabiex dan l-approċċ personalizzat jibbenefika lill-istudenti li jsofru minn diffikultajiet ta' tagħlim bħal pereżempju d-dislexia, dyspraxia, dyscalculia jew problemi ta' nuqqas ta' attenzjoni u iperattività;
20. Jinnota li l-problemi li jwasslu għat-tluq bikri mill-iskola ħafna drabi joriġinaw barra mill-iskola u li dawn għandhom jiġu identifikati u indirizzati;
21. Jissuġġerixxi li l-iskejjel sekondarji u vokazzjonali jipprovdu servizzi ta' akkumpanjament psikoloġiku, distinti mill-għalliema, sabiex studenti bi problemi personali jitkellmuhom b'mod kunfidenzjali; jenfasizza li l-persunal li jipprovdi l-akkumpanjament psikoloġiku għandu jkollu taħriġ adegwat u li għal dan l-iskop jkollhu l-faċilitajiet għal taħriġ kontinwu f'kompetenzi speċifiċi;
22. Jinkuraġixxi li d-diffikultajiet ta' tagħlim jiġu indirizzati minn kmieni, u jissuġġerixxi li jkunu stabbiliti mekkaniżmi li jwissu minn qabel u proċeduri ta' segwitu ħalli jipprevjenu l-problemi milli jeskalaw; jinnota li, sabiex jinkiseb dan, il-komunikazzjoni multilaterali u l-kooperazzjoni iktar mill-qrib bejn l-iskejjel u l-ġenituri u mexxejja tal-komunità huma kruċjali, bħalma huma netwerks ta' appoġġ lokali bl-involvimnent tal-medjaturi tal-iskola jekk ikun hemm bżonn;
23. Iqis li jkun xieraq li jiġu stabbiliti servizzi ta' akkumpanjament psikoloġiku għall-ġenituri, b'kunsiderazzjoni tal-influwenza li għandu l-ambjent tal-familja fuq l-iżvilupp edukattiv u soċjali tal-istudenti;
24. Jissottolinja li ħafna drabi r-raġuni għall-falliment tat-tfal u ż-żgħażagħ hija li l-kurrikulu mhuwiex adegwat għall-ħtiġijiet tal-ħajja u tal-interessi soċjalment ikkundizzjonati tagħhom; jindika l-fatt li l-karattru riġidu u uniformi żżejjed tas-sistema edukattiva tagħmel l-individwaliżmu tax-xogħol aktar diffiċli għall-istudent, u tfixklu milli jassoċja t-tagħlim tal-iskola mal-bżonnijiet attwali tiegħu
25. Jinkoraġġixxi li fl-iskola jkun hemm gwida aħjar dwar il-karrieri u skemi ta' xogħol ta' kwalità għolja, u jkun hemm programmi ta' żjarat u skambji kulturali u edukattivi organizzati mill-iskola, inkluż esponiment għall-intraprenditorjat, sabiex tkun iċċarata d-dinja tax-xogħol għall-istudenti u jingħataw l-opportunità li jagħmlu l-għażla informata tagħhom tal-karriera; jissottolinja li l-konsulenti tal-karrieri għandhom jirċievi taħriġ xieraq u kontinwu li jippermettilhom li jitkellmu b'mod attiv maż-żgħażagħ li huma suxxettibbli li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien;
26. Jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġu implimentati politiki maħsuba għall-integrazzjoni tal-istudenti li għandhom diżabilitajiet sensorji fl-iskejjel ordinarji u jistieden lill-Istati Membri jtemmu l-politiki għall-edukazzjoni speċjalizzata u separata;
27. Itenni r-rwol kruċjali tal-volontarjat bħala fattur ta' integrazzjoni soċjali u jitlob lill-Istati Membri jużaw b'mod ġenerali s-Servizz tal-Volontarjat Ewropew bħala fattur ta' żvilupp personali, edukattiv u professjonali;
28. Jirrakkomanda li fl-iskejjel jitwaqqfu skemi ta' gwida esperta li jipprovdu lill-istudenti esponiment għal ex studenti, b'mod speċjali sabiex jippermettu skambji dwar għażliet differenti ta' studju u karriera;
29. Jirrikonoxxi li r-repetizzjoni ta' sena tista' tistigmatizza l-istudenti batuti u mhux bilfors twassal għal riżultati aħjar; jissottolinja li l-fatt li titnaqqas ir-repetizzjoni ta' sena fl-Istati Membri fejn din tiġi prattikata ħafna, u li titbiddel b'appoġġ individwali flessibbli, jikkostitwixxi mezz aktar effikaċi kontra t-tluq bikri mill-iskola;
30. Ifakkar li t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) jista' jkollhom effetti pożittivi f'kuntesti ta' tagħlim strutturat u jiffavorixxu l-motivazzjoni, it-tagħlim u s-suċċess; jissuġġerixxi li l-Istati Membri jippromwovu u jseddqu l-aċċess tal-istudenti għall-ITC sa mill-ewwel snin tal-iskola u jitwaqqfu programmi għall-għalliema;
31. Jinnota li l-pressjonijiet soċjali u finanzjarji fuq familji żvantaġġati jistgħu jġiegħlu lill-studenti jħallu l-iskola kmieni sabiex jidħlu fis-suq tax-xogħol u jipprovdu aktar riżorsi lill-familja; jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw l-introduzzjoni ta' sistema ta' eżami tal-mezzi biex jiġu megħjuna finanzjarjament dawk li għandhom bżonn sabiex jiġġieldu kontra din il-problema; jitlob lill-Istati Membri jgħinu finanzjarjament lill-ġenituri li jiddedikaw imħabbithom u ħinhom għal uliedhom u jipprovdu benefiċċji futuri għas-soċjetà, billi jinvestu fil-kapital uman li ħafna drabi mhuwiex stmat biżżejjed;
32. Jissuġġerixxi li jkunu introdotti miżuri ridistributtivi oħra, bħal, pereżempju, il-forniment ta' ikliet b'xejn fl-iskejjel u kotba tal-iskola b'xejn, biex jitnaqqas l-impatt tal-inugwaljanza soċjali filwaqt li jiġi miġġieled il-periklu ta' stigmatizzazzjoni ta' dawn l-istudenti;
33. Jindika l-punt li appoġġ addizzjonali għandu jiġi offrut lill-persuni b'diżabilità sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' tluq bikri mill-iskola u jiġi offrut taħriġ adegwat u jkun żgurat li jiksbu kwalifiki xierqa;
34. Jenfasizza l-importanza kruċjali tas-sistemi edukattivi statali tal-ogħla kwalità, fejn it-tagħlim huwa b'xejn u miftuħ għal kulħadd u jsir f'ambjent sigur u favorevoli;
35. Jitlob li jsiru sforzi partikolari biex jipprevjenu l-bullying u l-vjolenza fl-iskola u biex jiġġieldu kontra dan il-fenomenu;
36. Ifakkar li huwa importanti li jiżdied in-numru ta' studenti li jlestu l-ewwel parti tat-tagħlim sekondarju, għaliex dan jiffavorixxi l-kisba tal-kompetenzi bażiċi;
Il-kondiviżjoni tar-responsabbiltà
37. Jenfasizza li l-atturi li jistgħu jiġġieldu kontra t-tluq mill-iskola qabel iż-żmien huma diversi; Jindik l-fatt li dawn jinkludu mhux biss il-ġenituri u l-atturi edukattivi kollha imma wkoll l-awtoritajiet pubbliċi, kemm nazzjonali kif ukoll lokali, u jitlob għal kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn dawn l-atturi kollha, flimkien mas-servizzi tas-saħħa u s-servizzi soċjali lokali; jinnota li approċċ “integrat” jista' jkun effikaċi fl-għoti ta' għajnuna lill-individwi kkonċernati biex jegħlbu bosta ostakli li jkollhom fil-kisba edukattiva u l-impjegar; f'dan il-kuntest, jissottolinja l-importanza ta' allowances ta' studju li jippermettu lit-tfal żvantaġġati li jkollhom l-istess opportunitajiet bħall-oħrajn;
38. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw azzjonijiet maħsuba biex jiġġieldu kontra l-isterjotipi eżistenti fl-isfondi soċjokulturali l-aktar żvantaġġati li jorjentawhom mill-bidu lejn taħriġ vokazzjonali ta' żmien qasir minkejja r-riżultati skolastiċi tat-tfal tagħhom;
39. Jissuġġerixxi li l-istrateġiji relatati mat-tluq bikri mill-iskola għandhom jieħdu bħala l-punt ta' bidu tagħhom analiżi, li għandha ssir mill-awtoritajiet kompetenti f'livell lokali u reġjonali, tar-raġunijiet essenzjali tat-tluq bikri mill-iskola, li tkopri gruppi differenti ta' studenti, skejjel, reġjuni u muniċipalitajiet;
40. Jinsisti fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ ir-rabta partikolari li tgħaqqad l-ġenituri u t-tfal, peress li huwa essenzjali għall-iżvilupp u l-bilanċ futur tat-tfal u għall-progress tajjeb tal-edukazzjoni tagħhom; jissottolinja kif l-akkumpanjament tat-tfal fl-ewwel snin ta' ħajjithom jagħti valur miżjud lis-soċjetà u jippermetti t-tnaqqis tal-ispejjeż li jirriżultaw mill-kriminalità tal-minuri, kriminalità, id-depressjoni jew problemi oħra ta' nuqqas ta' stabbiltà li li jwasslu biex it-tfal jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien;
41. Jissottolinja li ż-żgħażagħ, b'mod speċjali dawk li jkunu telqu mill-iskola qabel iż-żmien, għandhom ikunu involuti f'dibattiti dwar il-ħolqien u l-implimentazzjoni ta' politiki u programmi dwar it-tluq bikri mill-iskola; jirrimarka li l-parteċipazzjoni attiva tal-istudenti, permezz ta' pereżempju kunsilli tal-istudenti, tista' tifavorixxi l-motivazzjoni tagħhom billi ttejjeb is-sentiment tagħhom “li huma inklużi” fid-dibattiti dwar is-suċċess skolastiku tagħhom;
42. Jenfasizza l-importanza li ssir analiżi dettaljata tal-effikaċità tal-istrateġiji nazzjonali sabiex tkun disponibbli informazzjoni li tista' tintuża għall-iskambju ta' esperjenzi u ta' prattiki tajba bejn l-Istati Membri;
43. Jissuġġerixxi li l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-ġenituri responsabbli għall-edukazzjoni ta' uliedhom sakemm jagħlqu t-tmintax-il sena, b'tali mod li l-attendenza skolastika obbligatorja tiġi estiża b'sentejn, sa tmintax-il sena minflok sa sittax, jew sat-tmiem l-edukazzjoni sekondarja;
44. Jirrikonoxxi li deskrizzjoni tas-sitwazzjoni tal-interventi pprovduti fl-Istati Membri minn atturi differenti tal-komunità tista' tkun diffiċli biex issir, iżda jaqbel illi t-tfassil tagħha jiġi mħeġġeġ għall-iskambju ta' prattiki tajba; jenfasizza l-ħtieġa ta' koordinazzjoni aħjar fl-UE kollha bejn dawn is-servizzi varji, kif ukoll koordinazzjoni aħjar fi ħdan l-Istati Membri bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali;
45. Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri joħolqu u jfasslu politiki li jippermettu l-identifikazzjoni bikrija tal-persuni l-aktar li huma suxxettibbli li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien;
46. Jinnota li l-provvediment immirat ta' edukazzjoni u kura tat-tfal żgħar minn professjonisti kkwalifikati ħafna jwassal għal tnaqqis sussegwenti tat-tluq bikri mill-iskola;
47. Jinkoraġġixxi l-Istati Membri jinvestu f'taħriġ tal-għalliema u f'persunal ikkwalifikat sew kemm għall-edukazzjoni preskolastika kif ukoll għal dik obbligatorja, u jeżaminaw mill-ġdid u jaġġornaw b'mod regolari s-sistemi edukattivi u l-programmi għall-iżvilupp kontinwu tal-kompetenzi tal-għalliema; jenfasizza l-importanza li tfal jidħlu fl-amjent tal-iskola f'“età bikrija u jissuġġerixxi li fl-iskejjel jiġu impjegati assistenti tal-għalliema biex jaħdmu mal-istudenti li jsibu t-tagħlim diffiċli u biex jassistu lill-għalliema tal-klassijiet fix-xogħol tagħhom kif ukoll persunal awżiljarju biex jakkumpanja l-edukazzjoni tat-tfal b'diżabilità fl-iskola ordinarja jew fi strutturi edukattivi adattati għad-diżabilità tagħhom;
48. Jenfasizza li l-għajnuna pedagoġika fl-iskejjel hija kundizzjoni essenzjali għall-appoġġ tal-istudenti li għandhom diffikultajiet fit-tagħlim u jissottolinja l-importanza li l-istudenti li jħossuhom diżappuntanti u abbandunati mill-iskejjel u l-familja tagħhom jiġu mħeġġa u appoġġjati; iħeġġeġ l-Istati Membri jinvestu fit-taħriġ u l-assistenza soċjali tal-ġenituri li jiddeċiedu li jibqgħu d-dar sabiex jieħdu ħsieb uliedhom matul l-ewwel snin ta' ħajjithom;
49. Ifakkar lill-Istati Membri li għandhom l-obbligu jippreżentaw pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali u jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżental lill-Parlament fi żmien sena, stħarriġ, analiżi u evalwazzjoni ta' dawn il-pjanijiet ta' azzjoni;
50. Jissottolinja li r-relazzjonijiet pożittivi bejn l-għalliema u l-istudenti huma essenzjali sabiex iż-żgħażagħ jiġu mobilizzati fil-proċess tat-tagħlim; għalhekk iħeġġeġ l-Istati Membri jinvestu f'taħriġ xieraq għall-għalliema b'mod li jkollhom il-kompetenzi meħtieġa sabiex jimmobilizzaw u jimmotivaw l-istudenti tagħhom;
51. Jistieden l-istituzzjonijiet ta' taħriġ tal-għalliema biex ifasslu programmi ta' żvilupp ta' kompetenzi tal-għalliema li jintegraw fl-attivitajiet pedagoġiċi, psikoloġiċi u metodoloġiċi l-ħidma ma' grupp ta' studenti li jinsabu f'riskju, li għandhom livell għoli ta' assenza u li m'għandhomx il-ħeġġa li jitgħallmu, u li jipproponu iżjed manwali metodoloġiċi disponibbli għall-għalliema u l-ġenituri;
52. Jinnota li hemm bżonn ta' terapija pedagoġika sabiex tindirizza l-kawżi u s-sintomi tad-diffikultajiet tat-tagħlim tat-tfal, bl-għajnuna ta' miżuri edukattivi u didattiċi, bl-għan li jitnaqqas il-falliment skolastiku u l-konsegwenzi tiegħu;
53. Jirrikonoxxi li l-għalliema għandhom bżonn kompetenzi soċjali u ħin neċessarji biex jirrikonoxxu u jiżviluppaw l-istili differenti ta' tagħlim, kif ukoll il-libertà u l-ispazju biex jadottaw metodi differenti ta'taħriġ u tagħlim bi ftehim mal-istudenti;
54. Jinnota li l-istudenti għandhom kemm jista' jkun kmieni jsiru konxji tal-medda ta' għażliet ta' karrieri lesti għalihom u jissuġġerixxi li l-iskejjel u universitajiet jiżviluppaw sħubijiet ma' kumpaniji u organizzazzjonijiet lokali, li jippermettu lill-istudenti jiltaqgħu ma' professjonisti minn oqsma differenti u wkoll isiru jafu iżjed dwar l-intraprenditorjat;
55. Jenfasizza l-importanza tad-daqs xieraq tal-klassijiet u tal-gruppi u ta' ambjent ta' tagħlim stimolanti u inklussiv għaż-żgħażagħ;
56. Jindika l-punt ukoll li l-bidliet frekwenti tal-għalliema fi klassi partikolari, l-użu ta' sistema ta' żewġ xiftijiet fl-iskola u t-tfassil ħażin tal-iskeda tal-ħinijiet tas-suġġetti jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv il-kapaċità tal-istudenti li jitgħallmu b'mod effiċjenti, u jinkuraġġixxu attitudni ħażina fir-rigward tal-edukazzjoni obbligatorja;
Metodi differenti ta' tagħlim
57. Jirrikonoxxi d-dritt universali għat-tagħlim tul il-ħajja, li jinkludi mhux biss it-tagħlim formali, iżda wkoll dak mhux formali u informali;
58. Jistieden lill-Istati Membri u l-amministrazzjonijiet reġjonali kompetenti fil-qasam tal-edukazzjoni jirrikonoxxu u jivvalidaw l-għarfien miksub b'mod mhux formali u informali, li b'hekk jgħin għar-ritorn tal-poplu fis-sistema edukattiva;
59. Jirrikonoxxi l-vantaġġi tal-isport, l-attivitajiet kulturali, il-volontarjat u ċ-ċittadinanza attiva fil-provvediment ta' forum għal edukazzjoni mhux formali u t-tagħlim tul il-ħajja;
60. Jenfasizza l-importanza ta' varjetà ta' toroq edukattivi għall-istudenti, bit-twaħħid ta' taħriġ ġenerali ma' dak tal-ħiliet vokazzjonali, u jinsisti fuq il-fatt li huwa l-kombinament tajjeb tat-tnejn, skont l-età u l-orjentazzjoni tal-istudenti, li joffri lill-istudenti l-akbar opportunitajiet biex jaċċedu għall-impjieg ta' kwalità; ifakkar f'dan ir-rigward l-importanza li jiġu mħeġġa rabtiet bejn is-sistema edukattiva u d-dinja tax-xogħol kif ukoll bejn is-sistemi ta' taħriġ; jissottolinja wkoll l-importanza li għandhom il-possibilitajiet tat-tagħlim tat-tieni lingwa Ewropea, sabiex iħeġġu l-moviment taż-żgħażagħ u jimmotivawhom biex jiżviluppaw l-interessi u l-perspettivi tagħhom barra mill-ambjent partikolari tagħhom stess;
61. Jenfasizza l-valur miżjud tal-inizjattivi u l-programmi maħsuba għall-ġenituri, li jippermuttulhom approċċ ta' tagħlim tul il-ħajja biex itejbu l-edukazzjoni tagħhom u b'hekk isaħħu l-edukazzjoni u t-tagħlim meta jkunu d-dar ma' uliedhom;
62. Jitlob sabiex jiġu aġġornati r-risorsi tal-iskejjel sabiex jesplojtaw il-benefiċċji potenzjali ta' metodi diġitalizzati ta' tagħlim u sabiex tingħata attenzjoni għal kwalifiki bħal abilità lingwistika jew litteriżmu diġitali, li huma neċessarji għall-impjiegi ta' għada;
63. Jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw l-eżiġenzi tas-suq tax-xogħol u biex jieħdu passi ħalli jgħollu l-istatus tal-kwalfiki vokazzjonali, filwaqt li jsaħħu wkoll il-kooperazzjoni bejn l-istabbilimenti ta' tagħlim vokazzjonali u l-impriżi, sabiex dawn jidhru bħala għażla vijabbli għall-istudenti ta' kull ħila;
64. Jenfasizza li l-prinċipju ta' “nitgħallem kif nitgħallem” għandu jkun fil-qalba tal-kurrikuli tal-iskejjel; Jinnota li metodi attivi ta' tagħlim huwa vitali fl-involviment ta' aktar żgħażagħ fil-proċess tat-tagħlim u dawn jħeġġuhom jespandu l-għarfien tagħhom, u jissuġġerixxi li jiġu inklużi applikazzjonijiet teknoloġiċi ġodda bħal ma joffri l-Internet tal-Oġġetti, sabiex tiżdied il-motivazzjoni tagħhom u jtejbu r-riżultati tagħhom;
65. Jenfasizza l-importanza tal-iżvilupp u l-appoġġ tal-attivitajiet barra s-sistema edukattiva; iqis li l-aċċess għal kulħadd għall-attivitajiet ekstrakurrikolari kemm jekk ikunu sportivi, kulturali jew sempliċiment attivitajiet ta' passatemp jistgħu inaqqsu l-iskartar tal-iskola u t-TBS u huwa partikolarment importanti għat-tagħlim u l-emanċipazzjoni tat-tfal;
66. Jenfasizza li għandhom jiġu żviluppati attivitajiet ekstrakurrikulari fl-iskejjel, għaliex dan jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' immaġini “pożittiva” tal-ambjent skolastiku; jirrikonoxxi li l-fatt li l-istudenti jingħataw iktar inċentivi biex imorru l-iskola huwa mezz li jipprevjeni t-tluq bikri mill-iskola;
67. Jirrikonoxxi r-rwol li għandhom l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fil-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-iskola permezz tal-edukazzjoni mhux formali, li tagħti liż-żgħażagħ kompetenzi estiżi, sens ta' responsabbiltà u fiduċja fil-valur tagħhom stess;
68. Jirrikonoxxi li, fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea, rari jintlaħqu livelli sodisfaċenti ta' kompetenzi fil-lingwi u fil-kalkolu mill-istudenti kollha, u dan jikkontribwixxi għat-tluq bikri mill-iskola; jissottolinja li l-Istati Membri għandhom minnufih jistabbilixxu għanijiet sabiex l-istudenti kollha jispiċċaw l-iskola primarja u jkunu kapaċi jaqraw, jiktbu u jaħdmu l-aritmetika ta' livell li jkun xieraq għall-età tagħhom; Huwa wkoll tal-fehma l-Istati Membri għandhom ifasslu programmi maħsuba għall-kapaċità tal-qari, l-kitba u l-kalkolu li jippermettu lill-istudenti li ma kinux kisbu dawn il-kompetenzi waqt l-edukazzjoni formali tagħhom biex ilaħqu mal-oħrajn malajr kemm jista' jkun;
Is-soluzzjonijiet riparatorji
69. Jistieden lill-Istati Membri isibu modi għall-reintegrazzjoni fis-sistema skolastika għall-istudenti li jkunu ħallew l-iskola qabel iż-żmien billi jimplimentaw programmi adatti, bħal pereżempju permezz ta' skejjel ta' “ċans ieħor” li joffru ambjent ta' tagħlim adattat, li saħansitra jgħin ż-żgħażagħ isibu l-fiduċja fihom stess kif ukoll l-kapaċità li jitgħallmu;
70. Jinnota li sabiex dawn il-miżuri ta' reintegrazzjoni jilħqu lil dawk li l-aktar għandhom bżonn, jeħtieġ li jitwaqqfu arranġamenti xierqa ta' identifikazzjoni u moniteraġġ tal-istudenti konċernati, titqajjem il-kuxjenza u jitkejlu r-riżultati;
71. Jenfasizza li l-ogħla rati ta' riintegrazzjoni huma miksuba minn programmi li jindirizzaw il-bżonnijiet individwali ta' persuni li jieqfu mill-iskola qabel iż-żmien; jistieden lill-istituzzjonijiet edukattivi jirrispettaw il-bżonnijiet u d-drittijiet tal-individwi fl-iżvilupp ta' programmi għalihom;
72. Jenfasizza l-bżonn li jkunu organizzati attivitajiet fuq livell lokali li jinkoraġġixxu lin-nies jirritornaw l-iskola u li jippromwovu ambjent pożittiv għal nies li waqfu mill-iskola qabel iż-żmien u li biħsiebhom jirritornaw,
73. Jinnota li twettqu ftit wisq evalwazzjonijiet tal-miżuri differenti ta' reintegrazzjoni fl-Istati Membri; għalhekk jistieden lill-Istati Membri jissorveljaw u jevalwaw il-programmi tagħhom ta' reintegrazzjoni u jistabbilixxu għanijiet maħsuba għal titjib;
74. Jenfasizza l-bżonn li jkun analizzat il-fenomenu tar-repetizzjoni ta' sena skolastika u l-impatt tagħha fuq il-waqfien mill-iskola qabel iż-żmien, waqt li tkun enfasizzata l-importanza ta' programmi individwali għal studenti individwali;
75. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jwaqfu aktar skejjel riparatorji, billi jsaħħu l-kontenut tal-kurrikuli tagħhom u l-materjal u t-tagħmir tekniku, u billi jsaħħu l-ħila tal-għalliema disponibbli, ladarba dawn l-iskejjel qed jidhru bħala strumenti importanti għar-riintegrazzjoni tal-individwi li ma nqabdux fix-xibka tas-sistema edukattiva formali;
Is-sistema edukattiva u l-impjiegi
76. Jinnota li tnaqqis għal mhux aktar minn 10% li jissodisfa l-mira prinċipali tal-UE 2020, ikollu effett fuq it-tnaqqis tal-qgħad fost iż-żagħżagħ u fit-titjib fir-rata ta' impjiegi, peress li attwalment 52% tal-istudenti li jieqfu mill-iskola huma bla xogħol u skont l-estimi akkademiċi, in-numru ta' impjiegi disponibbli għal ħaddiema b'livell baxx ta' ħiliet jew li m'għandhomx sengħa se jkompli jonqos aktar fis-snin li ġejjin; jindika li, f'każ ta' tnaqqis tar-rata b'1% biss, ikunu jistgħu jiġu akkwistati madwar 500 000 ħaddiem potenzjali kkwalifikat;
77. Huwa tal-fehma li t-tluq bikri mill-iskola jfisser telf ta' opportunitajiet għaż-żgħażagħ u telf ta' potenzjal soċjali u ekonomiku għall-UE kollha kemm hi; jenfasizza l-fatt li barra l-impatt tat-tibdil demografiku attwali, il-pajjiżi Ewropej ma jifilħux għal din il-ħela enormi ta' talent u jisħaq li din it-tendenza dan għandħa tkun ikkunsidrata fuq l-isfond ta' suq tax-xogħol u livell ta' kompetittività tal-UE li t-tnejn għandhom it-tendenza jippreferu persuni bi kwalifiki edukattivi ogħla; jinnota li titjib fil-kisba ta' riżultati fl-edukazzjoni b'hekk jgħin biex titreġġa' lura din it-tendenza għaliex livelli ogħla ta' ħiliet joħolqu “'tkabbir intelliġenti'”, u l-indirizzar ta' wieħed mill-fatturi ewlenin ta' riskju involuti fil-qgħad u l-faqar, se jwassal għal “'tkabbir inklużiv'”;
78. Jenfasizza r-rabta bejn it-tluq bikri mill-iskola u l-qgħad fost iż-żgħażagħ; jirrimarka li aktar minn nofs iż-żgħażagħ li telqu mill-iskola qabel iż-żmien fl-Unjoni kienu mingħajr xogħol fl-2009 u li t-tluq bikri mill-iskola jista' jwassal għal dipendenza eċċessiva fil-konfront ta' xogħol prekarju u jżid il-problema tal-qgħad strutturali fil-popolazzjoni b'mod aktar ġenerali;
79. Jirrimarka li ż-żgħażagħ li jkunu telqu mill-iskola qabel iż-żmien ikunu anqas suxxettibbli li jikkontribwixxu b'mod attiv għall-intraprenditorjat soċjali u ekonomiku, u dan ikollu konsegwenzi negattivi fuq l-ekonomija u s-soċjetà;
80. Jenfasizza l-importanza tal-ġlieda kontra t-tluq bikri mill-iskola, mhux l-inqas minħabba t-tendenzi demografiċi fl-UE;
81. Jinnota li l-effetti ekonomiċi u soċjali fit-tul tat-tluq bikri mill-iskola jwasslu għal riskju sinifikanti tal-faqar u li l-ġlieda kontra t-tluq bikri mill-iskola hija mod kif tiġi ostakolata l-esklużjoni soċjali fost iż-żgħażagħ; għalhekk jikkunsidra t-tnaqqis fin-numru ta' persuni li jieqfu mill-iskola qabel iż-żmien bħala l-miżura ewlenija sabiex jintlaħaq l-għan, fi strateġiji kemm fuq livell nazzjonali u dak Ewropew, li mill-inqas 20 miljun persuna jintrefgħu mir-riskju ta' faqar, u jħeġġeġ lill-Istati Membri ma jnaqqsux il-limitu massimu ta' età statutorja ta' ħruġ mill-iskola;
82. Jistieden lil dawk li jħaddmu jħeġġu, fejn hu possibbli, il-ħaddiema żgħażagħ li ma komplewx edukazzjoni sekondarja għolja biex jiksbu dawn il-kwalifiki, billi jimplimentaw dawn il-politiki ta' ġestjoni interna maħsuba biex jirrikonċiljaw studju u xogħol; ifakkar f'dak ir-rigward il-ħtieġa li titħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-istudenti tal-programm Leonardo da Vinci;
83. Jistieden għalhekk lill-Istati Membri jfasslu politiki kemm jista' jkun malajr bil-ħsieb li jinħolqu impiegi ġodda bbażati fuq ħiliet ġodda;
84. Jenfasizza l-bżonn li s-sistemi tal-edukazzjoni jkunu adattati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-suq tax-xogħol; jindika li f'sitwazzjoni fejn se jkun rari, fil-ġejjieni, li wieħed jgħaddi l-ħajja kollha tax-xogħol tiegħu f'settur wieħed, l-istudenti jeħtieġu jakkwistaw medda wiesgħa ta' abbiltajiet, bħalma huma l-kreattività, il-ħsieb kreattiv, il-ħiliet ġenerali u l-abbiltà li jadattaw malajr u b'mod flessibbli għal kundizzjonijiet u rekwiżiti li jinbidlu;
85. Iħeġġeġ lill-Istati Membri, assistiti mill-Kummissjoni, jaġixxu b'mod effettiv biex jirreġistraw il-fenomenu ta' barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ NEET (Not in Education, Employment or Training) u jindirizzawh;
86. Jipproponi li jiġi estiż l-ambitu sabiex jiddaħħlu apprendistati fil-kumpaniji filwaqt li titkompla l-edukazzjoni skolastika;
87. Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom itejbu aktar is-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ tagħhom, sabiex jilħqu aħjar il-bżonnijiet tal-individwu ma' dawk tas-suq tax-xogħol, billi fost l-oħrajn jiġu indirizzati l-problemi tal-ħiliet bażiċi (il-litteriżmu u l-matematika bażika) jippromwovu l-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ u jittieħdu l-miżuri li jissimplifikaw it-tranżizzjoni bejn l-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol;
88. Jinnota li t-tluq bikri mill-iskola huwa aktar spiss mas-subien u li aħna ninsabu f'riskju li noħolqu klassi iktar baxxa ta' rġiel żgħażagħ qiegħda bi ftit jew xejn edukazzjoni u b'opportunitajiet limitati li jsiru parti mis-suq tax-xogħol u mis-soċjetà b'mod ġenerali; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħtu attenzjoni speċjali lis-subien li għandhom diffikultajiet biex jadattaw ruħhom għall-ambjent skolastiku u jiskoraġġixxi lill-Istati Membri milli jnaqqsu l-età għall-edukazzjoni obbligatorja;
89. Filwaqt li għandu jitqies il-fatt li l-impjiegi qosra jew inċerti huma ogħla fost persuni li għandhom ftit edukazzjoni, jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-isforzi li jippermettu lill-persuni li jieqfu mill-iskola qabel iż-żmien biex jirritornaw fis-suq tax-xogħol jaħdmu b'mod invarjabbli id f'id mal-programmi ta' taħriġ addizzjonali biex itejbu l-prospettivi futuri tagħhom ta' impjieg;
90. Jindika li l-investiment fit-taħriġ mill-ġdid u fil-modernizzazzjoni ta' korsijiet tat-taħriġ vokazzjonali huwa essenzjali sabiex jgħin lill-persuni li jieqfu mill-iskola qabel iż-żmien jintegraw ruħhom fis-suq tax-xogħol;
91. Jenfasizza l-bżonn li jkunu mtejba l-ħiliet ipprovduti fit-taħriġ vokazzjonali tekniku u biex l-ispeċjalizzazzjonijiet offruti jitqabblu b'mod aktar effettiv mar-rekwiżiti tas-suq tax-xogħol, peress li r-rabta bejn l-edukazzjoni u x-xogħol hija parti integrali tal-indirizzar tat-tluq bikri mill-iskola;
92. Jikkunsidra li, biex jikkumbattu t-tluq bikri mill-iskola, il-politiki edukattivi jridu jkunu marbuta ma' politiki mmirati li jippromwovu l-irkupru ekonomiku u għalhekk li joħolqu impjiegi permanenti u jevitaw kull waqfien qabel iż-żmien mill-edukazzjoni, impjieg ta' ftit żmien jew inċert, u l-aċċelerazzjoni tal-eżodu ta' mħuħ;
93. Jirrakkomanda li t-taħriġ fl-NITC (teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni), kif ukoll fit-teknoloġiji tal-lingwi, għandu jibda sa minn età bikrija, ladarba dawn huma mezzi partikolarment utli ta' komunikazzjoni li ż-żgħażagħ għandhom l-abbiltà li jaħfnu malajr;
Il-politiki tal-UE
94. Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar politiki li jnaqqsu t-TBS, li tipproponi qafas għal politiki komprensivi f'dan il-qasam, l-analiżi tal-kundizzjonijiet bażii li jikkawżaw it-tluq bikri mill-iskola f'livell nazzjonali u lokali f'kull Stat Membru, l-evalwazzjoni tal-effiċjenza tal-miżuri eżistenti u l-integrazzjoni tal-politiki ta' prevenzjoni, intervent u kumpens fil-ġlieda kontra dan il-fenomenu;
95. Jemmen li, filwaqt li jkun jirrispetta l-prinċipju tas-sussidarjetà, qafas Ewropew għal strateġiji komprensivi, li jindirizza t-tluq bikri mill-iskola, jista' jservi ta' gwida utli għall-Istati Membri fl-aċċertazzjoni tal-approċċ korrett għat-tisħiħ tal-politiki eżistenti u għall-iżvilupp tal-Programmi ta' Riforma Nazzjonali tagħhom;
96. Iwissi li t-tnaqqis possibbli fl-infiq pubbliku fis-settur edukattiv minħabba l-kriżi ekonomika u l-politiki baġitarji ta' awsterità li qed ikunu implimentati fl-Istati Membri se jkollhom effetti avversi hekk kif se jżidu ulterjorment in-numru ta' persuni li jieqfu mill-iskola qabel iż-żmien fl-UE;
97. Jenfasizza li investiment ta' aktar flus fil-ġlieda kontra l-waqfien mill-iskola qabel iż-żmien jista' jkollu effett fuq perjodu twil ta' żmien fil-prevenzjoni taż-żgħażagħ milli jsiru dipendenti fuq is-sigurtà soċjali;
98. Fil-kuntest tal-Baġit 2012 tal-UE, jappoġġja l-Proġett Pilota dwar iż-Żgħażagħ li ġie propost, l bl-iskop li tingħata garanzija għall-integrazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol u b'mod partikulari persuni li jieqfu mill-iskola qabel iż-żmien;
99. Favur l-użu mmirat, effiċjenti u koerenti tal-Fondi Strutturali, speċjalment il-Fond Soċjali Ewropew, għall-implimentazzjoni sħiħa tal-istrateġiji għaż-Żgħażagħ, b'mod partikulari għal dawk li jieqfu mill-iskola qabel iż-żmien, sabiex ikun hemm promozzjoni tal-inklużjoni soċjali taħt programmi speċifiċi f'kull Stat Membru, u tkun żgurata edukazzjoni ta' kwalità għal kulħadd u jkun evitat it-tluq bikri mill-iskola u l-iskartar;
100. Jinnota li n-natura tal-problema tat-tluq bikri mill-iskola tvarja minn pajjiż għal pajjiż u anki fir-reġjuni, u għalhekk m'hemmx soluzzjoni waħda adattata għal kulħadd;
101. Jilqa' u jappoġġja l-pjanijiet imħabbra mill-Kunsill dwar stħarriġ tal-profil soċjali tal-istudenti li jkunu telqu mill-iskola qabel iż-żmien permezz ta' kumpilazzjoni tad-dejta mill-Istati Membri kollha u jitlob lill-Kummissjoni tappoġġja din l-inizjattiva;
102. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex janalizzaw fil-fond il-problema tal-waqfien mill-iskola qabel iż-żmien, filwaqt li jqisu kif dovut il-protezzjoni tad-data, biex jidentifikaw il-kawżi ewlenin fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali;
103. Jinnota, madankollu, li sabiex issir l-analiżi tar-raġunijiet fundamentali li jispjegaw it-TBS, hemm bżonn ta' aktar data komprensiva, konsistenti u koerenti mill-Istati Membri;
104. Jitlob għal aktar fondi għall-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja tal-UE u t-titjib tal-aċċessibilità għal dan il-programm, li jżid il-mobilità tal-istudenti u tal-għalliema, iżid l-iskambju tal-aqwa prattiki u jikkontribwixxi għal titjib fil-metodi tal-istruzzjoni u t-tagħlim; jipproponi użu aktar effiċjenti tal-finanzjament mogħti mill-Fondi Strutturali tal-UE għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni tal-assenza skolastika;
105. Jenfasizza l-importanza tal-programm Ewropew tat-tagħlim tul il-ħajja u l-erba' subprogrammi tiegħu Comenius, Erasmus, Leonardo da Vinci u Grundtvig, il-programm Comenius għandu rwol essenzjali fil-ġlieda kontra t-tluq bikri mill-iskola;
106. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippromwovi l-viżibilità tal-programm ta' azzjoni Comneuis dwar il-mobilità individwali tal-istudenti li jista' jikkontribwixxi biex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskola;
o o o
107. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar it-test konġunt, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp (PE-CONS 00059/2011 – C7-0379/2011 – 2010/0059(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tielet qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u d-dikjarazzjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (PE-CONS 00059/2011 – C7-0379/2011),
– wara li kkunsidra l-posizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0102),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari(2) dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari(3),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi tal-Parlament għall-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (COM(2011)0179),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fit-tieni qari,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(13) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 69 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A7-0403/2011),
1. Japprova t-test konġunt;
2. Jiddikjara li fi spirtu ta' kompromess, jinsab lest li jaċċetta l-pakkett ta' kompromess peress illi l-perjodu ta' żmien li fadal għall-istrumenti attwali hu kemxejn qasir; jiddispjaċih li minħabba r-riġidità tal-Kunsill ma kienx possibbli li jittejjeb aktar it-test tal-istrument DCI/BAM, b'mod partikolari fir-rigward tal-allokazzjonijiet finanzjarji f'deċiżjonijiet strateġiċi, fejn hu importanti li l-ko-leġiżlaturi jinżammu fuq l-istess livell; jenfasizza li dan ir-riżultat ma joħloqx preċedent għal negozjati futuri dwar l-istrumenti ta' finazjament esterni wara l-2013; jiddikjara, li skont il-kriterji definiti fl-Artikolu 290(1) fit-Trattat għall-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sejjer jinsisti fuq l-użu tal-atti delegati kull meta jkunu involuti fuq il-finanzjament u l-ipprogrammar fir-rigward ta' dawn l-istrumenti;
3. Jikkonferma d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament u tal-Kunsill annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
4. Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
6. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att, flimkien mad-dikjarazzjonijiet relattivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
7. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Fil-każ speċifiku tal-Miżuri ta' Akkumpanjament tas-settur tal-Banana (BAM) u fil-perspettiva tal-loġika u l-objettivi tal-programm kif stabbilit fl-Artikolu 17a tal-Istrument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI), il-Kummissjoni Ewropea tikkonferma li, fid-determinazzjoni tal-allokazzjonijiet indikattivi skont il-pajjiż, hija ser tapplika metodoloġija b'mod objettiv u uniformi li tieħu kont tal-importanza tas-settur tal-banana u tar-realtajiet ekonomiċi u ta' żvilupp ta' kull pajjiż benefiċjarju eliġibbli.
