Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/0188(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0004/2012

Testi mressqa :

A7-0004/2012

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 19/01/2012 - 10.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0006

Testi adottati
PDF 203kWORD 33k
Il-Ħamis, 19 ta' Jannar 2012 - Strasburgu
Is-sikurezza tal-persuni mixjin fit-triq u s-sorsi tad-dawl minn dijodu li jemmetti d-dawl (LED) ***
P7_TA(2012)0006A7-0004/2012

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Jannar 2012 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar is-sikurezza tal-persuni mixjin fit-triq u fir-rigward tal-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar is-sorsi tad-dawl minn Dijodu li Jemmetti d-Dawl (LED) (13895/2011 – C7-0302/2011 – 2011/0188(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (13895/2011),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu ikunu ffittjati ma' u/jew ikunu użati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijet għal rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijet (“Ftehim Rivedut tal-1958”)(1) (C7-0302/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0004/2012),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.

Avviż legali - Politika tal-privatezza