Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/0189(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0020/2012

Testi mressqa :

A7-0020/2012

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/03/2012 - 8.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0066

Testi adottati
PDF 201kWORD 32k
It-Tlieta, 13 ta' Marzu 2012 - Strasburgu
Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni dwar Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali ***
P7_TA(2012)0066A7-0020/2012

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tad-29 ta' Mejju 2000 dwar Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Protokoll tal-2001 miegħu (05306/2010 – C7-0030/2010 – 2009/0189(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra il-proposta għal abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05306/2010),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tad-29 ta' Mejju 2000 dwar Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Protokoll tal-2001 għal dan (14938/2003),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 82(1)(d) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0030/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0020/2012),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożiżżjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, tar-Repubblika tal-Islanda u tar-Renju tan-Norveġja.

Avviż legali - Politika tal-privatezza