Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/0207(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0225/2011

Testi mressqa :

A7-0225/2011

Dibattiti :

PV 15/02/2012 - 18
CRE 15/02/2012 - 18

Votazzjonijiet :

PV 16/02/2012 - 8.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0049

Testi adottati
PDF 952kWORD 527k
Il-Ħamis, 16 ta' Frar 2012 - Strasburgu
Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti ***I
P7_TA(2012)0049A7-0225/2011
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat
 Anness
 Anness
 Anness
 Anness
 Anness

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti (tfassil mill-ġdid) (COM(2010)0368 – C7-0177/2010 – 2010/0207(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja – tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0368),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 53(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0177/2010),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati, fil-qafas tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Parlament Daniż, mill-Bundestag Ġermaniż, il-Budesrat Ġermaniż u l-Parlament Svediż, li jaffermaw li l-abbozz ta' att leġislattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-16 ta' Frar 2011(1),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali(2),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-24 ta' Frar 2011 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 87, 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0225/2011),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sostantiv ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dawn l-emendi, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil fis-sustanza,

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 99, 31.3.2011, p.1.
(2) ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Frar 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti (Tfassil mill-ġdid)
P7_TC1-COD(2010)0207

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-proposta lill-Parlamenti nazzjonali, 

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(1),

Filwaqt li jaġixxu b'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja(2),

Billi:

(1)  Għandhom isiru għadd ta' bidliet sostanzjali fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/19/KE tat-30 ta' Mejju 1994 dwar skemi ta' garanzija għal depożiti(3). Fl-interess taċ-ċarezza, dik id-Direttiva għandha tiġi mfassla mill-ġdid.

(2)  Sabiex ikun aktar faċli li jinbeda u jkun eżerċitat in-negozju ta' istituzzjonijiet tal-kreditu, huwa meħtieġ li jkunu eliminati d-differenzi bejn il-liġijiet tal-Istati Membri li jistgħu jwasslu għal distorsjonijiet fis-swieq f'dak li għandu x'jaqsam mar-regoli tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti li għalihom dawn l-istituzzjoni huma soġġetti. [Em. 1]

(2a)  Sabiex jiġu evitati pretensjonijiet futuri fuq l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti, l-attenzjoni għandha tiffoka fuq azzjoni u superviżjoni preventivi, li jiżguraw valutazzjoni koordinata u trasparenti ta' mudelli ta' negozju ta' atturi ġodda u eżistenti, ibbażata fuq approċċ komuni maqbul bejn l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill(4) (ABE) u l-awtoritajiet kompetenti, li potenzjalment jirriżultaw f'rekwiżiti superviżorji addizzjonali, limitazzjonijiet tal-attivitajiet, bidliet mandatorji tal-mudell tan-negozju, jew saħansitra l-esklużjoni ta' istituzzjonijiet tal-kreditu li jieħdu riskji irresponsabbli. [Em. 2]

(3)  Din id-Direttiva tikkostitwixxi strument essenzjali għall-ħolqien tas-Suq Intern f'dak li jirrigwarda kemm il-libertà ta' stabbiliment u wkoll il-libertà li jkunu pprovduti servizzi finanzjarji, fil-qasam tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, filwaqt li tiżdied l-istabbiltà tas-sistema bankarja u tal-protezjoni tad-depożitarji. Rigward l-ispejjeż tal-falliment ta' istituzzjoni tal-kreditu fuq l-ekonomija in ġenerali u l-effetti negattivi tiegħu fuq l-istabbiltà finanzjarja u l-fiduċja tad-depożitanti, wieħed għandu jipprovdi billi mhux biss jaħseb għar-rimborż tad-depożitanti iżda wkoll biex tinħoloq biżżejjed flessibilità sabiex l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jimplimentaw miżuri ta' prevenzjoni u appoġġ. Peress li f'dan il-każ l-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati infushom ikopru l-ispejjeż ta' Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti, jeżistu inċentivi adegwati sabiex jiġu identifikati problemi fl-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati fi stadju bikri u biex jiġu evitati każijiet pendenti ta' garanzija permezz ta' miżuri adegwati bħal kundizzjonijiet li jikkonċernaw ir-ristrutturazzjoni. B'hekk Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti, li jistgħu jieħdu wkoll azzjoni preventiva, jikkonstitwixxu suppliment importanti għall-azzjoni mill-awtoritajiet superviżorji fis-superviżjoni ta' kuljum u fil-kuntest tal-istralċ ordinat tal-istituzzjonijiet tal-kreditu. Miżuri ta' appoġġ provduti minn Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom, madankollu, dejjem ikunu suġġetti għal kundizzjonijiet, u l-azzjonijiet tagħhom għandhom dejjem ikunu konformi mal-liġi tal-kompetizzjoni. [Em. 3]

(3a)  Inċentivi adegwati għal interventi effikaċi tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jeżistu partikolarment fejn ikun hemm il-korrispondenza massima possibbli bejn il-kamp tal-kompetenza tagħhom u l-kuntest fejn isiru l-ispejjeż tal-falliment ta' istituzzjoni tal-kreditu. Sabiex jieħdu in kunsiderazzjoni l-integrazzjoni dejjem tikber tas-suq intern, b'hekk, għandu jkun possibbli li jkun hemm fużjoni bejn l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti ta' Stati Membri differenti jew li jiġu kreati skemi transkonfinali differenti fuq bażi volontarja. Prekondizzjoni għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti għandha tkun stabbiltà suffiċjenti u kompożizzjoni bilanċjata ta' Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti ġodda u eżistenti. Għandhom jiġu evitati effetti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja, pereżempju f'każ ta' fużjonijiet ta' diversi entitajiet tal-kreditu b'riskju għoli, li, kieku kienu jippreżentaw biss riskju medju fi ħdan l-iskema ta' Garanzija tad-Depożiti tagħhom, filwaqt li jitnaqqsu kontribuzzjonijiet minn Skemi eżistenti ta' Garanzija tad-Depożiti. [Em. 4]

(4)  Id-Direttiva 2009/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 li temenda d-Direttiva 94/19/KE dwar skemi ta' garanzija għal depożiti fir-rigward tal-livell ta' kopertura u tad-dewmien tal-iżborż(5) ħtieġet lill-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, li tressaq proposti biex temenda d-Direttiva 94/19/KE. Dan jinvolvi l-armonizzazzjoni tal-mekkaniżmi tal-iffinanzjar tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti, mudelli possibbli għall-introduzzjoni ta' kontirbuzzjonijiet abbażi tar-riskji, il-benefiċċji u l-kostijiet ta' introduzzjoni possibbli ta' Skema ta' Garanzija tad-Depożiti mal-Unjoni kollha, l-impatt ta' leġislazzjonijiet diverġenti fir-rigward tal-kalkolu tal-valur nett u l-kontropretensjonijiet, fuq l-effiċjenza tas-sistema, l-armonizzazzjoni tal-ambitu tal-prodotti u d-depożitanti koperti.

(5)  Id-Direttiva 94/19/KE kienet ibbażata fuq il-prinċipju armonizzazzjoni minima. Konsegwentament, fl-Unjoni ġew stabbiliti attwalment hemm diversità ta' Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti b'karatteristiċi differenti ħafna. Dan ikkawża distorsjoni fis-suq tal-istituzzjonijiet tal-kreditu u llimita l-benefiċċji tas-Suq Intern għad-depożituri. Riżultat tal-formulazzjoni tar-rekwiżiti komuni applikabbli għal Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti fl-Unjoni, inter alia rigward depożiti koperti, il-livell tal-kopertura, il-livell ta' mira, il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-użu ta' fondi u l-arranġamenti għal ripagamenti, id-depożitaturi jiġi garantit livell protettiv uniformi fl-Unjoni filwaqt li tiġi żgurata l-istess stabbiltà tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti. Fl-istess ħin, l-implimentazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti komuni għall-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti hija tal-akbar importanza sabiex tiġi eliminata d-distorsjoni fis-suq. B'hekk din id-Direttiva tikkontribwixxi sabiex is-suqintern ikun komplut. [Em. 5]

(6)  Din id-Direttiva għandha tippermetti kundizzjonijiet ugwali bejn l-istituzzjonijiet tal-kreditu, tippermetti lid-depożituri jifhmu faċilment il-karatteristiċi tal-Iskemisservi biex tinforma lid-depożitanti dwar il-prodotti finanzjarji koperti u mhux koperti u biex tiżgura li tiġi fornita informazzjoni dwar kif jiffunzjonaw l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti.u tiffaċilita pagament lura malajr lid-depożitanti permezz ta' Il-possibilità ta' prevenzjoni ta' falliment ta' entità tal-kreditu permezz ta' miżuri adegwati adottati mill-Iskema tal-Garanzija tad-Depożitu, għandha tipproteġi l-fiduċja fl-istabbiltà finanzjarja u għandha tkun fl-interess ta' depożitanti privati, awtoritajiet lokali li għandhom bżonn ta' protezzjoni u fuq kollox l-impriżi ta' daqs żgħir u medju (SMEs). B'hekk tista' tiġi evitata l-maġġorparti tal-konsegwenzi negattivi tal- insolvenza ta' entità ta' kreditu bħal qtugħ f'daqqa fir-relazzjoni mal-bank. Jekk ħlas ikun dovut minħabba każ ta' garanzija, din id-Direttiva għandha tassigura rimborż rapidu lid-depożitaturi permezz ta' Skemi solidi u kredibbli ta' Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti sodi u kredibbli fl-interess tal-istabbiltà finanazjarja. Għalhekk, il-protezzjoni tad-depożiti għandha tkun armonizzata u ssimplifikata sal-massimu possibbli..[Em. 6]

(7)  Fil-każ ta' xoljiment ta' istituzzjoni ta' kreditu insolventi d-depożitanti fi kwalunkwe fergħa li tkun tinsab fi Stat Membru apparti minn dak li fih l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha l-uffiċċju ewlieni tagħha għandhom ikunu protetti bl-istess skema ta' garanzija bħad-depożitanti l-oħra tal-istituzzjoni.

(8)  Fi prinċipju, din id-Direttiva teħtieġ li kull istituzzjoni ta' kreditu tissieħeb fi skema ta' garanzija tad-depożiti Stat Membru li jilqa' fergħat  ta' istituzzjoni tal-kreditu li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f'pajjiż terz għandu jiddeċiedi kif japplika din id-Direttiva fir-rigward ta' dawk il-fergħat u għandu jieħu kont tal-ħtieġa li jiġu protetti d-depożitanti u li tinżamm l-integrità tas-sistema finanzjarja. Huwa essenzjali li d-depożitanti f'dawk il-fergħat ikunu kompletament konxji bl-arranġamenti ta' garanzija li jaffetwawhom.

(9)  Għalhekk, fil-prinċipju, l-istituzzjonijiet tal-kreditu kollha għandhom ikunu membri ta' Skema ta' Garanzija tad-Depożiti, għandu jkun irrikonoxxut li hemm sistemi li jipproteġu lill-istituzzjoni tal-kreditu stess (Skemi tal-Protezzjoni tal-Istituti ) u, partikolarment, jiżguraw il-likwidità u s-solvenza tagħha. Dawn l-iskemi jiggarantixxu protezzjoni lid-depożitanti lil hinn dik ipprovduta minn Skema ta' Garanzija tad-Depożiti . Jekk dawn l-iskemi huma differenti mill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti, ir-rwol addizzjonali ta' salvagwardja tagħhom għandu jitqies meta jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet tal-membri fl-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti. Il-livell armonizzat ta' kopertura ma għandux jaffettwa skemi li jipproteġu l-istituzzjoni tal-kreditu stess sakemm ma jħallsux lura lid-depożitanti. Id-depożitanti għandhom ikollhom pretensjoni fuq l-iskemi kollha, partikorlament jekk il-protezzjoni mill-Iskema ta' Garanzija Reċiproka ma tistax tkun żgurata. L-ebda skema jew sistema ma għandha għalhekk tiġi eskluża minn din id-Direttiva. [Em. 7]

(9a)  Kull istituzzjoni ta' kreditu għandha tagħmel parti mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti rikonoxxuta skont din id-Direttiva, biex b'hekk jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u kundizzjonijiet indaqs bejn l-istituzzjonijiet tal-kreditu kif ukoll tiġi evitata l-kompetizzjoni regolatorja. Skema ta' Garanzija tad-Depożiti għandha tkun tista' tipprovdi dik il-protezzjoni f'kwaunkwe ħin. [Em. 8]

(9b)  Il-funzjoni ewlenija ta' Skema ta' Garanzija tad-Depożiti hija li tipproteġi d-depożitanti kontra l-konsegwenzi tal-insolvenza ta' istituzzjoni tal-kreditu. Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom ikunu jistgħu jipprovdu din il-protezzjoni b'diversi modi. Fuq naħa waħda tal-ispettru tal-attivitajiet ta' Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom ikunu possibbli skemi b'funzjoni ta' rimborż (“paybox”) biss. [Em. 9]

(9c)  Madanakollu, għandu jkun possibbli wkoll, li l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jmorru lil hinn minn funzjoni ta' rimborż biss billi jitolbu lil istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati biex jipprovdu informazzjoni addizzjonali u, fuq dik il-bażi, jibnu sistemi ta' twissija minn kmieni. B'dan il-mod, kontribuzzjonijiet dipendenti fuq ir-riskju jistgħu jiġu aġġustati fi stadju bikri jew jistgħu jiġu proposti miżuri preventivi kontra riskji magħrufa. Fl-eventwalità ta' żbilanċi imminienti, l-operaturi ta' Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu dwar miżuri ta' appoġġ jew li jużaw ir-riżorsi tagħhom biex jappoġġaw l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu problematiċi ħalli jevitaw l-ispejjeż ta' rimborż tad-depożitaturi u l-impatti negattivi l-oħra tal-insolvenza. [Em. 10]

(9d)  Man-naħa l-oħra tal-firxa tal-attivitajiet, l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti, għandhom jkunu jistgħu jieħdu l-forma ta'skemi ta' protezzjoni istituzzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 80(8) tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 relatati mal-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta' istituzzjonijiet tal-kreditu(6). L-iskemi tal-protezzjoni istituzzjonali jipproteġu l-istituzzjoni tal-kreditu innifisha, partikolarment billi jassiguraw il-likwidità u s-solvenza tagħha. Dawn għandhom jiġu rikonoxxuti bħala Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti mill-awtorità responsabbli jekk jissodisfaw il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 80(8) tad- Direttiva 2006/48/KE u minn din id-Direttiva. Permezz ta' dawn il-kriterji jiġi partikolarment assigurat li, bħal fl-iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti, dejjem ikun hemm biżżejjed mezzi disponibbli f'każ ta' ripagament potenzjali. [Em. 11]

(10)  L-iskemi tal-protezzjoni tal-instituzzjonijiet huma ddefiniti fl-Artikolu 80(8) tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 fir-rigward tal-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta' istituzzjonijiet tal-kreditu (riformulazzjoni) [traduzzjoni mhux uffiċjali](7) u jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti mill-awtoritajiet kompetenti jekk jissodisfaw il-kriterji kollha stipulati f'dak l-Artikolu u f'din id-Direttiva.[Em. 12]

(11)  Fil-kriżi finanzjarja riċenti, żidiet mhux koordinati fil-livelli tal-koperta madwar l-Unjoni wasslu biex f'xi każijiet id-depożitanti jieħdu l-flus f'banek f'pajjiżi fejn il-garanziji tad-depożiti kienu ogħla. Tali żidiet mhux ko-ordinati xorbu l-likwidità mill-banek fi żminijiet ta' diffikultà. Fi żminijiet ta' stabbiltà, huwa possibli li livelli differenti ta' kopertura jistgħu jwasslu biex id-depożitanti jagħżlu l-ogħla protezzjoni tad-depożiti minflokk l-aktar prodott depożitarju adattat xieraq għalihom. Huwa possibli li tali żidiet mhux ko-ordinati jwaslu għal distorsjoni fil-kompetittività fis-Suq Intern. Huwa għalhekk neċessarju li jiġi żgurat livell ta' armonizzazzjoni tal-protezjoni tad-depożiti mill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti rikonoxxuti kollha kull fejn jinsabu d-depożiti fl-Unjoni. Madankollu, għandu jkun possibli li jiġu koperti f'livell ogħla iżda għal żmien limitat, ċerti prodotti marbuta mas-sitwazzjoni personali tad-depożitanti. [Em. 13]

(11a)  Matul il-kriżi finanzjarja, l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti eżistenti wrew li ma setgħux jagħmlu tajjeb għat-telf kollu b'mod li jipproteġu lid-depożitanti. Huwa għalhekk neċessarjui li l-mezzi finanzjarji disponibbli tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jammontaw sa ċertu livell mira u li jkunu jistgħu jinġabru kontribuzzjonijiet straordinarji. Fejn meħtieġ, l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandu jkollhom fis-seħħ arranġamenti ta' finanzjar alternattivi u adegwati sabiex jippermettulhom jiksbu fondi għal medda ta' żmien qasir ħalli jissodisfaw il-pretensjonijiet li jsiru fuqhom. [Em. 14]

(12)  għad-depożitanti kollha L-istess intitolament legali rigward l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti, għandu japplika L-istess livell ta' koperturagħad-depożitanti f' konformita' mal-livell ta' kopertura stabbilit f'din id-Direttiva, irrispettivament minn jekk il-munita tal-Istat Membru hijiex l-euro jew leu irrispettivament minn jekk bank hux membru ta' sistema li tipproteġi lill-istituzzjoni tal-kreditu stess. L-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro għandhom ikunu jistgħu jaġġustaw l-ammonti li jirriżultaw minn din il-konverżjoni għall-eqreb numru sħiħ mingħajr ma jikkompromettu l-protezzjoni. [Em. 15]

(13)  Minn naħa waħda, il-livell ta' kopertura preskritt f'din id-Direttiva m'għandux iħalli proporzjon kbir ta' depożiti mingħajr protezzjoni fl-interessi kemm tal-protezzjoni tal-konsumatur u tal-istabbilità tas-sistema finanzjarja; minn-naħa l-oħra, l-ispiża għal fondi ta' din l-iskema tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandha tkun ikkunsidrata. Għalhekk jidher raġjonevoli li jkun eżiġit livell ta' kopertura armonizzata fil-livell ta' EUR 100 000.