Il-Kummissjoni tiddikjara li biħsiebha tapplika metodoloġija li tagħti bejn wieħed u ieħor l-istess importanza lill-ewwel żewġ kriterji, filwaqt li t-tielet kriterju għandu jintuża bħala koeffiċjent tal-iżvilupp. L-objettiv ta' din il-metodoloġija huwa li tingħata importanza ekwivalenti fil-pajjiżi benefiċjarji kollha għal-livell tagħhom ta' kummerċ tal-banana mal-Unjoni Ewropea u l-importanza tal-esportazzjonijiet tal-banana lejn l-Unjoni għall-ekonomiji ta' kull pajjiż benefiċjarju. Il-livell ta' żvilupp relattiv għandu jservi ta' bażi għall-allokazzjonijiet favur pajjiżi b'livelli ta' żvilupp aktar baxxi, konformement mal-objettivi ta' żvilupp tal-Unjoni kif stabbiliti fit-Trattati u d-DCI.
Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-użu tal-Atti Delegati fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (MFF) futur għall-2014-2020
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jieħdu nota tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Baġit għall-Ewropa 2020 (COM(2011)0500(4)), b'mod partikolari fir-rigward tal-użu propost tal-atti delegati fl-istrumenti futuri ta' finanzjament estern u jistennew il-proposti leġislattivi, li għandhom ikunu debitament ikkunsidrati.
Il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha: Baġit għall-Ewropa 2020, (COM(2011)0500), tiddikjara li:“Barra minn hekk, il-bażijiet legali futuri għall-istrumenti differenti se jipproponu l-użu estensiv ta' atti delegati biex jippermettu li jkun hemm aktar flessibbiltà fil-ġestjoni tal-politiki matul il-perjodu ta' finanzjament, filwaqt li jiġu rrispettati l-prerogattivi taż-żewġ fergħat tal-leġislatur.”kif ukoll“Qiegħed jitqies biex jiżdied l-iskrutinju demokratiku tal-għajnuna esterna. Dan jista” jinkiseb bl-użu ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għal ċerti aspetti tal-programm, mhux biss jitpoġġew il-koleġislaturi fuq livell ekwu iżda tiġi ggarantita wkoll aktar flessibbiltà fl-ipprogrammar. Għall-FEŻ, qiegħed jiġi propost li l-iskrutinju jinġab fuq l-istess livell mad-DCI, filwqat li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' dan l-istrument“.
Stabbiliment ta' strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati ***III
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar it-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli (PE-CONS 00056/2011 – C7-0376/2011– 2009/0059(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tielet qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u d-dikjarazzjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (PE-CONS 00056/2011 – C7-0376/2011),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0197),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari(2) dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari(3),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi tal-Parlament għall-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (COM(2011)0167),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fit-tieni qari,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(13) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 69 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A7-0401/2011),
1. Japprova t-test konġunt;
2. Jikkonferma d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament u tal-Kunsill annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
3. Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att, flimkien mad-dikjarazzjonijiet relattivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Anness għar-Riżoluzzjoni Leġislattiva
Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-użu tal-Atti Delegati fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (MFF) futur għall-2014-2020
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jieħdu nota tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Baġit għall-Ewropa 2020 (COM(2011)0500(4)), b'mod partikolari fir-rigward tal-użu propost tal-atti delegati fl-istrumenti futuri ta' finanzjament estern u jistennew il-proposti leġislattivi, li għandhom ikunu debitament ikkunsidrati.
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 16
Ir-Regolament jindirizza l-kwistjoni tal-appoġġ għal numru ta' attivitajiet speċifiċi ta' Għajnuna mhux Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) f'pajjiżi koperti mill-istrument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (Regolament (KE) Nru 1905/2006). Ir-Regolament huwa intiż bħala soluzzjoni ta' darba għal din il-kwistjoni.
Il-Kummissjoni tafferma mill-ġdid li l-qerda tal-faqar inkluż l-insegwiment tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju, huwa l-objettiv primarju tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tagħha u jibqa' prijorità.
Hi tfakkar li l-ammont ta' referenza finanzjarja stabbilit fl-Artikolu 16 fir-rigward tal-pajjiżi elenkati fl-Anness II ser jiġi implimentat bl-użu ta' linji tal-baġit dedikati li huma maħsuba għal attivitajiet differenti mill-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkonferma l-intenzjoni tagħha li tirrispetta l-ammont ta' referenza finanzjarja stabbilit fl-Artikolu 38 tal-Istrument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (Regolament (KE) Nru 1905/2006) għall-perijodu 2007-2013 kif ukoll il-provvedimenti fl-istess Regolament dwar it-twettiq tal-kriterji għall-ODA. Hija tfakkar li abbażi tal-ippjanar finanzjarju attwali tagħha, dan l-ammont ta' referenza ser jinqabeż fl-2013.
F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha l-ħsieb tipproponi abbozz ta' baġits li jiżguraw żidiet fl-assistenza għall-iżvilupp għall-Asja u l-Amerika Latina skont ir-Regolament tad-DCI (KE) Nru 1905/2006 matul il-perijodu sal-2013 sabiex l-ammonti tal-ODA proġettati bħalissa skont id-DCI u l-baġit tal-UE ġeneralment ma jiġux affettwati.
Il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha: Baġit għall-Ewropa 2020, (COM(2011) 0500), tiddikjara li: “Barra minn hekk, il-bażijiet legali futuri għall-istrumenti differenti se jipproponu l-użu estensiv ta' atti delegati biex jippermettu li jkun hemm aktar flessibbiltà fil-ġestjoni tal-politiki matul il-perjodu ta' finanzjament, filwaqt li jiġu rrispettati l-prerogattivi taż-żewġ fergħat tal-leġislatur.” kif ukoll “Qiegħed jitqies biex jiżdied l-iskrutinju demokratiku tal-għajnuna esterna. Dan jista” jinkiseb bl-użu ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għal ċerti aspetti tal-programm, mhux biss jitpoġġew il-koleġislaturi fuq livell ekwu iżda tiġi ggarantita wkoll aktar flessibbiltà fl-ipprogrammar. Għall-FEŻ, qiegħed jiġi propost li l-iskrutinju jinġab fuq l-istess livell mad-DCI, filwqat li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' dan l-istrument“.
Strument ta' finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja ***III
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar it-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1889/2006 dwar l-istabbiliment ta' strument ta' finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (PE-CONS 00058/2011 – C7-0378/2011 – 2009/0060B(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tielet qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u d-dikjarazzjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (PE-CONS 00058/2011 – C7-0378/2011),
– wara li kkunsidra l-posizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2009) 0194) ,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari(2) dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari(3),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi tal-Parlament għall-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (COM(2011)0170),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fit-tieni qari,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(13) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 69 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A7-0404/2011),
1. Japprova t-test konġunt;
2. Jikkonferma d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament u tal-Kunsill annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
4. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att, flimkien mad-dikjarazzjoni tal-Parlament u tal-Kunsill, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Anness għar-Riżoluzzjoni Leġislattiva
Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-użu tal-Atti Delegati fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (MFF) futur għall-2014-2020
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jieħdu nota tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Baġit għall-Ewropa 2020 (COM(2011)0500(4)), b'mod partikolari fir-rigward tal-użu propost tal-atti delegati fl-istrumenti futuri ta' finanzjament estern u jistennew il-proposti leġislattivi, li għandhom ikunu debitament ikkunsidrati.
Il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha: Baġit għall-Ewropa 2020, (COM(2011)0500), tiddikjara li: “Barra minn hekk, il-bażijiet legali futuri għall-istrumenti differenti se jipproponu l-użu estensiv ta' atti delegati biex jippermettu li jkun hemm aktar flessibbiltà fil-ġestjoni tal-politiki matul il-perjodu ta' finanzjament, filwaqt li jiġu rrispettati l-prerogattivi taż-żewġ fergħat tal-leġislatur.” kif ukoll “Qiegħed jitqies biex jiżdied l-iskrutinju demokratiku tal-għajnuna esterna. Dan jista” jinkiseb bl-użu ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għal ċerti aspetti tal-programm, mhux biss jitpoġġew il-koleġislaturi fuq livell ekwu iżda tiġi ggarantita wkoll aktar flessibbiltà fl-ipprogrammar. Għall-FEŻ, qiegħed jiġi propost li l-iskrutinju jinġab fuq l-istess livell mad-DCI, filwqat li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' dan l-istrument“.
Strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp ***III
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar it-test konġunt, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-koperazzjoni għall-iżvilupp (PE-CONS 00057/2011 – C7-0377/2011 – 2009/0060A(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tielet qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u d-dikjarazzjonijiet rilevanti tal-Parlament u tal-Kunsill (PE-CONS 00057/2011 – C7-0377/2011),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0194),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari(2) dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari(3),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi tal-Parlament għall-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (COM(2011)0178),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fit-tieni qari,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(13) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 69 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A7-0402/2011),
1. Japprova t-test konġunt;
2. Jiddikjara li fi spirtu ta' kompromess, jinsab lest li jaċċetta l-pakkett ta' kompromess peress illi l-perjodu ta' żmien li fadal għall-istrumenti attwali hu kemxejn qasir; jiddispjaċih li ma kienx possibbli li jittejjeb aktar it-test tal-istrument DCI/BAM, b'mod partikolari fir-rigward tal-allokazzjonijiet finanzjarji f'deċiżjonijiet strateġiċi, fejn hu importanti li l-ko-leġiżlaturi jinżammu fuq l-istess livell; jenfasizza li dan ir-riżultat ma joħloqx preċedent għal negozjati futuri dwar l-istrumenti ta' finazjament esterni wara l-2013; jiddikjara, li skont il-kriterji definiti fl-Artikolu 290(1) fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sejjer jinsisti fuq l-użu tal-atti delegati kull meta jkunu involuti fuq il-finanzjament u l-ipprogrammar fir-rigward ta' dawn l-istrumenti;
3. Jikkonferma d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament u tal-Kunsill annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att, flimkien mad-dikjarazzjoni tal-Parlament u tal-Kunsill, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Anness għar-Riżoluzzjoni Leġislattiva
Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-użu tal-Atti Delegati fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (MFF) futur għall-2014-2020
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jieħdu nota tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Baġit għall-Ewropa 2020 (COM(2011)0500(4)), b'mod partikolari fir-rigward tal-użu propost tal-atti delegati fl-istrumenti futuri ta' finanzjament estern u jistennew il-proposti leġislattivi, li għandhom ikunu debitament ikkunsidrati.
Il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha: Baġit għall-Ewropa 2020, (COM(2011)0500), tiddikjara li: “Barra minn hekk, il-bażijiet legali futuri għall-istrumenti differenti se jipproponu l-użu estensiv ta' atti delegati biex jippermettu li jkun hemm aktar flessibbiltà fil-ġestjoni tal-politiki matul il-perjodu ta' finanzjament, filwaqt li jiġu rrispettati l-prerogattivi taż-żewġ fergħat tal-leġislatur.” kif ukoll “Qiegħed jitqies biex jiżdied l-iskrutinju demokratiku tal-għajnuna esterna. Dan jista” jinkiseb bl-użu ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għal ċerti aspetti tal-programm, mhux biss jitpoġġew il-koleġislaturi fuq livell ekwu iżda tiġi ggarantita wkoll aktar flessibbiltà fl-ipprogrammar. Għall-FEŻ, qiegħed jiġi propost li l-iskrutinju jinġab fuq l-istess livell mad-DCI, filwqat li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' dan l-istrument“.
Prospetti tal-istatistika rigward it-trasport ta' merkanzija bit-triq ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prospetti tal-istatistika rigward it-trasport ta' merkanzija bit-triq (tfassil mill-ġdid) (COM(2010)0505 – C7-0286/2010 – 2010/0258(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0505),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0286/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 għal użu iktar strutturat tat-teknika tar-riformulazzjoni tal-atti legali(1),
– wara li kkunsidra l-ittra tal-15 ta' April 2011 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu f'konformità mal-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tat-28 ta' Ottubru 2011 li l-pożizzjoni tal-Parlament tiġi approvata, skont l-Artikolu 294(4) tat-trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0212/2011),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali,
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-1 ta' Diċembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prospetti tal-istatistika rigward it-trasport ta' merkanzija bit-triq (riformulazzjoni)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 70/2012.)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1931/2006 rigward l-inklużjoni taż-żona ta' Kaliningrad u ta' ċerti distretti amministrattivi Pollakki fiż-żona eliġibbli tal-fruntiera (COM(2011)0461 – C7-0213/2011 – 2011/0199(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0461),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 77(2)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0213/2011),
– wara li kkunsidra t-Tieni rapport dwar it-twettiq u t-tħaddim tas-sistema tat-traffiku lokali tal-fruntiera stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1931/2006 (COM(2011)0047),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regola 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0398/2011),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt ;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Paralment Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-1 ta' Diċembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1931/2006 rigward l-inklużjoni ta' Kaliningrad oblast u ta' ċerti distretti amministrattivi Pollakki fiż-żona eliġibbli tal-fruntiera
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1342/2011.)
It-Trattat tal-Adeżjoni: Trattat li jikkonċerna l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja ***
198k
32k
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (14409/2011 – C7-0252/2011 – 2011/0805(NLE))
– wara li kkunsidra t-talba tar-Repubblika tal-Kroazja sabiex issir membru tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (14409/2011 – C7-0252/2011),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni (COM(2011)0667),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' Trattat dwar l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea, il-Protokoll u l-Att Finali,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 74c u l-Artikolu 81 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0390/2011),
A. billi l-kundizzjonijiet għall-adeżjoni tal-pajjiż kandidat u l-modifiki li tinvolvi l-adeżjoni tiegħu huma stipulati fl-abbozz ta' Trattat dwar l-Adezjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, u billi l-Parlament għandu jiġi kkonsultat dwar kwalunkwe modifiki sostanzjali tal-abbozz ta' Trattat,
B. billi l-Kummissjoni għandha tissorvelja iktar preparamenti għall-adeżjoni bir-reqqa u b'oġġettività u għandha tgħin lill-awtoritajiet Kroati jissodisfaw l-impenji u l-obbligi tagħhom kif stipulati fin-negozjati; billi l-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament informat regolarment dwar sa liema punt l-awtoritajiet Kroati jonoraw l-impenji tagħhom sabiex jassumu b'mod sħiħ l-obbligi tas-sħubija tagħhom wara l-adeżjoni fl-1 ta' Lulju 2013,
1. Japprova l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Kroazja;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lir-Repubblika tal-Kroazja.
L-applikazzjoni tal-Kroazja biex issir membru tal-Unjoni Ewropea
239k
75k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-1 ta' Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Kroazja biex issir membru tal-Unjoni Ewropea (2011/2191(INI))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll u l-Att Finali,
– wara li kkunsidra l-applikazzjoni għall-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea, imressqa mir-Repubblika tal-Kroazja fil-21 ta' Frar 2003,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' April 2004 dwar l-applikazzjoni mir-Repubblika tal-Kroazja biex issir membru tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 2005 biex jiftaħ in-negozjati tal-adeżjoni mar-Repubblika tal-Kroazja,
– wara li kkunsidra r-rapporti regolari tal-Kummissjoni dwar il-progress tal-Kroazja lejn l-adeżjoni, li jkopru l-perjodu 2005-2011,
– wara li kkunsidra r-rapport intermedju tal-Kummissjoni dwar ir-riformi fil-Kroazja fil-qasam tad-drittijiet ġudizzjarji u fundamentali tat-2 ta' Marzu 2011,
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Salonka tad-19-20 ta' Ġunju 2003 dwar il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Ġunju 2011,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet u r-rapporti preċedenti tiegħu kollha dwar il-progress tal-Kroazja u dwar il-proċess ta' tkabbir,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet preċedenti kollha tal-Kumitat Parlamentari Konġunt tal-UE-Kroazja,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7–0389/2011),
A. billi għoxrin sena wara li ddikjarat l-indipendenza tagħha u madwar tmien snin wara li ppreżentat l-applikazzjoni tagħha biex issir membru tal-UE, il-Kroazja laħqet stadju storiku fil-proċess ta' integrazzjoni tagħha fl-UE billi għalqet b'suċċess in-negozjati ta' adeżjoni; billi l-kisbiet tal-Kroazja jistħoqqilhom għarfien mingħajr riservi;
B. billi l-proċess ta' adeżjoni kkontribwixxa b'mod sinifikanti għat-trasformazzjoni tal-Kroazja f'demokrazija solida u matura bbażata fuq il-valuri Ewropej; billi l-prospett tal-adeżjoni jservi bħala katalist b'saħħtu għar-riforma peress li jimmobilizza d-diversi atturi fil-ħajja politika, ekonomika, soċjali u kulturali; billi l-isforzi ta' riforma jeħtieġ li jiġu sostnuti wkoll wara t-tlestija tan-negozjati tal-adeżjoni bil-għan li l-pajjiż u ċ-ċittadini tiegħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-adeżjoni mal-UE;
C. billi l-adeżjoni tal-Kroazja ssaħħaħ l-UE, tarrikkixxi l-kultura u l-wirt storiku Ewropej u tagħti kontribut importanti għaż-żamma tal-kredibilità tal-proċess ta' tkabbir, filwaqt li, sadanittant isservi bħala eżempju tajjeb ta' kif l-implimentazzjoni kuxjenzjuża tal-impenji kollha li ngħataw tista' twassal għall-kisba tal-miri predefiniti kollha;
D. billi huwa essenzjali fil-proċess tal-adeżjoni li kull pajjiż għandu jkun iġġudikat skont il-merti tiegħu, li l-pass tan-negozjati tal-adeżjoni għandu jiġi ddettat mill-konformità effettiva mal-kriterji ta' Kopenħagen u li l-grad ta' konformità ma' dawk il-kriterji għandu wkoll jiddetermina d-data aħħarija tal-adeżjoni;
E. billi r-riformi kontinwi, u l-implimentazzjoni sħiħa tagħhom, fl-oqsma, fost l-oħrajn, tad-drittijiet ġudizzjarji u fundamentali u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni jibqgħu essenzjali għat-tisħiħ tal-istat tad-dritt għall-benefiċċju taċ-ċittadini Kroati;
F. billi rikonċiljazzjoni vera bejn il-popli differenti u t-twaqqif ta' relazzjonijiet tajbin bejn il-ġirien jikkontribwixxu sostanzjalment għal proċess ġenwin ta' integrazzjoni Ewropea; billi l-prosekuzzjoni għad-delitti tal-gwerra u r-reintegrazzjoni tar-rifuġjati u tal-persuni li kien mġiegħla jħallu darhom huma elementi fundamentali tal-proċess ta' rikonċiljazzjoni;
G. billi l-adeżjoni b'suċċess tal-Kroazja se jkollha implikazzjonijiet Ewropej u reġjonali usa' u se tagħti impuls pożittiv lill-proċess ta' integrazzjoni Ewropea kemm fir-reġjun tal-UE u tal-Balkani tal-Punent; billi l-prospett tal-adeżjoni mal-UE huwa inċentiv qawwi għall-pajjiżi kandidati u għall-pajjiżi potenzjalment kandidati fir-reġjun, fi triqithom lejn l-integrazzjoni Ewropea, biex iwettqu r-riformi politiċi, ekonomiċi u leġiżlattivi meħtieġa u għat-tisħiħ tal-paċi, l-istabbilità u r-rikonċiljazzjoni abbażi ta' relazzjonijiet tajba mal-ġirien; billi l-UE għandha ssaħħaħ il-perspettiva Ewropea għall-pajjiżi ġirien tal-Kroazja u għandha tħeġġeġ b'mod kontinwu lil dawk il-pajjiżi biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom fi triqithom lejn l-adeżjoni sħiħa tal-UE;
1. Jilqa' l-konklużjoni tan-negozjati ta' adeżjoni mal-Kroazja, li jġibu fit-tmiem kważi sitt snin ta' negozjar u diversi snin ta' tħejjija li biddlu b'mod sinifikanti x-xena soċjopolitika, ekonomika u kulturali tal-pajjiż; jenfasizza l-ħtieġa li tinżamm ir-rankatura ta' riformi u jqis li dan il-proċess għadu mhux komplut, iżda għandu jitkompla bl-istess intensità u sforz wara l-konklużjoni tan-negozjati u wara l-adeżjoni; huwa fiduċjuż li r-riżultati pożittivi ta' dan il-proċess se jsaħħu l-appoġġ għall-adeżjoni mal-UE fost iċ-ċittadini tal-Kroazja, u l-fiduċja tagħhom fiha, u se jħeġġu lin-nies biex jipparteċipaw fir-referendum tal-UE u jappoġġaw it-Trattat ta' Adeżjoni; jappoġġa l-iffirmar tat-Trattat ta' Adeżjoni u jistieden lill-Istati Membri tal-UE jtemmu r-ratifika tagħha fi żmien xieraq; jistenna bil-ħerqa li jirċievi osservaturi parlamentari mill-Kroazja;
2. Jindika li d-dispożizzjonijiet temporanji tat-Trattat ta' Adeżjoni jintroduċu deroga min-numru massimu ta' siġġijiet fil-Parlament Ewropew, kif stabbilit fit-Trattati, sal-aħħar tal-leġislatura 2009-2014; huwa deċiż li jippreżenta l-proposta tiegħu għad-deċiżjoni li tiddetermina l-kompożizzjoni l-ġdida tal-Parlament Ewropew fi żmien biżżejjed qabel l-elezzjonijiet tal-2014, skont l-Artikolu 14(2) TUE; jindika li l-aspetti istituzzjonali rilevanti kollha tal-adeżjoni jridu jitqiesu fit-totalità tagħhom;
3. Jindika li l-proċeduri għall-adozzjoni tat-Trattat tal-Adeżjoni mar-Repubblika tal-Kroazja min-naħa l-waħda, u tal-protokolli mitluba mill-Irlanda u mir-Repubblika Ċeka min-naħa l-oħra, għandhom bażijiet differenti fit-trattat – l-Artikoli 49 TUE u 48 TUE rispettivament – u għaldaqstant ma jistgħux jiġu inkorporati legalment f'att wieħed;
4. Jinsab konvint li l-konklużjoni tan-negozjati ta' adeżjoni hija xhieda tal-kredibilità tal-proċess ta' tkabbir tal-UE; jenfasizza li l-progress miksub fit-triq tal-adeżjoni jirrifletti l-fatt li l-prospettivi tal-adeżjoni għadhom jippromwovu r-riformi politiċi u ekonomiċi, u li l-integrazzjoni Ewropea sservi bħala mezz biex il-pajjiżi jirrikonċiljaw rwieħom anke lil hinn mill-fruntieri tal-UE;
5. Jistenna li l-Kummissjoni tissorvelja tħejjijiet ulterjuri għall-adeżjoni b'oġġettività u tgħin lill-awtoritajiet Kroati jwettqu l-impenji u l-obbligi li huma daħlu għalihom fin-negozjati; jilqa' r-referenza fit-Trattat tal-Adeżjoni għall-involviment tas-soċjetà ċivili matul il-proċess ta' monitoraġġ u jitlob lill-Kummissjoni tuża bis-sħiħ din il-klawżola u biex tikkonsulta mill-qrib mar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili; huwa tal-fehma li l-mekkaniżmu ta' monitoraġġ ta' qabel l-adeżjoni huwa mod kif il-Kroazja tingħata appoġġ ulterjuri fl-isforzi kontinwi tagħha ta' riforma; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-għajnuna mogħtija permezz tal-Istrument ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) tkompli tkun mill-aktar xierqa u effikaċi;
6. Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm attenzjoni partikulari fuq l-impenji mogħtija fil-qasam tal-ġudikatura, tal-affarijiet interni u tad-drittijiet fundamentali – inkluża l-protezzjoni tal-libertà tal-midja bħala waħda mill-istrumenti kruċjali tad-demokrazija, kif ukoll l-implimentazzjoni kontinwa tar-riforma u tal-effiċjenza fil-ġudikatura, it-trattament imparzjali tal-kawżi tad-delitti tal-gwerra, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-protezzjoni tal-minoranzi, l-immaniġġjar tal-fruntieri, il-kooperazzjoni bejn il-forzi tal-pulizija, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali – kif ukoll fuq l-impenji meħuda fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni bil-għan li jiġu rristrutturati kif jixraq u b'mod effikaċi l-industriji tal-bini tal-vapuri u tal-azzar; iqis li huwa importanti li l-Kroazja tibni rekord pożittiv f'dawn l-oqsma qabel l-adeżjoni;
7. Ikompli jissorvelja l-proċess, u jistieden lill-Kummissjoni żżommu infurmat regolarment dwar kemm l-awtoritajiet Kroati jonoraw l-impenji li huma ħadu fit-Trattat tal-Adeżjoni sabiex jassumu bis-sħiħ l-obbligi ta' adeżjoni tagħhom kif l-Kroazja ssir membru fl-1 ta' Lulju 2013; jistieden lill-awtoritajiet Kroati jimplimentaw l-impenji b'mod trasparenti u inklussiv, filwaqt li jinvolvu lill-Parlament Kroat u lis-soċjetà ċivili, u jevalwaw regolarment il-progress tar-riformi; jirriżerva d-dritt li jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-Kroazja matul il-proċess ta' sorveljanza;
8. Waqt li jirrikonoxxi l-progress tajjeb li sar fir-riforma ġudizzjarja, jinkuraġġixxi lill-Kroazja tkompli timplimenta r-riformi tal-ġudikatura, skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni, minħabba li sistema ġudizzjarja effiċjenti, indipendenti u imparzjali hija importanti għall-iżvilupp ekonomiku u ssaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istat tad-dritt; jistieden lill-Kroazja tindirizza l-isfidi li għad fadal f'dan il-qasam, partikolarment fir-rigward tat-titjib fl-effiċjenza ġudizzjarja u l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-indipendenza, l-imparzjalità u r-responsabilità tal-ġudikatura u dwar il-kriterji oġġettivi u bbażati fuq il-mertu għall-ħatra u l-promozzjoni tal-imħallfin;
9. Filwaqt li jilqa' d-determinazzjoni tal-Kroazja li tiġġieled il-korruzzjoni, iqisha bħala waħda mill-ogħla prijoritajiet biex tkompli l-ġlieda, b'mod partikulari, tal-korruzzjoni ta' livell għoli – fil-ġudikatura, fl-aġenziji tal-infurzar tal-liġi, fl-amministrazzjoni pubblika u fil-kumpaniji tal-istat – li għandha tkompliha b'determinazzjoni kull fejn tidher, bl-infurzar rigoruż tal-liġi u bl-iżvilupp ta' rendikont tal-prosekuzzjonijiet ta' suċċess; jinnota li hemm bżonn ulterjuri biex jissaħħu t-trasparenza u l-integrità fl-amministrazzjoni pubblika u fil-qasam tal-pulizija; jemmen li huwa essenzjali li tkun implimentata b'mod effikaċi leġiżlazzjoni tal-akkwist pubbliku, biex tkun żgurata t-trasparenza fis-settur pubbliku, biex iċ-ċittadini jingħataw aċċess għall-informazzjoni fuq l-infiq pubbliku u biex tiżdied it-trasparenza fil-finanzjamenti tal-partiti;
10. Jistieden lill-awtoritajiet Kroati jkomplu jsaħħu l-kapaċitajiet amministrattivi tal-korpi ta' kontra l-korruzzjoni, billi jsegwu fost l-oħrajn l-aqwa prattika tal-UE, u li jrawmu kultura ta' responsabilità fil-qasam politiku, fis-settur pubbliku u f'dak ġudizzjarju bħala prerekwiżit għall-ħolqien u t-tisħiħ tal-istat tad-dritt; jenfasizza li hemm bżonn ta' sforzi kontinwi sabiex it-trattament tal-każijiet marbuta mal-kriminalità organizzata u mal-korruzzjoni jsir aktar effikaċi u biex tissaħħaħ il-leġiżlazzjoni li tipprojbixxi l-kumpaniji li għandhom rabtiet ma' organizzazzjonijiet kriminali milli jipparteċipaw fl-akkwist pubbliku; iqisu importanti li jkompli jirriforma l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi sabiex jagħmilhom effiċjenti, effikaċi, depolitiċizzati u konformi mad-drittijiet ċivili u l-libertajiet;
11. Iħeġġeġ lill-Kroazja ttejjeb l-isforzi tagħha għall-prosekuzzjoni tad-delitti tal-gwerra, biex timplimenta l-istrateġija l-ġdida dwar l-impunità, li hija fundamentali għall-iżgurar tal-ġustizzja u biex tinkiseb rikonċiljazzjoni dejjiema fir-reġjun, u biex tindirizza każijiet ta' impunità fejn il-vittmi kienu ta' etnija Serba jew l-allegati responsabbli kienu membri tal-forzi tas-sigurtà Kroati; jistieden lill-Gvern Kroat, bħala pass importanti fil-ġlieda kontra l-impunità, jalloka riżorsi finanzjarji adegwati u jipprovdi l-appoġġ sħiħ lill-ġudikatura Kroata sabiex l-investigazzjonijiet ta' delitti tal-gwerra jsiru aktar malajr; barra minn hekk, jinkuraġġixxi lill-awtoritajiet Kroati jkomplu jikkooperaw b'mod attiv mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY) u biex jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet kollha li għad fadal tal-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-ICTY; jistieden lill-Kroazja u lis-Serbja jikkooperaw bis-sħiħ fil-qasam tal-ġustizzja, partikolarment fir-rigward tal-prosekuzzjoni tad-delitti tal-gwerra;
12. Jistieden lill-Gvern ikompli jħeġġeġ, u jiffaċilita b'mod effikaċi, ir-ritorn tar-rifuġjati u tal-persuni li kienu mġiegħla jħallu darhom, filwaqt li jagħti attenzjoni speċjali s-sitwazzjoni ta' persuni ta' etnija Serba li jirritornaw, u biex itejjeb il-kundizzjonjiet tal-ħajja u tax-xogħol tagħhom; jistieden lill-awtoritajiet Kroati jkomplu jniedu proġetti ta' rkupru soċjali u ekonomiku għall-gruppi vulnerabbli, speċjalment ir-rifuġjati, u jfittxu modi effikaċi u sostenibbli li jimplimentaw il-miżuri li jikkonċernaw id-djar u l-impjiegi b'mod konsistenti ma' programmi soċjali u tal-impjiegi oħra; jistenna li l-pajjiżi kollha tar-reġjun ikollhom politiki miftuħa rigward ir-ritorn tar-rifuġjati;
13. Jilqa' l-progress li sar fil-qasam tad-drittijiet tan-nisa u tal-ugwaljanza bejn is-sessi; jinsab imħasseb, madankollu, li n-nisa għadhom sottorappreżentati b'mod qawwi fil-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet ekonomiċi u politiċi; jitlob lill-awtoritajiet Kroati jiffinalizzaw minnufih l-implimentazzjoni tal-Att dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, jippromwovu b'mod aktar attiv il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika, isaħħu l-pożizzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u jintroduċu l-prinċipju ta' paga ugwali;
14. Jappoġġa l-isforzi biex tippromwovi klima ta' tolleranza fil-pajjiż; jinkuraġġixxi lill-awtoritajiet Kroati jkomplu l-isforzi tagħhom biex jiġġieldu kull tip ta' diskriminazzjoni, u jimplimentaw il-leġiżlazzjoni ta' kontra d-diskriminazzjoni, kif ukoll biex jindirizzaw b'determinazzjoni l-każijiet ta' reati ta' mibegħda, l-inċitament għall-mibegħda, theddid razzjali u intolleranza kontra l-minoranzi etniċi u l-LGBT; barra minn hekk jistieden lill-Kroazja tkompli taġixxi fl-ispirtu tat-tolleranza u biex tieħu miżuri xierqa għall-protezzjoni ta' dawk li jista' jkun għadhom suġġetti għal theddid jew għal atti ta' intimidazzjoni;
15. Jinsab imħasseb sew minħabba l-vjolenza li kien hemm kontra dawk li ħadu sehem fid-dimostrazzjonijiet favur id-drittijiet tal-LGBT fi Split fil-11 ta' Ġunju 2011 u minħabba li l-awtoritajiet Kroati ma kinux kapaċi jipproteġu l-parteċipanti; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Kroati jinvestigaw bis-sħiħ ir-reati mwettqa u jiftħu proċeduri ġudizzjarji għalihom u biex jiżviluppaw strateġiji għall-prevenzjoni ta' inċidenti simili fil-futur; jitlob lill-awtoritajiet Kroati jadottaw u jimplimentaw rapidament pjan ta' azzjoni kontra l-omofobija;
16. Jitlob lill-awtoritajiet Kroati jkomplu jiġġieldu kontra t-traffikar tal-bnedmin;
17. Jinkuraġġixxi lill-Kroazja tkompli ssaħħaħ id-drittijiet bażiċi tax-xogħol u tat-trejdjunjins, isaħħaħ id-djalogu soċjali mal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, u biex tippromwovi fit-tfassil tal-politika u l-bini tal-kapaċità għas-sħab soċjali, inkluż it-tisħiħ ulterjuri tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali;
18. Jirrikonoxxi li l-libertà tal-espressjoni hija stipolata fid-dritt Kroat u li ġeneralment hija rispettata; jinkuraġġixxi lill-awtoritajiet Kroati jieħdu aktar passi biex jiżguraw l-indipendenza u l-professjonalità tal-midja; jistieden lill-awtoritajiet Kroati jkomplu juru l-impenn tagħhom fl-iżgurar li s-settur tal-midja jopera mingħajr indħil politiku u li tiġi garantita l-indipendenza tal-korpi regolatorji;
19. Jistieden lill-Kroazja, fid-dawl tal-problemi ekonomiċi attwali, tkompli r-riformi strutturali tagħha tal-ekonomija, tistimola l-impjiegi billi terġa' tagħti l-ħajja lis-suq tax-xogħol u tkompli taħdem ħalli jkun hemm konsolidament fiskali sabiex tiżdied il-kompetittività, sabiex tkun tista' tlaħħaq mal-Istati Membri tal-UE u tkun tista' tibbenefika bis-sħiħ mill-adeżjoni mal-UE; iqis li huwa importanti li l-irkupru ekonomiku jkun akkumpanjat bil-modernizzazzjoni ekonomika, permezz, fost l-oħrajn, ta' effiċjenza enerġetika mtejba, ir-rinfurzar tal-politika dwar sorsi rinnovabbli tal-enerġija, u l-armonizzazzjoni tal-politika tal-iżvilupp territorjali u tal-enerġija; iħeġġeġ lill-Gvern itejjeb il-kuntest kummerċjali ġenerali, jagħti attenzjoni partikolari lill-impriżi żgħar u medji u jappoġġahom billi jipprovdi sforzi ulterjuri għar-riforma tas-sistema soċjali tal-Kroazja sabiex tkun żgurata s-sostenibbilità tal-finanzi pubbliċi; jistieden lill-awtoritajiet Kroati jagħmlu l-proċess tal-iżvilupp territorjali aktar trasparenti u biex jirrispettaw bis-sħiħ l-interess pubbliku u l-istandards ambjentali;
20. Jistieden lill-Istati Membri japplikaw id-deċizjonijiet dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji rigward l-aċċess tal-ħaddiema Kroati fis-swieq tagħhom tax-xogħol abbażi tal-informazzjoni fattwali u fis-sitwazzjoni biss ta' disturbi serji tas-suq nazzjonali tax-xogħol;
21. Jitlob lill-Istati Membri li jixtiequ japplikaw perjodi tranżitorji li jillimitaw l-aċċess liberu għas-suq tax-xogħol tagħhom, biex jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-ammont ta' ħaddiema mistennija li jkunu fit-territorji tagħhom;
22. Jindika li l-konsegwenzi finanzjarji tat-tkabbir għandhom ikunu indirizzati b'mod sħiħ fin-negozjati li ġejjin dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) 2014-2020 u dwar id-deċiżjonijiet li jikkonċernaw is-sistema ta' riżorsi proprji tal-Unjoni;
23. Jistieden lill-partijiet kollha involuti jassoċjaw lill-Kroazja, sal-limitu massimu possibli, fil-kapaċità tagħha bħala pajjiż tal-adeżjoni, f'kull skambju ta' fehmiet u negozjati dwar l-MFF 2014-2020; jemmen li l-osservaturi Kroati fil-Parlament Ewropew, ir-rappreżentanti Kroati fil-Kunsill u l-osservaturi fil-Kumitat tar-Reġjuni għandhom jieħdu l-okkażjoni sabiex jippromwovu l-viżjoni tagħhom għall-Unjoni u jagħtu l-kontribut tagħhom fit-tfassil tal-baġit u l-prijoritajiet tal-UE sal-2020;
24. Jinnota l-pożizzjoni tal-UE dwar id-dispożizzjonijiet finanzjarji u baġitarji kif definiti fil-Konferenza dwar l-Adeżjoni tal-Kroazja u bbażati fuq data tal-adeżjoni tal-1 ta' Lulju 2013; jinnota li l-pakketti finanzjarji meħtieġa għall-adeżjoni tal-Kroazja, skont l-intestaturi u s-subintestaturi tal-baġit, għall-aħħar semestru tal-aħħar sena finanzjarja tal-MFF attwali jżidu b'mod sostanzjali l-infiq fil-baġit tal-UE; josserva li l-allokazzjoni għall-Kroazja rriżervata fl-ambitu tal-IPA se titnaqqas mill-ammonti oriġinarjament previsti għall-2013 li, sa ċertu punt, jikkumpensa għall-impatt nett fuq il-baġit tal-UE;
25. Jinnota l-pożizzjoni tal-Coreper, li skontu l-livell kumplessiv tal-infiq m'għandux jinbidel għas-sena finanzjarja 2013, iżda jfakkar madankollu li l-MFF attwali, meta ġie ppreżentat, innegozjat u adottat fl-2006, ma qiesx l-adeżjoni potenzjali tal-Kroazja tul il-perjodu ta' dan l-MFF;
26. Iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni sabiex tipproponi, kif ippjanat, fl-ewwel parti tal-2012 wara l-firma tat-Trattat ta' Adeżjoni f'Diċembru 2011, u kif stipolat fil-punt 29 tal-Ftehim Interistituzzjonali (FII), reviżjoni tal-MFF għas-sena finanzjarja 2013, sabiex tevita li tiffinanzja l-adeżjoni tal-Kraozja permezz ta' riallokazzjonijiet;
27. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Kroati – peress li għad hemm dgħufijiet fil-kapaċitajiet amministrattivi ta' istituzzjonijiet rilevanti Kroati – isaħħu aktar l-istrutturi amministrattivi u l-kapaċitajiet istituzzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni xierqa tal-acquis, sabiex il-pajjiż ikun jista' jieħu l-akbar benefiċċji tas-sħubija mal-UE wara l-adeżjoni;
28. Jilqa' l-adozzjoni mill-Gvern Kroat f'Lulju 2011 tad-dikjarazzjoni dwar il-promozzjoni tal-valuri Ewropej fl-Ewropa tax-Xlokk; jistieden lill-Kroazja tkompli kostantement taħdem favur it-tkabbir tal-UE u l-promozzjoni tal-valuri Ewropej tal-paċi, il-prosperità, il-libertà, l-istat tad-dritt, id-demokrazija u l-ekonomija soċjali tas-suq fir-reġjun; jinkuraġġixxi lill-Kroazja tkompli ttejjeb rabtiet tajbin mal-ġirien, sabiex tibqa' promotur importanti u proattiv tal-kooperazzjoni reġjonali fil-livelli kollha u sabiex iżżomm l-impenn tagħha biex l-isforzi ta' rikonċiljazzjoni tittraduċihom f'passi prattiċi ta' benefiċċju ekonomiku, soċjali u uman għaċ-ċittadini kollha tar-reġjun;
29. Jappella għal aktar użu tal-istrumenti finanzjarji li jappoġġa lill-SMEs, l-iżvilupp infrastrutturali u l-kuntest tan-negozju bħala parti mill-programm b'ħafna benefiċjarji fil-Balkani tal-Punent; josserva li l-kooperazzjoni reġjonali hija tal-akbar importanza għall-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiżi ġirien tal-Kroazja u għall-kooperazzjoni produttiva magħhom;
30. Jappella għall-progress biex tinstab soluzzjoni rigward kwistjonijiet bilaterali pendenti ma' xi pajjiżi ġirien, b'mod partikolari mas-Serbja, l-aktar f'dak li għandu x'jaqsam mad-demarkazzjoni tal-fruntieri, persuni nieqsa, ir-radd lura ta' proprjetà u r-rifuġjati, u jinsab konvint li kwistjonijiet pendenti ta' natura bilaterali m'għandhomx iwaqqfu l-proċess tal-adeżjoni mal-UE ta' pajjiżi kandidati u ta' pajjiżi potenzjalment kandidati fil-Balkani tal-Punent, iżda għandhom jiġu risolti b'mod ġenerali qabel l-adeżjoni, u għalhekk jilqa' d-dikjarazzjoni tal-Parlament Kroat tal-21 ta' Ottubru 2011 għal dan il-għan;
31. Billi s-suċċess tal-adeżjoni jiddependi ħafna fuq l-appoġġ u l-impenn taċ-ċittadini, jinkuraġġixxi lill-awtoritajiet u lis-soċjetà ċivili Kroati biex, bl-għajnuna tal-Kummissjoni, iwettqu kampanja ta' informazzjoni komprensiva u oġġettiva dwar l-obbligi, il-konsegwenzi u l-vantaġġi riżultat tal-adeżjoni mal-UE, sabiex il-poplu Kroat ikun konxju bis-sħiħ dwar l-għażla tiegħu fir-referendum u sabiex iħares lejn il-proġett Ewropej bħala proġett li huwa tiegħu wkoll;
32. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jippreżenta din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Kroazja.
