Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw (09771/2011 – C7- 0206/2011– 2010/0343(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (09771/2011),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw (08134/2011),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(3) u (4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) (v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0206/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0024/2012),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.