(14)  Din id-Direttiva żżom il-prinċipju ta' limitu armonizzat għal kull depożitant aktar milli għal kull depożitu. Għalhekk huwa xieraq li tittieħed konsiderazzjoni tad-depożiti magħmula minn depożitanti li jew mhumiex imsemmija bħala dententuri ta' kont jew li mhumiex dententuri uniċi ta' kont; il-limitu għandu għalhekk jiġi applikat għal kull depożitant identifikabbli. Il-prinċipju li i-limitu għandu jiġi applikat għal kull depożitant identifikabbli m'għandux ikun applikabbli għall-impriżi tal-investimenti kollettivi suġġetti għal regoli speċjali ta' protezzjoni li mhumiex applikabbli għal tali -depożiti.

(15)  L-Istati Membri ma għandhomx jinżammu milli jistabbilixxu sistemi li jipproteġu l-pensjonijiet inġenerali, li għandhom joperaw separatament għandhom ukoll jiżguraw li depożiti li jirriżultaw minn ċerti tranżazzjonijiet ikunu kompletament koperti mill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għal perjodu stabbilit. Tali depożiti jinkluduL-Istati Membri ma għandhomx jinżammu milli jipproteġu ċerti depożiti konnessi mal-akkwist jew bejgħ ta' proprjeta' residenzjali privata. Dan għandu japplika wkoll għal depożiti li huma protetti għal ċertu raġunijiet soċjali jew b'rabtadefiniti fil-liġi nazzjonali u dawk li huma konnessi mal- tranżazzjonijiet immobiljari għal finijiet ta' reżidenza privataavvenimenti taċ-ċiklu tal-ħajjai bħat-twelid, żwieġ, divorzju u b'mod partikolari l-għotjiet għall-anzjani jew li jirriżultaw minn ċerti benefiċċji jew kumpens tal-assikurazzjoni. Fil-każijiet kollha, għandhom jiġu osservati r-regoli dwar l-għajnuna mill-istat. [Em. 16]

(16)  Huwa neċessarju li jkunu armonizzati skemi finanzjarji li jiggarantixxu depożiti jew lill-istituzzjonijiet ta' kreditu nnifishom. Min-naħa l-waħda, li l-ispiża tal-finanzjament ta' dawn l-iskemi trid tintrefa“prinċipalment , fil-prinċipju, mill-istituzzjonijiet ta' kreditu nnifishom, u min-naħa l-oħra, li l-kapaċità finanzjarja ta' dawn l-iskemi għandha tkun proporzjonata mal-obbligazzjonijiet tagħhom. Sabiex jiġi żgurat li d-depożitantil-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti fl-Istati Membri kollha jgawdujuru livell għoli simili ta' protezzjoni u l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jsellfu flus lil xulxin fil-każ biss li jkunu saru sforzi sustanzjali ta' finanzjament mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti konċernata, il-finanzjament tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandu jiġi armonizzat f'livell għoli. Dan madankollu ma għandux ifixkel l-istabbiltà tas-sistema bankarja tal-Istat Membru konċernat. stabbiltà, għandu jiġi stipulat għall-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti kollha livell mira uniformi prestabbilit f” termini finanzjarji. [Em. 17]

(17)  Sabiex il-protezzjoni tad-depożiti tiġi limitata safejn neċessarju ħalli tkun żgurata ċ-ċarezza legali u t-trasparenza għad-depożitanti u biex jiġi evitat li r-riskji tal-investiment jiġu ttrasferiti fuq l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti, ċerti prodotti finanzjarji b'karattru ta' investiment għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-kopertura, partikolarment dawk li mhumiex ripagabbli in par u dawk li jkunu reġistrati fuq id-detentur u mhux fuq isem ta' persuna. .[Em. 37]

(18)  Ċerti depożitanti ma għandhomx ikunu eleġibbli għall-protezzjoni tad-depożiti, partikolarment l-awtoritajiet pubbliċi jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra. L-għadd limitat tagħhom meta mqabbel mad-depożitanti l-oħra kollha jimminimizza l-impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja fil-każ li jfalli bank. Barra minn dan l-awtoritajiet għandhom aċċess ħafna aktar faċli għall-kreditu milli għandhom iċ-ċittadini. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-depożiti tal-awtoritajiet lokali li għandhom bżonn ta' protezzjoni jkunu koperti wkoll. In-negozji mhux finanzjarji għandhom fil-prinċipju jkunu koperti, irrispettivament mid-daqs tagħhom. [Em. 18]

(19)  Id-depożitanti li l-attivitajiet tagħhom jinkludu l-ħasil tal-flus fit-tifsira tat-tielet inċiż tal-Artikolu 1(2) u (3) tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni ta' l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu(8) għandhom jiġu esklużi mill-pagamenti mill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti.

(20)  L-ispiża għall-istituzzjonijiet ta' kreditu biex jipparteċipaw f'Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti ma għandu l-ebda relazzjoni mal-ispiża li tirriżulta minn ġbir massiv ta' depożiti fil-bank mhux biss mill-istituzzjoni ta' kreditu f'diffikultajiet imma wkoll mill-instituzzjonijiet b'saħħithom, wara li jkun hemm telf ta' fiduċja tad-depożitanti fis-sodizza tas-sistema bankarja.

(21)  Huwa neċessarju li l-mezzi finanzjarji disponibbli tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jammontaw sa ċertu livell mira u li jkunu jistgħu jinġabru kontribuzzjonijiet straordinarji. Fejn meħtieġ, l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandu jkollhom fis-seħħ arranġamenti ta' finanzjar alternattivi u adegwati sabiex jippermettulhom jiksbu fondi f'qasir żmien ħalli jissodisfaw il-pretensjonijiet li jsuru fuqhom.

(22)  Il-mezziSGDs għandu jkollhom mezzi finanzjarji biżżejjed biex jitħallsu lura d-depożitanti f'każ tal-insolvenza “ta” istituzzjoni tal-kreditu. Fil-maġġoranza tal-każijiet, madankollu, għandhom jiġu applikati miżuri ta' appoġġ biex jipprevjenu l-insolvenza ta' istituzzjoni tal-kreditu minħabba li tali miżuri huma ħafna drabi aktar effettivi mir-rimbors tad-depożitanti , għall-fini tal-garanzija tad-depożiti, mir-rimborż. Minbarra dan, tali miżuri jistgħu jagħmluha possibbli li jiġu evitati iktar spejjeż u effetti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja u biex isaħħu l-fiduċja tad-depożitanti. Għalhekk, ir-riżorsi tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom ikunu jistgħu prinċipalment jintużaw ukoll għall-miżuri ta' appoġġ. Miżuri ta'appoġġ għandhom dejjem jinkludu kundizzjonijiet li l-istituzzjoni li tirċievi l-għajnuna għandha tkun konformi magħhom. Madankollu, għandu jkun possibbli li tali miżuribiex jitħallsu lura d-depożitanti. Huma jistgħu, madankollu, jintużaw ukoll b'rabta mal-istralċ ordinat biex jkun iffinanzjat it-trasferiment ta' depożiti għand istituzzjonijiet tal-kreditu oħra, sakemm l-ispejjeż imġarrba mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti għalhekk m'għandhomx jaqbżu ma jaqbżux l-ammont ta' depoziti koperti fl-istitut tal-kreditu konċernat. Jistgħu wkoll sa ċertu punt, kif iċċirkoskrit fid-Direttiva, jintużaw biex tiġi ffinanzjata l-privenzjoni ta' fallimenti ta' banek. Dawn il-miżuri għandhom ikunu konformi mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Dan huwa blaDawn l-għażliet għall-azzjoni tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-politika futura tal-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' fondi ta' risoluzzjoni mill-banek nazzjonali. [Em. 19]

(22a)  Għandu jkun possibli li l-fondi tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jintużaw biex jiffinanzjaw il-kontinwità tat-tħaddim tal-kont fir-rigward tas-sehem ta' depożiti koperti ta' istituzzjoni. [Em. 20]

(23)  It-tabella 1 tal-punt 14 tal-Anness I għad-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital tal-impriżi tal-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu (tfassil mill-ġdid) (9) tpoġġi riskji fuq ċerti assi. Dik it-tabella għandha titqies sabiex jiġi żgurat li l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jinvestu biss f'assi b'riskju baxx.

(24)  Il-kontribuzzjonijiet lil Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom iqisu l-grad ta' riskju li jieħdu l-membri tagħhom. Dan għandu jippermetti li l-profili tar-riskji tal-banek individwali, inklużi l-mudelli tan-negozju differenti tagħhom, jiġu riflessi u għandu jwassal għal kalkolu ġust tal-kontribuzzjonijiet u biex jingħataw inċentivi ħalli joperaw skont mudell ta' negozju inqas riskjuż. Għal dak il-għan, għandu jiġi stabbilit metodu standard għad-determinazzjoni u l-kalkolu ta' kontribuzzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti. L-iżvilupp ta' sett mandatorju ta' indikaturi ewlenin li jkun mandatorju għall-Istati Membri kollha u sett ieħor fakultattiv u supplementari ta' indikaturi, ibbażati fuq approċċ komuni maqbul bejn l-ABE u l-awtoritajiet kompetenti, għandhom jintroduċu din l-armonizzazzjoni gradwalment. Madankollu, in-natura tar-riskji aċċettati mill-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati tista' tvarja skont iċ-ċirkustanzi tas-suq u l-attivitajiet tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu. Huwa għalhekk tajjeb li, minbarra l-metodu standard, l- jiġu permessi jużaw ukoll il-metodi alternattivi bbażati fuq ir-riskju tagħhom stess sakemm dawk il-metodi alternattivi bbażati fuq ir-riskju jkunu konformi mal-linji gwida li jkunu stabbiliti mill-Awtorità Bankarja Ewropea wara konsultazzjoni mal-Forum Ewropew ta' Assikuraturi tad-Depożitu (EFDI). Tali metodi alternattivi bbażati fuq ir-riskju jieħdu kont tal-profil tar-riskju ta' banek individwali, iwaslu għal kalkolu iktar preċiż tal-kontribuzzjonijiet, adattati għal ċirkostanzi fis-suq tal-Istati Membri, u jipprovdu inizjattivi għall-operazzjoni taħt mudell kummerċjali b'inqas riskji. Sabiex jittieħed kont ta' setturi ta' self b'riskju partikolarment baxx regolati taħt il-liġi nazzjonali, għandu jiġi provdut tnaqqis korrispondenti fil-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu. [Em. 21]

(24a)  Il-profittabbiltà, f'xi każijiet, intużat bħala indikatur ta' tnaqqis tar-riskju għal primjums ibbażati fuq ir-riskju. Dan ma jqisx il-mudell tan-negozju ta' mutwalitajiet li ma jfittxux li jagħmlu l-ogħla qligħ possibbli. Barra minn hekk, ix-xewqa biex jiżdied il-qligħ tista' toħloq inċentiv pervers għall-adozzjoni ta' strateġiji aktar riskjużi. Għandha tiġi kkunsidrata stampa olistika ta' mudell ta' negozju sod. [Em. 22]

(25)  Il-protezzjoni ta' depożiti hija element essenzjali fit-twettieq tas-suq intern u supplement indispensabbli tas-sistema ta' superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu minħabba s-solidarjetà li toħloq fost l-istituzzjonijiet kollha f'suq finanzjarju partikolari fil-każ ta' falliment ta' xi wieħed minnhom. Għalhekk, l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom ikunu kapaċi jsellfu flus lil xulxin f'każ ta' bżonn. 

(26)  Il-perijodu għall-ħlas lura ta' massimu ta' sitt ġimgħat mill-31 ta' Diċembru 2010, imur kontra l-ħtieġa li tinżamm il-fiduċja tad-depożitanti u ma jissodisfax il-ħtiġijiet tagħhom. Iż-żmien għall-ħlas lura għandu għalhekk jitnaqqas għal perjodu ta' ġimgħa ta' ħamest ijiem ta' xogħol iżda mhux inqas minn ġimgħa. [Emendi. 23 u 150/rev]

(26a)  Iżda f'ħafna każijiet, għadhom ma jeżistux il-proċeduri neċessarji għal limitu qasir għar-ripagament. Jekk madankollu, id-depożitaturi huma żgurati li l-limitu ta' żmien għar-ripagament se jkun qasir u mbagħad, bil-falliment ta' istituzzjoni ta' kreditu, il-limitu ta' żmien ma jiġix rispettat, dan jista' jkun ta' ħsara permanenti għall-fiduċja tad-depożitaturi fi skemi ta' garanzija tad-depożitu, u b'hekk jitfixklu l-effett ta' stabilizzazzjoni u l-għan tagħhom. Għalhekk l-Istati Membri għandhom jingħataw l-għażla, waqt perjodu ta' tranżizzjoni li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2016, li jadottaw limitu ta' żmien għar-ripagament ta' għoxrin jum ta' xogħol jekk, wara eżami mill-awtoritajiet kompetenti, ikun ġie aċċertat li ż-żmien limitu mqassar għall-iżborż ma jistax jiġi realizzat. F'dak il-każ, il-proċeduri meħtieġa għal-limitu ta' żmien ta' ħamest ijiem ta' xogħol għar-ripagamentgħandu jiġi żviluppat u ttestjat sa dik id-data. Sabiex jiġi assigurat li, waqt il-perjodu ta' tranżizzjoni li jtemm fil-31 ta' Diċembru 2016, id-depożitanti ma jiltaqgħux ma' diffikultajiet finanzjarji fil-każ ta' falliment tal-istituzzjoni tal-kreditu tagħhom, id-depożitanti għandhom madankollu jkunu jistgħu jirċievu żborż sa EUR 5 000 mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti applikabbli fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol, iżda mhux inqas minn ġimgħa, fuq id-depożitu eliġibbli għar-ripagament. [Emendi. 24 u 150/rev]

(27)  L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti fl-Istati Membri fejn istituzzjoni tal-kreditu tkun stabbilixxiet fergħat jew fejn tipprovdi servizzi direttament, għandhom jinfurmaw u jħallsu lura lid-depożitanti f'isem l-Iskema fl-Istat Membru fejn l-istituzzjoni tal-kreditu kienet awtorizzata. L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti li jistgħu jkunu konċernati għandhom jidħlu fi ftehimiet minn qabel ħalli jiffaċilitaw il-kompiti tagħhom.

(28)  L-informazzjoni hija element essenzjali fil-protezzjoni ta' depożitanti  . Għalhekk, id-depożitanti eżistenti għandhom ikunu infurmati, fir-rapporti dwar il-kontijiet tagħhom, dwar il-kopertura u l-iskema ta' Garanzija tad-Depożiti responsabbli , filwaqt li dawk b'intenzjoni li jsiru depożitanti għandhom jiġu mistoqsija billi jikkontrofirmaw karta standardizzata ta' informazzjoni. Il-kontenut ta' din l-informazzjoni għandu jkun identiku għad-depożitanti kollha u għal dawk b'intenzjoni li jsiru depożitanti/. L-użu mhux regolat fir-reklamar ta' referenzi lejn l-ammont u l-ambitu ta' skema ta' garanzija ta' depożiti tista' taffettwa l-istabbiltà tas-sistema bankarja jew tal-fiduċja tad-depożitanti. Għalhekk, referenza għall-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti fir-riklami għandha tkun limitata għal stqarrija qasira u fattwali. Sistemi li jipproteġu lill-istituzzjoni tal-kreditu stess għandhom jinfurmaw b'mod ċar lid-depożitanti dwar id-dritt legali il-funzjonitagħhom fil-qafas tal-livell ta' kopertura stabbilita f'din id-Direttiva u dwar kif jopera mingħajr ma jwiegħdu protezzjoni bla limiti tad-depożiti. [Em. 25]

(29)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data [dejta] personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data [dejta](10) tapplika għall-ipproċessar tad-dejta personali li titwettaq skont din id-Direttiva.