Emenda għar-Regoli ta' Proċedura rigward kodiċi ta' kondotta għall-Membri tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-interessi finanzjarji u l-kunflitt ta' interessi
564k
146k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar l-emendi għar-Regoli ta' Proċedura rigward Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-interessi finanzjarji u l-kunflitt ta' interessi (2011/2174(REG))
– wara li kkunsidra l-ittra tal-President tiegħu bid-data tal-31 ta' Awwissu 2011,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-grupp ta' ħidma tal-Bureau relatata mal-Kodiċi ta' Kondotta lill-membri tal-Konferenza tal-Presidenti u tal-Bureau dwar il-Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Parlament Ewropew, appoġġata mill-Bureau fis-6 ta' Lulju 2011 u mill-Konferenza tal-Presidenti fis-7 ta' Lulju 2011,
– wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 211, 212 u 215 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0386/2011),
1. Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;
2. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jadatta konsegwentement l-Anness X tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, waqt li jindika l-korrelazzjoni bejn ir-referenzi għall-Anness I li hemm fih u d-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Anness I fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta minn din id-deċiżjoni;
3. Jiddeċiedi li l-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2012;
4. Jinnota li, minħabba r-rikostituzzjoni tal-entitajiet Parlamentari f'nofs il-leġiżlatura, skont ir-Regoli ta' Proċedura, il-kumitat konsultattiv provdut bl-Artikolu 7 tal-kodiċi ta' kondotta fl-Anness I tar-Regoli ta' Proċedura, hekk kif jirriżulta minn din id-deċiżjoni, ma jistax jiġi kkostitwit qabel tmiem ix-xahar ta' Jannar 2012; jiddeċiedi għaldaqstant li l-Membri għandu jkollhom perjodu ta' 90 jum minn wara li tidħol fis-seħħ il-kodiċi ta' kondotta biex jippreżentaw id-dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji msemmija f-Artikolu 4 ta' din il-kodiċi, u li d-dikjarazzjonijiet sottomessi abbażi tad-dispożizzjonijiet tar-Regoli ta' Proċedura fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni għandhom jibqgħu jgħoddu sa ma jiskadi l-perjodu msemmi hawn fuq; jiddeċiedi barra minn hekk li dawn id-dispożizzjonijiet tal-aħħar ikunu applikabbli għal kull Membru li l-mandat tiegħu jibda jseħħ matul dan l-istess perjodu;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
Test fis-seħħ
Emenda
Emenda 1 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
1. Il-Parlament għandu jistabbilixxi regoli li jirregolaw it-trasparenza tal-interessi finanzjarji tal-Membri tiegħu, liema regoli għandhom ikunu mehmuża ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura bħala anness.
1. Il-Parlament għandu jistabbilixxi regoli li jirregolaw it-trasparenza tal-interessi finanzjarji tal-Membri tiegħu, taħt forma ta' kodiċi ta' kondotta adottata mill-maġġoranza tal-Membri komponenti, skont l-Artikolu 232 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mehmuża ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura bħala anness.
Emenda 2 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 19
Il-Konferenza tal-Presidenti, permezz ta' maġġoranza ta' tlieta minn kull ħamsa tal-voti mitfugħa, liema voti jirrappreżentaw mhux inqas minn tliet partiti politiċi, tista' tipproponi lill-Parlament sabiex titneħħa l-kariga ta' President, ta' Viċi President, ta' Kwestur, ta' president jew ta' viċi president ta' kumitat, ta' president jew viċi president ta' delegazzjoni inter-parlamentari, jew ta' kwalunkwe detentur ta' xi kariga elett mill-Parlament, f'każ li jinstab li l-Membru kkonċernat ikun ħati ta' mġieba ħażina serja. Din il-proposta għandha tiġi approvata mill-Parlament b'maġġoranza ta' żewg terzi tal-voti mitfugħa, li għandhom ikunu jirrapreżentaw il-maġġoranza tal-Membri kollha tiegħu.
Il-Konferenza tal-Presidenti, permezz ta' maġġoranza ta' tlieta minn kull ħamsa tal-voti mitfugħa, liema voti jirrappreżentaw mhux inqas minn tliet partiti politiċi, tista' tipproponi lill-Parlament sabiex titneħħa l-kariga ta' President, ta' Viċi President, ta' Kwestur, ta' president jew ta' viċi president ta' kumitat, ta' president jew viċi president ta' delegazzjoni inter-parlamentari, jew ta' kwalunkwe detentur ta' xi kariga elett mill-Parlament, f'każ li jinstab li l-Membru kkonċernat ikun ħati ta' mġiba ħażina serja. Il-Parlament għandu jieħu deċiżjoni fuq dik il-proposta b'maġġoranza ta' żewg terzi tal-voti mitfugħa, li għandhom jirrapreżentaw il-maġġoranza tal-Membri kollha tiegħu.
Meta rapporteur jikser id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta' Kondotta tal-Membri tal-Parlament Ewropew fir-rigward ta' interessi finanzjarji u kunflitt ta' interess, annessa ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura, il-kumitat li ħatru jista“, fuq l-inizjattiva tal-President u fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti, itemm tali kariga. Il-maġġoranzi stabbiliti fl-ewwel paragrafu għandhom japplikaw mutatis mutandis għal kull stadju ta' din il-proċedura.
Emenda 3 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 32 – paragrafu 2
2. Dawn il-gruppi ma jistgħux jinvolvu ruħhom f'attivitajiet li jistgħu jirriżultaw f'konfużjoni mal-attivitajiet uffiċjali tal-Parlament jew tal-korpi tiegħu. Kemm-il darba jiġu rispettati l-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli li jirregolaw l-istabbiliment ta' dawn il-gruppi, kif adottati mill-Bureau, il-gruppi politiċi jistgħu jiffaċilitaw l-attivitajiet ta' dawn il-gruppi billi jipprovdulhom appoġġ loġistiku. Dawn il-gruppi għandhom jiddikjaraw kwalunkwe appoġġ minn barra skont l-Anness I.
2. Dawn il-gruppi ma jistgħux jinvolvu ruħhom f'attivitajiet li jistgħu jirriżultaw f'konfużjoni mal-attivitajiet uffiċjali tal-Parlament jew tal-korpi tiegħu. Kemm-il darba jiġu rispettati l-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli li jirregolaw l-istabbiliment ta' dawn il-gruppi, kif adottati mill-Bureau, il-gruppi politiċi jistgħu jiffaċilitaw l-attivitajiet ta' dawn il-gruppi billi jipprovdulhom appoġġ loġistiku.
Dawn il-gruppi għandhom ikunu marbuta li jiddikjaraw kwalunkwe appoġġ, sew fi flus u sew in natura (eż. assistenza fix-xogħol tas-segretarjat) li, jekk ġie offrut lill-Membri bħala individwi, irid ikun iddikjarat skont l-Anness I.
Il-Kwesturi għandhom iżommu reġistru tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu. Dan ir-reġistru għandu jkun ippubblikat fil-websajt tal-Parlament. Il-Kwesturi għandhom jadottaw regoli dettaljati dwar dawn id-dikjarazzjonijiet.
Emenda 4 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 153 – paragrafu 3 – punt d
d) preżentazzjoni lill-Konferenza tal-Presidenti, skond l-Artikolu 19, ta' proposta għal sospensjoni jew tneħħija minn waħda jew iżjed mill-karigi b'elezzjoni li dak il-Membru jkollu fil-Parlament.
d) preżentazzjoni lill-Konferenza tal-Presidenti, skond l-Artikolu 19, ta' proposta għal sospensjoni jew tneħħija minn waħda jew iżjed mill-karigi li dak il-Membru jkollu fil-Parlament.
Emenda 5 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness I – Titlu
Dispożizzjonijiet li jirregolaw l-appikazzjoni tal-Artikolu 9(1) - Trasparenza u interessi finanzjarji tal-Membri
Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Parlament fir-rigward tal-interessi finanzjarji u l-kunflitti ta' interessi
Emenda 6 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness I – Artikolu 1 sa Artikolu 4
Artikolu 1
Imħassar
1.Kull Membru, qabel ma jitkellem fil-Parlament, jew f'wieħed mill-korpi tiegħu, jew jekk propost bħala rapporteur li jkollu interess finanzjarju dirett fis-suġġett diskuss, għandu fil-laqgħa jiddikjara bil-fomm dan l-interess dirett tiegħu.
2.Qabel ma membru jkun jista' jiġi nominat b'mod validu f'xi kariga fil-Parlament jew f'wieħed mill-organi tiegħu, skond l-Artikoli 13, 191 jew 198(2), jew qabel ma jipparteċipa f'delegazzjoni uffiċjali, skond l-Artikolu 68 jew 198(2), hu għandu jkun għamel id-dikjarazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 2.
Artikolu 2
Il-Kwesturi għandhom iżommu reġistru li fih kull Membru ikollu jagħmel dikjarazzjoni personali dettaljata kif ġej:
a) tal-attivitajiet professjonali tiegħu u ta' kull funzjoni jew attività oħra li għaliha jirċievi ħlas,
b) kull salarju li l-Membru jirċievi fit-twettiq ta' mandat f'Parlament ieħor,
c) kull għajnuna, sew jekk finanzjarja u sew jekk fil-forma ta' riżorsi umani jew materjali, minbarra l-għajnuna provduta mill-Parlament, mogħtija lill-Membru minħabba l-attivitajiet politiċi tiegħu minn terzi persuni, li għandhom ikunu identifikati.
Membri tal-Parlament m'għandhom jaċċettaw l-ebda rigal jew benefiċċju fil-qadi ta' dmirijiethom.
Id-dikjarazzjonijiet fir-reġistru għandhom isiru taħt ir-responsabiltà personali tal-Membru u għandhom ikunu aġġornati kull darba li jkun hemm xi tibdil u jkunu aġġornati tal-anqas kull sena. Il-Membri huma għal kollox responsabbli mit-trasparenza tal-interessi finanzjarji tagħhom.
Il-Bureau jista“, minn żmien għal żmien, iħejji lista ta' interessi li hu jqis li għandhom jiġu ddikjarati fir-reġistru.
Jekk, wara li jintalab jagħmel dan, Membru ma jwettaqx id-dmir tiegħu li jippreżenta dikjarazzjoni skond (a) u (b), il-President għandu jfakkru għal darba oħra sabiex jippreżenta d-dikjarazzjoni fi żmien xahrejn. Jekk id-dikjarazzjoni ma tkunx ippreżentata fiż-żmien stipulat, l-isem tal-Membru flimkien ma' indikazzjoni tan-nuqqas għandu jkun ippubblikat fil-minuti tal-ewwel jum ta' kull sessjoni parzjali li taħbat wara li jiskadi ż-żmien. Jekk il-Membru jkompli jirrifjuta li jippreżenta d-dikjarazzjoni wara li n-nuqqas ikun ippubblikat, il-President għandu jieħu miżuri skond l-Artikolu 153 tar-Regoli sabiex jissospendi l-Membru kkonċernat.
Il-presidenti ta' gruppi ta' Membri, sew ta' intergruppi u sew ta' gruppi ta' Membri oħra mhux uffiċjali, għandhom jintalbu jiddikjaraw kull għajnuna, sew fi flus u sew in natura (eż. assistenza segretarjali) li, jekk tingħata lill-Membri bħala individwi, għandha tkun dikjarata taħt dan l-Artikolu.
Il-Kwesturi għandhom ikunu responsabbli sabiex iżommu reġistru u jħejju regoli dettaljati għad-dikjarazzjoni ta' għajnuna li tingħata minn barra lil dawn il-gruppi.
Artikolu 3
Ir-reġistru għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku.
Ir-reġistru jista' jkun aċċessibbli għall-pubbliku b'mod elettroniku.
Artikolu 4
Għal dak li għandu x'jaqsam ma' dikjarazzjoni tal-assi, il-Membri huma suġġetti għad-dmirijiet imposti fuqhom mil-liġijiet tal-Istat Membru li fih ikunu ġew eletti.
Emenda 7 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness I (ġdid) – Artikolu 1 (ġdid)
Artikolu 1
Prinċipji ta' gwida
Fil-kuntest tal-mandat tagħhom, il-Membri tal-Parlament Ewropew:
a) jispiraw ruħhom u jaġixxu skont il-prinċipji ta' kondotta ġenerali li ġejjin: id-diżinteress, l-integrità, it-trasparenza, id-diliġenza, l-onestà, ir-responsabilità u r-rispett għar-reputazzjoni tal-Parlament,
b) jaġixxu biss fl-interess pubbliku u la jiksbu u lanqas jippruvaw jiksbu benefiċċju finanzjarju dirett jew indirett jew xi ħlas ieħor.
Emenda 8 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness I (ġdid) – Artikolu 2 (ġdid)
Artikolu 2
Dmirijiet ewlenin tal-Membri
Fil-kuntest tal-mandat tagħhom, il-Membri tal-Parlament Ewropew:
a) ma għandhom jidħlu fl-ebda ftehim li jwassalhom għal att jew vot fl-interess ta' parti terza, li jista' jipperikola l-libertà tal-vot tagħhom kif stabbilit fl-Artikolu 6 tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'votazzjoni diretta universali u l-Artikolu 2 tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew,
b) ma għandhom ifittxu, jaċċettaw jew jirċievu l-ebda benefiċċju finanzjarju dirett jew indirett, jew kwalunkwe premju ieħor, bi skambju għall-eżerċizzju ta' influwenza jew vot favur leġiżlazzjoni, mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, dikjarazzjonijiet jew mistoqsijiet imressqa quddiem il-Parlament jew xi wieħed mill-kumitati tiegħu, u għandhom jieħdu miżuri stretti sabiex jevitaw kwalunkwe sitwazzjoni li tista' timplika korruzzjoni.
Emenda 9 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness I (ġdid) – Artikolu 3 (ġdid)
Artikolu 3
Kunflitti ta' interess
1.Kunflitt ta' interess jeżisti meta Membru jkollu interess personali li jista' jinfluwenza b'mod mhux xieraq il-qadi ta' dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew. M'hemmx kunflitt ta' interess meta Membru jibbenefika biss bħala membru tal-pubbliku ġenerali jew ta' kategorija wiesgħa ta' persuni.
2.Kull Membru li jsib li għandu kunflitt ta' interess għandu jieħu minnufih il-miżuri meħtieġa biex isib rimedju, skont il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet ta' din il-Kodiċi ta' Kondotta. Jekk il-Membru ma jkunx jista' jsolvi l-kunflitt ta' interess, huwa għandu jirrappurtah bil-miktub lill-President. Fil-każ ta' ambigwità, il-Membru jista' jitlob il-parir tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Kondotta tal-Membri tal-Parlament, stabbilit bl-Artikolu 7.
3.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, il-Membri għandhom jiżvelaw, qabel ma jitkellmu jew jivvutaw fil-plenarja jew fil-korpi tal-Parlament, jew jekk ikunu proposti bħala rapporteur, kull kunflitt ta' interess attwali jew potenzjali rigward il-kwestjoni li qed tkun eżaminata, meta dan ma jkunx evidenti mill-informazzjoni ddikjarata skont l-Artikolu 4. Din id-dikjarazzjoni għandha ssir bil-fomm jew bil-miktub lill-President matul id-dibattiti parlamentari inkwistjoni.
Emenda 10 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness I (ġdid) – Artikolu 4 (ġdid)
Artikolu 4
Dikjarazzjoni tal-Membri
1.Għal raġunijiet ta' trasparenza, il-Membri għandhom ir-responsabilità personali li jippreżentaw dikjarazzjoni ta' interessi finanzjarji lill-President qabel it-tmiem tal-ewwel perjodu ta' sessjoni wara l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew (jew, fil-kors tal-leġiżlatura, fi żmien 30 jum wara li jkunu ħadu l-kariga fil-Parlament), permezz tal-formola adottata mill-Bureau skont l-Artikolu 9. Huma għandhom jinfurmaw lill-President b'kull bidla li taffettwa d-dikjarazzjoni tagħhom fi żmien 30 jum minn din il-bidla.
2.Id-dikjarazzjoni ta' interessi finanzjarji għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja, li għandha tiġi pprovduta b'mod preċiż:
a) l-attivitajiet professjonali tal-Membru matul it-tliet snin qabel il-ħatra tiegħu fil-Parlament, u l-involviment tiegħu matul dak il-perjodu f'kumitati jew bordijiet ta' kumpaniji, organizzazzjonijiet mhux governattivi, assoċjazzjonijiet jew kwalunkwe organu ieħor stabbilit fil-liġi;
b) kull ħlas li l-Membru jirċievi għat-twettiq ta' mandat f'parlament ieħor,
c) kwalunkwe attività bi ħlas imwettqa mill-Membru fl-istess żmien li qed jeżerċita l-kariga tiegħu, kemm bħala impjegat kemm jekk jaħdem għal rasu;
d) il-parteċipazzjoni f'kumitati jew bordijiet ta' kumpaniji, organizzazzjonijiet mhux governattivi, assoċjazzjonijiet jew kwalunkwe organu ieħor stabbilit fil-liġi, jew kwalunkwe attività oħra esterna li tinvolvi l-Membru, kemm jekk imħallsa kemm jekk mhijiex;
e) kwalunkwe attività esterna okkażjonali bi ħlas (inklużi l-attivitajiet ta' kitba, konferenzi jew konsulenza), jekk il-kumpens totali jaqbeż EUR 5 000 f'sena kalendarja;,
f) ishma jew sħubija f'kumpanija, fejn hemm il-possibilità ta' riperkussjonijiet fuq il-politika pubblika, jew meta din il-parteċipazzjoni tagħti lill-Membru influwenza sinifikanti fl-affarijiet tal-organizzazzjoni inkwestjoni;
g) kull għajnuna, sew finanzjarja u sew fil-forma ta' riżorsi umani jew materjali, minbarra l-għajnuna pprovduta mill-Parlament, mogħtija lill-Membru minħabba l-attivitajiet politiċi tiegħu minn terzi persuni, li għandhom ikunu identifikati;
h) kwalunkwe interess finanzjarju ieħor li jista' jinflwenza l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tal-Membru.
Kull dħul regolari li jirċievi l-Membru għal kull punt irrappurtat skont l-ewwel subparagrafu għandu jitqiegħed f'waħda mill-kategoriji li ġejjin:
– minn EUR 500 sa EUR 1 000 fix-xahar;
– minn EUR 1 001 sa EUR 5 000 fix-xahar;
– minn EUR 5 001 sa EUR 10 000 fix-xahar;
– aktar minn EUR 10 000 fix-xahar.
Kwalunkwe dħul ieħor riċevut mill-Membru għal kull punt irrapportat skont l-ewwel subparagrafu huwa kkalkulat fuq bażi annwali, maqsum bi tnax u mqiegħed f'xi waħda mill-kategoriji stabbiliti fit-tieni subparagrafu.
3.L-informazzjoni pprovduta lill-President skont dan l-Artikolu għandha tkun ippubblikata fis-sit tal-Parlament f'forma aċċessibbli faċilment.
4.Il-Membri ma jistgħux jiġu eletti għall-karigi fil-Parlament jew fl-organi tiegħu, maħtura bħala rapporteur, jew jipparteċipaw f'delegazzjonijiet uffiċjali, jekk ma jkunux għamlu d-dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji tagħhom.
Emenda 11 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness I (ġdid) – Artikolu 5 (ġdid)
Artikolu 5
Rigali jew benefiċċji simili
1.Il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom joqogħdu lura milli jaċċettaw, fil-qadi ta' dmirijiethom, kwalunkwe rigal jew benefiċċju simili, għajr dawk b'valur approssimattiv ta' anqas minn EUR 150 mogħtija skont l-użanzi ta' kortesija jew dawk mogħtija lilhom meta jkunu qed jirrappreżentaw lill-Parlament Ewropew f'kariga uffiċjali.
2.Kwalunkwe rigal offrut lill-Membri, skont il-paragrafu 1, meta jkunu qed jirrappreżentaw il-Parlament f'kapaċità uffiċjali għandu jingħadda lill-President u jiġi ttrattat skont il-miżuri ta' implimentazzjoni stabbiliti bl-Artikolu 9.
3.Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw għar-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, alloġġ u sussistenza tal-Membri, jew għall-ħlas dirett ta' dawn l-ispejjeż minn partijiet terzi, meta l-Membri, fuq stedina u fil-qadi ta' dmirijiethom, jattendu avvenimenti organizzati minn partijiet terzi.
L-ambitu ta' dan il-paragrafu, b'mod partikolari r-regoli għall-iżgurar tat-trasparenza, huwa ppreċiżat fil-miżuri ta; implimentazzjoni stabbiliti mill-Bureau skont l-Artikolu 9.
Emenda 12 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness I (ġdid) – Artikolu 6 (ġdid)
Artikolu 6
Attivitajiet ta' ex Membri
Ex Membri li jimpenjaw ruħhom f'attività professjonali ta' lobbying jew ta' rappreżentanza konnessa direttament mal-proċess deċiżjonali tal-Unjoni ma jistgħux jibbenefikaw, tul il-perjodu kollu ta' impenn tali, mill-faċilitajiet mogħtija lill-ex Membri skont ir-regoli stabbiliti f'dak ir-rigward mill-Bureau1.
1 Deċiżjoni tal-Bureau tat-12 ta' April 1999.
Emenda 13 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness I (ġdid) – Artikolu 7 (ġdid)
Artikolu 7
Kumitat Konsultattiv dwar il-Kondotta tal-Membri Parlamentari
1.Kumitat Konsultattiv dwar il-Kondotta tal-Membri (il-Kumitat Konsultattiv) huwa stabbilit.
2.Il-Kumitat Konsultattiv għandu jkun kompost minn ħames Membri maħtura mill-President fil-bidu tal-mandat tiegħu fost l-uffiċjali u l-koordinaturi tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali, b'kunsiderazzjoni għall-esperjenza tal-Membri u l-bilanċ politiku.
Kull Membru tal-Kumitat Konsultattiv għandu jieħu l-presidenza għal sitt xhur fuq bażi ta' rotazzjoni.
3.Il-President għandu wkoll, fil-bidu tal-mandat tiegħu, jaħtar il-membri ta' riserva tal-kumitat konsultattiv, wieħed għal kull grupp mhux rappreżentat fil-Kumitat Konsultattiv.
Fil-każ ta' allegazzjoni ta' ksur ta' din il-Kodiċi ta' Kondotta minn membru ta' grupp politiku li mhux rappreżentat fil-Kumitat Konsultattiv, il-membru ta' riserva kkonċernat isir is-sitt membru sħiħ tal-Kumitat Konsultattiv għall-eżami tal-ksur allegat inkwistjoni.
4.Fuq talba minn Membru, il-Kumitat Konsultattiv għandu jipprovdilu, b'mod kunfidenzjali u fi żmien 30 jum kalendarju, gwida dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din il-Kodiċi ta' Kondotta. Il-Membru kkonċernat għandu jkun intitolat iserraħ fuq tali gwida.
Fuq talba tal-President, il-Kumitat Konsultattiv għandu jevalwa wkoll il-każijiet ta' ksur allegat ta' dan il-Kodiċi ta' Kondotta u jagħti parir lill-President dwar il-miżuri eventwali li għandhom jittieħdu.
5.Il-Kumitat Konsultattiv jista“, wara konsultazzjoni mal-President, jitlob parir mingħand esperti esterni.
6.Il-Kumitat Konsultattiv għandu jippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet tiegħu.
Emenda 14 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness I (ġdid) – Artikolu 8 (ġdid)
Artikolu 8
Proċedura f'każ ta' ksur possibbli tal-Kodiċi ta' Kondotta
1.Fejn ikun hemm raġunijiet li jagħtu x'wieħed jaħseb li Membrutal-Parlament Ewropew seta' kiser din il-Kodiċi ta' Kondotta, il-President jista' jinnotifika lill-Kumitat Konsultattiv b'dan.
2.Il-Kumitat Konsultattiv għandu jeżamina ċ-ċirkostanzi tal-ksur allegat, u jista' jisma' l-Membru kkonċernat. Fuq il-bażi tal-konstatazzjonijiet tiegħu, għandu jagħmel rakkomandazzjoni lill-President dwar deċiżjoni possibbli.
3.Jekk, fid-dawl ta' din ir-rakkomandazzjoni, il-President jikkonkludi li l-Membru kkonċernat ikun kiser il-Kodiċi ta' Kondotta, għandu, wara li jisma' lill-Membru, jadotta deċiżjoni motivata li tistipula l-piena, li dwarha għandu jinforma lill-Membru.
Il-piena tista' tikkonsisti f'waħda jew diversi mill-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 153(3) tar-Regoli ta' Proċedura.
4.Il-Membru kkonċernat għandu l-possibilità ta' appell intern skont l-Artikolu 154 tar-Regoli ta' Proċedura.
5.Kwalunkwe piena imposta fuq Membru wara l-iskadenzi provduti fl-Artikolu 154 tar-Regoli ta' Proċedura għandha titħabbar mill-President fil-plenarja u tiġi ppubblikata fid-dieher fuq il-websajt tal-Parlament għall-bqija tal-leġiżlatura.
Emenda 15 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness I (ġdid) – Artikolu 9 (ġdid)
Artikolu 9
Implimentazzjoni
Il-Bureau għandu jistabbilixxi l-miżuri ta' implimentazzjoni ta' din il-Kodiċi ta' Kondotta, inkluża proċedura ta' monitoraġġ u, fejn ikun meħtieġ, għandu jaġġorna l-ammonti speċifikati fl-Artikoli 4 u 5.
Il-Bureau jista' jressaq proposti għar-reviżjoni ta' din il-Kodiċi ta' Kondotta.
