Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/2841(RSO)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B7-0001/2012

Testi mressqa :

B7-0001/2012

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 18/01/2012 - 16.1
CRE 18/01/2012 - 16.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0001

Testi adottati
PDF 196kWORD 34k
L-Erbgħa, 18 ta' Jannar 2012 - Strasburgu
Is-saħħa numerika tal-kumitati permanenti
P7_TA(2012)0001B7-0001/2012

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Jannar 2012 dwar is-saħħa numerika tal-kumitati permanenti

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tiegħu tal-15 ta' Lulju 2009(1) u tal-14 ta' Diċembru 2011(2) dwar is-saħħa numerika tal-kumitati permanenti,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 183 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Iddeċieda li jemenda n-numru ta' membri tal-kumitati parlamentari kif ġej:

  

Kumitat għall-Affarijiet Barranin: 76 membru

  

Kumitat għall-Iżvilupp: 30 membru

  

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali: 31 membru

  

Kumitat għall-Baġits: 43 membru

  

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit: 30 membru

  

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji: 48 membru

  

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali: 49 membru

  

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel: 69 membru

  

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija: 61 membru

  

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur: 41 membru

  

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu: 47 membru

  

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali: 50 membru

  

Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali: 44 membru

  

Kumitat għas-Sajd: 25 membru

  

Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni: 31 membru

  

Kumitat għall-Affarijiet Legali: 25 membru

  

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern: 60 membru

  

Kumitati għall-Affarijiet Kostituzzjonali: 24 membru

  

Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi: 35 membru

  

Kumitat għall-Petizzjonijiet: 35 membru,

  

u li jemenda n-numru ta' membri tas-sottokumitati parlamentari kif ġej:

  

Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem: 31 membru

  

Sottokumitat għas-Sigurtà u d-Difiża: 31 membru;

   2. Iddeċieda, b'referenza għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-9 ta' Lulju 2009 dwar il-kompożizzjoni tal-Bureaux tal-Kumitati, li l-Bureaux tal-Kumitati jista' jkollhom sa erba' viċi-presidenti;
   3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.

(1) ĠU C 224 E, 19.8.2010, p. 34.
(2) Testi adottati, P7_TA(2011)0570.

Avviż legali - Politika tal-privatezza