(30)  Huwa possibbli li din id-Direttiva ma tirriżultax f' responsabbiltà min-naħa tal-Istat Membru jew l-awtoritajiet kompetenti tiegħu fir-rigward ta' depożitanti jekk huma jkunu żguraw li skema waħda jew aktar li tiggarantixxi depożiti jew l-istituzzjonijiet ta' kreditu nnifishom u tiżgura kumpens jew protezzjoni tad-depożitanti skont il-kundizzjonijiet preskritti f'din id-Direttiva kienu ġew introdotti u uffiċjalment rikonoxxuti.

(31)  Il-Kummissjoni fil-proposta tagħha għar-Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea tat-23 ta' Settembru 2009(11) ressqet abbozz ta' leġiżlazzjoni li joħloq Sistema Ewropea ta' Superviżuri Finanzjarji u pprovdiet dettalji dwar l-istruttura ta' dan il-qafas superviżorju ġdid fosthom il-ħolqien ta' Awtorità Bankarja Ewropea.

(32)  Filwaqt li tirrispetta s-superviżjoni tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti mill-Istati Membri, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan li jsir eħfef għall-istituzzjonijiet tal-kreditu li jibdew u jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom filwaqt li fl-istess ħin jiżguraw protezzjoni effikaċi għad-depożitanti u jimminimizzaw ir-riskju għall-persuni li jħallsu t-taxxa. Għal dak il-għan, l-Awtorità għandha tikkonferma li l-kundizzjonijiet tas-self bejn l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti stipulati f'din id-Direttiva huma ssodisfati u tiddikjara, fil-limiti stretti stabbiliti minn din id-Direttiva, l-ammonti li jistgħu jissellfu minn kull skema, ir-rata ta' mgħax inizjali kif ukoll it-tul tas-self. F'dan ir-rigward, l-ABE għandha wkoll tiġbor l-informazzjoni dwar l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti, partikolarment fuq l-ammonti ta' depożiti koperti minnhom, kif ikkonfermati mill-awtoritajiet kompetenti. Għandha tinfurma lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti l-oħra dwar l-obbligu tagħhom li jsellfu.[Em. 26]

(33)  Hemm ħtieġa li jiġi introdott strument effikaċi biex jiġu stabbiliti standards tekniċi armonizzati fis-servizzi finanzjarji ħalli jkunu żgurati kundizzjonijiet ugwali u protezzjoni xierqa tad-depożitanti madwar l-Ewropa. Dawn l-istandards għandhom jiġu żviluppati sabiex tiġi standardizzata l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet abbażi tar-riskju. [Em. 27]

(34)  Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament effiċjenti u effikaċi tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti u kunsiderazzjoni bbilanċjata tal-pożizzjonijiet tagħhom fl-Istati Membri differenti, l-Awtorità għandha tkun kapaċi ssolvi n-nuqqasijiet ta' qbil bejniethom b'effett vinkolanti.

(34a)  Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2010 b'rakkomandazzjonijiet għall-Kummissjoni dwar il-Ġestjoni tal-Kriżijiet Transkonfinali fis-Settur Bankarju, il-Parlament Ewropew saħaq fuq il-bżonn għal mekkaniżmu Ewropew li jsolvi l-kriżi bankarja. L-istabbiliment ta' tali mekkaniżmu m' għandux jaffettwa l-protezzjoni tad-depożitaturi permezz tal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti. [Em. 28]

(35)  Il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti delegati skont Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikolu 5(5) sabiex taġġusta l-livell ta' kopertura għad-depożiti kollha tal-istess depożitant kif stabbilit f'din id-Direttiva skont l-inflazzjoni fl-Unjoni Ewropea abbażi tal-kambjamenti fl-indiċi tal-prezzijiet tal-konsumaturi.Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.[Em. 29]

(35a)  Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata l-poter li tadotta l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji tal-ABE li jistabbilixxu ld-definizzjonijiet u l-metodu għal kalkolu tal-kontribuzzjonijiet li jiddependu mir-riskji minn istituzzjonijiet tal-kreditu għal Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti deskritti f'din id-Direttiva skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ABE għandha tiżviluppa tali standards regolatorji tekniċi u tippreżentahom lill-Kummissjoni biex taċċettahom sal-31 ta' Diċembru 2012. [Em. 30]

(36)  Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-għanijiet tal-azzjoni li tkun ser tittieħed, jiġifieri l-armonizzazzjoni tar-regoli dwar il-funzjonament tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti, jistgħu jintlaħqu biss fil-livell tal-Unjoni. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(37)  L-obbligu li din id-Direttiva tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sustanzjali meta mqabbla mad-Direttivi preċedenti. L-obbligu li jiġu trasposti d-dispożizzjonijiet li mhumiex mibdula joriġina mid-Direttivi preċedenti.

(38)  Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stipulati fl-Anness IV,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett u ambitu

1.  Din id-Direttiva tistipula r-regoli dwar il-funzjonament tas-sistema Ewropea tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti nazzjonali biex jitwaqqaf netwerk ta' sigurtà komuni li jipprovdi livell għoli ta' protezzjoni lid-depożitanti fil-livell tal-Unjoni. [Em. 31]

2.  Din id-Direttiva għandha tapplika għall-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti kollha rikonoxxuti skont Artikolu 3(1) u għall-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati tagħhom. L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jistgħu jassumu l-forma fuq bażi statutorja jew kontrattwali kif ukoll għall-iskemi tal-protezzjoni tal-istituzzjonijiet rikonoxxuti bħala Skemi ta' Garanzija tad-Depożitijew skemi ta' protezzjoni istituzzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 80(8) tad-Direttiva 2006/48/KE. [Em. 32]

3.  L-iskemi tal-protezzjoni tal-instituzzjonijiet iddefiniti fl-Artikolu 80(8) tad-Direttiva 2006/48/KE jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti mill-awtoritajiet kompetenti jekk jissodisfaw il-kriterji kollha stipulati f'dak l-Artikolu u f'din id-Direttiva. [Em. 33]

4.  Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, l-iskemi tal-protezzjoni tal-istituzzjonijiet li mhumiex rikonoxxuti skont il-paragrafu 3 u lil-Artikolu 3(1)ma jiggarantixxux depożiti ma għandhomx ikunu soġġetti bissgħal din id-Direttiva, ħlief għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(5), sal-Artikolu 14(6a) u l-paragrafu 9 tal-Anness III. [Em. 34]

4a.  Il-Kummissjoni, f' kooperazzjoni mal-ABE, għandha tiżgura li l-livell ta' protezzjoni għad-depożitanti jibqa' għoli, fil-każ tal-istabbiliment ta' fond Ewropew għar-riżoluzzjoni tal-kriżi bankarja. [Em. 35]

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:

  (a) “depożitu” tfisser:
   (i) kwalunkwe bilanċ ta' kreditu li jirriżulta minn fondi li jitħallew f'kont jew minn sitwazzjonijiet temporanji li joħorġu minn tranżazzjonijiet bankarji normali, inklużi depożiti għal terminu fiss, depożiti ta' tfaddil u depożiti reġistrati, u li l-istituzzjoni ta' kreditu għandha tħallas skont il-kondizzjonijiet legali u kontrattwali applikabbli, jew
   (ii) kwalunkwe dejn ipprovat minn ċertifikat maħruġ mill-istituzzjoni ta' kreditu. [Em. 36]

Ishma f'building societies fir-Renju Unit u l-Irlanda apparti minn dawk ta' natura kapitali koperti bl-Artikolu 2 għandhom ikunu meqjusa bħala depożiti.

   l-eżistenza tiegħu tista' tiġi ppruvata biss b'ċertifikat li mhumiex rapport tal-kont fejn għandu jkun reġistrat fuq id-detentur u mhux fuq isem ta' persuna; [Em. 37]
   fejn il-kapital mhux ripagabbli at par;
   fejnil-kapital tiegħu huwa ripagabbli biss in par taħt garanzija jew ftehim partikolari mogħti mill-istituzzjoni tal-kreditu jew parti terza; 
   (b) “depożiti eliġibbli” tfisser depożiti li mhumiex esklużi mill-protezzjoni skont l-Artikolu 4;
   (c) “depożitu kopert” tfisser il-parti ta'- depożitu eliġibbli li ma jaqbiżx il-livell ta' kopertura msemmi fl-Artikolu 5;
   (ca) “depożitatur” tfisser id-detentur jew, fil-każ ta' kont konġunt, kull wieħed u waħda mid-detenturi tad-depożitu; [Em. 38]
   (d) “kont konġunt” tfisser kont miftuħ fl-ismijiet ta' tnejn jew aktar persuni jew li fuqhom tnejn jew aktar persuni jkollhom drittijiet li joperaw permezz ta' firma ta' wieħed jew aktar minn dawk il-persuni;
  (e) “depożiti mhux disponibbli” tfisser depożitu li huwa dovut u pagabbli imma li ma kienx ġie mħallas mill-istituzzjoni ta' kreditu permezz tal-kundizzjonijiet legali u kuntrattwali applikabbli dwarhom, li kienu jew:
   (i) l-awtoritajiet kompetenti relevanti jkunu ddeterminaw li fl-aspett tagħhom, skont l-informazzjoni li jkollhom disponibbli f' dak il-mument, l-istituzzjoni ta' kreditu kkonċernata tkun tidher li ma tkunx tista' għal dak il-perjodu issa, għal raġunijiet li huma direttament relatati maċ-ċirkostanzi finanzjarji tagħha, li jitħallastħallas lura d-depożitu u li ma jkollha l-ebda prospett attwali li jkun jista jsir dan. [Em. 39]

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu tali determinazzjoni malajr kemm jista' jkun u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta' xogħol wara li l-ewwel ikunu sodisfatti li istituzzjoni ta' kreditu tkun naqset milli tħallas lura depożiti li huma dovuti u pagabbli, jew

   (ii) fejn ma tkun saret l-ebda deteriminazzjoni taħt il-punt (i), awtorità ġudizzjarja li tkun tat digriet għar-raġunijiet li huma direttament relatati maċ-ċirkostanzi finanzjarji tal-istituzzjoni ta' kreditu li jkollha l-effett li tissospendi l-abbiltà ta' depożitanti li jagħmlu pretensjonijiet kontra tagħha,

(f-a) “miżuri ta' prevenzjoni u appoġġ” tfisser miżura adottata minn Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti biex jevitaw il-falliment bankarju tal-istituzzjonijiet affiljati tal-kreditu, inkluż:

   (f) “istituzzjonijiet ta' kreditu” tfisser impriża fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/48/KE;
   (i) il-verifika tal-qagħda ekonomika u l-pożizzjoni tar-riskju tal-istituzzjonijiet affiljati tal-kreditu jew, fejn tali istituzzjoni tkun qed titwaqqaf, il-pjanijiet bażiċi, kif ukoll il-jeddijiet ta' tagħrif f'dak li għandu x'jaqsam mal-bidliet sostanzjali fil-proprjetà u l-kontroll,
   (ii) ir-rekwiżit li l-istituzzjonijiet affiljati tal-kreditu jagħtu tagħrif dwar il-qagħda ekonomika tagħhom u l-pożizzjoni tagħhom ta' riskju, l-iżvilupp tagħhom u kambjamenti intiżi għall-mudell kummerċjali tagħhom,
   (iii) l-impożizzjoni ta' kondizzjonijiet ħalli jkun limitat il-volum tad-depożiti ggarantiti kemm kompletament kemm parzjalment biex jillimitaw ċerti funzjonijiet kummerċjali fejn abbażi ta' verifika jew minn għejun oħrajn, ikun hemm indikazzjonijiet li jista' jkun hemm riskju possibbli jew akut li jkun hemm rikors għall-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti,
   (iv) iż-żieda ta' kontribuzzjonijiet skont il-pożizzjoni individwali tar-riskju tal-istituzzjoni,
   (v) ftehim dwar l-iskambju ta' tagħrif mal-awtoritajiet kompetenti inkluż tagħrif kunfidenzjali,
   (vi) l-għoti ta' garanziji, self u kull tip ta' likwidità u assistenza ta' kapital, inkluż is-sodisfazzjon ta' pretenzjonijiet ta' terzi.[Am. 149/rev]
  (fa) “miżuri flimkien mal-istralċ ordinat ta' istituzzjonijiet tal-kreditu” tfisser miżuri biex jiġi evitat milli tiddaħħal l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti,inkluż:
   (i) assistenza fl-akkwist ta' istituzzjoni ta' kreditu li saret żbilanċjata,
   (ii) trasferiment tad-depożiti u tal-beni korrispondenti, inklużi setturi tan-negozju lil istituzzjoni ta' kreditu li sservi ta' konnessjoni,
   (iii) obbligu ta' fużjoni ma' istituzzjonijiet oħra tal-kreditu,
   (iv) stralċ ordinat bil-parteċipazzjoni ta' Skema ta' Garanzija tad-Depożiti. [Em. 40]
   (g) “fergħa” tfisser fergħa fit-tifsira tal-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2006/48/KE;
   (h) “livell mira” tfisser 1.5% tad-depożiti eleġibbli għal koperturakoperti li tkun responsabbli għalihom Skema ta' Garanzija tad-Depożiti; [Em. 41]
   (i) “mezzi finanzjarji disponibbli ” tfisser kontanti, depożiti u assi b'riskju baxx bi żmien residwu għall-maturazzjoni finali ta' 24 xahar jew anqas, li jkunu jistgħu jiġu likwiditati f'limitu ta' żmien li ma jaqbiżx il-limitu stipulat fl-Artikolu 7(1) u sa 10% tal-assi rċevuti bħala ġaranzija; [Em. 42]   (ia) “Assi rċevuti bħala ġaranzija” tfisser impenji ta' ħlasijiet appoġġjati kif xieraq minn kollaterali ta' kwalità għolja u soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
   (i) il-kollaterali jikkonsistu f'assi b'riskju baxx li ma jkunu mxekkla minn ebda drittijiet ta' parti terza, għad-dispożizzjoni libera, u allokati għall-użu esklussiv tal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti li għandha d-dritt irrevokabbli li tikklejmja dawn il-ħlasijiet meta jkun hemm talba,
   (ii) istituzzjoni tal-kreditu hija intitolata għar-redditu fuq l-assi mirhuna minn dik l-istituzzjoni ta' kreditu bħala kollaterali,
   (iii) il-kollaterali hija soġġetta għal analiżi “mark-to-market”, u l-istituzzjonijiet ta' kreditu jiżguraw li l-valutazzjoni “mark-to-market” tal-kollaterali tkun mill-anqas ugwali għall-impenn ta' dik l-istituzzjoni ta' kreditu fl-iskema, u
   (iv) - “”valuation haicuts' jiġu applikati fil-valutazzjoni tal-assi sottostanti u l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti tirrikjedi li l-valur tas-suq aġġustat għall-istima tat-telf tal-assi sottostanti jinżamm tul iż-żmien; [Em. 43]
   (j) “assi b'riskju baxx” tfisser assi li jaqgħu f'waħda mill-kategoriji stipulati fl-ewwel u fit-tieni kategorija tat-Tabella 1 fil-punt 14 tal-Anness I għad-Direttiva 2006/49/KE iżda li jeskludu partiti oħra li jikkwalifikaw kif imsemmi fil-punt 15 ta' dak l-Anness;

(k)  “Stat Membru tad-domiċilju” tfisser Stat Membru tad-domiċilju fit-tifsria tal-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2006/48/KE;

(l)  “Stat Membru osptitanti” tfisser Stat Membru osptitanti fit-tifsria tal-Artikolu 4(8) tad-Direttiva 2006/48/KE;

   (m) “awtoritajiet kompetenti” tfisser awtoritajiet kompetenti fit-tifsira tal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2006/48/KE.

2.  Fejn din id-Direttiva tirreferi għar-Regolament (UE) No 1093/2010], il-korpi li jamministraw l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom, għall-fini ta' dak ir-regolament, jitqiesu awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) No 1093/2010.

Artikolu 3

Sħubija u superviżjoni

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li fit-territorju tiegħu, waħda jew aktar Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti jkunu introdotti u uffiċjalment rikonoxxuti.

Dan ma għandux jeskludi fużjoni ma' skemi ta' Stati Membri differenti. L-approvazzjoni ta' tali Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti transkonfinali jew magħquda għandhom jinkisbu mill-awtoritajiet kompetenti f' koperazzjoni mal-ABE. [Em. 44]

Meta tiġi biex tikkonsidra jekk l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhiex tiġi rikonoxuta uffiċjalment, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-istabbiltà tas-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti u għandha tiżgura li s-sħubija tagħha hija bbilanċjata. [Em. 45]

L-ebda istituzzjoni ta' kreditu ma tistax tieħu depożiti sakemm ma tkunx membru ta' skema bħal dik.