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Viktor Uspaskich (2011/2162(IMM) u 2011/2099(IMM))
– wara li kkunsidra t-talba magħmula minn Viktor Uspaskich, biex tiġi difiża l-immunità tiegħu, tal-5 ta' April 2011, li tħabbret fis-seduta plenarja tad-9 ta' Mejju 2011, u t-talba tiegħu tal-11 ta' April 2011, li tħabbret fis-seduta plenarju fl-4 ta' Lulju 2011 għal rieżami tad-deċiżjoni tal-Parlament tas-7 ta' Settembru 2010 biex titneħħa l-immunità tiegħu(1),
– wara li sema' lil Viktor Uspaskich fis-10 ta' Ottubru 2011, bi qbil mal-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 7 u 9 tal-Protokoll Nru. 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea(“il-Protokoll”), u l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 rigward l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew permezz ta' suffraġju universali dirett,
– wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986, tal-15 u l-21 ta' Ottubru 2008 u tad-19 ta' Marzu 2010(2),
– wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Litwanja,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Parlament tas-7 ta' Settembru 2010 biex titneħħa l-immunità ta' Viktor Uspaskich,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 6(3) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0411/2011 u A7-0413/2011),
A. billi huwa xieraq li t-talbiet magħmula minn Viktor Uspaskich fil-5 u l-11 ta' April 2011 jiġu ttrattati flimkien peress li huma relatati mal-istess proċedimenti legali;
B. billi nġabu proċedimenti kriminali kontra Viktor Uspaskich, Membru tal-Parlament Ewropew, li fil-proċedimenti pendenti fil-Qorti Reġjonali ta' Vilnius huwa akkużat b'offiżi kriminali skont l-Artikolu 24(4) konġuntament mal-Artikolu 222(1), l-Artikolu 220(1), l-Artikolu 24(4) konġuntament mal-Artikolu 220(1), l-Artikolu 205(1) u l-Artikolu 24(4) konġuntament mal-Artikolu 205(1) tal-Kodiċi Kriminali tar-Repubblika tal-Litwanja;
C. billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll, waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tiegħu “għandhom igawdu fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament tagħhom”, billi “l-immunità ma tistax tintalab meta Membru jinqabad fil-fatt ta' reat u ma tipprekludix lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jirrinunza għall-immunità ta' xi wieħed mill-Membri tiegħu”;
D. billi, skont l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Litwanja, Membru tal-Parlament nazzjonali (is-Seimas) ma għandux jinżamm kriminalment responsabbli jew arrestat, lanqas ma għandha tiġi ristretta b'xi mod ieħor il-libertà tiegħu, mingħajr il-kunsens ta' dak il-parlament;
E. billi l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Litwanja jipprevedi wkoll li Membru tas-Seimas ma għandux jiġi ppersegwitat minħabba kif jivvota jew minħabba t-taħdidiet tiegħu fis-Seimas, għalkemm jista' jinżamm responsabbli fl-ambitu tal-proċedura ġenerali għal insult personali jew kalunnja;
F. billi Viktor Uspaskich huwa akkużat essenzjalment b'offiżi ta' kontabilità falza fir-rigward tal-iffinanzjar ta' partit politiku matul perjodu qabel ma ġie elett għall-Parlament Ewropew;
G. billi fis-7 ta' Settembru 2010 il-Parlament neħħa l-immunità ta' Viktor Uspaskich, billi qies li ma nġabet l-ebda evidenza konvinċenti dwar l-eżistenza ta' xi fumus persecutionis u li r-reati kriminali li bihom huwa akkużat Viktor Uspaskich ma kellhom xejn x'jaqsmu mal-attivitajiet tiegħu bħala membru tal-Parlament Ewropew;
H. billi fit-28 ta' Ottubru 2010 Viktor Uspaskich għamel kawża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tas-7 ta' Settembru 2010 fil-Qorti Ġenerali biex imbagħad irtiraha f'Lulju 2011;
I. billi fl-ittra tiegħu tal-5 ta' April 2011 fejn jitlob li l-immunità tiegħu tiġi difiża Viktor Uspaskich jallega li l-proċedimenti kriminali li nbdew mill-awtoritajiet Litwani jżommuh milli jaqdi d-dmirijiet parlamentari tiegħu, jew jagħmluha diffiċli għalih li jwettaqhom, billi jirrestrinġu l-libertà ta' moviment tiegħu, ħaġa li tmur kontra l-Artikolu 7 tal-Protokoll;
J. billi l-Artikolu 7 tal-Protokoll għandu l-funzjoni li jħares lill-membri kontra restrizzjonijiet fuq il-libertà ta' moviment tagħhom, minbarra restrizzjonijiet ġudizzjarji, u konsegwentement fih mhux immunità imma privileġġ, u ma jipproteġix kontra restrizzjonijiet ġudizzjarji fuq il-libertà tal-moviment tal-Membri(3);
K. billi, konsegwentement, huwa impossibbli li l-Parlament jilqa' t-talba ta' Viktor Uspaskich tal-5 ta' April 2011 biex jiddefendi l-immunità tiegħu fuq il-bażi tal-Artikolu 7 tal-Protokoll;
L. billi fl-ittra tiegħu tal-11 ta' April 2011 Viktor Uspaskich jitlob li ssir reviżjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament tas-7 ta' Settembru 2010 għar-raġuni li tqajmu allegati fatti ġodda mill-WikiLeaks, li hu jsostni li juru li kien vittma ta' fumus persecutionis;
M. billi din l-allegazzjoni għandha tiġi miċħuda għar-raġuni li ma ġiet stabbilita l-ebda konnessjoni suffiċjenti bejn l-allegati fatti ġodda u l-ftuħ ta' proċedimenti kontra Viktor Uspaskich għal kontabilità falza;
N. billi barra minn hekk – u dan japplika wkoll għall-allegazzjoni ta' Viktor Uspaskich li d-dritt fundamentali tiegħu ta' difiża u l-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali ġew miksura bl-adozzjoni tad-deċiżjoni tas-7 ta' Settembru 2010 – l-applikazzjoni biex isir rieżami tad-deċiżjoni tal-Parlament tas-7 ta' Settembru 2010 ma tikkostitwixxix talba għad-difiża tal-immunità u l-privileġġi tiegħu fit-tifsira tal-Artikoli 6 u 7,
1. Jiddeċiedi li ma jiddefendix l-immunità u l-privileġġi ta' Viktor Uspaskich;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapporti tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Litwanja.
Il-Każ 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier [1964] Ġabra 195; Il-Każ 149/85 Wybot v Faure u Oħrajn [1986] Ġabra 2391; Il-Każ T- 345/05, Mote v Il-Parlament [2008] Ġabra II-2849; Il-Każ magħqud C-200/07 u C-201/07 Marra v De Gregorio u Clemente [2008] Ġabra I-7929; Il-Każ T-42/06. Gollnisch v Il-Parlament.
– wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 121, 126 u 148 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Protokoll Nru 12 u d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Protokolli 15 u 16 dwar il-proċedura dwar żbilanċ eċċessiv,
– wara li kkunsidra l-Kodiċi ta' Prattika tal-Istatistika Ewropea kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 152 u 153(5) tat-TFUE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tat-TFUE (klawżola soċjali trasversali),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tat-12 ta' Mejju 2010, bit-titolu “It-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika” (COM(2010)0250), u tat-30 ta' Ġunju 2010 bit-titolu “It-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika għall-istabilità, it-tkabbir u l-impjiegi - Għodda għal governanza ekonomika tal-UE isħaħ” (COM(2010)0367),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 bit-titolu “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsilli Ecofin tal-15 ta' Frar 2011 u tas-7 ta' Settembru 2010,
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u tal-24 ta' Marzu 2011,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0384/2011),
A. billi l-kriżi u l-inugwaljanzi u l-iżbilanċi makrofinanzjarji u d-disparitajiet fil-kompetittività li qed jiżdiedu sa minn meta beda jintuża l-euro kif ukoll minn meta bdiet tiffunzjona s-sistema finanzjarja ħarġu fid-dieher il-ħtieġa li l-Unjoni tittratta l-iżbilanċi makroekonomiċi fuq il-bażi ta' approċċ simetriku li jindirizza żbilanċi eċċessivi kif ukoll bilanċi eċċessivi, jikkoordina l-politiki ekonomiċi u fiskali aktar mill-qrib u jtejjeb is-sorveljanza baġitarja;
B. wara li kkunsidra li t-titjib tas-sistema tal-governanza ekonomika jista' jwassal għall-implimentazzjoni ta' diversi politiki interkonnessi u koerenti għat-tkabbir u impjiegi sostenibbli, b'mod partikolari l-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi (strateġija UE 2020), billi b'mod partikolari wieħed jenfasizza l-iżvilupp u t-tisħiħ tas-suq uniku, il-promozzjoni tar-relazzjonijiet kummerċjali internazzjonali u tal-kompetittività, qafas effikaċi għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni tad-defiċits baġitarji eċċessivi (il-Patt ta' Stabilità u Tkabbir), qafas b'saħħtu għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi, ir-rekwiżiti minimi għall-oqfsa baġitarji nazzjonali, u sistema iktar effiċjenti għar-regolamentazzjoni u s-sorveljanza tas-swieq finanzjarji, inkluża s-sorveljanza makroprudenzjali żgurata mill-Kunsill Ewropew għar-riskju sistemiku;
C. wara li kkunsidra li l-esperjenza miksuba u l-iżbalji mwettqa matul l-ewwel għaxar snin tal-funzjonament tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja juru l-bżonn li titjieb il-governanza ekonomika fl-Unjoni, liema titjib għandu jkun ibbażat fuq konformità nazzjonali iktar profonda mar-regoli u mal-politiki li dwarhom jintlaħaq ftehim komuni u fuq qafas iktar sod ta' sorveljanza għall-politiki ekonomiċi nazzjonali fil-livell tal-Unjoni;
D. billi l-esperjenza wriet li dejn u żbilanċi eċċessivi f'xi Stati Membri jista' jkollhom effetti sekondarji negattivi profondi fuq Stati Membri oħra u fuq iż-żona tal-euro b'mod ġenerali;
E. billi l-parlamenti nazzjonali jiġu eletti b'mod ħieles miċ-ċittadini u huma għalhekk ir-rappreżentanti u l-protetturi tad-drittijiet miksuba u ddelegati miċ-ċittadini; billi l-introduzzjoni tas-Semestru Ewropew għandha tirrispetta għalkollox il-prerogattivi tal-parlamenti nazzjonali;
F. billi l-kunsens parlamentari għall-baġits pubbliċi hu wieħed mill-pedamenti tad-demokrazija;
G. billi l-parlamenti tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea llum il-ġurnata jaqsmu l-funzjoni leġiżlattiva tagħhom mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u ħafna drabi għandhom kontroll limitat biss fuq l-aġir tal-gvernijiet rispettivi fil-qafas tal-politika Ewropea;
H. billi l-proċessi leġiżlattivi mmodifikati u kumplessi fl-Unjoni Ewropea mhumiex magħrufa biżżejjed mal-parti l-kbira taċ-ċittadini tal-Unjoni; billi n-nuqqas ta' trasparenza fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet u tal-formazzjoni tal-opinjoni, fuq kollox fil-Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri, ixekkel il-fiduċja taċ-ċittadini fl-integrazzjoni Ewropea u d-demokraziji tal-Unjoni Ewropea u jfixkel il-kontroll attiv u kostruttiv miċ-ċittadini;
I. billi l-movimenti ta' protesta soċjali kontra l-miżuri ta' awsterità f'diversi Stati Membri tal-Unjoni juru wkoll skuntentizza dejjem akbar fir-rigward tal-kwalità demokratika tal-integrazzjoni Ewropea; billi l-mod li bih ġiet indirizzata s'issa l-kriżi tal-euro affettwat ħafna l-kredibilità demokratika tal-integrazzjoni Ewropea;
J. billi l-effikaċja tal-politiki ekonomiċi nazzjonali permezz ta' koordinament imsaħħaħ hija msejsa fuq il-leġittimità demokratika u l-obbligu li jingħata rendikont ta' dawn il-politiki, li min-naħa tagħha tiddependi mill-intervent tal-parlamenti;
K. billi jeħtieġ tkun żgurata interazzjoni akbar bejn il-politiki tal-impjiegi, soċjali u ekonomiċi fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, u billi dan irid isir għall-benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet kollha u b'mod li jrawwem ir-responsabbilizzazzjoni demokratika, is-sjieda u l-leġittimità tal-atturi involuti kollha; billi parti essenzjali ta' dan hija l-involviment tal-Parlament Ewropew;
L. billi fl-24 ta' Marzu 2011 l-Istati Membri parteċipanti fil-Patt Euro Plus qablu li jieħdu “azzjoni robusta fil-livell tal-UE li tistimula t-tkabbir billi jissaħħaħ is-Suq Uniku, jitnaqqas il-piż ġenerali tar-regolament u jiġi promoss il-kummerċ ma' pajjiżi terzi”;
M. billi s-Semestru Ewropew huwa proċess istituzzjonali, immexxi mill-istituzzjonijiet tal-UE, ta' koordinazzjoni miżjuda fl-Istati Membri kollha għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE, notevolment fid-dimensjoni makroekonomika tagħha;
N. billi l-baġit tal-UE huwa kodeċiż mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill skont it-Trattati, u l-proċeduri baġitarji nazzjonali huma rregolati mis-sistema kostituzzjonali ta' kull Stat Membru; billi, madankollu, koordinazzjoni baġitarja aktar b'saħħitha ma tiksirx il-prinċipju tas-sussidjarjetà;
O. billi l-kisba kbira tas-suq komuni fit-tlaqqigħ tal-ekonomiji Ewropej teħtieġ li tiġi akkoppjata ma' sistema ta' koordinament baġitarju sabiex tagħmel użu minn sinerġiji sostanzjali;
P. billi l-ħolqien, permezz tat-Trattat ta' Lisbona, ta' presidenza stabbli tal-Kunsill Ewropew biddel il-bilanċ istituzzjonali tal-Unjoni;
Q. billi sistema ta' koordinament purament intergovernattiva tkun reazzjoni inadegwata għar-rekwiżiti tal-Artikolu 121 TFUE, li jiddikjara li l-Istati Membri għandhom iqisu l-politiki ekonomiċi tagħhom bħala kwistjoni ta' interess komuni, u ma tistax tiżgura l-azzjoni meħtieġa mill-Unjoni fl-oqsma rregolati mill-metodu Komunitarju;
R. billi l-introduzzjoni tas-Semestru Ewropew għandha twassal għal involviment akbar u definit sew tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti nazzjonali u għal bidliet fil-ħidma tagħhom;
S. billi l-Parlament Ewropew għandu kompetenza ta' kodeċiżjoni fil-proċedura baġitarja;
T. billi l-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi u l-Linji Gwida dwar l-Impjiegi msejsa fuq l-Artikolu 148 tat-TFUE jipprovdu qafas tal-politika għall-miżuri relatati mal-impjiegi u mas-suq tax-xogħol li għandhom jiġu implimentati biex jintlaħqu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020;
U. billi l-Parlament Ewropew ta kontribut ta' quasi-kodeċiżjoni lil-Linji Gwida Integrati 2010 dwar l-Impjiegi;
V. billi r-rata tal-qgħad fl-Ewropa għadha “il fuq minn 9%, u b'mod speċjali l-qgħad fost iż-żgħażagħ għadu sfida kbira; billi għalhekk il-politiki tal-impjiegi, il-politiki tas-suq tax-xogħol u l-politiki soċjali huma parti essenzjali mir-riformi li għandhom jitwettqu kemm permezz tas-sorveljanza makroekonomika kif ukoll permezz tal-koordinament tematiku previst fl-istrateġija Ewropa 2020;
W. billi l-istrateġija Ewropa 2020 u l-istruttura tal-governanza ġdida ankrata fis-Semestru Ewropew għandha tgħin lill-UE tittratta l-kriżi u l-kawżi tagħha; billi l-livelli għolja ta' ħarsien soċjali fl-UE mewtu xi ftit l-impatt tal-kriżi, u billi l-konsegwenzi tal-kriżi għandhom firxa wiesgħa u jirriżultaw f'telf kbir ta' attività ekonomika, żieda sostanzjali fil-qgħad, tnaqqis kbir fil-produttività u finanzi pubbliċi mdgħajfa;
X. billi s-Semestru Ewropew għandu żewġ objettivi: li jivverifika l-applikazzjoni tad-dixxiplina baġitarja tal-Istati Membri u – fl-istess ħin – jissorvelja t-twettiq tajjeb tal-programm Ewropa 2020 billi jiżgura l-mezzi finanzjarji meħtieġa għall-implimentazzjoni tiegħu;
Y. billi n-nuqqas tal-Istrateġija ta' Lisbona jista' jiġi attribwit b'mod essenzjali lin-nuqqas ta' kwalunkwe proċedura ta' segwitu ċar għall-implimentazzjoni ta' din l-istrateġija mill-atturi kollha kkonċernati; u billi, huwa importanti, għalhekk, li jinsiltu l-lezzjonijiet tajbin li jiżguraw is-suċċess tal-aġenda Ewropa 2020;
Z. billi bis-saħħa tal-esperjenza miksuba fid-djalogu monetarju, il-Parlament Ewropew għandu jingħata rwol fir-responsabilità demkratika tal-politiki ekonomiċi u għas-sorveljanza baġitarja;
AA. billi l-Kunsill għamel bidliet sostanzjali fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li ġew proposti mill-Kummissjoni fil-qafas tal-ewwel sena tas-Semestru Ewropew;
AB. billi l-awtonomija tal-imsieħba soċjali li jinnegozjaw kollettivament u s-sistemi nazzjonali tal-iffissar tal-pagi jeħtieġ li jiġu osservati b'mod strett;
AC. billi nkisbet l-esperjenza tal-laqgħat interparlamentari organizzati kull sena mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew;
Deskrizzjoni qasira tal-isfidi
1. Jikkunsidra li l-istadju attwali tal-kriżi jitlob tweġibiet b'saħħithom u ambizzjużi;
2. Jinnota li, minbarra l-adozzjoni tal-pakkett leġiżlattiv dwar il-governanza ekonomika, is-Summit taż-zona tal-euro fis-26 ta' Ottubru 2011 iddeċieda dwar sett ta' miżuri li jimmodifikaw dan il-pakkett; iqis li jekk fil-futur tiġi deċiża xi bidla fit-Trattat, għandha tirrispetta għalkollox il-proċedura prevista fl-Artikolu 48(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u l-mandat ta' Konvenzjoni mlaqqgħa skont dak l-Artikolu għandu jirrifletti l-ħtieġa li l-UE ssaħħaħ il-leġittimità demokratika u s-solidarjetà;
3. Jikkunsidra li, sakemm jingħata avviż ieħor, is-Semestru Ewropew huwa l-qafas validu għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE u għal gvern ekonomiku effikaċi, partikolarment tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li huma marbuta b'responsabilità komuni, u li wara t-tqegħid tal-kliem, hemm involut proċess għas-sena kollha għall-istituzzjonijiet u l-Istati Membri tal-UE;
4. Jenfasizza li s-suċċess tal-istrateġija Ewropa 2020 jiddependi mill-impenn tal-UE fl-isħuħija tagħha, u mis-sjieda tal-Istati Membri, tal-parlamenti nazzjonali, tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u tal-imsieħba soċjali; ifakkar fl-importanza ta' ekonomija tas-suq soċjali soda, kompetittiva u li tiffunzjona sew, ta' riformi strutturali u ftehimiet kollettivi fil-qafas tal-istrateġija Ewropa 2020, kif ukoll il-promozzjoni ta' djalogu soċjali Ewropew ġenwin dwar politiki u miżuri makroekonomiċi;
5. Ifakkar li l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li l-politiki ekonomiċi u fiskali tagħhom huma kwistjoni ta' tħassib komuni u għalhekk għandu jissaħħaħ il-pilastru ekonomiku tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, inkluża d-dimensjoni fiskali tiegħu permezz ta' aktar koordinament fl-introduzzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri fiskali, kif ukoll il-ġlieda effettiva kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxi u t-tneħħija gradwali tal-miżuri ta' detriment eżistenti;
6. Jemmen li l-introduzzjoni tas-“Semestru Ewropew” u t-titjib fil-koordinament tal-politiki ekonomiċi u finanzjarji għandhom iħallu biżżejjed possibilitajiet u flessibilità lill-Istati Membri tal-UE biex jiksbu strateġija baġitarja, ekonomika u soċjali effikaċi, skont l-istrateġija UE 2020, immirata lejn id-distribuzzjoni u l-iżvilupp u li toffri livell xieraq ta' servizzi u infrastrutturi pubbliċi għaċ-ċittadini tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tqis fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tagħha, x'passi jridu jieħdu l-Istati Membri biex jikkompletaw is-Suq Uniku;
7. Jinnota li l-iżvilupp u t-tisħiħ tas-Suq Uniku u t-trawwim tal-konnessjonijiet internazzjonali tal-kummerċ huma importanti biex jistimulaw it-tkabbir ekonomiku, iżidu l-kompetittività u jindirizzaw l-iżbilanċi makroekonomiċi, u jistieden lill-Kummissjoni biex fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, tieħu inkunsiderazzjoni l-passi li ttieħdu mill-Istati Membri biex jikkompletaw is-Suq Uniku;
8. Jenfasizza li l-linji gwida għall-politiki tal-impjieg tal-Istati Membri u l-linji gwida wesgħin dwar il-politika ekonomika t-tnejn li huma jagħmlu parti integrali mis-Semestru Ewropew u huma importanti ugwalment għall-kisba ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiżguraw li r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-politika jkunu konsistenti mal-Linji Gwida Integrati;
9. Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' ċarezza u t-tirkib tal-istrumenti u l-linji baġitarji differenti, li bihom għandhom jintlaħqu l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 permezz tal-baġit tal-UE; ifakkar li s-Semestru Ewropew jipprovdi opportunità tajba biex tiġi żviluppata sinerġija akbar bejn il-baġits tal-UE u tal-Istati Membri;
10. Jirrimarka li l-istrateġija Ewropa 2020 għandu jkollha dimensjoni territorjali aktar b'saħħitha; huwa tal-fehma, konsegwentement, li – meta jitqiesu l-partikolaritajiet u l-livelli differenti ta' żvilupp tar-reġjuni Ewropej – l-involviment dirett tal-awtoritajiet u l-imsieħba reġjonali u lokali fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-programmi relevanti jista' jwassal għal sens akbar ta' responsabilità għall-objettivi tal-istrateġija fil-livelli kollha u jiżgura li fil-post ikun hemm għarfien aħjar dwar l-objettivi u r-riżultati;
Ir-rwol tal-Kummissjoni Daħla
11. Jinnota li s-Semestru Ewropew ġie stabbilit biex jiżgura konverġenza kostanti tal-prestazzjoni ekonomika u fiskali tal-Istati Membri, jikseb koordinament aktar mill-qrib tal-ekonomiji u jegħleb il-kriżi tad-dejn sovran; jinnota l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir (AGS) ġie stabbilit bħala d-dokument bażiku inizjali taċ-ċiklu;
12. Ifakkar li s-Semestru Ewropew irid iseħħ mingħajr ħsara għall-prerogattivi tal-Parlament Ewropew konferiti mit-TFUE; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa proposti li jistabbilixxu kif dawn l-istrumenti differenti huma differenzjati, kif joħolqu effetti sekondarji fl-oqsma tal-politika u kif jiffunzjonaw flimkien;
Il-lezzjonijiet tal-ewwel ċiklu
13. Jenfasizza li l-kodifikazzjoni tas-Semestru Ewropew għandha tippermetti l-flessibilità meħtieġa għal adattament eventwali fid-dawl tal-lezzjonijiet meħuda mill-ewwel eżerċizzju; iqis li, matul il-ħidma ta' valutazzjoni u adattament, il-Kummissjoni għandha tiffoka partikolarment fuq il-ħtieġa li l-qafas ikun aktar adattat għaż-żona tal-euro u l-isfidi kkonċernati;
14. Jinnota li l-kwalità tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma skont l-ewwel Semestru Ewropew tvarja ħafna fir-rigward tal-konkretezza, it-trasparenza, il-vijabilità u l-komprensività; jistieden lill-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri jtejbu l-kwalità u t-trasparenza tal-kontribut tagħhom u televa lill-Programmi Nazzjonali ta' Riforma tal-aqwa kwalità għall-format standard għas-Semestri Ewropej li ġejjin;
15. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-politiki u l-objettivi nazzjonali mħabbra fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma flimkien jikkostitwixxu livell ambizzjuż biżżejjed biex jintlaħqu l-objettivi ewlenin tal-istrateġija UE 2020; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li fl-ewwel Semestru Ewropew dan ma kienx il-każ; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri kollha jikkontribwixxu għall-objettivi ewlenin skont il-potenzjal tagħhom u jipprovdu pjan direzzjonali preċiż flimkien mal-kalendarju korrispondenti għall-azzjonijiet meħtieġa;
L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir
16. Iqis li l-AGS għandu jkun konformi ma':
–
l-istrateġija UE 2020;
–
il-linji gwida integrati (linji gwida wesgħin dwar il-politika ekonomika u linji gwida dwar l-impjieg),
–
ftehimiet speċifiċi tal-Kunsill rigward iż-żona tal-euro jew l-Unjoni kollha bħall-Patt Euro Plus;
17. Jinnota li l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir (AGS), kif approvat mill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa, jorjenta t-tfassil ta':
–
il-Programmi Nazzjonali ta' Riforma (PNR) tal-Istati Membri,
–
il-Programmi ta' Stabbiltà u Konverġenza (PSK) tal-Istati Membri, li abbażi tagħhom il-Kummissjoni tfassal rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż;
18. Jinnota li l-preparazzjoni tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir huwa bbażat fuq it-tbassir makroekonomiku fl-Istati Membri kollha u fl-Unjoni Ewropea; jenfasizza li l-passi meħtieġa biex tittejjeb il-governanza ekonomika Ewropea għandhom ikunu akkumpanjati minn passi simili għat-titjib tal-leġittimità u r-responsabilità tagħha; iwissi, għalhekk, kontra l-forma attwali tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir bħala dokument tekniku li ma jqisx il-kontribut tal-Parlament Ewropew;
19. Jistieden lill-Kummissjoni tirrifletti aħjar l-approċċ multidimensjonali komprensiv (intelliġenti, sostenibbili u inklussiv) tal-istrateġija UE 2020 fil-kriterji użati għall-valutazzjoni tal-progress magħmul mill-Istati Membri u biex konsegwentement toħroġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż;
20. Jistieden lill-Kummissjoni tkabbar is-sett ta' indikaturi li tuża biex tissorvelja l-iżviluppi nazzjonali, filwaqt li tqis ix-xogħol imwettaq, partikolarment, fil-qasam tas-segwitu tal-Komunikazzjoni “Il-PDG u lil hinn minnu” (COM(2009)0433) u tal-pjan direzzjonali għal Ewropa li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti;
21. Jitlob li l-AGS jinbidel f'“Linji Gwida Annwali dwar it-Tkabbir Sostenibbli” (AS2G), li jiffukaw fuq it-titjib tat-tkabbir sostenibbli;
22. Jistieden lill-Kummissjoni biex sal-10 ta' Jannar ta' kull sena tadotta l-Linji Gwida Annwali dwar it-Tkabbir Sostenibbli b'kapitolu speċifiku għaż-żona tal-euro;
23. Jistieden lill-Kummissjoni biex fit-tħejjija tal-Linji Gwida Annwali dwar it-Tkabbir Sostenibbli, tirrikorri kemm jista' jkun għal firxa wiesgħa ta' għarfien espert xjentifiku u tikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet relevanti tal-Parlament Ewropew, l-Istati Membri u l-gvernijiet lokali u reġjonali;
24. Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta b'mod ċar, fil-Linji Gwida Annwali dwar it-Tkabbir Sostenibbli, il-problemi ekonomiċi u fiskali prinċipali tal-UE u tal-Istati Membri individwali, tipproponi miżuri prijoritarji biex jingħelbu dawn il-problemi, u tidentifika l-inizjattivi meħuda mill-Unjoni u mill-Istati Membri biex jappoġġjaw l-kompetittività mtejba u l-investiment għal tul ta' żmien, biex jitneħħew l-ostakli għat-tkabbir sostenibbli, jintlaħqu l-objettivi stipulati fit-Trattati u fl-istrateġija UE 2020 attwali, jiġu implimentati s-seba' inizjattivi ewlenin u jitnaqqsu l-iżbilanċi makroekonomiċi;
25. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżguraw li l-gwida tal-politika għall-konsolidazzjoni fiskali u r-riformi strutturali tkun konsistenit mal-istrateġija UE 2020 għat-tkabbir u l-impjiegi; jikkunsidra li, fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-Linji Gwida Annwali dwra it-Tkabbir Sostenibbli, l-Unjoni trid tikkunsidra l-iżviluppi fil-leġiżlazzjoni mikrofinanzjarja, b'mod partikolari r-regolamentazzjoni prudenzjali, u l-investiment fit-tul li jistimola l-kompetittività sostenibbli, it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi; iqis li għandha ssir ukoll valutazzjoni tal-impatt dwar il-kostijiet possibbli fit-tul tan-nuqqas ta' azzjoni mill-Istati Membri biex jimplimentaw il-miri u r-riformi strutturali tal-istrateġija UE 2020;
26. Jemmen li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għandhom ikunu akkumpanjati minn valutazzjonijiet tal-impatt soċjali, filwaqt li jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni tal-impjieg, mal-garanzija ta' protezzjoni soċjali adatta, mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, kif ukoll ma' livell għoli ta' edukazzjoni, taħriġ, taħriġ mill-ġdid u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem;
27. Jistieden lill-Kummissjoni tidentifika b'mod espliċitu, fil-Linji Gwida Annwali dwar it-Tkabbir Sostenibbli, l-effetti sekondarji transkonfinali potenzjali tal-miżuri ewlenin tal-politika ekonomika implimentati fil-livell tal-UE, kif ukoll fl-Istati Membri;
28. Jistieden lill-Kummissarji inkarigati mis-Semestru Ewropew jiddibattu l-Linji Gwida Annwali dwar it-Tkabbir Sostenibbli mal-kumitati responsabbli tal-Parlament Ewropew malli dawn jiġu adottati mill-Kummissjoni;
Ir-Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-Pajjiżi
29. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jiżguraw l-implimentazzjoni u t-trattament ugwali tal-miri 2020 u l-inizjattivi ewlenin fit-tmexxija tagħhom u r-rakkomandazzjonijiet indirizzati lil kull Stat Membru u l-UE b'mod ġenerali;
30. Ifakkar li d-Direttiva tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri(1) tiddikjara li “l-Kummissjoni għandha tippubblika l-metodoloġiji, l-assunzjonijiet, u l-parametri relevanti li jsostnu t-tbassir makroekonomiku u baġitarju tagħha”;
31. Jirrakkomanda li l-Istati Membri għandhom jimplimentaw din id-Direttiva mill-aktar fis possibbli; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura komparabilità akbar tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma u biex tistabbilixxi l-punti ta' referenza komuni għall-istima tal-Programmi;
32. Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta r-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew fi żmien opportun, malli titwettaq l-analiżi tal-Programmi ta' Stabilità u Konverġenza u tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma, u biex tenfasizza l-effetti sekondarji transkonfinali potenzjali speċjalment fi ħdan iż-żona tal-euro fid-dawl tal-fora interparlamentari ppjanati u d-diskussjonijiet fil-Kunsill dwar ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż;
33. Jistieden lill-Kunsill jippreżenta ruħu quddiem il-Parlament f'Lulju biex jispjega kull bidla sostanzjali li jkun għamel fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż proposti mill-Kummissjoni; jitlob lill-Kummissjoni tieħu sehem f'dan is-smigħ biex tagħti l-fehma tagħha dwar is-sitwazzjoni;
34. Jistieden lill-Kummissjoni torganizza smigħ bl-għan li tagħti informazzjoni dwar l-azzjonijiet annwali tal-monitoraġġ imħabbra fid-diversi inizjattivi ewlenin; jitlob biex dan is-smigħ isir bejn il-laqgħat tar-Rebbiegħa u tas-Sajf tal-Kunsill Ewropew mal-korpi relevanti kollha tal-UE, mal-korpi nazzjonali u reġjonali u ma' partijiet interessati oħra;
35. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex id-djalogu makroekonomiku introdott mill-Kunsill Ewropew ta' Cologne f'Ġunju 1999 ikollu rwol ikbar sabiex tittejjeb l-interazzjoni fost dawk responsabbli għat-titjib fil-pagi, u l-politika ekonomika, fiskali u monetarja;
36. Jipproponi li jiġu kkunsidrati l-effetti sekondarji tal-iżviluppi ekonomiċi tal-Unjoni fuq pajjiżi barra mill-Ewropa, biex issir ħidma favur it-tnaqqis tal-iżbilanċi ekonomiċi madwar id-dinja; jistieden lill-Kummissjoni tagħti kontribut attiv għad-djalogu dwar il-politika ekonomika fil-qafas tal-istituzzjonijiet kompetenti tan-NU; barra minn hekk, jinnota li għandhom jitqiesu wkoll l-għanijiet miftiehma fuq il-livell internazzjonali;
Ir-rwol tal-Parlament Ewropew
37. Ifakkar li d-dibattitu parlamentari dwar il-linji gwida dwar il-politika ekonomika huwa s-sinsla ta' kull sistema demokratika;
38. Jieħu nota li l-kriżi u l-iżviluppi, partikolarment fiż-żona tal-euro, jitolbu li jkun hemm aġġornament fid-dimensjoni Ewropea tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri, speċjalment fiż-żona tal-euro;
39. Se jkompli jadatta l-istruttura u l-metodi ta' ħidma tiegħu għall-aħħar żviluppi fil-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-istruttura taż-żona tal-euro; ifakkar li d-djalogu ekonomiku se jkun parti mir-reazzjonijiet għal sfida bħal din; jemmen li kull organizzazzjoni u proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet ġdid jew imtejjeb fil-Kunsill u/jew fil-Kummissjoni jridu jimxu id f'id ma' leġittimità demokratika mtejba u obbligu ta' rendikont xieraq lill-Parlament;
40. Jenfasizza l-ħtieġa li tittejjeb id-dimensjoni parlamentari b'mod parallel ma' dik tal-Kunsill;
41. Se jivvota fil-Kunsill tar-Rebbiegħa dwar il-Linji Gwida annwali dwar it-Tkabbir Sostenibbli bi proposti għal emendi li għandhom jitressqu lill-Kunsill Ewropew; jitlob li l-Linji Gwida Annwali dwar it-Tkabbir Sostenibbli jkunu soġġetti għal proċedura ta' kodeċiżjoni li għandha tiddaħħal sal-bidla li jmiss tat-Trattat; jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex fil-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa jippreżenta l-Linji Gwida Annwali dwar it-Tkabbir kif emendati mill-Parlament Ewropew;
42. Huwa preokkupat dwar il-leġittimità demokratika tal-introduzzjoni tas-Semestru Ewropew; isostni li l-Parlament u l-parlamenti nazzjonali għandhom rwol essenzjali fil-ħolqien tal-leġittimità demokratika u s-sjieda nazzjonali meħtieġa;
43. Huwa tal-fehma li l-Parlament Ewropew huwa l-post xieraq għad-djalogu u l-kooperazzjoni ekonomiċi bejn il-parlamenti nazzjonali u l-Istituzzjonijiet Ewropej;
44. Jistieden lill-Istati Membri u r-reġjuni tagħha jinvolvu l-parlamenti nazzjonali u reġjonali, l-imsieħba soċjali, l-awtoritajiet pubbliċi u s-soċjetà ċivili aktar mill-qrib fit-tfassil tal-programmi nazzjonali ta' riforma, ta' żvilupp u koeżjoni, u jikkonsultawhom regolarment; jenfasizza f'dan ir-rigward l-impenn f'waqtu tal-Kumitat tar-Reġjuni bħala pjattaforma ta' koordinament bejn ir-reġjuni sabiex dawn jirrappurtaw dwar l-istat attwali tal-parteċipazzjoni reġjonali u lokali fis-Semestru Ewropew;
