Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Jannar 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (05032/2/2011 – C7-0251/2011 – 2009/0076(COD))
(Proċedura leġislattiva ordinarja: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05032/2/2011 – C7-0251/2011),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Frar 2010(1),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0267),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-23 ta' Novembru 2011, li japprova l-pożizzjoni adottata mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(8)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
– wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0336/2011),
1. Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt;
2. Japprova l-istqarrija tiegħu annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fid-19 ta' Jannar 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 528/2012.)
Anness għar-riżoluzzjoni leġiżlattiva
Stqarrija tal-Parlament Ewropew dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali
Il-Parlament Ewropew jiddikjara li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament rigward l-atti ddelegati u l-atti ta' implimentazzjoni huma r-riżultat ta' kompromess delikat, li f'xi każijiet jitbiegħed mill-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari. Biex jintlaħaq ftehim fit-tieni qari, il-Parlament Ewropew għalhekk aċċetta atti ta' implimentazzjoni minflok atti ddelegati f'ċerti każijiet speċifiċi. Jenfasizza, madankollu, li dawk id-dispożizzjonijiet mhux se jitqiesu jew jintużaw bħala preċedent għar-regolamentazzjoni ta' sitwazzjonijiet simili f'atti leġiżlattivi futuri.