2.  Jekk l-istituzzjoni ta' kreditu ma tkunx konformi mal-obbligi mitfuħa fuqha bħala membru ta' Skema ta' Garanzija ta' Depożitu, l-awtoritajiet kompetenti li jkunu ħarġu l-awtorizzazzjoni tagħha għandhom ikunu nnotifikati minnufih u, b'kollaborazzjoni mal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti, għandhom jieħdu l-miżurifil-pront il-miżuri kollha xierqa inklużi l-impożizzjonijiet ta' sanzjonijiet biex jiżguraw li l-istituzzjoni ta' kreditu tkun konformi mal-obbligi tagħha. [Em. 46]

3.  Jekk dawk il-miżuri jonqsu milli jiżguraw konformità min-naħa tal-istituzzjoni ta' kreditu, l-iskema tista“, meta l-liġi nazzjonali tippermetti l-esklużjoni ta' membru, bil-kunsens espress tal-awtoritajiet kompetenti, tagħti notifika ta' mhux anqas minn xahar (1) tal-intenzjoni tagħha li teskludi l-istituzzjoni ta' kreditu mis-sħubija tal-iskema. Depożiti magħmula qabel ma jiskadi l-perijodu tan-notifika għandhom jibqgħu li jkunu koperti bis-sħieħ mill-iskema. Jekk, meta jiskadi l-perijodu tan-notifika, l-istituzzjoni ta' kreditu ma tkunx konformi mal-obbligi tagħha, l-iskema ta' garanzija għandha tipproċedi għal esklużjoni.

4.  Id-depożiti miżmuma meta titneħħa l-awtorizzazzjoni tal-istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2006/48/KE, għandhom jibqgħu jkunu koperti mill-iskema tal-garanzija.

5.  L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti kollha msemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu supervizzatisorveljati mill-awtoritajiet kompetenti fuq bażi kontinwa, f' konformita' mar-regoli eżistenti tas-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF), fir-rigward tal-konformità tagħhom ma' din id-Direttiva. [Em. 47]

L-ABE għandha tissorvelja s-superviżjoni ta' Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti transkonfinali, f' koperazzjoni ma' korp, li jkun magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi rispettivi fejn l-istituzzjonijiet ta' kreditu jkunu affiljati. [Em. 48]

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Iskemi ta'l-metodi alternattivi adottati minn Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti jikkorrispondu mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(3a) jew mal-linji gwida adottati mill-ABE skont l-Artikolu 11(5), li għad-Depożiti jwettqu testijiet tas-sistemi tagħhom u li jiġu infurmati immedjatament fil-każ li l-awtoritajiet kompetenti jiskopru problemi f'istituzzjoni ta' kreditu li x'aktarx jagħtu lok għall-għal intervent ta'intervent ta' Skemi ta' Garanzija għad-depożiti. L-ABE għandha tikkoordina l-azzjonijiet tal-Istati Membri. [Em. 49]

Dawn it-testijiet għandhom isiru tal-anqas kull tliet snin jew b'mod aktar frekwenti meta jirrikjedu ċ-ċirkustanzi. L-ewwel test għandu jitwettaq sal-31 ta' Diċembru 2013. [Em. 50]

L-ABE għandha tibgħat lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, stabbilit mir-Regolament (UE) Nru.1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta' Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (12) (BERS) fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba mill-BERS, l-informazzjoni rigward l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti li hija meħtieġa għall-analiżi tar-riskju sistemiku. [Em. 51]

F'dan ir-rigward l-ABE għandha mill-inqas kull ħames snin twettaq perjodikament analiżi bejn il-pari skont l-Artikolu 15 tar-[regolament tal-ABE]l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ambitu ta' tali eżamijiet mill-ġdid bejn il-pari għandu jinkludi prattiki ta' governanza korporattiva skont il-paragrafu 7a. L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom ikunu marbuta bis-segretezza professjonali msemmija fl-Artikolu 56 ta' dak ir-Regolamentfl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) Nru. 1093/2010 meta jiskambjaw informazzjoni mal-Awtorità Bankarja Ewropea mal-ABE.

Barra minn hekk l-ABE għandu jkollha s-setgħa li teżamina r-reżistenza għall-istress tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti kull sena f' konformita' ma' xenarji differenti ta' punti determinanti predefiniti, abbażi ta' ċifri aġġornati, biex jiġi deċiż jekk ikunx xieraq li jsir aġġustament tal-mudell ta' kalkolu attwali u tal-livell mira. F'dak il-kuntest it-test tar-reżistenza għall-istress għandu jkun ibbażat fuq xenarju ta' impatt żgħir, xenarju ta' impatt medju, u xenarju ta' impatt kbir. [Em. 52]

7.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti, fi kwalunkwe ħin u fuq talba tagħhom jirċievu mingħand il-membri tagħhom l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jitħejja ripagament tad-depożitanti, fosthom il-marki taħt l-Artikolu 4(2). L-informazzjoni meħtieġa biex jitwettaq test tal-istress għandha tkun ippreżentata lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti fuq bażi kontinwa. Din l-informazzjoni għandha tkun anonima. L-informazzjoni miksuba tista' tintuża biss għat-twettiq tat-test tal-istress, għall-analiżi tal-evoluzzjoni storika tar-reżistenza tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jew għall-preparazzjoni ta'ta' ripagamenti u ma għandhiexħlasijiet lura u għandha tinżamm aktar milli hu meħtieġ għal dawk il-finijiet.kunfidenzjali. [Em. 53]

7a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti tagħhom ikollhom prattiki sodi ta' governanza korporattiva fis-seħħ u b'mod partikolari, li:

   (a) il-bordijiet tagħhom għandhom jinkludu mill-anqas membru mhux eżekuttiv wieħed u għandu jkollhom proċessi miftuħa u trasparenti biex jaħtru l-bord;
   (b) huma għandhom jipproduċu rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħhom. [Em. 54]

Artikolu 4

Eliġibbiltà tad-depożiti

1.  Dawn li ġejjin għandhom ikunu esklużi minn kwalukwe ripagament minn SGDs:

   (a) suġġett għal-Artikolu 6(3), depożiti magħmula mill-istituzzjonijiet ta' kreditu oħra f'isimhom jew  għan-nom tagħhom;
   (b) l-istrumenti kollha li jidħlu fid-definizzjoni ta' “fondi tagħha” fit-tifsira tal-Artikolu  57 tad-Direttiva 2006/48/KE;
   (c) depożiti li joriġinaw minn tranżazzjonijiet li b'konnessjoni magħhom kien hemm kundanna kriminali għal ħasil tal-flus fit-tifsira tal-fl-Artikolu 1 (C) Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2005/60/KE;[Em. 55]
   (ca) id-depożiti li fir-rigward tagħhom id-depożitant u l-istituzzjoni tal-kreditu jkunu qablu kuntrattwalment li d-depożitu għandu jiġi applikat it-trasferiment ta' obbligi speċifiċi tad-depożitant lejn l-istituzzjoni tal-kreditu jew xi parti oħra, bil-kundizzjoni li bis-saħħa tal-liġi jew ta' arranġamenti kuntrattwali, l-ammont tad-depożitu jista' jinbeda mid-depożitant jew jinbeda awtomatikament permezz ta' tali obbligi f'ċirkostanzi fejn id-depożitu altrimenti kien isir depożitu mhux disponibbli; [Em. 56]
   (d) depożiti minn istituzzjonijiet finanzjarji kif definiti fl-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2006/48/KE;
   (e) depożiti minn ditti tal-investiment kif definiti fl-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji(13);
   (f) depożiti li d-detenturi tagħhom qatt ma ma ġewx identifikati skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2005/60/KE, meta ma jiqbgħux disponibblifil-mument tal-attivazzjoni, waqt u wara l-ħlas lura tal-garanziji tad-depożitu; [Em. 57]
   (g) depożiti minn impriżi tal-assigurazzjoni;
   (h) depożiti minn impriżi tal-investiment kollettiv;
   (i) depożiti minn fondi tal-pensjonijiet u tal-irtirar, barra dawk fi skemi ta' pensjoni personali jew fi skemi ta' pensjoni okkupazzjonali ta' impjegatur li ma jkunx kumpanija kbira; [Em. 58]
   (j) depożiti mill-awtoritajietmill-Istat u minn awtoritajiet ċentrali, reġjonali u lokali; [Em. 59]
   (k) titoli ta' dejn maħruġa minn istituzzjoni tal-kreditu u obbligazzjonijiet li joriġinaw mill-aċċettazzjonijiet proprji u kambjali.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet tal-kreditu jimmarkaw id-depożiti msemmija fil-paragrafu 1 b'mod li dawn id-depożiti jkunu jistgħu jiġu identifikati immedjadament.

2a.  Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-depożiti mill-awtoritajiet lokali jkunu disponibbli għal ħlasijiet lura minn Skema ta' Garanzija tad-Depożiti sakemm tiġi sodisfatta waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

   (a) ma jimġjegawx bħala rutina teżorier professjonali; jew
   (b) it-telf tad-depożiti jkun ta' xkiel serju għall-għoti kontinwu tas-servizzi tal-gvern lokali. [Em. 60]

Artikolu 5

Livell ta' kopertura

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kopertura għad-depożiti aggregati ta' kull depożitant għandha tkun ta' EUR 100 000 fil-każ li d-depożiti ma jkunux disponibbli.

1a.  Minbarraa dan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, li d-depożiti li ġejjin ikunu protetti b'mod komplut:

   (a) depożiti li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet immobiljari relatati ma proprjetajiet reżidenzjali privati sa 12-il xahar wara li l-ammont ikun ġie kkreditat jew mill-mument li fih tali depożiti jsiru legalment trasferibbli;
   (b) depożiti li jissodisfaw l-għanijiet definiti fil-liġi nazzjonali li huma marbuta ma' avvenimenti partikolari matul il-ħajja bħal żwieġ, divorzju, ħruġ bil-pensjoni, tkeċċija, senjsar, invalidità għax-xogħol jew mewt ta' depożitant, għal perjodu ta' mhux iktar minn tnax-il xahar wara li l-ammont ikun ġie kkreditat;
   (c) depożiti li jissodisfaw għanijiet definiti fil-liġi nazzjonali u jibbażaw fuq il-ħlas ta' benefiċċji ta' assikurazzjoni, kumpens għal korrimenti kriminali jew kundanni żbaljati, għal tul ta' żmien ta' mhux iktar minn tnax-il xahar wara li l-ammont ikun ġie kreditat jew mill-mument meta tali depożiti jkunu jistgħu jiġu trasferiti b'mod legali. [Em. 61]

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti ma jiddevjawx mil-livell ta' kopertura stabbilitd-depożitaturi jkunu legalment intitolati għal-livell ta' kopertura stabbilit fil-paragrafu 1. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li d-depożiti li ġejjin ikunu koperti sakemm l-ispejjeż ta' dawn ir-ripagamenti mhumiex soġġetti għall-Artikoli 9, 10 u 11:[Em. 62]

   (a) depożiti li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet immobiljari għal finijiet reżidenzjali sa 12-il xahar wara li l-ammont ikun ġie kkreditat; [Em. 63]
   (b) depożiti li jissodisfaw kunsiderazzjonijiet soċjali definiti fil-liġi nazzjonali u li huma marbuta ma' avvenimenti partikolari matul il-ħajja bħal żwieġ, divorzju, invalidità jew mewt ta' depożitant. Il-kopertura ma għandhiex taqbeż perjodu ta' 12-il xahar wara dan l-avveniment. [Em. 64]

3.  Il-paragrafu 2Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni lill-Istati Membri milli jżommu jew jintroduċu skemi li jipproteġu prodotti ta' provediment u pensjonijiet tal-anzjanità, sakemm dawn l-iskemi ma jkoprux biss id-depożiti iżda joffru livell ta' kopertura komprenżiva tal-prodotti u s-sitwazzjonijiet rilevanti f'dan ir-rigward. [Em. 65]

3a.  Fir-rigward ta' depożiti ma' istituzzjonijiet ta' kreditu jew fergħat ta' istituzzjonijiet ta' kreditu barranin fl-Istati Membri li kienu diġà saru qabel il-31 ta' Diċembru 2010 u fir-rigward ta' depożiti ta' depożitanti li l-post ta' residenza prinċipali tagħhom ikun fi Stat Membru li, qabel l-1 ta' Jannar 2008, kellu livell ta' kopertura bejn EUR 100 000 u EUR 300 000 għal depożiti, l-Istat Membru kkonċernat jista' jiddeċiedi, permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, li l-livell ta' kopertura fiss li kien fis-seħħ sa dak iż-żmien jista' jibqa' fis-seħħ bla ma jinbidel. F'dan il-każ, il-livell mira u l-kontribuzzjonijiet dipendenti fuq ir-riskju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jiġu aġġustati bl-istess mod. [Em. 66]

4.  Id-depożiti għandhom jitħallsu fil-munita li fiha jkun il-kont. Jekk l-ammonti espressi f'euro msemmijin fil-paragrafu 1  jiġu kkonvertiti f'muniti nazzjonali oħra l-ammonti effettivament imħallsa lid-depożitanti  għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'din id-Direttiva. Fil-każ tad-depożiti espressi f'munita oħra, id-depożitaturi għandhom ikunu intitolati li jiddeċiedu jekk is-somom għandhomx ikunu mħallsa f'waħda mill-muniti li ġejjin:

     (a) dik li fiha kienmiżmum il-kont sa data li jkun hemm qbil dwarha mal-awtoritajiet kompetenti u li tkun aktar tard mill-iskadenza stipulata fl-Artikolu 7(1); jew
   (b) dik tal-Istat Membru li fiha kien miżmum il-kont.

Taħt il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, ir-rata tal-kambju li tintuża għandha tkun dik għall-munita li fiha kien inżamm id-depożitu sad-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu d-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(i) jew meta l-awtorità ġudizzjarja tieħu d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(ii). [Em. 67]

5.  L-Istati Membri li jikkonvertu l-ammonti espressi f'euro fil-munità nazzjonali tagħhom għandhom għall-ewwel jużaw fil-konverżjoni r-rata tal-kambju ...(14)

L-Istati Membri jistgħu jaġġustaw l-ammonti li jirriżultaw mill-konverżjoni, sakemm dan l-aġġustament ma jaqbiżx EUR 2 500.

Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jaġġustaw il-livelli ta' kopertura kkonvertiti f'muniti oħra sal-ammont imsemmi fil-paragrafu darba kull ħames snin. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu aġġustamenti tal-livelli ta' kopertura aktar kmieni, wara li jikkonsultaw lill-Kummissjoni, wara li jseħħu xi avvenimenti mhux previsti bħal ċaqliċ fil-munita.

6.  L-ammont li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 għandu jkun irrevedut perjodikament mill-Kummissjoni, b' koperazzjoni mal-ABE, mill-anqas darba kull ħames snin. Jekk xieraq, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għal Direttiva biex tagħmel aġġustament għall-ammont li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1, billi  jitqies partikolarment ta' żviluppi fis-settur bankarju u fis-sitwazzjoni ekonomika u monetarja fl-Unjoni . L-ewwel reviżjoni perjodika m'għandhiex isseħħ sal-31 ta' Diċembru 2015 sakemm ma ssirx meħtieġa reviżjoni aktar kmieni minħabba avvenimenti mhux previsti. [Em. 68]

7.  Il-Kummissjoni tista' taġġusta l-ammonti msemmijagħandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 rigward l-aġġornament perjodiku, tal-anqas kull ħames snin, tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 skont l-inflazzjoni fl-Unjoni abbażi tal-bidliet fl-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tal-konsumatur ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea mill-aġġustament ta' qabel.

Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandha tkun adottata skont l-Artikolu 16. [Em. 69]

Artikolu 6

Determinazzjoni tal-ammont ripagabbli

1.  Il-limiti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(1) għandhom ikunu applikabbli għal depożiti aggregati imqiegħda mal-istess istituzzjoni ta' kreditu irrispettivament min-numru ta' depożiti, il-munita u l-lokalità fl- Unjoni.

2.  Is-sehem ta' kull depożitant fil-kont konġunt għandu jitqies fil-kalkolu tal-limitu previst fl-Artikolu 5(1).

Fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet speċifiċi, tali kont għandu jitqassam b'mod indaqs fost id-depożitanti.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li depożiti f'kont li għalih tnejn jew aktar persuni jkunu intitolati bħala membri ta' sħubija ta' negozju, assoċjazzjoni jew gruppi ta' natura simili, mingħajr personalità legali, jistgħu jkunu aggregati u ttratati bħallikieku kienu magħmula minn depożitant wieħed għall- fini tal-kalkolu tal-limitu previst fl-Artikolu 5(1).

3.  Meta depożitant ma jkunx assolutament intitolat għas-somom miżmuma f'kont, il-persuna li tkun assolutament intitolata għandha tkun koperta mill-garanzija, basta li dik il-persuna tkun ġiet identifikata jew tkun identifikabbli qabel id-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu d-determinazzjoni deskritta fl-Artikolu 2(5)(e)(i) jew li l-awtorità ġudizzjarja tkun tat il-verdett tagħha kif deskritt fl-Artikolu 2(5)(e)(ii). Jekk ikun hemm diversi persuni li jkunu assolutament intitolati, is-sehem ta' kull wieħed permezz tal-arranġamenti li suġġett għalihom is-somom huma amministrati għandhom ikunu meqjusa meta l-limitu previsti fl-Artikolu 5(1) ikunu kkalkolati.

4.  Id-data ta' referenza għall-kalkolu tal-ammont ripagabbli għandha tkun id-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu d-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(i) jew meta l-awtorità ġudizzjarja tieħu d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(ii). L-obblikazzjonijiet tad-depożitant lejn l-istituzzjoni tal-kreditu ma għandhomx jitqiesu meta jiġi kkalkulat l-ammont ripagabbli, sakemm ma jirrigwardax obbligazzjonijiet tad-depożitant huma dovuti fid-data ta' referenza. [Em. 70]

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jkunu jistgħu fi kwalunkwe ħin jitolbu lill-istituzzjonijet tal-kreditu biex jinfurmawhom dwar l-ammonti aggregati ta' depożiti ta' kull depożitant.