45. Jappella biex fl-2012 tiġi organizzata konferenza interparlamentari li tlaqqgħa rappreżentanti mill-kumitati għall-baġit, għall-impjiegi u għall-ekonomija tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti nazzjonali, bl-għan li jkunu definiti l-ambitu, il-metodu u l-mezzi ta' leġittimità demokratika b'diversi livelli u dimensjonijiet tal-politika ekonomika, partikolarment biex jiżguraw li l-politiki u l-objettivi nazzjonali mħabbra fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma flimkien iwasslu għal livell li jkun ambizzjuż biżżejjed biex jintlaħqu l-objettivi ewlenin tal-istrateġija UE 2020; iqis li, madankollu, għandha tingħata attenzjoni sabiex jiġi żgurat li jingħata bizżejjed żmien biex jiġu adottati l-baġits nazzjonali;
46. Biħsiebu jorganizza, mill-2013, darba f'sena qabel il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa, forum interparlamentari fil-Parlament Ewropew għall-membri tal-kumitati parlamentari nazzjonali kompetenti, u jirrakkomanda li din il-laqgħa tkun parti integrali tal-laqgħa annwali organizzata mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji għal membri tal-parlamenti nazzjonali; jissuġġerixxi li dan il-forum ikun jinkludi laqgħat tal-gruppi politiċi u l-kumitati rilevanti, kif ukoll seduta plenarja u jistieden lill-imsieħba soċjali Ewropej jieħdu sehem f'din il-laqgħa u jagħtu l-opinjonijiet tagħhom;
47. Biħsiebu jorganizza, mill-2013, kull sesna wara l-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa, it-tieni laqgħa interparlamentari dwar il-proposti għal rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, bejn il-Presidenti tal-kumitati responsabbli mis-Semestru Ewropew fil-parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew (ECON, EMPL, BUDG, ENVI, ITRE);
48. Iwissi dwar l-istabbiliment ta' kwalunkwe prattika li ma tingħatax approvazzjoni parlamentari fil-livell Ewropew jew f'dak nazzjonali; jenfasizza li jeħtieġ li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż ikunu bbażati fuq proċeduri demokratiċi;
49. Jenfasizza r-rwol tad-djalogu ekonomiku mal-Parlament Ewropew li ġie adottat bil-“pakkett ta' governanza ekonomika” li jippermetti d-djalogu bejn l-istituzzjonijiet Ewropej kif ukoll mal-livell nazzjonali sabiex jibda dibatittu transkonfinali u pubbliku, iżid it-trasparenza u jiffaċilita l-pressjoni bejn il-pari; jinnota li l-kumitat relevanti tal-PE jista' jistieden lill-President tal-Kummissjoni, tal-Grupp tal-euro u tal-Kunsill Ewropew u joffri l-opportunità lill-Istat Membru konċernat mid-deċiżjonijiet tal-EDP (proċedura ta' defiċit eċċessiv) u/jew l-EIP (proċedura ta' żbilanċ eċċessiv) li jipparteċipa fi skambju tal-opinjonijiet;
50. Jixtieq li jsir djalogu ekonomiku fi ħdan il-Parlament mal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern ta' dawk l-Istati Membri li biħsiebhom jagħmlu użu mill-Faċilità u mill-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabilità Finanzjarja kif ukoll mill-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabilità, qabel dan tal-aħħar jiġi attivat; jenfasizza, fid-dawl tar-rwol li suppost għandhom l-EFSF u l-ESM, il-ħtieġa li l-PE jwettaq seduta ta' smigħ mal-persunal maniġerjali tagħhom;
51. Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jiżguraw il-konsistenza ta' kundizzjonalità ekonomika u l-programmi ta' aġġustament fil-qafas ta' kwalunkwe programm ta' salvataġġ bl-objettivi tal-Unjoni tal-iżvilupp soċjali u sostenibbli u b'mod partikolari l-linji gwida tal-politika tal-impjieg u dik ekonomika kif ukoll l-objettivi tal-istrateġija UE 2020; jitlobhom jinkludu rakkomandazzjonijiet indirizzati, fil-qafas tas-Semestru tal-UE, lill-Istati Membri li jirċievu assistenza finanzjarja biex jiġu kkunsidrati b'mod espliċitu dawn ir-rekwiżiti ta' konsistenza;
52. Biħsiebu jwettaq verifika tas-sitwazzjoni makroekonomika tal-Unjoni fil-ħarifa, li ssir abbażi ta' għarfien espert wiesa“, inklużi pariri internazzjonali esterni u indipendenti u f'konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, u b'mod partikolari mal-imsieħba soċjali, sabiex jitrawwem id-dibattitu u tinkiseb opinjoni oħra dwar kwistjonijiet ekonomiċi bi tħejjija għad-diskussjoni mal-Kummissjoni qabel l-abbozzar tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir;
53. Huwa tal-fehma li l-Parlament Ewropew għandu jiġi rikonoxxut bħala l-forum demokratiku Ewropew xieraq li jagħti evalwazzjoni ġenerali fl-aħħar tas-Semestru Ewropew;
54. Jitlob li jsir sieħeb fid-djalogu makroekonomiku u biex jipparteċipa fih, sabiex jintlaħqu l-objettivi fir-rigward tat-twettiq ta' attitudni kooperattiva fil-politika makroekonomika;
Ir-Rwol tal-Kunsill
55. Jistieden lill-Kunsill Ewropew jistieden lill-President tal-Parlament Ewropew biex jipparteċipa fil-laqgħat tiegħu dwar is-Semestru Ewropew;
56. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, skont ir-regoli tal-pakkett ta' governanza ekonomika, jagħtuh rendikont fl-ewwel ġimgħat ta' kull sena dwar l-andament u s-suċċessi tas-Semestru Ewropew preċedenti, b'ħarsa eżatta lejn l-azzjonijiet u l-miżuri;
57. Josserva li deher ċar matul l-ewwel Semestru Ewropew li l-iskadenzi kienu qosra u li għalhekk hemm riskju, fl-eżerċizzji futuri, li l-involviment tal-parlamenti nazzjonali ma jkunx daqstant tajjeb jekk xi Stat Membru jintalab jippreżenta pjan ta' azzjoni korrettiva jew jaġġusta l-programmi ta' stabilità u ta' konverġenza tiegħu, kif ukoll il-Programmi Nazzjonali ta' Riforma tiegħu skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill;
58. Jistieden lill-Istati Membri jippreżentaw informazzjoni kemm jista' jkun dettaljata dwar il-miżuri u l-istrumenti previsti fil-programmi nazzjonali ta' riforma għall-ilħuq tal-għanijiet nazzjonali stabbiliti, inklużi l-iskadenza għall-implimentazzjoni, l-effetti mistennija, l-effetti sekondarji potenzjali, ir-riskju li l-implimentazzjoni ma tkunx ta' suċċess, l-ispejjeż u, jekk ikun il-każ, l-użu tal-Fondi Strutturali tal-UE;
59. Jitlob lill-Istati Membri jiżguraw l-indipendenza professjonali tal-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali, b'konformità mad-dispożizzjonijiet mnedija fil-pakkett ta' governanza u jiżguraw il-konformità mal-kodiċi tal-prattika Ewropew tal-Istatistika kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 sabiex tiġi żgurata t-trażmissjoni ta' statistika ta' kwalità għolja lill-Kummissjoni sabiex tiġi vvalutata matul is-Semestru Ewropew;
60. Jemmen li l-iżgurar tas-suċċess tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika jiddependi b'mod kruċjali mill-ħidma tal-qrati nazzjonali tal-awdituri li jwettqu ħidma tajba u mill-verifika bir-reqqa u preċiża tagħhom tal-kwalità tad-dejta tal-finanzi pubbliċi u tal-proċess tat-trażmissjoni mwettqa mill-entitajiet pubbliċi għall-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika;
61. Jistieden lill-Kunsill isaħħaħ id-djalogu makroekonomiku, b'mod partikolari billi jistabbilixxi makrodjalogi korrispondenti fil-livell nazzjonali, biex jinħeles il-potenzjali sħiħ tal-kooperazzjoni makroekonomika billi jiġu sfruttati l-opportunitajiet tal-impjieg permezz ta' dinamika soda u bilanċjata tat-tkabbir;
62. Jikkunsidra li huwa ta' importanza kbira li fid-djalogu kostanti bejn l-Istituzzjonijiet Ewropej jiġi inkluż l-involviment tal-Bank Ċentrali Ewropew;
Kwistjonijiet oħra
63. Jitlob li jiġu jiġi żviluppat il-kunċett ta' Teżor Ewropew biex jissaħħu l-kapaċità ta' implimentazzjoni tas-Semestru Ewropew u l-pilastru ekonomiku tal-UEM; iqis li żviluppi istituzzjonali futuri għandhom iqisu l-evoluzzjoni tal-EFSF u l-ESM;
64. Jinnota bi tħassib li l-koordinament tal-politika ekonomika fil-livell tal-UE jikkonsisti f'sensiela ta' strumenti vinkolanti u le u ta' impenji(2) li jistgħu jipperikolaw iċ-ċertezza legali tad-dritt tal-UE u li, fl-opinjoni pubblika, joħolqu konfużjoni fir-rigward tal-ambitu eżatt tar-responsabilitajiet meħuda mill-Istati Membri fir-rigward tal-istatus tagħhom bħala membri jew le taż-żona tal-euro;
65. Jinnota li l-Istati Membri naqqsu milli jikkonformaw mar-regoli li dwarhom sar qbil komuni, b'mod partikulari l-Patt ta' Stabilità u Tkabbir, li jistabilixxi li d-defiċit baġitarju annwali tal-Istati Membri għandu jkun anqas minn 3 % tal-PDG u li d-dejn pubbliku għandu jkun anqas minn 60 % tal-PDG; jistieden lill-Istati Membri jikkonformaw mal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir u ma' regoli oħrajn li dwarhom sar qbil komuni;
66. Jenfasizza li, sabiex tkun effettiva, is-sorveljanza integrata tal-politiki ekonomiċi m'għandhiex tkun limitata għall-evalwazzjoni tal-politiki fiskali u strutturali tal-Istati Membri tal-UE, iżda trid tkun ukoll sinkronizzata mal-objettivi u l-azzjonijiet meħuda fil-livell tal-UE, kif ukoll mal-livell u n-natura tar-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni; jissottolinja f'dan ir-rigward ir-rwol kruċjali tal-politiki u l-azzjoni tal-UE skont l-istrateġija UE 2020, jiġifieri l-politiki ta' koeżjoni, riċerka u innovazzjoni;
67. Jissottolinja li l-gwida politika għall-Istati Membri tikkonċerna parzjalment l-oqsma tal-politika bħall-pagi u l-pensjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Istati Membri u tal-imsieħba soċjali iżda jridu jkunu appoġġjati u kkomplementati mill-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 153 tat-TFUE; jenfasizza li jeħtieġ li tiġi żgurata r-responsabilità demokratika u li l-prinċipji tas-sussidjarjetà u d-djalogu soċjali jiġu rispettati sabiex jinżamm l-ispazju tal-politika meħtieġ għall-implimentazzjoni nazzjonali;
68. Ifakkar li r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi jiddikjara li l-“applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tirrispetta bis-sħiħ l-Artikolu 152 tat-TFUE u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa taħt dan ir-Regolament għandhom jirrispettaw il-prattiki nazzjonali u l-istituzzjonijiet għall-formazzjoni tal-pagi. Ir-Regolament għandu jikkunsidra l-Artikolu 28 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u għaldaqstant m'għandux jaffettwa d-dritt li wieħed jinnegozja, jikkonkludi u jinforza ftehimiet kollettivi u li tittieħed azzjoni kollettiva skont il-liġi u l-prattiki nazzjonali”;
Il-kontributi settorjali lis-Semestru Ewropew
69. Iqis li, bl-għan li jintlaħqu l-objettivi komuni, Ewropa 2020 u s-Simestru Ewropew bħala qafas għal governanza ekonomika u soċjali msaħħa għandhom il-potenzjali li jgħinu t-tisħiħ ta' approċċ komuni għall-isfidi, ir-risponsi u l-valutazzjoni tas-sitwazzjoni tal-impjiegi u s-sitwazzjoni soċjali fl-Istati Membri jekk dawn ma jibqgħux dejjem intenzjonijiet formali u jekk il-Parlament Ewropew jiġi involut b'mod effettiv f'dan il-proċess għall-kuntrarju ta' dak li seħħ waqt l-ewwel Semestru Ewropew, anke fir-rigward tal-ewwel Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, li mmarka l-bidu ta' ċiklu ġdid ta' governanza ekonomika fl-UE;
70. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex meta jagħtu linji gwida lill-Istati Membri, anke fir-rigward tal-edukazzjoni, l-impjiegi u l-affarijiet soċjali, il-politika makroekonomika u l-baġit, jirrispettaw il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tad-djalogu soċjali fil-qasam tal-impjiegi u l-pensjonijiet ukoll, u, skont l-Artikolu 153(5) tat-TFUE, jirrispettaw il-kompetenzi tal-Istati Membri u l-imsieħba soċjali f'dawn l-oqsma sabiex jippreservaw l-ispazju politiku meħtieġ għall-implimentazzjoni nazzjonali, u biex jikkonsultaw lill-imsieħba soċjali qabel ma' jagħmlu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom; jenfasizza li jeħtieġ li r-responsabbiltà demokratika tiġi żgurata fil-livelli kollha;
71. Jistieden lill-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u l-ħila kollha għad-dispożizzjoni tagħha, fosthom dawk tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, fl-istima tagħha tal-progress lejn l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 u inizjattivi relatati;
72. Jitlob li r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Kunsill iħarsu, bħala prijorità, lejn prijorità dwar politika soċjali favur l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-aċċess għall-impjieg, l-integrazzjoni mill-ġdid tan-nies qiegħda u koordinament aħjar tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali fl-Istati Membri, flimkien mal-ikkompletar tas-suq intern u t-tneħħija tal-ostakli għall-kompetizzjoni; jitlob li jitfasslu rakkomandazzjonijiet minn ħafna qabel biex ikollhom impatt reali fuq id-deċiżjonijiet baġitarji nazzjonali;
73. Jiddikjara l-intenzjoni tiegħu li jikkontribwixxi attivament għall-implimentazzjoni ta' strateġija Ewropa 2020 ambizzjuża mill-UE u mill-Istati Membri u għas-Semestru Ewropew, fosthom għall-aspetti soċjali tiegħu u dawk marbuta mal-impjiegi, li huma ta' importanza kruċjali għaċ-ċittadini Ewropej; jiddikjara l-intenzjoni tiegħu li jagħmel dan kemm permezz ta' azzjoni speċifika kif ukoll permezz ta' kontribuzzjonijiet għal inizjattivi importanti bħas-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv; jiddikjara wkoll li se jagħmel ħiltu biex jagħti prijorità lil dawn l-aspetti tal-istrateġija Ewropa 2020 u l-preokkupazzjonijiet soċjali u dwar l-impjieg tal-irġiel u n-nisa Ewropej fl-aġenda politika tiegħu matul is-sena kollha;
74. Jiddikjara, barra minn hekk, l-intenzjoni tiegħu li jesprimi l-fehmiet tiegħu dwar l-aspetti relatati mal-impjiegi u l-aspetti soċjali tal-istrateġija Ewropa 2020 permezz ta' riżoluzzjoni speċifika li għandha tiġi adottata fil-perspettiva tal-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa;
75. Jiddikjara li jinsab lest li jinvolvi ruħu fi djalogu u skambju ta' opinjonijiet regolari dwar il-politika ma' parlamenti nazzjonali u partijiet interessati relevanti oħra, inklużi l-imsieħba soċjali, is-settur kummerċjali u l-NGOs, dwar l-aspetti tal-impjiegi u soċjali tal-istrateġija Ewropa 2020 u s-Semestru Ewropew, u f'dan l-ambitu:
(a)
Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tagħha lill-Parlament, inkluż l-abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi, il-proposta tagħha għal Linji Gwida annwali dwar l-Impjiegi u kwalunkwe proposta ta' rakkomandazzjonijiet għall-pajjiżi speċifiċi magħmula fuq il-bażi tal-Artikolu 148(4) tat-TFUE,
(b)
Jitlob għal trasparenza bejn il-partijiet interessati differenti tas-Semestru Ewropew u f'dan il-kuntest iħeġġeġ lill-Kumitat għall-Impjiegi (EMCO) biex b'mod regolari jaqsam ir-riżultati tas-sorveljanza tiegħu dwar l-impjiegi mal-kumitati responsabbli tal-Parlament Ewropew,
(c)
Jistieden lill-imsieħba soċjali, lill-NGOs soċjali u lil partijiet interessati oħra sabiex jieħdu sehem fi skambju ta' opinjonijiet regolari mal-Parlament, b'mod partikolari dwar l-implimentazzjoni tal-politiki tal-impjiegi u l-politiki soċjali u dwar il-progress lejn l-ilħuq ta' miri relatati tal-UE; jitlob li d-dokumenti preparatorji għall-iskambju tal-opinjonijiet jiġu kkomunikati lill-membri tal-Kummissjoni Parlamentari kompetenti preċedentement;
76. Jistieden lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament bir-riżultati tal-attivitajiet imwettqa fl-ambitu tal-Programm għat-Tagħlim Reċiproku, b'mod partikolari fl-oqsma enfasizzati fil-linji gwida strateġiċi tal-Kunsill Ewropew; ifakkar li huwa importanti li l-livell ta' aċċess u ta' użu ta' fondi magħmula disponibbli għal programmi ta' dan it-tip jiġi mmonitorjat b'mod regolari sabiex il-miżuri korrettivi li għandhom jiġu implimentati jiġu identifikati f'ħin reali biex id-dilemmi burokratiċi li s-soltu jinħolqu ma jxekklux it-twettiq tal-għanijiet;
77. Huwa tal-fehma li l-politiki tal-impjieg u dawk soċjali għandhom rwol ċentrali fl-istrateġija Ewropa 2020 u fil-governanza tagħha; iqis li dawn il-politiki għandhom jissaħħu fid-dawl tal-kriżi, u li s-Semestru Ewropew huwa essenzjali biex jintlaħaq dan l-objettiv;
78. Iqis li fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u għall-implimentazzjoni effettiva tal-Linji Gwida dwar l-Impjiegi 7 sa 10, l-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa jagħtu importanza speċjali lil kwistjonijiet speċifiċi, bħalma huma l-faċilitazzjoni tal-aċċess taż-żgħażagħ għall-edukazzjoni, gwida u taħriġ u prevenzjoni ta' tluq bikri mill-iskola, il-promozzjoni tat-tagħlim matul il-ħajja kollha, il-promozzjoni tal-impjiegi u t-tnaqqis tal-qgħad, b'mod speċjali fost iż-żgħażagħ, il-promozzjoni tal-integrazzjoni ta' persuna kbar fl-età fis-suq tax-xogħol, il-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat, il-faċilitazzjoni tar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol u tal-familja u t-titjib fil-faċilitajiet tal-kura tat-tfal;
79. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jivvalutaw b'mod komprensiv jekk il-miżuri proposti fi programmi nazzjonali biex jiġu miġġielda l-faqar u l-esklużjoni soċjali u biex jiżdiedu l-livell tal-impjiegi humiex konformi mal-objettivi u mal-miri ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020; jistieden lill-Istati Membri li għadhom ma stipulawx miri nazzjonali, jew li ma jkunux ikkommettew ruħhom biżżejjed biex fl-Ewropa tinkiseb rata ta' impjieg ta' 75% għan-nisa u l-irġiel sal-2020, biex jaħdmu biex dan l-objettiv jintlaħaq, u jiffukaw b'mod partikolari fuq l-ittrattar tad-dgħufijiet strutturali ewlenin tas-swieq tax-xogħol;
80. Jinnota li l-miżuri meħuda fil-qafas tal-Pjanijiet Nazzjonali ta' Riforma, il-“governanza ekonomika” u s-Semestru Ewropew m'għandhomx jikkontribwixxu għall-kriżi soċjali li dejjem qed issir agħar f'għadd ta' pajjiżi li għandhom ekonomiji aktar fraġli, u qed jagħmlu l-ħajja dejjem aktar diffiċli għall-familji u b'mod partikolari għan-nisa u tfal, li huma l-vittmi ewlenin tal-faqar u tal-qgħad li qegħdin dejjem jiżdiedu, kif ukoll ta' impjiegi prekarji u mħallsa ħażin;
81. Jenfasizza li hemm bżonn li jiġi infurzat u istituzzjonalizzat id-Djalogu Soċjali Makroekonomiku u jqis li l-imsieħba soċjali għandhom jiġu involuti fl-iżvilupp ta' azzjonijiet li l-Kummissjoni tixtieq tagħmel fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u fl-implimentazzjoni tal-goveranza ekonomika l-ġdida u li l-imsieħba soċjali għandhom jippreżentaw opinjoni jew, jekk ikun xieraq, rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni dwar dawn l-azzjonijiet;
82. Jissottolinja kemm hu importanti li tiġi żgurata interazzjoni msaħħa reċiprokament bejn il-politiki mikroekonomiċi u makroekonomiċi min-naħa l-waħda, u l-politiki tal-impjiegi u dawk soċjali min-naħa l-oħra, interazzjoni li hija essenzjali biex ikunu jistgħu jintlaħqu l-għanijiet ġenerali tal-istrateġija Ewropa 2020;
83. Iżomm l-impenn li jagħti attenzjoni speċjali, anke waqt id-deliberazzjonijiet tiegħu dwar is-Semestru Ewropew, lill-impatt tas-sitwazzjoni tal-impjiegi u dik soċjali fuq is-sitwazzjoni makroekonomika, u vice versa u jitlob lill-Kummissjoni tagħmel l-istess;
84. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżguraw li tkabbir sostenibbli u inklussiv marbut mal-ħolqien tal-impjiegi u x-xogħol ikunu fil-qalba tal-proposti tal-politika kollha fis-Semestru Ewropew;
85. Ifakkar fil-ħtieġa li jiġi żgurat li l-finanzjament tal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 jiġi kkunsidrat kif xieraq fil-baġits annwali tal-UE u tal-Istati Membri; jenfasizza li l-aktar mod Ewropew sempliċi, demokratiku u effiċjenti biex jintlaħaq dan l-objettiv huwa li jiġi organizzat dibattitu interparlamentari fil-bidu ta' kull Semestru Ewropew dwar l-orjentamenti baġitarji komuni tal-Istati Membri u tal-Unjoni; jemmen li tali dibattitu, filwaqt li jgħin biex jitnaqqsu l-istrutturi duplikati b'mod sinifikanti, fl-istess ħin jippermetti lill-Istati Membri jqisu aktar id-dimensjoni Ewropea fl-abbozz ta' baġits tagħhom u jippermetti lill-Parlament Ewropew iqis aħjar it-tħassib nazzjonali;
86. Ifakkar fir-rwol importanti tal-baġit tal-UE fil-finanzjament tal-aġenda Ewropa 2020, għal liema jiġu dedikati aktar minn nofs ir-riżorsi tal-Unjoni kull sena; jinnota, madankollu, li – minħabba l-kontenut tal-azzjonijiet prijoritarji u l-qsim tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri – l-akbar sehem ta' finanzjament għal din l-istrateġija għandu jiġi mill-baġits nazzjonali jew reġjonali; jikkonkludi, għalhekk, li kemm il-baġit tal-UE kif ukoll dak nazzjonali jeħtieġu li jiġu kkunsidrati fil-parti tal-proċedura tas-Semestru Ewropew li tittratta l-implimentazzjoni tal-aġenda Ewropa 2020;
87. Jenfasizza r-rwol kruċjali tal-politika ta' koeżjoni bħala strument fundamentali għall-istrateġija Ewropa 2020; iqis li politika ta' koeżjoni b'saħħitha u mgħammra b'bażi finanzjarja soda, tikkostitwixxi strument effikaċi u effiċjenti għall-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 u biex jiġu evitati kriżijiet ekonomiċi u finanzjarji futuri, bis-saħħa tal-programmi tagħha ta' żvilupp fit-tul, id-dimensjoni baġitarja, is-sistema tal-amministrazzjoni deċentralizzata u l-adozzjoni tal-prijoritajiet tal-UE għall-iżvilupp sostenibbli; jenfasizza f'dan ir-rigward l-importanza li jiġu involuti r-reġjuni fl-ilħuq tal-objettiv tal-istrateġija UE 2020;
88. Jirrimarka li, minħabba l-approċċ ta' governanza f'diversi livelli, l-politika reġjonali għandha metodoloġija konsolidata għal approċċ integrat u sistema ta' tmexxija affidabbli għall-mobilizzazzjoni tal-investimenti u l-inċentivazzjoni ta' inizjattivi ġodda fil-post li tista' tappoġġa l-effikaċja tal-politiki ekonomiċi b'mod xieraq u l-iżvilupp ta' sinerġija akbar bejn il-baġits tal-UE u l-Istati Membri; jistieden għaldaqstant lill-Kummissjoni tressaq rakkomandazzjonijiet speċifiċi dwar kif il-Fondi Strutturali jistgħu jintużaw għal dan l-għan fil-qafas tal-programmi operattivi;
89. Jikkunsidra essenzjali li l-politika ta' koeżjoni tikkontribwixxi biex tegħleb l-isfidi tat-tnaqqis tal-iżbilanċi strutturali u d-disparitajiet interni fil-qasam tal-kompetizzjoni, filwaqt li jenfasizza l-importanza li jiġu adattati l-politiki għall-kundizzjonijiet u bżonnijiet speċifiċi fir-reġjuni sabiex jimmassimizzaw il-potenzjal tagħhom u jtaffu l-iżvantaġġi tagħhom;
90. Ifakkar fir-rwol importanti tal-politika reġjonali fl-iżvilupp tal-programmi nazzjonali fil-qafas tas-Semestru Ewropew, speċjalment billi jiġu stabbiliti l-objettivi u jiġu determinati azzjonijiet intiżi biex issaħħu l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;
91. Jenfasizza li huwa importanti għal bosta Stati Membri li jtejbu l-kompetittività tar-reġjuni tagħhom sabiex jikkoreġu l-iżbilanċi makroekonomiċi;
92. Iqis neċessarju, għaldaqstant, li l-koeżjoni wkoll għandha tkun orjentata lejn it-tisħiħ tal-potenzjali reġjonali (u mhux sempliċement dawk nazzjonali) u tal-partijiet interessati b'mod partikolari; jemmen li t-tisħiħ tal-potenzjali reġjonali f'koordinament mal-potenzjali nazzjonali jġiegħel lill-politika ta' koeżjoni tinbet għal darb'oħra bħala strument neċessarju biex jinkisbu s-sinerġiji meħtieġa;
93. Jenfasizza li s-Semestru Ewropew ta' koordinament ex-ante tal-politika ekonomika għaldaqstant jeħtieġlu jirrifletti l-promozzjoni ta' tranżizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli mil-lat ambjentali;
94. Jilqa' s-suġġeriment tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir attwali li jiġu eliminati s-sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent u jitlob li ssir valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta' din il-politika matul is-Semestru Ewropew 2012.
95. Jistieden lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni jiffukaw aktar, fis-Semestru Ewropew, fuq is-Suq Uniku, li jikkostitwixxi l-pilastru ekonomiku tal-UE, sabiex jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tas-suq intern u jattiraw il-kapital pubbliku u privat biex jiffinanzjaw proġetti infrastrutturali u innovattivi u jippromwovu l-użu effiċjenti tal-enerġija; jenfasizza li s-Suq Uniku għandu jkun fiċ-ċentru ta' Governanza Ekonomika Ewropea ffukata fuq l-għan li jiġu mħeġġa t-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, l-impjiegi u l-koeżjoni soċjali billi jingħelbu l-iżbilanċi interni, tinħoloq konverġenza ekonomika u tingħata spinta lill-kompetittività;
96. Jitlob li kull Sessjoni tar-Rebbiegħa tal-Kunsill Ewropew tkun parzjalment iddedikata għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni attwali tas-Suq Uniku u appoġġjata bi proċess ta' monitoraġġ; jistieden lill-President tal-Kunsill Ewropew biex kull sena jippreżenta lill-Parlament l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu wara l-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa, fosthom dawk fil-qasam tas-Suq Uniku;
97. Jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni annwali tal-implimentazzjoni tas-Suq Uniku mill-Istati Membri fi ħdan il-qafas tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma tagħhom u teżamina f'dan il-kuntest il-progress li jkun sar fit-traspożizzjoni u r-rieżami ta' wara l-implimentazzjoni;
98. Jistieden lill-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni tal-Istati Membri li, fl-evalwazzjoni tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma tagħhom, jinstab li mhumiex qed jagħmlu l-aħjar użu mill-finanzjament tal-UE għall-oqsma speċifiċi fejn għad hemm potenzjal li ma ġiex sfruttat;
99. Jilqa' l-fatt li “l-isfruttament tal-potenzjal tas-Suq Uniku” huwa elenkat fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2011 bħala wieħed mill-għaxar għanijiet li jeħtieġ li jiġu implimentati sal-2012;
100. Jistieden lill-Kunsll u lill-Kummissjoni jgħaqqdu s-Semestru Ewropew b'mod aktar sistematiku mal-inizjattivi attwali tal-UE bħat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Intern u l-Att dwar is-Suq Uniku, bl-implimentazzjoni tat-12-il “lieva” tiegħu stabbiliti bħala prijorità ewlenija, sabiex jitqies għalkollox l-ikkompletar tas-Suq Uniku u tiġi żgurata l-koerenza tal-politika ekonomika Ewropea;
101. Jistieden b'mod partikolari lill-Kummissjoni biex tinkludi fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2012 it-tnax-il miżura prijoritarja tal-Att dwar is-Suq Uniku li huwa previst li jiġu adottati sa tmiem l-2012;
102. Huwa tal-fehma li t-tnedija mill-ġdid tas-Suq Uniku u partikolarment l-implimentazzjoni tal-Att dwar is-Suq uniku huma prerekwiżit essenzjali għall-kisba ta' tkabbir sostenibbli fl-Ewropa sal-2020; jissuġġerixxi li biex tiġi garantita l-kompetittività Ewropea fuq il-livell globali, jeħtieġ li jkun hemm titjib immedjat f'żoni kruċjali bħas-settur tas-servizzi, l-akkwist pubbliku, ir-riċerka, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni, l-enerġija u l-kummċerċ elettroniku fost l-oħrajn;
103. Jissottolinja l-ħtieġa li tiġi kkunsidrata l-istrateġija UE 2020 fl-implimentazzjoni tas-Semestru Ewropew; jenfasizza li l-inizjattivi li ttieħdu fil-qafas tal-Att dwar is-Suq Uniku, għandhom ikunu konsistenti ma' u jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tas-seba' inizjattivi ewlenin tal-istrateġija UE 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv;
104. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-appoġġ għall-SMEs, li huma s-sinsla tal-ekonomija tas-Suq Uniku, skont ir-riżultati tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, b'mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni sħiħa tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar, u permezz ta' pakkett ta' miżuri biex jiġu eliminati l-ostakli li jħabbtu wiċċhom magħhom l-SMEs meta jaċċessaw il-finanzjament;
105. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu miżuri effikaċi biex ittejjeb l-aċċess għall-finanzjament tal-SMEs u ta' negozji innovattivi li jkunu għadhom jibdew, kif ukoll biex tiżgura t-titjib fl-ambjent kummerċjali fl-UE, tissimplifika l-proċeduri u tnaqqas il-piż amministrattiv fuq in-negozji fis-Suq Uniku;
106. Jistieden lill-Istati Membri jintegraw perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-proċess tas-Semestru Ewropew billi jitqiesu l-bżonnijiet u l-qagħda tan-nisa fl-implimentazzjoni tal-gwida tal-politika mogħtija fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir; ifaħħar lil dawk l-Istati Membri li integraw id-dimensjoni tal-ġeneru permezz tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma (PNR) matul l-ewwel Semestru Ewropew u li taw attenzjoni speċifika lin-nisa fit-tfassil u l-monitoraġġ tal-politiki tal-impjieg, ta' kontra l-faqar u tal-edukazzjoni; jiddispjaċih li xi wħud mill-Istati Membri m'għamlux referenza għall-ġeneru fil-PNR tagħhom;
107. Jistieden lill-Kunsill jiżgura li l-Kumitat FEMM ikun jista' jiddiskuti l-aspetti tal-ġeneru fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma (PNR) u l-gwida ta' politika speċifka għal kull pajjiż partikolari mal-president fil-kariga responsabbli tal-EPSCO, wara li l-Kummissjoni tippreżenta l-gwida ta' politika speċifka għal kull pajjiż;
108. Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm parteċipazzjoni effiċjenti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi l-organizzazzjonijiet tan-nisa fl-abbozzar, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma;
109. Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu miri kwalitattivi fil-PNR marbuta mat-tneħħija tad-diskrepanza tal-paga bejn in-nisa u l-irġiel, li jtejbu l-intraprenditorija tan-nisa u li joħolqu l-kura tat-tfal u tal-anzjani;
110. Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu miri kwantitattivi fil-PNR tagħhom dwar l-impjieg tan-nisa inġenerali flimkien ma' miżuri speċifiċi mmirati għall-gruppi ta' nisa b'rati ta' impjieg baxxi ħafna bħal pereżempju nisa li huma żgħażagħ, anzjani, migranti, li għandhom diżabilità, li huma ommijiet waħedhom u li huma Roma;
111. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqajmu kuxjenza fost is-soċjetà ċivili, l-imsieħba soċjali u l-pubbliku inġenerali, dwar l-miri ewlenin tal-2020 u l-miri nazzjonali, inklużi l-miri ssegregati bejn is-sessi għall-impjieg;
112. Jistieden lill-Kummissjoni titlob lis-soċjetà ċivili u lill-imsieħba soċjali jikkontribwixxu “shadow report” annwali dwar il-progress tal-Istati Membri rigward il-miri ewlenin u l-implimentazzjoni ta' miżuri proposti fil-PNR, komparabbli max-“shadow reports” li saru dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW);
113. Jiddeplora t-tnaqqis fl-infiq u fl-investiment pubbliku fil-qasam tal-edukazzjoni osservat f'ħafna baġits nazzjonali, jerġa' jenfasizza l-ħtieġa li jiġi prijoritizzat l-investiment pubbliku f'oqsma sostenibbli li jippromwovu t-tkabbir bħall-R&D u l-edukazzjoni, u jirrimarka li, meta jitqiesu l-ispejjeż għolja mġarrba meta l-ġenerazzjonijiet aktar żgħażagħ jiġu marġinalizzati f'termini ta' impjiegi, l-investiment fl-edukazzjoni u fit-taħriġ huma miżura tal-politika ekonomika; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat investiment kontinwu u sinifikanti fl-edukazzjoni, fit-taħriġ u fit-tagħlim tul il-ħajja tal-għalliema, filwaqt li jitkomplew l-isforzi koordinati fl-UE kollha biex jintlaħqu għanijiet komuni oħra fil-qasam tal-edukazzjoni; jindika r-rwol ewlieni tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja;
114. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, meta tidentifika t-tendenzi attwali u futuri fl-impjiegi matul is-semestru ekonomiku, biex tuża dawk it-tendenzi biex tikkoordina strateġiji ta' taħriġ ma' istituzzjonijiet terzjarji;
o o o
115. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill Ewropew, lill-parlamenti nazzjonali, lill-BĊE u lill-President tal-Grupp tal-euro.
L-Artikoli 121, 126 u 148 TFUE, il-Protokoll Nru 12 anness mat-Trattat ta' Lisbona, ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta' Ġunju 1997 dwar il-Patt ta' Stabilità u Tkabbir, il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tal-20 ta' Marzu 2005, ir-Regolament (KE) Nru 1466/97, ir-Regolament (KE) 1467/97, il-Kodiċi ta' Kondotta “Speċifikazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u Linji gwida dwar il-format u l-kontenut tal-Programmi ta' Stabbiltà u Konverġenza”, approvat mill-Kunsill tal-ECOFIN tas-7 ta' Settembru 2010, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-ECOFIN ta' Ottubru 2006 u ta' Ottubru 2007, il-Patt Euro Plus li dwaru qablu l-Kapijiet tal-Istati u tal-Gvernijiet taż-Żona tal-Euro, u li magħhom ingħaqdu l-Bulgarija, id-Danimarka, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja u r-Rumanija, fl-24 u l-25 ta' Marzu 2011.
Ir-Riżultat tal-Forum dwar is-Suq Uniku
215k
48k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar ir-Riżultat tal-Forum dwar is-Suq Uniku
– wara li kkunsidra l-Forum dwar is-Suq Uniku, li sar fi Krakovja (il-Polonja) fit-3-4 ta' Ottubru 2011,
– wara li kkunsidra d-“Dikjarazzjoni ta' Krakovja” tal-ewwel Forum dwar is-Suq Uniku,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-13 ta' April 2011 bit-titolu “L-Att dwar is-Suq Uniku. Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzar ”Flimkien għal tkabbir ġdid' (COM(2011)0206),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tas-16 ta' Awwissu 2011 bit-titolu “Is-Suq Uniku mil-lenti tan-nies: Ħarsa ġenerali tal-20 tħassib prinċipali taċ-ċittadini u n-negozji (SEC(2011)1003),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi s-Suq Uniku Ewropew ġab miegħu benefiċċji tremendi għal 500 miljun Ewropew, filwaqt li ħoloq opportunitajiet ġodda għall-espansjoni għal aktar minn 21 miljun negozju Ewropew, u sar il-magna reali wara t-tkabbir fl-ekonomija Ewropea;
B. billi f'għadd kbir ta' oqsma għand hemm qabża kbira bejn dak li n-nies jistennew mis-Suq Uniku u dak li jesperjenzaw fil-prattika;
C. billi lejliet l-20 anniversarju tiegħu, is-Suq Uniku huwa aktar kruċjali minn qatt qabel għat-tiġdid tal-ekonomija Ewropea u għall-vijabilità tal-proġett Ewropew fuq medda twila ta' żmien;
D. billi l-Forum dwar is-Suq Uniku għaqqad flimkien in-negozji Ewropej, l-imsieħba soċjali, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, il-gruppi ta' riflessjoni, il-ġurnalisti, il-parlamenti nazzjonali, l-istituzzjonijiet Ewropej, l-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli differenti tal-gvern u ċ-ċittadini Ewropej;
1. Jenfasizza l-importanza li l-Forum dwar is-Suq Uniku jsir avveniment regolari, sabiex in-negozji u ċ-ċittadini kif ukoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali jipparteċipaw direttament fih u jinfluwenzaw l-iżvilupp ulterjuri tas-Suq Uniku;
2. Jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri, il-pajjiżi applikanti u l-imsieħba taż-ŻEE biex fl-2012 jorganizzaw u jippromwovu avvenimenti pubbliċi ewlenin sabiex jiċċelebraw l-20 anniversarju tas-Suq Uniku; iqis li l-objettiv għandu jkun li jiġi organizzat mill-inqas avveniment wieħed fil-pajjiżi parteċipanti kollha, b'attivitajiet reġjonali kif xieraq, marbut ma' avveniment prinċipali u ċentrali tal-UE, li possibbilment ikun organizzat mal-Presidenza tal-UE;
3. Jistieden lill-Kummissjoni biex sa tmiem l-2011 tressaq it-12-il prijorita kollha fl-Att dwar is-Suq Uniku, sabiex il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, f'koperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, jadottaw l-ewwel sett ta' miżuri prijoritarji sal-aħħar tal-2012 biex jingħata impetu ġdid lis-Suq Uniku;
4. Jitlob għal monitoraġġ kostanti tal-implimentazzjoni tal-Att dwar is-Suq Uniku fl-ogħla livell politiku permezz, inter alia, ta' rieżami u rappurtar regolari mill-Kummissjoni, l-inklużjoni tiegħu bħala punt ewlieni fuq l-aġenda fil-Kunsill Kompetittività u rapporti ta' progress fil-Kunsill Ewropew; jenfasizza f'dan ir-rigward il-ħtieġa għal traspożizzjoni f'waqtha u korretta kif ukoll l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti;
5. Jenfasizza li s-Suq Uniku Ewropew jikkontribwixxi pożittivament għall-innovazzjoni u li, appoġġat minn inizjattivi koordinati tal-Kummissjoni u impenn qawwi mill-Istati Membri, se jiġġenera opportunitajiet ġodda għan-negozji – partikolarment għall-SMEs innovattivi – u se jappoġġa bis-saħħa l-ħolqien tal-impjiegi u l-koeżjoni soċjali u se jġib miegħu tkabbir ekonomiku sostenibbli, kif ukoll se jindirizza l-bżonnijiet taċ-ċittadini u l-konsumaturi tal-UE;
6. Jenfasizza n-nuqqas ta' tagħrif u għarfien limitat miċ-ċittadini, il-konsumaturi u l-SMEs dwar id-drittijiet u l-opportunitajiet tagħhom fis-suq uniku; jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-adozzjoni ta' Karta tal-Drittijiet taċ-Ċittadini li tkun faċli biex tintuża, li tiġi aġġornata regolarment u aċċessata faċilment għaċ-ċittadini kollha li jiċċaqalqu, jaħdmu, jixtru u jbigħu f'pajjiżi oħra, kif imsemmi fir-riżoluzzjoni tagħha tal-20 ta' Mejju 2010(1), li sservi bħala gwida prattika li tindika d-drittijiet u l-obbligi taċ-ċittadini fis-suq uniku;
7. Jieħu nota tan-nuqqasijiet identifikati mill-parteċipanti fil-Forum dwar is-Suq Uniku; jitlob għall-adozzjoni ta' miżuri sabiex dawn in-nuqqasijiet jitnaqqsu bħala kwistjoni ta' urġenza;
8. Jenfasizza, waqt il-Forum, ir-rikonoxximent tas-suċċess ġenerali tal-proċedura ta' rikonoxximent awtomatiku fid-Direttiva 2005/36/KE li tirreferi għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali u hu tal-fehma li dan għandu jiġi estiż għal professjonijiet oħra; jistieden lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni jipprovdu aktar trasparenza biex l-applikanti jkunu jistgħu jingħataw spjegazzjoni sħiħa tar-raġunijiet għan-nuqqas ta' rikonoxximent tad-diploma jew tal-kwalifika professjonali tagħhom; jilqa' b'sodisfazzjon it-tħabbir tar-riżultati tal-proġetti pilota tat-tesseri professjonali u jemmen li din it-tessera tista' tkun għodda utli li tiffaċilità l-mobilità għal xi professjonijiet, tissimplifika l-proċeduri amministrattivi u ssaħħaħ is-sikurezza;
9. Jenfasizza l-ħtieġa għal sistemi Alternattivi għas-Soluzzjoni tat-Tilwim li jkunu effikaċi, aċċessibbli u sempliċi sabiex jiżguraw kunfidenza akbar tal-konsumatur fis-Suq Intern; jenfasizza li sistema Onlajn ta' Soluzzjoni tat-Tilwim effikaċi tkun kruċjali għat-titjib tal-kunfidenza fis-Suq Uniku diġitali;
10. Jissuġġerixxi li Punti Uniċi ta' Servizz jiġu żviluppati f'ċentri komprensivi ta' e-Gvern li jippermettu lill-imprendituri jressqu u jimmaniġġjaw il-formalijiet amministrattivi onlajn; jenfasizza l-potenzjal tagħhom fil-kuntest tal-implimentazzjoni tad-Direttiva tas-Servizzi u jiddispjaċih li xi Stati Membri għadhom ma ssodisfawx l-impenji tagħhom fil-kuntest tal-iżvilupp tal-punt uniku ta' servizz (PSC);
11. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi finalizzat is-Suq Uniku diġitali u jingħelbu l-problemi tekniċi għall-kummerċ transkonfinali u għall-provvista ta' servizzi, b'mod partikolari billi jitjiebu l-interoperabilità u r-rikonoxximent reċiproku tal-Ids, il-firem elettroniċi u d-dokumenti elettroniċi;
12. Jinnota li sabiex titjieb iċ-ċertezza legali għall-e-kummerċ hu essenzjali li fl-Unjoni Ewropea tinħoloq sistema tad-drittijiet tal-awtur effikaċi u modernizzata u tkun aġġornata l-leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-ħarsien tad-data;
13. Jenfasizza li l-provvista ta' servizzi transkonfinali u l-mobilità ta' ħaddiema stazzjonati huma elementi fundamentali tas-suq intern u jenfasizza li d-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema għandha tiżgura kundizzjonijiet ugwali u r-rispett tad-drittijiet tal-ħaddiema stazzjonati fl-UE; iqis li, sabiex ikun evitat l-abbuż u l-fatt li wieħed jaħrab mir-regoli, dawn għandhom ikunu trasparenti kif ukoll ċari; jinnota li l-imsieħba soċjali għandhom rwol importanti fil-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema stazzjonati;
14. Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw it-traspożizzjoni korretta u f'waqtha tal-leġiżlazzjoni tas-Suq Intern u t-tnaqqis ta' nuqqas ta' konformità; jenfasizza li l-użu ta' tabelli ta' korrelazzjoni huwa ta' benefiċċju għall-partijiet kollha fil-proċess ta' traspożizzjoni tad-Direttivi tas-Suq Intern;
15. Ifakkar l-importanza tas-simplifikazjoni u l-implimentazzjoni xierqa tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku u għaldaqstant jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżgurawha fil-qafas legali eżistenti u li jmiss; jinnota l-ħtieġa li s-settur tal-akkwist pubbliku jsir professjonalizzat permezz ta' taħriġ imtejjeb, li l-objettivi tal-akkwist ikunu kkonfermati u li jiġu esplorati modi possibbli biex jinkisbu objettivi ta' politika oħra; iqis li l-parteċipazzjoni tal-SMEs fis-sejħiet għall-offerti tal-akkwist pubbliku teħtieġ li titjieb u li l-proċeduri tal-akkwist jeħtieġu jkunu anqas komplikati, irħas u aktar aċċessibbli għall-SMEs, u jenfasizza l-bżonn għal użu estiż tal-prinċipju “l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża” flok il-prinċipju tal-“prezz l-aktar baxx;
16. Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex fl-iżvilupp tas-Suq Uniku jinvolvu ċ-ċittadini u partijiet interessati oħra aktar mill-qrib, b'mod partikolari billi jorganizzaw b'mod aktar proattiv konsultazzjoni pubbliċi f'waqthom dwar il-leġilazzjoni l-ġdida, fi sħubija mal-partijiet interessati u l-imsieħba soċjali nazzjonali u lokali, kif ukoll mal-NGOs u l-midja; iqis li d-dokumenti ta' konsultazzjoni għandhom ikunu disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE u jistgħu jinftiehmu miċ-ċittadin komuni;
17. Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE kif ukoll lill-awtoritajiet nazzjonali fil-livelli kollha jagħmlu sforzi konġunti biex iqajmu kuxjenza fost iċ-ċittadini u l-partijiet interessati dwar l-għodod eżistenti maħsuba biex jiffaċilitaw il-funzjonament tas-Suq Uniku, bħal pereżempju l-Punti Uniċi ta' Servizz, in-netwerk SOLVIT, Your Europe u oħrajn;
18. Jistieden lill-Kummissjoni biex toħloq Forum dwar is-Suq Uniku onlajn, bħala pjattaforma acċċessibbli għall-pubbliku ġenerali, li jippermettilu jżomm ruħu aġġornat dwar l-iżviluppi tas-Suq Uniku u jaqsam l-esperjenzi kif ukoll it-tħassib attwali dwar is-Suq Uniku;
19. Jistieden lill-gvernijiet nazzjonali, lill-entitajiet reġjonali u lokali, lin-negozji, lit-trejdjunjins u lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi jikkoperaw sabiex jiżguraw li r-regoli tas-Suq Uniku jaħdmu b'mod effikaċi fuq il-post għaċ-ċittadini u n-negozji;
20. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar ir-reazzjoni tal-UE għall-HIV/AIDS fl-UE u fil-pajjiżi ġirien, rieżami intermedju tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar “Il-Ġlieda kontra l-HIV/AIDS fl-Unjoni Ewropea u fil-pajjiżi ġirien, 2009-2013” (COM(2009)0569),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2010 dwar approċċ ibbażat fuq id-drittijiet għar-reazzjoni tal-UE għall-HIV/AIDS(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2008 dwar HIV/AIDS: dijanjosi bikrija u kura bikrija(2),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Politika dwar l-HIV/AIDS adottata fil-Laqgħa ta' Livell Għoli tal-2011 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar l-HIV/AIDS,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Ruma adottata fil-Konferenza tas-Soċjetà Internazzjonali tal-AIDS fl-2011, li titlob li jkun hemm aktar finanzjament għall-iżvilupp ta' kura li taħdem għall-HIV,
– wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UNAIDS għall-2011-2015 u l-Istrateġija Globali tas-Settur tas-Saħħa dwar l-HIV/AIDS għall-2011-2015 tal-Assemblea Dinjija tas-Saħħa, li jidentifikaw miri globali eżistenti u miftiehma biex jimmotivaw il-pajjiżi jippjanaw għal reazzjonijiet għall-HIV/AIDS sal-2015,
– wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni Ewropew 2012-2015 tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) għall-HIV/AIDS, li jindirizza s-sitwazzjoni attwali rigward l-epidemija tal-HIV/AIDS fir-Reġjun Ewropew u jispjega reazzjoni effikaċi għaliha,
– wara li kkunsidra d-“Dikjarazzjoni ta' Dublin” dwar sħubija għall-ġlieda kontra l-HIV/AIDS fl-Ewropa u fl-Asja Ċentrali, adottata fil-Konferenza Ministerjali dwar “Negħlbu l-Ostakoli – Sħubija għall-Ġlieda kontra l-HIV/AIDS fl-Ewropa u fl-Asja Ċentrali” li saret fil-qafas tal-Presidenza Irlandiża tal-UE fit-23 u l-24 ta' Frar 2004,
– wara li kkunsidra r-rapport taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDPC) tal-2010 intitolat “Progress dwar l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Dublin dwar is-Sħubija għall-Ġlieda kontra l-HIV/AIDS fl-Ewropa u fl-Asja Ċentrali”,
– wara li kkunsidra l-Gwida dwar l-Ittestjar tal-HIV li ħarġu fl-2010 taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDPC), li tispjega kif jistgħu jsiru t-testijiet tal-HIV fl-Istati Membri,
– wara li kkunsidra l-Qafas ta' Politika għall-Ewropa tad-WHO tal-2010 dwar “Iż-żieda fl-ittestjar għall-HIV u l-konsulenza dwar l-HIV fir-Reġjun Ewropew tad-WHO”,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi, skont ir-Rapport tal-ECDPC tal-2010 dwar is-Sorveljanza tal-HIV, fl-2009 ġew irrappurtati 25 917-il każ iddijanjostikat ġdid ta' infezzjoni bl-HIV mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u taż-Żona Ekonomika Ewropea;
B. billi fl-2009 161 000 persuna ġew infettati bl-HIV fl-UE u fil-pajjiżi ġirien, biex b'hekk il-għadd ta' persuni li qed jgħixu bl-HIV tela' għal total ta' aktar minn 2.2 miljuni skont estimi mill-UNAIDS u d-WHO;
C. billi l-għadd ta' infezzjonijiet tal-HIV qed jikber b'rata allarmanti, partikolarment fil-Lvant tal-Ewropa;
D. billi, minkejja li hemm trattament u pronjosi fit-tul aħjar, il-kumplessità tal-HIV tibqa' timponi sfidi speċifiċi fuq in-nisa li l-kura tas-saħħa konvenzjonali tista' tonqos milli tindirizza, u tħalli lin-nisa b'vojt mhux indirizzat bejn id-dijanjosi u kura tas-saħħa effikaċi u infurmata(3);
E. billi l-AIDS hija marda li tista' tiġi evitata għalkollox, u billi l-interventi ta' prevenzjoni primarja, li jipprovdu l-informazzjoni, il-ħiliet, is-servizzi u l-prodotti meħtieġa biex in-nies tiġi mħarsa kontra l-HIV u biex jiġu promossi suriet ta' mġiba aktar sikuri, huma ċentrali għall-isforzi li jsiru biex jiġi evitat it-tixrid tal-HIV;
F. billi l-ECDPC jistma li fl-UE 30% tal-persuni infettati bl-HIV ma jafux li għandhom il-vajrus, u minn dawk li nstabu li għandhom l-HIV nofshom qed jersqu għand tabib meta jkunu diġà waslu fi stadju aħħarija ta' infezzjoni, u f'dak l-istadju ma jkunux jistgħu jibbenefikaw għalkollox mit-trattament, u dan joħloq riskji bla bżonn ta' morbidità, mortalità u trażmissjoni;
G. billi dawk milquta mill-HIV li ma jkunux ġew iddijanjostikati għandhom il-probabilità ta 3.5 darbiet aktar li jittrasmettu l-HIV minn dawk li ġew iddijanjostikati;
H. billi proporzjon kbir ta' infezzjonijiet tal-HIV għadu mhux dijanjostikat; billi ħafna nies ma jafux l-istatus tas-serum tagħhom u x'aktarx jiskopru dan biss ladarba jimirdu b'mard relatat mal-HIV/AIDS;
I. billi għandha tingħata attenzjoni wkoll lill-kwestjoni tal-koinfezzjoni, b'mod partikolari bit-tuberkulosi u l-epatite B u l-epatite Ċ u l-kumplikazzjonijiet tagħhom. billi t-tuberkulosi u l-epatite virali huma prevalenti ħafna, javvanzaw aktar malajr u jikkaġunaw morbidità u mortalità sinifikanti fost il-persuni li għandhom l-HIV; billi, pereżempju, fl-Ewropa tal-Punent huwa stmat li 30% tal-persuni li għandhom l-HIV huma koinfettati bl-epatite Ċ, u billi r-rata hija terġa' ogħla fl-Ewropa tal-Lvant;
J. billi fid-Dikjarazzjoni bil-Miktub tiegħu ta' Marzu 2007 l-Parlament Ewropew irrikonoxxa l-kobor tan-nuqqas ta' dijanjosi tal-epatite Ċ bħala problema tas-saħħa kbira fl-UE u l-fatt li l-epatite Ċ tiżviluppa aktar malajr f'persuni li diġà huma infettati bl-HIV, u dan jenfasizza l-importanza ta' dijanjosi komprensiva u bikrija;
K. billi l-infettività tal-HIV tiżdied b'mod sinifikanti meta jkun hemm mard ieħor trażmess sesswalment, bħalma huma l-gonorrea, il-klamidja, l-erpete u s-sifilide;
L. billi provi riċenti wrew l-effikaċja ta' aċċess bikri għat-trattament biex kemm l-infettività tal-pazjenti u r-rata ta' trażmissjoni tal-HIV jitnaqqsu b'mod sinifikanti b'sa 96%,
M. billi l-livelli ta' aċċess għall-prevenzjoni, għat-trattament, għall-kura u għas-servizzi ta' appoġġ tal-HIV jvarja b'mod sinifikanti bejn l-Istati Membri;
N. billi l-użu ta' siringi kkontaminati fost dawk li jinjettaw id-drogi qed iżid it-tixrid rapidu tal-HIV f'ħafna pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant;
O. billi hemm ħtieġa kritika ta' kooperazzjoni transkonfinali u interdixxiplinari biex tiġi indirizzata l-epidemija;
P. billi l-parteċipazzjoni sħiħa tas-soċjetà ċivili hija kruċjali fl-iżgurar tal-aċċess għat-trattament u s-servizzi tal-HIV għall-popolazzjonijiet li jinsabu f'riskju u dawk emarġinati,
Q. billi għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-kwestjonijiet li qed jiffaċċjaw lill-pajjiżi ġirien tal-UE, minħabba li l-HIV/AIDS u infezzjonijiet oħra trażmessi sesswalment m'għandhomx fruntieri, kif hemm enfasizzat fir-Rapport Tekniku tal-ECDPC dwar “L-Epatite B u Ċ fil-viċinat tal-UE: prevalenza, piż tal-marda u politiki ta' skrinjar”;
R. billi l-ħarsien sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem tal-persuni milquta bl-HIV huwa essenzjali għal kull aspett tar-reazzjoni għall-HIV;
S. billi l-esklużjoni soċjali, l-istigma u d-diskriminazzjoni li jirriżultaw mill-istatus ta' HIV, kif ukoll is-silenzju u ċ-ċħid li jiċċirkondaw l-infezzjoni u n-nuqqas ta' rispett għad-drittijiet bażiċi tal-persuni li jgħixu bl-HIV b'mod ġenerali, u dawk li jappartienu għal gruppi vulnerabbli (irġiel li jkollhom x'jaqsmu sesswalment ma' rġiel oħra, nies li jinjettaw drogi) b'mod partikolari, jippersistu u jkomplu jdgħajfu l-prevenzjoni, il-kura u t-trattament tal-HIV, u jżidu l-impatt tal-epidemija fuq l-individwi, il-familji, il-komunitajiet u l-pajjiżi;
T. billi l-prevenzjoni, it-trattament, il-kura u l-programmi ta' appoġġ tal-HIV tfasslu għall-persuni b'diżabilità jew tqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom b'mod inadegwat,
U. billi hemm ħtieġa urġenti li jiżdiedu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' approċċi komprensivi ta' prevenzjoni, flimkien ma' investiment kontinwat fir-riċerka dwar teknoloġiji ta' prevenzjoni ġodda u l-iżvilupp tagħhom,
V. billi l-kriżi ekonomika u finanzjarja m'għandhiex titħalla jkollha impatt negattiv fuq is-settur tas-saħħa, inkluż tnaqqis fl-investiment f'oqsma essenzjali għall-ġlieda kontra l-HIV/AIDS;
W. billi s-sitwazzjoni ekonomika diffiċli qed tipperikola l-finanzjament għall-programmi dwar l-HIV/AIDS;
X. billi l-mod predominanti ta' trażmissjoni tal-HIV fl-UE huwa s-sess bejn l-irġiel, segwit mir-rapporti eterosesswali, speċjalment bejn individwi li joriġinaw minn pajjiżi b'epidemiji ġeneralizzati tal-HIV;
Y. billi l-inugwaljanza bejn is-sessi hija waħda mill-ixpruni tal-epidemija tal-HIV, u billi llum in-nisa jirrappreżentaw kważi nofs il-każijiet ġodda ta' infezzjonijiet tal-HIV li jiġu rrappurtati fil-pajjiżi ġirien tal-UE;
Z. billi n-nisa żgħażagħ kulma jmur qed isiru aktar vulnerabbli għall-HIV, b'madwar 45% tal-infezzjonijiet ġodda kollha jseħħu fost dawk ta' bejn il-15 u l-24 sena;
AA. billi huwa kruċjali li jiġu mħeġġa t-tisħiħ u l-espansjoni tal-politika u l-programmazzjoni fil-qasam ta' rabtiet bejn is-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi (SDSR) u l-HIV sabiex il-programmi ta' prevenzjoni tal-HIV/AIDS jiġu integrati fil-programmi SDSR u sabiex il-prevenzjoni tal-HIV ssir parti integrali mill-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva;
AB. billi, minħabba s-setgħa limitata tagħhom tat-teħid ta' deċiżjonijiet, nuqqas ta' kontroll fuq ir-riżorsi finanzjarji, mobilità limitata u responsabbiltajiet ta' trobbija tat-tfal, in-nisa għandhom possibbiltà akbar li jaffaċċjaw ostakli fl-aċċess għas-servizzi ta' prevenzjoni, trattament u kura tal-HIV;
1. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jimplimentaw il-Komunikazzjoni dwar “Il-ġlieda kontra l-HIV/AIDS fl-Unjoni Ewropea u fil-pajjiżi ġirien, 2009-2013” u l-Pjan ta' Azzjoni li jakkumpanjaha billi:
–
jżidu l-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta' prevenzjoni li jimmiraw b'mod effikaċi għat-tendenzi u l-ħtiġijiet epidemjoloġiċi reġjonali jew lokali, u jaħdmu lejn aċċess universali għall-prevenzjoni, l-ittestjar, il-konsulenza, it-trattament, il-kura u l-appoġġ;
–
jappoġġjaw reazzjoni effikaċi għall-HIV/AIDS f'reġjuni prijoritarji, bħalma huma l-Istati Membri li huma milquta l-agħar tal-UE, il-pajjiżi ġirien tal-UE li huma milquta l-agħar u l-Federazzjoni Russa u pajjiżi oħra tal-KSI;
–
jiżviluppaw mezzi biex jintlaħqu u jiġu appoġġjati l-gruppi tal-popolazzjonijiet li l-aktar jinsabu f'riskju u li l-aktar huma vulnerabbli għall-HIV/AIDS fl-Ewropa kollha;
2. Ifakkar li hija l-marda tal-HIV li għandha tiġi miġġielda, hija l-għadu, u mhux min għandu l-HIV;
3. Jistieden lill-Kunsill juri tmexxija politika hu u jindirizza l-epidemija kontinwata tal-HIV fl-Ewropa, jiżviluppa pjanijiet ta' azzjoni tal-HIV li jkunu speċifiċi għall-pajjiż partikolari u jappoġġja reazzjonijiet effikaċi għall-HIV fil-pajjiżi ġirien permezz tad-djalogu dwar il-politiki, il-bini tal-kapaċità teknika u l-appoġġ għall-involviment tas-soċjetà ċivili;
4. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jipprovdu r-riżorsi meħtieġa biex jiġi ggarantit aċċess ekwu għall-prevenzjoni, l-ittestjar, it-trattament, il-kura u l-appoġġ tal-HIV, jindirizzaw l-istigma u ostakli oħra li hemm għall-aċċess f'waqtu għall-konsulenza, l-ittestjar, it-trattament, u l-kura bikrija, iżidu l-investiment fir-riċerka biex jinstab fejqan effikaċi u jtejbu l-istrumenti u l-azzjonijiet biex jindirizzaw il-koinfezzjonijiet bħalma huma t-tuberkulosi u l-epatite B u l-epatite Ċ, fost oħrajn, permezz ta' aċċess imtejjeb għall-iskrinjar u l-aċċess effikaċi għat-trattament;
5. Jistieden lill-Istati Membri jnaqqsu r-riskji ta' koinfezzjoni billi jtejbu d-dijanjosi u l-aċċess għat-trattament tal-epatite Ċ, it-tuberkulosi u koinfezzjonijiet oħra, filwaqt li jagħrfu l-ħtieġa li jindirizzaw il-ħtiġijiet tan-nisa għat-trattament u l-kura tal-HIV/AIDS bħala miżura essenzjali biex titrażżan l-epidemija;
6. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jippromwovu d-dijanjosi u l-kura bikrija billi jimplimentaw l-ittestjar ibbażat fuq l-evidenza u strateġiji ta' trattament relatati;
7. Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu u jappoġġjaw investiment kontinwat fir-riċerka dwar teknoloġiji ta' prevenzjoni ġodda (TPĠ) utilizzati u ġestiti min-nisa, inklużi l-mikrobiċidi;
8. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżguraw li s-soċjetà ċivili u l-komunità tar-riċerka akkademika jiġu involuti f'kull stadju fl-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar ir-reazzjoni tal-UE għall-HIV/AIDS u l-Pjan ta' Azzjoni tagħha;
9. Jafferma mill-ġdid li l-persuni kollha li qed jgħixu bl-HIV/AIDS għandhom igawdu mill-aqwa standards disponibbli ta' kura u trattament, ikun xi jkun l-oriġini, in-nazzjonalità, il-fehma, l-età, il-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali u r-reliġjon jew kwalunkwe status ieħor tagħhom, u bir-rispett dovut għall-prinċipji tal-privatezza u l-kunfidenzjalità tagħhom;
10. Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa azzjonijiet u approċċi konġunti tal-UE biex jiġi promoss ir-rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem u approċċi bbażati fuq id-drittijiet meta jkunu qed jiġu indirizzati l-politiki tal-HIV/AIDS, inklużi kampanji ta' informazzjoni biex jiġu miġġielda l-istigmatizzazzjoni u d-diskriminazzjoni li qed isofru l-persuni li qed jgħixu bl-HIV/AIDS;
11. Jistieden lill-Istati Membri jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa kollha biex itemmu d-diskrimazzjoni li hawn kontra n-nies li qed jgħixu bl-HIV/AIDS, jippromwovu u jħarsu d-drittijiet kollha tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kollha, filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari lill-persuni kollha li huma vulnerabbli għall-HIV jew li huma milquta minnha, jeżaminaw mill-ġdid il-liġijiet u l-politiki li jaffettwaw b'mod negattiv it-twettiq ta' programmi effikaċi tal-HIV u jiżguraw li l-persuni li qed jgħixu bl-HIV/AIDS jiġu involuti u rrappreżentati meta jkunu qed jiġu mfassla l-politiki ta' kontra d-diskriminazzjoni; jenfasizza kemm hu importanti li jitqiesu l-perspettivi tal-ugwaljanza tas-sessi fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, ħalli jiġi żviluppat approċċ komprensiv tal-HIV/AIDS;
12. Jagħraf il-kontribut potenzjalment enormi li jistgħu jagħtu l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u tal-ħaddiema, fi sħubija mal-gvernijiet, għall-ġlieda kontra t-tixrid tal-HIV/AIDS u biex jingħata appoġġ lill-ħaddiema li qed jgħixu bl-HIV/AIDS;
13. Jistieden lill-Istati Membri jieħdu l-azzjoni kollha meħtieġa biex itemmu kwalunkwe diskriminazzjoni rigward l-aċċess għal pjanijiet ta' assikurazzjoni, kif ukoll rigward it-termini u l-ispiża tal-pjanijiet ta' assikurazzjoni, għall-persuni li qed jgħixu bl-HIV/AIDS;
14. Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-programmi u l-istrateġiji nazzjonali kollha dwar l-AIDS jiżviluppaw rabtiet b'saħħithom bejn is-saħħa sesswali u riproduttiva u s-servizzi tal-HIV, kif ġie enfasizzat fir-Rieżami Cochrane(4) u kif ġie mtenni fit-42 sessjoni tal-Kummmisjoni tan-NU dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp, li timmonitorja l-implimentazzjoni tal-Programm ta' Azzjoni tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (ICPD);
15. Jinnota li l-miżuri ta' prevenzjoni għandhom jinkludu espliċitament informazzjoni u edukazzjoni sesswali adegwati, aċċess għal mezzi ta' protezzjoni, bħalma huma l-kondoms tal-irġiel u tan-nisa, u t-tisħiħ tad-drittijiet u l-awtonomija tan-nisa fir-relazzjonijiet sesswali;
16. Jirrimarka li l-istigma u d-diskriminazzjoni jagħmlu l-ġlieda kontra t-tixrid tal-HIV/AIDS konsiderevolment aktar diffiċli;
17. Jilqa' l-impenji li ttieħdu fl-2011 waqt il-Laqgħa ta' Livell Għoli tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar l-HIV/AIDS, b'mod partikolari l-għanijiet li sal-2015 ikun ġie żgurat trattament għal 15-il miljun persuna li għandhom l-HIV fid-dinja kollha u li sal-2015 l-infezzjonijiet ġodda bl-HIV ikunu tnaqqsu b'50%;
18. Jilqa' t-talba tan-NU għal impenn kontinwat favur il-finanzjament ta' programmi tal-HIV;
19. Jilqa' t-talba tan-NU li l-kumpaniji farmaċewtiċi jipprovdu f'waqtu trattamenti antiretrovirali u għall-but ta' kulħadd, tal-ogħla kwalità u effikaċi, b'konċentrazzjoni partikolari fuq l-istrateġiji kosteffikaċi, partikolarment l-użu ta' prodotti mediċinali ġeneriċi;
20. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jimplimentaw il-bidliet meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont id-Dikjarazzjoni Politika tal-UNGASS (Sessjoni Speċjali tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti) dwar l-HIV/AIDS;
21. Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jonoraw l-obbligi tagħhom lejn il-Fond Globali għall-Ġlieda kontra l-AIDS, it-Tuberkulosi u l-Malarja u jkomplu jappoġġjaw il-ħidma tiegħu fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;
22. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżguraw l-aċċess għal servizzi tas-saħħa, informazzjoni u fornituri ta' kwalità għolja u komprensivi rigward is-saħħa sesswali u riproduttiva; hu tal-fehma li dan għandu jkopri, inter alia, konsulenza kunfidenzjali u volontarja, ittestjar u trattament għall-HIV u għall-infezzjonijiet kollha trażmessi sesswalment; il-prevenzjoni ta' tqaliet mhux maħsuba minn qabel; l-aċċess ekwu u għall-but ta' kulħadd għall-kontraċettiivi, inkluż l-aċċess għall-kontraċezzjoni ta' emerġenza; l-abort sikur u legali, inkluża l-kura ta' wara l-abort; u l-kura u t-trattament biex tiġi pprevenuta t-trażmissjoni vertikali tal-HIV, inkluż għas-sħab u t-tfal;
23. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-UNAIDS, lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.