6.  L-imgħax fuq id-depożiti li jkun akkumula iżda li ma jkunx ġie kkreditat sa dik id-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu d-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(i) jew meta l-awtorità ġudizzjarja tieħu d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(ii) għandhom jiġu rimborżati mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti. Il-limitu msemmi fl-Artikolu 5(1) ma għandux jinqabeż.

Jekk l-imgħax jiddipendi fuq il-valur ta' strument finanzjarju ieħor u jista' għalhekk jiġi ddeterminat mingħajr ma jiġi mhedded l-iżborż sal-iskadenza msemmija fl-Artikolu 7(1), ir-rimborż ta' dan l-imgħax għandu jkun limitat għar-rata tal-imgħax stabbilita skont il-liġi nazzjonali.

7.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ċerti kategoriji ta' depożiti li jissodisfaw skop soċjali definit mil-liġi nazzjonali, li għalihom parti terza tkun tat garanzija konformi mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, ma jitqiesux meta jiġu aggregati d-depożiti li jkollu l-istess depożitant mal-istess istituzzjoni tal-kreditu kif imsemmi fil-paragrafu 1. F'dawn il-każijiet il-garanzija tal-parti terza għandha tiġi limitata għal livell ta' kopertura skont l-Artikolu 5(1).

7a.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li għall-fini tar-ripagament skont l-Artikolu 7(1), id-depożiti ta' depożitant mal-istess istituzzjoni ta' kreditu ma m' għandhomx jiġu aggregati fejn il-liġi tal-Istat Membru tippermetti li istituzzjonijiet ta' kreditu joperaw taħt ismijiet differenti. Id-depożiti mal-istess istituzzjoni ta' kreditu bl-istess isem tad-ditta għandhom ikunu aggregati, u għalihom għandu japplika l-livell ta' kopertura skont l-Artikolu 5(1). Jekk dak il-kalkolu jwassal għal ammont akbar ta' depożiti koperti għal kull depożitant u għal kull istituzzjoni tal-kreditu minn dak stipolat fl-Artikolu 5, il-kontribuzzjonijiet lill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti kkalkulati skont l-Artikoli 9 u 11 għandhom jiżdiedu skont dan.

Jekk Stat Membru jiddeċiedi li ma jippermettix protezzjoni separata tad-depożitu għad-ditti kollha fl-istess istituzzjoni ta' kreditu, allura d-detentur u d-ditti ma jkunux garantiti b'mod separat. L-aggregazzjoni ta' depożiti għal ditti differenti mill-istess istituzzjoni ta' kreditu m'għandhiex tapplika għal sitwazzjonijiet transkonfinali.

L-istituzzjonijiet ta' kreditu mill-Istati Membri li japplikaw din id-dispożizzjoni ma jistgħux joffru livell ta' kopertura ta' dan it-tip f'dawk il-fergħat tagħhom operati fi Stati Membri li ma jippermettux li istituzzjonijiet ta' kreditu joperaw taħt ismijiet kummerċjali differenti. [Em. 71]

Artikolu 7

Ripagament

1.  L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom ikunu f'qagħda li jħallsu lura depożiti li ma jkunux disponibbli fi żmien 7ħamest ijiem ta' xogħol, imma mhux anqas minn ġimgħa, mid-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jagħmlu d-determinazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(i) jew li fih awtorità ġudizzjarja tagħti s-sentenza kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(ii).

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li d-depożiti msemmija fl-Artikolu 6(3) jiġu soġġetti għal perjodu itwal ta' ripagament. Madankollu, dak il-perjodu ma għandux jaqbeż it-tlett xhur mid-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu determinazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(e)(i) jew meta awtorità ġudizzjarja tieħu deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(e)(ii).

L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-applikazzjoni ta' terminu ta' għoxrin ġurnata tax-xogħol għall-ħlas lura sal-31 ta' Diċembru 2016 , sakemm wara analiżi bir-reqqa tal-fatti, l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu, li l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għadhom mhumiex fil-pożizzjoni li jiggarantixxu skadenza tar-rimborż ta' ħamest ijiem tax-xogħol imma mhux anqas minn ġimgħa.

Depożitant li mhuwiex assolutament intitolat għas-somom miżmuma f'dawk il-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 6(3) għandu jitħallas lura fil-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu. Dak il-pagament għandu jitqies meta jitħallsu lura l-persuni assolutament intitolati.

1a.  Jekk Stat Membru jippermetti sal-31 ta' Diċembru 2016, terminu ta' għoxrin ġurnata tax-xogħol għall-ħlas lura, skont it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti, għandha fuq talba mid-depożitant, tagħmel pagament ta' darba tal-ammont li ma jkunx akbar minn EUR 5000 fi żmien ħamesġurnata tax-xogħol, imma mhux anqas minn ġimgħa, malli d-depożitu tiegħu jew tagħha jsir eliġibbli għar-rimborż.[Em. 150/rev]

1b.  Ħlas lura jew pagement kif imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jkun differit, fejn:

   (a) ikun hemm inċertezza dwar jekk persuna hix intitolata legalment biex tirċievi ħlas lura jew id-depożitu jkun soġġett għal tilwima legali;
   (b) id-depożitu jkun soġġett għal penali ekonomiċi imposti minn gvernijiet nazzjonali jew entitajiet internazzjonali;
   (c) ma tkun saret l-ebda tranżazzjoni relatata mad-depożitu fi żmien 24 xahar (il-kont ikun inattiv);
   (d) l-ammont li jrid jitħallas lura jitqjies bħala parti minn bilanċ għoli temporanju kif definit fl- Artikolu 5(1a);
   (e) l-ammont li jrid jitħallas lura jkollu jitħallas mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożitu tal-Istat Membru ospitanti f'konformita' mal-Artikolu 12(2). [Em. 75]

2.  Id-depożitanti għandhom jitħallsu lura mingħajr ma tkun meħtieġa talba lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti. Għal dan il-għan, l-istituzzjoni tal-kreditu għandha tittrasmetti l-informazzjoni meħtieġa dwar id-depożiti u d-depożitanti hekk kif tintalab mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti.

3.  Kwalunkwe korrispondenza bejn l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti u d-depożitanti għandha tkun imħejjija fil-lingwa uffiċjali tal-Unjoni li l-istituzzjoni ta' kreditu fejn ikun jinsab id-depożitu garantit juża biex jikkomunika mad-depożitant jew, fin-nuqqas ta' dak, fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih ikun jinstab id-depożitu ggarantit. Jekk bank jopera direttament fi Stat Membru ieħor mingħajr ma jkun stabbilixxa fergħat, l-informazzjoni għandha tingħata fil-lingwa li kienet intgħażlet mid-depożitant meta nfetaħ il-kont. [Em. 76]

4.  Independentament mill-limitu ta' żmien stabbilit fil-paragrafu 1 , meta depożitant jew xi persuna intitolata lejn jew interessata fis-somom miżmuma f'kont tkun ġiet akkużata b'offiża li toriġina minn jew b'relazzjoni mal-ħasil tal-flus kif definit fl-Artikolu 1Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2005/60/KE, l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti tista' tissospendi kwalunkwe pagament li jikkonċerna d-depożitant sakemm ikun hemm sentenza mill-qorti. [Em. 77]

4a.  M'għandu jsir l-ebda ripagament fejn ma jkunx hemm tranżazzjoni relatata mad-depożitu fl-aħħar 24 xahar u l-valur tad-depożitu jkun aktar baxx mill-ispejjeż amministrattivi li joħorġu minn tali ripagament. [Em. 78]

Artikolu 8

Pretensjonijiet fuq l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet tad-depożitanti għal kumpens jista' jkun suġġett għal azzjoni mid-depożitant kontra l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożitu. [Em. 79]

2.  Mingħajr preġudizzju għal xi drittijiet oħra li huma jista' jkollhom permezz tal-liġi nazzjonali u soġġett għall-paragrafu 3 , skemi li jagħmlu pagamenti permezz ta' garanzija fi ħdan qafas nazzjonali għandhom ikollhom id-dritt ta' surrogazzjoni għad-drittijiet ta' depożitanti fi proċedimenti ta' likwidazzjoni għal ammont ekwivalenti tal-pagamenti tagħhom.

Id-drittijiet soġġetti għad-dritt ta' surrogazzjoni msemmi f'dan il-paragrafu għandhom jiġu kklassifikati immedjatament wara d-dritt tad-depożitant imsemmi fil-paragrafu 1 u qabel id-drittijiet l-oħra kollha fuq il-likwidatur. [Em. 80]

3.  Meta l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti ssellfu lil skema oħra skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10, l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depositi li jkunu qed isellfu għandhom fi proporzjon mal-ammont misluf ikollhom id-dritt ta' surrogazzjoni għad-drittijiet tad-depożitanti fil-proċeduri ta' likwidazzjoni għal ammont daqs l-ammont tal-pagamenti tagħhom.

Id-dritt ta' surrogazzjoni ma għandux jiġi eżerċitat qabel is-self ikun dovut skont l-Artikolu 10(2)(b). Jekk il-proċedura ta' likwidazzjoni tispiċċa qabel dik id-data, id-dritt ta' surrogazzjoni għandu jestendi għar-rikavati mil-likwidazzjoni li jitħallsu lill-iskema li tkun qed issellef.

Id-drittijiet soġġetti għad-dritt ta' surrogazzjoni msemmi f'dan il-paragrafu għandhom jiġu kklassifikati immedjatament wara d-dritt tad-depożitanti msemmi fil-paragrafu 1 u qabel id-drittijiet l-oħra kollha fuq il-likwidatur.

4.  L-Istati Membri jistgħu jillimitaw iż-żmien li fih id-depożitanti li d-depożiti tagħhom ma tħallsux lura jew ma kinux rikonoxxuti mill-iskema sal-iskadenza stipulata fl-Artikolu 7(1) jistgħu jitolbu r-ripagament tad-depożiti tagħhom. Dan il-limitu ta' żmien għandu jiġi ddeterminat sad-data li fiha d-drittijiet li ġiet subrogata għalihom l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti skont il-paragrafu 2 ikollhom jiġu rreġistrati fil-proċedura tal-istralċ skont il-liġi nazzjonali.

Meta jiddeterminaw il-limitu ta' żmien, l-Istati Membri għandhom iqisu ż-żmien meħtieġ mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti biex tiġbor dawn il-pretensjonijiet qabel din ir-reġistrazzjoni.

Artikolu 9

Finanzjament tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jkollhom fis-seħħ sistemi adegwati biex jiddeterminaw l-obbligazzjonijiet potenzjali tagħhom. Il-mezzi finanzjarji disponibbli tal-Iskemi ta' Garanzija għandhom ikunu proporzjonati ma' dawn l-obbligazzjonijiet.

L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom iżidu l-mezzi finanzjarji disponibbli permezz tal-kontribuzzjonijietta' kontribuzzjoni regolari għall-anqas darba fis-sena mingħand il-membri tagħhomfit-30 ta' Ġunju u t-30 ta' Diċembru ta' kull sena. Dan ma għandux jipprevjeni finanzjament addizzjonali minn sorsi oħra. Ma jistgħux jintalbu tariffi ta' darba mad-dħul. [Em. 81]

Il-mezzi finanzjarji disponibbli għandhom tal-anqas jilħqu l-livell mira. Meta l-kapaċità finanzjarja ma tilħaqx il-livell mira, għandu jerġa' jibda l-pagament tal-kontribuzzjonijiet tal-anqas sakemm jerġa' jintlaħaq il-livell mira. Il-kontribuzzjoni regolari għandha tqis kif suppost iċ-ċiklu tan-negozju u m'għandux ikun inqas minn 0.1% tad-depożiti koperti. L-obbligu li jitħallsu l-kontribuzzjonijiet japplika biss meta l-ammont ta' fondi fl-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti jkun anqas mil-livell mira. Wara li l-livell mira jkun intlaħaq għall-ewwel darba u fejnMeta il-mezzi finanzjarji disponibbli jammontaw għal anqas minn żewġ terzi tal-livell mira, minħabba l-fondi li jkunu tħallsu il-kontribuzzjonijiet regolari ma għandhomx ikunu ta' inqas minn 0.25% tad-depożiti eleġibblikoperti. [Em. 82]

2.  L-ammont kumulat depożiti u investimenti ta'skema relatata ma' korp wieħed ma għandux jaqbeż il-5% tal-mezzi finanzjarji disponibbliIl-mezzi finanzjarji disponibbli ta” Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom ikunu investiti b'riskju żgħir u b'mod diversifikat biżżejjed, u m'għandhomx jaqbżu 5% skema relatata ma' korp wieħed ma għandux jaqbeż il-5% tal-mezzi finanzjarji disponibblitagħha tal-iskema, sakemm għal dawk id-depożiti jew l-investimenti ma japplikax ippeżar tar-riskju null skont l-Anness VI Parti I tad-Direttiva 2006/48/KE. Kumpaniji li jkunu inklużi fl-istess grupp għall-finijiet ta' kontijiet konsolidati, fit-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE(15) jew skont ir-regoli internazzjonali rikonoxxuti tal-kontabilità, għandhom jitqiesu bħala korp wieħed għall-fini li jiġi kkalkulat dan il-limitugħal dan l-iskop. [Em. 83]

3.  Jekk il-mezzi finanzjarji disponibbli ta' Skema ta' Garanzija tad-Depożiti ma jkunux suffiċjenti biex jitħallsu lura d-depożitanti meta d-depożiti ma jibqgħux disponibbli, il-membri tagħha għandhom iħallsu kontribuzzjonijiet straordinarji li ma jaqbżux 0.5% tad-depożiti eliġibblikoperti tagħhom kull sena tal-kalendarju. Dak il-pagament għandu jsir jum qabel il-limitu ta' żmien imsemmi fl-Artikolu 7(1). [Em. 84]

4.  L-ammont kumulat tal-kontribuzzjonijiet imsemmi fil-paragrafi 1 u 23 ma jaqbiżx il-1% tad-depożiti eleġibblikoperti kull sena tal-kalendarju. [Em. 85]

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw parzjalment jew għal kolloxb'mod temporanju istituzzjoni tal-kreditu mill-obbligu msemmi fil-paragrafu 2 jekk is-somma tal-pagamenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 thedded is-saldu tal-pretensjonijiet ta' kredituri oħra fuqha. Dawn l-eċċezzjonijiet ma għandhomx jingħataw għal perjodu itwal minn sitt xhur iżda jistgħu jiġġeddu fuq talba tal-istituzzjoni tal-kreditu. Is-somma konċernata għandha tkun fornuta aktar tard fiż-żmien, meta l-pagament ma jipperikolax aktar ir-riżoluzzjoni tal-klejms ta' kredituri oħra. Il-mezzi finanzjarji msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom prinċipalment jintużaw sabiex jitħarsu u jitħallsu lura d-depożitanti skont din id-Direttiva. Sa terz tal-mezzi finanzjarji disponibbli jistgħu jintużaw għal miżuri preventivi u ta' appoġġ skont din id-Direttiva. F'dan il-każ, l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti għandha tippreżenta rapport lill-awtorità kompetenti fi żmien xahar, fejn hija turi li nżamm il-limitu ta' terz tal-mezzi finanzjarji disponibbli. [Em. 86]

5.  Il-mezzi finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom prinċipalment jintużaw sabiex jitħallsu lura d-depożitanti skont din id-Direttiva.