In-negozjati dwar il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Ukraina
511k
94k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 li fih ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE dwar in-negozjati dwar il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Ukraina (2011/2132(INI))
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) bejn l-Unjoni Ewropea (UE) u l-Ukraina, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 1998, u li għandu jiġi ssostitwit mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni(1),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENPI)(2), u l-Programm Indikattiv Nazzjonali 2011-2013 għall-Ukraina,
– wara li kkunsidra n-negozjati li għaddejjin bħalissa bejn l-UE u l-Ukraina dwar il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, inklużi n-negozjati dwar żona ta' kummerċ ħieles profonda u komprensiva (DCFTA),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Ukraina tat-22 ta' Jannar 2007, fejn il-Kunsill adotta d-direttivi għan-negozjati,
– wara li kkunsidra s-sħubija tal-Ukraina fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, li ilha effettiva minn Marzu 2008,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-President tiegħu dwar is-sentenza ta' kundanna tal-ex Prim Ministru tal-Ukraina Yulia Tymoshenko fil-11 ta' Ottubru 2011,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Samit dwar is-Sħubija tal-Lvant li sar fi Praga fis-7 ta' Mejju 2009,
– wara li kkunsidra r-riżultati tas-samits riċenti bejn l-UE u l-Ukraina, inkluż ir-rikonoxximent mis-samit UE-Ukraina li sar f'Pariġi fl-2008 tal-Ukraina bħala pajjiż Ewropew li għandu storja komuni u valuri komuni mal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, u l-konklużjonijiet tas-samit UE-Ukraina li sar fi Kiev fl-4 ta' Diċembru 2009,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Ukraina, b'mod partikulari dawk tal-25 ta' Frar 2010(3), tal-25 ta' Novembru 2010(4) , tad-9 ta' Ġunju 2011(5) u tas-27 ta' Ottubru 2011(6),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin dwar is-Sħubija tal-Lvant tal-25 ta' Ottubru 2010,
– wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni UE-Ukraina għal-Liberalizzazzjoni tal-Viża adottat fit-22 ta' Novembru 2010,
– wara li kkunsidra l-adeżjoni tal-Ukraina għat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija, fl-1 ta' Frar 2011,
– wara li kkunsidra l-Aġenda ta' Assoċjazzjoni, li tieħu post il-Pjan ta' Azzjoni u li kienet approvata mill-Kunsill ta' Kooperazzjoni UE-Ukraina f'Ġunju 2009, u l-lista ta' prijoritajiet għall-Aġenda ta' Assoċjazzjoni UE-Ukraina għall-2011 u l-2012,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta bit-titolu “Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni” tal-25 ta' Mejju 2011 (COM(2011)0303), u l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat adottati mill-Kunsill tal-Affarijiet Barranin fl-20 ta' Ġunju 2011,
– wara li kkunsidra r-rapport dwar il-progress tal-Ukraina tal-Kummissjoni adottat fil-25 ta' Mejju 2011(SEC(2011)0646),
– wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 90(5) u 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0387/2011),
A. billi l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni futur mal-Ukraina jġib miegħu ġenerazzjoni ġdida ta' ftehimiet ta' assoċjazzjoni skont l-Artikolu 217 TFUE u jinvolvi livell mingħajr preċedenti ta' integrazzjoni bejn l-UE u pajjiż terz; billi, b'dan il-ftehim, l-Ukraina qed tikkommetti ruħha li timplimenta parti kbira mill-acquis communautaire; billi n-negozjati mal-Ukraina huma fost l-aktar avvanzati fil-Viċinat tal-Lvant u għalhekk iservu bħala eżempju għall-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) kollha kemm hi;
B. billi l-Ukraina hija pajjiż ta' importanza strateġika għall-UE; billi d-daqs, ir-riżorsi, il-popolazzjoni u l-lokazzjoni ġeografika tal-Ukraina jtuha pożizzjoni li tispikka fl-Ewropa, fattur li jrendiha attur reġjonali ewlieni li jeżerċita influwenza konsiderevoli fuq is-sigurtà, l-istabilità u l-prosperità tal-kontinent kollu, u li għalhekk għandu jġorr is-sehem rispettiv tiegħu mir-responsabilità politika;
C. billi l-Ukraina hija stat Ewropew u, skont l-Artikolu 49 tat-TUE, tista' tapplika biex issir membru tal-UE, kif jista jagħmel kull stat Ewropew ieħor sakemm jaderixxi mal-prinċipji tad-demokrazija, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, id-drittijiet tal-minoranzi u l-istat tad-dritt; billi l-konklużjoni ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Ukraina, inkluża DCFTA, se tkun importanti għall-perspettiva Ewropea tal-Ukraina,
D. billi l-UE tappoġġa bis-sħiħ Ukraina demokratika u stabbli li tirrispetta l-prinċipji tal-ekonomija tas-suq soċjali u inklużiva, l-istat tad-dritt (inkluża ġudikatura indipendenti), id-drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni tal-minoranzi, u li tiggarantixxi d-drittijiet fundamentali; billi l-isforzi tal-Ukraina biex tibni stabilità politika domestika, toħloq ambjent ikkaratterizzat minn pluraliżmu politiku sod, libertajiet demokratiċi u rispett għall-istat tad-dritt, u żżid il-livell ta' riforma interna, qed iħaffu u jiffaċilitaw l-iżvilupp ulterjuri tal-perspettiva Ewropea tal-Ukraina;
E. billi l-kundanna fil-11 ta' Ottubru 2011 tal-ex Prim Ministru tal-Ukraina, Yulia Tymoshenko, għal seba' snin ħabs u l-proċessi ta' ministri oħra wasslu għal tħassib serju fl-UE u huma ġeneralment meqjusa jew bħala jew atti ta' vendetta jew bħala parti minn tentattiv biex ikunu kkundannati u mibgħuta l-ħabs membri tal-oppożizzjoni sabiex ma jitħallewx jippreżentaw ruħhom bħala kandidati u jagħmlu kampanji għall-elezzjoni parlamentari tas-sena d-dieħla jew għall-elezzjoni presidenzjali tal-2015; billi l-liġi applikata b'mod selettiv kontra Tymoshenko nħolqot fi żminijiet Sovjetiċi u tiddisponi għal prosekuzzjoni kriminali għal deċiżjonijiet politiċi; billi l-Artikoli 364 u 365 ta' dik il-istess liġi, li bħalissa qed jiġu riveduti mill-Verkhovna Rada, ma jissodisfawx standards tal-UE u tan-NU;
F. billi dan l-aħħar kien hemm tħassib dwar il-libertà tal-midja, il-libertà tas-soċjetà ċivili, it-tmexxija tal-elezzjonijiet u l-istat ta' dritt fl-Ukraina;
G. billi t-tmexxija politika u tal-istat Ukraina ripetutament ikkonfermat l-impenn tagħha għall-integrazzjoni Ewropea u l-ambizzjoni f'perspettiva fit-tul tagħha li tqiegħed l-Ukraina f'pożizzjoni li tkun tista' ssir Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, u tqis li l-ftehim ta' assoċjazzjoni huwa strument ewlieni biex jintlaħaq dan l-objettiv; billi dan il-għan għad għandu l-appoġġ tal-atturi kollha fix-xenarju politiku tal-Ukraina, kif ukoll tas-soċjetà ċivili u tal-pubbliku ġenerali; billi ż-żieda fil-kooperazzjoni bejn l-Ukraina u l-Membri tal-Parlament Ewropew, u bejn l-Ukraina u l-parlamenti tal-Istati Membri, hija eżempju ta' min ifaħħru ta' ħidma flimkien bejn forzi politiċi differenti għall-avvanz tal-perspettiva Ewropea tal-Ukraina, u għandha titkompla;
H. billi l-UE għamlet id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija aspett ċentrali tal-Politika Ewropea tal-Viċinat tagħha,
I. billi l-Ukraina pparteċipat b'mod attiv fil-ħolqien u l-ħidma tal-Assemblea Parlamentari Euronest, li hija d-dimensjoni parlamentari tas-Sħubija tal-Lvant u pjattaforma għall-kooperazzjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali tal-ġirien tal-Lvant tal-UE;
J. billi l-perspettiva Ewropea tal-Ukraina għandha tkun ibbażata fuq politika ta' riformi sistematiċi u irriversibbli f'numru ta' oqsma istituzzjonali, ekonomiċi u soċjali importanti; billi riformi importanti twettqu jew qed jitwettqu, waqt li oħrajn għad iridu jkunu introdotti; billi jemmen li l-qafas ipprovdut mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jipprovdi strument kruċjali għall-modernizzazzjoni u pjan direzzjonali biex jiggiwida r-riformi interni domestiċi, kif ukoll għodda għar-rikonċiljazzjoni nazzjonali, li se jgħin lill-pajjiż jegħleb it-tendenzi negattivi reċenti, jirbaħ id-differenzi enormi li jeżistu fis-soċjetà Ukraina u jgħaqqadha fl-għan tagħha fir-rigward tal-perspettiva Ewropea, fuq il-bażi tal-valuri tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-governanza tajba;
K. billi ta' min ifaħħar lill-Ukraina għall-prestazzjoni ekonomika tajba tagħha, inkluż it-tnaqqis fid-defiċit baġitarju, it-trażżin fl-infiq u anke r-riforma tal-pensjonijiet, li kkontribwixxew għal klassifikazzjoni tal-kreditu barranija aħjar u għal iktar investiment barrani dirett;
L. billi l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni se jkollu impatt pożittiv fuq il-klima tan-negozju fl-Ukraina, peress li jipprovdi negozji tal-UE u Ukraini b'regoli u standards komuni, u b'hekk iżid il-prevedibbiltà u s-sigurtà finanzjarja tal-investimenti fl-Ukraina; billi l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni huwa bbażat fuq il-konformità ma' standards internazzjonali tat-tassazzjoni; billi dak l-impatt pożittiv jissaħħaħ iktar mill-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tal-leġiżlazzjoni kontra l-korruzzjoni;
M. billi l-Federazzjoni Russa qed teżerċita pressjoni eċċessiva fuq l-Ukraina biex din ma tistabbilixxix DCFTA mal-UE, iżda minflok tingħaqad f'unjoni doganali mar-Russja, il-Bjelorussja u l-Kazakistan; billi dan huwa każ bla preċedenti fl-istorja tar-relazzjonijiet tal-UE ma' sieħba esterni, u billi dawn huma pajjiżi barra d-WTO li għadhom jikkostitwixxu suq ta' esportazzjoni ewlieni għall-prodotti Ukraini; billi d-DCFTA huwa strument għall-modernizzazzjoni u billi l-istabbiliment tiegħu joffri benefiċċji finanzjarji lill-Ukraina, li se jsiru iktar tanġibbli maż-żmien;
N. billi l-Ukraina dan l-aħħar iċċelebrat l-20 anniversarju mill-indipendenza tagħha; billi hemm ġenerazzjoni ġdida ta' Ukraini edukati li ma esperjenzawx l-era Sovjetika, li għandhom ambizzjonijiet qawwija favur l-Ewropa u li se jiżguraw il-modernizzazzjoni tal-pajjiż;
O. billi r-realtà politika attwali fl-Ukraina, partikolarment fil-qasam tal-libertajiet ċivili u l-istat ta' dritt, hija kontra l-ispirtu tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Ukraina u l-UE li qed jiġi nnegozjat bħalissa;
1. Jindirizza, fil-kuntest tan-negozjati li għaddejjin dwar il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE:
(a)
li jqisu li l-approfondiment tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukraina u l-offerta lill-Ukraina ta' perspettiva Ewropea huma fatturi sinifikanti ħafna u fl-interess taż-żewġ partijiet; li jirrikonoxxu l-aspirazzjonijiet tal-Ukraina skont l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, sakemm il-kriterji kollha, inkluż ir-rispett għall-prinċipji tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt, jiġu ssodisfati;
(b)
li jagħmlu l-progress kollu meħtieġ sabiex ikun inizjalat malajr il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Ukraina, preferibbilment sa tmiem l-2011 jekk ikun possibbli; li jiżguraw fl-istess ħin, skont it-talbiet li saru fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-27 ta' Ottubru 2011, li din l-inizjattiva importanti fis-Sħubija tal-Lvant timxi id f'id mal-impenji li ħadet l-Ukraina li timplimenta r-riformi meħtieġa u ssaħħaħ il-valuri demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt;
(c)
li jiffissaw data ġdida għal-laqgħa reċentement posposta mal-President Yanukovych qabel is-Samit UE-Ukraina previst għal Diċembru 2011 għaliex din hi meqjusa opprtunità importanti biex ikunu ttrattati kwistjonijiet li joħolqu tħassib serju fir-rigward tal-Gvern Ukrain u biex ikun stabbilit mill-ġdid djalogu kostruttiv li jista' jwassal għall-inizjalar ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni sakemm ikun hemm progress sinifikanti kemm dwar l-ostakoli tekniċi u kemm dwar ix-xkiel politiku vitali li għad hemm;
(d)
li jħabirku biex il-ftehim ikun iffirmat mill-Kunsill matul l-ewwel nofs tal-2012, u li jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti nazzjonali d-dokumenti kollha rilevanti għall-proċess ta' ratifikazzjoni sa mhux aktar tard minn tmiem l-2012, jekk l-appell għar-rispett tal-istat tad-dritt u t-talbiet l-oħra li saru fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-27 ta' Ottubru 2011 jkunu ntlaqgħu;
(e)
li jipprovdu l-Ukraina b'assistenza finanzjarja, teknika u legali suffiċjenti kemm matul il-perjodu ta' tħejjija u kemm waqt l-implimentazzjoni tal-ftehim, u jsaħħu l-kapaċità amministrattiva tagħha billi jżidu l-forom kollha ta' għajnuna disponibbli f'dan il-qasam; għal dan il-għan, li jisfruttaw aħjar il-Programm Komprensiv għall-Bini tal-Istituzzjonijiet (CIB) u jikkunsidraw it-twaqqif ta' Grupp Konsultattiv ta' Livell Għoli tal-UE biex jgħin lill-Ukraina fl-isforzi tagħha biex tallinja ruħha mal-leġiżlazzjoni tal-UE; billi l-prekundizzjoni ta' kwalunkwe għajnuna għandha tkun l-evalwazzjoni tar-riformi mfassla bl-għan tat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tal-Ukraina, kif ippubblikata fir-rapporti annwali li għandhom jitħejjew mill-esperti indipendenti tal-UE u tal-Ukraina;
(f)
li jwaqqfu programm ta' skambju reċiproku għall-impjegati ċivili u ġudizzjarji sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, u b'mod partikolari d-DCFTA;
(g)
li jgħinu lill-awtoritajiet tal-Ukraina biex jinfurmaw lill-poplu tal-Ukraina dwar il-benefiċċji tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni sabiex jibnu l-appoġġ għall-aġenda ta' riforma; biex jiżvelaw il-kontenut tal-ftehim lill-pubbliku mill-aktar fis possibbli;
(h)
li jiftħu uffiċċju tal-informazzjoni tal-UE fl-Ukraina malajr kemm jista' jkun, li jaħdem kemm biex iqajjem kuxjenza fost il-pubbliku tal-Ukraina dwar il-funzjonament tal-UE u l-politiki u l-valuri tagħha, u biex jiffaċilita parteċipazzjoni akbar fil-programmi tal-UE;
Aspetti istituzzjonali/ djalogu politiku
(i)
li jiżviluppaw miżuri ċari ta' salvagwardja u mekkaniżmu possibbli għas-sospensjoni temporanja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni kollu kemm hu f'każ li prinċipji essenzjali u fundamentali tiegħu jkunu injorati jew miksura apposta;
(j)
li jħeġġu lill-President u lill-Gvern tal-Ukraina biex jallinjaw is-sitwazzjoni politika, legali u amministrattiva fil-pajjiż ma' dak li kien miftiehem fl-Aġenda ta' Assoċjazzjoni, u biex jippromwovu l-governanza tajba u r-rispett tal-istat tad-dritt bħala prinċipji fundamentali fil-kuntest tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukraina; li jiżguraw li Yulia Tymoshenko u mexxejja oħra tal-oppożizzjoni jitħallew jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jipparteċipaw bis-sħiħ fil-proċess politiku, kemm minn issa stess u kemm fl-elezzjonijiet li jmiss fl-Ukraina;
(k)
li jsaħħu l-qafas eżistenti għall-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina relattiv għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali;
(l)
li jassistu lill-Ukraina fil-proċess li tirrealizza riforma komprensiva tal-ġudikatura f'konformità mal-istandards tal-UE, sabiex ikun evitat l-użu selettiv tal-ġustizzja u tkun garantita proċedura legali indipendenti, ġusta, imparzjali u trasparenti biex b'hekk ikun żgurat li l-proċedimenti legali ma jkunux jistgħu jintużaw għall-skopijiet politiċi u jitmexxew strettament skont l-istat tad-dritt; li jwaqqfu, għal dan il-għan, mekkaniżmu konġunt li jinvolvi esperti Ukraini u tal-UE, bil-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-Kummissjoni ta' Venezja; li jistabbilixxu aktar programmi ta' taħriġ u skambju fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni u fis-settur tas-sigurtà bl-għan tal-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki tal-UE relattivi għall-istat tad-dritt;
(m)
li jgħinu lill-awtoritajiet Ukraini fil-proċess ta' riforma tal-kostituzzjoni u tal-liġi elettorali tal-pajjiż kif proposta mill-Kummissjoni ta' Venezja u mill-OSKE/ODIHR; li jiżguraw l-implimentazzjoni espedjenti, inklużiva u komprensiva ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet, bl-involviment kemm tal-partiti tal-oppożizzjoni u kemm tas-soċjetà ċivili, sabiex jiġu evitati n-nuqqasijiet li kien hemm fil-kampanji elettorali ta' qabel; li jenfasizzaw, f'dan ir-rigward, l-importanza tal-libertà tal-midja u l-libertà tas-soċjetà ċivili, u biex jiżguraw li l-awtoritajiet Ukraini jżommu lura minn kwalunkwe tentattiv li jikkontrollaw, direttament jew indirettament, il-kontenut tar-rapporti tal-midja nazzjonali;
(n)
li jinkludu fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mekkaniżmu komprensiv bejn il-Parlament u s-SEAE, li jippermetti l-forniment regolari ta' informazzjoni komprensiva dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-ftehim, u b'mod partikolari fl-ilħuq tal-objettivi tiegħu; dan il-mekkaniżmu għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:
–
informazzjoni dwar l-azzjonijiet meħuda u l-pożizzjonijiet adottati mill-UE fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-ftehim;
–
ir-rapporti tas-SEAE dwar il-progress li juru r-riżultati tal-azzjoni meħudha mill-UE u mill-Ukraina, b'enfasi partikolari fuq is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-pajjiż;
(o)
li jenfasizzaw kemm hu importanti li jkunu implimentati d-deċiżjonijiet kollha tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u jiġbdu l-attenzjoni tal-awtoritajiet tal-Ukraina għan-numru kbir ta' każijiet kontra l-Ukraina pendenti quddiem dik il-qorti;
(p)
li jappoġġaw ir-riformi meħtieġa u jiżguraw li l-awtoritajiet Ukraini jagħtu prijorità għolja għall-iżvilupp ta' politika kontra l-korruzzjoni, inkluża leġiżlazzjoni xierqa dwar il-kunflitti ta' interess;
(q)
li jiżguraw li l-awtoritajiet Ukraini jqiegħdu l-arkivji tas-servizzi sigrieti komunisti preċedenti għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, għaliex dan huwa essenzjali sabiex ir-rikonċiljazzjoni nazzjonali tkun ta' suċċess, partikolarment fir-rigward tal-atroċitajiet li seħħew fis-seklu 20;
(r)
li jenfasizzaw kemm hu importanti li l-Ukraina tirratifika l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, bħala parti mill-proċess tar-riforma kostituzzjonali;
(s)
li jieħdu l-azzjoni meħtieġa biex jintensifikaw id-djalogu bejn l-UE u l-varji partiti politiċi tal-Ukraina, u jinkoraġġixxu djalogu fl-Ukraina bejn il-partiti u mar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, is-sieħba soċjali u l-minoranzi nazzjonali;
(t)
li jiżguraw li l-ftehim interim ikun fih dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni bejn is-soċjetajiet ċivili tal-partijiet kontraenti, sabiex dawn ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jsiru atturi influwenti skont il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni;
(u)
li jinkludu klawżoli standard ta' kundizzjonalità dwar il-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem li jirriflettu l-ogħla standards internazzjonali u tal-UE, filwaqt li jisfruttaw bis-sħiħ il-qafas tal-OSKE, u biex iħeġġu lill-awtoritajiet Ukraini jippromwovu d-drittijiet tal-persuni minn minoranzi etniċi, skont il-Konvenzjoni Qafas tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Minoranzi Nazzjonali u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE;
Kooperazzjoni ekonomika u skont is-settur
(v)
li jsaħħu, bħala parti mill-ftehim, il-kooperazzjoni bejn l-Ukraina u l-UE fil-qasam tal-enerġija; li jaħdmu għall-konklużjoni ta' ftehimiet ulterjuri bejn l-UE u l-Ukraina bl-għan li jiżguraw il-provvisti ta' enerġija għaż-żewġ naħat, inkluża sistema ta' tranżitu affidabbli u diversifikata għaż-żejt u l-gass u mekkaniżmu ta' rispons komuni fil-każ ta' tfixkil jew interruzzjonijiet tal-kunsinni taż-żejt u l-gass mill-Federazzjoni Russa;
(w)
li jipprovdi l-assistenza teknika meħtieġa fis-settur tal-enerġija, sabiex jgħinu lill-Ukraina ttejjeb u timmodernizza sostanzjalment il-grid tal-elettriku u l-effiċjenza tal-enerġija tagħha, u biex jiżguraw li l-awtoritajiet Ukraini jikkonformaw bis-sħiħ mal-miri stabbiliti fil-programm għall-effiċjenza fl-enerġija għall-perjodu 2010-2015 u jkomplu jimplimentaw soluzzjonijiet innovattivi u li jqisu l-ambjent sabiex jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-enerġija tagħhom; li jassistu, fl-istess ħin, lill-awtoritajiet Ukraini fin-negozjati tal-kundizzjonijiet tal-kunsinna tal-gass mir-Russja, sabiex ikun żgurat li l-kummerċ tal-gass tal-Ukraina mar-Russja jkun konsistenti mal-istandards u l-prezzijiet kummerċjali tal-UE;
(x)
li jinnutaw li, għalkemm il-liberalizzazzjoni tas-servizzi u l-investiment fis-settur tal-enerġija tkun ta' benefiċċju għall-UE, it-teħid ta' impenji fir-rigward ta' servizzi ta' enerġija partikulari jista' jinvolvi xi riskji, peress li atturi b'saħħithom fis-suq tal-enerġija li jikkontrollaw il-kumpaniji Ukraini jistgħu jużaw il-ftehim ta' kummerċ ħieles biex jiddominaw in-netwerks ta' trasmissjoni fl-UE;
(y)
li jitolbu li tittieħed azzjoni biex tittejjeb is-sigurtà tal-enerġija tal-UE u l-Ukraina permezz tal-introduzzjoni ta' mekkaniżmi biltaterali li jipprovdu twissija minn kmieni u jipprevjenu interruzzjonijiet fil-provvista tal-enerġija u fil-materja prima tal-enerġija relatata;
(z)
li jiżguraw l-aċċettazzjoni tal-indikaturi ġeografiċi u tal-privattivi Ewropej;
(aa)
li jenfasizzaw kemm huwa importanti għall-UE li l-Ukraina tiżgura li l-iskart tossiku u l-iskart nukleari jkunu ttrattati kif suppost fit-territorju tagħha, u b'hekk tkun imħarsa s-sikurezza tal-ikel;
(ab)
li jintensifikaw il-kooperazzjoni rigward l-iskambji taż-żgħażagħ u tal-istudenti u fl-iżvilupp ta' programmi ta' boroż ta' studju, biex b'hekk jippermettu lill-Ukraini jiffamiljarizzaw ruħhom mal-UE u l-Istati Membri tagħha u viċe versa;
(ac)
li jiżguraw li l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jirrifletti l-istandards ambjentali l-iktar għoljin, filwaqt li tiġi kkunsidrata, inter alia, l-Istrateġija għar-Reġjun tad-Danubju; li jqisu ulterjorment l-importanza tal-kooperazzjoni reġjonali fiż-żona tal-Baħar l-Iswed u tal-parteċipazzjoni attiva tal-Ukraina fil-politiki tal-UE għal din iż-żona, inkluż bħala parti minn strateġija futura tal-UE għall-Baħar l-Iswed;
(ad)
li jiżviluppaw strumenti speċifiċi (bħal pjattaforma tas-soċjetà ċivili) għall-appoġġ tas-soċjetà ċivili tal-Ukraina, meqjus ir-rwol vitali tagħha fil-proċess tad-demokratizzazzjoni, pereżempju fis-sensibilizzazzjoni u ż-żieda fil-parteċipazzjoni soċjali u politika;
(ae)
li jiżguraw li l-kooperazzjoni rigward l-implimentazzjoni tar-riforma tal-kura tas-saħħa tindirizza l-bżonnijiet tas-saħħa ta' pazjenti b'mard inkurabbli, inkluż permezz tal-provvediment ta' assistenza teknika għar-riforma tal-politiki relevanti tas-saħħa u tal-mediċini skont l-istandards internazzjonali u l-aqwa prattika;
Kwistjonijiet kummerċjali
(af)
li jirrikonoxxu l-isforzi sostanzjali mwettqa mill-Gvern tal-Ukraina f'termini tat-tnaqqis ġenerali tal-ostakoli u l-adattament tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, u fir-rigward ta' miżuri sanitarji u fitosanitarji (SPS), il-kompetizzjoni, u l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ, kif ukoll il-kisbiet limitati ħafna milħuqa waqt in-negozjati tad-DCFTA f'oqsma bħall-investiment, is-servizzi, l-agrikoltura, l-enerġija u l-ostakoli għall-esportazzjoni;
(ag)
li jitolbu lill-Ukraina żżomm lura milli tapplika tariffi fuq l-esportazzjoni jew kwalunkwe restrizzjoni oħra fuq l-esportazzjoni, li żżid il-volatilità tal-prezzijiet fis-swieq tal-UE;
(ah)
li jiżguraw li l-kwota tar-rata tariffarja miftuħa fir-rigward taz-zokkor ma twassalx għal kummerċ trijangolari mhux intenzjonat jew għall-frodi;
(ai)
li jenfasizzaw li l-ftehim għandu jinkludi kapitlu dwar il-benessri tal-annimali, u b'hekk jiżgura kompetizzjoni ugwali bejn il-bdiewa tal-UE u Ukraini;
(aj)
li jinnutaw li l-iżvilupp sostenibbli huwa wieħed mill-oqsma ta' prijorità stipulati fil-Programm Nazzjonali Indikattiv għall-2011-2013; jirrakkomanda, għalhekk, l-inklużjoni ta' kapitlu dwar l-iżvilupp sostenibbli bħala parti miż-żona ta' kummerċ ħieles;
(ak)
li jenfasizzaw li l-kapitlu dwar l-iżvilupp sostenibbli għandu jinkludi dispożizzjoni dwar l-impenn tal-Ukraina li tirrispetta l-Linji Gwida tal-OKŻE dwar l-Impriżi Multinazzjonali u d-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO dwar l-Impriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali;
(al)
li jħejju għall-implimentazzjoni tiegħu konġuntament mal-Ukraina sabiex jiżguraw li dawk l-impenji li ma ssaħħewx bi prekondizzjonijiet u li mhumiex sejrin iħallu rendiment immedjat, speċjalment fil-qasam tal-benessri tal-annimali, isiru realtà u jkollhom impatt sostanzjali fit-tul; li jitolbu li l-ftehim ta' kummerċ ħieles eventwalment iwassal għall-iżmantellar sħiħ tal-ostakoli tat-tariffi f'kull settur tal-industrija, mingħajr ma jkun hemm listi negattivi jew kwoti tal-importazzjonijiet, u għaldaqstant għall-eliminazzjoni effettiva kemm tat-taxxi fuq l-esportazzjoni u kemm tar-restrizzjonijiet tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni; li jipprovdu lill-Ukraina fondi ta' aġġustament ta' wara l-liberalizzazzjoni, kif previst fil-Programm Indikattiv Nazzjonali tal-PEV għall-2011-2013, u assistenza teknika f'rabta ma' kwistjonijiet doganali u l-adattament ta' indikazzjonijiet ġeografiċi;
(am)
li jkomplu jitolbu riformi politiċi u ekonomiċi fl-Ukraina li jwasslu għall-modernizzazzjoni tal-infrastruttura tagħha, b'mod partikolari fl-oqsma tal-enerġija u t-trasport; li jgħinu lis-settur tan-negozju, bl-aktar mod urġenti permezz ta' aċċess iktar faċli għal kreditu u artijiet u ta' proċessi aktar sempliċi u mħaffa għall-ġbir tat-taxxi u dazji, b'mod partikulari permezz ta' titjib notevoli fir-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-esportaturi, fir-rilaxx mid-dwana u fil-proċeduri ta' approvazzjoni għall-importazzjonijiet (partikolarment rigward it-tassazzjoni, l-obbligi tad-dokumentazzjoni u fl-ittestjar tal-prodotti għaċ-ċertifikazzjoni); it-tneħħija tal-burokrazija u l-korruzzjoni; li jinfurzaw l-istat tad-dritt u tal-prattiki demokratiċi; li jqisu li jnaqqsu l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet u jimplimentaw proċeduri siguri, b'mod partikulari għall-SMEs, b'kunsiderazzjoni għall-fatt li dan hu prerekwiżit essenzjali għall-bini ta' relazzjonijiet kummerċjali; u jtejbu l-liġi fil-qasam tal-protezzjoni tal-assi materjali u tal-propjetà intellettwali u mekkaniżmi aktar effikaċi għad-difiża ta' drittijiet u klejms tan-negozji permezz tal-qrati;
(an)
li jitolbu titjib fundamentali tal-klima tal-investiment fl-Ukraina għall-investituri barranin, u b'mod partikulari għal riżoluzzjoni rapida tad-dejn tal-baġit nazzjonali fejn jidħlu l-entitajiet minħabba d-dewmien fil-ħlas lura ta' ammonti ta' VAT imħallsa żejda, u biex jittieħdu passi biex ikun evitat li jinħolqu sitwazzjonijiet simili fil-futur; li jtejbu l-effikaċja tal-proċeduri doganali (u b'mod partikulari jwaqqfu l-prattika komuni li tkun applikata żieda mhux ġustifikata fil-valur doganali ta' prodotti importati fl-Ukraina);
(ao)
li jippromwovu l-intraprenditorija u l-iżvilupp tal-SMEs permezz tal-kooperazzjoni makroekomomika;
(ap)
li jenfasizzaw li l-Ukraina m'għandhiex tnaqqas il-protezzjoni li tagħti għall-istandards tax-xogħol biex tattira investiment barrani;
(aq)
li jitolbu – skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 218(5) TFEU – li tittieħed deċiżjoni li tawtorizza l-applikazzjoni proviżorja tar-regolamenti tal-ftehim ta' kummerċ ħieles, li huwa parti fundamentali tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, qabel ma dan jidħol fis-seħħ;
Ġustizzja, libertà u sigurtà
(ar)
li jaħdmu attivament għall-istabbiliment ta' reġim mingħajr viża bejn l-Ukraina u l-UE aktar milli jibqgħu jaħsbu f'perspettiva fit-tul, sakemm l-Ukraina tissodisfa l-kriterji tekniċi meħtieġa stabbiliti fil-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Viża; li jistabbilixxu l-objettiv intermedju tal-abolizzjoni tat-tariffi eżistenti għall-viża; u li jintroduċu miżuri xierqa waqt il-Kampjonat tal-Futbol Ewropew, bil-ħsieb li jużaw din l-okkażjoni speċjali bħala perjodu ta' prova għal reġim mingħajr viża;
(as)
li jinkoraġġixxu lill-Ukraina tieħu rwol kostruttiv fid-diskussjonijiet 5+2, bl-għan li tinstab soluzzjoni sostenibbli għall-kunflitt Transnistrijan;
(at)
li jsaħħu l-potenzjal tal-Ukraina bħala sieħba ewlenija fil-ġestjoni tal-fluss tal-migrazzjoni u tal-fruntieri, u biex jipprevedu aktar azzjoni konġunta fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata;
(au)
li jitolbu, bħala kwistjoni ta' urġenza li l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jinkludi dispożizzjonijiet għall-ġlieda kontra l-frodi u l-kuntrabandu ta' prodotti soġġetti għas-sisa skont l-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE u filwaqt li jitqies il-protokoll kontra l-kummerċ illegali tal-Konvenzjoni ta' Qafas dwar il-Kontroll tat-Tabakk tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa;
(av)
li jintensifikaw il-kooperazzjoni fil-qasam tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri, bl-użu tal-ogħla standards Ewropej u bil-bini tal-kapaċità bl-għan ta' ġlieda aktar effettiva kontra l-kriminalità transkonfinali, il-migrazzjoni illegali, it-traffikar tal-bnedmin u l-kummerċ illegali;
(aw)
li jappoġġjaw il-konverġenza dwar kwistjonijiet reġjonali u internazzjonali, il-prevenzjoni tal-kunflitti u l-ġestjoni tal-kriżijiet, u jsaħħu l-koordinazzjoni fil-ġlieda kontra t-theddidiet għas-sigurtà;
o o o
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, li fiha r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-SEAE, u, għall-informazzjoni tagħhom, lill-awtoritajiet tal-Ukraina.
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat)(1),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità(2),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità(3),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 70/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar ambjent mingħajr karti għad-dwana u l-kummerċ(4),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2007 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni għad-dwana fil-Komunità (Dwana 2013)(5),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' April 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità(6) (Emenda dwar is-Sigurtà u s-Sikurezza),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93(7),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/668/KE tal-25 ta' Ġunju 2007 dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet u l-obbligi pari għal sħubija ad interim mill-Komunità Ewropea fl-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana(8),
– wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li permezz tiegħu l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) jiġi fdat b'ċerti kompiti relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż it-tlaqqigħ ta' rappreżentanti mis-settur pubbliku u privat bħala Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija (COM(2011)0288),
– wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (COM(2011)0285),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea(9),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2011 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni 2009(10),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2011 dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti u s-sorveljanza tas-suq(11),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2008 dwar l-erbgħin anniversarju tal-Unjoni Doganali(12),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tal-politika tal-kummerċ permezz ta' regoli u proċeduri tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni effiċjenti(13),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat ta' Inkjesta tiegħu dwar is-Sistema ta' Tranżitu Komunitarju (Jannar 1996 – Marzu 1997),
– wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali 1/2010 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: “Il-proċeduri ssimplifikati doganali għall-importazzjoni huma kkontrollati b'mod effettiv?”,
– wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-kooperazzjoni doganali u l-għajnuna reċiproka fi kwistjonijiet doganali(14), iffirmat fit-28 ta' Mejju 1997,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar is-Sigurtà tal-Katina tal-Provvista (Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti u Kummissjoni Ewropea), iffirmata fit-23 ta' Ġunju 2011,
– wara li kkunsidra r-Rapport dwar l-infurzar doganali tal-UE tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali: Riżultati fil-fruntiera tal-UE – 2010, Kummissjoni Ewropea – Tassazzjoni u Unjoni Doganali,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni intitolat “Evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-programm Dwana 2013” (COM(2011)0537),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni intitolat “Evalwazzjoni finali tal-programm Dwani 2007 skont l-Artikolu 19 tad-Deċiżjoni Nru 253/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Frar 2003 li tadotta programm ta' azzjoni għad-dwani fil-Komunità (Dwani 2007)” (COM(2008)0612),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Strateġija għall-evoluzzjoni tal-Unjoni Doganali” (COM(2008)0169),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “dwar rispons tad-Dwana għax-xejriet ta' dan l-aħħar fl-Iffalsifikar u l-Piraterija” (COM(2005)0479),
– wara li kkunsidra r-rapport ta' progress dwar it-tisħiħ tas-sigurtà tal-merkanzija bl-ajru (Dokument tal-Kunsill 11250/11),
– wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni Doganali tal-UE biex Jiġi Miġġieled il-Ksur tal-IPR 2009 – 2012 (Dokument tal-Kunsill 5345/09),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2009 dwar strateġija msaħħa għall-kooperazzjoni doganali(15),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta Mejju 2008 dwar l-istrateġija għall-evoluzzjoni tal-Unjoni Doganali,
– wara li kkunsidra s-smigħ dwar “Dwana Modernizzata u Suq Intern” li sar fis-16 ta' Lulju 2011,
– wara li kkunsidra l-istudju kkummissjonat mill-Kumitat tiegħu għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern intitolat “Kooperazzjoni Doganali fil-Qasam tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja: ir-rwol tad-dwana fil-ġestjoni tal-fruntiera esterna tal-UE”, ippubblikat f'Mejju 2011,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0406/2011),
A. billi Unjoni Doganali effiċjenti hija wieħed mill-pedamenti essenzjali tal-proċess ta' integrazzjoni Ewropea u bażi għall-moviment ħieles tal-prodotti, għall-iżvilupp u għat-tkabbir ekonomiku fis-suq intern;
B. billi d-dwana għandha rwol importanti fl-iżgurar tas-sikurezza u s-sigurtà, fil-protezzjoni tal-konsumaturi u l-ambjent, fl-iżgurar tal-ġbir komplet tad-dħul, fit-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni, u fl-iżgurar tal-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;
C. billi d-dwana, peress li konvenjentament tinsab fil-fruntiera, tista' tikkontribwixxi b'mod effiċjenti biex tiżgura li jidħlu prodotti sikuri biss fl-UE;
D. billi d-dwana għad għandha rwol importanti fis-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-UE, anki jekk fis-snin reċenti r-rwol tal-ġbir tad-dazji doganali qed jonqos;
E. billi l-inċidenti reċenti ħafna fis-sigurtà tal-merkanzija li tinġarr bl-ajru huma prova li l-iffukar fuq is-sigurtà huwa adegwat u li l-amministrazzjonijiet tad-dwana għandhom jibqgħu viġilanti għat-theddid tat-terroriżmu;
F. billi l-importazzjoni fl-UE ta' prodotti foloz u kkupjati twassal għal telf tad-dħul u tmur kontra d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; billi prodotti foloz jistgħu jġibu riskji serji għas-sikurezza u s-saħħa tal-konsumaturi Ewropej;
G. billi d-dwana illum qed tiffaċċja volumi dejjem akbar ta' tranżazzjonijiet ta' importazzjoni, esportazzjoni u tranżitu filwaqt li r-riżorsi jibqgħu limitati, u l-ġestjoni tar-riskju effiċjenti u effikaċi għalhekk hija ta' importanza partikolari;
H. billi d-dwana elettronika, b'mod partikolari l-approvazzjoni doganali ċentralizzata, hija wieħed mill-aspetti ewlenin tal-modernizzazzjoni u s-simplifikazzjoni doganali;
I. billi sistema tad-dwana bla xkiel, sempliċi u li tiffunzjona tajjeb hija essenzjali biex tkun faċilitata l-mobbiltà tal-prodotti u tan-negozju fis-suq intern, speċjalment għall-SMEs;
J. billi huwa kruċjali li jinstab bilanċ xieraq bejn il-kontrolli doganali u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ leġittimu; billi l-istatus ta' “operatur ekonomiku awtorizzat” għandu joffri benefiċċji tanġibbli lil kummerċjanti fdati;
Strateġija doganali
1. Jikkunsidra li l-Kodiċi Doganali Modernizzat li ġie adottat fl-2008 kien ambizzjuż ħafna fir-rigward tal-iskadenzi, u huwa tal-opinjoni li l-proposta l-ġdida għandu jkollha verament l-għan li ttejjeb is-sitwazzjoni attwali, filwaqt li tagħti valur miżjud ċar lill-operaturi tal-UE u partikolarment lill-SMEs;
2. Huwa konvint li l-modernizzazzjoni tal-istrateġija doganali u l-istrumenti doganali tal-UE għandha tkun prijorità politika kbira b'baġit li jissodisfa din l-ambizzjoni, billi politika soda għall-futur dwar proċeduri doganali simplifikati, effiċjenti u li jiffunzjonaw sew hija essenzjali fil-kontribut għal kompetittività ekonomika globali tal-UE u għal relazzjonijiet kummerċjali affidabbli ma' pajjiżi terzi;
3. Jenfsizza l-fatt li politika doganali li taħdem tajjeb għandha rwol importanti fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, fil-ġlieda kontra d-dħul illegali tal-prodotti u ta' prodotti foloz fis-suq uniku u b'hekk ittejjeb is-sikurezza u s-sigurtà tal-konsumaturi Ewropej;
4. Jitlob li tiġi intensifikata l-ġlieda kontra l-ksur tar-regolamenti doganali u kontra t-theddid impost mill-kuntrabandu, il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni, it-terroriżmu u l-atti kriminali oħra, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali dwar il-ġestjoni tar-riskji, il-protezzjoni u s-sigurtà tal-kummerċ legali, is-sħubijiet għall-iżvilupp ma' negozji fil-qasam tal-awtomatizzazzjoni tad-dwana, dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-introduzzjoni tal-prinċipju ta' “single window” u l-iskambju tal-informazzjoni u tal-għarfien bejn l-amministrazzjonijiet doganali;
5. Jemmen li l-missjoni u l-immaġni tad-dwana għandhom jiġu adattati għar-rekwiżiti tal-Kodiċi Doganali Modernizzat sabiex jingħataw stimolu addizzjonali u jkunu jistgħu jilħqu l-potenzjal sħiħ tal-effikaċja tiegħu;
6. Iqis li, peress li d-dwana dejjem qed tingħata aktar responsabilitajiet, l-Istati Membri għandhom jaraw li dawn ikunu jaqblu ma' riżorsi xierqa; iqis li l-allokazzjoni ta' riżorsi finanzjarji xierqa skont l-oqfsa baġitarji għal proċeduri u proċessi marbuta mad-dwana, partikolarment l-iżvilupp tas-sistemi tal-IT, hija essenzjali biex tinkiseb il-modernizzazzjoni tant meħtieġa tad-dwana; jemmen li, sabiex id-dwana tkun tista' tagħmel ix-xogħlijiet prijoritarji tagħha, għandha ssir enfasi partikolari fuq l-użu tar-riżorsi disponibbli u limitati fil-qasam tal-ġestjoni tar-riskji, fuq il-garanzija tal-protezzjoni u s-sigurtà tas-suq u tas-soċjetà u fuq il-protezzjoni tal-fruniteri fil-fruntieri esterni tal-UE;
7. Huwa mħasseb li l-interpretazzjonijiet nazzjonali differenti tal-leġiżlazzjoni tad-dwana tal-UE joħolqu burokrazija żejda għall-kummerċ, b'konsegwenza ta' impatt negattiv fuq il-kompetittività Ewropea, u jnaqqsu l-abbiltà tal-UE li tamministra approċċ effikaċi bbażat fuq ir-riskju għall-konformità; għalhekk, jitlob lill-Istati Membri biex jikkommettu ruħhom bis-sħiħ għall-proċess ta' modernizzazzjoni tad-dwana u speċjalment għall-applikazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni tad-dwana tal-UE; barra minn hekk, jinsisti li l-Kummissjoni, bla telf ta' żmien, tieħu l-azzjonijiet neċessarji biex tiżgura l-applikazzjoni bla xkiel u armonizzata tal-leġiżlazzjoni doganali tal-UE fl-UE kollha;
8. Jistieden lill-Kummissjoni biex sa Ġunju 2012, tipprovdi rapport lill-Parlament Ewropew dwar l-istatus attwali tal-konformità tal-Istati Membri mal-leġiżlazzjoni doganali tal-UE, liema rapport ikun jinkludi pjan ta' azzjoni li jindirizza l-problemi li jiġu identifikati; iqis li l-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-industrija meta tkun qed tagħmel dan ix-xogħol;
9. Jinnota li l-amministrazzjonijiet doganali għandhom jiġu modernizzati billi tinħoloq sistema amministrattiva orjentata lejn ir-riżultati, billi jiġu implimentati metodi tal-ġestjoni tal-kwalità abbażi ta' standards internazzjonali u prattiki pprovati u mistħarrġa, u billi tittejjeb is-sistema ta' sorveljanza interna u l-ġestjoni tar-riskju organizzattiv, filwaqt li jitqiesu l-proċessi operattivi u informattivi;
10. Jirrikonoxxi li d-dwana hija ta' importanza vitali għall-kummerċ internazzjonali; japprezza, f'dan ir-rigward, ir-rwol regolatorju tal-ftehim tad-WTO dwar il-valutazzjoni doganali bl-għan ta' sistema newtrali, uniformi u ġusta għall-valutazzjoni tal-merkanzija għal skopijiet doganali, filwaqt li jiġi pprojbit l-użu ta' valuri doganali fittizji jew arbitrarji li jistgħu jikkostitwixxu ostaklu għall-kummerċ ġust u miftuħ;
11. Huwa tal-opinjoni li jinħtieġu miżuri ta' modernizzazzjoni bħas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali u sistemi doganali interoperattivi kompjuterizzati, li se jikkontribwixxu għall-faċilitazzjoni tal-prattiki kummerċjali, u li għandhom jiddaħħlu mill-aktar fis possibbli, u tinħtieġ ukoll koordinazzjoni akbar ta' attivitajiet ta' prevenzjoni u prosekuzzjoni mill-pulizija tat-taxxa fil-livell Ewropew; jesprimi x-xewqa li x-xogħol li għaddej bħalissa fl-aġġornament tal-Kodiċi Doganali jenfasizza r-rwol ċentrali tal-eliminazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali sabiex ikun iffaċilitat il-kummerċ;
L-iżgurar tal-kompetittività u l-ġestjoni tar-riskju
12. Huwa tal-fehma li, biex tiżdied il-kompetittività ekonomika Ewropea, is-simplifikazzjoni, l-istandardizzazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-proċeduri doganali u użu ta' għodod moderni u effiċjenti tal-IT huma ta' importanza kbira; iqis li waħda mill-kisbiet ewlenin tad-dwana modernizzata hija l-prevedibbiltà għan-negozju, speċjalment għall-SMEs, li mbagħad tistimola t-tkabbir ekonomiku;
13. Jinnota li jistgħu jkunu meħtieġa investimenti konsiderevoli biex wieħed jadatta għal proċeduri doganali ġodda u rekwiżiti modernizzati tad-dwana elettronika; jenfasizza li dawn għandhom ikunu raġonevoli, sabiex ma jinħolqux piżijiet bla bżonn speċjalment fuq l-SMEs; jenfasizza l-ħtieġa li jitnaqqsu l-burokrazija u l-kostijiet għall-SMEs;
14. Iqis li l-kontrolli doganali għandhom isiru primarjament fuq kunsinni ta' riskju kbir, filwaqt li kunsinni ta' riskju żgħir għandom ikunu rilaxxati malajr għal ċirkolazzjoni libera; jenfasizza f'dak ir-rigward ir-rwol kruċjali ta' tekniki ta' ġestjoni tar-riskju u jappoġġja bil-qawwa l-introduzzjoni u l-modernizzazzjoni addizzjonali ta' sistemi elettroniċi ta' approvazzjoni doganali;
15. Iqis li l-ġestjoni effikaċi tar-riskju tiddependi mill-ġbir f'waqtu ta' informazzjoni xierqa matul l-ipproċessar elettroniku kollu, filwaqt li jiġu żgurati s-sikurezza u s-sigurtà pubblika;
16. Jinsisti li kull estensjoni futura ta' leġiżlazzjoni tas-sigurtà ta' katina tal-provvista fi ħdan l-UE għandha ssegwi approċċ ibbażat għalkollox fuq ir-riskju, li jimmira biss lejn il-kunsinni b'riskju aktar għoli, kemm għall-evalwazzjoni dokumentarja, kif ukoll għal dik fiżika;
17. Jidentifika l-ħtieġa li, f'UE funzjonali ta' 27 Stat Membru, jiġi definit sett komuni ta' kontrolli fiżiċi mandatorji tal-merkanzija li japplikaw fid-diversi punti ta' dħul kollha (portijiet, ajruporti, toroq) għas-suq uniku;
18. Filwaqt li jirrikonoxxi l-importanza tas-sigurtà tal-katina tal-provvista, iqis li r-rekwiżit leġiżlattiv tal-Istati Uniti ta' skannjar 100% huwa piż kbir wisq u agħli żżejjed, waqt li l-benefiċċji huma dubjużi, u huwa determinat li jkompli d-djalogu leġiżlattiv transatlantiku mal-Istati Uniti sabiex tinkiseb ir-revoka jew l-emenda ta' din il-leġiżlazzjoni;
19. Jenfasizza li l-MCC huwa għodda importanti biex jiġu integrati u armonizzati l-proċeduri doganali sabiex jingħata kontribut lit-tisħiħ tal-ekonomija Ewropea; iqis li d-dispożizzjonijiet li jimplimentaw l-MCC għandhom jirrispettaw għalkollox dan l-ispirtu; huwa preokkupat li xi dispożizzjonijiet implimentattivi essenzjali għadhom qed jiġu kkunsidrati u deċiżjonijiet strateġiċi rigward l-arkitettura tal-IT għadhom ma ttiħdux;
20. Huwa konvint li l-MCC jista' jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu biss jekk ikun appoġġjat b'mod sħiħ minn sistemi tal-IT avvanzati u żviluppati kif suppost; jemmen bil-qawwa li kull investiment addizzjonali fl-IT għandu jsir skont il-prinċipji ewlenin tal-MCC;
21. Jenfasizza l-ħtieġa li l-kummerċ ikollu aċċess għal speċifikazzjonijiet xierqa mill-Istati Membri minn ħafna qabel, billi n-negozji jeħtieġu wkoll iż-żmien biex jiżviluppaw u jimplimentaw l-applikazzjonijiet tal-IT tagħhom stess; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li għandhom jitqiesu l-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji tal-amministraturi nazzjonali u tal-operaturi ekonomiċi għat-tħaddim ta' sistemi ġodda fl-iffissar tal-iskadenza l-ġdida għall-applikazzjoni tal-MCC;
22. Jilqa' l-allinjament previst tad-dispożizzjonijiet tal-MCC mat-Trattat ta' Lisbona fir-rigward tad-delega tas-setgħat u l-għoti tas-setgħat implimentattivi; jissottolinja li din is-sistema ġdida tirappreżenta bilanċ li għadu kif ġie stabbilit bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, partikolarment billi, fir-rigward tal-atti delegati, iż-żewġ istituzzjonijiet għandhom l-istess kundizzjonijiet;
23. Jirrikonoxxi l-fatt li l-posponiment tal-applikazzjoni tal-MCC huwa xieraq; jistieden lill-Kummissjoni, biex f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u filwaqt li tqis id-diffikultajiet esperjenzati, l-aktar fir-rigward tal-iżvilupp tas-sistemi tal-IT, tistudja l-possibilitajiet li l-2016 titqies bħala skadenza ġdida għall-implimentazzjoni uniformi tal-MCC – filwaqt li tali posponiment jintrabat direttament mal-garanziji tas-sikurezza meħtieġa;
Approvazzjoni doganali ċentralizzata u armonizzazzjoni
24. Jenfasizza l-ħtieġa ta' koerenza fil-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-UE; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex isaħħu l-armonizzazzjoni tas-sistemi ta' kontroll doganali min-naħa l-waħda, u s-sanzjonijiet min-naħa l-oħra;
25. Jappoġġja bil-qawwa l-kunċett ta' approvazzjoni doganali li jiddependi għalkollox mis-sistemi tal-IT xierqa, li huwa wieħed mill-aspetti ewlenin tad-dwana modernizzata kif maħluqa mil-MCC, u jiddispjaċih għan-nuqqas ta' progress fl-implimentazzjoni ta' dan il-kunċett; jissottolinja r-rwol ċentrali li għandu jkollha d-dwana fil-proċedura tal-approvazzjoni ċentralizzata;
26. Jistieden lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom bis-sħiħ favur il-kunċett tal-approvazzjoni doganali, billi huma biss regoli doganali verament armonizzati, sistemi ta' skambju ta' informazzjoni u formats ta' data li jistgħu jiżguraw l-implimentazzjoni b'suċċess tiegħu;
27. Jiddispjaċih li l-pass tal-iżvilupp huwa bil-mod ħafna fil-proċess tas-simplifikazzjoni tar-regoli dwar il-VAT u s-sisa fl-Istati Membri, u li qed jinħolqu problemi fil-ġbir tal-VAT u d-dazji tas-sisa, oqsma li huma kruċjali għal sistema ta' approvazzjoni verament ċentralizzata; jitlob ukoll kooperazzjoni akbar u skambju tal-aħjar prattika fir-rigward tal-ġbir tal-VAT fuq merkanzija importata, tal-ħinijiet ta' ftuħ tas-servizzi doganali, u tat-tariffi u s-sanzjonijiet għan-nuqqas ta' konformità mal-Kodiċi Doganali Komunitarju, billi dawn id-differenzi eżistenti qed iwasslu għal distorsjonijiet kummerċjali;
28. Iqis li jeħtieġ li jkun hemm grad ta' flessibilità rigward ir-regoli u l-proċessi doganali, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jkomplu, fejn huwa possibli, jadattaw l-approċċ tagħhom f'relazzjoni mal-veloċità loġistika, il-kumplessità u l-volum tal-prodotti trattati;
L-istatus ta' Operatur Ekonomiku Awtorizzat (AEO)
29. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu l-kwalità tas-servizz fir-rigward tal-operaturi ekonomiċi u ta' persuni oħra u jnaqqsu l-piżijiet amministrattivi tagħhom; jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni biex tinkuraġġixxi lill-kummerċjanti fl-UE kollha japplikaw għal status ta' AEO; huwa preokkupat, madankollu, li investimenti konsiderevoli meħtieġa biex jinkiseb status ta' AEO jistgħu jkunu ostaklu serju għall-kummerċjanti, speċjalment l-SMEs; jistieden lill-Kummissjoni tqis is-simplifikazzjoni tal-proċedura għall-applikazzjoni għal status ta' AEO;
30. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipproponu benefiċċji konkreti addizzjonali li jistgħu jingħataw lil kummerċjanti li jkollhom ċertifikati ta' AEO u li jħeġġu n-negozji japplikaw; jemmen li tali benefiċċji tanġibbli jistgħu primarjament ifissru tnaqqis sinifikanti fil-piżijiet jew il-kostijiet amministrattivi, pereżempju billi jeżentaw lill-AEOs, bħala regola, mill-ħtieġa li jipprovdu granazija għad-dejn doganali, u billi jiffaċilitaw il-ħlas tad-dazji doganali u tal-VAT;
31. B'mod partikolari, jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga l-possibilità li tneħħi n-notifiki qabel il-wasla u qabel it-tluq kemm għall-importazzjonijiet kif ukoll għall-esportazzjonijiet fil-każ ta' operaturi b'fiduċja speċjali bħall-AEOs u, skont il-każ, tippermetti li jitneħħew id-dikjarazzjonijiet doganali abbażi ta' tranżazzjonijiet fil-kuntest tal-awtovalutazzjoni u tal-proċedura lokali tal-approvazzjoni;
32. Jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-prerekwiżiti kollha meħtieġa għall-kisba tal-istatus ta' AEO kif stipulat fl-Artikolu 14 tal-MCC: jiġifieri l-konformità mer-rekwiżiti doganali u fiskali; l-eżistenza ta' sistema sodisfaċenti ta' kif jiġu ġestiti r-rekords kummerċjali u, fejn jixraq, dawk tat-trasport, li jagħtu lok biex isiru l-kontrolli kif imiss mid-dwana; il-prova tas-solvibilità finanzjarja; standards prattiċi ta' kompetenza jew kwalifiki professjonali direttament relatati mat-twettiq ta' l-attività; u standards ta' sigurtà u ta' sikurezza;
33. Jistenna li l-Istati Membri kollha jiżguraw li l-istatus ta' AEO mogħti minn Stat Membru jiġi rikonoxxut bis-sħiħ minn Stati Membri oħra; itenni l-importanza tal-iżgurar tat-trattament ugwali għall-AEOs fit-territorju doganali kollu tal-Komunità fir-rigward tal-uniformità tal-kontrolli u r-rikonoxximent reċiproku;
34. Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fl-MCC rekwiżiti aktar rigorużi għall-forniment tas-servizzi ta' rappreżentanza doganali tal-UE, li jikkontribwixxu biex jiżdied il-livell ta' professjonaliżmu u sjieda min-naħa ta' dawn l-intermedjarji u biex jiġu stabbiliti regoli ċari li jiggwidaw ir-relazzjonijiet bejn l-aġenti doganali u l-impriżi li jwasslu l-kunsinna, sabiex ir-rwol tal-aġenti jinbidel għal dak ta' konsolidaturi għall-importaturi żgħar u ta' daqs medju li m'għandhomx il-kapaċità biex jimplimentaw programmi ta' konformità doganali simili għal dawk tal-AEOs Ewropej;
35. Jilqa' l-attivazzjoni tal-ftehim ta' kooperazzjoni bejn l-UE u l-Ġappun dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-istatus ta' AEO; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinnegozja ftehimiet simili ma' sħab importanti oħra, bħall-Istati Uniti, il-Kanada, iċ-Ċina u r-Russja, b'kunsiderazzjoni sħiħa għar-rwol tal-Parlament Ewropew, u tinkludi dan l-element fin-negozjati dwar ftehimiet kummerċjali bilaterali, sabiex l-istatus ta' AEO ikun ta' benefiċċju akbar għall-kumpaniji tal-UE;
Simplifikazzjonijiet u eċċezzjonijiet
36. Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tintroduċi simplifikazzjonijiet proċedurali fil-qasam tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet;
37. Jistieden lill-Kummissjoni biex fil-futur, fil-kuntest tal-“proċeduri tal-approvazzjoni lokali”, tneħħi n-notifiki individwali u tipprovdi sabiex il-prodotti jinħarġu mingħajr l-involviment tal-awtoritajiet doganali, sabiex jiġi żgurat li l-proċeduri joperaw bla xkiel, partikolarment fil-każ ta' kunsinni li jintlaħqu bl-eżatt fil-ħin;
38. Jindika l-fatt li, f'għadd ta' Stati Membri, l-SMEs b'mod partikolari jużaw l-għażla disponibbli skont il-Kodiċi Doganali Komunitarju ta' dikjarazzjonijiet doganali “orali” għall-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' kunsinni ta' valur anqas minn EUR 1 000;
39. Iħeġġeġ li l-valuri limitu attwali tad-dazju u d-derogi dwar l-applikazzjonijiet tad-dazju għall-kunsinni l-aktar żgħar fil-kummerċ tal-importazzjoni u l-esportazzjoni f'bosta Stati Membri, għandhom jinżammu u jkunu standardizzati fl-UE kollha, pereżempju sa ammont ta' EUR 1 000, u jiġu inklużi fil-qasam tan-notifiki ta' qabel il-wasla u qabel it-tluq, billi l-abolizzjoni ta' din il-proċedura simplifikata żżid konsiderevolment il-piżijiet amministrattivi u finanzjarji fuq l-SMEs b'mod partikolari, u għalhekk tmur kontra l-għan tal-Unjoni li tnaqqas il-burokrazija; jinsisti li-għażla ta' dikarazzjonijiet doganali “orali” għandha tinżamm fir-regoli ta' implimentazzjoni tal-MCC;
40. Jitlob li jinżammu d-dispożizzjonijiet attwali dwar il-bejgħ għall-esportazzjoni u l-inklużjoni ta' ċerti drittijiet u ħlasijiet ta' liċenzja fil-valur tad-dwana, billi tibdiliet mhux ġustifikati f'dawn id-dispożizzjonijiet se jirriżultaw f'valur tad-dwana ogħla u għaldaqstant f'piż fiskali ikbar;
Oriġini mhux preferenzjali
41. Jistieden lill-Kummissjoni żżomm il-prinċipju li l-oriġini mhux preferenzjali tal-merkanzija tiġi determinata skont il-post fejn sar l-aħħar proċessar sostanzjali, ekonomikament ġustifikat tagħha;
42. Huwa mħasseb dwar it-tendenza li jiġu stabbiliti regoli rigward l-oriġini mhux preferenzjali bl-użu ta' metodi differenti li jiddeterminaw l-oriġini tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet;
43. Jenfasizza li, jekk jiġu stabbiliti regoli addizzjonali tal-oriġini, dan għandu jsir b'mod li jkunu evitati piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa għan-negozji, u għandha titqies l-importanza tal-faċilitazzjoni tal-kummerċ internazzjonali;
44. Jenfasizza, fl-istess waqt, li ċ-ċertifikati tal-esportazzjoni dwar l-oriġini mhux preferenzjali maħruġa mill-awtoritajiet relevanti ta' pajjiżi terzi jridu jkunu rikonoxxuti wkoll fil-futur mill-UE;
45. Jappoġġja l-implimentazzjoni ta' regoli definit f'listi fil-qasam tal-oriġini mhux preferenzjali biss għal każijiet speċjali, li għandhom jitqiesu bħala eċċezzjonijiet; jitlob li jinżammu r-regoli stabbiliti kif stipulati attwalment fl-Annessi 10 u 11 tad-dispożizzjonijiet implimentattivi tal-Kodiċi Doganali Komunitarju u biex ma jkunx hemm estensjoni oħra ta' kriterji abbażi ta' lista għal prodotti oħrajn, sabiex jipprevjenu żieda ċara fil-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet tad-dwana u fuq l-operaturi ekonomiċi mingħajr ebda benefiċċju ekonomiku kumpensatorju;
46. Jitlob iż-żamma tar-regola tal-“ewwel bejgħ” u li titneħħa r-reġistrazzjoni tal-kostijiet b'rabta mal-analiżi tar-riskji – li tinvolvi kostijiet sinifikanti għall-operaturi; huwa mħasseb dwar il-proposti li qed jiġu diskussi attwalment fir-rigward tal-istabbiliment ta' valur ta' tranżazzjoni, billi mhumiex konformi mar-rekwiżit dwar il-bejgħ għall-esportazzjoni lejn it-territorju doganali Komunitarju, iżda pjuttost jirrapreżentaw tibdil tal-perspettiva lejn bejgħ għall-importazzjoni fit-territorju doganali Komunitarju, li mhuwiex konformi mal-Kodiċi ta' Valutazzjoni Doganali tal-GATT;
47. Jistenna kooperazzjoni soda bejn l-amministrazzjonijiet doganali, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq u n-negozji, pereżempju biex jinterċettaw prodotti mhux sikuri u/jew mhux konformi fil-fruntiera tal-Istati Membri ta' destinazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-uffiċjali jitħarrġu sew sabiex tiġi żgurata l-identifikazzjoni aħjar tal-prodotti li jippreżentaw riskju;
48. Jilqa' l-progress li sar dwar l-abbozzar tal-linji gwida għal kontrolli tal-importazzjonijiet fil-qasam tas-sikurezza tal-prodotti, u jistieden lill-Kummissjoni taġġornahom fuq bażi kontinwa, timmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom u żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat dwar żviluppi oħra f'dan il-qasam;
49. Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-istabbiliment ta' bażi ta' data pubblika li l-Istati Membri jistgħu jdaħħlu informazzjoni fiha dwar merkanzija perikolużi interċettata b'riżultat tal-kontrolli doganali;
Interessi finanzjarji
50. Jenfasizza li d-dħul mid-dazji doganali huma parti importanti mir-riżorsi proprji tradizzjonali tal-UE, li jirrappreżentaw, flimkien mat-taxxi fuq iz-zokkor, EUR 16 777 100 000 għas-sena 2011, u li sistema doganali effiċjenti hija ta' importanza ewlenija fir-rigward tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE; jenfasizza li operazzjoni doganali korretta għandha konsegwenzi diretti f'termini ta' kalkolu tal-VAT, li hija sors ieħor importanti ta' dħul għall-baġit tal-UE;
51. Jenfasizza li l-prevenzjoni effikaċi ta' irregolaritajiet u frodi fil-qasam doganali, permezz ta' kontrolli xierqa, ma tiżgurax biss il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-UE, iżda għandha wkoll konsegwenzi kbar għas-suq intern, billi telimina l-vantaġġ inġust li jieħdu l-operaturi ekonomiċi li ma jħallsux dazju kemm suppost jew li fid-dwana jiddikjaraw valur aktar baxx fuq operaturi ekonomiċi onesti u li jimxu kif suppost u li ma jwettqux tali prattiki;
52. Ikompli jappoġġja l-isforzi tal-Istati Membri biex itejbu r-regolamentazzjoni fiskali u doganali u l-kapaċitajiet tal-ġbir tat-taxxa, biex jinfurzaw il-konvenzjonijiet internazzjonali kontra l-korruzzjoni, l-evażjoni tat-taxxa u l-flussi illegali, u jżidu t-trasparenza finanzjarja; bl-istess mod jappoġġja żieda fl-iskambji ta' informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni doganali attwali;
53. Ifakkar li l-għan tal-Kummissjoni huwa li ġġiegħel lill-amministrazzjonijiet doganali nazzjonali jaġixxu bħala entità waħda, filwaqt li tiżgura li l-kontrolli jagħtu l-istess riżultati f'kull punt tat-territorji doganali tal-Unjoni; jenfasizza li dan ma jistax jintlaħaq mingħajr komunikazzjoni u sistemi ta' skambju ta' informazzjoni interoperabbli fil-livell tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni; jiddeplora l-fatt li l-progress qed isir bil-mod ħafna f'dan ir-rigward; jinnota li l-kontrolli għandhom ikunu bbażati fuq standards li dwarhom sar ftehim b'mod konġunt u kriterji affidabbli tal-valutazzjoni tar-riskji rigward l-għażla tal-prodotti u tal-operaturi ekonomiċi;
54. Jitlob li jkun hemm kooperazzjoni aktar mill-qrib u skambju attiv ta' informazzjoni u ta' proċeduri diġà ppruvati, mal-awtoritajiet doganali tal-pajjiżi ġirien tal-UE rigward il-modernizzazzjoni tad-dwana u sforzi kontra l-kuntrabandu u l-korruzzjoni fis-sistema doganali;
55. Jilqa' s-sistema ta' kontroll doganali ssimplifikata introdotta fl-2009, u jirrikonoxxi l-importanza tagħha fil-faċilitazzjoni tal-kummerċ internazzjonali; jenfasizza li l-użu mifrux tal-proċeduri doganali simplifikati għall-importazzjoni, li għandhom tendenza li jnaqqsu l-formalitajiet u l-kontrolli doganali qabel jiġu rilaxxati l-prodotti, huwa wieħed mill-elementi ewlenin tal-politika doganali tal-UE; ifakkar li aktar minn 70% tal-proċeduri doganali kollha ġew simplifikati; jiddispjaċih, madankollu, li dawk il-proċeduri wasslu għal livelli mhux ġustifikati ta' telf għall-baġit tal-UE u għal ksur tal-politika kummerċjali tal-UE;
56. Jinnota bi tħassib li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri kkonstatat kontroll u verifika insuffiċjenti ta' dawn il-proċeduri ssimplifikati fl-Istati Membri; jenfasizza għalhekk l-importanza ta' implimentazzjoni xierqa tas-sistema ta' kontroll f'dan ir-rigward, u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni ssegwi mill-qrib dan il-proċess sabiex ikun evitat telf baġitarju għall-UE kif ukoll ksur tad-dispożizzjonijiet tal-politika kummerċjali;
57. Jistieden lill-Kummissjoni, sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' telf tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (TOR), biex tiżgura li, fil-livell tal-Istati Membri, jitwettqu verifiki xierqa tas-sistemi qabel ma tinħareġ awtorizzazzjoni għall-użu tal-proċeduri doganali simplifikati, u li jitwettqu verifiki ex-post xierqa;
58. Ifakkar li l-kontroll doganali għandu jkun ibbażat fuq analiżi tar-riskju bl-użu, inter alia, ta' tekniki ta' pproċessar awtomatiku tad-dejta, u jinnota li, fl-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, huma biss il-profili ta' riskju awtomatizzati integrati fl-ipproċessar tad-dikjarazzjonijiet doganali li jistgħu jipproteġu biżżejjed l-interessi tal-politika finanzjarja u kummerċjali tal-UE; jiddeplora l-fatt li hemm ftit wisq Stati Membri li għandhom fis-seħħ profili ta' riskju awtomatizzati għat-TOR u kwistjonijiet ta' politika kummerċjali komuni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri neċessarji biex tindirizza din is-sitwazzjoni;
59. Itenni l-pożizzjoni tiegħu stabbilita fil-konklużjonijiet tal-Parti III tar-riżoluzzjoni tal-10 ta' Mejju 2011 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza tal-Kummissjoni għall-2009, rigward ir-rapport speċjali tal-Kummissjoni intitolat “Il-proċeduri doganali simplifikati għall-importazzjonijiet huma kkontrollati b'mod effikaċi?”;
Drittijiet tal-proprjetà intellettwali
60. Jinnota l-proposta riċenti tal-Kummissjoni għal aboozz ta' regolament rigward l-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u jemmen bis-sħiħ li d-dwana tista' tikkontribwixxi b'mod effikaċi għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; jenfasizza li r-regolament li kompla jkun żviluppat jiffaċilita ż-żamma ta' prodotti suspettati li qed jiksru l-liġi tal-proprjetà intellettwali, u li għalhekk ir-regolament jinkludi pilastru tal-qafas legali tal-Unjoni għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;
61. Jappoġġja l-ħidma li saret fil-qafas tal-Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija u jinkuraġġixxi l-użu sħiħ tal-potenzjal tal-Osservatorju; jilqa' f'dak ir-rigward il-proposta riċenti tal-Kummissjoni għal abbozz ta' regolament dwar il-fatt li l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) jiġi inkarigat b'ċerti kompiti marbuta mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;
Trasparenza
62. Jinkuraġġixxi lill-Kummissjoni taderixxi għalkollox mal-ispirtu tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea f'termini ta' kooperazzjoni u fluss ta' informazzjoni mtejba, speċjalment fil-kuntest tal-laqgħat tal-Kummissjoni mal-esperti nazzjonali;
63. Jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiffaċilita l-komunikazzjoni bejn il-kummerċjanti u l-Istati Membri; jipproponi, madankollu, aktar titjib: b'mod partikolari, iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippubblika l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti kollha dwar il-laqgħat mal-esperti nazzjonali malli jkunu disponibbli sabiex tipprovdi aċċess dirett għal sommarji, għar-rappreżentanti kummerċjali u għal kwalunkwe ċittadin affettwat minn żviluppi fil-qasam tad-dwana, tad-diskussjonijiet li saru f'dawk il-laqgħat; huwa konvint li dan ikun ta' benefiċċju, b'mod partikolari, għall-SMEs, jiżgura t-trasparenza u jżid is-sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet marbuta mad-dwana;
Kooperazzjoni
64. Jemmen li l-kooperazzjoni bejn id-dwani, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u n-negozju hija tal-akbar importanza u għandha tkun abbażi tal-prinċipji tat-trasparenza, il-konsistenza, il-koerenza u l-prevedibilità, u jqis li l-partijiet kollha għandhom jirrikonoxxu u jirrispettaw il-ħtiġijiet, ir-realtajiet u l-aspettattivi tal-oħrajn u jgħaqqdu l-għarfien tagħhom, il-kompetenza fl-oqsma rispettivi tagħhom u t-talenti varji sabiex jinkisbu rendiment u eżiti ottimali;
65. Jikkunsidra li l-Istati Membri kollha għandhom jużaw mekkaniżmi formali għad-djalogu trasparenti bejn l-amministrazzjonijiet doganali u s-settur privat; jistieden lid-dwana u lis-settur privat jidentifikaw u jippromwovu l-aħjar prattiki għall-kooperazzjoni, u jinkoraġġixxi liż-żewġ partijiet jivvalutaw il-kooperazzjoni tagħhom u jiżviluppaw l-għodod ta' evalwazzjoni meħtieġa sabiex jidentifikaw il-problemi u joffru soluzzjonijiet possibbli;
66. Iqis li l-approvazzjoni doganali trid tiġi integrata bl-involviment tal-awtoritajiet rilevanti kollha fl-istadju l-aktar bikri possibbli fil-proċess; għalhekk jappoġġja bil-qawwa l-ġestjoni koordinata tal-fruntieri u l-prinċipju “single window” taħt ir-responsabbiltà doganali, permezz tal-miżuri leġiżlattivi meħtieġa;
67. Jenfasizza li l-prinċipju ta' “one-stop-shop” għandu jkun applikat b'mod effiċjenti, filwaqt li jkun żgurtat li l-oġġetti jiġu spezzjonati darba biss mill-awtoritajiet konċernati;
68. Huwa tal-fehma li l-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenza tal-professjonisti doganali għandhom ikunu fi żvilupp u titjib kostanti, peress li dawn huma prerekwiżiti għal proċeduri doganali ta' kwalità għolja; jappoġġja lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fix-xogħol tagħhom favur il-promozzjoni tat-taħriġ regolari tal-uffiċjali doganali;
69. Jitlob li jitqiegħdu fis-seħħ pjattaformi operattivi komuni għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni, u jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat taħriġ xieraq għall-ħaddiema doganali u għall-operaturi ekonomiċi sabiex jiġu żgurati l-applikazzjoni uniformi tar-regoli tal-Unjoni u protezzjoni aħjar tal-konsumatur;
70. Jenfasizza li r-riċerka hija ta' importanza partikolari meta jiġu kkunsidrati l-inizjattivi leġiżlattivi; jilqa' u jappoġġja bil-qawwa x-xogħol li jsir mill-universitajiet u miċ-ċentri ta' riċerka fl-UE kollha li jikkontribwixxi għall-iżvilupp akkademiku tal-uffiċjali doganali; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jiżguraw d-disponibbiltà tal-programmi akkademiċi relevanti għall-promozzjoni tal-eċċellenza tal-professjoni doganali;
71. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jesploraw il-possibilitajiet biex ikomplu jżidu l-kooperazzjoni doganali, anke mal-awtoritajiet rilevanti l-oħra, kif ukoll l-armonizzazzjoni tar-regoli doganali, sabiex jittejjeb il-funzjonament tal-Unjoni Doganali; jistieden lill-Kummissjoni tqis din il-kwistjoni fis-segwitu għall-Programm Doganali 2013;
72. Jemmen li s-segwitu tal-Programm Doganali 2013 għandu, b'mod partikolari, jappoġġja l-implimentazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni doganali tal-UE u approċċ bilanċjat għall-kontribuzzjoni tal-kompetittività Ewropea, filwaqt li fl-istess ħin jiggarantixxi s-sikurezza u s-sigurtà;
73. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu l-organizzazzjoni tal-proċeduri doganali fil-fruntieri esterni tal-UE, joħolqu kundizzjonijiet aħjar għall-attività kummerċjali legali, il-kummerċ internazzjonali u l-moviment rapidu ta' persuni u ta' prodotti, jagħmlu reviżjoni sħiħa tal-infrastruttura fl-uffiċċji doganali fil-fruntieri esterni tal-UE, filwaqt li jqisu d-dispożizzjonijiet implimentattivi tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, jgħammru l-uffiċċji doganali b'tagħmir modern ta' sorveljanza u jiżguraw li dawn l-għodod jintużaw b'mod effikaċi fit-twettiq tal-verifiki doganali;
74. Jenfasizza l-utilità tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni doganali mar-Russja u l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant u tas-Sħubija tal-Mediterran sabiex ikun faċilitat il-kummerċ internazzjonali u tiġi miġġielda l-frodi doganali u l-falsifikazzjoni;
75. Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tiżviluppa pjanijiet ta' kooperazzjoni u ta' koordinament multilaterali fi ħdan id-WCO, li jippermettu l-istabbiliment ta' normi u regoli komuni li jtejbu s-sigurtà u l-effikaċja tal-proċeduri doganali u tal-fruntieri, kif ukoll inaqqsu l-ispejjeż premezz tal-qsim tan-normi u tal-iskambju tal-aħjar prattika;
76. Jemmen li ftehim dwar il-faċilitazzjoni tal-kummerċ bħala parti miċ-Ċiklu ta' Doha ikun ta' benefiċċju għall-istati membri tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), partikolarment bit-tisħiħ taċ-ċertezza legali u t-tnaqqis tal-kostijiet kummerċjali; jinkoraġġixxi għaldaqstant lill-Kummissjoni sabiex, min-naħa tagħha, tressaq “il quddiem il-konklużjoni ta' dan il-ftehim bil-ħsieb tal-konferenza ministerjali li għandha ssir bejn il-15 u s-17 ta' Diċembru 2011 f'Ġinevra;
77. Jenfasizza l-importanza li jkun żgurat li kontrolli doganali leġittimi mwettqa minn pajjiżi terzi ma jkunux, f'ċerti ċirkustanzi, użati b'mod ħażin sabiex jinħolqu ostakli ġodda, de facto u mhux tariffarji għall-merkanzija li toriġina mill-UE;
o o o
78. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.