Huma jistgħu, madankollu, jintużaw ukoll biex jiġi ffinanzjat it-trasferiment ta' depożiti għand istituzzjoni tal-kreditu oħra, sakemm l-ispejjeż imġarrba mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti ma jaqbżux l-ammont ta' depoziti koperti fl-istituzzjoni tal-kreditu konċernata. F'dan il-każ, l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti għandha, fi żmien xahar mit-trasferiment tad-depożiti, tissottometti rapport għand l-Awtorità Bankarja Ewropea fejn turi li l-limitu msemmi hawn fuq ma nqabiżx. [Em. 87]

L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jużaw il-mezzi finanzjarji tagħhom sabiex jevitaw falliment ta' bank mingħajr ma jkunu ristretti li jiffinanzjaw it-trasferiment tad-depożiti f'istituzzjoni tal-kreditu oħra, sakemm ikunu ssodifati dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin: [Em. 88]

   (a) wara din il-miżura l-mezzi ta' skema finanzjarja jaqbżu 1% tad-depożiti eleġibbli;[Em. 89]
   (b) l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti, fi żmien xahar mid-deċiżjoni tagħha li tieħu din il-miżura, tissottometti rapport għand l-Awtorità Bankarja Ewropea fejn turi li l-limitu msemmi hawn fuq ma nqabiżx. [Em. 90]

Il-perċentwali msemmi f“(a) jista” jiġi stipulat bejn 0.75 u 1%, każ b'każ u soġġett għall-awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fuq talba mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti konċernata. [Em. 91]

5a.  L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jistgħu jużaw il-mezzi finanzjarji disponibbli biex jaqbżu l-limitu minimu ta' paragrafu 5 għal miżuri preventivi u ta' appoġġ, jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

   (a) l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti għandha skemi għall-monitoraġġu l-klassifikazzjoni tar-riskji u opprtunitajiet korrispondenti ta' influwenza fuq istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati;
   (b) l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti għandha il-proċeduri u strutturi neċessarji għall-għażla, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' miżuri preventivi u ta' appoġġ;
   (c) l-għoti ta' miżuri preventivi u ta' appoġġ mill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti huwa konness ma' kundizzjonijiet imposti fuq l-istituzzjoni ta' kreditu li tkun qed tiġi appoġġata, u jinkludi tal-anqas monitoraġġ imsaħħaħ tar-riskji u aktar drittijiet tal-verifika tal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti;
   (d) l-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati jipprovdu b'mod immedjat lill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti bil-mezzi użati għall-miżuri preventivi u ta' appoġġ fil-forma ta' kontribuzzjonijiet straordinarji, f'każ ta' rimborż lid-depożitanti u l-mezzi finanzjarji disponibbli tal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti jammontaw għal inqas minn żewġ terzi tal-livell mira;
   (e) il-kapaċità tal-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati li jħallsu l-kontribuzzjonijiet straordinarji skont il-punt (d) hu assigurat skont l-opinjoni tal-awtorità kompetenti. [Em. 92]

5b.  Ir-riżorsi finanzjarji jistgħu , jintużaw ukoll flimkien mal-istralċ ordinat ta' istituzzjonijiet tal-kreditu, sakemm l-ispejjeż imġarrba mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti ma jaqbżux l-ammont ta' depożiti koperti fl-istituzzjoni tal-kreditu konċernata. Fejn l-istralċ isir b'dan il-,mod, l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti għandha, fi żmien xahar mit-trasferiment tad-depożiti, tissottometti rapport għand l-ABE fejn turi li l-ispejjeż li saru ma jaqbżu l-ammont ta' depożiti koperti. [Em. 93]

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jkollhom fis-seħħ arranġamenti ta' finanzjament alternattivi u adegwati sabiex jippermettulhom li meta jkun meħtieġ jiksbu fondi f'qasir żmien ħalli jissodisfaw il-pretensjonijiet fuq dawn l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti.

7.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-ABE kull tliet xhur dwar l-ammont ta' depożiti eleġibbli u d-depożiti koperti fl-Istat Membru tagħhom u dwar l-ammont ta' mezzi finanzjarji disponibbli tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti tagħhom. Din l-infomazzjoni għandha tiġi kkonfermata mill-awtoritajiet kompetenti u flimkien ma' din il-konferma għandha tintbagħat lill-ABE fi żmien għaxart (10) ijiem mill-aħħar tax-xaharxahar. [Em. 94]

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-anqas darba fis-sena l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti u tal-ABE. [Em. 95]

7a.  L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom jissodisfaw ir-regoli speċifiċi ta' governanza u għandhom jifformaw kumitat speċjali li jkun magħmul minn rappreżentanti għoljin tal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti, il-membri tagħha u tal-awtoritajiet rilevanti li jfasslu u jiddeċiedu dwar linji gwida tal-investiment trasparenti għall-mezzi finanzjarji disponibbli. Dawn il-linji gwida għandhom jikkunsidraw fatturi bħat-tul ta' żmien tal-ippariġġjar, il-kwalità, id-diversifikazzjoni u l-korrelazzjoni tal-investimenti. [Em. 96]

Artikolu 10

Self bejn l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti

1.  Skema għandu jkollha d-dritt li tissellef mingħand l-IskemiL-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jsellfu lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożitil-oħra kollha msemmija fl-Artikolu 1(2)oħra fi ħdan l-Unjoni fuq bażi volontarja, sakemm ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: [Em. 97]

   (a) l-iskema li tissellef ma tkunx f'pożizzjoni li tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 8(1) minħabba pagamenti preċedenti fl-ambitu tal-ewwel u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(5); [Em. 87]
   (b) is-sitwazzjoni msemmija fil-punt (a) teżisti minħabba nuqqas ta' mezzi finanzjarji disponibbli msemmija fl-Artikolu 9;
   (c) l-iskema li tissellef tkun irrikorriet għall-kontribuzzjonijet straordinarji msemmija fl-Artikolu 9(3);
   (d) l-iskema li tissellef tieħu l-impenn legal li l-fondi mislufa ser jintużaw sabiex jitħallsu pretensjonijiet skont l-Artikolu 8(1);
   (e) l-iskema li tissellef ma tkunx attwalment soġġetta għal obbligu li tħallas lura self lil Skema ta' Garanzija tad-Depożiti oħra skont dan l-Artikolu;
   (f) l-iskema li tissellef għandha tiddikjaratinforma lill-awtoritajiet kompetenti dwar l-ammont ta' flus mitluba; [Em. 98]
   (g) l-ammont totali misluf ma jaqbiżx 0.5% tad-depożiti eleġibblikoperti tal-iskema li tissellef. [Em. 99]
   (h) l-iskema li tissellef tinforma mingħajr dewmien lill-ABE u tiddikjara r-raġunijiet għalfejn l-kundizzjonijiet msemmija f' dan is-subparagrafu huma ssodisfati u l-ammont ta' flus mitlub.

L-ammont imsemmi fil-punt (f) tal-ewwel subparagrafu għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

[l-ammont ta' depożiti koperti li għandu jitħallas lura skont l-Artikolu 8(1)] – [il-mezzi finanzjarji disponibbli] + l-ammont massimu ta' kontribuzzjonijiet straaordinarji msemmi fl-Artikolu 9(3)] [Em. 100]

L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti l-oħra għandhom jaġixxu ta' skemi mutwanti. Għal dan il-għan, l-Istati Membri fejn huma stabbiliti aktar minn skema waħda għandhom jiddeżinjaw skema waħda li taġixxi ta' skema li ssellef ta' dan l-Istat Membru u tinforma lill-Awtorità Bankarja Ewropea dwar dan. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk għandhiex tiġi rrimburżata l-iskema tas-self mill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti l-oħra stabbiliti fl-istess Stat Membru, u kif. [Em. 101]

L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti li huma rikjesti li jħallsu lura self lil Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti oħra taħt dan l-Artikolu ma għandhomx isellfu lil Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti oħra.

2.  Is-self għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

   (a) kull skema għandha ssellef l-ammont proporzjonat mal-ammont ta' depożiti eleġibbli f'kull skema mingħajr ma tqis l-iskema li tissellef u l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti msemmija fil-punt (a). L-ammonti għandhom jiġi kkalkulati skont l-aħħar informazzjoni mensili kkonfermata msemmija fl-Artikolu 9(7).[Em. 102]
   (b) l-iskema li tissellef għandha tħallas lura s-self l-aktar tard wara ħames snin, inkluż permezz ta' pagamenti annwali, bl-imgħax dovut biss fi żmien tal-ħlas lura;
   (c) ir-rata tal-imgħax stabbilita hija tal-anqas ekwivalenti għar-rata marġinali tal-faċilità tas-self tal-Bank Ċentrali Ewropew matul il-perjodu tal-kreditu; [Em. 103]
   (ca) l-iskema li tissellef għandha tinforma lill-ABE dwar ir-rata ta' imgħax inizjali kif ukoll it-tul ta' żmien tas-self. [Em. 104]

3.  L-ABE għandha tikkonferma li r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1fil-paragrafi 1 u 2 ikunu ġew ssodisfati, jiddikjaraw l-ammonti li għandhom jissellfu minn kull skema kif ikkalkulati skont il-paragrafu 2(a) u r-rata inizjali tal-imgħax skont il-paragrafu 2(c) kif ukoll it-tul tal-perjodu tas-self. [Em. 105]

L-ABE għandha tittrasmetti l-konferma tagħha flimkien mal-informazzjoni msemmijia fil-paragrafu 1(h) lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti. Huma għandhom jirċievu din il-konferma u din l-informazzjoni għandhom jaslu fi żmien jumejn (2)2-il jum. tax-xogħol. L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti li ssellfu għandhom, mingħajr dewmien iżda l-aktar tard fi żmien jumejn (2) tax-xogħol wara l-wasla jwettqu l-pagament tas-self lill-iskema li tissellef.[Em. 106]

5.  l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet miġbura mill-iskema li tissellef jkunu biżżejjed biex tirrimborża l-ammont u biex tistabbilixxi mill-ġdid il-livell mira mill-aktar fis possibbli.

Artikolu 11

Kalkolu tal-kontribuzzjonijiet tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti

1.  Il-kontribuzzjonijiet lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożi msemmija fl-Artikolu 9 għandhom jiġu ddeterminati għal kull membru abbażi tal-gradproporzjonali għall-grad ta' riskju jġorr. L-istituzzjonijiet tal-kreditu ma għandhomx iħallsu anqas minn 75% jew aktar minn 200250% tal-ammont li jkollu jikkontribwixxi bank b'riskju medju. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li membri ta' Skemi msemmija fl-Artikolu 1(3) u(4) iħallsu lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti kontribuzzjonijiet aktar baxxi iżda li ma jkunux anqas minn 37,5% tal-ammont li jkollu jikkontribwixxi bank b'riskju medju.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu kontribuzzjonijiet aktar baxxi għal setturi b'riskju żgħir li huma gvernati minn liġijiet nazzjonali. [Em. 107]

1a.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-kreditu kollha affiljati mal-istess korp ċentrali skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2006/48/KE li jiġu soġġetti b'mod ġenerali għall-ippeżar tar-riskju determinat għall-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet affiljati tiegħu fuq bażi konsolidata. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjonijiet tal-kreditu jħallsu kontribuzzjoni minima, irrispettivament mill-ammont tad-depożiti koperti tagħhom.[Em. 112]

2.  Id-determinazzjoni L-Annessi I u II jiddeskrivu l-metodu standardizzat għad-determinazzjoni tal-grad ta' riskju mġarrab u l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet għandhom ikun abbażi tal-elementi msemmija fl-Annessi I u II mill-membri tal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti.

3.  Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għall-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti msemmja fl-Artikolu 1(2).[Em. 109]

3a.  Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-Iskemi ta “Garanzija tad-Depożiti jistgħu jużaw il-metodi alternattivi tagħhom stess ibbażati fuq riskju għad-determinazzjoni u l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet bbażati fuq riskju mill-membri tagħhom. Il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet għandu ikunu proporzjonali għar-riskju kummerċjali tal-membri u għandu jieħu kont dovut tal-profili ta' riskju tal-mudelli varji tan-negozju. Metodu alternattiv jista” wkoll jikkunsidra n-naħa tal-attiv tal-karta tal-bilanċ u indikaturi tar-riskju, bħall-adegwatezza tal-kapital, il-kwalità u l-likwidità tal-assi.

Kull metodu alternattiv għandu jkun approvat mill-awtoritajiet kompetenti u mill-ABE u għandhom jikkonformaw mal-linji gwida żviluppati mill-ABE skont l-Artikolu 11 (5). ABE għandha twettaq rieżami tal-konformità mal-linji gwida mill-inqas kull ħames snin u fi kwalunkwe każ kull meta jkun hemm bidla fil-metodu alternattiv tal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti. [Em. 110]

4.  Sabiex ikunu żgurati elementi speċifiċitiġi żgurata l-armonizzazzjoni effettiva tad-definizzjonijiet u l-istabbiliment tal-metodu standard stipulat fil-paragrafi 1 u 2, l-ABE għandha tiżviluppa abbozzu l-metodi skont l-Anness II il-Part A, qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummussjoni. Dawn l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji,u għandhom jiġu adottati skont l-Artikoli 7 sa 7d ta' [ir-Regolament ABE]. L-Awtorità Bankarja Ewropea tista' tiżviluppa abbozzi ta' standards regolatorji biex tissottomettihom lill-Kummissjonijekk meħtieġ, tissuġġerixxi aġġustamenti għal dawk id-definizzjonijiet u dawk il-metodi biex jiżguraw komparabilità sħiħa u tevita l-elementi li jgħawġu.

L-ABE għandha tippreżenta l-abbozzi ta' dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2012.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. [Em. 111]

4a.  L-ABE għandha tikkunsidra fl-analiżi tar-riskju tagħha, u għat-tħejjija ta' abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji tal-mekkaniżmi ta' kontroll tal-governanza stabbiliti mill-istituzzjonijiet ta' kreditu. Hija għandha tiżgura t-tixrid ta' eżempji tal-aħjar prattika permezz tas-SESF. [Em. 113]

5.  Sal-31 ta' Diċembru 2012, l-ABE għandha toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar- Regolament (UE) No 1093/2010 dwar l-applikazzjoni tal-Anness II il-Parti B u dwar il-metodi alternattivi bbażati fuq ir-riskju żviluppati mill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti skont il-paragrafu 3a.[l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-ABE]. [Em. 114]

Artikolu 12

Kooperazzjoni fi ħdan l-Unjoni

1.  Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom ikopru d-depożitanti fil-fergħat stabbiliti mill-istituzzjonijiet ta' kreditu fl-Istati Membri l-oħra.

2.  Id-depożitanti fil-fergħat stabbiliti minn istituzzjonijiet tal-kreditu fi Stati Membri oħra jew fi Stati Membri fejn istituzzjoni tal-kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor topera għandhom jiġu mħallsa lura mill-iskema tal-Istat Membru ospitanti f'isem l-iskema fl-Istat Membru tad-domiċilju. L-iskema tad-domiċijutad-domiċilju għandha tirrimborżatipprovdi l-fondi meħtieġa minn qabel biex tippermetti lill-iskema iskema tal-Istat Membru ospitanti tissodisfa l-obbligu tal-iskema tal-Istat Membru tad-domiċilju li tħallas lura lid-depożitanti taħt il-paragrafu 1. [Em. 115]

L-iskema tal-Istat Membru ospitanti għandha wkoll tinforma lid-depożitanti konċernati f'isem l-iskema tal-Istat Membru tad-domiċilju u għandha tkun intitolata tirċievi korrispondenza mingħand dawn id-depożitanti f'isem l-iskema tal-Istat Membru tad-domiċilju.

3.  Jekk istituzzjoni tal-kreditu ma tibqax membru ta' skema u tissieħeb fi skema oħra, il-kontribuzzjonijiet imħallsa matul is-sitt (6) xhurmħallsa waqt l-aħħar sena ta' qabel ma tkun irtirat is-sħubija għandhom jiġijiġu rimborżati jew ittrasferiti fuq bażi pro rata lill-iskema l-oħra, sakemm dawn mhumiex żidiet f'kontribuzzjonijiet regolari skont is-subparagrafu 3 tal-Artikolu 9(1), jew kontribuzzjonijiet straordinarji skont l-Artikolu 9(3). Dan ma għandux japplika jekk istituzzjoni tal-kreditu ġiet eskluża minn skema skont l-Artikolu 3(3). [Em. 116]

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti tal-Istat Membru tad-domiċilju jiskambjaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(7) ma' dawn l-Istati Membri ospitanti. Għandhom japplikaw ir-restrizzjonijiet stipulati f'dak l-Artikolu.

Istituzzjonijiet ta' kreditu li jixtiequ jitrasferixxu t minn Skema ta' Garanzija tad-Depożiti għal oħra, fuq bażi volontarja b'konformità ma' din id-Direttiva, iridu jagħtu notifika ta' mill-anqas sitt xhur minn tali intenzjoni. Matul dak il-perjodu, l-istituzzjoni tal-kreditu għandha tikkontribwixxi lill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti oriġinali tagħha kemm f'termini ta' finanzjament ex-ante kif ukoll ex-post. [Em. 117]

5.  Sabiex tiġi ffaċilitata kooperazzjoni effikaċi bejn l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti, partikolarment fir-rigward ta' dan l-Artikolu u tal-Artikolu 10, l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti, jew, fejn xieraq, l-awtoritajiet kompetenti, għandhom ikollhom fis-seħħ ftehimiet bil-miktub ta' kooperazzjoni. Dawn il-ftehimiet għandhom iqisu r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 95/46/KE.

l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom jinnotifikaw lill-ABE dwar l-eżistenza u l-kontenut ta' dawn il-ftehimiet. L-ABE tista' toħroġ opinjonijiet dwar dawn il-ftehimiet skont l-Artikolu 6(2)(f) u l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Jekk l-awtoritajiet kompetenti jew l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti ma jistgħux jaslu għal ftehim jew jekk ikun hemm tilwima dwar l-interpretazzjoni ta' tali ftehim, l-ABE għandha tiddeċiedi dwar it-tilwimiet skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

In-nuqqas ta' dawn il-ftehimiet ma għandux jaffettwa l-pretensjonijiet tad-depożitanti skont l-Artikolu 8(2) jew tal-istituzzjonijiet tal-kreditu skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 13

Fergħat ta' istituzzjonijiet tal-kreditu stabbiliti f'pajjiż terzi

1.  L-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-fergħat stabbiliti mill-istituzzjoni ta' kreditu li jkollha l-uffiċċju ewlieni “l barra mill- Unjoni (istituzzjoni ta' kreditu ta' pajjiżi terzi) jkollhom protezzjoni k ekwivalenti għal dik preskritta f'din id-Direttiva.

Fin-nuqqas ta' dak, l-Istati Membri jistgħu, suġġett għall-Artikolu 38(1) tad-Direttiva 2006/48/KE , jistipulaw li l-fergħat stabbiliti mill-istituzzjoni ta' kreditu ta' pajjiż terz li jkollha l-uffiċċju ewlieni tagħha lil hinn mill- Unjoni għandhom jissieħbu fi Skemi ta' Garanzija tad-Depożitu operabbli fit-territorji tagħhom.

1a.  Sabiex tiġi żgurata armonizzazzjoni konsistenti tal-paragrafu 1, l-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu kriterji ta' ekwivalenza ġenerali.

L-ABE għandha tippreżenta l-abbozzi ta' dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-[ ...].

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. [Em. 118]

2.  Id-depożitantiu dawk li jkollhom l-intenzjoni li jiddepożitaw f'fergħat stabbiliti mill-istituzzjoni ta' kreditu ta' pajjiż terz li mhijiex membru fi skema li topera fi Stat Membru għandhom jiġu pprovduti mill-istituzzjoni ta' kreditu bl-informazzjoni relevanti li tikkonċerna l-arranġamenti ta' garanzija li tkopri d-depożiti tagħhom.

3.  L-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 2 għandha tkun disponibbli fil-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih fergħa tkun stabbilita,u meta d-depożitant hekk jitlob u l-fergħa tkun tista' tissodisfa talba bħal din, b' lingwi oħrajn fil-manjiera preskritta mill-liġi nazzjonali u għandha tkun abbozzata f'għamla ċara u li tinftiehem. [Em. 151/rev]

Artikolu 14

Informazzjoni lid-depożitanti

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta' kreditu jagħmlu disponibbli lid-depożitanti attwali u lil dawk li jkollhom l-intenzjoni li jagħmlu depożitu, l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazjoni tal-Iskema ta' Garanzija tad-depożiti li tagħha l-istituzzjoni jew il-fergħat huma membri fl-Unjoni . Meta depożitu ma jkunx garantit permezz ta' Skema ta' Garanzija tad-Depożiti skont l-Artikolu 4 Artikolu 4(1)(a) sa (g) u (i) sa (k) u l-Artikolu 4(2) , l-istituzzjoni ta' kreditu għandha tinforma lid-depożitant kif meħtieġ f'liema każ l-istituzzjoni ta' kreditu għandha toffri lid-depożitant l-opportunità li jirtira depożiti tiegħu jew tagħha, inklużi l-imgħaxijiet u benefiċċji kollha li akkumulaw fuqhom, mingħajr ma jeħel kwalunkwe penalità. [Em. 119]

2.  L-informazzjoni lil dawk li jkollhom l-intenzjoni li jagħmlu depożitu għandha tkun disponibbli u tiġi kontrofirmata minnhom qabel ma jsir kuntratt dwar it-teħid ta' depożitu. Għal dawn l-għanijiet għandha tintuża l-formula standard stipulata fl-Anness III. 

3.  Informazzjoni lid-depożitanti għandha tingħata fir-rapporti tal-kontijiet tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tikkonsisti minn konferma li d-depożiti huma eleġibbli. Barra minn dan, għandha ssir referenza għall-karta tal-informazzjoni stipulata fl-Anness III u minn fejn tista' tinkiseb. Tista' Il-karta ta informazzjoni fl-Anness III għandha, tal-anqas darba fis-sena, tiġi mehmuża wkoll ma” wieħed mir-rendikonti tal-kontijiet. Fuq il-karta ta informazzjoni għandha tiġi indikata wkoll il-websajt tal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti responsabbli.

Il-websajt tal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti ser ikollha l-informazzjoni meħtieġa għad-depożitanti, b'mod partikolari l-informazzjoni li tirrigwarda d-dispożizzjonijiet dwar il-proċess u l-kundizzjonijiet tal-garanziji tad-depożiti kif previsti f'din id-Direttiva. [Em. 120]

4.  L-informazzjoni li hemm dispożizzjoni dwarha fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli fil-manjiera preskritta mil-liġi nazzjonali fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih il-fergħa tkun stabbilita, u meta d-depożitant hekk jitlob u l-fergħa tkun tista' tissodisfa talba bħal din, b' lingwi oħrajn. [Em. 121]

5.  L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-użu fir-reklamar tal-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1fil-paragrafi 1, 2 u 3 għal referenza fattwali għall-iskema li tiggarantixxi l-prodott li jsemmi r-reklam. [Em. 122]

L-istituzzjonijet tal-kredituL-istituzzjonijiet ta' kredituli jkunu membri ta' xi skema msemmija fl-Artikolu 1(3) u 1(4) għandhom jinfurmaw adegwamentadegwatament u b'mod li jinftiehem faċilment lid-depożitanti dwar kif tiffunzjona l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti. Fl-istess ħin, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jipprovdu lid-depożitanti bl-informazzjoni dwar il-livell ta' kopertura massima u kwistjonijiet oħra relatati mal-Iskema ta “Garanzija tad-Depożiti. Din l-informazzjoni ma jkunx fiha referenza għal kopertura illimitata tad-depożiti. [Em. 123]

6.  Jekk isseħħ fużjoni ta' istituzzjonijiet tal-kreditu, id-depożitanti tagħhom għandhom jiġu infurmati bil-fużjoni mill-anqas xahar qabel issir legalment effettiva. Id-depożitanti għandhom jiġu infurmati li meta fużjoni ssir effettiva, id-depożiti kollha tagħhom li jinsabu f'kull bank involut fil-fużjoni, wara l-fużjoni jkun aggregat sabiex tiġi ddeterminata l-livell tal-kopertura tagħhom skont l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti. Id-depożitanti se jingħataw perjodu ta' tliet xhur wara n-notifika dwar il-fużjoni sabiex ikollhom l-opportunità li jittrasferixxu d-depożiti tagħhom, inklużi l-imgħax u l-benefiċċji kollha akkumulat, sa fejn jaqbżu l-livell ta' kopertura fl-Artikolu 5(1), f'bank ieħor jew isem kummerċjali ta' bank ieħor mingħajr ma jġarrbu imposti ta' penalità. Matul dak il-perjodu ta' tliet xhur, jekk l-ammont stipulat fl-Artikolu 5(1) jinqabeż, il-l-livell ta' kopertura jiġi estiż billi l-ammont stipulat fl-Artikolu 5(1) jiġi mmultiplikat bl-għadd ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li jkunu ffużjonaw. [Em. 124]

6a.  Jekk istituzzjoni ta' kreditu tirtira, jew tiġi eskluża, minn Skema ta' Garanzija tad-Depożiti, id-depożitaturi tagħha għandhom jiġu nfurmati mill-istess istituzzjoni ta' kreditu fi żmien xahar. [Em. 125]

7.  Jekk depożitant juża l-internet banking, l-informazzjoni li tkun meħtieġa tiġi divulgata minn din id-Direttiva għandha tiġi kkomunikata b'mezz elettronikuxieraq b'mod li tiġi għall-attenzjoni tad-depożitant, jew fuq il-karta, jekk id-depożitant jagħżel hekk. [Em. 126]

7a.  L-Istati Membri se jiżguraw li l-proċeduri adegwati jkunu fis-seħħ biex l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jkunu jistgħu jikkondividu l-informazzjoni u jikkomunikaw b'mod effikaċi ma' Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti oħra, l-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati u l-awtoritajiet kompetenti relevanti fi ħdan il-ġuriżdizzjonijiet tagħhom stess kif ukoll ma' aġenziji oħra fuq bażi transkonfinali fejn ikun xieraq. [Em. 127]

Artikolu 15

Lista ta' istituzzjonijiet ta' kreditu awtorizzati

Fil-lista tal-istituzzjonijiet ta' kreditu li hija meħtieġa li tkun imħejjija skont l-Artikolu  14 tad-Direttiva 2006/48/KE, il-Kummissjoni għandha tindika b'mod trasparenti, l-istatus ta' kull istituzzjoni ta' kreditu fir-rigward ta' din id-Direttiva. [Em. 128]

Artikolu 16

Eżerċiżżju tad-delega

1.  Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati tiġi kkonferita lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

1a.  Għandhom jingħataw, għal perjodu indeterminat, is-setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(7) minn ...(16).

1b.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5(7), tista' tkun revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ġġib fit-tmiem id-delega tal-poter speċifikat f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li jsegwi l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data sussegwenti li tkun speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ.

2.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.  Is-setgħat biex tadotta atti delegati qegħdin jingħataw lill-Kummissjoni bil-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 17 u 18.L-att delegat adottat skont l-Artikolu 5(7) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 129]

Artikolu 17

Revoka tad-delega

1.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 16 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.  L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħa għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, fejn tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu soġġetti għar-revoka u r-raġunijiet li jista' jkun hemm għal din ir-revoka.

3.  Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Għandha jkollha effett immedjat jew f'jum aktar tard speċifikat fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjon Ewropea. [Em. 130]

Artikolu 18

Oġġezzjonijiet għall-atti delegati

1.  Il-Paralment Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Paralment Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahar.

2.  Jekk sal-iskadenza ta' dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, huwa għandu jiġi ppubblikat f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjon Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fil-jum imsemmi fih.

L-att delegat jista” jiġi ppubblikat f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjon Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma joġġezzjonawx.

3.  Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għall-att delegat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni għall-att delegat. [Em. 131]

Artikolu 19

Dispożizzjonijiet ta' tranżizzjoni

1.  Il-kontribuzzjonijiet lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti msemmija fl-Artikolu 9 għandhom ikunu maqsuma bl-aktar mod ekwu possibbli sakemm jintlaħaq il-livell fil-mira msemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(1).[Em. 132]

1a.  Jekk Skema ta' Garanzija tad-Depożiti ma tkunx tista' tiddetermina d-depożiti koperti tal-istituzzjonijiet ta' kreditu li jappartjenu għall-iskema meta din id-Direttiva tidħol fis-seħħ, il-livell mira skont l-Artikolu 2(1)(h) għandu jirreferi għad-depożiti eliġibbli fl-iskema. Mill-1 ta' Jannar 2015 id-depożiti koperti huma validi bħala bażi tal-kalkolu tal-livell mira għall-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti kollha. [Em. 133]

2.  Id-depożitanti li għandhom titoli ta' dejn maħruġa mill-istess istituzzjoni tal-kreditu u obbligazzjonijiet li joriġinaw minn aċċettazzjonijiet proprji jew kambjali, depożiti li l-eżistenza tagħhom tista' tiġi ppruvatajkunu reġistrati fuq id-detentur u mhux fuq isem ta' persuna, depożiti li l-kapital tagħhom mhuwiex repagabbli at par; jew li l-kapital tagħhom huwa ripagabbli biss in par taħt garanzija jew ftehim partikolari mogħti mill-istituzzjoni tal-kreditu jew parti terza għandhom jiġu infurmati li d-depożiti tagħhom mhux ser ikunu koperti aktar minn Skema ta' Garanzija tad-Depożiti.

3.  Fejn ċerti depożiti ma jibqgħux koperti bis-sħiħ jew parzjalment minn Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti wara t-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva jew tad-Direttiva 2009/14/KE fil-liġi nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li dawn id-depożiti jkunu koperti sal-31 ta' Diċembru 2014 jekk dawn id-depożiti kienu tpoġġew qabel it-30 ta' Ġunju 2010. Wara l-31 ta' Diċembru 2014, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda skema ma tagħti garanziji ogħla jew aktar komprenżivi minn dawk previsti f'din id-Direttiva irrispettivament minn meta kienu tpoġġew id-depożiti.

4.  Sal-31 ta' Diċembru 2015Sat-2 ta' Jannar 2014, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport, u jekk xieraq, proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill bil-għan li tiddetermina jekkli juri kifl-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti eżistenti għandhomx jinbidlu bi, li joperaw fl-Unjoni jistgħu, taħt il-koordinazzjoni tal-ABE, jikkooperaw permezz ta' Skema unika għall-Unjoni kollhaEwropea biex jevitaw riskji li jirriżultaw minn attivitajiet transkonfinali u jipproteġu d-depożiti minn tali riskji. [Em. 134]

5.  Sal-31 ta' Diċembru 2015 il-Kummissjoni, f'koperazzjoni mal-ABE, għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-progress fl-implimentazzjoni ta' din d-Direttiva. Dan ir-rapport għandu speċjalment ikopri l-possibbiltà li jiġi determinat il-livell fil-mira abbażi tad-depożiti koperti, mingħajr ma jnaqqas jkopri b'mod partikolari:

   il-livell mira abbażi tad-depożiti koperti, b'evalwazzjoni tar-rilevanza tal-perċentwal iffissat jew b'evalwazzjoni ta' possibilitajiet regolatorji oħra; dak il-livell mira li jirrifletti l-falliment ta' depożiti matul l-għaxar snin preċedenti fi skema ta' protezzjoni statutorja, kuntrattwali jew istituzzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 80(8) tad-Direttiva 2006/48/KE,
   l-effett kumulat tal-obbligi regolatorji tal-istituzzjonijiet ta' kreditu bħalma huma r-rekwiżiti tal-fondi kapitali,
   l-interkonnessjoni bejn il-leġislazzjoni dwar Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti u l-leġislazzjoni futura dwar l-għanijiet tal-immaniġġjar tal-kriżijiet,
   l-impatt fuq id-diversità tal-mudelli bankarji bil-ħsieb li titħares din id-diversità,
   l-adegwatezza tal-livell ta' kopertura attwali għad-depożitaturi.

Ir-rapport għandu jevalwa jekk il-kwistjonijiet msemmija fl-ewwel subparagrafu ġewx trattati b' mod li tiġi mħarsa l-protezzjoi tad-depożitanti. [Em. 135]

Artikolu 20

Transpożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità mal-Artikoli 1, 2(1)(a), (c), (d), (f), (h)-(m), 2(2), 3(1), 3(3), 3(5)-3(7), 4(1)(d)-(k), 5(2)-5(5), 6(4)-6(7), 7(1)-(3), 8(2)-(4), 9-11, 12, 13(1)-(2), 14(1)-(3), 14(5)-(7), 19 u l-Anness I-IIIdin id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 2012 l-aktar tard. Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonjiet u din id-Direttiva. [Em. 136]

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(1), l-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 10 sal-31 ta' Diċembru 2020. [Em. 137]

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi mal-Artikolu 7(1) u 9(5) sal-31 ta' Diċembru 2013. Madankollu, il-perċetwali ta' depożiti eleġibbli msemmija fl-Artikolu 9(5)(a) ma għandux japplika qabel l-1 ta' Jannar 2014. Sal-31 ta' Diċembru 2017, għandu japplika perċentwali ta' 0.5%. Wara dik id-data u sal-31 ta' Diċembru 2020, għandu japplika perċentwali ta' 0.75%. [Em. 138]

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandha tiġi inkluża referenza għal din id-Direttiva jew magħhom għandu jkun hemm referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li referenzi f'liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-direttivi rrevokati minn din id-Direttiva għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza u kif għandha tkun ifformulata dik id-dikjarazzjoni. 

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 21

Revoka

Id-Direttiva 94/19/KE flimkien mal-emendi sussegwenti tagħha huma rrevokati b'effett mill-31 ta' Diċembru 2012, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi msemmija fl-Anness IV.

Ir-referenzi għad-Direttivi rrevokati għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness V.

Artikolu 22

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal- Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 2(1)(b), (e), (g), l-Artikolu 4(1)(a),(b) u (c), l-Artikolu 5(1), l-Artikolu 6(1), (2) u (3), l-Artikolu 7(4), l-Artikolu 8(1), l-Artikolu 12(1), l-Artikolu 13(3), l-Artikolu 14(4), u l-Artikoli 15 sa 18 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2013. 

Artikolu 23

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi, [...]

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President
[…] […]

(1) ĠU C 99, 31.3.2011, p. 1.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012.
(3) ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5.
(4) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.
(5) ĠU L 68, 13.3.2009, p. 3.
(6) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.
(7) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.
(8) ĠU L 309, 25.11.2005,p. 15.
(9) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.
(10) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(11) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea - COM(2009) 501.
(12) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.
(13) ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.
(14)* Data tad-dħul fis-seħħ ta “din id-Direttiva.
(15) Is-Seba' Direttiva 83/349/KEE tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju ta' l-1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati (ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1).
(16)* Data tad-dħul fis-seħħ ta “din id-Direttiva.


ANNESS I

Determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet abbażi tar-riskju lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti

1.  Għandhom jintużaw il-formuli li ġejjin:

   (a) l-ammont tal-kontribuzzjoni ta' membru abbażi tar-riskju

Ci = TC * RSi

   (b) is-sehem ta' membru mir-riskju

20120216-P7_TA(2012)0049_MT-p0000001.jpg

   (c) l-ammont ppiżat għar-riskju tal-kontribuzzjoni ta' membru

RAi = CB *20120216-P7_TA(2012)0049_MT-p0000002.jpg

fejn:

Ci l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-membru tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti numru

TC l-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet li għandhom jinġabru mill-iskema

RSi is-sehem tal-membru numru i mir-riskju

RAi l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-membru numru i skont ir-riskju ppiżat

RAk l-ammonti ppiżati għar-riskju tal-kontribuzzjonijiet ta' kull wieħed mill-għadd n ta' membri

CB il-bażi tal-kontribuzzjoni (jiġifieri id-depożiti koperti l-aktar tard sal-1 ta' Jannar 2015 jew, fejn dawn ma jistgħux jiġu kkalkolati għall-istituzzjonijiet membri kollha tal-Iskema ta' Garanzija, id-depożiti eliġibbli) [Em. 139]

βi il-koeffiċjent tar-riskju mogħti lill-membru numru i skont l-Anness II.

2.  Għandhom jintużaw il-formuli li ġejjin:

   (a) ir-riżultat kompost totali ta' membru

20120216-P7_TA(2012)0049_MT-p0000003.jpg20120216-P7_TA(2012)0049_MT-p0000004.jpg20120216-P7_TA(2012)0049_MT-p0000005.jpg= ¾+ ¼

   (b) is-sottoriżultat kompost ta' membru fir-rigward tal-indikaturi ewlenin

20120216-P7_TA(2012)0049_MT-p0000006.jpg20120216-P7_TA(2012)0049_MT-p0000007.jpg20120216-P7_TA(2012)0049_MT-p0000008.jpg20120216-P7_TA(2012)0049_MT-p0000009.jpg20120216-P7_TA(2012)0049_MT-p0000010.jpg= ¼ [+++]

   (c) is-sottoriżultat kompost ta' membru fir-rigward tal-indikaturi supplimentari

20120216-P7_TA(2012)0049_MT-p0000011.jpg20120216-P7_TA(2012)0049_MT-p0000012.jpg20120216-P7_TA(2012)0049_MT-p0000013.jpg20120216-P7_TA(2012)0049_MT-p0000014.jpg20120216-P7_TA(2012)0049_MT-p0000015.jpg=[++ … +]

fejn:

20120216-P7_TA(2012)0049_MT-p0000016.jpg ir-riżultat kompost totali tal-membru numru i

20120216-P7_TA(2012)0049_MT-p0000017.jpg is-sottoriżultat kompost totali tal-membru numru i fir-rigward tal-indikaturi ewlenin

20120216-P7_TA(2012)0049_MT-p0000018.jpg is-sottoriżultat kompost totali tal-membru numru i fir-rigward tal-indikaturi supplimentari

20120216-P7_TA(2012)0049_MT-p0000019.jpg varjabbli li jivvaluta r-riskju tal-membru numru i fir-rigward ta' indikatur individwali ewlieni jew supplementari ppreżentat fl-Anness II

x is-simbolu ta' indikatur ewlieni jew supplimentari speċifiku.


ANNESS II

Indikaturi, riżultati u piżijiet għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju;

PARTI A

Indikaturi ewlenin

1.  l-indikaturi ewlenin li ġejjin għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju:

Klassi tar-riskju

Indikatur

Proporzjon

Adegwatezza tal-kapital

Partiti b'fondi proprji msemmija fl-Artikolu 57 (a) sa (ca) tad-Direttiva 2006/48/KE u l-assi ppiżati għar-riskju msemmija fl-Artikolu 76 tad-Direttiva 2006/48/KE

Fondi proprji

Assi ppiżati għar-riskju

Kwalità tal-assi

Self li ma jrendix

Self li ma jrendix

Self gross

Profitabbiltà

Dħul mill-assi aġġustat skont ir-riskju [Em. 140]

Introjtu nett

Medja tal-assi totali

Likwidità

Tiġi ddeterminata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 11(4)

2.  Ir-riżultati li ġejjin għandhom jintużaw sabiex jiġu riflessi l-profili tar-riskju fir-rigward tal-indikaturi ewlenin:

Livell ta' riskju

Adegwatezza tal-kapital

Kwalità tal-assi

Profitabbiltà

Likwidità

Riskju baxx ħafna

1

1

1

1

Riskju baxx

2

2

2

2

Riskju medju

3

3

3

3

Riskju għoli

4

4

4

4

Riskju għoli ħafna

5

5

5

5

3.  Ir-riżultati li ġejjin għandhom jingħataw lil membru abbażi tal-valuri reali tal-indikaturi fi klassi ta' riskju speċifika:

Element

Simbolu (x)

20120216-P7_TA(2012)0049_MT-p0000020.jpg= 1

20120216-P7_TA(2012)0049_MT-p0000021.jpg= 2

20120216-P7_TA(2012)0049_MT-p0000022.jpg= 3

20120216-P7_TA(2012)0049_MT-p0000023.jpg= 4

20120216-P7_TA(2012)0049_MT-p0000024.jpg= 5

Adegwatezza tal-kapital

CA

x > 12.3%

12.3% ≥ x > 9.6%

9.6% ≥ x > 8.2%

8.2% ≥ x > 7%

x ≤ 7%

Kwalità tal-assi

AQ

x ≤ 1%

1% < x ≤ 2.1%

2.1% < x ≤ 3.7%

3.7% < x ≤ 6%

x > 6%

Profitabbiltà

P

x > 1.2%

1.2% ≥ x > 0.9%

0.9% ≥ x > 0.7%

0.7% ≥ x > 0.5%

x ≤ 0.5%

Likwidità

L

L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw il-limiti għal kull 20120216-P7_TA(2012)0049_MT-p0000025.jpgskont l-Artikolu 11(4)

4.  Il-piżijiet tar-riskju (koeffiċjenti) li ġejjin għandhom jingħataw lil membru skont ir-riżultat kompost tiegħu:

Riżultat kompost (ρ)

1 < ρ ≤ 1.5

1.5 < ρ ≤ 2.5

2.5 < ρ ≤ 3.5

3.5 < ρ ≤ 4.5

4.5 < ρ ≤ 5

Koeffiċjent tar-riskju (β)

75%

100%

125%

150%

200%

PARTI B

Indikaturi supplimentari

1.  L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw indikaturi supplimentari Għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju. Għal dan il-għan jistgħu wkoll jintużaw l-indikaturi kollha li ġejjin, jew xi wħud minnhom: [Em. 141]

Klassi tar-riskju

Indikatur/proporzjon

Definizzjoni

Adegwatezza tal-kapital

Kapital totali

Kapital totali

Assi ppiżati għar-riskju

Kapital żejjed *

Kapital żejjed

jew

Kapital żejjed

Assi totali

Assi ppiżati għar-riskju

Kwalità tal-assi

Provvediment f'każ ta' telf minn self

Provvediment f'każ ta' telf minn self

jew

Provvediment f'każ ta' telf minn self

Dħul nett mill-imgħax

Introjtu operattiv

Assi ppiżati għar-riskju

Assi ppiżati għar-riskju

Assi totali

Profitabbiltà

Kostijiet fuq l-introjtu

Spejjeż operattivi

Introjtu operattiv

Marġni nett

Marġni nett

Kapital totali

Likwidità

Tiġi ddeterminata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 11(5)

* Kapital żejjed = Kapital - fondi proprji msemmija fl-Artikolu 57(a) sa (h) tad-Direttiva 2006/48/KE.

2.  Ir-riżultati li ġejjin għandhom jintużaw sabiex jiġu riflessi l-profili tar-riskju fir-rigward tal-indikaturi supplimentari.

Livell ta' riskju

Adegwatezza tal-kapital

Kwalità tal-assi

Profitabbiltà

Likwidità

Riskju baxx ħafna

1

1

1

1

Riskju baxx

2

2

2

2

Riskju medju

3

3

3

3

Riskju għoli

4

4

4

4

Riskju għoli ħafna

5

5

5

5

3.  Il-piżijiet tar-riskju (koeffiċjenti) li ġejjin għandhom jingħataw lil membru skont ir-riżultat kompost tiegħu:

Riżultat kompost (ρ)

1 < ρ ≤ 1.5

1.5 < ρ ≤ 2.5

2.5 < ρ ≤ 3.5

3.5 < ρ ≤ 4.5

4.5 < ρ ≤ 5

Koeffiċjent tar-riskju (β)

75%

100%

125%

150%

200%


ANNESS III

Formula standard tal-informazzjoni lid-depożitanti

Jekk depożituid-depożitu tiegħek li huwa dovut u pagabbli ma jkunx tħallas minn istituzzjonimill-istituzzjoni tal-kreditu tiegħek għal raġunijiet li huma direttament relatati maċ-ċirkustanzi finanzjarji tagħha, id-depożitanti jiġu ripagatiinti, bħala depożitant, titħallas lura minn Skema ta' Garanzija tad-Depożiti. Il-[daħħal il-prodott] tal-[daħħal l-isem tal-istituzzjoni tal-kreditu fejn hemm il-kont] huwa ġeneralment kopert mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti responsabbli f'konformità mad-Direttiva 2012/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti(1). [Em. 142]

Dan ir-ripagament ikopri sa massimu ta' EUR 100 000 għal kull bank. Dan ifisser li sabiex jiġi ddeterminat il-livell ta' kopertura, id-depożiti kollha tiegħek fl-istess bank jiġu aggregati jingħaddu flimkien. Pereżempju, jekk pereżempju depożitant ikollu jekk inti għandek kont tat-tfaddildepożitu b'EUR 90 000 u kont kurrenti b'EUR 20 000 b'EUR 40,000, intihu jew hi titħallas lura biss EUR 100 000. [Em. 143]

[Fejn applikabbli biss]: Dan il-metodu ser jiġi applikat anki jekk istituzzjoni ta' kreditu topera b'ismijiet kummerċjali differenti għall-klijenti tiegħu. [Daħħal l-isem tal-istituzzjoni tal-kreditu fejn hemm il-kont] tinnegozja wkoll bħala [daħħal d-ditti kollha l-oħra tal-istess istituzzjoni tal-kreditu]. Dan ifisser li d-depożiti kollha ma' wieħed jew aktar minn dawn l-ismijiet ta' ditti jinsabu rispettivament fil-kopertura totali sa EUR 100 000. [Em. 144]

Fil-każ ta' kontijiet konġunti, il-limitu ta' EUR 100 000 japplika għal kull depożitant.

[Fejn applikabbli biss:] Madankollu, depożiti f'kont li għalih tnejn jew aktar persuni jkunu intitolati bħala membri ta' sħubija ta' negozju, assoċjazzjoni jew gruppi ta' natura simili, mingħajr personalità legali, jiġu aggregati u ittratati bħalli kieku kienu magħmula minn depożitant wieħed għall-fini tal-kalkolu tal-limiti ta' EUR 100 000.]

Ġeneralment, id-depożitanti kollha f'livell ta' konsumatur u n-negozji kollha [safejn dan japplika fl-Istat Membru: u awtoritajiet lokali vulnerabbli huma koperti mill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti. L-eċċezzjonijiet għal ċerti depożiti jinsabu mniżżla fil-websajt tal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti responsabbli [daħħal il-websajt ta' Skema ta' Garanzija tad-Depożiti responsabbli]. Fuq talba, l-istituzzjoni tal-kreditu tiegħek ser infurmak ukoll jekk ċerti prodotti humiex koperti jew le. Jekk id-depożiti huma koperti, l-istituzzjoni ta' kreditu għandha wkoll jikkonfermatispeċifika dan fir-rapport tal-kont tiegħek. [Em. 145]

L-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti responsabbli hija [daħħal l-isem u l-indirizz, it-telefown, l-emajl u l-websajt]. Ser tħallas lura d-depożiti tiegħek (sa EUR 100 000) fi żmien sitt ġimgħat l-aktar tard, mill-31 ta' Diċembru 2013 fi żmien ġimgħaħamest ijiem [fejn applikabbli: 20 jum ] ta' xogħol. [fejn applikabbli: Fuq talba lill-entità ta' garanzija tad-depożitu jitħallsu lilek sa EUR 5 000 ta' kreditu fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol. Mill-2017, id-depożiti tiegħek jitħallsu lura lilek fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol.][Em. 146]

Jekk tkun għandek ma tħallastx lura fi żmien dawk l-iskadenzi, għandek tikkuntattja lill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti peress li ż-żmien biex tippreżenta pretensjoni għal rimborż jista“ jingħalaq wara ċertu limitu [daħħal il-perjodu ta' żmien relevanti applikabbli fl-Istat Membru u r-referenza eżatta dwar l-att legali nazzjonali u l-Artikolu partikolari, li jirregolaw dawn id-dispożizzjonijiet]. Aktar informazzjoni tista” tinkiseb minn [daħħal il-websajt ta' Skema ta' Garanzija tad-Depożiti responsabbli]. [Em. 147]

[Fejn applikabbli biss:] Id-depożituL-istituzzjoni ta' kreditu tiegħek huwa ggarantithija parti minn skema ta' Garanzija Istituzzjonali[rikonoxxuta/mhux rikonoxxuta] bħala Skema ta' Garanzija tad-Depożiti. Dan ifisser li l-banekl-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha li huma membri ta' din l-iskema jappoġġjaw reċiprokament lil xulxin sabiex jevitaw falliment ta' bank l-insolvenza. Madankollu, jekk bank ifalli l-insolvenza ssir xorta waħda, id-depożiti tiegħek jitħallsu lura sa EUR 100 000 fil-qafas ta' Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali. [Em. 148]

(1)* Numru u referenza tal-pubblikazzjoni ta “din id-Direttiva.


ANNESS IV

PARTI A

Id-Direttivi mħassra, flimkien mal-emendi suċċessivi tagħhom (imsemmija fl-Artikolu 21)

Id-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar skemi ta' garanzija għal depożiti

Direttiva 2009/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 li temenda d-Direttiva 94/19/KE dwar skemi ta' garanzija għal depożiti fir-rigward tal-livell ta' kopertura u taż-żmien għar-rimbors

PARTI B

Skandenzi għat-traspożizzjoni (imsemmija fl-Artikolu 21)

Direttiva

Skandenza għat-traspożizzjoni

94/19/KE

1.7.1995

2009/14/KE

30.6.2009

2009/14/KE (it-tieni paragrafu tal-punt 3(i) tal-Artikolu 1, l-Artikolu 7(1a) u (3) u l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 94/19/KE kif emendata mid-Direttiva 2009/14/KE)

31.12.2010


ANNESS V

Tabella ta' korrelazzjoni

Din id-Direttiva

Id-Direttiva 2009/14/KE

Id-Direttiva 94/19/KE

L-Artikolu 1

-

-

L-Artikolu 2(1)(a)

L-Artikolu 1(1)

L-Artikolu 2(1)(d)

L-Artikolu 1(2)

L-Artikolu 2(1)(e)

L-Artikolu 1(1)

L-Artikolu 1(3)

L-Artikolu 2(1)(f)

L-Artikolu 1(4)

L-Artikolu 2(1)(g)

L-Artikolu 1(5)

L-Artikolu 3(1)

L-Artikolu 3(1)

L-Artikolu 3(2)

L-Artikolu 3(2)

L-Artikolu 3(3)

L-Artikolu 3(3)

L-Artikolu 3(4)

L-Artikolu 5

L-Artikolu 3(6)

L-Artikolu 1(6)(a)

L-Artikolu 4(1)(a)-(c)

L-Artikolu 2

L-Artikolu 4(1)(d)

L-Artikolu 7(2), L-Anness I (1)

L-Artikolu 4(1)(f)

L-Artikolu 7(2), L-Anness I (10)

L-Artikolu 4(1)(g)

L-Artikolu 7(2), L-Anness I (2)

L-Artikolu 4(1)(h)

L-Artikolu 7(2), L-Anness I (5)

L-Artikolu 4(1)(i)

L-Artikolu 7(2), L-Anness I (6)

L-Artikolu 4(1)(j)

L-Artikolu 7(2), L-Anness I (3), (4)

L-Artikolu 4(10)(k)

L-Artikolu 7(2), L-Anness I (12)

L-Artikolu 5(1)

L-Artikolu 1(3)(a)

L-Artikolu 7(1)

L-Artikolu 5(4)

L-Artikolu 1(3)(a)

Din id-Direttiva

Id-Direttiva 2009/14/KE

Id-Direttiva 94/19/KE

L-Artikolu 5(6)

L-Artikolu 7(4), 7(5)

L-Artikolu 5(7)

L-Artikolu 1(3)(d)

L-Artikolu 6(1)-(3)

L-Artikolu 8

L-Artikolu 7(1)

L-Artikolu 1(6)(a)

L-Artikolu 10(1)

L-Artikolu 7(3)

L-Artikolu 10(4)

L-Artikolu 7(4)

L-Artikolu 10(5)

L-Artikolu 8(1)

L-Artikolu 7(6)

L-Artikolu 8(2)

L-Artikolu 11

L-Artikolu 12(1)

L-Artikolu 4(1)

L-Artikolu 13

L-Artikolu 6

L-Artikolu 14(1)-(3)

L-Artikolu 1(5)

L-Artikolu 9(1)

L-Artikolu 14(4)

L-Artikolu 9(2)

L-Artikolu 14(5)

L-Artikolu 9(3)

L-Artikolu 15

L-Artikolu 13

L-Artikolu 16-18

L-Artikolu 1(4)

Avviż legali - Politika tal-privatezza